ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 232

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
18 ta' Lulju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 232/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7289 — Golden Agri-Resources/CEPSA Quimica/JV) ( 1 )

1

2014/C 232/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7222 — Enercon Independent Power Producer/Gothaer Leben Renewables/Skogberget Vind) ( 1 )

1

2014/C 232/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7242 — Cargill/Copersucar/JV) ( 1 )

2

2014/C 232/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7286 — CVC Capital Partners/Deoleo) ( 1 )

2

2014/C 232/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7294 — Carlyle/Haier Group/Haier Biomedical And Laboratory Product) ( 1 )

3

2014/C 232/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7271 — Russian Machines/Fritzmeier/JV) ( 1 )

3

2014/C 232/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7181 — BNP Paribas Fortis/Bank Gospodarki Żywnościowej) ( 1 )

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 232/08

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 232/09

Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu tal-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ta’ Tuchola N

6

2014/C 232/10

Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu tal-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ta’ Żory-Rybnik

9

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 232/11

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7321 — CVC Capital Partners/Vedici Groupe) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7289 — Golden Agri-Resources/CEPSA Quimica/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 232/01

Fid-9 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7289. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7222 — Enercon Independent Power Producer/Gothaer Leben Renewables/Skogberget Vind)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 232/02

Fid-9 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) -dokument li jġib in-numru 32014M7222. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7242 — Cargill/Copersucar/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 232/03

Fl-10 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7242. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7286 — CVC Capital Partners/Deoleo)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 232/04

Fl-10 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ispanjol u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7286. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7294 — Carlyle/Haier Group/Haier Biomedical And Laboratory Product)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 232/05

Fit-8 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7294. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7271 — Russian Machines/Fritzmeier/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 232/06

Fl-14 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7271. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7181 — BNP Paribas Fortis/Bank Gospodarki Żywnościowej)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 232/07

Fl-14 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7181. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Lulju 2014

2014/C 232/08

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3525

JPY

Yen Ġappuniż

137,27

DKK

Krona Daniża

7,4569

GBP

Lira Sterlina

0,79090

SEK

Krona Żvediża

9,2470

CHF

Frank Żvizzeru

1,2147

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3825

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,440

HUF

Forint Ungeriż

310,48

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1440

RON

Leu Rumen

4,4437

TRY

Lira Turka

2,8760

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4426

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4537

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4831

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5569

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6794

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 390,59

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5073

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3920

HRK

Kuna Kroata

7,6205

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 799,64

MYR

Ringgit Malażjan

4,2985

PHP

Peso Filippin

58,899

RUB

Rouble Russu

47,2590

THB

Baht Tajlandiż

43,505

BRL

Real Brażiljan

3,0175

MXN

Peso Messikan

17,5047

INR

Rupi Indjan

81,3833


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/6


Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu tal-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ta’ Tuchola N

2014/C 232/09

Il-proċedura għandha x’taqsam mal-għoti ta’ konċessjonijiet għall-ipprospettar jew għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u gass naturali fiż-żona ta’ Tuchola N, fil-provinċji ta’ kujawsko-pomorskie, pomorskie u zachodniopomorskie:

Isem

Il-blokka ta’ konċessjoni

it-tqassim tal-1992

X

[m]

Y

[m]

Tuchola N

f’partijiet tal-blokki: 66, 67, 86, 87, 88, 108, 107, 128, 109, 129

683 970,0

355 934,0

683 319,7

378 508,3

660 689,4

410 177,5

624 049,8

463 163,2

615 522,0

457 159,0

633 748,0

431 135,0

626 638,5

427 454,6

626 690,9

424 108,4

632 462,8

424 201,0

636 543,4

426 512,3

653 317,4

403 302,6

650 177,7

400 894,4

654 932,9

400 994,8

655 083,2

39 117,9

666 983,8

394 386,9

667 194,7

385 440,8

675 337,0

385 619,0

675 804,0

369 243,0

674 937,0

368 579,0

671 991,1

368 495,8

679 751,1

355 587,9

L-applikazzjonijiet iridu jkopru l-istess żona.

L-applikazzjonijiet tal-konċessjoni jridu jitressqu fl-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru għall-Ambjent sa mhux aktar tard minn nofsinhar CET/CEST dakinhar meta jintemm il-perjodu ta’ mitt ġurnata wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu jingħarblu skont dawn il-kriterji:

(a)

it-teknoloġija proposta għall-ħidma (50 %);

(b)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (40 %);

(c)

il-miżata proposta għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri (10 %).

Il-miżata minima għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri għaż-żona ta’ Tuchola N hi:

1)

fil-każ tal-ipprospettar ta’ depożiti ta’ żejt u gass naturali:

waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 131 778,20 kull sena;

għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 158 133,85 kull sena;

għas-sitt sena u s-snin sussegwenti ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 184 489,48 kull sena;

2)

fil-każ tal-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u gass naturali:

waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 263 556,41 kull sena;

għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 316 267,70 kull sena;

għas-sitt sena u s-snin sussegwenti ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 368 978,98 kull sena;

3)

fil-każ tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u gass naturali:

waqt perjodu bażi ta’ ħames snin: PLN 263 556,41 kull sena;

għas-sitt, għas-seba’ u għat-tmien sena ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 316 267,70 kull sena;

għad-disa’ sena u s-snin sussegwenti ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 368 978,98 kull sena.

L-applikazzjoni jinfetħu fil-pubbliku fl-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru għall-Ambjent f’nofsinhar CET/CEST tal-erbatax-il ġurnata tax-xogħol wara li tiskadi s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. Il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni se tintemm fi żmien sitt xhur wara li tiskadi s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu avviż bil-miktub bir-riżultati tal-proċedura.

L-applikazzjonijiet għandhom isiru bil-Pollakk.

L-awtorità tal-liċenzji se tagħti l-konċessjonijiet għall-ipprospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u gass naturali lill-applikant magħżul wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet rilevanti, u se tikkonkludi kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri miegħu.

Sabiex tkun tista’ twettaq attività li tinvolvi l-ippospettar u/jew l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi fil-Polonja, il-kumpanija inkwistjoni għandu jkollha kemm id-drittijiet tal-użufrutt tal-minijieri kif ukoll konċessjoni.

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lil:

Il-Ministeru għall-Ambjent,

id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u l-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Jista’ jinkiseb aktar tagħrif minn:

il-websajt tal-Ministeru għall-Ambjent:

www.mos.gov.pl

Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u l-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi,

il-Ministeru għall-Ambjent

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Tel. +48 225792449

Feks +48 225792460

e-Mail: dgikg@mos.gov.pl

Bl-approvazzjoni ta’:

Sławomir M. BRODZIŃSKI

il-Ġeoloġista Kap tal-Istat


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/9


Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu tal-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ta’ Żory-Rybnik

2014/C 232/10

Il-proċedura għandha x’taqsam mal-għoti ta’ konċessjonijiet għall-ipprospettar jew għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam, fiż-żona ta’ Żory-Rybnik fil-provinċja ta’ Śląskie:

Isem

Nru tal-blokk

it-tqassim tal-1992

X

Y

Żory-Rybnik

parti mill-blokk ta’ konċessjoni Nru 390

242 385,73

470 962,96

243 155,77

471 323,24

243 219,27

471 596,14

243 453,05

471 633,50

243 057,46

473 936,75

241 751,38

472 910,54

243 440,95

471 696,44

L-applikazzjonijiet iridu jkopru l-istess żona.

L-applikazzjonijiet tal-konċessjoni jridu jitressqu fl-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru għall-Ambjent sa mhux aktar tard minn nofsinhar CET/CEST dakinhar meta jintemm il-perjodu ta’ 91 ġurnata wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu jingħarblu skont dawn il-kriterji:

(a)

it-teknoloġija proposta għall-ħidma (50 %);

(b)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (40 %);

(c)

il-miżata proposta għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri (10 %).

Il-miżata minima għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri għaż-żona ta’ Żory-Rybnik hi:

1.

fil-każ tal-ipprospettar ta’ depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam:

waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 2 000,00 kull sena;

għar-raba’ u l-ħames snin ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 2 000,00 kull sena;

għas-sitt sena u s-snin sussegwenti ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 2 000,00 kull sena;

2.

fil-każ ta’ esplorazzjoni ta’ depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam:

waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 4 000,00 kull sena;

għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 4 000,00 kull sena;

għas-sitt sena u s-snin sussegwenti ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 4 000,00 kull sena;

3.

fil-każ tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam:

waqt perjodu bażi ta’ ħames snin: PLN 6 000,00 kull sena;

għas-sitt, għas-seba’ u għat-tmien sena ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 6 000,00 kull sena;

għad-disa’ sena u s-snin sussegwenti ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 6 000,00 kull sena.

L-applikazzjonijiet jinfetħu pubblikament fl-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru għall-Ambjent f’nofsinhar CET/CEST tal-erbatax-il ġurnata tax-xogħol wara li tiskadi s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. Il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni se tintemm fi żmien sitt xhur wara li tiskadi s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu avviż bil-miktub bir-riżultati tal-proċedura.

L-applikazzjonijiet għandhom isiru bil-Pollakk.

L-awtorità tal-liċenzji se tagħti l-konċessjonijiet għall-ipprospettar jew għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam, lill-applikant magħżul wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet rilevanti, u se tikkonkludi kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri miegħu.

Sabiex tkun tista’ twettaq attività li tinvolvi l-ipprospettar jew l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam fil-Polonja, il-kumpanija inkwistjoni għandu jkollha kemm id-drittijiet tal-użufrutt tal-minijieri kif ukoll konċessjoni.

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lil:

Il-Ministeru għall-Ambjent,

id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u l-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Jista’ jinkiseb aktar tagħrif minn:

il-websajt tal-Ministeru għall-Ambjent:

www.mos.gov.pl

id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u l-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi

il-Ministeru għall-Ambjent

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Tel. +48 225792449

Feks +48 225792460

e-Mail: dgikg@mos.gov.pl

Bl-approvazzjoni ta’:

il-Ġeoloġista Kap tal-Istat

Sławomir M. BRODZIŃSKI


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7321 — CVC Capital Partners/Vedici Groupe)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 232/11

1.

Fl-10 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (il-Lussemburgu) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Vedici Groupe SAS (Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A.: parir għal, u ġestjoni ta’, fondi tal-investiment

—   għal Vedici Groupe SAS: provvista ta’ servizzi tal-isptar fi Franza

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7321 — CVC Capital Partners/Vedici Groupe, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.