ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 227

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
17 ta' Lulju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2014/C 227/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Libanu tal-20 ta’ Ġunju 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tieni Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bejn l-UE u l-Libanu

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 227/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2014 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 227/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

2014/C 227/04

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

5

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2014/C 227/05

Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali bejn l-UE u ċ-Ċina dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-Programm tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat fl-Unjoni Ewropea u l-Miżuri dwar il-Ġestjoni Kklassifikata tal-Programm ta’ Intrapriżi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

6

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2014/C 227/06

Livelli minimi msemmija fid-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE, kif emendati bir-Regulation (UE) Nru 1336/2013, espressi fil-muniti nazzjonali tal-Istati EFTA

9

2014/C 227/07

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet

10

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 227/08

Hercule III — Sejħa għall-proposti — 2014 — Assistenza teknika għall-ġlieda kontra l-frodi fl-UE

11

2014/C 227/09

Hercule III — Sejħa għall-proposti — 2014 — Taħriġ-Kontra l-Frodi

14

2014/C 227/10

Hercule III — Sejħa għall-proposti — 2014 — Taħriġ u Studji Ġuridiċi

16

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 227/11

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7315 — Carlson/CWT) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

18

2014/C 227/12

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7305 — TDR Capital/Delek Europe) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

19

2014/C 227/13

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7295 — Parkwind/Aspiravi Offshore/Summit Renewable Energy Northwind/Northwind) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

20

2014/C 227/14

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7323 — Nordic Capital/GHD Verwaltung) ( 1 )

21

2014/C 227/15

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7266 — D’Ieteren/Continental/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-LIBANU

tal-20 ta’ Ġunju 2014

dwar l-implimentazzjoni tat-tieni Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bejn l-UE u l-Libanu

2014/C 227/01

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-LIBANU,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitá Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) u b’mod partikolari l-Artikolu 76(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 86 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jiżguraw li l-għanijiet stipulati fil-Ftehim jinkisbu.

(2)

Il-partijiet għall-Ftehim qablu dwar it-test tat-tieni Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bejn l-UE u l-Libanu (“il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Libanu”).

(3)

Il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Libanu ser jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ftehim permezz tal-elaborazzjoni u l-qbil bejn il-Partijiet ta’ passi konkreti li jipprovdu gwida prattika għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(4)

Il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Libanu għandu l-iskop doppju li jistabbilixxi passi konkreti lejn it-twettiq tal-obbligi tal-Partijiet, stipulati fil-Ftehim u li jipprovdi qafas aktar wiesa’ għat-tisħiħ ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Libanu biex jinvolvi livell importanti ta’ integrazzjoni ekonomika u biex japprofondixxi l-kooperazzjoni politika, b’mod konformi mal-għanijiet ġenerali tal-Ftehim,

ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:

Artikolu Uniku

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-partijiet jimplimentaw il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Libanu (1), sa fejn l-implimentazzjoni jkollha l-mira li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2014.

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-President

C. ASHTON


(1)  Ara d-dokument 17588/13 fuq http://register.consilium.europa.eu


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Lulju 2014

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

2014/C 227/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 ġiet adottata fl-14 ta’ Lulju 2014.

Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MARTINA


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1, b’rettifika fil-ĠU L 111, 15.4.2014, p. 96 u fil-ĠU L 124, 25.4.2014, p. 30.


Il-Kummissjoni Ewropea

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Lulju 2014

2014/C 227/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3532

JPY

Yen Ġappuniż

137,73

DKK

Krona Daniża

7,4566

GBP

Lira Sterlina

0,79030

SEK

Krona Żvediża

9,2495

CHF

Frank Żvizzeru

1,2156

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3850

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,446

HUF

Forint Ungeriż

309,13

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1373

RON

Leu Rumen

4,4361

TRY

Lira Turka

2,8711

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4480

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4564

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4881

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5548

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6816

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 393,23

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,4569

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3976

HRK

Kuna Kroata

7,6220

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 832,67

MYR

Ringgit Malażjan

4,3154

PHP

Peso Filippin

59,010

RUB

Rouble Russu

46,5510

THB

Baht Tajlandiż

43,453

BRL

Real Brażiljan

3,0047

MXN

Peso Messikan

17,5179

INR

Rupi Indjan

81,3003


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/5


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2014/C 227/04

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta' Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

(1)

f'paġna 31, it-tielet paragrafu tan-nota ta’ spjegazzjoni għall-kodiċi NM “ 0304 11 10 Filletti ” jitħassar;

(2)

f'paġna 31, it-tielet paragrafu tan-nota ta’ spjegazzjoni għall-kodiċi NM “ 0304 19 01 sa 0304 19 39 Filletti ” jitħassar.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/6


Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali bejn l-UE u ċ-Ċina dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-Programm tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat fl-Unjoni Ewropea u l-Miżuri dwar il-Ġestjoni Kklassifikata tal-Programm ta’ Intrapriżi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bil-lingwi bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit elettroniku tal-KEPD www.edps.europa.eu)

2014/C 227/05

I.   Introduzzjoni

I.1.   Konsultazzjoni mal-KEPD u l-għan tal-Opinjoni

1.

Fis-26 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali bejn l-UE u ċ-Ċina dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-Programm tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (minn hawn ‘il quddiem: il-“programmi”) fl-Unjoni Ewropea u l-Miżuri dwar il-Ġestjoni Kklassifikata tal-Programm ta’ Intrapriżi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (minn hawn ‘il quddiem: “il-proposta”). Il-proposta fiha abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż tal-Kumitat Konġunt dwar il-Kooperazzjoni Doganali (“KKKD”) stabbilit skont il-Ftehim bejn l-UE u ċ-Ċina dwar il-Kooperazzjoni u l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet Doganali (minn hawn ‘il quddiem “l-abbozz ta’ deċiżjoni”).

2.

Preċedentement, il-KEPD kien ġie kkonsultat b’mod informali u kellu l-opportunità li jipprovdi kummenti lill-Kummissjoni. L-għan ta’ din l-Opinjoni huwa li tikkomplimenta dawn il-kummenti fid-dawl tal-Proposta preżenti u li l-fehmiet tal-KEPD isiru disponibbli għall-pubbliku.

3.

F’din l-opinjoni, il-KEPD ser janalizza l-aspetti tal-protezzjoni tad-dejta fl-abbozz ta’ deċiżjoni, primarjament fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, billi jieħu f’kunsiderazzjoni l-interpretazzjoni li tkun ingħatat lid-dispożizzjonijiet ewlenin dwar it-trasferiment ta’ dejta personali fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar interpretazzjoni komuni tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 95/46/KE (1) u fid-Dokument ta’ Ħidma tiegħu tal-24 ta’ Lulju 1998 dwar Trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi (2).

I.2   Il-kuntest tal-proposta

4.

Ġiet introdotta leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati permezz ta’ emenda fil-Kodiċi Doganali Komunitarju (ir-Regolament 648/2005 adottat f’April 2005). Din l-emenda daħlet fis-seħħ f’Jannar 2008.

5.

Ir-relazzjonijiet doganali bejn l-UE u ċ-Ċina huma bbażati fuq il-Ftehim dwar Kooperazzjoni u Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet Doganali (minn hawn ‘il quddiem “FKDAARKD”) tat-8 ta’ Diċembru 2004. Skont il-FKDAARKD, l-awtoritajiet doganali tal-partijiet jintrabtu li jiżviluppaw kooperazzjoni doganali li tkun tkopri l-kwistjonijiet kollha relatati mal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali.

6.

Skont il-proposta, ir-rikonoxximent reċiproku għandu jippermetti lill-UE u liċ-Ċina jipprovdu benefiċċji faċilitattivi lill-operaturi ekonomiċi li jkunu investew fil-konformità u fis-sigurtà tal-katina tal-provvista u li jkunu ġew iċċertifikati taħt il-programmi ta’ sħubija kummerċjali rispettivi tagħhom.

7.

F’Ġunju 2012, il-KKKD qabel li jingħata bidu għal negozjati formali dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-programmi. Minn dakinhar, seħħew tliet sessjonijiet ta’ negozjati; l-ewwel f’Jannar 2013, it-tieni f’Marzu 2013 u t-tielet f’Ottubru 2013 bil-għan li jiġi ffinalizzat l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-KKKD dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-AEO.

8.

Il-proposta titlob lill-Kunsill sabiex jadotta Pożizzjoni tal-Unjoni dwar abbozz ta’ deċiżjoni tal-KKKD abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Il-bażi legali għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-KKKD hija l-Artikolu 21 tal-FKDAARKD.

IV.   Konklużjonijiet

43.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li numru ta’ salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta huma inklużi fl-abbozz ta’ deċiżjoni. Madankollu, dawn is-salvagwardji ma jindirizzawx ir-rekwiżiti kollha meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jitqiesu bħala “salvagwardja xierqa” fid-dawl tal-Artikolu 9(7).

44.

Barra minn hekk, il-KEPD huwa mħasseb dwar l-infurzabbiltà attwali ta’ dawn is-salvagwardji u dwar in-nuqqas ta’ awtorità superviżorja indipendenti għall-protezzjoni tad-dejta fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

45.

B’mod partikolari, huwa jirrakkomanda dan li ġej:

li tiġi pprovduta konferma li l-abbozz ta’ deċiżjoni jorbot liż-żewġ Partijiet u jipprevali fuq il-liġijiet nazzjonali Ċiniżi;

li fl-abbozz ta’ deċiżjoni jiġu speċifikati l-kategoriji tad-dejta li għandha tiġi skambjata;

li jiġi speċifikat min sejjer ikun il-kontrollur min-naħa tal-UE;

li l-Kummissjoni tinnotifika lill-KEPD u lid-DPO skont l-Artikoli 25 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (verifika minn qabel);

li jiġu sottomessi salvagwardji adegwati ppreżentati lill-KEPD għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001;

li l-Artikolu 17(4) tas-CMAAA għandu għalhekk jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001;

li jiġi speċifikat li d-dejta personali għandha tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-għanijiet li għalihom hija ttrasferita jew ipproċessata aktar;

li jiġi stabbilit perjodu massimu ta’ żamma;

li jiġi speċifikat li d-dejta personali tista’ tiġi ttrasferita aktar biss jekk ir-riċevitur jiggarantixxi livell ta’ protezzjoni li jkun ekwivalenti għal dak mitlub fl-abbozz ta’ deċiżjoni;

li jiġi speċifikat li s-suġġetti tad-dejta għandhom jiġu informati qabel it-trasferiment dwar l-iskop tal-ipproċessar, l-identità tal-kontrollur fil-pajjiż terz, il-possibbiltà ta’ trasferimenti suċċessivi, id-drittijiet tagħhom għall-aċċess, ir-rettifika u l-oppożizzjoni, kif ukoll id-dritt tagħhom għal rimedju u riparazzjoni;

li jiġu inklużi salvagwardji addizzjonali, bħad-dritt għall-individwu li jkun jaf il-loġika involuta fid-deċiżjoni, fil-każ ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati;

li jiġu inklużi sanzjonijiet dissważivi għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-abbozz ta’ deċiżjoni;

li tiġi inkluża informazzjoni prattika dwar ir-rimedji eżistenti fl-abbozz ta’ deċiżjoni jew għall-inqas fl-ittri skambjati bejn il-partijiet jew fid-dokumenti li jakkumpanjaw l-abbozz ta’ deċiżjoni

li jiġu speċifikati l-mezzi għall-iżgurar ta’ rimedju għad-danni possibbli li jirriżultaw mill-atti u l-ommissjonijiet tal-awtoritajiet Ċiniżi.

li jiġi stabbilit li l-Partijiet għall-abbozz ta’ deċiżjoni għandhom jirrevedu flimkien l-implimentazzjoni tal-aspetti relatati mal-protezzjoni tad-dejta fl-abbozz ta’ deċiżjoni, fil-qafas tal-KKKD jew bħala proċess separat u li jiġi pprovdut l-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali tal-UE għall-protezzjoni tad-dejta, fejn rilevanti;

li jiġi speċifikat b’mod partikolari li s-sorveljanza u r-reviżjoni mill-awtoritajiet rilevanti rispettivi tal-partijiet skont l-Artikolu 6(9) japplikaw għal kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali kopert mill-abbozz ta’ deċiżjoni;

li jiġu speċifikati l-mezzi għall-iżgurar ta’ rimedju għad-danni li jirriżultaw mill-atti u l-ommissjonijiet tal-awtoritajiet Ċiniżi;

li jiġi speċifikat li, jekk jintalbu, l-awtoritajiet Ċiniżi kompetenti għall-implimentazzjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni għandhom jipprovdu biżżejjed evidenza ta’ konformità u jiżguraw aċċess mit-tim ta’ analiżi tal-UE għad-dokumentazzjoni, għas-sistemi u għall-persunal rilevanti;

li jiġi ddikjarat li wara sena mid-dħul fis-seħħ tal-abbozz ta’ deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Peter HUSTINX

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  WP 114, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/docs/wpdocs/2005/wp114_en.pdf

(2)  “L-applikazzjoni tal-Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta” (WP 12), disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/docs/wpdocs/1998/wp12_en.pdf


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/9


Livelli minimi msemmija fid-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE, kif emendati bir-Regulation (UE) Nru 1336/2013, espressi fil-muniti nazzjonali tal-Istati EFTA

2014/C 227/06

Livelli minimi f’EUR

Livelli minimi f’NOK

Livelli minimi f’CHF

Livelli minimi f’ISK

134 000

1 014 608

163 038

21 571 317

207 000

1 567 342

251 857

33 322 856

414 000

3 134 684

503 714

66 645 712

5 186 000

39 266 836

6 309 806

834 842 176


17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/10


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet

2014/C 227/07

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura segwenti ta’ għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

fl-24 ta’ April 2014

Numru tal-każ

:

74432

Nru tad-Deċiżjoni

:

171/14/COL

Stat tal-EFTA

:

Il-Liechtenstein

Reġjun

:

Balzers

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

:

Bürgergenossenschaft Balzers (Kooperattiva taċ-Ċittadini Balzers)

Bażi ġuridika

:

L-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE

Tip ta’ miżura

:

Appoġġ għall-produzzjoni u l-infrastruttura tat-tisħin distrettwali

Objettiv

:

Għajnuna ambjentali

Forma ta’ għajnuna

:

Għotjiet

Baġit

:

CHF 2 546 143

Intensità

:

Produzzjoni: 25 % Infrastruttura: 75 %

Setturi ekonomiċi

:

Produzzjoni u distribuzzjoni tal-enerġija

Isem u l-indirizz tal-awtorità responsabbli

:

EEA Coordination Unit

Europark/Austrasse 79

FL-9490 Vaduz

LIECHTENSTEIN

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq il-websajt tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/11


HERCULE III

Sejħa għall-proposti — 2014

Assistenza teknika għall-ġlieda kontra l-frodi fl-UE

2014/C 227/08

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż għas-Sejħa għall-Proposti huwa msejjes fuq ir-Regolament 250/2014 li jistabbilixxi l-Programm Hercule III (1), b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) (“Azzjonijiet Eliġibbli”), kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament 2014 li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali (2) għall-implementazzjoni tal-Programm Hercule III fl-2014, b’mod speċjali it-taqsima 6.1, l-azzjonijiet: 1, 2, 3 u 6 (“Azzjonijiet speċifiċi għall-assistenza teknika”).

Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament 2014 tipprovdi għall-organizzazzjoni tal-Assistenza teknika ta’ “Sejħa għall-Proposti bit-titlu ta’ Sigaretti u Appoġġ għall-Investigazzjoni”.

2.   Applikanti eliġibbli

Il-korpi eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Programm huma amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali (“Applikanti”) ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea li jippromwovi t-tisħiħ tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-Sejħa għall-Proposti huma:

1.

Ix-xiri u l-manutenzjoni ta’ għodod ta’ investigazzjoni u metodi użati biex jiġu miġġielda l-irregolaritajiet, il-frodi u l-korruzzjoni mwettqa kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Huwa inkluż it-taħriġ speċjalizzat meħtieġ għat-tħaddim tal-għodod ta’ investigazzjoni. L-għodod ta’ investigazzjoni jinkludu:

Tagħmir tekniku għas-sorveljanza elettronika u mobbli, inkluż ix-xiri u l-adattament ta’ karozzi meħtieġa għal dawn il-finijiet;

Tagħmir tekniku għall-analiżi ta’ evidenza diġitali;

Tagħmir tekniku għal komunikazzjonijiet kriptati.

2.

Ix-xiri u l-manutenzjoni ta’ apparati biex iwettqu spezzjonijiet ta’ kontejners, trakkijiet u vaguni tal-ferrovija u vetturi fil-fruntieri esterni tal-Unjoni u fl-Unjoni sabiex jinstabu prodotti li jiddaħħlu b’kutrabandu u prodotti ffalsifikati importati lejn l-Unjoni bl-għan jew bil-konsegwenza li jiġu evitati d-dazji doganali u t-taxxi tas-sisa. Dawn l-apparati jinkludu:

Ix-xiri ta’ skenners mobbli u fissi (tar-Raġġi X) kif ukoll kostijiet relatati mal-installazzjoni u l-manutenzjoni tagħhom (3), użati mid-dwana biex jivverifikaw kontejners, trakkijiet u karozzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE jew li jkunu fi tranżitu fit-territorju ta’ Stat Membri, biex jitwettqu verifiki dwar il-preżenza ta’ prodotti illeċti, b’mod partikolari sigaretti u tabakk imdaħħla b’kutrabandu jew iffalsifikati;

Taħriġ għall-persunal tad-dwana biex iħaddmu l-iskenner kif ukoll taħriġ għall-interpretazzjoni korretta tal-immaġni ġġenerati permezz tal-iskenners;

Softwer u ħardwer li jippermettu l-iskambju ta’ immaġnijiet, ġenerati permezz ta’ tipi differenti ta’ skenners, kemm fid-dwana stess kif ukoll bejn l-awtoritajiet tad-dwana fi ħdan l-UE.

3.

Ix-xiri, it-trasport, it-taħriġ, l-abitazzjoni u l-għalf tal-annimali użati biex jiġu skoperti prodotti mdaħħla b’kutrabandu u prodotti illeċti fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-irwejjaħ tagħhom. Dawn l-annimali jinkludu klieb imħarrġa fix-xamm, iżda jistgħu jiġu estiżi biex jinkludu annimali oħra bħal firien, ħnieżer jew naħal, sakemm l-applikant jirnexxielu juri li l-użu ta’ dawn l-annimali għal dan l-għan ġie pprovat fuq il-bażi ta’ riċerka msejsa fuq l-evidenza. Attivitajiet ta’ riċerka u ta’ Żvilupp għal dan l-għan huma esklużi mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ din is-Sejħa;

4.

Ix-xiri, il-manutenzjoni u l-interkonnessjoni ta’ sistemi għar-rikonoxximent tal-pjanċi tal-vetturi (Sistemi ta’ Rikonoxximent Awtomatiku tal-Pjanċi - ANPRS) jew kodiċijiet ta’ kontejners għall-finijiet relatati mal-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, sakemm dawn is-sistemi ma jkunux sovrapposti minn sistemi eżistenti ffinanzjati mill-UE, bħan-netwerk EUCARIS (4) jew is-sistemi ERRU u RESPER (5). Huwa inkluż it-taħriġ speċjalizzat meħtieġ għat-tħaddim ta’ dawn is-sistemi.

5.

Ix-xiri ta’ servizzi għall-appoġġ tal-kapaċità tal-Istati Membri biex jaħżnu u jeqirdu sigaretti u tabakk sekwestrati.

4.   Kriterji tal-għoti

Kull azzjoni eliġibbli sottomessa tiġi evalwata fid-dawl tal-kriterji tal-għoti li ġejjin:

Il-valur miżjud tal-applikazzjoni għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Il-konformità mal-objettivi operazzjonali tal-Programm;

Il-kwalità;

Offerti ekonomikament vantaġġużi.

5.   Baġit

Il-baġit indikattiv disponibbli għal din is-Sejħa huwa ta’ EUR 7 450 000. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta’ għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mhix se taqbeż il-80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif xieraq, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiżdied biex tkopri massimu ta’ 90 % tal-ispejjeż eliġibbli. Is-Sejħa telenka l-kriterji li jiġu applikati għad-determinazzjoni ta’ dawn il-każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif xieraq.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

6.   Informazzjoni ulterjuri

Id-dokumenti kollha relatati ma’ din is-Sejħa għall-Proposti jistgħu jitniżżlu minn dan is-sit fuq l-Internet:

http://ec.europa.eu/anti_fraud/about-us/funding/index_en.htm

Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ din is-Sejħa jridu jintbagħtu bil-posta elettronika lil:

OLAF-FMB-HERCULE-TA@ec.europa.eu

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu ppubblikati b’mod anonimu fil-Linji Gwida biex timtela l-Formola ta’ Applikazzjoni fuq il-websajt tal-Internet tal-OLAF jekk dawn ikunu rilevanti għal applikanti oħra.

7.   Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu mhux aktar tard: mit-Tnejn, l-1 ta’ Settembru 2014.


(1)  Ir-Regolament 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Erkole III) (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2014 u l-finanzjament għall-implementazzjoni tal-Programm Hercule III C(2014)3391 tas-26 ta’ Mejju 2014.

(3)  Il-kostijiet ta’ manutenzjoni li mhumiex koperti b’garanzija.

(4)  Ara: https://joinup.ec.europa.eu/community/eucaris/description

(5)  Ara pereżempju: http://ec.europa.eu/transport/modes/road/access/erru_en.htm


17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/14


HERCULE III

Sejħa għall-proposti — 2014

Taħriġ-Kontra l-Frodi

2014/C 227/09

1.   Introduzzjoni u objettivi

L-objettiv ġenerali tal-Programm Hercule III jkun il-protezzjoni tal-interessi finanzjarjital-Unjoni u għalhekk itejjeb il-kompetittività tal-ekonomijatal-Unjoni u jiżgura l-protezzjoni ta’ flus il-kontribwenti kif definit fl-Artikolu 3 tal-Programm.

L-objettiv ta’ din is-sejħa hu li jiġu pprovduti għotjiet għall-organizzazzjoni ta’ workshops ta’ taħriġ immirati, speċjalizzati u ta’ analiżi tar-riskju, kif ukoll konferenzi xierqa mmirati lejn il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u fl-istess ħin biex jinkiseb livell ekwivalenti ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni.

Il-Kummissjoni (OLAF) se tagħti għajnuniet finanzjarji għal azzjonijiet li għandhom bħala objettiv:

l-iskambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet rilevanti fil- pajjiżi parteċipanti, inklużi s-servizzi speċjalizzati tal-infurzar tal-liġi,, kif ukoll rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali,

it-tixrid tal-għarfien, partikolarment dwar kif jista’ jiġi identifikat aħjar ir-riskju għal skopijiet investigattivi.

L-azzjonijiet jistgħu jinkisbu permezz tal-organizzazzjoni ta’: Konferenzi, seminars, laqgħat, korsijiet, tagħlim elettroniku u simpożja, gruppi ta’ ħidma, taħriġ intensiv b’involviment dirett u skambji tal-persunal, skambji tal-aħjar prattiki (inklużi dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-frodi).

2.   Applikanti eliġibbli

Kif definit fl-Artikolu 6 tal-Programm, l-applikanti jridu jkunu:

Amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali ta’ Stat Membru u pajjiż parteċipanti li jippromwovi t-tisħiħ tal-azzjoni f’livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni,

jew

L-istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u l-entitajiet bla skop ta’ qligħ sakemm ikunu ilhom stabbiliti u ilhom joperaw għal mill-inqas sena, fi Stat Membru jew f’pajjiż parteċipanti, u jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-Artikolu 7 (2) tal-Programm jiddefinixxi l-pajjiżi parteċipanti minbarra l-Istati Membri.

3.   Il-baġit u d-durata tal-proġetti

Il-baġit totali allokat għal din is-Sejħa għall-Proposti huwa stmat għal EUR 900 000.

Il-kofinanzjament tal-UE jiġi pprovdut sa massimu ta’ 80 % tal-kostijiet totali eliġibbli.

It-taħriġ irid jirrelata ma’ proġett li jibda l-aktar kmieni fit-13 ta’ April 2015 u li jispiċċa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015.

4.   Data tal-Għeluq

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn:

nhar it-Tnejn, 15 ta’ Settembru 2014.

5.   Informazzjoni ulterjuri

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti, il-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti relatati jistgħu jinkisbu fuq is-sit li ġej:

http://ec.europa.eu/anti_fraud/about-us/funding/hercule-iii/index_en.htm

L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-testijiet imsemmijin hawn fuq u jridu jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.


17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/16


HERCULE III

Sejħa għall-proposti — 2014

Taħriġ u Studji Ġuridiċi

2014/C 227/10

1.   Introduzzjoni u objettivi

Dan l-avviż għas-Sejħa għall-Proposti huwa msejjes fuq ir-Regolament 250/2014 li jistabbilixxi l-Programm Erkole III (1), b’mod partikolari l-Artikolu 8(b) (“Azzjonijiet Eliġibbli”), kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament 2014 li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali (2) għall-implementazzjoni tal-Programm Hercule III fl-2014, b’mod speċjali t-taqsima 7.2 (Taħriġ u Studji Ġuridiċi)

L-objettiv ġenerali tal-Programm Hercule III ikun il-protezzjoni tal-interessi finanzjarjital-Unjoni u għalhekk itejjeb il-kompetittivitàtal-ekonomijatal-Unjoni u jiżgura l-protezzjoni ta’ flus il-kontribwenti kif definit fl-Artikolu 3 tal-Programm.

L-objettiv ta’ din is-sejħa huwa li jiġu pprovduti għotjiet b’mod partikolari biex jittejjeb il-grad tal-iżvilupp tal-protezzjoni ġuridika u ġudizzjarja speċifika tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi permezz tal-promozzjoni tal-analizi tal-liġi komparattiva.

Il-Kummissjoni (OLAF) se tagħti għajnuniet finanzjarji għal azzjonijiet li għandhom bħala objettiv:

L-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ riċerka bi profil għoli, inklużi studji fil-liġi komparattiva;

It-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-prattikanti u l-akkademiċi (permezz ta’ azzjonijiet bħal konferenzi, seminars u gruppi ta’ ħidma), inkluża l-organizzazzjoni tal-laqgħa annwali tal-Presidenti tal-Assoċjazzjonijiet tal-Liġi Kriminali Ewropea u tal-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjari tal-UE;

Is-sensibilizzazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġudikatura u fergħat oħra tal-professjoni ġuridika għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluża l-pubblikazzjoni tal-għarfien xjentifiku li jikkonċerna l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-azzjonijiet jistgħu jinkisbu permezz tal-organizzazzjoni ta’: studji fil-liġi komparattiva, konferenzi, seminars, gruppi ta’ ħidma, pubblikazzjonijiet perjodiċi, eċċ.

2.   Applikanti eliġibbli

Kif definit fl-Artikolu 6 tal-Programm, l-applikanti jridu jkunu:

Amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali ta’ Stat Membru u pajjiż parteċipanti li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni f’livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

jew

Istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u l-entitajiet bla skop ta’ qligħ sakemm ikunu ilhom stabbiliti u jkunu ilhom joperaw għal mill-inqas sena, fi Stat Membru jew f’ pajjiż parteċipanti, u jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-Artikolu 7 (2) tal-Programm jiddefinixxi l-pajjiżi parteċipanti minbarra l-Istati Membri.

3.   Il-baġit u d-durata tal-proġetti

Il-baġit totali allokat għal din is-Sejħa għall-Proposti huwa stmat għal EUR 550 000. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta’ għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mhix se taqbeż it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif xieraq, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiżdied biex tkopri massimu ta’ 90 % tal-ispejjeż eliġibbli. Is-Sejħa telenka l-kriterji li jiġu applikati għad-determinazzjoni ta’ dawn il-każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif xieraq.

L-applikazzjoni trid tirrelata ma’ proġett li jibda fl-1 ta’ Diċembru 2014 l-aktar kmieni u li jispiċċa fl-1 ta’ Diċembru 2015 ta’ qabel.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

4.   Data tal-Għeluq

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn:

nhar it-Tnejn, it-8 ta’ Settembru 2014.

5.   Informazzjoni ulterjuri

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti, il-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti relatati jistgħu jinkisbu fuq is-sit li ġej:

http://ec.europa.eu/anti_fraud/about-us/funding/index_en.htm

L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-testijiet imsemmijin hawn fuq u jridu jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.

Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ din is-Sejħa jridu jintbagħtu bil-posta elettronika lil:

OLAF-FMB-HERCULE-LEGAL@ec.europa.eu

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu ppubblikati b’mod anonimu fil-Linji Gwida biex timtela l-Formola ta’ Applikazzjoni fuq il-websajt tal-Internet tal-OLAF jekk dawn ikunu rilevanti għal applikanti oħra.


(1)  Ir-Regolament 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6)

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2014 u l-finanzjament għall-implementazzjoni tal-Programm Hercule III C(2014)3391 tas-26 ta’ Mejju 2014


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/18


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7315 — Carlson/CWT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 227/11

1.

Fid-9 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Carlson, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ CWT B.V. (il-Pajjiżi l-Baxxi), attwalment ikkontrollata b’mod konġunt minn Carlson, Inc., u J.P. Morgan Chase & Co. (l-Istati Uniti tal-Amerika), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Carlson, Inc. hija primarjament attiva fl-industriji tal-ivvjaġġar u l-ospitalità.

CWT B.V. hija kumpanija ta’ ġestjoni tal-ivvjaġġar privat attiva f’ġestjoni privata tal-ivvjaġġar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7315 Carlson/CWT, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/19


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7305 — TDR Capital/Delek Europe)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 227/12

1.

Fid-9 ta’ ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l- Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża TDR Capital LLP (“TDR”, ir-Renju Unit) permezz ta’ kumpanija inkorporata ġdida DEL Acquisitions B.V. (“DEL”, il-Pajjiżi l-Baxxi) takkwista l-kontroll waħdieni tal-impriża Delek Europe B.V. (“Delek Europe”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

TDR hija impriża tal-ekwità privata li tinvesti – prinċipalment fir-Renju Unit – f’varjetà ta’ setturi fosthom gyms u klabbs tas-saħħa, servizzi ta’ proprjetà battala, kostruzzjoni modulari, pubs u ristoranti, xiri ta’ djun, ritorn ta’ pallets loġistiċi u assigurazzjoni fuq il-ħajja.

Delek Europe hija l-kumpanija prinċipali ta’ numru ta’ sussidjarji li permezz tagħhom topera fin-negozju tal-operazzjonijiet tal-kummerċ tal-fjuwil fil-Belġju, Franza, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi. Hija tissupplixxi wkoll karburanti bl-ingrossa u lubrikanti lill-bejjiegħa bl-ingrossa, lill-klijenti industrijali u kumpaniji tat-trasport fir-reġjun tal-Benelux.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7305 — TDR Capital/Delek Europe, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/20


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7295 — Parkwind/Aspiravi Offshore/Summit Renewable Energy Northwind/Northwind)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 227/13

1.

FL-10 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Parkwind NV (“Parkwind” tal-Belġju), Aspiravi Offshore (“Aspiravi” tal-Belġju) u Summit Renewable Energy Northwind (“Summit” tar-Renju Unit) se jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt tal-impriża Northwind NV (“Northwind” tal-Belġju), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Parkwind hija veikolu tal-investiment u l-iżvilupp tal-Korys/Colruyt Group u PMV. L-attività prinċipali tal-Korys/Colruyt Group hija l-bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti ta’ kuljum lill-konsumatur. PMV hija kumpanija ta’ investiment indipendenti kkontrollata mill-gvern reġjonali Fjamming,

Aspiravi hija sussidjarja 100 % ta’ Aspiravi Holding. L-unika attività attwali ta’ Aspiravi Offshore hija l-pussess ta’ sehem f’Northwind. Aspiravi Holding hija indirettament ikkontrollata mill-muniċipalijiet Belġjani,

Summit ġiet stabbilita bħala strument b’għan speċjali għall-fini tal-konċentrazzjoni proposta u hija kollha proprjetà sussidjarja indiretta ta’ Sumitomo Corporation. Sumitomo Corporation hija attiva fit-tħaddim u l-kostruzzjoni ta’ turbini tar-riħ fil-Ġappun, iċ-Ċina, l-Istati Uniti u l-Afrika t’Isfel,

Northwind għandha l-permess u l-liċenzji meħtieġa biex topera park eoliku lil hinn mill-kosta ta’ 216 MW fiż-Żona Ekonomika Esklussiva Belġjana fil-Baħar tat-Tramuntana.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301) jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7295 — Parkwind/Aspiravi Offshore/Summit Renewable Energy Northwind/Northwind, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/21


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7323 — Nordic Capital/GHD Verwaltung)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 227/14

1.

Fl-10 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Nordic Capital VII Limited (“Nordic Capital”, Jersey), parti minn Nordic Capital Funds, fil-kapaċità tiegħu bħala sieħeb ġenerali għal u f’isem Nordic Capital VIII Alfa, L.P. u Nordic Capital VIII Beta L.P., takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-impriża kollha GHD Verwaltung GesundHeits GmbH Deutschland (“GHD”, il-Ġermanja) u tas-sussidjarji diretti u indiretti tagħha, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Nordic Capital Funds: kumpanija tal-ekwità privata b’kumpaniji tal-portafoll attivi fl-Ewropa f’firxa wiesgħa ta’ setturi, fosthom il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ ostomija u prodotti għat-trattament tal-injam.

—   għal GHD: attiva fl-Ewropa fil-produzzjoni ta’ prodotti tal-ostomija, farmaċewtiċi mħallta, il-provvista ta’ servizzi ta’ loġistika, il-bejgħ bl-ingrossa ta’ tagħmir mediku u farmaċewtiċi u l-provvista ta’ tagħmir mediku u ta’ ċerti prodotti farmaċewtiċi fil-Ġermanja għal pazjenti li ma jkunux l-isptar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7323 — Nordic Capital/GHD Verwaltung, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/22


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7266 — D’Ieteren/Continental/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 227/15

1.

Fl-10 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha S.A. D’Ieteren N.V. (“D’Ieteren”, il-Belġju), ikkontrollata minn familja D’Ieteren, u Continental Automotive Holding Netherlands BV (il-Pajjiżi l-Baxxi), ikkontrollata minn Continental AG (“Continental”, il-Ġermanja), jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture (“JV”), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal D’Ieteren: fil-Belġju, id-distribuzzjoni ta’ vetturi Volkswagen, Audi, Skoda, Seat, Porsche, Bentley, Lamborghini, Bugatti u Yamaha, spare parts, aċċessorji u servizzi ta’ wara l-bejgħ għall-istess marki; il-bejgħ ta’ vetturi użati; servizzi finanzjarji tal-karozzi; servizzi ta’ kiri operattiv u finanzjarju; f’diversi pajjiżi fiż-ŻEE, il-forniment ta’ soluzzjonijiet ewlenin għal sistemi ta’ car pooling virtwali; internazzjonalment, tiswija tal-ħġieġ tal-vettura, u sostituzzjoni,

—   għal Continental: internazzjonalment, provvista ta’ diversi komponenti għall-industrija tal-karozzi, fosthom sistemi ta’ brejkijiet, sensors, tajers u prodotti u sistemi elettriċi u elettroniċi,

—   għall-JV: f’diversi pajjiżi fiż-ŻEE, sistemi ta’ serraturi li jagtħ aċess għall-karozzi għall-finijiet ta’ soluzzjoni ta’ car sharing; provvista ta’ servizzi (permezz tal-applikazzjonijiet tal-ismartphones, websajts u software) relatati ma’ soluzzjonijiet ta’ car sharing, fosthom ibbukkjar u għażla ta’ karozzi, servizzi ta’ fatturazzjoni, servizzi ta’ rappurtar u servizzi ta’ ġestjoni tal-flotta ta’ karozzi.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għall-ipproċessar skont il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301), b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7266 — D’Ieteren/Continental/JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition,

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.