ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 212

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
7 ta' Lulju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 212/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 212/02

Kawża C-184/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260 TFUE — Għajnuna mill-Istat — Irkupru — Skema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern — Għajnuna individwali mogħtija fil-kuntest ta’ din l-iskema — Sanzjoni pekunjarja)

2

2014/C 212/03

Kawża C-97/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 – Louis Vuitton Malletier vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) Friis Group International ApS [Appell — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta mekkaniżmu ta’ sokra — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Invalidità parzjali — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(b]

3

2014/C 212/04

Kawża C-131/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional – Spanja) – Google Spain SL, Google Inc. vs Agencia de Protección de Datos (AEPD), Mario Costeja González (Data personali — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-data — Direttiva 95/46/KE — Artikoli 2, 4, 12 u 14 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae u territorjali — Muturi ta’ tfittxija fuq l-internet — Ipproċessar tad-data li tkun tinsab f’siti tal-internet — Tfittxija, elenkar f’indiċi u ħażna ta’ din id-data — Responsabbiltà tal-operatur tal-mutur ta’ tfittxija — Stabbiliment fit-territorju ta’ Stat Membru — Portata tal-obbligi ta’ dan l-operatur u tad-drittijiet tas-suġġett tad-data — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 7 u 8)

4

2014/C 212/05

Kawża C-359/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Michael Timmel vs Aviso Zeta AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2003/71/KE — Artikolu 14(2)(b) — Regolament (KE) Nru 809/2004 — Artikoli 22(2) u 29(1) — Prospett bażi — Supplimenti għall-prospett — Kundizzjonijiet finali — Data u metodu ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa — Kundizzjonijiet għal pubblikazzjoni f’forma elettronika)

5

2014/C 212/06

Kawża C-480/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Minister van Financiën vs X BV (Kodiċi Doganali tal-Komunità — Kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 203 u 204(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Proċedura ta’ tranżitu estern — Tnissil tad-dejn doganali minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu — Preżentazzjoni tardiva tal-merkanzija fl-uffiċċju ta’ destinazzjoni — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 10(3) — Rabta bejn it-tnissil tad-dejn doganali u dak tal-VAT — Kunċett ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli)

6

2014/C 212/07

Kawża C-521/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – T.C. Briels et vs Minister van Infrastructuur en Milieu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Artikolu 6(3) u (4) — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Żoni speċjali ta’ konservazzjoni — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett — Awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett fuq sit protett — Miżuri kumpensatorji — Sit Natura 2000 Vlijmens Ven, Moerputten & Bossche Broek — Proġett tar-rotta tal-awtostrada A2 ‘’s-Hertogenbosch-Eindhoven)

7

2014/C 212/08

Kawża C-90/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 – 1. garantovaná a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Regolament (KE) Nruo1/2003 — Akkordji — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Dħul mill-bejgħ totali magħmul matul is-sena finanzjarja preċedenti)

8

2014/C 212/09

Kawża C-135/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Szatmári Malom kft vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve (Agrikoltura — FAEŻR — Regolament (KE) Nru 1698/2005 — Artikoli 20, 26 u 28 — Għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli u għajnuna għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli u forestali — Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà — Kompetenzi tal-Istati Membri — Għajnuna li minnha tibbenefika l-modernizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti ta’ mtieħen — Imtieħen issostitwiti b’mitħna ġdida waħda mingħajr żieda fil-kapaċità — Esklużjoni — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

9

2014/C 212/10

Kawża C-297/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Data I/O GmbH vs Hauptzollamt München (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Klassifikazzjoni tariffarja — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Taqsima XVI, nota 2 — Intestaturi 8422, 8456, 8473, 8501, 8504, 8543, 8544 u 8473 — Kunċetti ta’ bċejjeċ u ta’ oġġetti — Bċejjeċ u aċċessorji (muturi, provvisti ta’ enerġija, lejżers, ġeneraturi, kejbils u heat sealers) intiżi għas-sistemi ta’ programmazzjoni — Assenza ta’ klassifikazzjoni prijoritarja taħt l-intestatura 8473 meta mqabbla mal-intestaturi l-oħra tal-Kapitoli 84 u 85)

10

2014/C 212/11

Kawża C-337/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Almos Agrárkülkereskedelmi kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 90 — Tnaqqis tal-ammont taxxabbli — Portata tal-obbligi tal-Istati Membri — Effett dirett)

11

2014/C 212/12

Kawża C-142/14 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 minn The Sunrider Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-23 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-221/12 – The Sunrider Corporation vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

11

2014/C 212/13

Kawża C-144/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Maramureș (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Marzu 2014 – Cabinet Medical Veterinar Dr. Tomoiagă Andrei vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca, irrappreżentata mill-Administrația Județeană a Finanțelor Publice Maramureș

13

2014/C 212/14

Kawża C-161/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

14

2014/C 212/15

Kawża C-172/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fis-7 ta’ April 2014 – ING – Pensii Societate de Administrare a unui Fond de Pensii Administrat Privat SA vs Consiliul Concurenței

15

2014/C 212/16

Kawża C-174/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fid-9 ta’ April 2014 – Saudaçor – Sociedade Gestora de Recursos e Equipamentos de Saúde dos Açores SA vs Fazenda Pública

15

2014/C 212/17

Kawża: C-181/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ April 2014 – Proċeduri kriminali kontra G

16

2014/C 212/18

Kawża C-186/14 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 minn ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s. et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-29 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-528/09, Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

16

2014/C 212/19

Kawża C-193/14 P P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2014 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-29 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-528/09, Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

17

2014/C 212/20

Kawża C-205/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

18

2014/C 212/21

Kawża C-206/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

19

2014/C 212/22

Kawża C-227/14 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2014 minn LG Display Co. Ltd, LG Display Taiwan Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-27 ta’ Frar 2014 fil-Kawża T-128/11, LG Display Co. Ltd, LG Display Taiwan Co., Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

19

2014/C 212/23

Kawża C-231/14 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2014 minn InnoLux Corp., li kienet Chimei InnoLux Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-27 ta’ Frar 2014 fil-Kawża T-91/11, InnoLux Corp., li kienet Chimei InnoLux Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2014/C 212/24

Kawża C-234/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-12 ta’ Mejju 2014 – SIA Ostas celtnieks vs Talsu novada pašvaldība, Iepirkumu uzraudzības birojs

21

2014/C 212/25

Kawża C-236/14: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 212/26

Kawża T-519/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Toshiba vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tat-transformers tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehim ta’ tqassim ta’ suq — Prova tat-tbegħid tal-akkordju — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni — Effett fuq il-kummerċ — Ostakoli għad-dħul — Multi — Ammont bażiku — Sena ta’ referenza — Punt 18 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Użu ta’ parti mis-suq fittizja fis-suq taż-ŻEE)

23

2014/C 212/27

Kawża T-447/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Catinis vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar investigazzjoni tal-OLAF dwar it-twettiq ta’ proġett ta’ modernizzar tal-infrastruttura fis-Sirja — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki]

23

2014/C 212/28

Kawża T-553/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2014 – European Dynamics Luxembourg vs BĊE (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għoti ta’ servizzi fil-qasam tal-infrastruttura u tas-sistemi informatiċi favur il-BĊE — Ċaħda tal-kandidatura — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Ammissibbiltà — Kriterji ta’ selezzjoni — Konformità ta’ kandidatura mal-kundizzjonijiet previsti mis-sejħa għal kandidaturi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa li tintalab informazzjoni dwar kandidatura — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Użu ħażin ta’ poter — Rikors għad-danni)

24

2014/C 212/29

Kawża T-599/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Eni vs UASI – Emi (IP) (ENI) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ENI — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti EMI — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni]

25

2014/C 212/30

Kawża T-633/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2014 – Guangdong Kito Ceramics et vs Il-Kunsill [Dumping — Importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Nuqqas ta’ kooperazzjoni — Informazzjoni neċessarja — Termini previsti — Data disponibbli — Artikolu 18(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]

25

2014/C 212/31

Kawża T-347/12 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Mocová vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat — Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid — Ċaħda tal-ilment — Obbligu ta’ motivazzjoni — Motiv mogħti fid-deċiżjoni dwar iċ-ċaħda tal-ilment)

26

2014/C 212/32

Kawża T-368/12 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni vs Macchia (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat — Deċiżjoni, li l-kuntratt mhux ser jiġġedded — Kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Dmir ta’ premura — Kunċett ta’ interess tas-servizz — Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita — Prinċipju ta’ kontradittorju)

27

2014/C 212/33

Kawża T-406/12 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2014 – BG vs Ombudsman (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sistema dixxiplinari — Sanzjoni ta’ revoka mingħajr telf ta’ drittijiet għal pensjoni — Investigazzjoni preliminari pendenti quddiem qorti nazzjonali fil-mument tad-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ revoka — Ugwaljanza fit-trattament — Projbizzjoni ta’ tkeċċija matul leave tal-maternità)

27

2014/C 212/34

Kawża T-553/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX-MOUCHES) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BATEAUX MOUCHES — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 — Assenza tal-karattru deskrittiv miksub bl-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009]

28

2014/C 212/35

Kawża T-61/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Melt Water vs UASI (NUEVA) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva NUEVA — Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż tal-appell fit-terminu — Ambigwità f’verżjoni lingwistika — Interpretazzjoni uniformi — Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri — Żball skużabbli — Obbligu ta’ viġilanza u ta’ diliġenza]

29

2014/C 212/36

Kawża T-95/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2014 – Walcher Meßtechnik vs UASI (HIPERDRIVE) (“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HIPERDRIVE — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

29

2014/C 212/37

Kawża T-228/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2014 – NIIT Insurance Technologies vs UASI (EXACT) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EXACT — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Artikolu 56 TFUE]

30

2014/C 212/38

Kawża T-207/12 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Att li jsegwi talba għall-inseriment ta’ dokument fil-proċess imwettaq bil-għan li tiġi pproċessata t-talba għal rikonoxximent tal-oriġini inċidentali ta’ avveniment subit mir-rikorrent — Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju — Att preparatorju — Att informattiv — Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

30

2014/C 212/39

Kawża T-359/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2014 – Spain Doce 13 vs UASI – Ovejero Jiménez u Becerra Guibert (VICTORIA DELEF) (Trade mark Komunitarja — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

31

2014/C 212/40

Kawża T-567/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2014 – Sharp vs UASI (BIG PAD) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIG PAD — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt]

32

2014/C 212/41

Kawża T-203/14: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2014 – Mo Industries vs UASI (Splendid)

32

2014/C 212/42

Kawża T-205/14: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2014 – Schroeder vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

33

2014/C 212/43

Kawża T-206/14: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2014 – Hüpeden vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

33

2014/C 212/44

Kawża T-226/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni vs McCarron Poultry

34

2014/C 212/45

Kawża T-238/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2014 – EGBA u RGA vs Il-Kummissjoni

35

2014/C 212/46

Kawża T-239/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2014 – Monard vs Il-Kummissjoni

36

2014/C 212/47

Kawża T-251/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2014 – Promarc Technics vs UASI – PIS (Partijiet minn bieb)

36

2014/C 212/48

Kawża T-315/14: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2014 – Hipp vs UASI – Nestlé Nutrition (Praebiotik)

37

2014/C 212/49

Kawża T-319/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – Drogenhilfe Köln Projekt vs UASI (Rauschbrille)

38

2014/C 212/50

Kawża T-320/14: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2014 – Sephora vs UASI – Mayfield Trading (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji vertikali)

38

2014/C 212/51

Kawża T-321/14: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2014 – Volkswagen vs UASI (STREET)

39

2014/C 212/52

Kawża T-328/14: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2014 – Jannatian vs Il-Kunsill

40

2014/C 212/53

Kawża T-338/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – UNIC vs Il-Kummissjoni

41

2014/C 212/54

Kawża T-342/14 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 minn CR mis-sentenza mogħtija fit-12 ta’ Marzu 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-128/12, CR vs Il-Parlament

42

2014/C 212/55

Kawża T-353/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

43

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 212/56

Kawża F-9/14: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2014 – ZZ vs BEI

44

2014/C 212/57

Kawża F-38/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

45

2014/C 212/58

Kawża F-42/14: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

45

2014/C 212/59

Kawża F-44/14: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

46

2014/C 212/60

Kawża F-45/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

46

2014/C 212/61

Kawża F-46/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

47

2014/C 212/62

Kawża F-47/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

47

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2014/C 212/01

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 202, 30.6.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 194, 24.6.2014

ĠU C 184, 16.6.2014

ĠU C 175, 10.6.2014

ĠU C 159, 26.5.2014

ĠU C 151, 19.5.2014

ĠU C 142, 12.5.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-184/11) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260 TFUE - Għajnuna mill-Istat - Irkupru - Skema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Għajnuna individwali mogħtija fil-kuntest ta’ din l-iskema - Sanzjoni pekunjarja))

2014/C 212/02

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u B. Stromsky, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 260 TFUE – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-14 ta’ Diċembru 2006, fil-Kawżi magħquda C-485/03 sa C-490/03, Il-Kummissjoni vs Spanja (Ġabra p. I-11887) – Talba sabiex jiġu ffissati pagamenti ta’ penalità

Dispożittiv

1)

Billi ma ħax, fid-data li fiha skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata maħruġa fis-26 ta’ Ġunju 2008 mill-Kummissjoni Ewropea, il-miżuri neċessarji kollha għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja (C-485/03 sa C-490/03, EU:C:2006:777), ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l–obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi propji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 30 miljun.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 186, 25.06.2011


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 – Louis Vuitton Malletier vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) Friis Group International ApS

(Kawża C-97/12 P) (1)

([Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta mekkaniżmu ta’ sokra - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Invalidità parzjali - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(b])

2014/C 212/03

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Louis Vuitton Malletier (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto, E. Gavuzzi u N. Parrotta, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent) Friis Group International (rappreżentant: C. Type Jardorf, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tal-14 ta’ Diċembru 2011, Vuitton Malletier vs UASI u Friis Group International (Rappreżentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ sokra) (T-237/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali laqgħet parzjalment rikors għal annullament ippreżentat mid-detentur tat-trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta mekkaniżmu ta’ sokra, għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 18 u 25, kontra d-deċiżjoni R 1590/2008-1 tal-ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-24 ta’ Frar 2010, li tannulla parzjalment id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tirrifjuta talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-imsemmija trade mark.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-appell inċidentali huwa miċħud.

3)

Louis Vuitton Malletier, l-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) u Friis Group International ApS għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 126, 28.04.2012.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional – Spanja) – Google Spain SL, Google Inc. vs Agencia de Protección de Datos (AEPD), Mario Costeja González

(Kawża C-131/12) (1)

((Data personali - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-data - Direttiva 95/46/KE - Artikoli 2, 4, 12 u 14 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae u territorjali - Muturi ta’ tfittxija fuq l-internet - Ipproċessar tad-data li tkun tinsab f’siti tal-internet - Tfittxija, elenkar f’indiċi u ħażna ta’ din id-data - Responsabbiltà tal-operatur tal-mutur ta’ tfittxija - Stabbiliment fit-territorju ta’ Stat Membru - Portata tal-obbligi ta’ dan l-operatur u tad-drittijiet tas-suġġett tad-data - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7 u 8))

2014/C 212/04

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Google Spain SL, Google Inc.

Konvenuti: Agencia de Protección de Datos (AEPD), Mario Costeja González

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Audiencia Nacional (Spanja) – Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(b) u (d), 4(1)(a) u (ċ), 12(b) u 14(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) – Kunċett ta’ stabbiliment fit-territorju ta’ Stat Membru – Kriterji rilevanti – Kunċett ta’ “użu ta’ tagħmir [...] li jkun jinsab fit-territorju tal-Istat Membru” – Ħażna limitata ratione temporis tal-informazzjoni elenkata f’indiċi mill-muturi ta’ tfittxija – Drittijiet għat-tneħħija u għall-ibblokkar tad-data

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(b) u (d) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi [persuni fiżiċi] fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, l-attività ta’ mutur ta’ tfittxija li tikkonsisti fit-tisjib ta’ informazzjoni ppubblikata jew imqiegħda fuq l-internet minn terzi, fl-elenkar b’mod awtomatiku ta’ din l-informazzjoni f’indiċi, fil-ħażna temporanja ta’ din l-informazzjoni u, fl-aħħar nett, fit-tqegħid ta’ din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-utenti tal-internet skont ordni ta’ preferenza partikolari għandha titqies li hija “ipproċessar ta’ data personali”, fis-sens tal-punt (b) ta’ dan l-Artikolu 2, meta din l-informazzjoni tkun tinkludi data personali u, min-naħa l-oħra, l-operatur ta’ dan il-mutur ta’ tfittxija għandu jitqies li huwa l-“kontrollur” tal-imsemmi pproċessar, fis-sens tal-punt (d) tal-imsemmi Artikolu 2.

2)

L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 95/46 għandu jiġi interpretat fis-sens li pproċessar ta’ data personali jitwettaq fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment tal-kontrollur ta’ dan l-ipproċessar fit-territorju ta’ Stat Membru, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija joħloq fi Stat Membru fergħa jew sussidjarja maħsuba sabiex tiżgura l-promozzjoni u l-bejgħ tal-ispazji ta’ reklamar proposti minn dan il-mutur u li l-attività tagħha tkun orjentata lejn ir-residenti ta’ dan l-Istat Membru.

3)

L-Artikolu 12(b) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet u sakemm il-kundizzjonijiet previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet ikunu effettivament issodisfatti, l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija huwa obbligat ineħħi mil-lista ta’ riżultati, li tintwera wara tfittxija mwettqa fuq il-bażi tal-isem ta’ persuna, il-konnessjonijiet lejn paġni tal-internet, ippubblikati minn terzi u li jinkludu informazzjoni dwar din il-persuna, anki fil-każ fejn dan l-isem jew din l-informazzjoni ma jkunux tneħħew preċedentement jew simultanjament minn dawn il-paġni tal-internet, u dan, jekk ikun il-każ, anki meta l-pubblikazzjoni tagħhom fuq dawn il-paġni tkun, fiha nnifisha, leġittima.

4)

L-Artikolu 12(b) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jiġi eżaminat b’mod partikolari jekk is-suġġett tad-data għandux dritt li l-informazzjoni inkwistjoni dwar il-persuna tiegħu ma tibqax attwalment marbuta ma’ ismu permezz ta’ lista ta’ riżultati, li tintwera wara tfittxija mwettqa fuq il-bażi ta’ ismu, mingħajr ma huwa meħtieġ, sabiex jiġi kkonstatat tali dritt, li l-inklużjoni tal-informazzjoni inkwistjoni fil-lista ta’ riżultati tikkawża preġudizzju għal dan is-suġġett tad-data. Peress li dan tal-aħħar jista’, fid-dawl tad-drittijiet fundamentali tiegħu taħt l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, jitlob li l-informazzjoni inkwistjoni ma tibqax imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali permezz tal-inklużjoni tagħha f’tali lista ta’ riżultati, dawn id-drittijiet, bħala regola ġenerali, jipprevalu mhux biss fuq l-interess ekonomiku tal-operatur tal-mutur ta’ tfittxija, iżda wkoll fuq l-interess ta’ dan il-pubbliku li jkollu aċċess għall-imsemmija informazzjoni meta jwettaq tfittxija fuq il-bażi tal-isem ta’ dan is-suġġett tad-data. Madankollu, dan ma jkunx il-każ jekk jidher, għal raġunijiet partikolari bħalma huwa r-rwol li l-imsemmi suġġett tad-data jkollu fil-ħajja pubblika, li l-interferenza fid-drittijiet fundamentali tiegħu tkun iġġustifikata mill-interess superjuri tal-imsemmi pubbliku li jkollu, minħabba din l-inklużjoni, aċċess għall-informazzjoni inkwistjoni.


(1)  ĠU C 165, 09.06.2012


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Michael Timmel vs Aviso Zeta AG

(Kawża C-359/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2003/71/KE - Artikolu 14(2)(b) - Regolament (KE) Nru 809/2004 - Artikoli 22(2) u 29(1) - Prospett bażi - Supplimenti għall-prospett - Kundizzjonijiet finali - Data u metodu ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa - Kundizzjonijiet għal pubblikazzjoni f’forma elettronika))

2014/C 212/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michael Timmel

Konvenuta: Aviso Zeta AG

fil-preżenza ta’: Lore Tinhofer

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Handelsgericht Wien – Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 356) – Interpretazzjoni tal-Artikolu 22(2) u tal-punt 1 tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 307) – Pubblikazzjoni ta’ punti ta’ informazzjoni mhux magħrufa fil-mument tal-approvazzjoni tal-prospett bażi – Portata tal-obbligu tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tal-prospett, f’forma stampata – Kundizzjonijiet għall-pubblikazzjoni tal-prospett f’forma elettronika – Kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata li pprovdiet fi prospett intitolat “kundizzjonijiet definittivi” punti ta’ informazzjoni mhux magħrufa fil-mument tal-approvazzjoni ta’ dan il-prospett – Assenza ta’ pubblikazzjoni regolari – Aċċess għal dan il-prospett suġġett għal proċedura ta’ reġistrazzjoni u għal ħlasijiet

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fi prospetti, l-istruttura tal-prospetti, l-inklużjoni ta’ informazzjoni b’riferiment, il-pubblikazzjoni tal-prospetti u t-tixrid ta’ komunikazzjonijiet ta’ natura promozzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22(1) li, minkejja li ma kinitx magħrufa fil-mument tal-pubblikazzjoni tal-prospett bażi, kienet madankollu magħrufa fil-mument tal-pubblikazzjoni ta’ suppliment ta’ dan il-prospett, għandha tiġi ppubblikata f’dan is-suppliment, jekk din l-informazzjoni tikkostitwixxi fatt ġdid sinjifikattiv, żball jew ineżattezza sostanzjali ta’ natura li jinfluwenzaw l-evalwazzjoni tat-titoli, fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ, fatt li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tevalwa.

2)

Il-pubblikazzjoni ta’ prospett bażi li ma jinkludix l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22(1), b’mod partikolari dik prevista fl-Anness V ta’ dan ir-regolament, ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 809/2004 jekk din il-pubblikazzjoni ma tiġix ikkompletata bil-pubblikazzjoni tal-kundizzjonijiet finali. Sabiex l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-prospett bażi, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 809/2004, tkun tista’ tiġi inkluża fil-kundizzjonijiet finali, huwa neċessarju li l-prospett bażi jindika l-informazzjoni li tkun ser tiġi inkluża f’dawn il-kundizzjonijiet finali u li din l-informazzjoni tosserva r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 22(4) ta’ dan ir-regolament.

3)

Il-punt 1 tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament Nru 809/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li prospett għandu jkun faċilment aċċessibbli fuq is-sit tal-internet fejn ikun tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ma jkunx issodisfatt meta jkun hemm obbligu ta’ reġistrazzjoni fuq dan is-sit tal-internet, flimkien ma’ klawżola ta’ eżenzjoni mir-responsabbiltà u l-obbligu li jiġi kkomunikat indirizz ta’ posta elettronika, jew meta dan l-aċċess elettroniku jkun bi ħlas, jew ukoll meta l-konsultazzjoni mingħajr ħlas tal-informazzjoni tal-prospett tkun limitata għal żewġ dokumenti fix-xahar.

4)

L-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva 2003/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prospett bażi għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kemm fis-sede tal-emittent kif ukoll fl-uffiċċji tal-intermedjarji finanzjarji.


(1)  ĠU C 366, 24.11.2012


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Minister van Financiën vs X BV

(Kawża C-480/12) (1)

((Kodiċi Doganali tal-Komunità - Kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 203 u 204(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Proċedura ta’ tranżitu estern - Tnissil tad-dejn doganali minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu - Preżentazzjoni tardiva tal-merkanzija fl-uffiċċju ta’ destinazzjoni - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 10(3) - Rabta bejn it-tnissil tad-dejn doganali u dak tal-VAT - Kunċett ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli))

2014/C 212/06

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Minister van Financien

Konvenuta: X BV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi – Interpretazzjoni tal-Artikoli 203 u 204 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), tal-Artikoli 356(1) u 859(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) u tal-Artikolu 7 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) – Oltrepassar tat-terminu, stabbilit mill-uffiċċju ta’ tluq, sabiex il-merkanzija tiġi ppreżentata quddiem l-uffiċċju ta’ destinazzjoni, li jimplika t-tnissil kundizzjonali ta’ dejn doganali fuq l-importazzjoni u mhux it-tnissil awtomatiku tiegħu – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Kunċett ta’ importazzjoni

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 203 u 204 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, moqrija flimkien mal-Artikolu 859(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 444/2002, tal-11 ta’ Marzu 2002, għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-sempliċi skadenza tat-terminu ta’ preżentazzjoni, stabbilit skont l-Artikolu 356(1) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament 444/2002, ma twassalx għal dejn doganali minħabba t-tneħħija tal-merkanzija kkonċernata mis-sorveljanza doganali, fis-sens tal-Artikolu 203 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2008, iżda għal dejn doganali bbażat fuq l-Artikolu 204 ta’ dan l-aħħar regolament u li ma hemmx bżonn, sabiex dejn doganali jitnissel abbażi ta’ dan l-Artikolu 204, li l-persuni kkonċernati jipprovdu lill-awtoritajiet doganali informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-iskadenza tat-terminu stabbilit skont l-Artikolu 356 tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 444/2002, jew dwar il-lokalizzazzjoni tal-merkanzija matul il-perijodu li għadda bejn l-iskadenza ta’ dan it-terminu u l-preżentazzjoni effettiva ta’ din il-merkanzija lill-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni

2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE, tas-26 ta’ April 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud hija dovuta meta l-merkanzija kkonċernata tkun ħarġet mill-proċeduri doganali previsti f’dan l-artikolu, anki jekk dejn doganali jitnissel esklużivament fuq il-bażi tal-Artikolu 204 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – T.C. Briels et vs Minister van Infrastructuur en Milieu

(Kawża C-521/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6(3) u (4) - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett - Awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett fuq sit protett - Miżuri kumpensatorji - Sit Natura 2000 “Vlijmens Ven, Moerputten & Bossche Broek” - Proġett tar-rotta tal-awtostrada A2 ‘’s-Hertogenbosch-Eindhoven))

2014/C 212/07

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T. C. Briels, M. Briels-Loermans, R. L. P. Buchholtz, Stichting A2-Platform Boxtel e.o.et, H. W. G. Cox, G. P. A. Damman, P. A. M. Goevaers et, J. H. van Haaren, L. S. P. Dijkman, R. A. H. M. Janssen, M. M. van Lanschot, J. E. A. M. Lelijveld et, A. Mes et, A. J. J. Michels, VOF Isphording et, M. Peijnenborg, S. Peijnenborg-van Oers, G. Oude Elferink, W. Punte, P. M. Punte-Cammaert, Stichting Reinier van Arkel, E. de Ridder, W. C. M. A. J. G. van Rijckevorsel, M. van Rijckevorsel-van Asch van Wijck, Vereniging tot Behoud van het Groene Hart van Brabant, Stichting Boom en Bosch, Stichting Overlast A2 Vught e.o., Streekraad Het Groene Woud en De Meijerij, A. C. M. W. Teulings, Stichting Bleijendijk, M. Tilman, Vereniging van Eigenaars Appartementengebouw De Heun I et, M. C. T. Veroude, E. J. A. M. Widlak, Van Roosmalen Sales BV et, M. A. A. van Kessel, Bricorama BV et.

Konvenut: Minister van Infrastructuur en Milieu

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Raad van State – Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) – Awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett fuq sit protett – Kundizzjonijiet – Kunċett “ta’ affettwar ħażin tal-integrità tas-sit konċernat”.

Dispożittiv

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandu jiġi interpretat fis-sens li pjan jew proġett li ma huwiex direttament marbut jew neċessarju għat-tmexxija ta’ sit ta’ importanza Komunitarja, li għandu effetti negattivi fuq tip ta’ habitat naturali preżenti fuq dan tal-aħħar u li jipprevedi miżuri għall-iżvilupp ta’ medda ta’ daqs identiku jew superjuri ta’ dan it-tip ta’ habitat fuq dan is-sit, jaffettwa l-integrità tal-imsemmi sit. Jekk ikun il-każ, tali miżuri ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala “miżuri kumpensatorji”, fis-sens tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, ħlief sa fejn ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fih.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 – 1. garantovaná a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-90/13 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Regolament (KE) Nruo1/2003 - Akkordji - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Dħul mill-bejgħ totali magħmul matul is-sena finanzjarja preċedenti))

2014/C 212/08

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: 1. garantovaná a.s (rappreżentanti: K. Lasok QC, J. Holmes u B. Hartnett, barristers, O. Geiss, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Vecchi u N. Khan, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tat-12 ta’ Diċembru 2012, 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni (T-392/09) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 – Reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar), li tikkonċerna akkordju fis-suq tat-trab u tal-granulat tal-karbur tal-kalċju, kif ukoll fis-suq tal-granulat tal-manjesju f’parti kunsidervoli taż-ŻEE, li jirrigwarda l-iffissar tal-prezzijiet, it-tqassim tas-swieq u l-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti – Kalkolu tal-multa – Limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ – Dħul mill-bejgħ rilevanti

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

1. garantovaná a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 114, 20.04.2013.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Szatmári Malom kft vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

(Kawża C-135/13) (1)

((Agrikoltura - FAEŻR - Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Artikoli 20, 26 u 28 - Għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli u għajnuna għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli u forestali - Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà - Kompetenzi tal-Istati Membri - Għajnuna li minnha tibbenefika l-modernizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti ta’ mtieħen - Imtieħen issostitwiti b’mitħna ġdida waħda mingħajr żieda fil-kapaċità - Esklużjoni - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament))

2014/C 212/09

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Szatmári Malom kft

Konvenuta: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Kúria – Interpretazzjoni tal-Artikolu 20(b)(iii), kif ukoll tal-Artikolu 26(1)(a) u tal-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 286M tal-4 ta’ Novembru 2010, p. 26) – Għajnuna favur il-kompetittività tas-setturi tal-agrikoltura u tal-foresterija – Miżuri mmirati lejn ir-ristrutturazzjoni u l-iżvilupp tal-potenzjal fiżiku kif ukoll il-promozzjoni tal-innovazzjoni – Ħolqien minn kumpannija, li għandha bħala l-attività prinċipali l-manifattura tad-dqiq, ta’ mitħna ġdida billi jingħaqdu l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tat-tliet imtieħen diġà eżistenti tagħha li fir-rigward tagħhom diġà hemm il-ħsieb li jingħalqu – Modernizzazzjoni ta’ azjendi agrikoli jew tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ titjib tal-prestazzjoni globali tal-azjenda agrikola, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, ma jistax ikopri operazzjoni li permezz tagħha impriza li l-attività tagħha hija l-operat ta’ mtieħen tagħlaq imtieħen antiki sabiex tissostitwihom b’mitħna ġdida mingħajr żieda fil-kapaċità eżistenti.

2)

L-Artikoli 20(b)(iii) u 28(1)(a) tar-Regolament Nru 1698/2005 għandhom jiġu interpretati fis-sens li operazzjoni li tikkonsisti fl-għeluq ta’ mtieħen antiki u s-sostituzzjoni tagħhom b’mitħna ġdida mingħajr żieda fil-kapaċità eżistenti tista’ ttejjeb il-prestazzjoni globali tal-impriża fis-sens tat-tieni waħda mill-imsemmija dispożizzjonijiet.

3)

L-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament Nru 1698/2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi għajnuna għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli li minnha jistgħu jibbenefikaw biss, f’dak li jirrigwarda l-impriżi li joperaw imtieħen, l-operazzjonijiet intiżi għall-modernizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti tal-imsemmija mtieħen u mhux dawk li jinvolvu l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ġodda. Madankollu, fejn ikun hemm sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha installazzjoni tat-tħin waħda jew iktar jingħalqu sabiex jiġu ssostitwiti b’installazzjoni tat-tħin ġdida mingħajr żieda fil-kapaċitajiet, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiżgura li tali leġiżlazzjoni tiġi applikata b’mod li jiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Data I/O GmbH vs Hauptzollamt München

(Kawża C-297/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klassifikazzjoni tariffarja - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Taqsima XVI, nota 2 - Intestaturi 8422, 8456, 8473, 8501, 8504, 8543, 8544 u 8473 - Kunċetti ta’ “bċejjeċ” u ta’ “oġġetti” - Bċejjeċ u aċċessorji (muturi, provvisti ta’ enerġija, lejżers, ġeneraturi, kejbils u heat sealers) intiżi għas-sistemi ta’ programmazzjoni - Assenza ta’ klassifikazzjoni prijoritarja taħt l-intestatura 8473 meta mqabbla mal-intestaturi l-oħra tal-Kapitoli 84 u 85))

2014/C 212/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Data I/O GmbH

Konvenut: Hauptzollamt München

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Finanzgericht München – Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolamenti (KE) tal-Kummissjoni Nru 2031/2001, tas-6 ta’ Awwissu 2001 (ĠU L 279, p. 1), Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002 (ĠU L 290, p. 1), Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 14, p. 3), kif ukoll Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 327, p. 1) u, b’mod partikolari, tat-Taqsima XVI, nota 2(a) u (b) – Klassifikazzjoni tal-bċejjeċ u aċċessorji (muturi, ġeneraturi, lejżers, kejbils u heat sealers) intiżi għas-sistemi ta’ programmazzjoni fl-intestatura 8473 – Possibbiltà ta’ prijorità ta’ din l-intestatura fil-konfront tal-intestaturi l-oħra tal-Kapitoli 84 u 85.

Dispożittiv

In-nota 2(a) tat-Taqsima XVI tan-Nomenklatura Magħquda li hemm fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001, tas-6 ta’ Awwissu 2001, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003 u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, għandha tiġi interpretata fis-sens li oġġett li jista’ jiġi kklassifikat kemm taħt l-intestatura 8473 ta’ din in-nomenklatura, bħala biċċa ta’ magna li taqa’ taħt l-intestatura 8471 tal-imsemmija nomenklatura, kif ukoll taħt waħda mill-intestaturi 8422, 8456, 8501, 8504, 8543 u 8544 tal-istess nomenklatura, bħala oġġett awtonomu, għandu jiġi kklassifikat, bħala tali, taħt waħda minn dawn l-intestaturi tal-aħħar, skont il-karatteristiċi rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Almos Agrárkülkereskedelmi kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-337/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90 - Tnaqqis tal-ammont taxxabbli - Portata tal-obbligi tal-Istati Membri - Effett dirett))

2014/C 212/11

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Almos Agrárkülkereskedelmi kft

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Kúria – Interpretazzjoni tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) – Kompatibbiltà mad-Direttiva ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix għall-possibbiltà ta’ rettifika tal-valur taxxabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali li ma tipprovdix għat-tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-prezz, jekk tiġi applikata d-deroga pprovduta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu. Madankollu, dan id-dispożizzjoni għandha għalhekk tinkludi s-sitwazzjonijiet l-oħrajn kollha li fihom, skont il-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu, sussegwentement għall-konklużjoni ta’ tranżazzjoni, il-persuna taxxabbli ma tiġborx parti mill-korrispettiv jew il-korrispettiv kollu, li hija kwistjoni li għandha tiġi vverifikata mill-qorti nazzjonali.

2)

Il-persuni taxxabbli jistgħu jinvokaw l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112 quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat Membru sabiex jiksbu t-tnaqqis tal-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Għalkemm l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-eżerċizzju tad-dritt ta’ tnaqqis ta’ dan il-valur taxxabbli huwa suġġett għat-twettiq ta’ ċerti formalitajiet li jippermettu li jiġġustifikaw li, sussegwentement għall-konklużjoni tat-tranżazzjoni, il-persuna taxxabbli ma tiġborx parti mill-korrispettiv jew il-korrispettiv kollu, u li din il-persuna taxxabbli setgħet tinvoka waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT, il-miżuri b’hekk adottati ma għandhomx jeċċedu dak li huwa neċessarju għal din il-ġustifikazzjoni, li hija kwistjoni li għandha tiġi vverifikata mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/11


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 minn The Sunrider Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-23 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-221/12 – The Sunrider Corporation vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-142/14 P)

2014/C 212/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: The Sunrider Corporation (rappreżentanti: N. Dontas, K. Markakis, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara dan l-appell ammissibbli;

tannulla parzjalment is-sentenza appellata mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) fit-23 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-221/12, sa fejn hija ċaħdet it-tieni motiv (ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) dwar it-trade mark Komunitarja) u t-tielet motiv (ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja) li l-appellanti invokat fir-rikors tagħha tal-25 ta’ Mejju 2012;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiġi eżaminata mill-ġdid fir-rigward tat-tieni u t-tielet motivi li r-rikorrenti invokat fir-rikors tagħha tal-25 ta’ Mejju 2012 u sabiex din tapplika mil-ġdid l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trademark Komunitarja;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-proċeduri ta’ appell preżenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-proċedura tal-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż indispensabbli sostnuti mill-appellanti matul il-proċeduri amministrattivi quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell fil-Każ R 2401/2010-4.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-EWWEL AGGRAVJU: Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE (2) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (3) fir-rigward tad-definizzjoni u l-portata tal-kelma “mediku”. Hija marret lil hinn mill-kompetenzi tagħha billi ħolqot definizzjonijiet legali ġodda, jiġifieri dawk ta’ prodotti “għal użu mediku fis-sens wiesgħa tal-kelma”, u ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-definizzjonijiet legali applikabbli adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea.

IT-TIENI AGGRAVJU: Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat id-dritt għal smigħ tal-appellanti billi bbażat ruħha mingħajr ġustifikazzjoni fuq “fatt magħruf” kruċjali għall-eżitu tal-kawża. Hija interpretat b’mod żbaljat id-dritt għal smigħ tal-appellanti billi ddeċidiet, fil-punt 77 tas-sentenza appellata, li fatt partikolari kien jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “fatt magħruf” mingħajr ma sostniet din l-evalwazzjoni bl-ebda prova inkluża fil-proċess tal-kawża u mingħajr ma ġġustifikat kif dan il-fatt partikolari kien ġuridikament “magħruf”.

IT-TIELET AGGRAVJU: Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja sa fejn: (a) wettqet eżami u evalwazzjoni limitati tax-xebh bejn supplimenti nutrittivi li joriġinaw mill-ħxejjex u l-prodotti imsemmija espressament fl-intestatura tal-klassi 32, mingħajr ma eżaminat b’mod konkret jekk kienx hemm xebh bejn is-supplimenti nutrittivi li joriġinaw mill-ħxejjex u l-prodotti l-oħra inklużi fil-klassi 32; (b) żnaturat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata u ssostitwixxiet l-evalwazzjoni u l-motivazzjoni tal-Bord tal-Appell b’dawk tagħha fir-rigward tal-“pubbliku kkonċernat”; u (ċ) wettqet żball ta’ liġi fl-eżami u fl-evalwazzjoni tal-fatturi/kriterji ta’ xebh individwali tal-prodotti inkwistjoni, b’mod partikolari fir-rigward (i) tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-kelma “mediku” bħala li li tikkaratterizza l-għan prinċipali tas-supplimenti nutrittivi li joriġinaw mill-ħxejjex, (ii) tal-obbligu legali li “parti kbira” mill-produtturi tal-prodotti inkwistjoni għandhom ikun l-istess, (iii) tal-kriterju/regola legali użata għall-paragun bejn il-prodotti, (iv) taċ-ċaħda tat-tieni motiv tar-rikors, meqjus bħala ineffettiv, (v) tal-assenza ta’ eżami ta’ fattur ta’ “interkambjabbiltà u (vi) tal-assenza ta’ eżami tan-natura tal-prodotti pparagunati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

(2)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27. p. 69).

(3)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Maramureș (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Marzu 2014 – Cabinet Medical Veterinar Dr. Tomoiagă Andrei vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca, irrappreżentata mill-Administrația Județeană a Finanțelor Publice Maramureș

(Kawża C-144/14)

2014/C 212/13

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Maramureș

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cabinet Medical Veterinar Dr. Tomoiagă Andrei

Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca, rappreżentata mill-Administrația Județeană a Finanțelor Publice Maramureș

Parti msejħa sabiex tintervjeni: Direcția Sanitar-Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Maramureș

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 273 u l-punt 18 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità fiskali nazzjonali kellha tirreġistra l-persuna suġġetta għall-VAT u li timponi fuqha l-obbligi marbuta mat-taxxa dovuta u mal-aċċessorji ta’ din tal-aħħar, meta jinqabeż il-limitu ta’ eżenzjoni, sa mid-data li fiha l-persuna taxxabbli kienet ippreżentat quddiem l-awtorità fiskali kompetenti dikjarazzjonijiet fiskali li juru li nqabeż il-limitu ta’ eżenzjoni tal-VAT?

2)

F’każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun pożittiva, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha l-awtorità fiskali imponiet retroattivament l-obbligu tal-ħlas tal-VAT fuq il-persuna taxxabbli minħabba l-fatt li s-servizzi mediċi veterinarji ma humiex eżentati mill-ħlas tal-VAT u li nqabeż il-limitu ta’ eżenzjoni, fejn:

l-awtorità fiskali ma rreġistratx ex officio l-persuna suġġetta għall-VAT u ma imponietx fuq din tal-aħħar l-obbligu għall-ħlas tal-VAT fil-mument li l-persuna taxxabbli ppreżentat dikjarazzjonijiet fiskali li juru li nqabeż il-limitu ta’ eżenzjoni, iżda dan għamlitu suċċessivament, wara t-tibdil tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tat-taxxi permezz tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1620/2009, fis-sens li l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 141(1)(a) tal-kodiċi tat-taxxi ma huwiex applikabbli għas-servizzi mediċi veterinarji, kif jirriżulta mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Mejju 1988, Il-Kummissjoni vs L-Italja, 122/87, u għal perijodu wara l-imsemmi tibdil;

l-awtorità fiskali ħadet konjizzjoni tal-fatt li nqabeż il-limitu ta’ eżenzjoni qabel it-tibdil tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tat-taxxi permezz ta-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1620/2009, fis-sens imsemmi iktar 'il fuq, permezz ta’ dikjarazzjonijiet fiskali ppreżentati mill-persuna taxxabbli;

qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1620/2009, l-awtorità fiskali ma adottatx fil-qasam tal-kompetenza tagħha – li tkopri wkoll il-persuna taxxabbli fil-kawża prinċipali – atti amministrattivi fiskali li jikkonstataw li l-persuni taxxabbli li huma veterinarji prattikanti ma ġewx irreġistrati għall-VAT wara li kienu qabżu l-limitu ta’ eżenzjoni u, konsegwentement, li jimponu fuq dawn tal-aħħar obbligi ta’ ħlas;

qabel l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1620/2009, is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar 'il fuq, ma kienet bl-ebda mod ippubblikata bil-lingwa Rumena?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/14


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-161/14)

2014/C 212/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Soulay, M. Clausen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet tar-rikorrenti

(1)

tiddikjara li

billi applika rata tal-VAT imnaqqsa għal provvisti ta’ servizzi ta’ installazzjoni ta’ “materjali li jiffrankaw l-enerġija” u għal provvisti ta’ “materjali li jiffrankaw l-enerġija” minn persuna li tinstalla dawk il-materjali f’akkomodazzjonijiet residenzjali, sa fejn dawk il-provvisti ma jistgħux jitqiesu bħala “il-forniment, il-kostruzzjoni, ir-rennovazzjoni u t-tibdil [l-alterazzjoni] tad-djar, bħala parti minn politika soċjali” għall-finijiet tal-Kategorija (10) tal-Anness III tad-Direttiva tal-VAT (1),

billi applika rata tal-VAT imnaqqsa għal provvisti ta’ servizzi ta’ installazzjoni ta’ “materjali li jiffrankaw l-enerġija” u provvisti ta’ “materjali li jiffrankaw l-enerġija” minn persuna li tinstalla dawk il-materjali f’akkomodazzjonijiet residenzjali, sa fejn dawk il-provvisti jaqgħu barra mill-iskop ta’ rinnovazzjoni u ta’ tiswija ta’ djar privati għall-finijiet tal-Kategorija (10) tal-Anness III tad-Direttiva tal-VAT,

billi applika rata tal-VAT imnaqqsa għal provvisti ta’ servizzi ta’ installazzjoni ta’ “materjali li jiffrankaw l-enerġija” u provvisti ta’ “materjali li jiffrankaw l-enerġija” minn persuna li tinstalla dawk il-materjali f’akkomodazzjonijiet residenzjali, sa fejn dawk il-provvisti, anki jekk ikunu jaqgħu taħt l-iskop ta’ rinnovazzjoni u ta’ tiswija ta’ djar privati għall-finijiet tal-Kategorija (10) tal-Anness III tad-Direttiva tal-VAT, jinkludu materjali li jifformaw parti sinjifikattiva mill-valur tas-servizzi pprovduti, ir-Renju tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 98, moqri flimkien mal-Anness III tad-Direttiva tal-VAT;

(2)

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Taħt l-Artikolu 96 tad-Direttiva tal-VAT, ir-rata standard tal-VAT stabbilita minn kull Stat Membru, suġġetta għal rata minima ta’ 15 %, hija applikabbli għall-provvisti kollha ta’ merkanzija u servizzi. Rata li ma hijiex ir-rata standard tista’ tiġi applikata biss sa fejn dan huwa permess minn dispożizzjonijiet oħra tad-direttiva. L-Artikolu 98 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu japplikaw jew rata mnaqqsa waħda jew żewġ rati mnaqqsa għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva.

Il-Kummissjoni tqis li s-sistema ta’ rati mnaqqsa applikabbli għall-provvisti ta’ materjali li jiffrankaw l-enerġija u l-installazzjoni tagħhom, stabbilita fit-Taqsima 29A tal-Att dwar il-VAT 1994, kif speċifikat fl-Iskeda 7A ta’ dak l-Att, taqbeż il-possibbiltajiet offruti lill-Istati Membri mill-Kategoriji (10) u (10a) tal-Anness III tad-Direttiva tal-VAT, li rispettivament ikopru “il-forniment, il-kostruzzjoni, ir-rennovazzjoni u t-tibdil [l-alterazzjoni] tad-djar, bħala parti minn politika soċjali” u “tiġdid [rinnovazzjoni] u tiswija ta’ djar privati, għajr il-materjali li jiffurmaw parti sinifikanti mill-valur tas-servizz ipprovdut”.

L-iskema tar-Renju Unit ta’ rata mnaqqsa kif deskritta fil-Grupp 2 tal-Parti 2 tal-Iskeda 7A tal-Att dwar il-VAT 1994 ma tistax tkun marbuta direttament ma’ kwistjonijiet ta’ akkomodazzjoni bħala parti minn politika soċjali, u għaldaqstant tmur lil hinn mill-iskop permess mill-Kategorija (10) tal-Anness III tad-Direttiva tal-VAT.

Il-Grupp 2 tal-Parti 2 tal-Iskeda 7A tal-Att dwar il-VAT 1994, billi japplika rata mnaqqsa għall-provvista ta’ servizzi ta’ installazzjoni ta’ “materjali li jiffrankaw l-enerġija” u għall-provvista ta’ “materjali li jiffrankaw l-enerġija” minn persuna li tinstalla dawk il-materjali f’akkomodazzjonijiet residenzjali, fejn dawk il-provvisti jinkludu l-provvista, il-kostruzzjoni u l-alterazzjoni ta’ djar privati u mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-valur proporzjonali ta’ dawk il-materjali mal-valur totali tas-servizz ipprovdut, imur lil hinn mir-rekwiżit stabbilit fil-Kategorija (10a), li jipprovdi li rata mnaqqsa tista’ biss tiġi applikata għar-rinnovazzjoni u t-tiswija ta’ djar privati, esklużi materjali li jifformaw parti sinjifikattiva mill-valur tas-servizz ipprovdut.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fis-7 ta’ April 2014 – ING – Pensii Societate de Administrare a unui Fond de Pensii Administrat Privat SA vs Consiliul Concurenței

(Kawża C-172/14)

2014/C 212/15

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ING Pensii Societate de Administrare a unui Fond de Pensii Administrat Privat SA

Konvenut: Consiliul Concurenței

Domanda preliminari

F’każ ta’ prattika ta’ tqassim tal-klijenti, in-numru finali konkret ta’ dawn tal-aħħar huwa rilevanti fir-rigward tat-twettiq tal-kundizzjoni ta’ distorsjoni sinjifikattiva tal-kompetizzjoni, fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101(1)(ċ) TFUE?


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fid-9 ta’ April 2014 – Saudaçor – Sociedade Gestora de Recursos e Equipamentos de Saúde dos Açores SA vs Fazenda Pública

(Kawża C-174/14)

2014/C 212/16

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Saudaçor – Sociedade Gestora de Recursos e Equipamentos de Saúde dos Açores SA

Konvenuta: Fazenda Pública

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat mill-qorti nazzjonali b’riferiment għall-kunċett leġiżlattiv ta’ organu rregolat mid-dritt pubblik stabbilit fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004?

2)

Entità kkostitwita taħt il-forma ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata, b’kapital esklużivament pubbliku, 100 % proprjetà tar-Reġjun Awtonomu tal-Açores, u li l-għan tal-kumpannija jikkonsisti fl-attività ta’ konsulenza u ta’ amministrazzjoni tal-qafas tas-sistema reġjonali tas-saħħa bil-ħsieb tal-promozzjoni u tar-razzjonalizzazzjoni tagħha, implementata bis-saħħa tal-kuntratti-qafas konklużi mar-Reġjun Awtonomu tal-Açores, u li għandha, permezz ta’ delega, is-setgħat ta’ awtorità li f’din iż-żona jaqgħu taħt ir-Reġjun Awtonomu – u li għandhu, oriġinarjament, l-obbligu li jipprovdi s-servizz pubbliku tas-saħħa – jaqa’ taħt il-kunċett ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku li jaġixxi fil-kwalità tiegħu bħala awtorità pubblika, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006?

3)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal fl-imsemmija direttiva, il-korrispettiv irċevut minn din il-kumpannija, li jikkorrispondi fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-mezzi finanzjarji neċessarji għall-implementazzjoni ta’ dawn il-kuntratti-qafas, jista’ jiġi kkunsidrat bħala ħlas għal servizzi pprovduti għall-finijiet ta’ ssuġġettar għall-VAT?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, din il-kumpannija tissodisfa r-rekwiżiti neċessarji sabiex tibbenefika mir-regola ta’ nuqqas ta’ ssuġġettar għall-VAT msemmija fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).

(2)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ April 2014 – Proċeduri kriminali kontra G

(Kawża: C-181/14)

2014/C 212/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Parti fil-kawża prinċipali

G

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83/KE, tas-6 ta’ Novembru 2001 (1), kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE, tal-31 ta’ Marzu 2004 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li sustanzi jew kombinazzjonijiet ta’ sustanzi fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni li sempliċement jimmodifikaw il-funzjonijiet fiżjoloġiċi tal-bniedem – jiġifieri mingħajr ma jirrestawrawhom jew jikkoreġuhom –, jistgħu jitqiesu li huma prodotti mediċinali biss meta jkollhom użu terapewtiku jew, fi kwalunkwe każ, meta jimmodifikaw il-funzjonijiet fiżiċi b’mod pożittiv? Għaldaqstant, għandhom jiġu esklużi mill-kunċett ta’ prodott mediċinali fis-sens tad-Direttiva, is-sustanzi jew il-kombinazzjonijiet ta’ sustanzi li jiġu kkonsmati biss minħabba l-effetti psikoattivi tagħhom –li jagħtu lok għal stat ta’ telf mis-sensi – u li għalhekk għandhom fi kwalunkwe każ effett perikoluż għas-saħħa?


(1)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).

(2)  Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262).


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/16


Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 minn ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s. et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-29 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-528/09, Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-186/14 P)

2014/C 212/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s., ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Benteler Deutschland GmbH, Benteler Stahl//Rohr GmbH, Ovako Tube & Ring AB, Rohrwerk Maxhütte GmbH, TMK-Artrom SA, Silcotub SA, Dalmine SpA, Tubos Reunidos, SA, Vallourec Oil and Gas France, li qabel kienet Vallourec Mannesmann Oil & Gas France, Vallourec Tubes France, li qabel kienet V & M France, Vallourec Deutschland GmbH, li qabel kienet V & M Deutschland GmbH, voestalpine Tubulars GmbH, Železiarne Podbrezová a.s. (rappreżentanti: Dr G. Berrisch, avukat, B. Byrne, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-528/09;

tiċħad l-ewwel parti tat-tielet motiv tal-ewwel istanza;

tirreferi l-bqija tal-kawża lura lill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lil Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd għall-ispejjeż kemm ta’ dan l-appell kif ukoll tal-proċedura fil-Kawża T-528/09 tal-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet tliet żbalji ta’ liġi.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 3(7) tar-Regolament Bażiku dwar l-Antidumping (1) billi ddeċidiet li l-istituzzjonijiet ma setgħux jieħdu inkunsiderazzjoni li s-sitwazzjoni ta’ talba kbira li ma hijiex normali kienet probabbilment ser tispiċċa u li f’sitwazzjoni ta’ talba “normali” l-effetti reali tad-dannu tal-importazzjonijie dumping kienu ser jintwerew u li l-istituzzjonijiet kienu attribwew l-effetti ta’ tnaqqis fit-talba bħala marbuta mal-importazzjonijiet dumping.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 3(9) tar-Regolament Bażiku dwar l-Antidumping u kisret l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Bażiku dwar l-Antidumping meta annullat ir-Regolament ikkontestat (2) fuq il-bażi li t-tbassir tal-Kummissjoni fir-Regolament Provviżorju dwar il-volumi u l-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet dumping allegatament ma kienx totalment skont id-data tal-perijodu ta’ wara l-investigazzjoni.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat ikkonkludiet li r-riżultati tal-istituzzjonijiet kienu vvizzjati bi żball manifest ta’ evalwazzjoni u li l-Qorti Ġenerali naqset milli tosserva l-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45); issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, p. 19)


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/17


Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2014 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-29 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-528/09, Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-193/14 P P)

2014/C 212/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, B. O’Connor, Solicitor, S. Gubel, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea, ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s., ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Benteler Deutschland GmbH, li kienet Benteler Stahl//Rohr GmbH, Ovako Tube & Ring AB, Rohrwerk Maxhütte GmbH, Dalmine SpA, Silcotub SA, TMK-Artrom SA, Tubos Reunidos, SA, Vallourec Oil and Gas France, li kienet Vallourec Mannesmann Oil & Gas France, Vallourec Tubes France, li kienet V & M France, Vallourec Deutschland GmbH, li kienet V & M Deutschland GmbH, voestalpine Tubulars GmbH, Železiarne Podbrezová a.s.

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-528/09 “Hubei Xinyegang Steel Co Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea”;

tiċħad l-ewwel parti tat-tielet motiv imqajjem mir-rikorenti fl-ewwel istanza bħala infondat fid-dritt;

tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal rikonsiderazzjoni għall-motivi li jifdal fid-dritt fl-ewwel istanza sa fejn il-fatti ma ġewx stabbiliti mill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lil Hubei tħallas l-ispejjeż tal-Kunsill tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kunsill isostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għall-aggravji li ġejjin:

l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku antidumping (1) u żnaturat it-tifsira ċara tal-provi quddiemha, sa fejn għamlet evalwazzjoni selettiva u inkompleta tal-elementi meħtieġa minn dan ir-regolament sabiex jiddeterminaw li l-industrija tal-Unjoni kienet f’sitwazzjoni vulnerabbli fi tmiem il-perijou ta’ investigazzjoni;

it-tieni nett, il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku antidumping fir-rigward tal-kollass previst fid-domanda;

it-tielet nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 3(9) tar-Regolament bażiku antidumping dwar l-analiżi tat-theddida tal-ħsara;

ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali eċċediet il-ġurisdizzjoni tagħha, sa fejn issostitwiet l-evalwazzjoni tagħha stess tal-fatturi ekonomiċi li qed jiġu kkunsidrati għal dik tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45; issostitwit bir-Regolament Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/18


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-205/14)

2014/C 212/20

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade, u F. Wilman, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi ma ggarantietx l-indipendenza funzjonali u finanzjarja tal-entità li tikkoordina l-islots, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 (1);

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-Portugall, l-entità li tikkoordina l-islots hija l-ANA, kumpannija kummerċjali privata ta’ ġestjoni tal-ajruporti, li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ indipendenza previsti mir-Regolament (KEE) Nru 95/93.

Ġaladarba d-Diviżjoni ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali ta’ Slots tinsab integrata fl-ANA, fejn b’hekk tiddependi esklużivament mill-ANA, ma tirriżultax sitwazzjoni ta’ indipendenza funzjonali u lanqas ta’ indipendenza finanzjarja, rikjesti mid-dritt tal-Unjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93, tat-18 ta’ Jannar 1993, dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 3).


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/19


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-206/14)

2014/C 212/21

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u E. Randvere)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2003/4/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (2), għaliex ma ttrasponietx l-Artikolu 4(1)(e), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) u t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, sa fejn naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tittrasponi din id-direttiva u/jew ma adottathomx korrettament.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 402.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/19


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2014 minn LG Display Co. Ltd, LG Display Taiwan Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-27 ta’ Frar 2014 fil-Kawża T-128/11, LG Display Co. Ltd, LG Display Taiwan Co., Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-227/14 P)

2014/C 212/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: LG Display Co. Ltd, LG Display Taiwan Co., Ltd (rappreżentanti: A. Winckler, avukat, F.-C. Laprévote, avukat)

Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-128/11, sa fejn tiċħad it-talba tagħha għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 fil-Każ COMP/39.309;

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, fid-dawl tal-elementi ppreżentati lilha, u tnaqqas l-ammont tal-multa ffissata b’din id-deċiżjoni; insostenn ta’ din it-talba, LG Display tissottometti fl-Anness A.2 tabella li tippreżenta l-kalkolu tal-multa f’ipoteżijiet differenti. LG Display tindika li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha biżżejjed informazzjoni f’dan ir-rigward biex teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u spejjeż oħra sostnuti minn LG Display fil-kuntest ta’ din il-kawża; u

tieħu kull miżura oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis xierqa.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju, LG Display tikkontesta l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tipprovdi li l-Kummissjoni setgħet tinkludi l-bejgħ ta’ LG Display lill-kumpanniji parent tagħha LGE u Philips għall-valur ta’ bejgħ sabiex tikkalkola l-multa ta’ LG Display. Dan l-aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, ipprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti, manifestament żnaturat il-provi, kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ LG Display u ma eżerċitatx il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha meta ddeċidiet li l-Kummissjoni tista’ tinkludi l-bejgħ intern fil-valur ta’ bejgħ sabiex tikkalkola l-ammont tal-multa, sempliċement għaliex dan il-bejgħ seħħ fis-suq affettwat mill-kartell li fih ipparteċipat LG Display. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, ipprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti, manifestament żnaturat il-provi u kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ LG Display meta kkonfermat il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi li l-bejgħ intern effettivament kien affettwat mill-kartell.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, LG Display tikkontesta l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tipprovdi li l-Kummissjoni ġustament irrifjutat li tagħti lil LG Display immunità parzjali tal-multa għas-sena 2005. Dan l-aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u pprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti meta tat lill-applikant għall-immunità totali pożizzjoni pprivileġjata fir-rigward tal-immunità parzjali. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali manifestament żnaturat il-provi u wettqet żball ta’ liġi meta rrifjutat li tagħti immunità parzjali ta’ multa lil LG Display għall-perijodu mis-26 ta’ Awwissu 2005, data li warajha l-Kummissjoni ma kellhiex provi pprovduti mill-applikant għall-immunità biex juru l-parteċipazzjoni kontinwata ta’ LG Display fil-kartell.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/20


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2014 minn InnoLux Corp., li kienet Chimei InnoLux Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-27 ta’ Frar 2014 fil-Kawża T-91/11, InnoLux Corp., li kienet Chimei InnoLux Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-231/14 P)

2014/C 212/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: InnoLux Corp., li kienet Chimei InnoLux Corp. (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat, R. Burton, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata sa fejn tikkonferma l-multa, ikkalkulata skont il-valur ta’ kunsinni intragrupp ta’ monitor bil-liquid crystal display (LCD) fl-impjanti tal-appellanti fiċ-Ċina u fit-Tajwan, imposta fuq InnoLux mid-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn hija imponiet fuq InnoLux multa kkalkolata skont il-valur ta’ kunsinni intragrupp ta’ LCD fl-impjanti tal-appellanti fiċ-Ċina u fit-Tajwan;

konsegwentement, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq InnoLux għal EUR 173 miljun; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ dritt meta ddeċidiet li l-kunsinni intragrupp ta’ LCD fl-impjanti tal-appellanti fiċ-Ċina u fit-Tajwan jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE biss minħabba li l-monitors tal-kompjuters li fihom huma inkorporati l-LCD bħala komponenti magħmula fl-impjanti inkwistjoni jiġu kkummerċjalizzati mir-rikorrenti fiż-ŻEE.

Insostenn għal dan l-aggravju, ir-rikorrenti tinvoka l-argumenti li ġejjin:

a)

Il-konstatazzjoni tal-ksur fid-deċiżjoni kkontestata tkopri biss il-kunsinni ta’ LCD fiż-ŻEE, kemm jekk dawn il-prodotti jiġu mibjugħin lil impriżi terzi jew ikkunsinnati fi ħdan il-grupp, u ma teżisti l-ebda distinzjoni bejn il-kunsinni intragrupp imwettqa minn parteċipanti fl-akkordju integrati vertikalment, li jiffurmaw impriża waħda flimkien max-xerrej li miegħu huma marbutin, u l-kunsinni mwettqa minn parteċipanti li ma jiffurmawx parti minn impriża waħda.

b)

L-użu tal-kunċett ta’ “bejgħ ŻEE dirett peremzz tal-użu ta’ prodotti pproċessati” imur kontra l-prinċipju li jifforma l-bażi tas-sentenza Europa Carton vs Il-Kummissjoni, li jgħid li kunsinni intragrupp għandhom ikunu ttrattati eżattament bl-istess mod bħal bejgħ lil impriżi terzi.

c)

Huwa kuntrarju għad-dottrina tal-“implementazzjoni” stabbilita fis-sentenza msejħa “wood pulp I” li tapplika l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE għal kunsinni ta’ LCD imwettqa barra ż-ŻEE.

d)

Il-kunċett ta’ “bejgħ ŻEE dirett peremzz tal-użu ta’ prodotti pproċessati” jwassal għall-esklużjoni illegali mill-kamp tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, tat-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw l-LCD li huma prattikati u jirrestrinġu l-kompetizzjoni fiż-ŻEE, abbażi ta’ raġunament li l-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet espressament fis-sentenza Istituto Chemioterapico Italiano u Commercial Solvents vs Il-Kummissjoni.

e)

L-applikazzjoni extraterritorjali tar-regoli tal-Unjoni, li tirriżulta mill-użu tal-kunċett ta’ “bejgħ ŻEE dirett peremzz tal-użu ta’ prodotti pproċessati”, tikkomporta riskju ta’ sanzjonijiet konkorrenti għall-impriżi u ta’ kunflitt ta’ kompetenza ma’ awtoritajiet ta’ kompetizzjoni oħra.

2.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ dritt meta ddeċidiet li l-applikabbiltà tal-kategorija hekk imsejħa tal-“bejgħ ŻEE dirett peremzz tal-użu ta’ prodotti pproċessati” għal kunsinni intragrup ta’ LCD lil kull wieħed mid-destinatarji tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, kienet evalwata minn din tal-aħħar “abbażi tal-istess kriterji oġġettivi”, u billi ċaħdet fl-istess ħin bħala inammissibbli l-aggravji kollha invokati mill-appellanti sabiex tikkontesta ir-rilevanza, l-oġġettività u l-koerenza tal-kriterju użat, f’dan il-każ jekk kienux jiffurmaw impriża waħda max-xerrej marbut magħhom.

Insostenn ta’ dan l-aggravju l-appellanti invokat l-argumenti li ġejjin:

a)

Il-fatt li d-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata integrati vertikalment, jiffurmawx jew le impriża waħda max-xerrej li miegħu huma marbuta ma hijiex “differenza oġġettiva” li tiġġustifika t-trattament differenti tal-kunsinni intragrupp rispettivi tagħhom.

b)

Il-prinċipju tal-legalità ma jistax jiġi invokat sabiex jiċħad il-pretensjoni tal-appellanti sabiex il-kunsinni intragrupp ta’ LCD tagħħa jiġu ttrattati skont l-istess metodu bħal dak applikat għall-kunsinni intragrupp ta’ LCD tal-kumpanniji LG Display u AUO, peress li dan il-metodu huwa perfettament legali.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-12 ta’ Mejju 2014 – SIA “Ostas celtnieks” vs Talsu novada pašvaldība, Iepirkumu uzraudzības birojs

(Kawża C-234/14)

2014/C 212/24

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Ostas celtnieks”

Konvenuti: Talsu novada pašvaldība u Iepirkumu uzraudzības birojs

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt, huma jippermettu li tiddaħħal regola fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti li tipprevedi li, fil-każ li l-kuntratt jingħata lil offerent li jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet ta’ imprendituri oħra, dan l-offerent huwa obbligat, qabel l-għoti tal-imsemmi kuntratt, jikkonkludi ma’ dawn l-imprendituri ftehim ta’ partenarjat (li jinkludi l-punti indikati fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti) jew joħloq magħhom soċjetà f’isem kollettiv?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/22


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-236/14)

2014/C 212/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, K. Herrmann, L. Armati, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet sabiex tittrasponi d-definizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 2(f), (h), (m), (n) u (o), u l-obbligi pprovduti fl-Artikolu 3(2) u (4), fl-Artikolu 5, fl-Artikolu 13(1)(a) sa (e), fl-Artikolu 15(6)(e), fl-Artikolu 16(1), (3), (5), (6), u t-tieni sentenza ta’ (7), u (8) fl-Artikolu 17(1) sa (5), fl-Artikolu 17(6), dwar il-bijolikwidi, fl-Artikolu 17(8) fl-Artikolu 18(1) u (3), dwar il-bijolikwidi, fl-Artikolu 18(7), fl-Artikolu 19(1) u (3), fit-tieni sentenza tal-Artikolu 21(1), u fl-Annessi II sa V u VII tad-Direttiva 2009/28/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 27(1) ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lill-Irlanda, skont l-Artikolu 260(3) TFUE għall-pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 25  447.50 kull jum, li jibdew jiddekorru mill-għoti tas-sentenza u li għandhom jitħallsu lill-kont tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jinnotifika miżuri ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva adottata taħt proċedura leġiżlattiva; u

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-5 ta’ Diċembru 2010.


(1)  ĠU L 140, p. 16.


Il-Qorti Ġenerali

7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Toshiba vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-519/09) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-transformers tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehim ta’ tqassim ta’ suq - Prova tat-tbegħid tal-akkordju - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni - Effett fuq il-kummerċ - Ostakoli għad-dħul - Multi - Ammont bażiku - Sena ta’ referenza - Punt 18 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Użu ta’ parti mis-suq fittizja fis-suq taż-ŻEE”))

2014/C 212/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Toshiba Corp. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. F. MacLennan, solicitor, A. Schulz, J. Jourdan u P. Berghe, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bourke u K. Mojzesowicz, sussegwentement K. Mojzesowicz u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 – Transformers tal-Elettriku), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Toshiba Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Catinis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/11) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar investigazzjoni tal-OLAF dwar it-twettiq ta’ proġett ta’ modernizzar tal-infrastruttura fis-Sirja - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki”])

2014/C 212/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lian Catinis (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), tal-10 ta’ Ġunju 2011, li jirrifjuta, minn naħa, li jilqa’ l-allegata talba intiża għall-għeluq tal-investigazzjoni tal-OLAF dwar it-twettiq ta’ proġett ta’ modernizzar tal-infrastruttura fis-Sirja u, min-naħa l-oħra, li jipprovdi l-aċċess għal ċerti dokumenti mill-fajl ta’ din l-investigazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lian Catinis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 298, 8.10.2011.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2014 – European Dynamics Luxembourg vs BĊE

(Kawża T-553/11) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Għoti ta’ servizzi fil-qasam tal-infrastruttura u tas-sistemi informatiċi favur il-BĊE - Ċaħda tal-kandidatura - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Kriterji ta’ selezzjoni - Konformità ta’ kandidatura mal-kundizzjonijiet previsti mis-sejħa għal kandidaturi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa li tintalab informazzjoni dwar kandidatura - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Rikors għad-danni”))

2014/C 212/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. von Lindeiner u P. Pfeifhofer, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiċħad il-kandidatura ta’ grupp temporanju ta’ impriżi, li jinkludi lir-rikorrenti, fi proċedura ta’ sejħa għal offerti nnegozjata dwar servizzi informatiċi, tad-deċiżjoni tal-Awtorità għas-sorveljanza tal-kuntratti pubbliċi tal-BĊE li tiċħad ir-rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha marbuta tal-BĊE u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 6, 7.1.2012.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Eni vs UASI – Emi (IP) (ENI)

(Kawża T-599/11) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ENI - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti EMI - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”])

2014/C 212/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: D. De Simone u G. Orsoni, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: C. Negro u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Emi (IP) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2011 (Każ R 2439/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Emi (IP) Ltd u Eni SpA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Eni SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 04.02.2012.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2014 – Guangdong Kito Ceramics et vs Il-Kunsill

(Kawża T-633/11) (1)

([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Nuqqas ta’ kooperazzjoni - Informazzjoni neċessarja - Termini previsti - Data disponibbli - Artikolu 18(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009”])

2014/C 212/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Guangdong Kito Ceramics Co. Ltd (Foshan, iċ-Ċina); Jingdezhen Kito Ceramic Co. Ltd (Jingdezhen, iċ-Ċina); Jingdezhen Lehua Ceramic Sanitary Ware Co. Ltd (Jingdezhen); Zhaoqing Lehua Ceramic Sanitary Ware Co. Ltd (Sihui, iċ-Ċina) (rappreżentant: M. Sánchez Rydelski, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn G. Berrisch, avukat, u N. Chesaites, barrister, sussegwentement D. Geradin, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti); Cerame-Unie AISBL (Brussell, il-Belġju); Asociación Española de Fabricantes de Azulejos y Pavimentos Cerámicos (ASCER) (Castellón de la Plana, Spanja); Confindustria Ceramica (Sassuolo, l-Italja); Casalgrande Padana SpA (Casalgrande, l-Italja); u Etruria Design Srl (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: V. Akritidis u Y. Melin, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat-12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 238, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

4)

Cerame-Unie AISBL, Asociación Española de Fabricantes de Azulejos y Pavimentos Cerámicos (ASCER), Confindustria Ceramica, Casalgrande Padana SpA u Etruria Design Srl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 32, 04.02.2012.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Mocová vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-347/12 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Ċaħda tal-ilment - Obbligu ta’ motivazzjoni - Motiv mogħti fid-deċiżjoni dwar iċ-ċaħda tal-ilment”))

2014/C 212/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Dana Mocová (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-13 ta’ Ġunju 2012, Mocová vs Il-Kummissjoni (F-41/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

D. Mocová għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 86, 23.3.2013.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni vs Macchia

(Kawża T-368/12 P) (1)

((Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni, li l-kuntratt mhux ser jiġġedded - Kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Dmir ta’ premura - Kunċett ta’ interess tas-servizz - Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita - Prinċipju ta’ kontradittorju))

2014/C 212/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (Varese, l-Italja) (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Appellat: Luigi Macchia (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-13 ta’ Ġunju 2012, Macchia vs Il-Kummissjoni (F-63/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-13 ta’ Ġunju 2012, Macchia vs Il Kummissjoni (F 63/11), hija annullata sa fejn hija annullat id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tat-12 ta’ Awwissu 2010 li tiċħad it-talba ta’ estensjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ Luigi Macchia u ċaħdet, konsegwentement, it-talba għal reintegrazzjoni ta’ L. Macchia fi ħdan l-OLAF u t-talba għal kumpens tad-dannu materjali mġarrab bħala prematuri.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Pubbliku.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 311, 13.10.2012.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2014 – BG vs Ombudsman

(Kawża T-406/12 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sistema dixxiplinari - Sanzjoni ta’ revoka mingħajr telf ta’ drittijiet għal pensjoni - Investigazzjoni preliminari pendenti quddiem qorti nazzjonali fil-mument tad-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ revoka - Ugwaljanza fit-trattament - Projbizzjoni ta’ tkeċċija matul leave tal-maternità”))

2014/C 212/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: BG (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Appellat: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentanti: J. Sant’Anna, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Lulju 2012, BG vs Ombudsman (F-54/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

BG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Ombudsman Ewropew fl-ambitu ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX-MOUCHES)

(Kawża T-553/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BATEAUX MOUCHES - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 - Assenza tal-karattru deskrittiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 212/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Compagnie des bateaux mouches SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1709/2011-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BATEAUX-MOUCHES bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Compagnie des bateaux mouches SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 23.2.2013.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Melt Water vs UASI (NUEVA)

(Kawża T-61/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva NUEVA - Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż tal-appell fit-terminu - Ambigwità f’verżjoni lingwistika - Interpretazzjoni uniformi - Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri - Żball skużabbli - Obbligu ta’ viġilanza u ta’ diliġenza”])

2014/C 212/35

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Research and Production Company “Melt Water” UAB (Klaipėda, il-Litwanja) (rappreżentanti: V. Viešūnaitė u J. Stucka, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u J. Ivanauskas, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 1794/2012-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv NUEVA bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Research and Production Company “Melt Water” UAB.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2014 – Walcher Meßtechnik vs UASI (HIPERDRIVE)

(Kawża T-95/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HIPERDRIVE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2014/C 212/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Walcher Meßtechnik GmbH (Kirchzarten, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Walter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 1779/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HIPERDRIVE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Walcher Meßtechnik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2014 – NIIT Insurance Technologies vs UASI (EXACT)

(Kawża T-228/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EXACT - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 56 TFUE”])

2014/C 212/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NIIT Insurance Technologies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Frar 2013 (Każ R 1307/2012-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EXACT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

NIIT Insurance Technologies Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-207/12 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Att li jsegwi talba għall-inseriment ta’ dokument fil-proċess imwettaq bil-għan li tiġi pproċessata t-talba għal rikonoxximent tal-oriġini inċidentali ta’ avveniment subit mir-rikorrent - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Att preparatorju - Att informattiv - Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

2014/C 212/38

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser, J. Currall u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Frar 2012, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-3/11, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 194, 30.6.2012.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2014 – Spain Doce 13 vs UASI – Ovejero Jiménez u Becerra Guibert (VICTORIA DELEF)

(Kawża T-359/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 212/39

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Spain Doce 13, SL (Crevillante, Spanja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gregorio Ovejero Jiménez (Alicante, Spanja) u María Luisa Cristina Becerra Guibert (Alicante, Spanja) (rappreżentant: M. Veiga Serrano, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ April 2013 (Każ R 1046/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gregorio Ovejero Jiménez u María Luisa Cristina Becerra Guibert, minn naħa, u Spain Doce 13, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-konvenut.

3)

L-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 252, 31.08.2013


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2014 – Sharp vs UASI (BIG PAD)

(Kawża T-567/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIG PAD - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])

2014/C 212/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sharp KK (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: G. Macias Bonilla, G. Marín Raigal, P. López Ronda u E. Armero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 2131/2012-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BIG PAD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sharp KK hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/32


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2014 – Mo Industries vs UASI (Splendid)

(Kawża T-203/14)

2014/C 212/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mo Industries LLC (Los Angeles, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Jannar 2014, mogħtija fil-Każ R 1542/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Splendid” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 6 13  131

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/33


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2014 – Schroeder vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-205/14)

2014/C 212/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: I. Schroeder KG (GmbH & Co.) (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Landry, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti danni fl-ammont ta’ EUR 3 45  644, miżjuda bl-interessi bir-rata ta’ 8 % fis-sena mid-data tan-notifika tas-sentenza jew tikkonstata li hemm dritt ta’ kumpens għad-danni kontra l-konvenuti;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tal-kawża

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob danni minħabba l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1355/2008 (1), iddikjarat invalidu permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 2012 fil-kawża Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt (C-338/10).

Ir-rikorrenti ssostni li huwa minnu li d-dazji antidumping miġbura indebitament fuq il-bażi ta’ dan ir-regolament ġew irrimborsati mill-awtoritajiet doganali nazzjonali, iżda hija sostniet dannu finanzjarju minħabba li kienet obbligata, minħabba t-telf ta’ likwidità, tirrikorri għal self bankarju supplimentari u tħallas interessi skont ir-rata tas-suq. Għaldaqstant, hija titlob ir-rimbors tad-differenza bejn l-interessi mħallsa minnha fuq self bankarju u l-interessi iktar baxxi li kien ikollha tħallas fl-assenza ta’ dazji antidumping. Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li, billi adottat illegalment ir-Regolament Nru 1355/2008, il-konvenuta kisret id-dmir tagħha ta’ diliġenza u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba b’mod suffiċjentement serju, li wassal lir-rikorrenti ġġarrab dannu li ma jistax jiġi kkumpensat mod ieħor peress li l-ħlas ta’ interessi fuq id-differenzi favur il-persuni taxxabbli mid-data tal-ħlas ma huwiex previst mid-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti għad-dazji fuq l-importazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, p. 35).


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/33


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2014 – Hüpeden vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-206/14)

2014/C 212/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hüpeden & Co. (GmbH & Co.) KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Landry, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti danni fl-ammont ta’ EUR 1 18  762.57, miżjuda bl-interessi bir-rata ta’ 8 % fis-sena mid-data tan-notifika tas-sentenza jew tikkonstata li hemm dritt ta’ kumpens għad-danni kontra l-konvenuti;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tal-kawża

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob danni minħabba l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1355/2008 (1), iddikjarat invalidu permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 2012 fil-kawża Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt (C-338/10).

Ir-rikorrenti ssostni li huwa minnu li d-dazji antidumping miġbura indebitament fuq il-bażi ta’ dan ir-regolament ġew irrimborsati mill-awtoritajiet doganali nazzjonali, iżda hija sostniet dannu finanzjarju minħabba li kienet obbligata, minħabba t-telf ta’ likwidità, tirrikorri għal self bankarju supplimentari u tħallas interessi skont ir-rata tas-suq, kif ukoll tirrikorri għal self għal żmien qasir b’rata fissa. Għaldaqstant, hija titlob ir-rimbors tad-differenza bejn l-interessi mħallsa minnha fuq self bankarju u l-interessi iktar baxxi li kien ikollha tħallas fl-assenza ta’ dazji antidumping. Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li, billi adottat illegalment ir-Regolament Nru 1355/2008, il-konvenuta kisret id-dmir tagħha ta’ diliġenza u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba b’mod suffiċjentement serju, li wassal lir-rikorrenti ġġarrab dannu li ma jistax jiġi kkumpensat mod ieħor peress li l-ħlas ta’ interessi fuq id-differenzi favur il-persuni taxxabbli mid-data tal-ħlas ma huwiex previst mid-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti għad-dazji fuq l-importazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, p. 35).


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/34


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni vs McCarron Poultry

(Kawża T-226/14)

2014/C 212/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Van der Hout, avukat, u L. Cappelletti u F. Moro, aġenti)

Konvenuta: McCarron Poultry Ltd (Killacorn Emyvale, l-Irlanda)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuta tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma dovuta ta’ EUR 9 76  663.34, li tikkorrispondi għall-ammont prinċipali ta’ EUR 9 00  662.25, kif ukoll is s-somma ta’ EUR 76  001.09 bħala interessi moratorji kkalkolati bir-rata ta’ 2.5 % għall-perijodu bejn l-01/12/2010 u l-15/04/2014;

tordna lill-konvenuta tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 61  690 kuljum bħala interessi mis-16/04/2014 sad-data li fiha d-dejn jitħallas kompletament; u

tordna lill-konvenuita tħallas l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka dan li ġej.

Dan ir-rikors qed jiġi ppreżentat taħt l-Artikolu 272 TFUE sabiex tingħata deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali li biha l-konvenuta tiġi ordnata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont prinċipali ta’ EUR 9 00  662.25 , bl-interessi, fir-rigward tal-kuntratt numru NNE5/1999/20229 dwar Attivitajiet Komunitarji fil-qasam tal-programm speċifiku ta’ RTD u demostrazzjoni fuq “Enerġija, Ambjent u Żvilupp sostenibbli – Parti B: Programm tal-enerġija”.

Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea tqajjem motiv wieħed: il-Kummissjoni ssostni li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha billi naqset milli tirrimborsa lill-Kummissjoni d-differenza bejn il-kontribuzzjoni finanzjarja dovuta lill-konvenuta u l-ammont totali mħallas mir-rikorrenti permezz ta’ pagamenti antiċipati u intermedji. Il-kummissjoni ssostni għaldaqstant li, skont il-kuntratt, il-konvenuta għandha tħallas is-somma dovuta.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/35


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2014 – EGBA u RGA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/14)

2014/C 212/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Gaming and Betting Association (EGBA) (Brussell, il-Belġju) u The Remote Gambling Association (RGA) (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Brankin, Solicitor, T. De Meese, E. Wijckmans u M. Mudrony, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.30753 (C 34/10) (ex N 140/10) li Franza biħsiebha timplimenta għall-Kumpaniji tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel (ĠU L 14, 18.01.2014, p. 17); u

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tikser rekwiżiti proċedurali essenzjali li jinsabu fi jew li joħorġu mill-Artikolu 108 (2), il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 107(3)(c) TFUE u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba peress li:

il-miżura ma hijiex neċessarja u għaldaqstant ma għandha l-ebda għan xieraq ta’ interess komuni;

il-miżura tinkludi l-ispejjeż bl-ebda ġustifikazzjoni ta’ interess komuni;

il-miżura ma hijiex strument xieraq sabiex jintlaħaq l-għan ta’ interess komuni;

il-miżura toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u għandha effett negattiv fuq il-kummerċ; u

il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-kuntest ġenerali fl-evalwazzjoni tal-miżura.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li allegatament il-Kummissjoni, f’diversi punti tal-miżuri kkontesatata, ma tatx ir-raġunijiet tagħha b’mod xieraq.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/36


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2014 – Monard vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-239/14)

2014/C 212/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eva Monard (Kessel-Lo, il-Belġju) (rappreżentant: R. Antonini, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru Ref. Ares(2014) 321920 (Nru SG.B.4/RH/rc-sg.dsg2.b.4(2014) 285433), meħuda fl-10 ta’ Frar mis-Segretarju Ġenerali skont l-Artikolu 4 tar-Regoli ta’ Implementazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tal-applikazzjoni konfermatorja minn Eva Monard għall-aċċess għad-dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (GESTDEM 4641/2011);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet obbligata li tagħti aċċess għal dokumenti lir-rikorrenti, skont l-Artikolu 1 tat-Trattat Dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), l-Artikoli 15 u 298 tat-Trattat Dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), id-dritt fundamentali għall-aċċess għal dokumenti, l-Artikolu 6(1) tat-TUE flimkien mal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tas-7 ta’ Diċembru 2000, kif adottata fi Strasbourg, fit-12 ta’ Diċembru 2007 (il-“Karta”) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (“Regolament Nru 1049/2001”). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 a contrario. Billi naqset milli tagħmel hekk u billi bbażat ruħha (bi żball) fuq l-eċċezzjonijiet imniżżla fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) u t-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet rilevanti u użat b’mod ħażin is-setgħat tagħha. Il-Kummissjoni naqset ukoll li tapplika b’mod korrett l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 4(7) u użat b’mod ħażin is-setgħat tagħha taħt dawk id-dispożizzjonijiet.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 1 TUE, l-Artikoli 15 u 298 TFUE, id-dritt fundamentali għall-aċċess għal dokumenti, l-Artikolu 6(1) tat-TUE flimkien mal-Artikolu 42 tal-Karta u l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 billi naqset milli tittratta l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti minnufih u billi estendiet it-terminu tar-risposta għal din l-applikazzjoni konfermatorja f’każ li ma kienx eċċezzjonali. Bħala tali, il-Kummissjoni użat b’mod ħażin is-setgħat tagħha u applikat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet rilevanti billi pposponiet bla bżonn il-ħruġ ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/36


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2014 – Promarc Technics vs UASI – PIS (Partijiet minn bieb)

(Kawża T-251/14)

2014/C 212/47

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Promarc Technics s.c. Tomasz Pokrywa, Rafał Natorski (Zabierzów, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Petrycki i Sorys sp.j. (PIS) (Jasło, il-Polonja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI), tad-29 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 1464/2012-3;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn Komunitarju Nruo1608365-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: assenza ta’ element ġdid u ta’ karattru individwali tad-disinn Komunitarju rreġistrat

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: invalidità tad-disinn Komunitarju

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament dwar id-disinji Komunitarji


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/37


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2014 – Hipp vs UASI – Nestlé Nutrition (Praebiotik)

(Kawża T-315/14)

2014/C 212/48

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hipp & Co. (Sachseln, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, A. Wagner u S. Brandstätter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nestlé Nutrition GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Frar 2014 fil-Każijiet R 1171/2012-4 u R 1326/2012-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “Praebiotik” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 32 – Trade mark Komunitarja Nru 3 83  919

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: Nestlé Nutrition GmbH

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal kanċellazzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata parzjalment annullata u, konsegwentement, it-trade mark ikkontestata ġiet kompletament ikkanċellata. Appell ta’ Hipp & Co. miċħud.

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 78 tar-Regolament Nru 207/2009.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/38


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – Drogenhilfe Köln Projekt vs UASI (Rauschbrille)

(Kawża T-319/14)

2014/C 212/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Drogenhilfe Köln Projekt gGmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Schoene, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tad-29 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 1356/2013-1 u li l-kawża tinbagħat lura quddiem l-UASI għal eżami mill-ġdid.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Rauschbrille” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/38


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2014 – Sephora vs UASI – Mayfield Trading (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji vertikali)

(Kawża T-320/14)

2014/C 212/50

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sephora (Boulogne Billancourt, Franza) (rappreżentant: H. Delabarre, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mayfield Trading Ltd (Las Vegas, l-Istati Uniti)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-24 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 1577/2013-4;

tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 2 14  773 ppreżentata fl-24 ta’ Awwissu 2011 mill-kumpannija Mayfield Trading Ltd, għal prodotti tal-klassi 03 “Prodotti ta’ fwejjaħ; xama’ għat-tqaxxir tax-xahar tal-ġisem; żjut essenzjali; spapen; kożmetiċi; kremi kożmetiċi; kaxex mimlija kożmetiċi; Prodotti depilatorji u għat-tqaxxir; ilma depilatorju; ġell depilatorju; lozzjonijiet kapillari; dentifriċi”, u għas-servizzi fil-klassijiet 35 “Bejgħ ta’ sapun; prodotti ta’ fwejjaħ; kremi; żjut essenzjali; kożmetiċi; xama’ għat-tqaxxir tal-ġisem; ilma depilatorju; ġell depilatorju u prodotti oħra relatati”, u 45 “Kura għall-iġjene u għall-isbuħija tal-bnedmin u tal-annimali; servizzi ta’ tqaxxir u trattamenti ta’ sbuħija”.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Parti rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji vertikali għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 3, 35 u 44 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 2 14  773

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Parti rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark figurattiva nazzjonali u internazzjonali li tirrappreżenta linja vertikali għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Ċaħda tal-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/39


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2014 – Volkswagen vs UASI (STREET)

(Kawża T-321/14)

2014/C 212/51

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 2025/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “STREET” għal prodotti fil-klassijiet 12, 28 u 35

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/40


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2014 – Jannatian vs Il-Kunsill

(Kawża T-328/14)

2014/C 212/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mahmoud Jannatian (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: I. Smith Monnerville u S. Monnerville, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent:

tannulla, sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrent: i) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39); ii) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 281, p. 81); iii) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1); iv) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1); v) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 350/2012, tat-23 ta’ April 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 110, p. 17); vi) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 709/2012, tat-2 ta’ Awwissu 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 208, p. 2); vii) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16); viii) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55); ix) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 3); x) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1203/2013, tas-26 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 316, p. 1); u xi) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 397/2014, tas-16 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 119, p. 1);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas ta’ danni fir-rigward tat-telf subit minħabba l-inklużjoni żbaljata tar-rikorrent fil-lista, għal ammont ta’ EUR 40  000.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kunsill

Ir-rikorrent isostni li skont l-Artikolu 215 TFUE, il-miżuri restrittivi jistgħu biss jiġu adottati fuq proposta konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni. Id-deċiżjonijiet u r-regolamenti kkontestati ġew adottati mill-Kunsill waħdu. Għaldaqstant dawn huma vvizzjati minn nuqqas ta’ kompetenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Ir-rikorrent iqis li r-raġunijiet indikati sabiex tingħata ġustifikazzjoni għall-inklużjoni tiegħu fil-lista tal-Anness II huma wisq impreċiżi sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza fir-rigward tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Sabiex jissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni, il-Kunsill kellu jistabbilixxi elementi konkreti u speċifiċi li jkkaratterizzaw l-eżistenza ta’ sostenn effettiv ipprovdut mir-rikorrent lill-Gvern tal-Iran jew lill-attivitajiet nukleari tal-Iran li jikkawżaw riskju ta’ proliferazzjoni. Id-deċiżjonijiet u r-regolament kkontestati għaldaqstant huma vvizzjati minn nuqqas ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent

Ir-rikorrent isostni, fl-ewwel lok, li peress li d-deċiżjonijiet u r-regolamenti kkontestati huma nieqsa minn motivazzjoni, huma jiksru d-drittijiet tad-difiża tiegħu. Fit-tieni lok, l-illegalità tad-deċiżjonijiet u tar-regolamenti kkontestati taffettwa l-proċedura preżenti peress li, minn naħa, hija xxekkel il-possibbiltà għar-rikorrenti li jippreżenta difiża u, min-naħa l-oħra, tillimita l-kapaċità tal-Qorti Ġenerali li tistħarreġ il-legalità tad-deċiżjonijiet u tar-regolamenti kkontestati. Minn dan isegwi li d-dritt tar-rikorrent għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv huwa miksur. Fit-tielet lok, peress li r-rikorrent ġie mċaħħad mid-drittijiet tad-difiża tiegħu u peress li l-Qorti tal-Ġustizja hija mxekkla fl-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet u tar-regolamenti kkontestati fil-qasam tal-iffriżar tal-fondi – li min-natura tagħhom stess huma “partikolarment oppressivi” –, ġiet imposta fuq ir-rikorrent restrizzjoni mhux iġġustifikata tad-dritt tiegħu għall-proprjetà.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ provi kontra r-rikorrent

Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma pproduċiex il-provi u l-informazzjoni li huwa kien invoka meta huwa adotta d-deċiżjonijiet u r-regolamenti kkontestati.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-ineżattezza tal-fatti

Ir-rikorrent isostni li kuntrarjament għal dak li huwa indikat fid-deċiżjonijiet u fir-regolamenti kkontestati, ir-rikorrent ma kienx għadu viċi President tal-Organizzazzjoni [Iranjana] tal-Enerġija Atomika fid-dati rispettivi tal-inklużjoni tiegħu fost il-persuni u l-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzzjoni tal-miżuri restrittivi. Għaldaqstant, il-Kunsill wettaq żball ta’ fatt meta inkluda lir-rikorrent fil-lista minħabba r-raġuni biss li fid-data tad-diversi deċiżjonijiet u regolamenti kkontestati, huwa kien il-viċi President tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi

Ir-rikorrent isostni li l-Artikolu 20(b) ma huwiex intiż li japplika, per se, għall-persuni fiżiċi li jeżerċitaw funzjonijiet maniġerjali f’entità li tinsab fil-lista tal-Anness VIII. Barra minn hekk, l-Artikolu 20(b) jipprevedi l-inklużjoni fil-lista tal-persuni fiżiċi “li jipparteċipaw, huma assoċjati b’mod dirett jew jagħtu sostenn lill-attivitajiet nukleari tal-Iran li jikkawżaw riskju ta’ proliferazzjoni”. Billi inkluda lir-rikorrent fil-lista tal-Anness II mingħajr ma pproduċa l-inqas prova li r-rikorrent kien ta sostenn attiv u effettiv lill-attivitajiet nukleari Iranjani fil-mument tal-imsemmija inklużjoni, il-Kunsill wettaq żball ta’ liġi.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Ir-rikorrent isostni li f’dan il-każ, ebda għan ta’ interess ġenerali ma jista’ jiġġustifika li miżuri tant ħorox jiġu imposti fuq persuni fiżiċi li eżerċitaw, anki għal perijodu qasir, funzjoni maniġerjali fi ħdan l-Organizzazzjoni Iranjana tal-Enerġija Atomika (AEOI). Barra minn hekk, anki li kieku l-miżuri kellhom jitqiesu bħala ġġustifikati minn għan ta’ interess ġenerali, fi kwalunkwe każ huma jkunu suxxettibbli għal kritika mill-perspettiva tal-osservanza tar-relazzjoni raġonevoli ta’ proporzjonalità bejn il-mezzi użati u l-għan li għandu jintlaħaq.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/41


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – UNIC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-338/14)

2014/C 212/53

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Unione Nazionale Industria Conciaria (UNIC) (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: A. Fratini, avukat, M. Bottino, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tilqa’ r-rikors u għaldaqstant tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-19 ta’ Marzu 2014, li jiċħad it-talba sabiex tinbeda l-proċedura ta’ rtirar tal-arranġamenti tariffarji preferenzjali mogħtija lill-Indja, lill-Pakistan u lill-Etjopja għall-ġlud mhux maħduma u nofshom maħduma skont it-Taqsimiet S-8a, S-8b u S-12a tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, p. 1).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma tosservax l-obbligu ta’ motivazzjoni ċara, preċiża u inekwivoka, kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li sar żball manifest ta’ evalwazzjoni f’dak li jirrigwarda kemm l-adegwatezza tal-irtirar temporanju tal-arranġamenti preferenzjali b’risposta għall-problema ta’ provvista tal-materja prima kif ukoll l-eżistenza tal-kundizzjonijiet għall-irtirar temporanju tal-arranġamenti preferenzjali ġenerali mogħtija lill-Indja, lill-Etjopja u lill-Pakistan, fis-sens tal-Artikolu 19(1)(d) tal-imsemmi regolament.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba previst fl-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li kien hemm nuqqas ta’ verifika jekk ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 19(1)(d) tal-imsemmi regolament sabiex tinbeda l-proċedura ta’ rtirar tal-preferenzi tariffarji.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/42


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 minn CR mis-sentenza mogħtija fit-12 ta’ Marzu 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-128/12, CR vs Il-Parlament

(Kawża T-342/14 P)

2014/C 212/54

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: CR (Malling, Franza) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Appellati: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Marzu 2014;

tiddeċiedi hija stess it-tilwima tiegħu mal-Parlament Ewropew, billi tannulla d-deċiżjoni li huwa kkontesta quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, sa fejn din timponi fuqu r-rimbors tas-somom kollha li huwa rċieva indebitament bħala allowances tal-familja; jew

sussidjarjament tibgħat lura l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha taż-żewġ proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jikkontesta iċ-ċaħda tal-eċċezzjoni ta’ illegalità kontra l-aħħar sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal. Insostenn tal-appell, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq assenza ta’ risposta għall-argumentazzjoni tar-rikorrent fir-rigward tan-natura sproporzjonata tal-assenza ta’ kull preskrizzjoni fl-ipoteżi fejn l-Awtorità tal-Ħatra hija f’pożizzjoni li tistabbilixxi li l-persuna kkonċernata deliberatament żgwidat lill-amministrazzjoni bil-għan li tikseb il-ħlas tas-somma kkunsidrata.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/43


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-353/14)

2014/C 212/55

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/276/14 amministraturi (AD 5) għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għal 137 pożizzjoni sabiex jiġu koperti pożizzjonijiet vakanti ta’ amministraturi (AD 5), ippubblikat fIl-Gazzetta Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Marzu 2014 Nru. C 74 A;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma l-istess bħal-dawk invokati fil-Kawża T-275/13, l-Italja vs Il-Kummissjoni (ĠU 2014, C 74 A, p. 4).


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/44


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2014 – ZZ vs BEI

(Kawża F-9/14)

2014/C 212/56

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Isola u G. Isola, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-2012, sa fejn ma jingħatax il-klassifikazzjoni “exceptional performance” jew “very good performance” u ma jipproponihx għall-promozzjoni għall-funzjoni D u sa fejn jistabbilixxi l-għanijiet tiegħu għall-2013, l-annullament tal-linji gwida għar-rapport ta’ evalwazzjoni 2012 u, fl-aħħar nett, il-kundanna tal-BEI sabiex iħallas kumpens għad-danni morali u materjali li r-rikorrent jallega li sostna.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla,

id-deċiżjoni adottata fit-18 ta’ Diċembru 2012 mill-Kumitat tal-Appelli, li bagħtet lura lilu l-atti u stabbiliet il-kriterji li għandhom jiġu segwiti fl-adozzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida;

il-linji gwida stabbiliti mid-Direttorat tar-“Riżorsi Umani” bin-“Note to Staff n. 722 PERSONNEL/S&D/D&P/2012-198” tal-5 ta’ Diċembru 2012 u l-annessi “Guidelines to the 2012 annual staff appraisal exercise”, anki fil-parti fejn jistabbilixxu li l-evalwazzjoni finali għandha titqassar b’ċertu mod, iżda ma jidentifikawx il-kriterji li għandhom jiġu osservati mill-evalwatur;

sussidjarjament jannulla,

ir-rapport kollu ta’ informazzjoni 2012, jiġifieri kemm fil-parti evalwattiva, kif ukoll fil-parti fejn ma tqassarx dik il-prestazzjoni bħala “exceptional performance” jew “very good performance” u ma jipproponix lir-rikorrent għall-promozzjoni fil-funzjoni D u, finalment, fil-parti fejn tistabbilixxi l-għanijiet għas-sena 2013;

l-atti kollha konnessi, konsegwenti u anteċedenti, inklużi ċertament il-promozzjonijiet msemmija fin-nota “2011 staff appraisal exercise, award of promotions and titles” tad-Direttur tar-Riżorsi Umani, ta’ Mejju 2012;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-BEI sabiex iħallas kumpens għad-danni morali u materjali li jirriżultaw (fit-termini speċifikati), kif ukoll il-ħlas tal-ispejjeż tal-proċeduri u l-interessi u r-rivalutazzjoni monetarja għall-ammont rikonoxxut u għall-ispejjeż.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/45


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-38/14)

2014/C 212/57

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Servizz pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill li timponi sanzjoni ta’ revoka bi tnaqqis tal-allowance tal-invalidità ta’ 15 % sal-età tal-irtirar

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn ikun neċessarju, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/45


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/14)

2014/C 212/58

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ssanzjonat billi jitniżżel bi tliet skali minħabba ksur tar-regoli antikumulu tal-allowances tal-familja nazzjonali u dawk li jirriżultaw mir-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-24 ta’ Ġunju 2013, li timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni ta’ tniżżil bi tliet skali;

sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fl-24 ta’ Jannar 2014 u nnotifikata lir-rikorrent fis-27 ta’ Jannar 2014, li tiċħad l-ilment ta’ dan tal-aħħar;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/46


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-44/14)

2014/C 212/59

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma tiġix promossa r-rikorrenti fil-grad AD 13 u, min-naħa l-oħra, l-għoti tad-danni bħala kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni li hija ma tiġix promossa fil-grad AD 13 kif jirriżulta mil-lista ppubblikata fis-26 ta’ Settembru 2013 kif ukoll ir-risposta tal-Awtorità tal-Ħatra għall-ilment tas-7 ta’ Frar 2014;

tagħti l-ammont ta’ EUR 10  000 minħabba d-dannu morali mġarrab;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’din il-proċedura.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/46


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-45/16)

2014/C 212/60

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, M. de abreu Caldas, J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda fir-rigward tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Settembru 2013 li tikkalkola l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul fis-servizz tiegħu mal-Kummissjoni;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/47


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-46/14)

2014/C 212/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Novembru 2013 dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul tar-rikorrent fis-servizz tal-Kummissjoni;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/47


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-47/14)

2014/C 212/62

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DGE ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal u tikkundanna lill-Kummissjoni biex tagħti kumpens lir-rikorrenti għad-dannu li kkawżatilhom, minħabba l-ipproċessar tardiv tat-talbiet tagħhom għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom, li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-DGE tal-Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011 pjuttost milli dak tat-28 ta’ April 2004;

Talbiet tar-rikorrenti

jiddikkjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjonijiet tal-15 u tal-24 ta’ Ottubru 2013 li jitolbu lura d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħhom fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni tipprovdi kumpens lir-rikorrenti għad-dannu li kkawżatilhom, minħabba l-ipproċessar tardiv tat-talbiet tagħhom għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom, li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-DGE tal-Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011 pjuttost milli dak tat-28 ta’ April 2004;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.