ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2014/C 213/01 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 213/02 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 213/03 |
Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta’ ħidma ECSEL Joint Undertaking |
|
2014/C 213/04 |
Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta’ ħidma ECSEL Joint Undertaking |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 213/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni — Il-Każ M.7284 — Siemens / John Wood Group / Rolls-Royce Combined ADGT Business / RWG ( 1 ) |
|
2014/C 213/06 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.7261 — Goldman Sachs / Blackstone / Ipreo) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
8.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/1 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika
2014/C 213/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
IFAKKAR:
1. |
Fl-Artikolu 168 tat-TFUE li jiddikjara li għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-linji politiċi u l-attivitajiet tal-Unjoni kollha u jipprevedi li l-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkumplimenta l-linji politiċi nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard, u l-eliminazzjoni tas-sorsi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali; |
2. |
Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar:
|
3. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2013 dwar il-promozzjoni transettorjali ta’ attività fiżika favur is-saħħa (9); |
4. |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (10); |
5. |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Frar 2012“Il-progress tal-Pjan Strateġiku tal-Implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu” (11); |
6. |
Id-Dikjarazzjoni Politika tal-Laqgħa ta’ Livell Għoli dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll ta’ Mard li ma Jitteħidx approvata mir-Riżoluzzjoni 66/2 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tad-19 ta’ Settembru 2011 (12); u li skont il-paragrafu 65 tagħha, ser jiġi ppreżentat rapport dwar il-progress li sar fid-69 AĠNU f’Settembru 2014; |
7. |
L-Istrateġija Globali tal-WHO dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa approvata mis-57 Assemblea Dinjija tas-Saħħa f’Mejju 2014 (13); |
8. |
Il-Karta Ewropea dwar il-Ġlieda Kontra l-Obeżità adottata mill-Konferenza Ministerjali Ewropea tal-WHO dwar il-ġlieda kontra l-obeżità (Istanbul, 15-17 ta’ Novembru 2006) (14); |
9. |
Is-sett ta’ Rakkomandazzjonijiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel u ta’ xorb mhux alkoħoliku lit-tfal approvat mit-63 Assemblea Dinjija tas-Saħħa f’Mejju 2010 (15); |
10. |
Ir-Riżoluzzjoni EUR/RC62/R4 “Saħħa 2020 - Il-qafas politiku Ewropew għas-saħħa u l-benesseri”, adottat fit-62 Kumitat Reġjonali tal-WHO għall-Ewropa, fit-12 ta’ Settembru 2012 (16); |
11. |
L-appoġġ tal-Istati Membri tal-UE għall-pjan ta’ azzjoni globali tal-WHO għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li ma jitteħidx 2013-2020 tas-27 ta’ Mejju 2013 u d-disa’ miri volontarji globali tiegħu (17); |
12. |
Id-Dikjarazzjoni ta’ Vjenna tal-5 ta’ Lulju 2013 dwar in-Nutrizzjoni u Mard li ma Jitteħidx fil-Kuntest ta’ “Saħħa 2020” li dwarha l-Istati Membri Ewropej kollha tal-WHO qablu li jieħdu azzjoni dwar l-obeżità u l-prijoritizzazzjoni tal-ħidma fuq dieta tajba għas-saħħa tat-tfal (18). |
JINDIKA BI TĦASSIB:
13. |
Li l-obeżità u l-konsegwenzi makabri tagħha ġew deskritti bħala li laħqu livelli epidemiċi (19), peress li aktar minn nofs il-popolazzjoni adulta fl-UE għandha piż żejjed jew hija obeża skont il-klassifikazzjoni BMI tal-WHO (20) u li l-livell għoli ta’ tfal u adolexxenti b’piż żejjed u obeżi huwa ta’ tħassib partikolari; Li l-piż żejjed u l-obeżità għandhom impatt konsiderevoli f’termini ta’ tbatija tal-bniedem, li l-inugwaljanzi soċjali huma partikolarment importanti, li kull sena ċittadini jitilfu ħajjithom minħabba mard relatat ma’ dieta mhux tajba għas-saħħa u nuqqas ta’ attività fiżika; u li hemm piż ekonomiku billi sa 7 % (21) tal-baġits tal-UE għas-saħħa jintefqu kull sena direttament fuq mard marbut mal-obeżità, b’aktar spejjeż indiretti li jirriżultaw minn produttività mitlufa minħabba problemi ta’ saħħa u mewt prematura; |
14. |
Il-konsum baxx ta’ frott u ħaxix u l-konsum għoli ta’ xaħmijiet saturati, aċidi xaħmija trans, melħ u zokkor kif ukoll it-transizzjoni lejn stili ta’ ħajja sedentarji u t-tnaqqis korrispondenti fl-involviment f’attivitajiet fiżiċi mit-tfal, l-adolexxenti u l-adulti. |
JIRRIKONOXXI:
15. |
L-impatt ta’ benefiċċju fuq il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard kemm fuq iċ-ċittadini kif ukoll fuq is-sistemi tas-saħħa u li l-attività fiżika jnaqqas b’mod sinifikanti r-riskju ta’ kondizzjonijiet kroniċi u l-mard li ma jitteħidx (NCDs) (22), u jikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex it-tfal jikbru b’saħħithom, għal snin ta’ ħajja b’saħħitha (SĦS) u għal kwalità tajba tal-ħajja tat-tfal, l-adolexxenti u l-adulti. |
16. |
Li l-investiment fis-saħħa (23), fil-promozzjoni tas-saħħa tajba u f’li n-nies jibqgħu f’saħħithom aktar fit-tul jista’ jgħin fit-titjib tal-produttività u l-kompetittività u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020; |
17. |
Li nutrizzjoni tajba waqt it-tqala u l-produzzjoni tal-ħalib; li t-treddigħ huwa l-aqwa għażla għas-saħħa kemm tal-omm kif ukoll tat-tarbija; li d-drawwiet tal-ikel u tal-attività fiżika jiġu stabbiliti f’età żgħira u li t-tagħlim u l-adozzjoni ta’ drawwiet tajbin għas-saħħa fit-tfulija jżidu sostanzjalment il-probabbiltà li drawwiet bħal dawn jinżammu f’età adulta. |
18. |
Li l-azzjonijiet li jiffukaw fuq it-tfal u l-adolexxenti jistgħu jkunu ta’ benefiċċju wkoll għall-familja kollha inklużi l-interventi bbażati fuq il-familja, l-għażliet ta’ nutrizzjoni tajbin għas-saħħa fil-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal u l-iskejjel u l-attivitajiet kontra l-ħajja sedentarja u ż-żieda fl-attività fiżika; |
19. |
Li l-persuni avvanzati fl-età huma vulnerabbli għall-malnutrizzjoni, partikolarment minħabba li r-rekwiżiti nutrittivi tagħhom jinbidlu u li l-attività fiżika għandha tendenza tonqos bl-età li jaffettwa r-rekwiżiti tal-enerġija tagħhom; u li r-rekwiżiti nutrittivi għall-persuni avvanzati fl-età għandhom bżonn aktar attenzjoni; |
20. |
Li l-obeżità u l-mard li ma jitteħidx relatat ma’ dieta mhux tajba għas-saħħa u nuqqas ta’ attività fiżika jinħolqu minn bosta fatturi; l-istrateġiji komprensivi ta’ prevenzjoni u l-approċċi ta’ ħafna partijiet interessati jipprovdu l-aqwa riżultati; il-problemi nutrittivi u l-inattività fiżika jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod integrat u semplifikat fl-aġenda tal-konfigurazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill; |
21. |
Li huwa neċessarju li jkunu involuti s-setturi ta’ politika u l-partijiet interessati kollha biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza ta’ dieta tajba għas-saħħa u attività fiżika, partikolarment fir-rigward tat-tfal u tal-adolexxenti, iżda wkoll fil-kuntest tal-perspettiva tas-sessi, u għall-ġlieda kontra forom qarrieqa, eċċessivi jew inadegwati ta’ reklamar u kummerċ; |
22. |
Li x-xejriet ġenerali tad-dieta jistgħu jkunu aktar rilevanti minn ikel speċifiku fl-etjoloġija ta’ mard relatat mad-dieta; xejriet tad-dieta tajbin għas-saħħa huma karatterizzati minn konsum għoli ta’ frott u ħaxix, konsum ta’ ħut u billi tingħata preferenza għal prodotti tal-ħalib b’ammont baxx ta’ xaħam, żerriegħa sħiħa, laħam u tjur dgħif u l-użu ta’ żjut mill-ħaxix li jieħu post ix-xaħam solidu fejn possibbli, bħal fid- dieta Mediterranja jew dieti oħra, skont il-linji gwida/rakkomandazzjonijiet nutrittivi nazzjonali rilevanti tad-dieta; |
23. |
Li l-fatturi ta’ riskju relatati mal-istil ta’ ħajja, bħal dieta mhux tajba għas-saħħa u l-inattività fiżika, għandhom tendenza li jkunu aktar dominanti fost is-segmenti tal-popolazzjoni l-inqas edukati jew bi dħul baxx; l-edukazzjoni dwar is-saħħa u l-politiki u azzjonijiet ta’ promozzjoni tas-saħħa għandhom jinkludu attivitajiet li jimmiraw lill-gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni; |
24. |
L-urġenza li jiġu ttrattati l-inugwaljanzi relatati man-nutrizzjoni u l-attività fiżika bejn l-Istati Membri u ġo fihom, filwaqt li għandu jittieħed kont tal-kunsiderazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika fil-politiki rilevanti kollha tal-Unjoni; |
25. |
Ir-rwoli ta’ dawk li jipprovdu kura, tal-iskejjel, tal-komunità u tal-awtoritajiet pubbliċi li jipproteġu u jagħtu appoġġ lill-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà; |
26. |
L-importanza tal-ħidma konġunta preċedenti f’dan il-qasam kif jinsab fl-Istrateġija 2007 għall-Ewropa dwar il-Problemi tas-Saħħa Marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità, li tippromwovi dieta bilanċjata u stili ta’ ħajja attivi u tinkoraġġixxi sħubiji orjentati lejn l-azzjoni bl-involviment tal-Istati Membri (Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika) u s-soċjetà ċivili (Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa). |
JILQA’:
27. |
Il-ftehim reċenti tal-Istati Membri dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfulija 2014-2020 (24)mill-24 ta’ Frar 2014, li huwa mistenni li jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta’ nutrizzjoni tajba għas-saħħa u attività fiżika u li jnaqqas ix-xejriet attwali tal-obeżità permezz ta’ azzjoni volontarja koordinata mill-Istati Membru u l-partijiet interessati. |
28. |
L-eżiti tal-Konferenza ta’ Livelli Għoli ta’ Ateni dwar “Nutrizzjoni u Attività Fiżika mit-Tfulija sax-Xjuħija: sfidi u opportunitajiet”tal-25 us-26 ta’ Frar 2014 li enfasizzaw li dieta tajba għas-saħħa u attività fiżika regolari huma miżuri preventivi applikabbli tul il-ħajja kollha, enfasizzaw l-importanza li jsiru disponibbli għażliet tajbin għas-saħħa u jkunu aċċessibbli għal kulħadd, taw prova li l-ġlieda kontra l-epidemija tal-obeżità hija konnessa direttament mal-prinċipji ta’ nutrizzjoni tajba għas-saħħa u ta’ attività fiżika suffiċjenti, u li l-approċċi intersettorjali huma modi effettivi biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni tal-UE dwar is-saħħa. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
29. |
Ikomplu jżommu d-dieta tajba għas-saħħa u l-attività fiżika regolari bħala prijorità għolja għas-snin li ġejjin biex jitnaqqas il-piż tal-mard u l-kondizzjonijiet kroniċi, u b’hekk jikkontribwixxu għal saħħa u kwalità ta’ ħajja aħjar taċ-ċittadini tal-UE u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa; |
30. |
Jippromwovu politiki u inizjattivi bil-għan ta’ dieta tajba għas-saħħa u attività fiżika suffiċjenti tul il-ħajja kollha, li jibdew mill-istadji l-aktar bikrija tal-ħajja, qabel u matul it-tqala, jippromwovu u jappoġġaw it-treddigħ adegwat u l-introduzzjoni adatta ta’ ikel komplementari, segwit minn ikel tajjeb għas-saħħa u l-promozzjoni ta’ attività fiżika fl-ambjent tal-familja u tal-iskola matul it-tfulija u l-adolexxenza u aktar tard matul l-età adulta u tax-xjuħija; |
31. |
Jużaw il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfulija 2014-2020, fejn adatt, bħala gwida għal azzjoni effettivi għat-tnaqqis tal-obeżità fit-tfulija u l-promozzjoni ta’ prassi tajba; |
32. |
Jippermettu liċ-ċittadini u l-familji jagħmlu għażliet informati dwar id-dieta u l-attività fiżika tagħhom, jipprovdu informazzjoni għall-etajiet u l-gruppi soċjoekonomiċi kollha, partikolarment dawk l-aktar vulnerabbli bħat-tfal, l-adolexxenti u dawk avvanzati fl-età, dwar l-impatt tal-imġiba fl-istil ta’ ħajja fuq is-saħħa u dwar opportunitajiet ta’ kif itejbu l-għażliet tad-dieta u l-livelli ta’ attività fiżika tagħhom; |
33. |
Jippromwovu għażliet ta’ dieta tajbin għas-saħħa u jaħdmu ma’ partijiet interessati biex dawn ikunu disponibbli, faċilment aċċessibbli, faċli biex jintgħażlu u jintlaħqu miċ-ċittadini kollha biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u jiġu pprovduti opportunitajiet u postijiet għal attività fiżika ta’ kuljum fid-djar, l-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol; |
34. |
Jippromwovu politiki li jagħtu appoġġ lin-nies avvanzati fl-età biex jibqgħu attivi u b’hekk jevitaw tnaqqis funzjonali bil-ħolqien ta’ ambjenti li jinkoraġġixxu l-impenn attiv tagħhom fi programmi ta’ attività fiżika mfassla għall-bżonnijiet tagħhom; |
35. |
Jippromwovu, fejn adatt, l-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-UE dwar l-attività fiżika għas-saħħa; jippjanaw politiki nazzjonali u subnazzjonali tat-trasport u ppjanar urban għat-titjib tal-aċċessibbiltà, l-aċċettabbiltà u s-sigurtà tal-mixi u ċ-ċikliżmu, u infrastruttura li tappoġġahom; |
36. |
Jippromwovu ambjenti tajbin għas-saħħa, speċjalment fl-iskejjel, l-iskejjel tal-edukazzjoni pre-primarja u l-faċilitajiet sportivi, bl-inkoraġġiment tal-forniment ta’ għażliet ta’ dieti tajbin għas-saħħa bbażati fuq standards nutrittivi, bl-indirizzar tal-aċċess għall-melħ u l-konsum tiegħu, ix-xaħam saturat, l-aċidi xaħmija trans u z-zokkor, kif ukoll il-konsum frekwenti jew il-konsum f’ammonti kbar ta’ xarbiet mhux alkoliċi biz-zokkor u/jew bil-kaffeina u l-inkoraġġiment tat-tfal u l-adolexxenti biex ikunu fiżikament attivi fuq bażi regolari; |
37. |
Jappoġġaw inizjattivi biex jippromwovu s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, bil-għan tal-faċilitazzjoni ta’ drawwiet tal-ikel li jkunu tajbin għas-saħħa u l-integrazzjoni tal-attività fiżika fil-ħajja tax-xogħol ta’ kuljum; |
38. |
Jappoġġaw u jippermettu lill-professjonisti tas-saħħa biex jipprovdu konsulenza preventiva, u jieħdu ħsieb taċ-ċittadini fir-rigward ta’ xejriet tal-ikel tajbin għas-saħħa, in-nutrizzjoni u l-attività fiżika; jiżviluppaw u jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ prassi tajba bbażata fuq il-provi għall-prevenzjoni, id-dijanjosi u t-trattament tal-obeżità u l-malnutrizzjoni, speċjalment fit-tfulija, l-adolexxenza u fost dawk avvanzati fl-età; |
39. |
Jimpenjaw ruħhom f’azzjonijiet intersettorjali u ta’ politika trasversali għall-promozzjoni ta’ dieta tajba għas-saħħa u attività tajba għas-saħħa fil-politiki kollha li jimmiraw lir-rati li qed jiżdiedu ta’ NCDs relatati ma’ dieta mhux tajba għas-saħħa u inattività fiżika, piż żejjed u obeżità u l-livelli baxxi ta’ parteċipazzjoni f’attività fiżika, fl-etajiet kollha u fis-saffi soċjoekonomiċi kollha; |
40. |
Ikomplu jaħdmu fi sħubija mal-partijiet interessati kollha, inklużi l-industrija, l-operaturi tan-negozji tal-ikel, l-NGOs tas-saħħa u tal-konsumatur u l-akkademja biex jippromwovu azzjoni jew ftehimiet effettivi, wesgħin u varjabbli, fuq l-eżempju tal-Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa, speċjalment dwar ir-riformulazzjoni tal-ikel, bit-tnaqqis kemm jista’ jkun tal-aċidi xaħmija trans, il-livelli ta’ zokkor u melħ miżjuda fl-ikel, kif ukoll dwar l-adattament tal-qisien tal-porzjon għar-rekwiżiti tad-dieta. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:
41. |
Jappoġġaw l-iżvilupp u/jew l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni nazzjonali dwar l-Ikel u n-Nutrizzjoni, azzjonijiet u linji politiċi oħra biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni tas-saħħa relatati ma’ xejriet ta’ dieta mhux tajba għas-saħħa, l-obeżità, il-malnutrizzjoni u l-inattività fiżika taċ-ċittadini tal-UE fl-etajiet kollha, b’fokus speċjali fuq it-tfal u x-xjuħ, u fejn adatt l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet kosteffettivi; |
42. |
Iqisu azzjoni adatta biex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfulija 2014-2020, inkluża Azzjoni Konġunta taħt il-Programm tal-UE dwar is-Saħħa; |
43. |
Jippromwovu azzjoni biex jitnaqqas l-esponiment tat-tfal għar-reklamar, il-kummerċ u l-promozzjoni ta’ ikel b’ħafna xaħmijiet saturati, aċidi xaħmija trans, zokkrijiet jew melħ miżjuda; |
44. |
Jippromwovu ikel tajjeb għas-saħħa, b’enfasi fuq il-promozzjoni ta’ dieti tajbin għas-saħħa, bħad-dieta Mediterranja jew kwalunkwe dieta oħra skont linji gwida/rakkomandazzjonijiet nutrittivi nazzjonali rilevanti tad-dieta; |
45. |
Jużaw l-istrument eżistenti disponibbli għalihom, b’mod partikolari t-Tielet Programm ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014–2020) u l-Programm tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ta’ Orizzont 2020 għat-trawwim tar-riċerka u l-azzjoni ta’ politika; |
46. |
Itejbu l-ġbir eżistenti tad-data abbażi ta’ metodi komparabbli għall-valutazzjoni tax-xejriet tal-ħin relatati mal-konsum tad-dieta, id-disponibbiltà tal-ikel fil-livell individwali jew tad-dar, l-attività fiżika, u l-ħajja sedentarja; |
47. |
Jaħdmu f’kooperazzjoni mal-partijiet interessati kollha biex jesploraw l-aqwa modi kif jiġu identifikati n-nuqqasijiet fir-riċerka; jgħaġġlu l-iskambju u l-adozzjoni ta’ prassi tajba; u jipprijoritizzaw ir-riċerka dwar l-istatus u l-imġiba nutrittivi u tal-attività fiżika tal-gruppi tal-popolazzjoni, b’fokus b’mod partikolari fuq il-gruppi l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni inklużi t-tfal u x-xjuħ; |
48. |
Jagħtu prijorità għall-appoġġ għall-valutazzjoni tal-kosteffettività tal-attivitajiet u l-politiki biex jippromwovu dieta tajba għas-saħħa u attività fiżika fil-gruppi soċjoekonomiċi u soċjodemografiċi tal-popolazzjoni, kif adatt. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:
49. |
Tkompli tipprovdi appoġġ u koordinazzjoni għall-qafas ta’ politika attwali dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika permezz tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika u l-Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa, u biex tkompli tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u gwida dwar prassi tajba effettiva; |
50. |
Tistabbilixxi profili tan-nutrijenti kif previst mill-Artikolu 4.1 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel. |
51. |
Tippromwovi u tassisti t-trasferiment u t-titjib ta’ inizjattivi li rnexxew lejn reġjuni jew setturi oħrajn biex jgħinu l-prassi tajba tinbidel f’attivitajiet regolari li jtejbu l-konsum ta’ nutrijenti/ikel u x-xejriet tad-dieta u tal-attività fiżika tal-popolazzjoni Ewropea; |
52. |
Tippromwovi azzjonijiet u strateġiji dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu, partikolarment fir-rigward tal-prevenzjoni, l-analiżi u l-valutazzjoni tal-malnutrizzjoni relatata mal-fraġilità u x-xjuħija abbażi tal-prassi tajba identifikata fl-EIP dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu (25); |
53. |
Tappoġġa lill-Istati Membri, biex jużaw aħjar l-indikaturi u s-sistemi ta’ monitoraġġ eżistenti għall-mard li ma jitteħidx kif attwalment żviluppati mal-WHO biex jittejjeb ir-rappurtar taħt il-qafas globali dwar il-monitoraġġ għall-mard li ma jitteħidx kif adatt; |
54. |
Tirrapporta lura lill-Kunsill sal-2017 u għal darb’oħra fl-2020 dwar il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfulija 2014–2020 kif ukoll dwar inizjattivi l-oħra implimentati fil-kuntest tal-Istrateġija għall-Ewropa dwar il-Problemi tas-Saħħa Marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità. |
(1) 16167/06.
(2) 15612/07.
(3) 9827/10.
(4) 9947/10.
(6) ĠU C 359, 9.12.2011, p. 5.
(7) 15871/12.
(8) ĠU C 396, 21.12.2012, p. 8.
(9) ĠU C 354, 4.12.2013, p. 1.
(10) 7110/10.
(11) 7293/12.
(12) Nazzjonijiet Uniti A/RES/66/2 (A/66/l/1).
(13) http://www.who.int/dietphysicalactivity/strategy/eb11344/strategy_english_web.pdf
(14) http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0009/87462/E89567.pdf
(15) http://whqlibdoc.who.int/publications/2010/9789241500210_eng.pdf
(16) WHO EUR/RC62/R4
(17) http://apps.who.int/iris/bitstream/10665/94384/1/9789241506236_eng.pdf
(18) http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0003/234381/Vienna-Declaration-on-Nutrition-and-Noncommunicable-Diseases-in-the-Context-of-Health-2020-Eng.pdf
(19) http://www.who.int/nutrition/publications/obesity/WHO_TRS_894/en/
(20) http://epp.eurostat.ec.europa.eu/statistics_explained/index.php/Overweight_and_obesity_-_BMI_statistics
(21) L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Rapport tal-Istatus Globali dwar il-Mard li Ma Jitteħidx għall-2010.
http://www.who.int/nmh/publications/ncd_report2010/en/
http://www.euro.who.int/en/publications/abstracts/challenge-of-obesity-in-the-who-european-region-and-the-strategies-for-response-the.-summary
(22) Bħall-piż żejjed, l-obeżità, l-ipertensjoni, il-mard tal-qalb, id-dijabete tat-tip II, l-istrowk, l-osteoporożi, ċerti forom ta’ kanċer u kondizzjonijiet psikosoċjali avversi.
(23) Ara: Pakkett ta’ Investiment Soċjali, Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: “Investiment fis-Saħħa” dok. 6380/13 ADD 7.
(24) http://ec.europa.eu/health/nutrition_physical_activity/docs/childhoodobesity_actionplan_2014_2020_en.pdf
(25) http://ec.europa.eu/research/innovation-union/index_en.cfm?section=active-healthy-ageing
Il-Kummissjoni Ewropea
8.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/7 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-7 ta’ Lulju 2014
2014/C 213/02
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3592 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
138,53 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4562 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,79385 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,3098 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2155 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,4020 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,434 |
HUF |
Forint Ungeriż |
310,58 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1432 |
RON |
Leu Rumen |
4,3876 |
TRY |
Lira Turka |
2,8967 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4522 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4466 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5342 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5547 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6944 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 375,10 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,6821 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,4325 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5915 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 916,64 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3353 |
PHP |
Peso Filippin |
59,145 |
RUB |
Rouble Russu |
46,9781 |
THB |
Baht Tajlandiż |
44,051 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,0137 |
MXN |
Peso Messikan |
17,6417 |
INR |
Rupi Indjan |
81,5757 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
8.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/8 |
Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta’ ħidma ECSEL Joint Undertaking
2014/C 213/03
B’dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta’ sejħa għall-proposti taħt il-programm ta’ ħidma ECSEL Joint Undertaking.
Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja: ECSEL-2014-1.
Id-dokumentazzjoni tas-sejħa li tinkludi l-iskadenza u l-baġit jinsabu fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit li ġej:
http://ec.europa.eu/research/participants/portal (funding opportunities - calls)
http://www.ecsel.eu/Call2014.html
8.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/8 |
Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta’ ħidma ECSEL Joint Undertaking
2014/C 213/04
B’dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta’ sejħa għall-proposti taħt il-programm ta’ ħidma ECSEL Joint Undertaking.
Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja: ECSEL-2014-2.
Id-dokumentazzjoni tas-sejħa li tinkludi l-iskadenza u l-baġit jinsabu fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit li ġej:
http://ec.europa.eu/research/participants/portal (funding opportunities - calls)
http://www.ecsel.eu/Call2014.html
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
8.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
Il-Każ M.7284 — Siemens / John Wood Group / Rolls-Royce Combined ADGT Business / RWG
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 213/05
1. |
Fis-27 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Siemens AG (“Siemens”, il-Ġermanja) takkwista fit-tifsira tal- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ partijiet minn Rolls-Royce plc (“Rolls-Royce”, ir-Renju Unit), jiġifieri n-negozju tat-turbini tal-gass aeroderivattivi ta’ Rolls-Royce, l-attivitajiet ta’ kumpressur ta’ Rolls Royce u n-negozju tas-servizzi ta’ wara l-bejgħ ta’ Rolls-Royce (flimkien “in-negozju kkombinat ADGT ta’ Rolls-Royce”); kif ukoll (ii) is-sehem ta’ 50 % ta’ Rolls-Royce (u b’hekk il-kontroll konġunt ta’) Rolls Wood Group Limited (“RWG”), attwalment ażjenda konġunta bejn Rolls-Royce u John Wood Group plc (“WG”, ir-Renju Unit), permezz ta’ xiri ta’ ishma u xiri ta’ assi. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’faks (+32 22964301) b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7284 — Siemens / John Wood Group / Rolls-Royce Combined ADGT Business / RWG, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
8.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.7261 — Goldman Sachs / Blackstone / Ipreo)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 213/06
1. |
Fis-27 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u l-Blackstone Group L.P. (“Blackstone” l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ l-impriża Ipreo Holdings LLC (“Ipreo” l-Istati Uniti tal-America) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7261 — Goldman Sachs / Blackstone / Ipreo, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.