|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2014/C 235/01 |
||
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
2014/C 235/01
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Marzu 2014 – TMK Europe GmbH vs Hauptzollamt Frankfurt (Oder)
(Kawża C-143/14)
2014/C 235/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Berlin-Brandenburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TMK Europe GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Frankfurt (Oder)
Domanda preliminari
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97, tas-17 ta’ Novembru 1997, li jimponi taxxi kontra d-damping fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja (1) huwa invalidu sa fejn il-Kummissjoni, bi ksur tal-kundizzjonijiet applikabbli għad-determinazzjoni tal-ħsara stabbiliti fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2), ippreżumiet l-eżistenza ta’ tali ħsara mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni adottat, b’mod partikolari skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-6 ta’ Frar 1962, L-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3), deċiżjoni mhux ippubblikata, tal-25 ta’ Novembru 1994 (Każ IV/35.304) li tiftaħ investigazzjoni dwar il-possibbiltà tal-eżistenza ta’ prattiki antikompetittivi fis-settur tal-pajpijiet tal-azzar mhux liga li possibbilment jiksru l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3) u l-Artikolu 81 KE?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 26, p. 329.
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Marzu 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Nordzucker AG
(Kawża C-148/14)
2014/C 235/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Konvenuta: Nordzucker AG
Parti oħra fil-proċedura: ir-rappreżentant tal-interessi tal-Bund quddiem il-Bundesverwaltungsgericht [Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht]
Domanda preliminari
L-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandha tiġi imposta l-multa fuq l-eċċess tal-emissjonijiet ukoll meta l-operatur, mhux iktar tard mit-30 ta’ April ta’ sena partikolari, ikun radd lura numru ta’ kwoti li jikkorrispondi għall-kwantità totali ta’ emissjonijiet indikata fid-dikjarazzjoni tiegħu rigward l-emissjonijiet iġġenerati fis-sena preċedenti permezz tal-installazzjoni u meqjusa bħala sodisfaċenti mill-verifikatur, iżda l-awtoritajiet kompetenti jikkonstataw madankollu, wara t-30 ta’ April, li l-kwantità totali tal-emissjonijiet indikata f’din id-dikjarazzjoni vverifikata ġiet, b’mod inkorrett, iddikjarata bin-nieqes, li d-dikjarazzjoni ġiet korretta u li l-operatur radd lura l-kwoti supplimentari skont terminu ġdid?
(1) Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ April 2014 – Ralph Prankl
(Kawża C-175/14)
2014/C 235/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ralph Prankl
Konvenuta: Bundesfinanzgericht
Domanda preliminari
L-Artikoli 7(1) u (2), u 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (1), fil-verżjoni li tirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992 (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu l-ġbir ta’ dazju tas-sisa speċjali (dak fuq it-tabakk) fuq prodotti suġġetti għal dazji tas-sisa speċjali (sigaretti) li diġà jkunu tqiegħdu għall-konsum fi Stat Membru (fl-ewwel Stat Membru) u, mingħajr id-dokument mehmuż previst fl-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva, ġew ittrasportati fuq l-art lejn Stat Membru ieħor (Stat Membru ta’ destinazzjoni) minn Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri (Stati Membri ta’ tranżitu) sabiex jinbiegħu fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni, ukoll fl-Istat Membru ta’ tranżitu?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179.
(2) Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, li temenda d-Direttiva 92/12/KEE dwar l-arranġamenti ġenerali għal prodotti soġġetti għas-sisa u ż-żamma, moviment u monitoraġġ ta’ tali prodotti u li temenda d-Direttiva 92/81/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 235).
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State van België (il-Belġju) fl-10 ta’ April 2014 – Joris Van Hauthem, Ann Frans vs Vlaamse Gemeenschap
(Kawża C-176/14)
2014/C 235/05
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Joris Van Hauthem, Ann Frans
Konvenuta: Vlaamse Gemeenschap
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 10 tal-Anness I tal-Ftehim bejn, minn naħa, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u, min-naħa l-oħra, l-Konfederazzjoni Svizzera, dwar il-moviment liberu tal-persuni, moqri flimkien mal-Annessi I, II u III, il-protokolli u l-att finali ta’ dan il-ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż li jeskludi l-istess impjiegi bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 45(4) TFUE u l-Artikolu 28(4) tal-Ftehim ŻEE? |
|
2) |
L-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/CE (2), tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ esklużjoni espliċita mill-eżerċizzju ta’ attività ekonomika skont l-Artikolu 14(3) ta’ din id-direttiva, resident għal perijodu twil ta’ żmien fi Stat Membru ieħor jikseb aċċess mingħajr limitu għas-suq tax-xogħol Belġjan, inkluż għall-impjiegi li, skont l-Artikolu 11(1)(a) jew l-Artikolu 11(3)(a) tad-Direttiva 2003/109, jistgħu jiġu rrifjutati lir-residenti għal perijodu twil ta’ żmien tal-Belġju, jew għal impjiegi li ċ-ċittadini taż-ŻEE jistgħu wkoll jiġu esklużi skont l-Artikolu 45(4) TFUE jew l-Artikolu 28(4) tal-Ftehim ŻEE? |
|
3) |
L-Artikoli 6 u 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 (3), tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, imwaqqaf mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru 1963, f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u l-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-termini “kull attività b’salarju tal-għażla tiegħu”, “kull attività b’salarju tal-għażla tagħhom” u “kull offerta ta’ xogħol” jinkludu l-impjieġi kollha fl-amministrazzjoni pubblika, jew inkella, jeħtieġ li jsir riferiment b’analoġija, għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, għar-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45(4) TFUE u fl-Artikolu 28(4) tal-Ftehim ŻEE, jew anki għar-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/109? |
|
4) |
L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha għandhom, huma wkoll, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, aċċess għall-impjiegi kollha tal-amministrazzjoni pubblika, jew inkella għandhom japplikaw għalihom b’analoġija r-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45(4) TFUE u fl-Artikolu 28(4) tal-Ftehim ŻEE, jew anki r-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/109? |
|
5) |
Fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja mibdija minn ċittadin kontra miżura ta’ portata ġenerali li, skont id-Deċiżjoni Nruo1/80, iżda għall-kuntrarju ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ livell superjuri, tagħti lill-ħaddiema Torok u lill-membri tal-familja tagħhom aċċess għal ċerti impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika, il-qorti nazzjonali tista’ tinvoka din id-deċiżjoni fl-assenza ta’ pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea? |
|
6) |
Il-fatt li r-rikorrenti jinvoka l-interess li tagħtih il-funzjoni tiegħu ta’ membru tal-Vlaams Parlement, li tipprekludi li jiġi mxebbah ma’ parti fil-kawża ordinarja, jaffettwa r-risposta għall-ħames domanda? |
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272.
(3) Deċiżjoni dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, imwaqqaf mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fit-22 ta’ April 2014 – Silvia Georgiana Câmpean vs Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Mediaș, Administrația Fondului pentru Mediu
(Kawża C-200/14)
2014/C 235/06
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Silvia Georgiana Câmpean
Konvenuti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Mediaș, Administrația Fondului pentru Mediu
Domanda preliminari
L-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 17, 20, 21(1) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ ħlas lura tat-taxxi pprojbiti mid-dritt tal-Unjoni skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Rakkomandazzjoni 16/2003 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa [u] r-Riżoluzzjoni Nru 1787/2011 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropea, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu regola bħall-Artikolu XV tad-Digriet Liġi Nru 8/2014?
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic (Spanja) fit-23 ta’ Apri 2014 – Consorci Sanitari del Maresme vs Corporació de Salut del Maresme i la Selva
(Kawża C-203/14)
2014/C 235/07
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Català de Contractes del Sector Públic
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Consorci Sanitari del Maresme
Konvenuta: Corporació de Salut del Maresme i la Selva
Domandi preliminari
|
1) |
Skont id-Direttiva 2004/18/KE (1), tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jitqiesu bħala entitajiet pubbliċi? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva, skont id-Direttiva 2004/18/KE ċċitata iktar ’il fuq, l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jitqiesu bħala operaturi ekonomiċi u, għaldaqstant, dawn jistgħu jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti pubbliċi? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva, skont id-Direttiva 2004/18/KE ċċitata iktar ’il fuq, l-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu u għandhom jiġu inklużi fil-listi uffiċjali tal-impriżi, tal-fornituri jew tal-fornituri ta’ servizzi awtorizzati jew ikunu ċċertifikati minn korpi ta’ ċertifikazzjoni pubbliċi jew privati, sistema li, fid-dritt Spanjol, hija magħrufa bħala sistema ta’ klassifikazzjoni ta’ impriża? |
|
4) |
Skont id-Direttiva 2004/18/KE ċċitata iktar ’il fuq, ir-Real Decreto Legislativo 3/201, tal-14 ta’ Novembru, li jadotta t-test ikkonsolidat tal-liġi dwar il-kuntratti pubbliċi, ittraspona b’mod inkorret id-direttiva fid-dritt Spanjol u, jekk dawn huwa l-każ, il-leġiżlatur Spanjol illimita permezz tal-Artikoli 62 u 65 tar-Real Decreto Legislativo 3/2011, l-aċċess tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għar-reġistri ta’ klassifikazzjoni ta’ impriża? |
|
5) |
Fil-każ li l-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti iżda ma jistgħux jiġu aċċettati għal klassifikazzjoni ta’ impriża – skont id-Direttiva 2004/18/KE ċċitata iktar ’il fuq – liema mezzi jippermettulhom jagħtu prova tal-kapaċità tagħhom li jikkonkludu l-kuntratt? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Chancery Division (ir-Renju Unit) fit-28 ta’ April 2014 – Société de Produits Nestlé SA vs Cadbury UK Ltd
(Kawża C-215/14)
2014/C 235/08
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice, Chancery Division (England and Wales)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société de Produits Nestlé SA
Konvenuta: Cadbury UK Ltd
Domandi preliminari
|
1) |
Sabiex jiġi stabbilit li trade mark kisbet karattru distintiv permezz tal-użu li jkun sar minnha fis-sens tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2008/95/KE (1), huwa biżżejjed li l-applikant għal reġistrazzjoni jagħti prova li fid-data rilevanti, proporzjon sinjifikattiv tal-klassi rilevanti ta’ persuni jirrikonoxxu t-trade mark u jassoċjawha mal-prodotti tal-applikant għal reġistrazzjoni fis-sens li, kieku kellhom jikkunsidraw min ikkumerċjalizza l-prodotti li juru dik it-trade mark, huma jidentifikaw lill-applikant għal reġistrazzjoni; jew l-applikant għal reġistrazzjoni għandu jagħti prova li proporzjon sinjifikattiv tal-klassi rilevanti ta’ persuni jqisu li t-trade mark (ipparagunata ma’ trade marks oħra li wkoll jistgħu jkunu preżenti) tindika l-oriġini tal-prodotti? |
|
2) |
Meta forma tikkonsisti fi tliet karatteristiċi essenzjali, fejn waħda minnhom tirriżulta min-natura nnifisha tal-prodott u fejn it-tnejn l-oħra huma neċessarji sabiex jinkiseb riżultat tekniku, l-Artikolu 3(1)(e)(i) u/jew (ii) tad-Direttiva 2008/95/KE jipprekludi r-reġistrazzjoni ta’ din il-forma bħala trade mark? |
|
3) |
L-Artikolu 3(1)(e)(ii) tad-Direttiva 2008/95/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi r-reġistrazzjoni ta’ forom li huma meħtieġa sabiex jinkiseb riżultat tekniku fir-rigward tal-mod li bih huma mmanifatturati l-prodotti meta mqabbla mal-mod li bih il-prodotti jiffunzjonaw? |
(1) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/6 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2014 minn Ahmed Abdelaziz Ezz, Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed, Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin, Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-27 ta’ Frar 2014 fil-Kawża T-256/11: Ahmed Adbelaziz Ezz, Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed, Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin, Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-220/14 P)
2014/C 235/09
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ahmed Abdelaziz Ezz, Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed, Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin, Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar (rappreżentanti: I. Burton, J. Binns, Solicitors, J. Lewis QC, B. Kennelly, J. Pobjoy, Barristers)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-28 ta’ Frar 2014, fil-Kawża T-256/11; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni 2011/172/PESK (1) tal-21 ta’ Marzu 2011 u r-Regolament Nru 270/2011 (2) tal-21 ta’ Marzu 2011, sa fejn dawk l-atti japplikaw għall-appellanti; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-appell u tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali; u |
|
— |
tieħu kull miżura oħra li din il-qorti tqis li hija xierqa. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Fl-20 ta’ Mejju 2011, l-appellanti għamlu rikors lill-Qorti Ġenerali sabiex tannulla d-Deċiżjoni u r-Regolament sa fejn dawk l-atti japplikaw għall-appellanti (“Rikors”). Il-Qorti Ġenerali ċaħdet dak ir-rikors. L-appellanti sostnew li, meta għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi għar-raġunijiet segwenti:
|
1) |
L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat li d-Deċiżjoni kienet adottata legalment fuq il-bażi tal-Artikolu 29 TUE. |
|
2) |
It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat li l-kriterju għall-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra kull wieħed mill-appellanti kien issostanzja u/jew issodisfa l-kriterji legali għall-elenkar stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament. |
|
3) |
It-tielet aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat li l-Kunsill kien wettaq l-obbligu tiegħu ta’ motivazzjoni. |
|
4) |
Ir-raba’ aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-eżami tagħha tal-motivi tal-appellant fir-rigward tal-ksur tad-drittijet tad-difiża u d-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
|
5) |
Il-ħames aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat li l-interferenza fil-proprjetà u/jew il-libertà li jmexxu negozju tal-appellanti kienet proporzjonata. |
|
6) |
Is-sitt aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat li ma kien hemm ebda “żball manifest ta’ evalwazzjoni” mill-Kunsill. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/7 |
Appell ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2014 minn H mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-27 ta’ Frar 2014 fil-Kawża T-490/13, GJ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża C-221/14 P)
2014/C 235/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: H (rappreżentant: S. Sagias, Δικηγόρος)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
|
— |
tannulla id-digriet ikkontestat; |
|
— |
tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali, b’mod li l-kawża tiġi ttrattata fl-ewwel istanza quddiemha, jew, fin-nuqqas ta’ dan, tilqa’ kompletament it-talbiet imressqa fl-ewwel istanza; |
|
— |
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kemm tal-ewwel istanza kif ukoll ta’ din il-proċedura. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant iressaq tliet ilmenti kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali mogħti fis-27 ta’ Frar 2014.
Permezz tal-ewwel aggravju tiegħu, l-appellant iqis qabelxejn li l-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 263 TFUE, 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal (1) kif ukoll tal-Artikoli 2 u 35 tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Minn naħa, l-appellant iqis li d-digriet ikkontestat huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li r-rikorsi tal-ex membri tal-Qorti tal-Ġustizzja kontra l-atti li jikkawżawlhom preġudizzju fil-qasam tal-kopertura mill-JSIS jaqgħu biss taħt l-Artikolu 263 TFUE u kellhom jiġu ppreżentati fit-terminu ta’ xahrejn previst minn din id-dispożizzjoni. Minn naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ma huwiex applikabbli għall-membri u għall-ex membri tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, l-appellant iqis sussegwentement li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta rrifjutat li tapplika l-ġurisprudenza dwar l-iżball skużabbli.
Permezz tat-tielet aggravju tiegħu, l-appellant iqis fl-aħħar nett li l-applikazzjoni tal-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata minn żball ta’ liġi kif ukoll minn irregolarità proċedurali. L-appellant fil-fatt jikkontesta l-fatt li r-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali ġie kklassifikat bħala “manifestament” inammissibbli, fatt li kien ipprekludiha milli tispeċifika l-motiv ta’ inammissibbiltà ikkunsidrat. Il-Qorti Ġenerali kisret ukoll id-dritt tal-appellant għal smigħ xieraq, id-drittijiet tad-difiża tiegħu, u b’mod partikolari, id-dritt għal smigħ kif ukoll id-dritt għal rikors effettiv, bi ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 723/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1 Vol 2, p. 130).
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-7 ta’ Mejju 2014 – Konstantinos Maïstrellis vs Ypourgos Dikaiosynis, Diafaneias kai Anthropinon Dikaiomaton
(Kawża C-222/14)
2014/C 235/11
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Konstantinos Maïstrellis
Konvenut: Ypourgos Dikaiosynis Diafaneias kai Anthropinon Dikaiomaton [Ministru tal-Ġustizzja, tat-Trasparenza u tad-Drittijiet tal-Bniedem]
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 96/34/CE (1) u 2006/54/CE (2), sa fejn huma applikabbli fil-kawża prinċipali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali, bħad-dispożizzjoni inkwistjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(3) tal-Liġi 3528/2007, li jipprovdu li jekk il-mara ta’ uffiċjal pubbliku ma taħdimx jew ma teżerċita ebda professjoni, żewġha ma għandux dritt għal leave parentali, sakemm, minħabba mard serju jew diżabbiltà, hija titqies li ma hijiex kapaċi tissodisfa l-bżonnijiet relatati mat-trobbija ta’ wild?
(1) Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri [leave parentali] konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285).
(2) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (GU L 204, p. 23).
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Mejju 2014 – Portmeirion Group UK Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-232/14)
2014/C 235/12
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Portmeirion Group UK Ltd
Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Domandi preliminari
Ir-Regolament ikkontestat (Regolament tal-Kunsill Nru 412/2013 (1)) huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea sa fejn dan:
|
i. |
huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, u b’hekk jinvalida l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni anti-dumping; u |
|
ii. |
huwa nieqes minn raġunijiet xierqa meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE? |
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, p. 1).
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fit-13 ta’ Mejju 2014 – Safe Interenvios, S.A. vs Liberbank, S.A., et
(Kawża C-235/14)
2014/C 235/13
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Safe Interenvios, S.A.
Konvenuti: Liberbank, S.A., Banco de Sabadell, S.A. u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.
Domandi preliminari
|
1. |
Dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2005/60:
|
|
2. |
Sussidjarjament, fil-każ fejn ir-risposta għad-domandi preċedenti tkun fis-sens li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jadottaw miżuri ta’ diliġenza u miżuri ta’ diliġenza msaħħa fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ ħlas:
|
|
3. |
Barra minn hekk, fil-każ li jiġi deċiż li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma awtorizzati jadottaw miżuri ta’ diliġenza msaħħa fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ ħlas:
|
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/10 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-238/14)
2014/C 235/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u D. Martin, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
|
— |
tikkonstata li billi żamm derogi mill-miżuri intiżi sabiex jipprevjenu użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi mogħtija lill-ħaddiema intermittenti tal-ispettaklu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt il-klawżola 5 tal-anness tad-Direttiva 1999/70/KE dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (1); |
|
— |
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Billi żamm derogi mill-miżuri intiżi sabiex jipprevjenu użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi mogħtija lill-ħaddiema intermittenti tal-ispettaklu, il-Lussemburgu kiser il-klawżola 5 tal-ftehim qafas.
Il-Kummissjoni tqis li għal din il-kategorija ta’ ħaddiema, id-dritt Lussemburgiż ma jipprevedi ebda raġuni objettiva li tippermetti li jiġi pprevenut użu abbużiv tal-kuntratti għal żmien determinat suċċessivi, fatt li jikkostitwixxi ksur tal-klawżola 5(1)(a) tal-anness tal-ftehim qafas inkwistjoni.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fit-23 ta’ Mejju 2014 – Pensioenfonds Metaal en Technie vs Skatteverket
(Kawża C-252/14)
2014/C 235/15
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Pensioenfonds Metaal en Technie
Konvenut: Skatteverket
Domanda preliminari
L-Artikolu 63 TFUE jostakola leġiżlazzzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-dividendi mħallsa minn kumpannija residenti jkunu suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn jekk l-azzjonist ikun resident fi Stat Membru ieħor meta, fil-każ ta’ azzjonist resident, dawn id-dividendi jkunu suġġetti għal taxxa kkalkolata fil-forma ta’ somma mħallsa f’daqqa fuq il-bażi ta’ dħul fittizju li, matul iż-żmien, hija intiża li tikkorrispondi għat-tassazzjoni normali tad-dħul kollu mill-kapital?
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/11 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-263/14)
2014/C 235/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos, A. Caiola, M. Allik, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/198/PESK, tal-10 ta’ Marzu 2014, dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Unita tat-Tanzanija dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija (1); |
|
— |
tordna li l-effetti tad-deċiżjoni tal-Kunsill 2014/198/PESK, tal-10 ta’ Marzu 2014, jinżammu sakemm tiġi ssostitwita; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Parlament Ewropew isostni li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/198/PESK, tal-10 ta’ Marzu 2014, dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Unita tat-Tanzanija dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija ma hijiex valida għaliex ma tirrigwardax esklużivament lill-politika barranija u ta’ sigurtà komuni, kif jipprovdi espressament it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) TFUE.
Il-Parlament Ewropew iqis li l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Unita tat-Tanzanija jirrigwarda wkoll il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija u għalhekk ikopri oqsma li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Konsegwentement, dan il-ftehim kellu jiġi konkluż fuq il-bażijiet legali sostantivi tal-Artikolu 37 TFUE u tal-Artikoli 82 u 88 TFUE, wara approvazzjoni mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(6)(a) TFUE.
Għal dan il-motiv, il-Kunsill kiser it-Trattati billi ma għażilx il-bażi legali x-xierqa għall-konklużjoni tal-ftehim.
Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew iqis li l-Kunsill kiser l-Artikolu 218(10) TFUE għaliex ma informax lill-Parlament Ewropew b’mod sħiħ u mill-ewwel fl-istadji kollha tan-negozjati u dwar il-konklużjoni tal-ftehim.
Fl-ipoteżi li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament Ewropew jipproponi tal-inqas li hija teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha sabiex iżżomm l-effetti tagħha, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE sal-mument li tiġi ssostitwitha.
Il-Qorti Ġenerali
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Sedghi u Azizi vs Il-Kunsill
(Kawża T-66/12) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Irtirar mil-lista tal-persuni u tal-entitajiet ikkonċernati - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”))
2014/C 235/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ali Sedghi (Teheran, l-Iran); u Ahmad Azizi (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Wyatt, QC, u M. Lester, barrister, sussegwentement S. Ashley, D. Wyatt, M. Lester, A. Irvine u S. Jeffrey, solicitors, u finalment S. Ashley, D. Wyatt, M. Lester, A. Irvine u S. Millar, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bishop, I. Rodios u B. Driessen, sussegwentement M. Bishop u I. Rodios, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament, b’effett immedjat, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011 L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011 L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 19(1)(b) u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), kif ukoll tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012 fil-konfront ta’ A. Azizi.
Dispożittiv
|
1) |
Huma annullati, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Ali Sedghi u Ahmad Azizi:
|
|
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kumplament. |
|
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Sina Bank vs Il-Kunsill
(Kawża T-67/12) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà - Drittijiet tad-difiża”))
2014/C 235/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sina Bank (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u D. Gicheva, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), sa fejn din żammet, wara eżami mill-ġdid, l-iskrizzjoni tal-isem tar-rikorrenti fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 281, p. 81), kif ukoll mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11) sa fejn din żammet, wara eżami mill-ġdid, l-iskrizzjoni tal-isem tar-rikorrenti fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), u, it-tieni nett, tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010 kif ukoll tal-Artikolu 19(1)(b) u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala li ġie ippreżentat quddiem qorti li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu, sa fejn intiż għall-annullament tal-Artikolu 19(1)(b) u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, u bħala inammissibbli, sa fejn intiż għall-annullament tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007. |
|
2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u r- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn dawn l-atti żammew, wara eżami mill-ġdid, l-iskrizzjoni tal-isem ta’ Sina Bank fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK, u fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010, rispettivament, huma annullati. |
|
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati erba’ minn ħames partijiet tal-ispejjeż tiegħu stess u tal-ispejjeż ta’ Sina Bank. |
|
4) |
Sina Bank għandha tbati parti waħda minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha stess u tal-ispejjeż tal-Kunsill. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Hemmati vs Il-Kunsill
(Kawża T-68/12) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Projbizzjoni ta’ dħul jew ta’ passaġġ fi tranżitu - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
2014/C 235/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Abdolnaser Hemmati (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u D. Gicheva, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), sa fejn din inkludiet l-isem tar-rikorrent fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), sa fejn dan inkluda l-isem tar-rikorrent fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), u, it-tieni nett, tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010 kif ukoll tal-Artikolu 19(1)(b), u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala li tressaq quddiem qorti li ma għandhiex ġusrisdizzjoni sabiex titratta l-kawża, sa fejn l-għan tiegħu huwa l-annullament tal-Artikolu 19(1)(b), u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, u bħala inammissibbli, sa fejn l-għan tiegħu huwa l-annullament tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nruo961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007. |
|
2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, sa fejn din inkludiet l-isem ta’ Abdolnaser Hemmati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, u r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010, sa fejn dan inkluda l-isem ta’ A. Hemmati fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010, huma annullati. |
|
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati erba’ partijiet minn kull ħames partijiet tal-ispejjeż tiegħu u tal-ispejjeż ta’ A. Hemmati. |
|
4) |
A. Hemmati għandu jbati kwint mill-ispejjeż tiegħu u mill-ispejjeż tal-Kunsill. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Free vs UASI – Conradi + Kaiser (FreeLounge)
(Kawża T-161/12) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FreeLounge - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX, trade mark verbali nazzjonali preċedenti FREE, isem ta’ kumpannija FREE u isem ta’ dominju FREE.FR - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Setgħa ta’ bidla”))
2014/C 235/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Free SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: Y. Coursin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Conradi + Kaiser GmbH (Kleinmaischeid, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Jannar 2012 (Każ R 437/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Free SAS u Conradi + Kaiser GmbH.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Jannar 2012 (Każ R 437/2011-2), hija annullata sa fejn din ikkunsidrat li s-servizzi ta’ pubblikazzjoni online ta’ kotba u ta’ ġurnali elettroniċi, kif ukoll is-servizzi ta’ pubblikazzjoni ta’ ġurnali u ta’ kotba f’forma elettronika, anki fuq l-internet, li jaqgħu fil-klassi 41 u msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, ma kinux jixbhu s-servizzi ta’ diffużjoni ta’ informazzjoni b’mod elettroniku, b’mod partikolari għan-netwerks ta’ komunikazzjoni mondjali tat-tip internet, li jaqgħu fil-klassi 38 u li huma koperti bit-trade mark figurattiva preċedenti. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2014 – European Drinks vs UASI – Alexandrion Grup Romania (Dracula Bite u DRACULA BITE)
(Kawżi T-495/12 sa T-497/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade marks Komunitarji figurattivi Dracula Bite u DRACULA BITE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Dracula - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 235/21
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Drinks SA (Ştei, ir-Rumanija) (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: SC Alexandrion Grup Romania Srl (Pleasa, ir-Rumanija) (rappreżentanti: M. Niculeasa, G. Trantea u B. Mărculeţ, avukati)
Suġġett
Tliet rikorsi ppreżentati kontra tliet deċiżjonijiet tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każijiet R 680/2011-4, R 682/2011-4 u R 679/2011-4), dwar tliet proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn European Drinks SA u SC Alexandrion Grup Romania Srl.
Dispożittiv
|
1) |
Il-Kawżi T-495/12, T-496/12 u T-497/12 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
|
2) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
|
3) |
European Drinks SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2014 – Brune vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-269/13 P) (1)
((“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni adottata wara anullament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Assenza ta’ parteċipazzjoni fl-eżami orali”))
2014/C 235/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Markus Brune (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Mannes, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewopea (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013, Brune vs Il-Kummissjoni (F-94/11, għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Markus Brune huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/18 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill
(Kawża T-141/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
2014/C 235/23
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat u J. Beck, solicitor)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: B. Driessen, aġent)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/18 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill
(Kawża T-142/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sussidji - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (ċelloli) li joriġinaw jew li ġejjin miċ-Ċina - Dazju kumpensatorju definittiv - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
2014/C 235/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: B. Driessen, aġent)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 66).
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/19 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – La Zaragozana vs UASI – Charles Cooper (GREEN’S)
(Kawża T-197/14)
2014/C 235/25
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: La Zaragozana, SA (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Charles Cooper Ltd (Leeds, ir-Renju Unit)
Talbiet
Ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali għandha tiċħad id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Jannar 2014 mogħtija fil-Każ R 1284/2012-5.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Charles Cooper Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “GREEN’S” għal prodotti fil-klassi 32 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 1 89 813
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “AMBAR-GREEN”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/19 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2014 – The Body Shop International vs UASI – Spa Monopole (SPA WISDOM)
(Kawża T-201/14)
2014/C 235/26
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Body Shop International plc (Littlehampton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Vernimme, H. Viaene, S. Vandewynckel u D. Gillet, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Jannar 2014, mogħtija fil-Każ R 1516/2012-4; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut, u, jekk neċessarju, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SPA WISDOM” għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 9 00 748
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: it-trade marks tal-Benelux Nri 3 89 230, 4 99 046, 3 72 307 għat-trade mark verbali “SPA” u t-trade mark tal-Benelux Nru 6 93 395 għat-trade mark verbali “LES THERMES DE SPA”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/20 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – LR Health & Beauty Systems vs UASI – Robert McBride (LR nova pure.)
(Kawża T-202/14)
2014/C 235/27
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LR Health & Beauty Systems GmbH (Ahlen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Robert McBride Ltd (Manchester, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 272/2013-2; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun xieraq, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “LR nova pure.” Għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 8 51 361
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali internazzjonali NOVA
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/21 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 – Intesa Sanpaolo vs UASI (NEXTCARD)
(Kawża T-233/14)
2014/C 235/28
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi, G. Ghisletti u F. Braga, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 1807/2013-5; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali NEXTCARD għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 36 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 3 79 931
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/21 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2014 – Yoworld vs UASI – Nestlé (yogorino)
(Kawża T-246/14)
2014/C 235/29
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yoworld SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Tornato u D. Hazan, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 115/2013-2; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “yogorino” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 35, u 43 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 4 36 536
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja preċedenti Nru 7 2 56 829
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-regolament dwar it-trade mark Komunitarja
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/22 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2014 – Meica vs UASI – Salumificio Fratelli Beretta (MINIMINI)
(Kawża T-247/14)
2014/C 235/30
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Labesius, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Salumificio Fratelli Beretta SpA (Barzanò, l-Italja)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Frar 2014 mogħtija fil-Każ R 1159/2013-4; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “STICK MINIMINI Fratelli Beretta 1812 GLI ORIGINALI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 0 67 031
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “Mini Wini” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29 u 38 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 2 97 835
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/23 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 – Masafi vs UASI – Hd1 (masafi juice)
(Kawża T-248/14)
2014/C 235/31
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Masafi Co. LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: G. Hinarejos Mulliez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hd1 Ltd (Huddersfield, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 119/2013-4; |
|
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti, jekk tiġi ammessa li tintervjeni, tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva sewda u bajda li fiha l-element verbali “masafi” għal prodotti fil-klassi 32
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark tar-Renju Unit Nru 2 5 51 560 għall-kelma “masafi”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a), (b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/23 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2014 – Masafi vs UASI – Hd1 (masafi)
(Kawża T-249/14)
2014/C 235/32
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Masafi Co. LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: G. Hinarejos Mulliez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hd1 Ltd (Huddersfiels, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 1131/2013-4; |
|
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti, jekk tiġi ammessa li tintervjeni, tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva sewda u bajda li fiha l-element verbali “masafi” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark tar-Renju Unit Nru 2 5 51 560 għall-kelma “masafi”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/24 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2014 – Aalto-korkeakoulusäätiö vs UASI (APPCAMPUS)
(Kawża T-255/14)
2014/C 235/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aalto-korkeakoulusäätiö (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: C. Tomás Pedro, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta’ Jannar 2014, (Każ R 713/2013-2) fil-parti fejn hija tikkonferma d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 1 34 485“APPCAMPUS” (trade mark verbali) fir-rigward ta’ softwer tal-kompjuter, apparat għar-reġistrazzjoni ta’ data manjetika, diski ta’ reġistrazzjoni, diski kumpatti, DVDs u mezzi oħra għal reġistrazzjoni diġitali fil-klassi 9 u servizzi teknoloġiċi u riċerka u disinn relatati magħhom, disinn u żvilupp ta’ softwer għall-kompjuter fil-klassi 42; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 1 34 485 tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea “APPCAMPUS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 38, 41 u 42
Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni parzjalment mhux eliġibbli għal reġistrazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata parzjalment annullata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c), (b), u (2) tar-Regolament Nru 207/2009
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/25 |
Appell ippreżentat fil-25 ta’ April 2014 minn Robert Walton mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-27 ta’ Frar 2014 fil-Kawża F-32/13, Walton vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-261/14 P)
2014/C 235/34
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Robert Walton (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tas-27 ta’ Frar 2014, fil-Kawża F-32/13, Walton vs Il-Kummissjoni; |
|
— |
tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jeżamina it-tielet motiv invokat fir-rikors promotur u jiddiċiedi fuq iż-żewġ motivi l-oħra skont is-sentenza appellata; |
|
— |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-proċedura tal-appell u tal-proċedura tal-ewwel istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.
|
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Ewropew ma mmotivax id-deċiżjoni tiegħu u naqas milli jiddiċiedi fuq motiv imqajjem fl-ewwel istanza. |
|
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta klassifikazzjoni legali żbaljata lis-suġġetti u r-raġunijiet tad-deċiżjonijiet u sentenzi msemmija b’paragun mas-suġġett tar-rikors fl-ewwel istanza. |
|
3. |
It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq. |
|
4. |
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-aspettattivi leġittimi li jiġġeneraw żball skużabbli għall-appellant. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/25 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2014 – Bionecs vs UASI – Fidia Farmaceutici (BIONECS)
(Kawża T-262/14)
2014/C 235/35
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bionecs GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Knitter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fidia Farmaceutici SpA (Abano Terme, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Frar 2014 , fil-Każ R 1179/2013-1; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BIONECS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 29 u 35 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 50 638
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “BIONECT” għal prodotti fil-klassi 5 irreġistrata bħala trade mark internazzjonali Nru 7 15 915
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/26 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2014 – mobile.international vs UASI – Rezon (mobile.de)
(Kawża T-322/14)
2014/C 235/36
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: mobile.international GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rezon OOD (Sofija, il-Bulgarija)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 951/2013-1; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “mobile.de”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 8 8 38 609
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Rezon OOD
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali “mobile” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u każ mibgħut lura quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni
Motivi invokati:
|
— |
ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
ksur tal-eċċezzjoni ta’ abbuż ta' dritt flimkien mal-Artikoli 56(1)(b) u 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/27 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2014 – mobile.international vs UASI
(Kawża T-325/14)
2014/C 235/37
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: mobile.international GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rezon OOD (Sofija, il-Bulgarija)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 922/2013-1; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “mobile.de” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 9 3 76 989
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Rezon OOD
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali “mobile” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u każ mibgħut lura quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni
Motivi invokati:
|
— |
ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
ksur tal-eċċezzjoni ta’ abbuż ta' dritt flimkien mal-Artikoli 56(1)(b) u 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/28 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2014 – Compagnie des fromages & Richesmonts vs UASI Grupo Lactalis Iberia (Rappreżentazzjoni ta’ skakkiera ħamra u bajda)
(Kawża T-327/14)
2014/C 235/38
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie des fromages & Richesmonts (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: T. Mollet-Vieville u T. Cuche, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo Lactalis Iberia, SA (Madrid, Spanja)
Talbiet
|
— |
tikkonstata li t-trade mark Komunitarja Nru 6 0 59 687 hija valida sabiex tkopri l-ġobon; |
|
— |
konsegwentement, tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-3 ta’ Marzu 2014, sa fejn tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja Nru 6 0 59 687; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-3 ta’ Marzu 2014, sa fejn tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja Nru 6 0 59 687 sabiex tkopri l-ġobon; |
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark figurattiva li tirrappreżenta skakkiera ħamra u bajda, għal prodotti u servizzi fil-klassi 29 – Trade mark Komunitarja Nru 6 0 59 687
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Grupo Lactalis Iberia, SA
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: motivi assoluti previsti mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d) tar-Regolament Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkonċernata
Motivi invokati: il-Bord tal-Appell wettaq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi (ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009; ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009).
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/29 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2014 – Helbrecht vs UASI – Lenci Calzature(SportEyes)
(Kawża T-333/14)
2014/C 235/39
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Andreas Helbrecht (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lenci Calzature SpA (Turchetto-Montecarlo, l-Italja)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 830/2013-5; |
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u lil Lenci Calzatura SpA, f’każ li hija tintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SportEyes” għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 5 04 525
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Lenci Calzature SpA
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “EYE SPORT EYE”, “EYE fashion EYE” u “EYE”, għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/29 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2014 – Lidl Stiftung vs UASI (Deluxe)
(Kawża T-344/14)
2014/C 235/40
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kefferpütz u A. Wrage, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1223/2013-1; |
|
— |
tiddikjara li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jipprekludux il-publikazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni; |
|
— |
tirrinvija mill-ġdid l-applikazzjoni Nru 01 1 4 27 507 quddiem il-konvenut sabiex jagħti deċiżjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ appell |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “Deluxe”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 29, 30, 31, 32 u 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 4 27 507
Deċiżjoni tal-eżaminatur: talba miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/30 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – Quanzhou Wouxun Electronics vs UASI – Locura Digital (WOUXUN)
(Kawża T-345/14)
2014/C 235/41
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Quanzhou Wouxun Electronics Co. Ltd (Quanzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. Pimenta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Locura Digital, SL (Granollers, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 407/2013-4; |
|
— |
tordna lill-UASI sabiex jirrifjuta l-għoti tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 0 72 478“WOXUN” totalment; |
|
— |
tikkundanna lil Locura Digital, SL sabiex tbati l-ispejjeż tal-kawża |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Locura Digital, SL
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali WOUXUN għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39 u 42 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 0 72 478
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali WOUXUN għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 38
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/31 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2014 – Europower vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-383/14)
2014/C 235/42
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Europower (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cocco u L. Salomoni, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-offerta ta’ Europower S.p.A. fis-sejħa għall-offerti dwar il-kostruzzjoni ta’ impjant tal-enerġija bi tliet sistemi li jaħdem b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni assoċjata miegħu b’vantaġġ għal offerent ieħor; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni dwar il-karatteristiċi u l-benefiċċji tal-offerent magħżul; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni li tirrifjuta li tipprovdi kopja tad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti f’rikors tas-7 ta’ April 2014 u kwalunkwe ordnijiet li huma konsegwentement neċessarji għall-provvista tad-dokumenti; |
|
— |
tannulla r-rifjut addizzjonali għall-provvista tal-aċċess, maħruġ wara r-rikors konfermatorju; |
|
— |
tannulla kull miżura konsegwenti, maħsuba, konnessa jew saħansitra mhux magħrufa u, b’mod partikolari r-rapporti ta’ evalwazzjoni tal-offerta, kwalunkwe kuntratt eventwali stipulat mal-offerent rebbieħ, il-verifika ta’ jekk l-offerent rebbieħ issodisfax ir-rekwiżiti ddikjarati, kull miżura mhux magħrufa, salv, il-kompletezza tal-motivi taħt l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Sussidjarjament:
|
— |
tannulla parzjalment is-sejħa għal offerti; |
|
— |
tannulla parzjalment l-anness amministrattiv tas-sejħa għal offerti; |
|
— |
Fl-aħħar nett, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni kkawżati, kif stabbilit fil-mori tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan l-appell qed jiġi ppreżentat kontra d-deċiżjoni li ċaħdet l-offerta tar-rikorrenti fl-istess proċedura ta’ sejħa għal offerti li kienet ukoll is-suġġett tal-Kawża T-355/14 STC SpA vs Il-Kummissjoni.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi:
|
|
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament tal-Artikolu 148 tar-Regolament Nru 1268/2012; ksur tal-Artikolu 113 tar-Regolament Nru 966/2012 u ksur tar-regoli proċedurali tas-sejħa għal offerti, kif ukoll, f’dan il-każ ta’ użu ħażin ta’ poter.
|
|
|
It-tieni motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 149 tar-Regolament Nru 1268/2012; ksur tal-Artikolu Nru 113 tar-Regolament Nru 966/2012; ksur tad-Direttiva 2004/18/KE (premessa 39 tal-preambolu tagħha); kif ukoll, f’dan il-każ, ta’ użu ħażin ta’ poter.
|
|
|
It-tielet motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 112 tar-Regolament Nru 966/2012; ksur tal-prinċipju tas-segretezza tas-sejħiet għal offerti msemmija fl-Artikolu 111 tar-Regolament Nru 966/2012; ksur tal-Artikoli 157 u 159 tar-Regolament Nru 1268/2012; kif ukoll, f’dan il-każ, ta’ użu ħażin tal-poter.
|
|
|
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament u t-trasparenza; ksur tal-Artikolu 15 u 298 tat-Trattat; ksur tal-Artikolu 102 tar-Regolament Nru 966/2012; ksur tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/18/KE; kif ukoll, f’dan il-każ, ta’ użu ħażin tal-poter.
|
|
|
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-ksur tal-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament u tat-trasparenza; ksur tal-Artikoli 157 u 58 tar-Regolament Nru 1268/2012; kif ukoll, f’dan il-każ, ta’ użu ħażin tal-poter.
|
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/32 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-384/14)
2014/C 235/43
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: B. Tidore, avvocato dello Stato, G. Palmieri, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. C (2014) 2008, tal-4 ta’ April 2014, innotifikata fis-7 ta’ April 2014, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea xi spejjeż sostnuti mill-Istati Membri, u b’mod iktar konkret mill-Italja, fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija”, il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, il-Gvern Taljan jinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji Komunitarji u fuq investigazzjoni insuffiċjenti.
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 43 u 48 tar-Regolament 1782/2003 (1)
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali fis-suġġett tal-korrezzjoni finanzjarja u ta’ osservanza tal-kriterji ta’ rikonoxximent, kif ukoll fuq motivazzjoni insuffiċjenti.
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001.
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/33 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Seatech International et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-500/13) (1)
2014/C 235/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/34 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs EMCDDA
(Kawża F-22/14)
2014/C 235/45
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għad-Drogi u t-Tossiku Dipendenza (EMCDDA)
Suġġett
L-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti intiża sabiex jiġi kkonstatat li hija sofriet fastidju psikoloġiku min-naħa tas-superjur ġerarkiku dirett tagħha u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni li l-kuntratt tagħha ma jiġix imġedded, u ta’ żewġ deċiżjonijiet oħra li jiċħdu l-ilmenti tagħha kontra s-superjuri tagħha. Konsegwentement ir-rikorrenti titlob ukoll li jkun hemm investigazzjoni ġdida u li tingħata kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-EMCDDA tal-11 ta’ Settembru 2012 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti; |
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Settembru 2012 li l-kuntratt tagħha ma jiġix imġedded; |
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Bord tad-Diretturi tal-EMCDDA tat-13 ta’ Mejju 2013 u d-deċiżjoni tad-Direttur tal-EMCDDA tal-25 ta’ Ġunju 2013 li jiċħdu l-allegazzjonijiet li r-rikorrenti għamlet fl-ilment tagħha tal-10 ta’ Diċembru 2013; |
|
— |
jordna investigazzjoni ġdida li tkun regolari, oġġettiva u imparzjali; |
|
— |
jaġġudika kumpens għad-danni materjali mġarrba mir-rikorrenti, stmati għal EUR 4 30 202; |
|
— |
jaġġudika kumpens għad-danni morali mġarrba mir-rikorrenti, stmati għal EUR 1 20 202 |
|
— |
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/34 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża F-41/14)
2014/C 235/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: Christophe Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għas-sena 2012 u tad-deċiżjoni li tagħtiha punt ta’ mertu għas-sena 2012.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni kontenzjuż, id-deċiżjoni fuq il-punti ta’ mertu u, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni fuq l-ilment; |
|
— |
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/35 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-48/14)
2014/C 235/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: R. Duta, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2014 li permezz tagħha l-bord tal-għażla kkostitwit fil-proċedura ta’ selezzjoni UE Karrieri EPSO/AD/177/10-AUDIT2013-Amministraturi-AD5 ikkonferma, wara eżami mill-ġdid, id-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013 li ma tippermettix lir-rikorrent jgħaddi għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjonijiet tal-bord tal-għażla tal-14 ta’ Frar 2014 u tat-3 ta’ Ottubru 2013 li skonthom il-kandidatura tiegħu fil-kompetizzjoni bir-referenza EPSO/AD/177/10-AUDIT2013-Amministraturi-AD5 ġiet miċħuda; |
|
— |
jordna kull obbligu legali fil-qasam; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 5 000, jew kwalunkwe ammont ieħor, anki ikbar, li għandu jiġi stabbilit mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ex aequo et bono, bħala kumpens għan-natura vessatorja tat-trattament tal-kandidatura tiegħu; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/35 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Fasano vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-76/13) (1)
2014/C 235/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-president tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 291, 05.10.2013, p. 7.