ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 215

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
9 ta' Lulju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 215/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7243 — Amvest/NPM/Het Gastenhuis) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 215/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna li għaliha japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/439/PESK u implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 740/2014 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 215/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2014/C 215/04

Rapport Speċjali Nru 6/2014 L-appoġġ mill-fondi taħt il-politika ta’ Koeżjoni għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli — inkisbu riżultati tajbin?

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 215/05

Avviż tal-Gvern tad-Danimarka skont id-Direttiva 2009/119/KE tal-Kunsill li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi

5

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 215/06

Sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma għall-2014 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

6

2014/C 215/07

Sejħa għal proposti skont il-pjan ta’ ħidma tal-2014 għas-Sħubija Pubblika-Privata tal-Industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi

6

 

Rettifika

2014/C 215/08

Rettifika tal-Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet (ĠU C 172, 6.6.2014)

7

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7243 — Amvest/NPM/Het Gastenhuis)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 215/01

Fit-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7243. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

9.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuna li għaliha japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/439/PESK u implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 740/2014 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

2014/C 215/02

L-informazzjoni li ġejja hija miġjuba għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2), kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/439/PESK (3) u implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 740/2014 (4) dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuna li tidher fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandha tiġi inkluża fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dik il-persuna jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti tal-Internet fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuna kkonċernata tista’ tippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li hija tiġi inkluża fil-lista msemmija hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 200, 9.7.2014, p. 13.

(4)  ĠU L 200, 9.7.2014, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Lulju 2014

2014/C 215/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3589

JPY

Yen Ġappuniż

138,26

DKK

Krona Daniża

7,4556

GBP

Lira Sterlina

0,79385

SEK

Krona Żvediża

9,2977

CHF

Frank Żvizzeru

1,2155

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3965

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,437

HUF

Forint Ungeriż

308,86

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1344

RON

Leu Rumen

4,3893

TRY

Lira Turka

2,8902

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4459

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4508

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5317

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5480

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6898

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 375,88

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5290

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,4280

HRK

Kuna Kroata

7,6018

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 801,68

MYR

Ringgit Malażjan

4,3102

PHP

Peso Filippin

58,971

RUB

Rouble Russu

46,5133

THB

Baht Tajlandiż

44,011

BRL

Real Brażiljan

3,0196

MXN

Peso Messikan

17,6589

INR

Rupi Indjan

81,2529


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

9.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/4


Rapport Speċjali Nru 6/2014 “L-appoġġ mill-fondi taħt il-politika ta’ Koeżjoni għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli — inkisbu riżultati tajbin?”

2014/C 215/04

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 6/2014 “L-appoġġ mill-fondi taħt il-politika ta’ Koeżjoni għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli — inkisbu riżultati tajbin?” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Pubblikazzjonijiet (PUB)

12, rue Alcide De Gasperi

1615 Lussemburgu

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

e-mail: eca-info@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

9.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/5


Avviż tal-Gvern tad-Danimarka skont id-Direttiva 2009/119/KE tal-Kunsill li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi

2014/C 215/05

Skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2009/119/KE tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi (1), id-Danimarka permezz ta’ dan l-avviż tinnotifika l-impenn tagħha li żżomm ħażniet speċifiċi.

1.

Il-livell ta’ ħażniet speċifiċi li d-Danimarka timpenja ruħha li se żżomm huwa ekwivalenti għal 30 jum tal-konsum medju ta’ kuljum.

2.

L-impenn japplika għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2014sat-30 ta’ Ġunju 2015.

3.

Ħażniet speċifiċi se jkunu magħmulin mill-kategoriji tal-prodotti li ġejjin:

Gażolina tal-Muturi

Żejt tal-Gass/tad-Diżil

Żejt tal-fjuwil

4.

Il-ħażniet jinżammu bi sieda minn Danish Central Stockholding Entity, foreningen Danske Olieberedskabslagre (FDO).


(1)  ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/6


Sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma għall-2014 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

2014/C 215/06

Qiegħed jingħata avviż hawnhekk dwar it-tnedija tas-sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma għall-2014 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH-2 JU).

Dan il-pjan ta’ ħidma, inklużi d-dati ta’ skadenza u l-baġits għall-attivitajiet, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Portal tal-Parteċipanti (http://ec.europa.eu/research/participants/portal) flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa u l-attivitajiet relatati, u gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal tal-Parteċipanti.


9.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/6


Sejħa għal proposti skont il-pjan ta’ ħidma tal-2014 għas-Sħubija Pubblika-Privata tal-Industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi

2014/C 215/07

B’dan qed tingħata notifika tat-tnedija ta’ sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma tal-2014 għas-Sħubija Pubblika-Privata tal-Industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi.

Qed jintlaqgħu proposti għal din is-sejħa: H2020-BBI-PPP-2014

Dan il-pjan ta’ ħidma, inkluż l-iskadenzi u l-baġits għall-attivitajiet, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Portal tal-Parteċipanti (http://ec.europa.eu/research/participants/portal) flimkien mal-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa u l-attivitajiet relatati, kif ukoll il-gwida għall-applikanti dwar kif jistgħu jissottomettu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal tal-Parteċipanti.


Rettifika

9.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/7


Rettifika tal-Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 172 tas-6 ta’ Ġunju 2014 )

2014/C 215/08

F’paġna 11, Għajnuna Nru SA.37634 (2014/NN), “Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni”:

minflok:

“15.04.2014”,

aqra:

“12.5.2014”.