ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 200/01 |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
2014/C 200/02 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 200/03 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2014/C 200/04 |
||
2014/C 200/05 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Revoka tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-ajru skedati ( 1 ) |
|
2014/C 200/06 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 200/07 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7255 — BSPIH / KFG / Flint) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
28.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/1 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020
(2014/C 200/01)
Werrej
INTRODUZZJONI | 2 |
1. |
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET | 3 |
1.1. |
Kamp ta’ applikazzjoni | 3 |
1.2. |
Miżuri ta’ għajnuna koperti mil-Linji Gwida | 5 |
1.3. |
Definizzjonijiet | 5 |
2. |
GĦAJNUNA NOTIFIKABBLI AMBJENTALI U TAL-ENERĠIJA | 10 |
3. |
KOMPATIBBILTÀ TAL-VALUTAZZJONI SKONT L-ARTIKOLU 107(3)C TAT-TRATTAT | 11 |
3.1. |
Prinċipji Komuni tal-Valutazzjoni | 11 |
3.2. |
Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ kompatibilità | 12 |
3.3. |
Għajnuna għal enerġija minn sorsi rinnovabbli | 23 |
3.4. |
Miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija, inkluża l-koġenerazzjoni u tisħin u tkessiħ distrettwali | 28 |
3.5. |
Għajnuna għal effiċjenza tar-riżorsi u b’mod partikolari għajnuna għall-immaniġġjar tal-iskart | 30 |
3.6. |
Għajnuna għall-Ġbir u l-Ħżin tal-Karbonju (CCS) | 31 |
3.7. |
Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis jew eżenzjonijiet minn taxxi ambjentali u fil-forma ta’ tnaqqis f’appoġġ finanzjarji għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli | 32 |
3.8. |
Għajnuna ta’ investiment għall-infrastruttura tal-enerġija | 36 |
3.9. |
Għajnuna għall-adegwatezza tal-ġenerazzjoni | 38 |
3.10. |
Għajnuna fil-forma skemi ta’ permessi negozjabbli | 41 |
3.11. |
Għajnuna għar-rilokazzjoni tal-impriżi | 41 |
4. |
EVALWAZZJONI | 42 |
5. |
APPLIKAZZJONI | 43 |
6. |
RAPPURTAR U MONITORAĠĠ | 44 |
7. |
REVIŻJONI | 44 |
INTRODUZZJONI
(1) |
Sabiex jiġi evitat li l-għajnuna mill-Istat tikkawża distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq intern u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri b’mod li jmur kontra l-interess komuni, l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) jistabbilixxi l-prinċipju li l-għajnuna mill-Istat hija pprojbita. F’ċerti każijiet, madankollu, l-għajnuna mill-Istat tista’ tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107(2) u (3) tat-Trattat. |
(2) |
Abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra bħala kompatibbli mas-suq intern l-għajnuna mill-Istat sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, fejn tali għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. |
(3) |
L-istrateġija Ewropa 2020 (1) tiffoka fuq il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għal dak l-għan, ġew stabbiliti għadd ta’ miri ewlenin, inkluż miri għat-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà tal-enerġija: (i) tnaqqis ta’ 20 % tal-emissjonijiet tal-gass serra tal-Unjoni meta mqabbla mal-livelli tal-1990; (ii) jiżdied is-sehem tal-konsum tal-enerġija mill-Unjoni li tkun prodotta minn sorsi rinnovabbli sa 20 %; u (iii) titjib ta’ 20 % fl-effiċjenza tal-enerġija tal-UE meta mqabbel mal-livelli tal-1990. L-ewwel żewġ miri nazzjonali vinkolanti ta’ dawn ġew implimentati mill-“Pakkett għall-klima u l-enerġija” (2). |
(4) |
Fit-22 ta’ Jannar 2014 il-Kummissjoni pproponiet l-objettiviijiet tal-enerġija u tal-klima li għandhom jintlaħqu sal-2030 f’Komunikazzjoni “Qafas ta’ Politika għall-klima u l-enerġija għall-perjodu mill-2020 sal-2030” (3) (il-Qafas tal-2030). Il-pilastri tal-Qafas 2030 huma: i) tnaqqis fl-emissjoni ta’ gass serra b’40 % sal-livell tal-1990; ii) mira vinkolanti madwar l-UE ta’ enerġija rinnovabbli ta’ mill-anqas 27 %. iii) ambizzjonijiet imġedda ta’ politiki tal-effiċjenza enerġetika; u iv) sistema ġdida ta’ governanza u sett ta’ indikaturi ġodda biex jiżguraw sistema kompetittiva u sikura ta’ enerġija. |
(5) |
Il-miri ewlenin imsemmija fil-premessa(3) huma partikolarment importanti għal dawn il-linji gwida. Sabiex tappoġġja l-kisba ta’ dawk il-miri, l-istrateġija Ewropa 2020 ippreżentat “Ewropa b’użu effiċjenti tar-riżorsi” bħala waħda mis-seba’ inizjattivi ewlenin (4). Dik l-inizjattiva ewlenija hija mmirata biex toħloq qafas biex il-linji politiċi jsostnu ċ-ċaqliqa lejn ekonomija li tuża r-riżorsi b’effiċjenza u li tipproduċi livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, li se tgħin biex:
|
(6) |
Għandu jitfakkar li l-Pjan Direzzjonali għall-Effiċjenza fir-Riżorsi (5) kif ukoll diversi konklużjonijiet tal-Kunsill isejħu għal tneħħija gradwali tas-sussidji ta’ ħsara ambjentali (6). Dawn il-Linji Gwida għandhom għalhekk iqisu l-impatti negattivi ta’ sussidji ta’ ħsara ambjentali, filwaqt li jqisu il-bżonn li jiġu indirizzati l-għażliet ta’ kompromess bejn oqsma u linji politiċi differenti kif rikonoxxut mill-inizjattiva ewlenija. Għajnuna għall-estrazzjoni tal-fjuwils fossili mhix inkluża f’dawn il-Linji Gwida. |
(7) |
Il-Pjan Direzzjonali jistieden ukoll lill-Istati Membri biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-prestazzjoni tagħhom b’rabta mal-għoti tal-benefiċċji mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (7). Sabiex jiġi evitat li l-miżuri tal-għajnuna mill-Istat iwasslu għal ħsara ambjentali, l-Istati Membri b’mod partikolari jridu jiżguraw ukoll li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u li ssir valutazzjoni tal-impatt ambjentali meta l-liġi tal-Unjoni titlob li jsir dan u li jkun hemm il-permessi kollha rilevanti. |
(8) |
Il-Komunikazzjoni “Enerġija 2020 – Strateġija għal enerġija kompetittiva, sostenibbli u sikura” (8), bħala parti mill-inizjattiva ewlenija “Ewropa effiċjenti fir-riżorsi” diġà kkonkludiet li l-objettivi ta’ suq tal-enerġija sikur, għall-but ta’ kulħadd u sostenibbli se jkunu mminati sakemm ma jiġux aġġornati l-grids tal-elettriku, l-impjanti li żmienhom għadda jiġu sostitwiti b’alternattivi kompetittivi u aktar nodfa u l-enerġija tintuża b’mod aktar effiċjenti fil-katina kollha tal-enerġija. |
(9) |
Il-qafas tal-2030 jitlob impenn ambizzjuż biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass serra b’konformità mal-pjanijiet direzzjonali tal-2050. It-twettiq ta’ dan l-objettiv għandu jsegwi approċċ kosteffiċjenti, li jipprovdi flessibilità lill-Istati Membri biex jiddefinixxu tranżizzjoni għal livell baxx ta’ karbonju xierqa għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom u jinkoraġġixxu r-riċerka u l-innovazzjoni biex jiġi appoġġjat qafas dwar il-klima u l-enerġija għal wara l-2020. Dawn il-Linji Gwida attwali jirrispettaw dawk il-prinċipji u jħejju l-bażi għal Qafas tal-2030. |
(10) |
F’dawn il-Linji Gwida, il-Kummissjoni tistipula l-kundizzjonijiet li taħthom l-għajnuna għall-enerġija u l-ambjent tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. |
(11) |
Fil-Komunikazzjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (9), il-Kummissjoni ħabbret li hemm tliet objettivi x’jinkisbu permezz tal-modernizzazzjoni tal-kontroll fuq l-għajnuna mill-Istat:
|
(12) |
B’mod partikolari, il-Komunikazzjoni sejħet għal approċċ komuni fir-reviżjoni tal-Linji Gwida u l-oqfsa differenti bbażati fuq it-tisħiħ tas-suq intern, il-promozzjoni ta’ effikaċja ikbar fl-infiq pubbliku permezz ta’ kontribut aħjar tal-għajnuna mill-Istat għall-objettivi ta’ interess komuni, skrutinju ikbar fuq l-effett ta’ inċentiv, fuq il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-inqas meħtieġ, u fuq l-effetti negattivi potenzjali tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida huma bbażati fuq dawk il-prinċipji komuni ta’ valutazzjoni. |
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
1.1. Kamp ta’ applikazzjoni
(13) |
Dawn il-Linji Gwida japplikaw għal għajnuna mill-Istat mogħtija għall-protezzjoni ambjentali jew l-objettivi tal-enerġija fis-setturi kollha rregolati mit-Trattat sa fejn il-miżuri huma koperti mit-Taqsima 1.2. Għalhekk huma japplikaw ukoll għal dawk is-setturi li huma soġġetti għal regoli speċifiċi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat (trasport (10), faħam, agrikoltura, forestrija u sajd u akkwakultura) sakemm tali regoli speċifiċi ma jipprovdux mod ieħor. |
(14) |
Għall-agrikoltura u s-sajd u l-akkwakultura, dawn il-Linji Gwida japplikaw għal għajnuna għall-ħarsien ambjentali favur impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u, taħt ċerti kundizzjonijiet, lill-impriża attiva fil-produzzjoni primarja. Il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal dawn is-setturi:
|
(15) |
Dawn il-Linji Gwida ma japplikawx għal:
|
(16) |
Għajnuna ambjentali u għall-enerġija tista’ ma tingħatax lil ditti f’diffikultajiet, hekk kif definit għall-iskopijiet ta’ dawn il-Linji Gwida mil-Linji Gwida applikabbli Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ ditti f’diffikultà (19) kif emendati jew sostitwiti. |
(17) |
Meta tivvaluta l-għajnuna favur impriża li hija soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti b’segwitu għal deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni se tieħu inkunsiderazzjoni l-ammont tal-għajnuna li jkun għadu jrid jiġi rkuprat (20). |
1.2. Miżuri ta’ għajnuna koperti mil-Linji Gwida
(18) |
Il-Kummissjoni identifikat għadd ta’ miżuri ambjentali u tal-enerġija li għalihom l-għajnuna mill-Istat taħt ċerti kundizzjonijiet tista’ tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat:
|
1.3. Definizzjonijiet
(19) |
Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
2. GĦAJNUNA NOTIFIKABBLI AMBJENTALI U TAL-ENERĠIJA
(20) |
Għajnuna individwali mogħtija fuq il-bażi ta’ skema ta’ għajnuna tibqa’ soġġetta għall-obbligu tan-notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, jekk l-għajnuna tkun taqbeż il-limiti ta’ notifika li ġejjin (32) u ma tingħatax fuq il-bażi ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti:
|
(21) |
Eżenzjonijiet mit-taxxa, tnaqqis minn taxxi ambjentali, jew eżenzjonijiet mill-finanzjament ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li jaqgħu taħt it-Taqsima 3.7 ma jkunux soġġetti għall-kundizzjonijiet għal għajnuna notifikata individwalment. Madankollu, għajnuna mogħtija fil-forma ta’ għajnuna fiskali mhux koperta mit-Taqsima 3.7 ta’ dawn il-Linji Gwida għandha tkun soġġetta għal valutazzjoni ddettaljata jekk jinqabżu l-limiti f’dak il-punt. Dan japplika wkoll irrispettivament jekk il-benefiċjarju individwali jibbenefikax fl-istess ħin minn eżenzjoni jew tnaqqis fiskali evalwati skont it-Taqsima 3.7. |
(22) |
Dawn il-Linji Gwida jipprovdu l-kriterji ta’ skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali għall-protezzjoni ambjentali u objettivi tal-enerġija li huma soġġetti għall-obbligu tan-notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
3. KOMPATIBBILTÀ TAL-VALUTAZZJONI SKONT L-ARTIKOLU 107(3)C TAT-TRATTAT
(23) |
L-għajnuna mill-Istat għall-objettivi ta’ ħarsien ambjentali u l-enerġija se tkun meqjusa kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, jekk fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ valutazzjoni komuni stabbiliti f’dan il-Kapitolu, twassal għal kontribut miżjud għall-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u l-enerġija mingħajr ma taffettwa ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li jkunu kuntrarji għall-interess komuni. Se jiġu kkunsidrati l-iżvantaġġi speċifiċi tal-inħawi megħjuna. |
(24) |
Dan il-Kapitolu jiċċara kif il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji komuni ta’ valutazzjoni stabbiliti fit-Taqsima 3.1 meta tivvaluta miżuri ta’ għajnuna li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida u, fejn applikabbli, jistipula kundizzjonijiet speċifiċi (jew għajnuna individwali mogħtija abbażi ta’ skema jew ad hoc). |
(25) |
Taqsima 3.2 tistipula l-kundizzjonijiet applikabbli ġenerali ta’ kompatibbiltà għall-miżuri kollha ta’ għajnuna li jaqgħu fl-ambitu ta’ dawn il-Linji Gwida, sakemm it-taqsimiet aktar speċifiċi ta’ Kapitolu 3 jispeċifikaw jew jemendaw dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kompatibbiltà. Skont dan, it-Taqsima 3.2 tapplika b’mod partikolari għal dawn il-miżuri li mhumiex parti mit-taqsimiet aktar speċifiċi tal-Kapitolu 3:
|
3.1. Prinċipji Komuni tal-Valutazzjoni
(26) |
Fil-valutazzjoni tagħha jekk miżura ta’ għajnuna nnotifikata tistax titqies kompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni ġeneralment tanalizza jekk it-tfassil tal-miżura ta’ għajnuna jiżgurax li l-impatt pożittiv tal-għajnuna għall-kisba ta’ objettiv ta’ interess komuni jkunx jeċċedi l-effetti negattivi potenzjali tagħha fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni. |
(27) |
Il-Komunikazzjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tat-8 ta’ Mejju 2012 (33) talbet li jiġu identifikati u definiti l-prinċipji komuni applikabbli għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna kollha mwettqa mill-Kummissjoni. Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni se tikkunsidra li miżura ta’ għajnuna mill-Istat tkun kompatibbli mas-suq intern biss jekk jiġu ssodisfati kull waħda mill-kriterji li ġejjin:
|
(28) |
Ċerti kategoriji ta’ skemi jistgħu jiġu sottomessi ulterjorment għal rekwiżit ta’ evalwazzjoni ex post kif deskritt f’Kapitolu 4. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tillimita t-tul ta’ żmien ta’ dawn l-iskemi (normalment għal erba’ snin jew inqas) bil-possibbiltà li tinnotifika mill-ġdid l-estensjoni tagħhom. |
(29) |
Barra minn hekk, jekk miżura għall-għajnuna mill-Istat jew il-kundizzjonijiet marbuta magħha, inkluż il-metodu ta’ finanzjament tagħha meta jifforma parti integrali minnha, iwasslu b’mod mhux esklussiv fi ksur tal-liġi tal-Unjoni, l-għajnuna ma tistax tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern (34). Per eżempju, fil-qasam tal-enerġija, kwalunkwe imposta li għandha l-għan li tiffinanzja miżura tal-għajnuna mill-Istat hemm bżonn li tikkonforma b’mod partikolari mal-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat (35). |
3.2. Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ kompatibilità
3.2.1. Il-kontribut lejn objettiv ta’ interess komuni
3.2.1.1.
(30) |
L-objettiv ġenerali tal-għajnuna ambjentali huwa li jżid il-livell ta’ ħarsien tal-ambjent meta’ mqabbel mal-livell li jista’ jinkiseb fl-assenza ta’ għajnuna. L-istrateġija Ewropa 2020 b’mod partikolari tistabbilixxi miri u objettivi għal tkabbir sostenibbli biex tappoġġja l-bidla għal ekonomija b’emmissjonijiet baxxi ta’ karbonju, li tuża r-riżorsi b’effiċjenza. Ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju b’sehem sinifikanti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli varjabbli teħtieġ aġġustament tas-sistema tal-enerġija u b’mod partikolari investimenti konsiderevoli fin-netwerks tal-enerġija (36). L-objettiv primarju tal-għajnuna fis-settur tal-enerġija huwa li tiġi żgurata sistema tal-enerġija kompetittiva, sostenibbli u sigura f’suq tal-Unjoni tal-enerġija li jaħdem tajjeb (37). |
(31) |
L-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni li jagħtu għajnuna ambjentali jew tal-enerġija se jkollhom jiddefinixxu preċiżament l-objettiv mixtieq u jispjegaw x’inhu l-kontribut mistenni tal-miżura lejn dan l-objettiv. Meta jintroduċu miżura kofinanzjata minn Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment, l-Istati Membri jistgħu jistrieħu fuq ir-raġunament fil-Programmi Operatorji rilevanti biex jindikaw l-objettivi ambjentali jew tal-enerġija. |
(32) |
Studji ambjentali jistgħu jikkontribwixxu biex jinkiseb l-objettiv komuni meta huma direttament marbuta ma’ investimenti eliġibbli taħt dawn il-Linji Gwida, wkoll jekk wara r-riżultati tal-istudju ta’ tħejjija, l-investiment li qed jiġi investigat ma jsirx. |
3.2.1.2.
(33) |
Biex jintwera l-kontribut ta’ għajnuna notifikata individwalment lejn livell ogħla ta’ protezzjoni ambjentali, l-Istat Membru jista’ juża, kemm jista’ jkun f’termini kwantifikabbli, varjetà ta’ indikaturi, b’mod partikolari dawk imsemmija hawn taħt:
|
3.2.2. Il-ħtieġa għal intervent mill-Istat
3.2.2.1.
(34) |
Billi huwa ġeneralment aċċettat li swieq kompetittivi għandhom it-tendenza li jwasslu għal riżultati effiċjenti f’termini ta’ prezzijiet, il-produzzjoni u l-użu tar-riżorsi, fil-preżenza ta’ fallimenti tas-suq (38), l-intervent mill-Istat jista’ jtejjeb il-funzjonament effiċjenti tas-swieq. Tabilħaqq il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jistgħu taħt ċerti kondizzjonijiet, jikkorreġu l-fallimenti tas-suq u b’hekk jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv komuni sal-punt li s-suq waħdu jonqos milli jagħti riżultat effiċjenti. Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex effettiva biex jintlaħaq l-objettiv, jeħtieġ li l-ewwel issir dijanjosi u d-definizzjoni tal-problema li hemm bżonn li tiġi indirizzata. L-għajnuna mill-Istat għandu jkollha fil-mira sitwazzjonijiet fejn l-għajnuna tista’ ġġib titjib materjali li s-suq ma jkunx kapaċi jġib waħdu. |
(35) |
Biex jistabbilixxu Linji Gwida li jiżguraw li l-miżuri ta’ għajnuna jilħqu l-objettiv komuni, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-fallimenti tas-suq li jfixklu livell ogħla ta’ protezzjoni tal-ambjent jew suq intern tal-enerġija li jiffunzjona b’mod tajjeb, sikur, għall-but ta’ kulħadd u sostenibbli. Fallimenti tas-suq marbuta mal-objettivi tal-ambjent u l-enerġija jistgħu jkunu differenti jew simili, iżda jistgħu jipprevjenu r-riżultat ottimali u jistgħu jwasslu għal riżultati ineffiċjenti għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(36) |
Is-sempliċi eżistenza ta’ fallimenti tas-suq f’kuntest partikolari mhijiex biżżejjed biex tiġġustifika intervent mill-Istat. B’mod partikolari, politiki u miżuri oħra jistgħu jkunu diġà jiffunzjonaw biex jindirizzaw xi fallimenti identifikati tas-suq. Eżempji jinkludu regolamenti settorjali, standards mandatorji dwar it-tniġġis, mekkaniżmi ta’ prezzijiet bħall-Iskema tal-Unjoni għan-Negozjar ta’ Emmissjonijiet (“ETS”) u taxxi tal-karbonju. Miżuri addizzjonali li jinkludu l-għajnuna mill-Istat jistgħu jiġu diretti biss lejn fallimenti residwi tas-suq, jiġifieri l-falliment tas-suq li għadu mhux indirizzat minn tali politiki u miżuri oħra. Huwa importanti wkoll li wieħed juri kif l-għajnuna mill-Istat isaħħaħ politiki u miżuri oħra bl-għan li jirrimedjaw l-istess falliment tas-suq. Għalhekk, il-każ għall-ħtieġa tal-għajnuna mill-Istat huwa aktar dgħajjef jekk imur kontra politiki oħra mmirati lejn l-istess falliment tas-suq. |
(37) |
Il-Kummissjoni se tikkunsidra li l-għajnuna hi meħtieġa jekk l-Istat Membru juri li l-għajnuna effettivament timmira lejn falliment (residwu) tas-suq li mhuwiex indirizzat. |
3.2.2.2.
(38) |
Billi l-fallimenti tas-suq jistgħu jeżistu b’mod ġenerali u l-miżuri ta’ għajnuna jistgħu jkunu, fil-prinċipju, imfassla tajjeb biex jindirizzaw riżultat ta’ suq effiċjenti, mhux l-impriżi kollha kkonċernati jistgħu jiġu ffaċċati b’dawn il-fallimenti tas-suq bl-istess mod. Konsegwentement, għal għajnuna individwali notifikabbli, il-Kummissjoni se tivvaluta l-ħtieġa speċifika għal għajnuna f’dan il-każ. Huwa f’idejn l-Istat Membru li juri li hemm falliment tas-suq li għadu mhux indirizzat fir-rigward tal-attività speċifika appoġġjata mill-għajnuna u jekk l-għajnuna hix effettivament immirata biex tindirizza dak il-falliment tas-suq. |
(39) |
Skont il-falliment tas-suq speċifiku indirizzat il-Kummissjoni se tqis il-fatturi li ġejjin:
|
3.2.3. L-adegwatezza tal-għajnuna
(40) |
Il-miżura ta’ għajnuna proposta trid tkun strument adegwat biex jiġi indirizzat l-objettiv ta’ politika kkonċernat. Miżura ta’ għajnuna mhux se titqies kompatibbli mas-suq intern jekk l-istess kontribut pożittiv għall-objettiv komuni jista’ jinkiseb permezz ta’ strumenti ta’ politika oħra li joħolqu inqas distorsjoni jew tipi ta’ strumenti ta’ għajnuna oħra li joħolqu inqas distorsjoni. |
3.2.3.1.
(41) |
L-għajnuna mill-Istat mhijiex l-uniku strument politiku disponibbli għall-Istati Membri biex jippromwovu livelli ogħla ta’ protezzjoni ambjentali jew il-kisba ta’ suq tal-enerġija Ewropew sikur, li jaħdem sew, għal but ta’ kulħadd u sostenibbli. Huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li jista’ jkun hemm strumenti oħrajn, f’pożizzjoni aħjar biex jinkisbu dawk l-objettivi. Ir-regolamentazzjoni u l-istrumenti bbażati fuq is-suq huma l-aktar strumenti importanti biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u tal-enerġija. Strumenti moderati, bħall-eco-labels volontarji, u t-tixrid ta’ teknoloġiji li jħarsu l-ambjent jista’ jkollhom rwol importanti biex jinkiseb livell ogħla ta’ ħarsien ambjentali. |
(42) |
Miżuri differenti biex jirrimedjaw l-istess falliment tas-suq jistgħu jmorru kontra xulxin. Dan hu l-każ fejn mekkaniżmu effiċjenti u bbażat fuq is-suq ġie stabbilit biex jindirizza speċifikament il-problema tal-esternalitajiet. Miżura ta’ appoġġ addizzjonali sabiex tindirizza l-istess riskji ta’ falliment tas-suq tirriskja li timmina l-effiċjenza ta’ mekkaniżmu bbażat fuq is-suq. |
(43) |
Miżuri differenti biex jirrimedjaw fallimenti differenti tas-suq jistgħu ukoll jaħdmu kontra xulxin. Miżura li tindirizza problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni jeħtieġ li tkun ibbilanċjata mal-objettiv ambjentali tat-tneħħija gradwali ta’ sussidji ta’ ħsara ambjentali jew ta’ ħsara ekonomika, inkluż għal fjuwils fossili. Bl-istess mod, miżura li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tista’ żżid il-provvista tal-enerġija varjabbli li tista’ taffettwa b’mod negattiv il-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. |
(44) |
Ir-rispett lejn il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” (“PPP”) permezz ta’ leġiżlazzjoni ambjentali jiżgura fil-prinċipju li l-falliment tas-suq marbut mal-esternalitajiet negattivi jiġi aġġustat. Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat mhix strument xieraq u ma tistax tingħata sakemm il-benefiċjarju tal-għajnuna jista’ jiġi miżmum responsabbli taħt il-liġi eżistenti tal-Unjoni jew dik nazzjonali (40). |
3.2.3.2.
(45) |
L-għajnuna ambjentali u tal-enerġija tista’ tingħata f’għamliet varji. Madankollu l-Istat Membru għandu jiżgura li l-għajnuna tingħata fl-għamla li aktarx tiġġenera l-inqas distorsjonijiet fil-kummerċ u fil-kompetizzjoni. F’dak ir-rigward, l-Istat Membru huwa mitlub biex juri għaliex forom oħra ta’ għajnuna li potenzjalment jikkawżaw anqas distorsjoni bħal self li jitħallas lura meta mqabbel ma’ għotjiet diretti jew krediti ta’ taxxa meta mqabbla mat-tnaqqis fit-taxxa jew forom ta’ għajnuna li huma bbażati fuq strumenti finanzjarji bħal dejn jew ekwità (pereżempju, self b’interessi baxxi jew ribassi fuq l-imgħax, garanziji tal-Istat, jew forniment alternattiv ta’ kapital fuq termini favorevoli) huma anqas addattati. |
(46) |
L-għażla tal-istrument tal-għajnuna għandha tkun koerenti mal-falliment tas-suq li l-miżura tal-għajnuna għandha l-għan li tindirizza. B’mod partikolari fejn id-dħul reali jkun inċert, pereżempju fil-każ tal-miżuri li jiffrankaw l-enerġija, avvanz ripagabbli jista’ jikkostitwixxi strument xieraq. Għall-skemi ta’ għajnuna li jimplimentaw l-objettivi u l-prijoritajiet tal-programmi operattivi, l-istrument ta’ finanzjament magħżul f’dan il-programm fil-prinċipju jkun preżunt bħala strument adegwat. |
(47) |
Għall-għajnuna operatorja, l-Istat Membru jrid juri li l-għajnuna hija adegwata biex jinkiseb l-objettiv tal-iskema li għaliha tkun immirata l-għajnuna. Sabiex juri li l-għajnuna hija adegwata, l-Istat Membru jista’ jikkalkula l-ammont tal-għajnuna ex ante bħala somma fissa li tkopri l-kosti addizzjonali mistennija matul perjodu partikolari, biex tinċentiva l-kumpaniji jimminimizzaw il-kostijiet tagħhom u jiżviluppaw in-negozju tagħhom b’mod iktar effiċjenti, matul iż-żmien (41). |
(48) |
Sabiex juri l-adegwatezza tal-iskemi, l-Istat Membru jista’ wkoll joqgħod fuq ir-riżultati ta’ evalwazzjonijiet li saru fil-passat kif deskritt fil-Kapitolu 4. |
3.2.4. Effett ta’ inċentiv
3.2.4.1.
(49) |
L-għajnuna ambjentali u tal-enerġija tista’ biss titqies kompatibbli mas-suq intern, jekk ikollha effett ta’ inċentiv. Effett ta’ inċentiv iseħħ meta l-għajnuna ġġiegħel lill-benefiċjarju jibdel l-imġiba tiegħu sabiex iżid il-livell ta’ ħarsien ambjentali jew li jtejjeb il-funzjonament ta’ suq tal-enerġija sikur, għal but ta’ kulħadd u sostenibbli, tibdil fl-imġiba li kieku ma kienx isir mingħajr l-għajnuna. L-għajnuna m’għandhiex tissussidja l-kostijiet ta’ attività li impriża xorta waħda kienet ser taffaċċja u m’għandhiex tikkumpensa għar-riskju normali tan-negozju ta’ attività ekonomika. |
(50) |
Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna ma tippreżentax effett tal-inċentiv għall-benefiċjarju fil-każijiet kollha fejn ix-xogħol fuq il-proġett kien diġà beda qabel ma l-benefiċjarju jkun applika għall-għajnuna mal-awtoritajiet nazzjonali. F’tali każijiet fejn il-benefiċjarju jibda jimplimenta proġett qabel ma japplika għall-għajnuna, kwalunkwe għajnuna mogħtija fir-rigward ta’ dak il-proġett ma tiġix ikkunsidrata kompatibbli mas-suq intern. |
(51) |
L-Istati Membri għandhom jintroduċu u jużaw formola ta’ applikazzjoni għal għajnuna. Il-formola tal-applikazzjoni tinkludi tal-anqas l-isem tal-applikant u d-daqs tal-impriża, deskrizzjoni tal-proġett, inkluż fejn jinsab u d-dati tal-bidu u tat-tmiem, l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa biex jitwettaq, u lista tal-kostijiet eliġibbli. Fil-formola tal-applikazzjoni, il-benefiċjarji jridu jiddeskrivi s-sitwazzjoni mingħajr għajnuna, jiġifieri sitwazzjoni hija msemmija bħala x-xenarju kontrofattwali, jew ix-xenarju jew il-proġett alternattiv. Barra minn hekk, l-impriżi l-kbar iridu jissottomettu evidenza dokumentata li ssostni x-xenarju kontrofattwali deskritt fil-formola tal-applikazzjoni.. |
(52) |
Meta tirċievi l-formola tal-applikazzjoni, l-awtorità li tagħti l-għajnuna għandha twettaq kontroll ta’ kredibilità tax-xenarju kontrafattwali u tikkonferma li l-għajnuna għandha l-effett ta’ inċentiv meħtieġ. Xenarju kontrofattwali jitqies kredibbli jekk ikun ġenwin u jekk ikun jirrigwarda l-fatturi prevalenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet fiż-żmien li fih il-benefiċjarju jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment. Mhuwiex mitlub li wieħed jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ paragrafi (50) u (51) fejn l-għajnuna tingħata fuq il-bażi ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti. |
L-effett ta’ inċentiv u adattament għal standards tal-Unjoni
(53) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna mogħtija biex wieħed jadatta għal standards futuri tal-Unjoni, fil-prinċipju għandha effett ta’ inċentiv, inkluż meta l-istandard diġà ġie adottat iżda għadu mhuwiex fis-seħħ. Madankollu, f’dan il-każ, l-għajnuna għandha effett ta’ inċentiv jekk tagħti inċentiv għat-twettiq tal-investiment ħafna qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandard. L-għajnuna mogħtija għall-adattament għal standards tal-Unjoni diġà adottati imma li għadhom m’humiex fis-seħħ se tiġi meqjusa li jkollha effett ta’ inċentiv jekk l-investiment jiġi implimentat u ffinalizzat għall-inqas sena qabel l-istandards tal-Unjoni jidħlu fis-seħħ. |
(54) |
Bħala eċċezzjoni ulterjuri għall-paragrafu (53), effett ta’ inċentiv jista’ jeżisti jekk l-għajnuna tingħata għal:
|
(55) |
Il-Kummissjoni tqis li għajnuna b’appoġġ ta’ investimenti li jippermettu lill-benefiċjarju li jieħu miżuri li jmorru lil hinn mill-istandards applikabbli tal-Unjoni tikkontribwixxi b’mod pożittiv lejn objettiv ambjentali jew tal-enerġija. Sabiex ma tiskoraġġix lill-Istati Membri milli jistabbilixxu standards nazzjonali obbligatorji li jkunu aktar stretti minn standards tal-Unjoni korrispondenti, jeżisti tali kontribut pożittiv, irrispettivament minn jekk ikunx hemm standards nazzjonali obbligatorji li jkunu aktar stretti mill-istandards tal-Unjoni. Dan jinkludi pereżempju, il-miżuri biex itejbu l-kwalità tal-arja u l-ilma lil hinn mill-istandards mandatorji tal-Unjoni. Tali kontribut pożittiv jeżisti wkoll fil-preżenza ta’ standard nazzjonali obbligatorju adottat fl-assenza ta’ standards tal-Unjoni. |
L-effett ta’ inċentiv u verifiki tal-enerġija
(56) |
Skont id-Direttiva 2012/27/UE (42) (“id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija” jew l-“EED”), l-intrapriżi l-kbar għandhom iwettqu verifiki tal-enerġija kull erba’ snin. Għaldaqstant, l-għajnuna għall-verifiki tal-enerġija għal intrapriżi kbar jista’ jkollha effett ta’ inċentiv biss sal-punt li l-għajnuna ma tikkumpensax il-verifika tal-enerġija meħtieġa mill-EED. Peress li l-istess obbligu mhuwiex impost fuq l-SMEs, l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-SMEs biex iwettqu l-verifiki tal-enerġija jista’ jkollha effett ta’ inċentiv. |
(57) |
Il-paragrafu preċedenti huwa mingħajr ħsara għall-valutazzjoni tal-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ effiċjenza tal-enerġija preskritti jew imwettqa bħala riżultat tal-verifika tal-enerġija jew dawk li jirriżultaw minn għodod oħrajn, bħal sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija u sistemi ta’ ġestjoni ambjentali. |
3.2.4.2.
(58) |
Għal miżuri soġġetti għal notifika individwali, l-Istati Membri għandhom juru b’mod sħiħ lill-Kummissjoni l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna. Jeħtieġ li jipprovdu evidenza ċara li l-għajnuna effettivament għandha impatt fuq id-deċiżjoni tal-investiment b’mod li tibdel l-imġiba tal-benefiċjarju b’mod li twasslu biex iżid il-livell tal-ħarsien ambjentali jew twassal għal funzjonament aħjar tas-suq tal-Unjoni tal-enerġija. Biex tkun tista’ ssir valutazzjoni komprensiva, l-Istat Membru ma jridx jipprovdi biss it-tagħrif dwar il-proġett megħjun iżda anke deskrizzjoni komprensiva tax-xenarju kontrafattwali, li fih l-ebda Stat Membru ma jagħti l-għajnuna lill-benefiċjarju. |
(59) |
Il-vantaġġi ta’ investimenti ġodda jew metodi ta’ produzzjoni normalment mhux limitati għall-effetti diretti ambjentali tagħhom fuq is-suq tal-enerġija. Dawn il-vantaġġi jistgħu b’mod partikolari jkunu l-vantaġġi (43) ta’ produzzjoni filwaqt li r-riskji jirrelataw b’mod partikolari mal-inċertezza dwar jekk l-investiment ikunx produttiv daqs kemm hu mistenni. |
(60) |
L-effett ta’ inċentiv huwa, fil-prinċipju, identifikat permezz ta’ analiżi tax-xenarju kontrofattwali, bit-tqabbil tal-livelli tal-attività intiża bl-għajnuna u mingħajr l-għajnuna. Essenzjalment, dak jammonta għall-verifika tal-profitabiltà tal-proġett fin-nuqqas tal-għajnuna, biex wieħed jivvaluta jekk din fil-fatt tkunx anqas mill-profitt miksub mill-kumpanija bl-implimentazzjoni ta’ proġett alternattiv. |
(61) |
F’dak il-kuntest il-livell ta’ profitabiltà jista’ jiġi evalwat b’referenza għall-metodoloġiji li l-użu tagħhom huwa prassi standard fl-industrija partikolari kkonċernata, u li jista’ jinkludi metodi biex jiġu evalwati l-valur preżenti nett (“VPN”) tal-proġett (44), ir-rata ta’ redditu interna (“IRR”) (45) jew ir-redditu medju fuq il-kapital utilizzat (“ROCE”). Il-profitabiltà tal-proġett għandha tiġi mqabbla mar-rati normali ta’ redditu applikati mill-kumpanija fi proġetti oħrajn ta’ investiment ta’ natura simili. Fejn dawk ir-rati ma jkunux disponibbli, il-profitabilità tal-proġett għandha tiġi mqabbla mal-kost tal-kapital tal-kumpanija b’mod sħiħ jew bir-rati ta’ redditu komuni osservati fl-industrija kkonċernata. |
(62) |
Fejn l-ebda xenarju kontrofattwali speċifiku ma huwa magħruf, l-effett ta’ inċentiv jista’ jkun preżunt meta hemm diskrepanza ta’ likwidità, jiġifieri meta l-kostijiet tal-investiment jaqbżu l-valur preżenti nett (VPN) tal-profitti operattivi mistennija tal-investiment fuq il-bażi ta’ pjan tan-negozju ex ante. |
(63) |
L-Istati Membri huma, b’mod partikolari, mistiedna biex jorbtu fuq evidenza kontemporanja, rilevanti u kredibbli inklużi per eżempju dokumenti uffiċjali tal-bord, rapporti tal-kumitat ta’ kreditu, valutazzjonijiet tar-riskju, rapporti finanzjarji, pjanijiet interni ta’ direzzjoni tan-negozju, opinjonijiet tal-esperti u studji oħra relatati mal-proġett ta’ investiment taħt valutazzjoni. Dokumenti li fihom tbassir ta’ informazzjoni b’rikjesta, tbassir ta’ kostijiet, tbassir finanzjarju, dokumenti li jiġu ppreżentati lill-kumitat għall-investiment u li fihom ikun hemm elaborazzjoni dwar diversi xenarji ta’ investiment, jew dokumenti pprovduti lis-swieq finanzjarji, kollha jistgħu jgħinu biex jiġi vverifikat l-effett ta’ inċentiv. |
(64) |
Sabiex jiġi żgurat li l-effett ta’ inċentiv ikun stabbilit fuq bażi oġġettiva, il-Kummissjoni tista’ fil-valutazzjoni tagħha tal-effett ta’ inċentiv tqabbel dejta speċifika għal kumpaniji ma’ dejta dwar l-industrija li fiha topera l-kumpanija magħrufa bħala valutazzjoni komparattiva. B’mod partikolari, l-Istat Membru għandu, meta possibbli, jipprovdi dejta speċifika għall-industrija li turi li x-xenarju kontrofattwali tal-kumpanija, il-livell ta’ profitabiltà meħtieġ tagħha u l-likwidità mistennija tagħha huma raġonevoli. |
(65) |
Il-Kummissjoni tista’ ssib li hemm effett ta’ inċentiv f’każijiet fejn impriża jista’ jkollha inċentiv biex twettaq proġett, bl-għajnuna, anke jekk il-proġett megħjun ma jiksibx il-livell ta’ profitabiltà normalment meħtieġ. Dan jista’ jiġi ġġustifikat pereżempju minħabba benefiċċji usa’ li ma ġewx riflessi fil-profitabiltà tal-proġett innifsu. F’ċirkostanzi bħal dawn, l-evidenza pprovduta li tappoġġja l-preżenza ta’ effett ta’ inċentiv issir partikolarment importanti. |
(66) |
Meta impriża tkun qed tadatta għal standard nazzjonali ogħla mill-istandards tal-Unjoni jew adottat fin-nuqqas ta’ standards tal-Unjoni, il-Kummissjoni tivverifika li l-benefiċjarju tal-għajnuna kien jintlaqat sostanzjalment f’termini ta’ kostijiet ogħla, u ma kienx ikun f’qagħda li jerfa’ l-kostijiet assoċjati mal-implimentazzjoni immedjata ta’ standards nazzjonali. |
(67) |
Għal investimenti li jġibu l-impriżi ‘il fuq mil-livelli minimi meħtieġa mill-istandards tal-Unjoni, il-Kummissjoni xorta tista’ ma ssibx effett ta’ inċentiv, b’mod partikolari jekk dawn l-investimenti jikkorrispondu mal-istandards tekniċi minimi disponibbli fis-suq. |
(68) |
Jekk l-għajnuna ma tibdilx l-imġiba tal-benefiċjarju billi tistimula attivitajiet addizzjonali, dik l-għajnuna ma jkollhiex effett ta’ inċentiv f’termini ta’ promozzjoni tal-imġiba ambjentali fl-Unjoni jew tat-tisħiħ tal-funzjonament tas-suq Ewropew tal-enerġija. Għalhekk, l-għajnuna m’għandhiex tiġi approvata f’każijiet fejn ikun jidher li l-istess attivitajiet xorta kienu se jipprovaw jintlaħqu mingħajr l-għajnuna. |
3.2.5. Proporzjonalità tal-għajnuna
3.2.5.1.
(69) |
L-għajnuna ambjentali u għall-enerġija tkun meqjusa bħala proporzjonata jekk l-ammont ta’ għajnuna għal kull benefiċjarju jkun limitat għall-minimu meħtieġ sabiex jinkiseb il-ħarsien ambjentali jew l-objettiv tal-enerġija li jinsab fil-mira. |
(70) |
Bħala prinċipju ġenerali, l-għajnuna titqies li tkun limitata għall-minimu neċessarju jekk l-għajnuna tikkorrispondi għall-kost nett ekstra neċessarju biex jintlaħaq l-objettiv, imqabbel max-xenarju kontrafattwali fin-nuqqas tal-għajnuna. Il-kost nett ekstra hu ddeterminat bid-differenza bejn il-benefiċċji ekonomiċi u l-kostijiet (inklużi l-investiment u l-operazzjoni) tal-proġett megħjun u dawk tal-proġett ta’ investiment alternattiv li l-kumpanija kienet se twettaq fl-assenza tal-għajnuna (jiġifieri ix-xenarju kontrafattwali). |
(71) |
Madankollu, jista’ jkun diffiċli li jiġu kkalkulati l-benefiċċji ekonomiċi kollha li kumpanija tieħu minn investiment addizzjonali (46). Għalhekk, għal miżuri li mhumiex soġġetti għal valutazzjoni individwali, jista’ jintuża metodu simplifikat li jiffoka fuq il-kalkolu tal-kostijiet ekstra tal-investiment (jiġifieri ma jittieħdux f’kunsiderazzjoni benefiċċji operattivi u kostijiet). Miżuri li mhumiex soġġetti għal valutazzjoni individwali jiġu meqjusa bħala proporzjonali jekk l-ammont tal-għajnuna ma jaqbiżx l-intesità massima tal-għajnuna, li hi perċentwal stabbilit tal-kostijiet eliġibbli kif definiti fil-paragrafi (72) sa (76). Dawk l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna jservu wkoll bħala limitu massimu għall-għajnuna mogħtija għal miżuri notifikabbli. |
Kostijiet eliġibbli
(72) |
Il-kostijiet eliġibbli għall-għajnuna ambjentali huma l-kostijiet ekstra ta’ investiment f’assi tanġibbli u/jew intanġibbli li huma marbuta direttament mal-kisba ta’ objettiv komuni. |
(73) |
Il-kostijiet eliġibbli huma ddeterminati kif ġej:
|
(74) |
Anness 2 fih lista ta’ xenarji kontrafattwali rilevanti jew kalkolu ta’ kostijiet eliġibbli li jirriflettu x-xenarju kontrafattwali li għandu jintuża f’każijiet simili. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta sitwazzjonjijiet alternattivi kontrafattwali jekk ikunu debitament iġġustifikati mill-Istat Membru. |
(75) |
Għal miżuri li jappoġġjaw proġetti integrati bħal miżuri ta’ effiċjenza tal-enerġija, jew proġetti tal-bijogass, jista’ jkun diffiċli biex wieħed jistabbilixxi x-xenarju kontrafattwali. Fejn ix-xenarju kontrafattwali ma jkunx jista’ jiġi stabbilit b’mod kredibbli il-Kummissjoni hija miftuħa biex tikkunsidra l-kostijiet totali ta’ proġett bħala alternattiva li tista’ timplika intensitajiet imnaqqsa tal-għajnuna biex tirrifletti l-kalkolu differenti tal-kost eliġibbli. |
(76) |
Ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi (73) sa (75) huma applikabbli għall-bini tal-impjanti ta’ produzzjoni ta’ proġetti ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ distrettwali effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Madankollu, l-approċċ ta’ diskrepanza ta’ finanzjament se jiġi applikat għall-għajnuna għall-bini tan-netwerk, simili għall-valutazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna
(77) |
Biex ikunu żgurati l-prevedibbiltà u kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, il-Kummissjoni tapplika l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna stabbiliti fl-Anness 1. Dawn l-intensijatiet tal-għajnuna jirriflettu l-ħtieġa għal intervent mill-Istat iddeterminata, fuq naħa waħda, mir-rilevanza tal-falliment tas-suq, u min-naħa l-oħra mil-livell mistenni ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ. |
(78) |
Jistgħu jitħallew intensitajiet ogħla ta’ għajnuna għal xi tipi ta’ għajnuna jew jekk l-investimenti jsirux f’żona assistita, iżda l-intensità tal-għajnuna ma tista’ qatt taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli. Intensitajiet ogħla ta’ għajnuna jistgħu jiġu permessi kif ġej:
|
(79) |
Għalhekk, il-Kummissjoni se tqis li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern jekk il-kostijiet eliġibbli huma kkalkulati sewwa u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fl-Anness 1 huma rispettati. |
(80) |
Fejn għajnuna lill-benefiċjarju tingħata fi proċess ta’ offerti kompetittiv fuq il-bażi ta’ kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji l-għajnuna tista’ tilħaq il-100 % tal-kostijiet eliġibbli (53). Dan il-proċess ta’ sejħa għall-offerti jrid ikun non-diskriminatorju u jipprovdi għall-parteċipazzjoni ta’ għadd suffiċjenti ta’ impriżi. Barra minn hekk, il-baġit marbut mal-proċess ta’ sejħa għall-offerti għandu jkun restrizzjoni li torbot fis-sens li mhux il-parteċipanti kollha jistgħu jirċievu għajnuna. Fl-aħħar nett, l-għajnuna għandha tingħata fuq il-bażi tal-offerta inizjali sottomessa mill-offerent, u b’hekk ikunu esklużi negozjati sussegwenti. |
3.2.5.2.
(81) |
L-għajnuna tista’ tingħata fl-istess ħin taħt diversi skemi ta’ għajnuna jew kumulati ma’ għajnuna ad hoc, sakemm l-ammont totali ta’ għajnuna mill-Istat għal attività jew proġett ma jkunux jeċċedu l-limiti stabbiliti mil-limiti tal-għajnuna stipulati f’dawn il-Linji Gwida. Il-fondi tal-Unjoni amministrati ċentralment mill-Kummissjoni li mhumiex direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istat Membru (54), ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat. Fejn dawn il-fondi tal-Unjoni huma kombinati ma’ għajnuna mill-Istat, tal-aħħar biss titqies meta jiġi stabbilit jekk il-limiti tan-notifika u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna huma rispettati, sakemm l-ammont totali tal-finanzjament pubbliku mogħti f’relazzjoni mal-istess kostijiet eliġibbli ma jaqbiżx il-massimu tar-rati ta’ finanzjament stipulati fir-regoli applikabbli tal-liġi tal-Unjoni. |
(82) |
L-għajnuna m’għandhiex tkun kumulata b’għajnuna de minimis fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli jekk tali kumulu jirriżulta f’intensità ta’ għajnuna li tiżboq dak stabbilit f’dawn il-Linji Gwida. |
3.2.5.3.
(83) |
Għall-għajnuna individwali, mhijiex biżżejjed il-konformità mal-intensitajiet massimi ta’ għajnuna stabbiliti f’din it-Taqsima u fl-Anness 1 biex tiġi żgurata l-proporzjonalità. Dawn l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna huma użati bħala limitu għal għajnuna individwali (55). |
(84) |
Bħala regola ġenerali, għajnuna notifikabbli b’mod individwali tkun ikkunsidrata limitata għall-minimu jekk l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għall-kost ekstra nett tal-investiment megħjun, meta mqabbel max-xenarju kontrafattwali fin-nuqqas tal-għajnuna. Il-kostijiet u l-benefiċċji kollha rilevanti għandhom jitqiesu matul il-ħajja tal-proġett. |
(85) |
Jekk l-ebda proġett alternattiv speċifiku ma jkun jista jiġi identifikat bħala xenarju kontrafattwali, il-Kummissjoni se tivverifika jekk l-ammont tal-għajnuna jaqbiżx il-minimu meħtieġ sabiex il-proġett megħjun ikun f’pożizzjoni li jagħmel biżżejjed profitt, pereżempju jekk tintensifikax l-IRR lil hinn tar-rati normali ta’ dħul applikati mill-impriża kkonċernata f’investiment ta’ proġetti oħra ta’ kwalità simili. Meta dak il-livell ma jkunx disponibbli, l-kost tal-kapital tal-kumpanija kollha kemm hi jew rati ta’ redditu komunement osservati fl-industrija kkonċernata jistgħu jintużaw għal dak l-għan. |
(86) |
L-Istat Membru għandu jressaq provi li l-għajnuna tinżamm għall-minimu. Il-kalkoli użati għall-analiżi tal-effett ta’ inċentiv jistgħu jintużaw ukoll biex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna hijiex proporzjonata. L-Istat Membru jrid juri l-proporzjonalità abbażi tad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu (63). |
(87) |
Għal għajnuna operatorja mogħtija permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ sejħa għall-offerti, il-proporzjonalità ta’ għajnuna individwali hija preżunta li tintlaħaq jekk il-kundizzjonijiet ġenerali jiġu ssodisfati. |
3.2.6. L-evitar ta’ effetti negattivi mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
3.2.6.1.
(88) |
Biex l-għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern, l-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jkunu limitati u ssuperati mill-effetti pożittivi f’termini ta’ kontribut lejn l-objettiv ta’ interess komuni. |
(89) |
Il-Kummissjoni tidentifika żewġ distorsjonijiet potenzjali ewlenin kkawżati minn għajnuna, jiġifieri distorsjonijiet tas-suq tal-prodott u effetti tal-post. Iż-żewġ tipi jistgħu jwasslu għal ineffiċjenzi allokattivi li jimminaw il-prestazzjoni ekonomika tas-suq intern u għal tħassib distribuzzjonali li jaffettwa d-distribuzzjoni tal-attività ekonomika bejn ir-reġjuni. |
(90) |
Għajnuna għal skopijiet ambjentali min-natura tagħha, għandha t-tendenza li tiffavorixxi prodotti u teknoloġiji favur l-ambjent a skapitu ta’ oħrajn li jniġġsu iktar u li l-effett tal-għajnuna, fil-prinċipju, mhux se jkun ikkunsidrat bħala distorsjoni mhux dovuta tal-kompetizzjoni, peress li hu marbut b’mod inerenti mal-objettiv proprju tal-għajnuna, jiġifieri li l-ekonomija tkun aktar ekoloġika. Meta tivvaluta l-effetti potenzjali negattivi tal-għajnuna ambjentali, il-Kummissjoni tikkunsidra l-effett ambjentali globali tal-miżura b’rabta mal-impatt negattiv tagħha fuq il-pożizzjoni fis-suq, u għalhekk tal-profitti, ta’ ditti li ma jirċevux għajnuna. B’hekk, il-Kummissjoni b’mod partikolari se tikkunsidra l-effetti ta’ distorsjoni fuq il-kompetituri li bl-istess mod joperaw fuq bażi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, anki mingħajr l-għajnuna. Bl-istess mod, anqas ma jkun l-effett ambjentali mistenni tal-miżura kkonċernata, aktar ikun importanti l-ivverifikar tal-effett tagħha fuq l-ishma fis-suq u profitti tal-prodotti li jikkompetu. |
(91) |
Effett potenzjalment dannuż tal-għajnuna mill-Istat għal objettivi ambjentali u tal-enerġija huwa li din twaqqaf il-mekkaniżmu tas-suq milli jagħti riżultati effiċjenti billi jippremja lill-aktar produtturi effiċjenti u billi jpoġġi pressjoni fuq dawk li huma l-inqas effiċjenti bil-għan li jitjiebu, jagħmlu ristrutturar jew joħorġu mis-suq. Dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni fejn, minħabba l-għajnuna mogħtija lil xi ditti, kompetituri aktar effiċjenti jew innovattivi pereżempju il-kompetituri b’teknoloġija differenti, possibbilment anki aktar nadifa, li kienu jkunu jistgħu jidħlu u jespandu, ma jkunux f’pożizzjoni li jagħmlu hekk. Fuq medda twila ta’ żmien, l-interferenza fil-proċess tad-dħul u l-ħruġ kompetittiv tista’ toħnoq l-innovazzjoni u tiġbed lura titjib fil-produttività tal-industrija kollha kemm hi. |
(92) |
L-għajnuna jista’ jkollha wkoll effetti ta’ distorsjoni billi ssaħħaħ jew iżżomm il-poter sostanzjali tas-suq tal-benefiċjarju. Anke meta l-għajnuna ma ssaħħaħx setgħa sostanzjali fis-suq b’mod dirett, hija tista’ tagħmel dan b’mod indirett, billi tiskoraġġixxi l-espansjoni tal-kompetituri eżistenti jew billi twassal għal ħruġ tagħhom mis-suq jew billi tiskoraġġixxi d-dħul ta’ kompetituri ġodda. |
(93) |
Minbarra distorsjonijiet fuq is-swieq tal-prodotti, l-għajnuna tista’ wkoll twassal għal effetti fuq il-kummerċ u l-għażla tal-post. Dawk id-distorsjonijiet jistgħu jinħolqu madwar l-Istati Membri, jew meta l-impriżi jikkompetu lil hinn mill-fruntieri jew jikkunsidraw postijiet differenti għall-investiment. Għajnuna mmirata biex tiġi ppreservata l-attività ekonomika f’reġjun wieħed jew tiġi mbiegħda minn reġjuni oħra fi ħdan is-suq intern tista’ ma twassalx direttament għal distorsjoni fis-suq tal-prodotti, iżda tista’ ċċaqlaq attivitajiet jew investimenti minn reġjun għall-ieħor mingħajr ebda impatt ambjentali nett. |
Effetti negattivi evidenti
(94) |
Fil-prinċipju, miżura ta’ għajnuna u l-kuntest li fiha tiġi applikata jeħtieġ li jiġu analizzati biex jidentifikaw sa fejn tista’ titqies li toħloq distorsjoni. Madankollu, hemm sitwazzjonijiet fejn l-effetti negattivi manifestament jirbħu fuq kwalunkwe effett pożittiv, u dan ifisser li l-għajnuna ma tistax titqies kumpatibbli mas-suq intern. |
(95) |
Il-Kummisjoni tistabbilixxi intensitajiet massimi tal-għajnuna li jikkostitwixxu rekwiżit bażiku għall-kompatibbiltà, u li għandhom l-għan li jevitaw li l-għajnuna mill-Istat tintuża għal proġetti fejn il-proporzjon bejn l-ammont tal-għajnuna u l-kostijiet eliġibbli jitqies għoli ħafna u partikolarment suxxettibbli li joħloq distorsjonijiet fis-suq. |
(96) |
Bl-istess mod, għajnuna għall-objettivi tal-ambjent u l-enerġija li sempliċement iwasslu għal bidla fil-post tal-attività ekonomika mingħajr ma jittejjeb il-livell eżistenti ta’ ħarsien ambjentali fl-Istati Membri mhux se tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern. |
3.2.6.2.
(97) |
Fl-evalwazzjoni tagħha tal-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna, il-Kummissjoni tiffoka fuq id-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-impatt previst li l-għajnuna ambjentali u tal-enerġija għandha fuq il-kompetizzjoni bejn l-imprizi fis-swieq tal-prodotti milquta u l-post tal-attività ekonomika. Jekk il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat ikunu mmirati tajjeb għall-falliment tas-suq li għandhom l-għan jindirizzaw, ir-riskju li l-għajnuna toħloq distorsjoni bla bżonn għall-kompetizzjoni jkun aktar limitat. |
(98) |
Jekk l-għajnuna tkun proporzjonata u limitata għall-kostijiet addizzjonali tal-investiment, l-impatt negattiv tal-għajnuna jkun fil-prinċipju imtaffi. Madankollu, anki fejn l-għajnuna tkun meħtieġa u proporzjonata, l-għajnuna tista’ tirriżulta f’tibdil fl-imġiba tal-benefiċjarji li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Impriża li tfittex li tagħmel profitt, normalment iżżid il-livell ta’ ħarsien ambjentali lil hinn mill-ħtiġijiet obbligatorji biss jekk jitqies li dan se jirriżulta, tal-inqas b’mod marġinali, f’xi xorta ta’ vantaġġ għall-impriża. |
(99) |
Sabiex iżżomm d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-kummerċ għal minimu, il-Kummissjoni se tqiegħed enfasi kbira fuq il-proċess tal-għażla. Fejn ikun possibbli l-proċess tal-għażla għandu jsir b’mod mhux diskriminatorju, b’mod trasparenti u miftuħ, mingħajr ma jeskludi bla ħtieġa lil kumpaniji li jistgħu jikkompetu bi proġetti sabiex jindirizzaw l-istess għan ambjentali u tal-enerġija. Il-proċess tal-għażla għandu jwassal għall-għażla ta’ benefiċjarji li jistgħu jindirizzaw l-objettivi ambjentali jew tal-enerġija bl-użu tal-inqas ammont ta’ għajnuna jew l-aktar metodu kosteffettiv. |
(100) |
Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tivvaluta l-effetti negattivi tal-għajnuna billi jiġu kkunsidrati l-elementi li ġejjin:
|
3.2.6.3.
(101) |
L-Istat Membru għandu jiżgura li l-effetti negattivi kif deskritti fit-Taqsima 3.2.6.1 huma limitati. Minbarra l-elementi speċifikati fit-Taqsima 3.1.6.2, il-Kummissjoni se tqis u tivvaluta jekk l-għajnuna individwali twassalx għal:
|
(102) |
Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-introduzzjoni ppjanata tal-iskemi ta’ appoġġ ambjentali u tal-enerġija, barra minn dik notifikata, li direttament jew indirettament tagħti benefiċċju lill-benefiċjarju bil-għan li tevalwa l-impatt kumulattiv tal-għajnuna. |
(103) |
Il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll jekk l-għajnuna tirriżultax f’xi territorji li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet tal-produzzjoni aktar favorevoli, partikolarment minħabba kostijiet ta’ produzzjoni komparattivament aktar baxxi b’riżultat tal-għajnuna, jew minħabba standards ogħla ta’ produzzjoni miksuba permezz tal-għajnuna. Dan jista’ jkollu r-riżultat li kumpaniji jibqgħu jew imorru joperaw fit-territorji megħjuna, jew li jkun hemm spostament tal-kummerċ lejn iż-żona megħjuna. Fl-analiżi tagħha tal-għajnuna notifikabbli b’mod individwali, il-Kummissjoni għalhekk se tikkunsidra kwalunkwe evidenza li l-benefiċjarju tal-għajnuna jqis bħala postijiet alternattivi. |
3.2.7. Trasparenza
(104) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-infomazzjoni li ġejja fuq website tal-għajnuna komprensiva mil-Istat, fil-livell nazzjonali jew reġjonali: it-test sħiħ tal-iskema ta’ għajnuna approvata jew id-deċiżjoni individwali għall-għoti ta’ għajnuna u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha, jew link għaliha, l-identità awuorità/(jiet) li jagħmlu l-għotja, l-identità tal-benefiċjarji individwali, il-forma u l-ammont ta’ għajnuna mogħtija lil kull benefiċjarju, id-data tal-għoti, it-tip ta’ impriża (SME/impriża kbira), ir-reġjun fejn jinsab il-benefiċjarju (fil-livell NUTS II) u settur ekonomiku prinċipali li fih il-benefiċjarju jkollu l-attivitajiet tiegħu (fil-livell ta’ grupp NACE). |
(105) |
Għal skemi fil-forma ta’ vantaġġ fiskali u għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fil-finanzjament ta’ appoġġ għal enerġija minn sorsi rinnovabbli, informazzjoni dwar ammonti ta’ għajnuna individwali jistgħu jingħataw fil-meded li ġejjin (f’miljuni ta’ EUR): [0,5-1]; [1-2]; [2-5]; [5-10]; [10-30]; [30 u aktar]. |
(106) |
Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata wara li d-deċiżjoni tal-għoti tkun ittieħdet, għandha tinżamm għal mill-inqas 10 snin u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali mingħajr restrizzjonijiet (57). L-Istati Membri mhux se jkunu obbligati li jipprovdu tali informazzjoni qabel l-1 ta’ Lulju 2016. Ir-rekwiżit li tiġi ppubblikata l-informazzjoni jista’ jitneħħa fir-rigward tal-għotjiet ta’ għajnuna individwali inqas minn EUR 500 000. |
3.3. Għajnuna għal enerġija minn sorsi rinnovabbli
3.3.1. Kundizzjonijiet ġenerali għall-għajnuna ta’ investiment u dik operattiva għal enerġija minn sorsi rinnovabbli
(107) |
L-Unjoni stabbilixxiet miri ambizzjużi dwar it-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà tal-enerġija b’mod partikolari bħala parti mill-istrateġija UE 2020. Diversi atti leġiżlattivi tal-Unjoni diġà jappoġġjaw it-twettiq ta’ dawn il-miri, bħall- ETS tal-Unjoni, id-Direttiva 2009/28/KE (58) (“id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli” jew “RED”) u Direttiva 2009/30/KE (59) (“id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburanti”). Madankollu, l-implimentazzjoni tagħhom mhux dejjem tista’ tirriżulta fir-riżultat tas-suq l-aktar effiċjenti u taħt ċerti kundizzjonijiet l-għajnuna mill-Istat tista’ tkun strument addattat biex tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni u l-miri nazzjonali relatati. |
(108) |
Dawn il-Linji Gwida japplikaw għall-perjodu sal-2020. Madankollu, huma għandhom jippreparaw il-bażi biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fil-Qafas tal-2030. B’mod partikolari, huwa mistenni li matul il-perjodu bejn l-2020 u l-2030 sorsi ta’ enerġija rinnovabbli stabbiliti se jsiru kompetittivi mal-grilja, li jimplika li sussidji u eżenzjonijiet mill-ibbilanċjar ta’ responsabbiltajiet għandhom jitneħħew gradwalment b’mod digressiv. Dawn il-Linji Gwida huma konsistenti ma’ dak l-objettiv u se jiżguraw it-tranżizzjoni ta’ kunsinna kosteffikaċi permezz ta’ mekkaniżmi bbażati fuq is-suq. |
(109) |
Strumenti tas-suq, bħal proċess ta’ offerti b’irkant jew kompetittiv miftuħ għal ġeneraturi kollha li jipproduċu l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli li jikkompetu b’mod ugwali fuq livell taż-ŻEE, normalment għandhom jiżguraw li s-sussidji jitnaqqsu għal minimu fid-dawl tat-tneħħija kompleta gradwali tagħhom. |
(110) |
Madankollu, minħabba l-istadju tal-iżvilupp teknoloġiku differenti ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, dawn il-Linji Gwida jippermettu li jsiru offerti speċifiċi għat-teknoloġija mill-Istati Membri, fuq il-bażi ta’ potenzjali fit-tul ta’ teknoloġiji partikolari ġodda u innovattivi, il-ħtieġa li tinkiseb diversifikazzjoni; limitazzjonijiet tan-netwerk u l-istabilità tal-grilja u l-kostijiet tas-sistema (integrazzjoni). |
(111) |
Eċċezzjonijiet speċifiċi huma inklużi għall-istallazzjonijiet ta’ ċertu daqs, li għalihom ma jistax jiġi preżunt li proċess ta’ offerti huwa xieraq, jew għal stallazzjonijiet f’fażi ta’ dimostrazzjoni. L-inklużjoni ta’ dawn l-istallazzjonijiet hija fakultattiva. |
(112) |
Minħabba kapaċità żejda tas-suq tal-bijokarburanti bbażati fuq l-ikel, il-Kummissjoni se tqis li għajnuna ta’ investiment f’kapaċità ġdida jew eżistenti għal bijokarburanti bbażati fuq l-ikel m’għandhiex tkun ġustifikata. Madankollu, l-għajnuna għall-investiment biex l-impjanti tal-bijokarburanti bbażati fuq l-ikel jiġu kkonvertiti f’impjanti avvanzati għall-produzzjoni tal-bijofjuwils se tkun permessa biex jiġu koperti l-kostijiet ta’ din il-konverżjoni. Minbarra f’dan il-każ partikolari, l-għajnuna għall-investiment tista’ tingħata biss għall-bijofjuwils avvanzati. |
(113) |
Filwaqt li għajnuna għall-investiment illi tappoġġja bijokarburant bbażati fuq l-ikel se tieqaf mid-data tal-applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida, l-għajnuna operattiva għall-bijofjuwils bbażati fuq l-ikel tista’ tingħata biss sal-2020. Għalhekk din l-għajnuna tista’ tingħata biss għal impjanti li bdew jaħdmu qabel il-31 ta’ Diċembru 2013 sakemm l-impjant ikun żvalutat għal kollox imma fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-2020. |
(114) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tikkunsidra li l-għajnuna ma żżidx il-livell tal-protezzjoni ambjentali u li għalhekk ma tistax tkun kumpatibbli mas-suq intern jekk l-għajnuna tingħata għal bijokarburanti li huma soġġetti għal obbligu ta’ provvista jew taħlit (60), sakemm Stat Membru jista’ juri li l-għajnuna hija limitata għal bijofjuwils sostenibbli li huma wisq għaljin biex ikunu preżenti fis-suq b’obbligu jew ta’ taħlit ta’ provvista biss. |
(115) |
B’mod partikolari, filwaqt li t-taxxi tal-UE ETS u CO2 jinternalizzaw il-kostijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra (“GHG”), huma ma jistgħux, madankollu, jinternalizzaw b’mod sħiħ dawk il-kostijiet. L-għajnuna mill-Istat tista’ għalhekk tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi relatati iżda distinti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli. Sakemm ikollha evidenza għall-kuntrarju, il-Kummissjoni għalhekk tippreżumi li jibqa falliment residwu tas-suq, li jista’ jiġi indirizzat b’għajnuna għall-enerġija rinnovabbli. |
(116) |
Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jilħqu l-miri tagħhom b’konformità mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Kummissjoni tippreżumi l-adegwatezza tal-għajnuna u l-effetti limitati ta’ distorsjoni tal-għajnuna sakemm il-kundizzjonijiet l-oħra kollha jkunu ntlaħqu. |
(117) |
Fir-rigward tal-għajnuna għall-produzzjoni tal-tal-idroenerġija, l-impatt tagħha jista’ jkun doppju: fuq naħa waħda, tali għajnuna għandha impatt pożittiv f’termini ta’ emissjonijiet baxxi tal-gassijiet b’effett serra u min-naħa l-oħra jista’ jkollha wkoll impatt negattiv fuq sistemi tal-ilma u l-bijodiversità. Għalhekk, meta tingħata għajnuna għall-produzzjoni tal-idroenerġija l-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-Direttiva 2000/60/KE (61) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(7) tiegħu li jistipula kriterji li jippermettu modifiki ġodda ta’ korpi tal-ilma. |
(118) |
Prinċipju fundamentali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart hija l-ġerarkija tal-iskart li tagħti prijorità lill-modi li bihom l-iskart għandu jiġi ttrattat (62). Għajnuna mill-Istat għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli bl-użu tal-iskart, inkluża s-sħana mill-iskart, bħala fjuwil tal-input tista’ tagħti kontribut pożittiv għall-protezzjoni ambjentali, sakemm ma tinjorax dak il-prinċipju. |
(119) |
Għajnuna għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli tista’ tingħata bħala investiment jew għajnuna operattiva. Għal skemi tal-għajnuna għal investiment u għajuna notifikata b’mod individwali għal investiment, japplikaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.2. |
(120) |
Għal skemi tal-għajnuna operatorja, id-dispożizzjoni ġenerali tat-Taqsima 3.2 għandha tiġi applikata kif modifikata bid-dispożizzjonijiet speċifiċi kif stabbiliti f’din it-Taqsima. Għal għajnuna operatorja nnotifikata individwalment, japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.2, u fejn rilevanti jiġu kkunsidrati l-modifiki li saru permezz ta’ din it-Taqsima għal skemi tal-għajnuna operatorja. |
(121) |
Il-Kummissjoni tawtorizza dawn l-iskemi ta’ għajnuna għal perjodu massimu ta’ għaxar snin. Jekk din il-miżura tinżamm, din għandha tiġi rinotifikata wara tali perjodu. Dwar il-bijofjuwil ibbażat fuq l-ikel, l-skemi eżistenti ġodda notifikati għandhom jiġu llimitati għal 2020. |
(122) |
L-Unjoni ffissat mira ġenerali tal-Unjoni għas-sehem ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija u ttraduċiethom f’din il-mira nazzjonali obbligatorja. Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli tinkludi mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni (63) biex tiffaċilita l-appoġġ transfruntier biex jintlaħqu l-miri nazzjonali. Skemi ta’ għajnuna operatorja għandhom fil-prinċipju jkunu miftuħin lejn pajjiżi oħra taż-ŻEE u Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija biex jiġu limitati l-effetti ġenerali ta’ distorsjoni. Dan inaqqas il-kostijiet għall-Istati Membri li l-għan waħdieni tagħhom huwa li jiksbu l-mira nazzjonali tal-enerġiji rinovabbli stabbilita fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jkunu jridu li jkollhom mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fis-seħħ qabel ma jippermettu appoġġ transfruntier għax jekk ikun mod ieħor, il-produzzjoni minn stallazzjonijiet f’pajjiżi oħra ma tgħoddx għall-mira nazzjonali tagħhom taħt l-RED (64). Il-Kummissjoni se tikkunsidra b’mod pożittiv skemi li huma miftuħa għal pajjiżi oħra tal-Komunità tal-Enerġija jew taż-ŻEE. |
(123) |
Għajnuna għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli tal-enerġija, fil-prinċipju, għandha tikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-elettriku rinnovabbli fis-suq. Madankollu, għal ċerti tipi żgħar ta’ stallazzjonijiet, dan jista’ ma jkunx fattibbli jew adattat. |
3.3.2. Għajnuna operatorja mogħtija għal enerġija minn sorsi rinnovabbli
3.3.2.1.
(124) |
Sabiex tiġi inċentivata l-integrazzjoni fis-suq ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli, huwa importanti li l-benefiċjarji jbiegħu l-elettriku tagħhom direttament fis-suq u jkunu soġġetti għal obbligi tas-suq. Il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2016 għal kull skema u miżura ġdida ta’ għajnuna:
|
(125) |
Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu (124) ma japplikawx għal stallazzjonijiet b’kapaċità stallata ta’ elettriku ta’ anqas minn 500 kW u proġetti ta’ dimostrazzjoni ħlief għall-elettriku mill-enerġija tar-riħ fejn kapaċità stallata tal-elettriku ta’ 3 MW jew 3 unitajiet ta’ produzzjoni tapplika. |
(126) |
F’fażi tranżitorja li tkopri s-snin 2015 u 2016, l-għajnuna għal mill-inqas 5 % tal-kapaċitajiet ġodda tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandha tiġi mogħtija f’xi proċess tal-offerti kompetittiv fuq il-bażi ta’ kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji. Mil-1 ta’ Jannar 2017, japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin: L-għajnuna tingħata fi proċess ta’ offerti kompetittiv fuq il-bażi ta’ kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji (66), sakemm:
Jekk tali proċessi kompetittivi tal-offerti huma miftuħa għall-ġeneraturi kollha li jipproduċu l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fuq bażi mhux diskriminatorja, il-Kummissjoni se tippreżumi li l-għajnuna tkun proporzjonata u ma toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni tant li tmur kontra s-suq intern. Il-proċess tal-offerti jista’ jkun limitat għal teknoloġiji speċifiċi fejn proċess miftuħ għall-ġeneraturi kollha jwassal għal riżultat subottimali li ma jistax jiġi indirizzat fil-proċess tad-disinn minħabba b’mod partikolari:
|
(127) |
L-għajnuna tista’ tingħata mingħajr proċess kompetittiv tal-offerti kif deskritt fil-paragrafu (126) lil stallazzjonijiet b’kapaċità stallata tal-elettriku ta’ inqas minn 1 MW, jew proġetti ta’ dimostrazzjoni, ħlief għall-elettriku mill-enerġija mir-riħ, għall-stallazzjonijiet tal-elettriku b’kapaċità installata sa 6 MW jew 6 unitajiet ta’ produzzjoni. |
(128) |
Fin-nuqqas ta’ proċess kompetittiv tal-offerti, japplikaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafi (124) u (125) u l-kundizzjonijiet għal għajnuna operatorja għal enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għajr l-elettriku kif stipulat fil-paragrafu (131). |
(129) |
L-għajnuna tingħata biss sakemm l-impjant ikun żvalutat għal kollox skont ir-regoli normali ta’ kontabbiltà u kwalunkwe għajnuna ta’ investiment li kien irċieva għandha titnaqqas mill-għajnuna operatorja. |
(130) |
Dawn il-kundizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-Istati Membri li jqisu l-konsiderazzjonijiet, pereżempju billi jiġu rikjesti l-permessi tal-bini qabel il-parteċipazzjoni fil-proċess tal-offerti jew li jiġu rikjesti deċiżjonijiet dwar investiment fi ħdan ċertu perjodu. |
3.3.2.2.
(131) |
Għal enerġija minn sorsi rinnovabbli oħra għajr l-elettriku, l-għajnuna operatorja se titqies kompatibbli mas-suq intern jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
3.3.2.3.
(132) |
Kuntrarjament għall-parti l-kbira tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, il-bijomassa titlob kostijiet relattivament baxxi tal-investiment, iżda kostijiet operattivi ogħla. kostijiet ogħla tal-operazzjoni jistgħu jipprevjenu impjant tal-bijomassa (68) milli jopera anki wara d-deprezzament tal-istallazzjoni peress li l-kostijiet operatorji jistgħu jkunu ogħla mid-dħul (il-prezz tas-suq). Min-naħa l-oħra, impjant eżistenti jista’ jopera bl-użu tal-bijomassa eżistenti minflok ta’ fjuwils fossili bħala sors ta’ input jekk l-użu tal-fjuwils fossili bħala input huwa aktar vantaġġjuż ekonomikament milli l-użu tal-bijomassa. Biex jiġi ppreservat l-użu tal-bijomassa fiż-żewġ każijiet, il-Kummissjoni tista’ ssib li l-għajnuna operatorja tkun kompatibbli mas-suq intern anke wara d-deprezzament tal-impjant. |
(133) |
Il-Kummissjoni se tikkunsidra għajnuna operatorja għall-bijomassa wara d-deprezzament tal-impjant kompatibbli mas-suq intern jekk Stat Membru juri li l-kostijiet operatorji merfugħa mill-benefiċjarju wara d-deprezzament tal-impjant ikunu xorta waħda ogħla mill-prezz tas-suq tal-enerġija kkonċernata u sakem jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(134) |
Il-Kummissjoni se tikkunsidra għajnuna operatorja għall-bijomassa kompatibbli mas-suq intern wara d-deprezzament tal-impjant jekk Stat Membru juri li, indipendentement mill-prezz tas-suq tal-enerġija kkonċernata, l-użu tal-fjuwils fossili bħala input hu aktar ekonomikament vantaġġjuż mill-użu tal-bijomassa u sakem jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
3.3.2.4.
(135) |
L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għal sorsi ta’ enerġija li tiġġedded billi jużaw il-mekkaniżmi tas-suq bħalma huma ċertifikati ambjentali. Dawn il-mekkaniżmi tas-suq (69) jippermettu lill-produtturi kollha tal-enerġija li tiġġedded li jibbenefikaw indirettament minn talba ggarantita għall-enerġija tagħhom bi prezz li jkun ogħla mill-prezz tas-suq għall-enerġija konvenzjonali. Il-prezz ta’ dawn iċ-ċertifikati ħodor ma jkunx iffissat minn qabel iżda jkun jiddependi fuq il-provvista u d-domanda tas-suq. |
(136) |
Il-Kummissjoni se tikkunsidra l-għajnuna msemmija fil-paragrafu (135) biex tkun kompatibbli mas-suq intern jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu biżżejjed evidenza li tali appoġġ (i) huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-għejun tal-enerġija li jiġġeddu kkonċernati; (ii) għall-iskema fl-aggregat, ma tirriżultax f’kumpens żejjed matul iż-żmien u bejn teknoloġiji, jew f’kumpens żejjed għal teknoloġiji individwali anqas mobilizzati sa fejn livelli differenzjati ta’ ċertifikati għal kull unità ta’ produzzjoni huma introdotti; u (iii) ma tiddiswadix lill-produtturi tal-enerġija rinnovabbli milli jsiru aktar kompetittivi. |
(137) |
Il-Kummissjoni tqis b’mod partikolari li l-ebda differenzjazzjoni fil-livelli tal-appoġġ permezz ta’ ċertifikati ekoloġiċi jistgħu jkunu applikati sakemm Stat Membru juri l-bżonn għal differenzazzjoni abbażi tal-ġustifikazzjonijiet stabbiliti fil-parafrafu (126). Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi (124) u (125) japplikaw meta dan ikun teknikament possibbli. Kwalunkwe għajnuna ta’ investiment li tkun waslet qabel għandha titnaqqas mill-għajnuna operatorja. |
3.4. Miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija, inkluża l-koġenerazzjoni u tisħin u tkessiħ distrettwali
(138) |
L-Unjoni stabbilixxiet l-objettiv li jiġi ffrankat 20 % mill-konsum tal-enerġija primarja tal-Unjoni sal-2020. B’mod partikolari l-Unjoni adottat id-Direttiva tal-Effiċjenza fl-Enerġija li tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija fl-Unjoni bl-objettiv kumplessiv tal-Unjoni li tintlaħaq mira ewlenija tal-2020 dwar l-effiċjenza fl-enerġija u titwitta t-triq għal iktar titjib tal-effiċjenza fl-enerġija lil hinn mill-2020. |
3.4.1. Objettiv tal-interess komuni
(139) |
Sabiex jiġi assigurat li l-għajnuna tikkontribwixxi għal livell ogħla ta’ ħarsien ambjentali, l-għajnuna għal tisħin distrettwali u tkessiħ distrettwali u l-koġenerazzjoni tas-sħana u l-elettriku (“CHP”) se titqies kompatibbli biss mas-suq intern jekk tingħata għall-investiment, inkluż it-titjib ta’ CHP b’effiċjenza għolja u tisħin distrettwali u tkessiħ distrettwali li jkun effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Għall-miżuri kofinanzjati minn Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment, l-Istati Membri jistgħu jistrieħu fuq ir-raġunament fil-Programmi Operattivi rilevanti. |
(140) |
Għajnuna mill-Istat għal koġenerazzjoni u l-stallazzjonijiet tat-tisħin distrettwali bl-użu tal-iskart, inkluża s-sħana mill-iskart, bħala fjuwil tal-input tista’ tagħti kontribut pożittiv għall-protezzjoni ambjentali, sakemm ma tinjorax il-prinċipju tal-ġerarkija tal-iskart (imsemmi fil-paragrafu(118)). |
(141) |
Biex jintwera l-kontribut tal-għajnuna lejn livell ogħla ta’ protezzjoni ambjentali, l-Istat Membru jista’ juża, kemm jista’ jkun f’termini kwantifikabbli, varjetà ta’ indikaturi, b’mod partikolari l-ammont ta’ enerġija ffrankata grazzi għal prestazzjoni aħjar, li tuża anqas enerġija u produttività ta’ enerġija ogħla jew kisbiet fl-effiċjenza b’inqas konsum tal-enerġija u inqas input tal-fjuwil. |
3.4.2. Il-ħtieġa għal intervent mill-Istat
(142) |
Miżuri ta’ effiċjenza tal-enerġija jindirizzaw l-esternalitajiet negattivi kif imsemmi fil-paragrafu (35) billi joħlqu inċentivi individwali sabiex jinkisbu l-miri ambjentali tal-użu effiċjenti tal-enerġija u tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra. Minbarra fallimenti ġenerali tas-suq identifikati fit-Taqsima 3.2, eżempju wieħed ta’ falliment tas-suq li jista’ jinqala’ fil-qasam tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jikkonċerna miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija fil-bini. Meta wieħed iqis ix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fil-bini, il-benefiċċji ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija, tipikament ma jridx jagħmel tajjeb għalihom sid il-bini li ġeneralment jerfa’ l-kostijiet tar-restawr, imma l-kerrej. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-għajnuna mill-Istat tista’ tkun meħtieġa biex tippromwovi investimenti fl-enerġija sabiex jintlaħqu l-miri tal-EED. |
3.4.3. Effett ta’ inċentiv
(143) |
L-EED timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex jilħqu l-miri inkluż rinnovazzjoni ta’ bini b’effiċjenza fl-enerġija u fil-konsum finali tal-enerġija. Madankollu, l-EED ma timponix fuq l-impriżi miri tal-użu tal-effiċjenza fl-enerġija u dwar dak il-punt mhux se tipprevjeni għajnuna fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija milli jkollha effett ta’ inċentiv. |
(144) |
L-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna se jkun evalwat fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.2.4 ta’ dawn il-Linji Gwida. |
3.4.4. L-adegwatezza tal-għajnuna
(145) |
L-għajnuna mill-Istat tista’ titqies bħala strument xieraq biex tiffinanzja miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija, indipendentement mill-forma li tingħata fiha. |
(146) |
Għall-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija avvanz ripagabbli jista’ jiġi kkunsidrat bħala strument xieraq dwar l-għajnuna mill-Istat b’mod partikolari jekk id-dħul minn miżura ta’ effiċjenza fl-enerġija huwa inċert. |
(147) |
Meta tevalwa l-għajnuna mill-Istat mogħtija b’mod partikolari għall-effiċjenza fl-enerġija fir-rinnovazzjoni ta’ bini, strument finanzjarju stabbilit mill-Istat Membru biex ikunu ffinanzjati x-xogħlijiet ta’ restawr jista’ jitqies bħala strument xieraq għall-għoti tal-għajnuna mill-Istat. |
3.4.5. Proporzjonalità
(148) |
Il-kostijiet eliġibbli huma ddeterminati bħala l-kostijiet ekstra tal-investiment kif stabbiliti f’paragrfu (73). Għall-miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija, jista’ jkun diffiċli li wieħed jistabbilixxi x-xenarju kontrofattwali b’mod partikolari fil-każ ta’ proġetti integrati. Għal dawn il-proġetti, il-Kummissjoni hija miftuħa biex tikkunsidra prokura għad-determinazzjoni tal-kostijiet ekstra kif stabbiliti f’paragrfu (75). |
(149) |
Għandhom japplikaw l-intensitajiet tal-għajnuna kif stipulati fl-Anness 1. |
(150) |
Il-Kummissjoni se tikkunsidra l-għajnuna operatorja għall-effiċjenza tal-enerġija li tkun proporzjonali biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(151) |
Għajnuna operatorja għal impjanti ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja fl-enerġija tista’ tingħata fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet li japplikaw għall-għajnuna operatorja għall-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli kif stabbilit fit-Taqsima 3.3.2.1 u biss:
|
3.5. Għajnuna għal effiċjenza tar-riżorsi u b’mod partikolari għajnuna għall-immaniġġjar tal-iskart
3.5.1. L-effiċjenza tar-Riżorsi
(152) |
L-inizjattiva ewlenija tal-Ewropa 2020 għal “Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi” timmira lejn tkabbir ekonomiku sostenibbli billi tidentifika u toħloq opportunitajiet ġodda ta’ negozju, fost l-oħrajn, permezz ta’ mezzi ta’ produzzjoni, mudelli ta’ negozju u disinn ta’ prodotti ġodda u innovattivi. Hi tispjega kif dan it-tkabbir jista’ jiġi sseparat mill-użu tar-riżorsi u l-impatt ambjentali globali tagħha. |
(153) |
Fallimenti tas-suq kif identifikat fil-paragrafu (35) huma partikolarment rilevanti għall-effiċjenza tar-riżorsi. Barra minn hekk, il-fallimenti tas-suq f’dak il-qasam spiss mhumiex indirizzati minn politika u miżuri oħra, bħal tassazzjoni jew regolamentazzjoni. L-għajnuna mill-Istat tista’, f’każijiet bħal dawn, tkun meħtieġa. |
(154) |
Għal miżuri individwali, l-Istati Membri jridu juru benefiċċji kwantifikabbli f’dan il-qasam ta’ politika, b’mod partikolari l-ammont ta’ riżorsi ffrankati jew kisbiet fl-effiċjenza tar-riżorsi. |
(155) |
Il-Kummissjoni tfakkar fid-dawl tar-rabtiet mill-qrib ma’ mezzi ta’ produzzjoni innovattivi ġodda li miżuri li jippromwovu l-użu effiċjenti tar-riżorsi jistgħu jibbenefikaw, ladarba l-kriterji rilevanti jkunu ssodisfati, minn bonus addizzjonali tal-eko-innovazzjoni msemmija fil-paragrafu (78). |
3.5.2. Għajnuna għall-immaniġġjar tal-iskart
(156) |
B’mod aktar speċifiku, u skont il-prinċipju tal-ġerarkija tal-iskart (imsemmi fil-paragrafu (118)), is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni jidentifika l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart bħala waħda mill-ogħla prijoritajiet tiegħu. L-Istati Membri huma mitluba jistabbilixxu pjanijiet (71) għall-immaniġġjar tal-iskart u għandhom jirrispettaw din il-ġerarkija u jfasslu miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li jkunu koerenti mal-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet. Kunċett ewlieni ieħor li jispira l-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam ambjentali hu “il-prinċipju li min iniġġes iħallas”, deskritt fil-paragrafu (44). |
(157) |
L-għajnuna mill-Istat għall-immaniġġjar tal-iskart, b’mod partikolari l-attivitajiet immirati lejn il-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u ir-riċiklaġġ tal-iskart, tista’ tagħti kontribut pożittiv għall-protezzjoni ambjentali, sakemm ma tinjorax il-prinċipji msemmija fil-paragrafu preċedenti. Dan jinkludi l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ tal-ilma jew minerali li, li kieku jkunu skart li ma jintużax. B’mod partikolari, fid-dawl tal-PPP, impriżi li jiġġeneraw l-iskart m’għandhomx jinħelsu mill-kostijiet tat-trattament tiegħu. Barra minn hekk, it-tħaddim normali tas-suq tal-materjali sekondarji m’għandux jiġi affettwat b’mod negattiv. |
(158) |
Il-Kummissjoni se tikkunsidra għajnuna għall-immaniġġjar tal-iskart biex isservi għal objettiv ta’ interess komuni b’konformità mal-prinċipji tal-immaniġġjar tal-iskart stabbiliti hawn fuq jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin jintlaħqu:
|
(159) |
Għajnuna li, bil-kontra ta’ dak speċifikat fil-paragrafu (158)(a), hija intiża għall-ġestjoni tal-iskart proprju tal-benefiċjarju tkun ivvalutata fuq il-bażi tal-kriterji ġenerali fit-Taqsima 3.2 applikabbli għall-għajnuna għal impriżi li jmorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni jew iżidu l-ħarsien ambjentali fin-nuqqas tal-istandards tal-Unjoni fis-sens tal-paragrafu (25)(c). |
3.6. Għajnuna għall-Ġbir u l-Ħżin tal-Karbonju (CCS)
(160) |
Kif rikonoxxut mid-Direttiva 2009/31/KE (73) (“id-Direttiva CCS”) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-futur tas-CCS fl-Ewropa (74), il-ġbir u l-ħżin tal-karbonju (CCS) hija teknoloġija li tista’ tikkontribwixi biex jittaffa t-tibdil fil-klima. Fit-tranżizzjoni għal ekonomija kompletament b’użu baxx tal-karbonju, it-teknoloġija tas-CCS tista’ tirrikonċilja d-domanda għal fjuwils fossili, mal-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra. F’xi setturi industrijali is-CCS fil-preżent tista’ tirrappreżenta l-unika teknoloġija alternattiva li tista’ tnaqqas l-emissjonijiet relatati mal-proċess fuq l-iskala meħtieġa fit-tul. Minħabba li l-kostijiet tal-ġbir, it-trasport u l-ħażna huma ostakli importanti biex is-CCS taqbad l-art, l-għajnuna mill-Istat tista’ tikkontribwixxi fit-trawwim tal-iżvilupp ta’ din it-teknoloġija. |
(161) |
Sabiex jiġu promossi l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni fit-tul, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għas-CCS tikkontribwixxi għall-objettiv komuni tal-ħarsien ambjentali. |
(162) |
L-Unjoni ħadet diversi inizjattivi sabiex jiġu indirizzati esternalitajiet negattivi. B’mod partikolari l-ETS tal-Unjoni tiżgura l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż tal-emissjonijiet tal-GHG, li madankollu ma jistgħux għalissa jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi fit-tul għad-dekarbonizzazzjoni tal-UE. Il-Kummissjoni tippreżumi l-għajnuna għas-CCS tindirizza residwu ta’ falliment tas-suq, sakemm ma jkollhiex evidenza li tali residwi ta’ falliment tas-suq ma jibqgħux jeżistu. |
(163) |
Mingħajr preġudizzju b’mod partikolari għar-regolamenti tal-Unjoni f’dak il-qasam, il-Kummissjoni tippreżumi l-adegwatezza ta’ għajnuna sakemm il-kundizzjonijiet l-oħra kollha jkunu ntlaħqu. Kemm l-għajnuna operatorja kif ukoll għall-investiment hija permessa. |
(164) |
L-għajnuna tista’ tiġi pprovduta biex tappoġġja l-impjanti tal-enerġija tal-fjuwils fossili (inklużi impjanti mħaddma bil-fjuwils fossili u l-bijomassa kontemporanjament) jew stallazzjonijiet oħra industrijali mgħammra bill-faċilitajiet tal-ġbir, it-trasport u l-ħażna tas-CO2, jew elementi individwali tal-katina tas-CCS. Madankollu, għajnuna biex jiġu sostnuti l-proġetti tas-CCS ma tinkludux għajnuna għal stallazzjoni b’emissjonijiet tas-CO2 (stallazzjonijiet industrijali jew impjanti għall-enerġija) bħala tali, iżda għajnuna għall-kostijiet li jirriżultaw mill-proġett tas-CCS. |
(165) |
L-għajnuna hija limitata għall-kostijiet addizzjonali għall-qbid, trasport u ħżin tas-CO2 rilaxxat. Huwa ġeneralment aċċettat li x-xenarju kontrofattwali jkun jikkonsisti f’sitwazzjoni fejn il-proġett ma jitwettaqx peress li l-użu tas-CCS huwa simili għal infrastruttura addizzjonali li mhijiex meħtieġa biex tiġi mħaddma stallazzjoni. Fid-dawl ta’ dan ix-xenarju kontrofattwali, il-kostijiet eliġibbli huma ddefiniti bħala d-diskrepanza ta’ likwidità. Id-dħul kollu, inkluż pereżempju l-iffrankar tal-kostijiet minn ħtieġa mnaqqsa tal-kwoti tal-ETS, finanzjament NER 300 u l-finanzjament EEPR huma kkunsidrati (75). |
(166) |
Il-Kummissjoni tivvaluta l-effetti ta’ distorsjoni tal-għajnuna fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 3.2.6 bil-kunsiderazzjoni ta’ jekk hemmx xi arranġamenti ta’ skambju tal-għarfien fis-seħħ, jekk l-infrastruttura hix miftuħa għal partijiet terzi u jekk l-appoġġ għal elementi individwali tal-katina tas-CCS għandux impatt pożittiv fuq stallazzjonijiet tal-fjuwil fossili oħra miżmuma mill-benefiċjarju. |
3.7. Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis jew eżenzjonijiet minn taxxi ambjentali u fil-forma ta’ tnaqqis f’appoġġ finanzjarji għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli
3.7.1. Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis jew eżenzjonijiet mit-taxxi ambjentali
(167) |
Taxxi ambjentali huma imposti sabiex iżidu l-kostijiet ta’ mġiba li tagħmel ħsara lill-ambjent, u b’hekk jiskoraġġixxu mġiba bħal din u jżidu l-livell ta’ ħarsien ambjentali. Fil-prinċipju, it-taxxi ambjentali għandhom jirriflettu l-kostijiet ġenerali għas-soċjetà, u bl-istess mod, l-ammont tat-taxxa mħallsa għal kull unità ta’ emissjoni għandu jkun l-istess għad-ditti kollha li jikkawżaw l-emmissjonijiet. Filwaqt li tnaqqis jew eżenzjonijiet mit-taxxi ambjentali jistgħu jaffettwaw ħażin dak l-objettiv (76), madankollu approċċ bħal dan jista’ jkun meħtieġ meta l-benefiċjarji jkunu imqegħdin f’tali żvantaġġ kompetittiv li ma jkunx fattibbli li tiġi introdotta taxxi ambjentali fil-bidu nett. |
(168) |
Fil-fatt, l-għoti ta’ trattament fiskali iktar favorevoli lil ċerti impriżi jista’ jiffaċilita livell ġenerali ogħla ta’ taxxi ambjentali. Għaldaqstant, tnaqqis jew eżenzjonijiet mit-taxxi ambjentali (77), inklużi rifużjonijiet tat-taxxi, jista’ tal-inqas jikkontribwixxi indirettament għal livell ta’ ħarsien akbar ambjentali. Madankollu, l-objettiv ġenerali tat-taxxa ambjentali biex tiskoraġġixxi imġiba li tagħmel ħsara lill-ambjent m’għandux jiddgħajjef. It-tnaqqis mit-taxxi għandu jkun neċessarju u bbażat fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, u l-impriżi kkonċernati għandhom jagħtu kontribut biex tiżdied il-protezzjoni ambjentali. Dak jista’ jinkiseb bl-għoti ta’ ħlas ta’ kumpens f’forma ta’ rifużjonijiet tat-taxxa, fejn l-intrapriżi ma jiġux eżentati mit-taxxa bħala tali iżda jirċievu kumpens annwali fiss għaż-żieda antiċipata fl-ammont ta’ taxxa pagabbli |
(169) |
Il-Kummissjoni tawtorizza biss skemi ta’ għajnuna għal perjodi massimi ta’ 10 snin, li warajh Stat Membru jista’ jirrinotifika l-miżura jekk l-Istat Membru jirrievalwa kemm kienu addattati l-miżuri ta’ għajnuna kkonċernati. |
(170) |
Il-Kummissjoni se tikkunsidra li t-tnaqqis mit-taxxa ma jimminax l-objettiv ġenerali segwit u jikkontribwixxi tal-inqas indirettament għal livell ogħla ta’ protezzjoni ambjentali jekk Stat Membru juri li (i) it-tnaqqis ikunu mmirat tajjeb għall-impriżi li huma l-aktar affettwati minn sehem akbar tat-taxxa u (ii) li rata ogħla ta’ taxxa hija applikabbli b’mod ġenerali milli kieku kien ikun il-każ mingħajr l-eżenzjoni. |
(171) |
Għal dan il-għan il-Kummissjoni ser tivvaluta l-informazzjoni pprovduta minn Stati Membri. Tali informazzjoni għandha tinkludi, minn naħa, is-settur(i) rispettiv(i) jew il-kategoriji ta’ benefiċjarji koperti mill-eżenzjonijiet jew tnaqqis u, min-naħa l-oħra, is-sitwazzjoni tal-benefiċjarji ewlenin f’kull settur ikkonċernat u kif it-tassazzjoni tista’ tikkontribwixxi għall-ħarsien ambjentali. Is-setturi eżentati jridu jkunu deskritti b’mod ċar u għandha tingħata lista tal-ikbar benefiċjarji f’kull settur (b’kunsiderazzjoni b’mod speċjali tal-profitt, l-ishma fis-suq u d-daqs tal-bażi tat-taxxa). |
(172) |
Meta t-taxxi ambjentali jkunu armonizzati, il-Kummissjoni tista’ tapplika approċċ issimplifikat sabiex tivvaluta n-neċessità u l-proporzjonalità tal-għajnuna. Fil-kuntest tad-Direttiva 2003/96/KE (78) (“ETD”), il-Kummissjoni tista’ tapplika approċċ issimplifikat għal tnaqqis fit-taxxa li jirrispetta l-livell minimu tal-Unjoni tat-taxxa. Għat-taxxi ambjentali l-oħra kollha, hemm bżonn ta’ valutazzjoni fil-fond tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-għajnuna. |
Sitwazzjoni 1: Taxxi ambjentali armonizzati
(173) |
Il-Kummissjoni se tikkunsidra għajnuna fl-għamla ta’ tnaqqis tat-taxxa meħtieġa u proporzjonali sakemm (i) il-benefiċjarju jħallas tal-anqas il-livell minimu tat-taxxa tal-Unjoni stipulat mid-Direttiva applikabbli rilevanti; (ii) l-għażla ta’ benefiċjarji hi bbażata fuq kriterji oġġettivi u trasparenti; u (iii) l-għajnuna tingħata fil-prinċipju bl-istess mod għall-kompetituri kollha fl-istess settur jekk ikunu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali simili; |
(174) |
L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis tar-rata tat-taxxa jew bħala ammont ta’ kumpens fiss annwali (rifużjoni tat-taxxa), jew bħala kombinazzjoni tat-tnejn li huma. Il-vantaġġ tal-approċċ ta’ rifużjoni tat-taxxa huwa li l-impriżi jibqgħu skoperti għas-sinjal tal-prezz, li tagħti t-taxxa ambjentali. Meta jintuża, l-ammont ta’ rifużjoni tat-taxxa għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ dejta storika, jiġifieri l-livell tal-produzzjoni, u l-konsum jew it-tniġġis osservat għall-impriża fuq sena ta’ bażi partikolari. Il-livell ta’ rifużjoni tat-taxxa m’għandux imur lil hinn mill-ammont minimu tal-Unjoni ta’ taxxa li tirriżulta għas-sena bażi. |
(175) |
Jekk il-benefiċjarji jħallsu inqas mil-livell minimu ta’ taxxa tal-Unjoni stabbilit bid-Direttiva rilevanti applikabbli, l-għajnuna se tkun stmata fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet għat-taxxi ambjentali mhux armonizzati kif stipulat fil-paragrafi (176)sa (178). |
Sitwazzjoni 2: Taxxi ambjentali mhux armonizzati u sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ taxxi armonizzati
(176) |
Għat-taxxi ambjentali mhux armonizzati l-oħra kollha u fil-każ tat-taxxi armonizzati li jkunu “l isfel mill-livelli minimi tal-Unjoni tal-ETD (ara paragrafu (172) u sabiex tintwera l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-għajnuna, Stat Membru għandi jiddefinixxi biċ-ċar l-ambitu tat-tnaqqis tat-taxxa. Għal dan l-għan, Stat Membru għandu jipprovdi informazzjoni speċifikata fil-paragrafu(171). l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu għajnuna lill-benefiċjarji ta’ għajnuna fil-forma ta’ rifużjoni tat-taxxa, (msemmija fil-paragrafu(174)). Dan l-approċċ jibqa” jesponi l-benefiċjarji tal-għajnuna għas-sinjal tal-prezz li t-taxxa ambjentali hi intiża li tagħti, filwaqt li tiġi llimitata ż-żieda mistennija fl-ammont ta’ taxxa pagabbli. |
(177) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra l-għajnuna bħala neċessarja jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(178) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra l-għajnuna bħala proporzjonata jekk tiġi sodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(179) |
Fil-każ tat-taxxa fuq il-karbonju imposta fuq il-prodotti tal-enerġija użati fil-produzzjoni tal-elettriku, il-fornitur tal-elettriku huwa responsabbli għall-ħlas tat-taxxa. Taxxa fuq il-karbonju bħal din tista’ titfassal b’mod li tappoġġja u tkun marbuta direttament mal-prezz tal-kwoti tal-ETS tal-Unjoni billi tintaxxa l-karbonju. Madankollu, il-prezzijiet tal-elettriku jiżdiedu jekk dawk stijiet jgħaddu għand il-konsumatur tal-elettriku. F’dak il-każ, l-effett tat-taxxa fuq il-karbonju huwa simili għall-effett tal-kostijiet tal-kwota tal-ETS li jgħaddu għand ħaddieħor u jiġu inklużi fil-prezz tal-elettriku, kostijiet indiretti tal-emissjonijiet. |
(180) |
Għalhekk, jekk it-taxxa imsemmija fil-paragrafu (179) hija mfassla b’tali mod li hija marbuta direttament mal-prezz tal-kwoti ETS tal-UE u għandha l-għan li żżid il-prezz tal-kwoti, il-kumpens għal dawk il-kostijiet indiretti ogħla jistgħu jiġu kkunsidrati. Il-Kummissjoni se tikkunsidra l-miżura kompatibbli mas-suq intern biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
3.7.2. Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fil-finanzjament ta’ appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli (81)
(181) |
Il-finanzjament ta’ appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli għalkemm imposti mhux immirat lejn esternalità negattiva u għalhekk ma għandu l-ebda effett ambjentali dirett. Dawk it-tariffi għalhekk huma fundamentalment differenti minn taxxi indiretti fuq l-elettriku stabbiliti fil-paragrafu (167) anke jekk huma jistgħu wkoll jirriżultaw fi prezzijiet tal-elettriku ogħla. Iż-żieda fil-kostijiet tal-elettriku tista’ tkun espliċita permezz ta’ tariffa speċifika li hija imposta fuq il-konsumaturi tal-elettriku b’żieda mal-prezz tal-elettriku jew indiretta permezz ta’ kostijiet addizzjonali li jiffaċċjaw fornituri tal-elettriku minħabba l-obbligi biex jixtru enerġija rinnovabbli li huma sussegwentement jgħaddu lill-konsumaturi tagħhom, il-konsumaturi tal-elettriku. Eżempju tipiku hu x-xiri obbligatorju minn fornituri tal-elettriku ta’ ċertu persentaġġ ta’ enerġija rinnovabbli permezz ta’ ċertifikati ħodor li għalihom il-fornitur mhuwiex ikkumpensat. |
(182) |
Fil-prinċipju u sal-punt li l-kostijiet ta’ finanzjament tal-appoġġ tal-enerġija rinnovabbli jiġu rkuprati minn konsumaturi tal-enerġija, huma għandhom jiġu rkuprati b’mod li ma jiddiskriminawx bejn il-konsumaturi tal-enerġija. Madankollu, jista’ jkun meħtieġ xi tnaqqis immirat f’dawn il-kostijiet biex tiġi żgurata bażi finanzjament suffiċjenti għal appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli u għalhekk jgħin biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija li tiġġedded stabbiliti fil-livell tal-UE (82). Fuq naħa, sabiex jiġi evitat li l-impriżi affettwati b’mod partikolari mill-kostijiet tal-finanzjament tal-appoġġ tal-enerġija rinnovabbli jitpoġġew fi żvantaġġ kompetittiv sinifikanti, l-Istati Membri jista’ jkollhom ix-xewqa li jagħtu kumpens parzjali għal dawn l-kostijiet addizzjonali. Mingħajr tali kumpens il-finanzjament ta’ appoġġ rinnovabbli jista’ ma jkunx sostenibbli, u l-aċċettazzjoni pubblika għat-twaqqif ta’ miżuri ambizzjużi ta’ appoġġ dwar l-enerġija rinnovabbli tista’ tkun limitata. Fuq in-naħa l-oħra, jekk tali kumpens ikun għoli wisq jew mogħti lil wisq konsumaturi tal-elettriku, il-finanzjament ġenerali ta’ appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli jista’ jkun mhedded ukoll u l-aċċettazzjoni pubblika għal appoġġ għall-enerġija rinnovabbli tista’ tkun ugwalment mfixkla u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-kummerċ jistgħu jkunu partikolarment għolja. |
(183) |
Għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għall-kumpens tal-finanzjament ta’ appoġġ ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, il-Kummissjoni se tapplika biss il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima u fit-Taqsima 3.2.7. |
(184) |
Sabiex ikun żgurat li l-għajnuna sservi biex tiffaċilita l-finanzjament ta’ appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-Istati Membri se jkollhom juru li l-kostijiet addizzjonali riflessi fi prezzijiet tal-elettriku ogħla li jiffaċċjaw il-benefiċjarji jirriżultaw biss mill-appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Il-kostijiet addizzjonali ma jistgħux jaqbżu l-fondi ta’ appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli (83). |
(185) |
L-għajnuna għandha tkun limitata għal setturi li huma skoperti (esposti?) għar-riskju għall-pożizzjoni kompetittiva tagħhom minħabba l-kostijiet li jirriżultaw mill-iffinanzjar ta’ appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli bħala funzjoni tal-intensità tal-użu tagħhom tal-elettriku u l-iskopertura tagħhom għall-kummerċ internazzjonali. B’hekk, l-għajnuna tista’ tingħata biss jekk l-impriża taqa’ taħt is-setturi elenkati fl-Anness 3 (84). Din il-lista hija maħsuba biex tintuża biss għal eliġibbiltà għal din il-forma partikolari ta’ kumpens. |
(186) |
Barra minn hekk, sabiex jiġi spjegat il-fatt li ċerti setturi jistgħu jkunu eteroġenji f’termini ta’ intensità fl-użu tal-elettriku, Stat Membru jista’ jinkludi impriża fl-iskema nazzjonali tiegħu li tagħti tnaqqis mill-kostijiet li jirriżultaw minn appoġġ għar-rinnovabbli jekk l-impriża jkollha intensità fl-użu tal-elettriku ta’ mill-inqas 20 % (85) u tkun tappartjeni għal settur b’intensità tal-kummerċ ta’ mill-inqas 4 % fil-livell tal-Unjoni, anke jekk ma tappartjenix għal settur elenkat fl-Anness 3 (86). Għall-kalkolu tal-intensità fl-użu tal-elettriku tal-impriża, għandu jsir użu mill-valuri referenzjarji tal-effiċjenza tal-konsum tal-elettriku għall-industrija fejn disponibbli. |
(187) |
Fi ħdan is-settur eliġibbli, l-Istati Membri għandhom bżonn s jiżguraw li l-għażla ta’ benefiċjarji issir fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji u trasparenti u li l-għajnuna tingħata bħala prinċipju bl-istess mod għall-kompetituri kollha fl-istess settur jekk ikunu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali simili. |
(188) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra l-għajnuna bħala proporzjonali jekk il-benefiċjarji tal-għajnuna jħallsu mill-inqas 15 % tal-kostijiet addizzjonali mingħajr tnaqqis. |
(189) |
Madankollu, minħabba ż-żieda sinifikanti tas-soprataxxi għar-rinnovabbli f’dawn l-aħħar snin, kontribuzzjoni proprja ta’ 15 % ta’ soprataxxa rinnovabbli sħiħa tista’ tmur lil hinn minn dak li jistgħu jifilħu l-impriżi affettwati b’mod partikolari mill-piż. Għalhekk, meta jkun hemm bżonn, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jillimitaw ulterjorment l-ammont tal-kostijiet li jirriżultaw mill-għajnuna ta’ finanzjament għall-enerġija rinnovabbli li titħallas fil-livell tal-impriza ta’ 4 % tal-valur gross miżjud (87) tal-impriża kkonċernata. Għal impriżi li għandhom intensità fl-użu tal-elettriku ta’ mill-anqas 20 %, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont globali li jrid jitħallas sa 0,5 % tal-valur gross miżjud tal-impriża konċernata. |
(190) |
Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jadottaw il-limitazzjonijiet ta’ 4 % u 0,5 % rispettivament tal-valur gross miżjud, dawn il-limitazzjonijiet għandhom japplikaw għal impriżi eliġibbli kollha. |
(191) |
L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jiżguraw li d-dejta tal-valur gross miżjud għall-finijiet ta’ din it-Taqsima tkopri il-kostijiet kollha tax-xogħol rilevanti. |
(192) |
L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis mill-imposti jew bħala ammont ta’ kumpens fiss annwali (rifużjoni tat-taxxa), jew bħala kombinazzjoni tat-tnejn li huma (88). Fejn l-għajnuna titħallas fil-forma ta’ tnaqqis mill-imposti, għandu jkun hemm mekkaniżmu ta’ monitoraġġ ex post sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe pagamenti żejda li jkunu saru fir-rigward tal-għajnuna jitħallsu lura qabel l-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara. Fejn l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ ammont ta’ kumpens annwali fiss, dan għandu jiġi kkalkolat abbażi ta’ dejta storika, jiġifieri livelli osservati tal-konsum tal-elettriku u l-valur gross miżjud f’sena ta’ bażi partikolari. L-ammont ta’ kumpens m’għandux jiżboq l-ammont ta’ għajnuna li l-impriża tkun irċeviet fis-sena bażi, bl-applikazzjoni tal-parametri stipulati f’din it-Taqsima. |
3.7.3. Regoli tranżitorji għal għajnuna mogħtija biex jitnaqqas il-piż relatat mal-appoġġ finanzjarju għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli
(193) |
L-Istati Membri għandhom japplikaw kriterji ta’ eliġibbiltà u proporzjonalità stabbiliti fit-Taqsima 3.7.2. sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019. Għajnuna mogħtija fir-rigward ta’ perjodu qabel dik id-data se titqies kompatibbli jekk jiġu ssodisfati l-istess kriterji. |
(194) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li kull għajnuna mogħtija biex jitnaqqas il-piż relatat mal-appoġġ finanzjarju għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli fir-rigward tas-snin qabel l-2019 tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern sakemm tkun saret b’mod konformi ma’ pjan ta’ aġġustament. |
(195) |
Sabiex tiġi evitata interruzzjoni f’daqqa għal intrapriża individwali, pjan ta’ aġġustament bħal dan għandu jinvolvi aġġustament progressiv għal livelli ta’ għajnuna li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà u proporzjonalità stabbiliti fit-Taqsima 3.7.2. |
(196) |
Sal-punt li l-għajnuna ġiet mogħtija fir-rigward tal-perjodu qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida, il-pjan għandu wkoll jipprevedi l-applikazzjoni progressiva tal-kriterji għal dak il-perjodu. |
(197) |
Sal-punt li għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis jew eżenzjoni mill-piż relatat mal-appoġġ finanzjarju għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli ġiet mogħtija qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida għal impriżi li mhumiex eliġibbli taħt it-Taqsima 3.7.2., tali għajnuna tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli sakemm il-pjan ta’ aġġustament jipprevedi minimu ta’ kontribuzzjoni proprja ta’ 20 % tal-kostijiet addizzjonali tas-soprataxxa mingħajr tnaqqis, li għandha tiġi stabbilita progressivament u mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019. |
(198) |
Il-pjan ta’ aġġustament għandu jikkunsidra l-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha marbuta mal-politika rinnovabbli. |
(199) |
Il-pjan ta’ aġġustament għandu jkun approvat mill-Kummissjoni. |
(200) |
Il-pjan ta’ aġġustament għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida. |
3.8. Għajnuna ta’ investiment għall-infrastruttura tal-enerġija
(201) |
Infrastruttura tal-enerġija moderna hija kruċjali għal suq integrat tal-enerġija, li hi kruċjali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija fl-Unjoni, u biex l-Unjoni tkun f’pożizzjoni li tissodisfa l-għanijiet usa’ tagħha tal-klima u tal-enerġija. Il-Kummissjoni stmat li l-ħtiġijiet totali tal-investiment fl-infrastrutturi tal-enerġija ta’ importanza Ewropea sal-2020 huma ta’ madwar EUR 200 biljun (89). Dik il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tal-infrastruttura meħtieġa biex tippermetti lill-Unjoni tilħaq l-objettivi ewlenin tal-politika li jikkompletaw is-suq intern tal-enerġija, l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista u l-iffaċilitar tal-integrazzjoni ta’ għejun ta’ enerġija rinnovabbli. Fejn l-operaturi tas-suq ma jkunux jistgħu jipprovdu l-infrastruttura meħtieġa, l-għajnuna mill-Istat tista’ tkun neċessarja sabiex jingħelbu l-fallimenti tas-suq u biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-bżonnijiet konsiderevoli ta’ infrastruttura. Dan huwa partikolarment minnu għal proġetti tal-infrastruttura li jkollhom impatt transfruntier jew li jikkontribwixxu għall-koeżjoni reġjonali. Għajnuna għall-infrastruttura tal-enerġija għandha fil-prinċipju tkun għajnuna għall-investiment, inkluż l-immodernizzar u l-aġġornament tagħha. |
3.8.1. Objettiv tal-interess komuni
(202) |
L-infrastruttura tal-enerġija hija prekundizzjoni għal suq tal-enerġija li jiffunzjona. L-għajnuna għall-infrastruttura tal-enerġija għalhekk issaħħaħ is-suq intern tal-enerġija. Hija ttejjeb l-istabbiltà tas-sistema, l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, l-integrazzjoni ta’ sorsi differenti tal-enerġija u l-provvista tal-enerġija f’netwerks sottożviluppati. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-għajnuna għall-infrastruttura tal-enerġija hija ta’ benefiċċju għas-suq intern u b’hekk tikkontribwixxi għall-objettiv tal-interess komuni. |
3.8.2. Il-ħtieġa għal intervent mill-Istat
(203) |
L-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija ta’ spiss huma kkaratterizzati minn fallimenti tas-suq. Falliment tas-suq li jista’ jseħħ fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija huwa relatat ma’ problemi ta’ koordinazzjoni. Interessi diverġenti fost l-investituri, l-inċertezza dwar ir-riżultati kollaborattivi u l-effetti tan-netwerk jistgħu jostakolaw l-iżvilupp ta’ proġett jew it-tfassil effettiv tiegħu. Fl-istess ħin, l-infrastruttura tal-enerġija tista’ tiġġenera esternalitajiet pożittivi sostanzjali, fejn il-kostijiet u l-benefiċċji tal-infrastruttura jistgħu jseħħu assimmetrikament fost id-diversi parteċipanti fis-suq u l-Istati Membri. |
(204) |
Li tindirizza l-fallimenti tas-suq imsemmijin fil-paragrafu (203), l-infrastruttura tal-enerġija hija tipikament soġġetta għal tariffi u regolamentzzjoni ta’ aċċess u għal rekwiżiti ta’ separazzjoni skont il-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija (90). |
(205) |
F’termini ta’ finanzjament, l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat huwa mod kif jingħeleb il-falliment tas-suq barra milli b’mezzi ta’ tariffi tal-utenti obbligatorji. Għalhekk, biex tintwera l-ħtieġa ta’ għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija, japplikaw il-prinċipji deskritti fil-paragrafi (206) u (207). |
(206) |
Il-Kummissjoni tqis li għal Proġetti ta’ Interess Komuni kif definiti fir-Regolament Nru 347/2013 (91), għall-grilji intelliġenti, u għall-investimenti tal-infrastruttura f’żoni megħjuna il-fallimenti tas-suq f’termini ta’ esternalitajiet pożittivi u problemi ta’ koordinazzjoni huma tali li l-finanzjament permezztat-tariffi jista’ ma jkunx biżżejjed u tista’ tingħata għajnuna mill-Istat. |
(207) |
Għal proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija li jaqgħu taħt il-paragrafu (206) u parzjalment jew totalment eżentati mil-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-enerġija, u għal proġetti li ma jaqgħux taħt il-paragrafu (206), il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni każ b’każ tal-ħtieġa għal għajnuna mill-Istat. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-fatturi li ġejjin: (i) sa liema punt falliment tas-suq iwassal għal proviżjoni subottimali tal-infrastruttura meħtieġa; (ii) sa fejn l-infrastruttura hija miftuħa għal aċċess ta’ parti terza u soġġetta għal regolamentazzjoni tariffarja; u (iii) sa liema punt il-proġett jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni. |
(208) |
Għal proġetti ta’ infrastruttura taż-żejt, il-Kummissjoni tippreżumi li ma hemmx ħtieġa għal għajnuna mill-Istat. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat f’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn debitament ġustifikat. |
3.8.3. Adegwatezza
(209) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tariffi (92) huma l-mezz xieraq biex tiffinanzja l-infrastruttura tal-enerġija. Madankollu, fil-każ ta’ Proġetti ta’ Interess Komuni, grilji intelliġenti u investimenti infrastrutturali f’żoni assistiti, għajnuna mill-Istat tista’ titqies strument xieraq biex b’mod parzjali jew sħiħ tiġi ffinanzjata dik l-infrastruttura. F’każijiet bħal dawn, fallimenti tas-suq ta’ spiss ma jippermettux l-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipju li “min juża jħallas” li fuqu huwa bbażat ir-regolament tat-tariffa, pereżempju, minħabba li ż-żieda tat-tariffi biex jiġi ffinanzjat l-investimenti tal-infrastruttura l-ġdida se tkun tant sostanzjali li tgerrex l-investiment jew lil konsumaturi potenzjali li jużaw l-infrastruttura. |
3.8.4. Effett ta’ inċentiv
(210) |
L-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna se jkun evalwat fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.2.4. |
3.8.5. Proporzjonalità
(211) |
L-ammont ta’ għajnuna jrid ikun limitat għall-minimu meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi mfittxija tal-infrastruttura. Għal għajnuna għall-infrastruttura, ix-xenarju kontrofattwali huwa preżunt bħala s-sitwazzjoni li fiha l-proġett ma jseħħx. Il-kost eliġibbli huwa għalhekk diskrepanza ta’ likwidità. |
(212) |
Il-miżuri ta’ għajnuna b’appoġġ tal-infrastruttura m’għandhomx jaqbżu intensità ta’ għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli. |
(213) |
Il-Kummissjoni se titlob lill-Istati Membri biex b’mod ċar jidentifikaw separatament kwalunkwe miżura oħra ta’ għajnuna li tista’ tħalli impatt fuq il-miżuri tal-għajnuna għall-infrastruttura. |
3.8.6. L-evitar ta’ effetti negattivi mhux mixtieqa fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
(214) |
Fid-dawl tar-rekwiżiti eżistenti skont il-leġiżlazzjoni tas-suq intern li hija mmirata lejn it-tisħiħ tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li għajnuna għall-infrastruttura tal-enerġija soġġetta għal regolamentazzjoni tas-suq intern ma għandhiex effetti mhux xierqa ta’ distorsjoni. |
(215) |
Fil-każ tal-infrastruttura b’mod parzjali jew sħiħ eżentata minn leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-enerġija jew mhux soġġetta għaliha u fil-każ ta’ faċilitajiet tal-ħażna tal-gass taħt l-art, il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni każ b’każ tad-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni filwaqt li tqis b’mod partikolari l-grad ta’ aċċess għal partijiet terzi tal-infrastruttura megħjuna, l-aċċess għal infrastruttura alternattiva u s-sehem tas-suq tal-benefiċjarju. |
3.9. Għajnuna għall-adegwatezza tal-ġenerazzjoni
(216) |
B’sehem dejjem akbar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, il-ġenerazzjoni tal-elettriku f’ħafna Stati Membri qed taqleb minn sistema ta’ provvista relattivament stabbli u kontinwa lejn sistema b’fornimenti aktar numerużi u fuq skala żgħira ta’ sorsi varjabbli. Il-bidla tqajjem sfidi ġodda biex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. |
(217) |
Barra minn hekk, il-fallimenti regolatorji u tas-suq jistgħu jikkawżaw investiment insuffiċjenti fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni, pereżempju, f’sitwazzjoni fejn il-prezzijiet bl-ingrossa huma limitati u s-swieq tal-elettriku jonqsu milli jiġġeneraw biżżejjed inċentivi ta’ investiment. |
(218) |
B’riżultat ta’ dan, xi Stati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jiżguraw l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, tipikament billi jagħtu appoġġ lill-ġeneraturi għas-sempliċi disponibilità ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni (93). |
3.9.1. Objettiv tal-interess komuni
(219) |
Miżuri favur l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni jistgħu jitfasslu f’varjetà ta’ modi, fil-forma ta’ investiment u għajnuna operatorja (fil-prinċipju jippremjaw biss l-impenn li jkunu kapaċi jwasslu l-elettriku), u jistghu jsegwu objettivi differenti. Pereżempju, huma jistgħu jimmiraw biex jindirizzaw problemi fuq medda qasira ta’ żmien ġejjin min-nuqqas ta’ kapaċità flessibbli ta’ ġenerazzjoni biex jilħqu ċaqliq f’daqqa fil-produzzjoni varjabbli mir-riħ u mix-xemx, jew jistgħu jiddefinixxu mira għall-adegwatezza tal-ġenerazzjoni li l-Istati Membri jixtiequ jiżguraw irrispettivament minn kunsiderazzjonijiet fuq medda qasira ta’ żmien. |
(220) |
Għajnuna favur l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni tista’ tikkontradixxi l-objettiv tat-tneħħija gradwali tas-sussidji dannużi għall-ambjent inklużi għall-fjuwils fossili. L-Istati Membri għandhom għalhekk primarjament jikkunsidraw modi alternattivi biex jiksbu l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni li ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-objettiv tat-tneħħija gradwali tas-sussidji dannużi ekonomikament jew għall-ambjent, bħall-iffaċilitar tal-ġestjoni mil-lat tad-domanda u jżidu l-kapaċità tal-interkonnessjoni. |
(221) |
L-objettiv preċiż li għalih il-miżura hija mmirata għandha tkun definita b’mod ċar, inkluż meta u fejn mistennija tqum il-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. L-identifikazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-problema tal-adegwatezza għandha tkun konsistenti mal-analizi tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni mwettqa regolarment permezz tan-Netwerk Ewropew tal-Operaturi ta’ Trażmissjoni għall-elettriku skont il-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-enerġija (94). |
3.9.2. Il-ħtieġa għal intervent mill-Istat
(222) |
In-natura u l-kawżi tal-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, u għalhekk il-ħtieġa ta’ għajnuna mill-Istat biex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, għandhom jiġu analizzati sew u kkwantifikati, pereżempju f’termini tan-nuqqas ta’ kapaċità l-aktar intensiva jew kapaċità staġjonali jew il-quċċata tad-domanda fil-każ tal-falliment fuq medda qasira ta’ żmien tas-suq fil-livell tal-operaturi biex jissodisfa d-domanda u l-forniment. L-unità ta’ kejl tal-kwantifikazzjoni għanda tkunu deskritta u jiġi pprovdut il-metodu tal-kalkolu. |
(223) |
L-Istati Membri għandhom juru b’mod ċar ir-raġunijiet għaliex is-suq ma jistax ikun mistenni li jwassal għal kapaċità adegwata fin-nuqqas ta’ intervent, billi jitqiesu l-iżviluppi kontinwi tas-suq u tat-teknoloġija (95). |
(224) |
Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, fost oħrajn u meta applikabbli, l-elementi li ġejjin li għandhom jiġu pprovduti mill-Istat Membru:
|
3.9.3. Adegwatezza
(225) |
L-għajnuna għanda tirrimunera biss is-servizz tad-disponibilità pura pprovdut mill-ġeneratur, jiġifieri, l-impenn li jkun disponibbli biex iwassal l-elettriku u jkun ikkumpensat għal dan, pereżempju f’termini ta’ remunerazzjoni għal kull MW ta’ kapaċità li ssir disponibbli. L-għajnuna ma għandhiex tinkludi kwalunkwe remunerazzjoni għall-bejgħ tal-elettriku, jiġiferi r-remunerazzjoni għal kull MWh mibjugħ. |
(226) |
Il-miżura għandha tkun miftuħa u tipprovdi inċentivi adegwati kemm lil ġeneraturi eżistenti u kemm dawk futuri u għall-operaturi li jużaw teknoloġiji sostitwibbli, bħal reazzjoni min-naħa tad-domanda jew soluzzjonijiet ta’ ħażna. Għaldaqstant, l-għajnuna għandha tiġi kkonsenjata permezz ta’ mekkaniżmu li jippermetti skedi ta’ twettiq potenzjalment differenti li jikkorrispondu maż-żmien meħtieġ biex jitwettqu investimenti ġodda minn ġeneraturi ġodda li jużaw teknoloġiji differenti. Il-miżura għandha tqis ukoll sa liema punt il-kapaċità ta’ interkonnessjoni tista’ tirrimedja kwalunkwe problema eventwali tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. |
3.9.4. Effett ta’ inċentiv
(227) |
L-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna se jkun evalwat fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.2.4 ta’ dawn il-Linji Gwida. |
3.9.5. Proporzjonalità
(228) |
Il-kalkolu tal-ammont ġenerali tal-għajnuna għandu jwassal biex il-benefiċjarji jaqilgħu rata ta’ redditu li tista’ titqies bħala raġonevoli. |
(229) |
Proċess ta’ offerti kompetittiv fuq il-bażi ta’ kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji, li effettivament ikun immirat lejn l-objettiv definit, se jitqies li jwassal għal rati raġonevoli ta’ redditu taħt ċirkostanzi normali. |
(230) |
Il-miżura għandu jkollha mekkaniżmi integrati li jiżguraw li ma jistax ikun hemm qligħ mhux previst. |
(231) |
Il-miżura għandha tkun mibnija b’tali mod li tiżgura li l-prezz imħallas għad-disponibbiltà awtomatikament jxaqleb lejn żero meta l-livell ta’ kapaċità fornut ikun mistenni li jkun biżżejjed biex ilaħħaq mal-livell ta’ kapaċità mitlub. |
3.9.6. L-evitar ta’ effetti negattivi mhux mixtieqa fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
(232) |
Il-miżura għandha tkun imfassla b’mod li tagħmilha possibbli għal kwalunkwe kapaċità li tista’ effettivament tikkontribwixxi għall-indirizzar tal-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni biex tipparteċipa fil-miżura, b’mod partikolari, billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:
|
(233) |
Il-miżura trid:
|
3.10. Għajnuna fil-forma skemi ta’ permessi negozjabbli
(234) |
Jistgħu jiġu stabbiliti skemi ta’ permessi negozjabbli biex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn sustazi li jniġġsu, perezempju biex jitnaqqsu l-emmissjonijiet tan-NOx (98) Jistgħu jinvolvu għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari meta l-Istati Membri jagħtu permessi u benefiċċji b’valur li jkun anqas minn dak tas-suq. Jekk l-ammont globali ta’ permessi mogħtija mill-Istat Membru jkun inqas mill-ħtiġijiet globali mistennija tal-impriżi, l-effett globali fuq il-livell ta’ ħarsien tal-ambjent ikun pożittiv. Fuq il-livell ta’ kull impriża individwali, jekk il-konċessjonijiet mogħtija ma jkoprux it-totalità tal-ħtiġijiet mistennija tal-impriża, din għandha jew tnaqqas it-tniġġis tagħha, u għalhekk tikkontribwixxi għat-titjib tal-livell ta’ ħarsien ambjentali, jew tixtri konċessjonijiet supplimentari fis-suq u b’hekk tħallas korrispettiv għat-tniġġis tagħha. |
(235) |
L-iskemi ta’ permessi negozjabbli huma meqjusa bħala kompatibbli mas-suq intern jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(236) |
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-għajnuna mill-Istat involuta f’skema ta’ permess ta’ tpartit skont il-kriterji li ġejjin:
|
3.11. Għajnuna għar-rilokazzjoni tal-impriżi
(237) |
L-għan tal-għajnuna għall-investiment għar-rilokazzjoni tal-impriżi huwa li joħloq inċentivi individwali sabiex jitnaqqsu esternalitajiet negattivi permezz tar-rilokazzjoni ta’ impriżi li joħolqu tniġġis kbir lejn żoni fejn tali tniġġis jagħmel inqas ħsara, fi kliem ieħor, inqas kostijiet esterni. L-għajnuna tista’ għalhekk tkun ġustifikata jekk ir-rilokazzjoni issir għal raġunijiet ambjentali, iżda għandu jiġi evitat li tingħata għajnuna għar-rilokazzjoni għal kwalunkwe skop ieħor. |
(238) |
L-għajnuna tal-investiment għar-rilokazzjoni tal-impriżi għal siti ġodda għal raġunijiet ta’ ħarsien ambjentali hi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 3.2.4 u 3.2.7 u l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(239) |
Il-benefiċjarju jista’ jkun:
|
(240) |
Sabiex l-ammont ta’ kostijiet eliġibbli jiġi determinat fil-każ tal-għajnuna għar-rilokazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis b’mod partikolari:
|
(241) |
L-intensitajiet tal-għajnuna huma stabbiliti fl-Anness 1. |
4. EVALWAZZJONI
(242) |
Biex ikun żgurat aktar li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni hi limitata, il-Kummissjoni tista’ titlob li ċerti skemi ta’ għajnuna jkunu soġġetti għal limitu ta’ żmien (normalment erba’ snin jew anqas) u għall-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu (28). L-evalwazzjonijiet se jitwettqu għal skemi fejn id-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni tkun partikolarment għolja, jiġifieri li tista’ tirriskja li tirrestrinġi b’mod sinjifikanti jew li tikkawża distorsjoni lill-kompetizzjoni jekk l-implimentazzjoni tagħhom ma tkunx rieżaminata fiż-żmien dovut. |
(243) |
Minħabba l-objettivi tagħha u sabiex ma jkunx hemm piż mhux proporzjonat fuq l-Istati Membri u fuq proġetti ta’ għajnuna iżgħar, dan japplika biss għal skemi ta’ għajnuna b’baġits għall-għajnuna kbar, li jkollhom karatteristiċi ġodda jew meta jkunu previsti bidliet sinifikanti fis-suq, fit-teknoloġija jew fir-regoli. L-evalwazzjoni trid ssir minn espert indipendenti mill-awtorità li tagħti l-għajnuna abbażi ta’ metodoloġija komuni pprovduta mill-Kummissjoni. Għandha ssir pubblika. L-Istat Membru għandu jinnotifika, flimkien ma’ skema ta’ għajnuna, abbozz ta’ pjan ta’ evalwazzjoni, li se jkun parti integrali tal-valutazzjoni tal-iskema mill-Kummissjoni. |
(244) |
Fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna esklużi mill-ambitu tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa esklussivament minħabba l-kobor tal-baġit tagħhom, il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna, bl-eċċezzjoni tal-pjan tal-evalwazzjoni, fuq il-bażi tal-kriterji definiti fir-Regolament minflok il-Linji Gwida preżenti |
(245) |
L-evalwazzjoni trid tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni fil-ħin biex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-estensjoni possibbli tal-iskema tal-għajnuna u fi kwalunkwe każ sa meta tispiċċa. L-ambitu u l-modalitajiet preċiżi ta’ kull evalwazzjoni jkunu definiti fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-iskema tal-għajnuna. Kwalunkwe miżura ta’ għajnuna sussegwenti b’objettiv simili (inkluza kwalunkwe alterazzjoni ta’ skemi msemmija fil-paragrafu (244) trid tieħu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-evalwazzjoni |
5. APPLIKAZZJONI
(246) |
Dawn il-Linji Gwida se jiġu applikati mill-1 ta’ Lulju 2014 u jissostitwixxu l-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent ppubblikati fl-1 ta’ April 2008 (101). Se jkunu applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
(247) |
Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-miżuri ta’ għajnuna kollha li ġew notifikati u li fir-rigward tagħhom hija msejħa tieħu deċiżjoni wara l-applikabilità tagħhom, anki fejn il-proġetti jkunu ġew notifikati qabel dik id-data. Madankollu, għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskemi ta’ għajnuna approvati u notifikati lill-Kummissjoni skont obbligu ta’ notifika individwali ta’ tali għajnuna se tiġi vvalutata taħt il-Linji Gwida li japplikaw għall-iskema ta’ għajnuna approvata li fuqhom hi bbażata l-għajnuna individwali. |
(248) |
Għajnuna ambjentali jew tal-enerġija illegali se tiġi evalwata skont ir-regoli fis-seħħ fid-data li fiha l-għajnuna kienet mogħtija skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-evalwazzjoni ta’ għajnuna illegali mill-Istat (102) bl-eċċezzjoni li ġejja: Għajnuna illegali fil-forma ta’ tnaqqis fl-appoġġ finanzjarju għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli se jiġu vvalutati skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 3.7.2 u 3.7.3. Mill-1 ta’ Jannar 2011, il-pjan ta’ aġġustament previst fil-paragrafu (194) għandu jipprevedi wkoll applikazzjoni progressiva tal-kriterji tat-taqsima 3.7.2 u tal-kontribuzzjoni proprja prevista fil-paragrafu (197). Qabel dik id-data, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna kollha mogħtija fil-forma ta’ tnaqqis fl-appoġġ finanzjarju għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern (103). |
(249) |
Għajnuna individwali mogħtija fil-kuntest ta’ skema ta’ għajnuna illegali tiġi vvalutata taħt il-Linji Gwida li japplikaw għal skema ta’ għajnuna illegali individwali fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna. Jekk il-benefiċjarju ta’ tali għajnuna individwali ikun irċeva konferma minn Stat Membru li se jibbenefika minn għajnuna operattiva biex issostni l-enerġija minn sorsi rinnovabbli u ta’ koġenerazzjoni illegali taħt l-iskema għal perjodu predeterminat, tali għajnuna tista’ tingħata għall-perjodu kollu taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-iskema fil-waqt tal-konferma sal-punt li l-għajnuna hija kompatibbli mar-regoli li japplikaw fiż-żmien tal-konferma. |
(250) |
Il-Kummissjoni b’dan tipproponi lill-Istati Membri, fuq il-bażi tal-Artikolu 108(1), il-miżuri xierqa li ġejjin dwar l-iskemi rispettivi ta’ għajnuna ambjentali eżistenti tagħhom: L-Istati Membri għandhom jemendaw, fejn meħtieġ, tali skemi sabiex iġibuhom konformi ma’ dawn il-Linji Gwida mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2016, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin: Fejn meħtieġ, l-iskemi ta’ għajnuna eżistenti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 (104) dwar l-għajnuna operatorja b’appoġġ ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u ta’ koġenerazzjoni jeħtieġu biss li jiġu adattati skont dawn il-Linji Gwida meta l-Istati Membri jestendu l-iskemi eżistenti tagħhom, iridu jinnotifikawhom mill-ġdid wara li jiskadi l-perjodu ta’ 10 snin jew wara li tiskadi l-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew (105)jibdluhom. Kull meta l-benefiċjarju jkun irċieva konferma minn Stat Membru li se jibbenefika minn għajnuna mill-Istat taħt skema bħal din għal perjodu predeterminat, tali għajnuna tista’ tingħata għall-perjodu kollu taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-iskema fil-waqt tal-konferma. |
(251) |
L-Istati Membri huma mistiedna jagħtu l-approvazzjoni espliċita u bla kundizzjoni tagħhom għall-miżuri xierqa proposti fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fl-assenza ta’ tweġiba, il-Kummissjoni ser tassumi li l-Istat Membru in kwistjoni ma jaqbilx mal-miżuri proposti. |
6. RAPPURTAR U MONITORAĠĠ
(252) |
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (106) u l-emendi sussegwenti tagħhom, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapporti annwali lill-Kummissjoni. |
(253) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżammu rekords dettaljati li jirrigwardaw il-miżuri kollha li jinvolvu l-għoti ta’ għajnuna. Tali rekords iridu jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun stabbilit li l-kundizzjonijiet, fejn applikabbli, rigward il-kostijiet eliġibbli u l-intensità massima ta’ għajnuna permessa jkunu ġew osservati. Dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal għaxar snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna u għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni meta titlobhom. |
7. REVIŻJONI
(254) |
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrevedi jew temenda dawn il-Linji Gwida fi kwalunkwe ħin jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet marbutin mal-politika dwar il-kompetizzjoni jew sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni politiki oħrajn tal-Unjoni u impenji internazzjonali. |
(1) COM(2010) 2020 final tat-3.3.2010.
(2) Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tat-23 April 2009 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136) u Direttiva 2009/28/KE tat-23 April 2009 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
(3) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu mill-2020 sal-2030 (COM(2014) 15 final) tat-22.1.2014.
(4) COM(2011) 21 tas-26.1.2011.
(5) COM(2011) 571 final tal-20.9.2011.
(6) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew mit-23 ta’ Mejju 2013 ikkonfermaw il-ħtieġa li gradwalment jitneħħew is-sussidji li huma ta’ dannu ambjentali jew ekonomiku, inkluż għal fjuwils fossili, biex jiġi ffaċilitat l-investiment f’infrastruttura tal-enerġija ġdida u intelliġenti.
(7) Leġiżlazzjoni oħra bħad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tirrevoka d-Direttivi 2001/77/KE u 203/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16) (“id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli”) tinkludi pereżempju rekwiżiti dwar is-sostenibbiltà tal-bijofjuwils u n-non diskriminazzjoni fl-Artikolu 17(1) - 17 (8) tiegħu.
(8) COM(2010) 639 tas-10.11.2010.
(9) COM(2012) 209 tas-8.5.2012.
(10) B’mod partikolari, dawn il-Linji Gwida huma mingħajr preġudizzju għal-Linji Gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat għall-impriżi ferrovjarji (ĠU C 184, 22.7.2008, p. 13). Il-Linji Gwida Ferrovjarji jippermettu forom differenti ta’ għajnuna, inklużi l-għajnuniet għat-tnaqqis tal-kostijiet esterni tat-trasport ferrovjarju. Tali għajnuna hija koperta mit-Taqsima 6.3 tal-Linji Gwida Ferrovjarji u għandha l-għan li tirrappreżenta l-fatt li t-trasport ferrovjarju jippermetti l-evitar ta’ kostijiet esterni meta mqabbla ma’ mezzi kompetittivi ta’ trasport. Jekk il-kundizzjonijiet kollha tat-Taqsima 6.3 tal-Linji Gwida Ferrovjarji huma ssodisfati u sakemm l-għajnuna tingħata mingħajr diskriminazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna għat-tnaqqis tal-kostijiet esterni.
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).
(12) Ara l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, COM(2011) 804 final.
(13) ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1. Dan huwa validu wkoll għall-qafas li jissostitwixxi l-Linji Gwida tal-2006 li l-validità tagħhom tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013.
(14) L-għajnuna ambjentali ġeneralment tikkawża inqas distorsjoni u hi aktar effettiva jekk tingħata lill-konsumatur/utent ta’ prodotti li jħarsu l-ambjent minflok lill-produttur/manifattur ta’ prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Barra minn hekk, l-użu ta’ tikketti ambjentali u stqarrijiet fuq il-prodotti jista’ jkun mezz ieħor li jippermetti lill-konsumaturi/utenti biex jagħmlu deċiżjonijiet infurmati dwar ix-xiri, u biex tiżdied id-domanda għal prodotti li jkunu favur l-ambjent. Tikketti robusti ambjentali u stqarrijiet ambjentali veritieri meta mfassla tajjeb, b’mod rikonoxxut, mifhum, affidabbli u meqsjusa mill-konsumaturi bħala rilevanti, jistgħu jkunu għodda tajba ħafna biex jiggwidaw u jsawru l-imġiba (tal-konsumatur) lejn għażliet li huma aktar favur l-ambjent. L-użu ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni/tikkettar ta’ reputazzjoni tajba bi kriterji ċari u soġġetta għal verifika esterna (terza) se jkun wieħed mill-iktar modi effettivi għan-negozji biex juru lill-konsumaturi u l-partijiet interessati li huma jissodisfaw standards ambjentali għolja. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni ma tinkludix regoli speċifiċi dwar l-għajnuna għat-tfassil u l-manifattura ta’ prodotti li jħarsu l-ambjent fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida.
(15) Adottata mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Lulju 2001 u kkomunikata lill-Istati Membri bl-ittra ref. SG(2001) D/290869 tas-6 ta’ Awwissu 2001.
(16) Il-Linji Gwida jipprevedu bonus għall-proġetti ta’ eko-innovazzjoni li huma investimenti favorevoli ferm għall-ambjent kif ukoll innovattivi.
(17) ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1
(18) Din l-għajnuna tista’ tiġi ttrattata taħt r-regoli tal-SGEI; ara każijiet SA.31243 (2012/N) u NN8/2009.
(19) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ ażjendi li għandhom diffikultajiet (Community Guidelines on State aid for rescuing and restructuring firms in difficulty) (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).
(20) F’dan ir-rigward ara l-Kawżi konġunti T-244/93TWD Textilwerke Deggendorf GmbH v Commission [1995] ECR II-2265 u l-Avviż mill-Kummissjoni — Lejn implimentazzjoni effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi (ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4).
(21) Konsegwentament, l-istandards jew il-miri stabbiliti fil-livell tal-Unjoni vinkolanti għall-Istati Membri iżda mhux għall-impriżi individwali m’humiex meqjusa bħala standards tal-Unjoni.
(22) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(23) Id-Direttiva (KE) Nru 2009/28 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
(24) Il-kriterji ta’ sostenibbiltà japplikaw ukoll għall-bijolikwidi skont id-Direttiva (KE) Nru 2009/28.
(25) Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza tal-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(26) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.
(27) Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).
(28) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(29) Ir-Rakkommandazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1975 fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kostijiet u l-azzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi dwar il-materja tal-ambjent (ĠU L 194, 25.7.1975, p. 1).
(30) Id-Direttiva 2009/72/KE tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni tas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).
(31) ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1.
(32) Għall-kalkolu tal-limitu tal-kapaċità, il-kapaċità totali tal-unitajiet li hija eliġibbli għall-għajnuna għandha titqies għal kull proġett.
(33) COM(2012)0209 final, tat-8.5.2012.
(34) Ara il-Kawża C-156/98 il-Ġermanja vs il-Kummissjoni [2000] ECR I-6857, paragrafu 78 u l-Kawża C-333/07 Régie Networks vs Rhone Alpes Bourgogne [2008] ECR I-10807, paragrafi 94-116. Ara wkoll, fil-qasam tal-enerġija, l-Kawżi Konġunti C-128/03 u C-129/03 AEM u AEM Torino [2005] ECR I-2861, paragrafi 38 sa 51.
(35) Kawża C-206/06 Essent, [2008] ECR I-5497, paragrafi 40 sa 59. Għall-applikazzjoni tal-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat għall-iskemi taċ-ċertifikati negozjabbli, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009)7085 tas-17.9.2009, għajnuna mill-Istat N 437/2009 - Skema ta’ għajnuna għall-promozzjoni tal-koġenerazzjoni fir-Rumanija (ĠU C 31, 9.2.2010, p. 8) premessi 63 sa 65.
(36) COM(2011)112 final “Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju”; COM(2011) 571 final “Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi”.
(37) COM(2010)639 final “Komunikazzjoni Enerġija 2020”
(38) It-terminu “falliment tas-suq” jirreferi għal sitwazzjonijiet fejn is-swieq, jekk jitħallew għal riħhom, x’aktarx li mhumiex se jipproduċu riżultati effiċjenti.
(39) Eżempji tipiċi ta’ esternalitajiet pożittivi huma azzjonijiet biex tittejjeb aktar il-protezzjoni tan-natura u l-bijodiversità, biex jiġu pprovduti servizzi ta’ ekosistemi jew bħala riżultat ta’ taħriġ ġenerali.
(40) B’mod partikolari, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna għal siti kontaminati tista’ tingħata biss meta min iniġġes - jiġifieri l-persuna responsabbli taħt il-liġi applikabbli f’kull Stat Membru mingħajr preġudizzju għad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (id-Direttiva 2004/35/KE) u regoli rilevanti oħra tal-Unjoni f’din il-kwistjoni - ma jkunx identifikat jew ma jistax jinżamm legalment responsabbli għall-finanzjament tar-rimedju skont il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”.
(41) Madankollu, meta jkun hemm inċertezza kbira fir-rigward tal-kosti u tal-iżviluppi tad-dħul fil-futur, u meta jkun hemm assimetrija qawwija ta’ informazzjoni, jista’ jkun li l-awtorità pubblika tkun tixtieq tadotta wkoll mudelli ta’ kumpens li ma jkunux kompletament ex ante, iżda pjuttost ikunu taħlita ta’ ex ante u ex post (pereżempju billi tuża rkupru ta’ fondi li jippermetti l-kondiviżjoni tal-qligħ mhux antiċipat).
(42) Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(43) Il-vantaġġi tal-produzzjoni li jaffettwaw b’mod negattiv l-effett ta’ inċentiv huma żieda fil-kapaċità, il-produttività, l-effiċjenza jew il-kwalità. Vantaġġi oħra jistgħu jkunu marbuta mal-immaġni tal-prodott jew l-ittikkettar tal-metodi ta’ produzzjoni li jistgħu jaffettwaw negattivament l-effett ta’ inċentiv b’mod partikolari fi swieq fejn hemm pressjoni kompetittiva biex jinżamm livell għoli ta’ ħarsien ambjentali.
(44) Il-valur preżenti nett (“VPN”) ta’ proġett huwa d-differenza bejn il-flussi ta’ flus pożittivi u negattivi matul il-ħajja tal-investiment, imraħħsa sal-valur kurrenti tagħhom (tipikament bl-użu tal-kost tal-kapital) jiġifieri r-rati normali ta’ redditu applikati mill-impriża kkonċernata fi proġetti oħra ta’ investiment ta’ tip simili. Meta dan il-livell ma jkunx disponibbli, l-kost tal-kapital tal-kumpanija kollha kemm hi jew rati ta’ redditu komunement osservati fl-industrija kkonċernata jistgħu jintużaw għal dan l-għan.
(45) Ir-rata ta’ redditu interna (“IRR”) mhijiex ibbażata fuq il-kontabilizzar tal-qligħ f’sena partikolari, imma tqis ix-xmara ta’ flussi ta’ flus futuri li l-investitur jistenna li jirċievi tul il-perjodu kollu ta’ ħajja tal-investiment. Hija definita bħala r-rata ta’ skont li għaliha l-VPN ta’ nixxiegħa ta’ flussi ta’ flus huwa ugwali għal żero.
(46) Pereżempju, ċerti tipi ta’ benefiċċji bħal “immaġni favur l-ambjent” imsaħħa minn investiment ambjentali mhix faċli biex wieħed ikejjilhom.
(47) Għall-miżuri marbuta mar-riabilitazzjoni ta’ siti kkontaminati, l-kostijiet eliġibbli huma ekwivalenti għall-kost tax-xogħol ta’ riabilitazzjoni li minnha trid titnaqqas iż-żieda fil-valur tal-art (ara Anness 2).
(48) Investiment paragunabbli teknikament huwa investiment bl-istess kapaċità ta’ produzzjoni u bil-karatteristiċi tekniċi l-oħrajn kollha (ħlief dawk b’rabta diretta mal-investiment supplimentari għall-ħarsien ambjentali).
(49) Tali investiment ta’ referenza jrid, minn perspettiva kummerċjali, ikun alternattiva kredibbli għall-investiment li qed jiġi vvalutat.
(50) L-innovazzjoni, per eżempju, tista’ tintwera mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ deskrizzjoni preċiża tal-innovazzjoni u tal-kundizzjonijiet tas-suq għall-introduzzjoni jew id-diffużjoni tagħha, li tqabbilha mal-aktar proċessi avvanzati jew l-aktar tekniki ta’ organizzazzjoni avvanzati ġeneralment użati minn impriżi oħra fl-istess industrija
(51) Jekk il-parametri kwantitattivi jistgħu jintużaw sabiex jiġu pparagunati attivitajiet eko-innovattivi ma’ attivitajiet standard li mhumiex innovattivi, “ogħla ferm” tfisser li t-titjib marġinali mistenni minn attivitajiet eko-innovattivi, f’termini ta’ riskju ambjentali jew tniġġis imnaqqas, jew effiċjenza mtejba fl-enerġija jew fir-riżorsi, għandu jkun mill-inqas darbtejn ogħla mit-titjib marġinali mistenni mill-iżvilupp ġenerali ta’ attivitajiet paragunabbli li mhumiex innovattivi.
Fil-każ li l-istrateġija proposta ma tkunx xierqa għal każ speċifiku, jew jekk l-ebda tqabbil kwantitattiv ma jkun possibbli, il-fajl ta’ applikazzjoni għall-għajnuna mill-Istat għandu jkun fih deskrizzjoni dettaljata tal-metodu użat fl-evalwazzjoni ta’ dan il-kriterju biex b’hekk jiżgura standard komparabbli għal dak tal-metodu propost.
(52) Ir-riskju jista’ jintwera minn Stat Membru pereżempju f’termini ta’: il-kostijiet marbuta mal-fatturat tal-impriża, iż-żmien meħtieġ għall-iżvilupp, il-benefiċċji mistennija mill-eko-innovazzjoni fejn għandhom x’jaqsmu l-kostijiet, u probabbiltà ta’ falliment.
(53) F’dawn iċ-ċirkostanzi wieħed jista’ jassumi li l-offerti rispettivi jirriflettu l-benefiċċji possibbli kollha li jistgħu joħorġu mill-investiment addizzjonali.
(54) Pereżempju appoġġ mogħti fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE (ĠU L 290, 6.11.2010, p. 39) (finanzjament NER300) u r-Regolament 2010/1233/UE li jemenda r-Regolament 2009/663/KE (ĠU L 346, 30.12.2010, p. 5) (finanzjament EEPR), Orizzont 2020 jew COSME.
(55) Fejn tingħata l-għajnuna ad hoc, il-limitu huwa determinat bi tqabbil ma’ dejta ta’ industrija tipika ekwivalenti għal limitu ta’ għajnuna notifikabbli b’mod individwali mogħtija fuq il-bażi ta’ skema.
(56) Il-kalkolu tal-kostijiet addizzjonali tal-investiment jista’ ma jkoprix il-benefiċċji kollha, minħabba li l-benefiċċji operattivi ma jitnaqqsux matul il-ħajja tal-investiment. Barra minn hekk, ċerti tipi ta’ benefiċċji, pereżempju dawk marbuta ma’ żieda fil-produttività u żieda fil-produzzjoni b’ħiliet li jibqgħu l-istess, jista’ jagħti l-każ li jkun diffiċli li jiġu kkunsidrati.
(57) Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata fi żmien 6 xhur mid-data tal-għotja (jew, għal għajnuna fil-forma ta’ vantaġġ fiskali, fi żmien sena mid-data ta’ dikjarazzjoni fiskali). F’każ ta’ għajnuna illegali, l-Istati Membri se jkunu meħtieġa li jiżguraw il-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni ex post, għall-inqas fi żmien 6 xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli f’format li jippermetti li jsir tiftix tad-dejta, tkun estratta, u faċilment ppubblikata fuq l-Internet, pereżempju f’format CSV jew XML.
(58) Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 203/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
(59) Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KE (ĠU L 140,5.6.2009, p. 88).
(60) Jeħtieġ li jkun fis-seħħ obbligu ta’ forniment ta’ bijofjuwils fis-suq, inkluż reġim ta’ pieni.
(61) Id-Direttiva Nru 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(62) Il-ġerarkija tal-iskart tikkonsisti f’(a) prevenzjoni, (b) preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, (c) riċiklaġġ, (d) irkupru ieħor, pereżempju l-irkupru tal-enerġija, u (e) rimi. Ara l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart), (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(63) Il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni jiżguraw li l-enerġija rinnovabbli prodotta fi Stat Membru wieħed tista’ tgħodd għall-mira ta’ Stat Membru ieħor.
(64) Il-Kummissjoni tinnota li żewġ każijiet li bħalissa huma pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jkollhom influwenza fuq din il-kwistjoni: Każijiet Konġunti C-204/12, C-205/12, C-206/12, C-207/12, C-208/12 Essent Belgium v Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt u l-Kawża С-573/12 Ålands Vindkraft V Energimyndigheten.
(65) Il-benefiċjarji jistgħu jesternalizzaw ir-responsabbiltajiet ta’ bilanċjar għand kumpaniji oħra f’isimhom, bħal aggregaturi.
(66) Stallazzjonijiet li bdew jaħdmu qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u kienu rċevew konferma tal-għajnuna mill-Istat Membru qabel din id-data jistgħu jingħataw għajnuna fuq il-bażi tal-iskema fis-seħħ fiż-żmien tal-konferma.
(67) L-ebda għajnuna operatorja oħra ma tista’ tingħata lil stallazzjonijiet ġodda li jipproduċu l-elettriku mill-bijomassa li huma esklużi mill-proċess tal-offerti.
(68) Dan jinkludi l-produzzjoni tal-bijogass li għandu l-istess karatteristiċi.
(69) Mekkaniżmi bħal dawn jistgħu pereżempju jobbligaw lill-fornituri tal-elettriku biex iġibu proporzjon partikolari tal-provvisti tagħhom minn sorsi rinnovabbli.
(70) Il-kunċett tal-kostijiet tal-produzzjoni jrid jinftiehem bħala li dawn il-kostijiet huma netti minn kwalunkwe għajnuna imma jinkludu livell normali ta’ profitt.
(71) Id-Direttiva 2008/98/KE, Artikolu 28.
(72) L-ogħla livell tfisser proċess li fih il-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew l-irkupru ta’ prodott ta’ skart għall-manifattura ta’ prodott aħħari jkun prattika normali u ekonomikament profitabbli. Fejn ikun xieraq, il-kunċett ta’ “l-ogħla livell” irid jiġi interpretat mill-perspettiva tat-teknoloġija u s-suq komuni tal-Unjoni.
(73) Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).
(74) COM(2013) 180 final, 27.3.2013
(75) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/EU (ĠU L 290, 6.11.2010, p. 39) (finanzjament NER300) u r-Regolament 2010/1233/UE li jemenda r-Regolament 2009/663/KE (ĠU L 346 30.12.2010, p. 5) (finanzjament EEPR).
(76) F’ħafna każijiet, id-ditti li jibbenefikaw mit-tnaqqis tat-taxxa huma dawk b’imġiba ta’ ħsara l-aktar milquta mit-taxxa.
(77) Wieħed mill-modi sabiex dan iseħħ ikun li jingħata kumpens fl-għamla ta’ krediti tat-taxxa, fejn l-intrapriżi ma jiġuxx eżentati mit-taxxa iżda jirċievu somma ta’ kumpens għaliha.
(78) Id-Direttiva 2003/96/KE li tirristruttura l-qafas tal-Komunità għat-tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51) tiffissa tali livelli minimi ta’ taxxa.
(79) Huwa irrelevanti għal dawn l-għanijiet jekk il-monitoraġġ jitwettaqx minn entità pubblika jew inkella privata.
(80) ĠU C 158, 5.6.2012, p. 4.
(81) Il-leġiżlazzjoni tas-suq intern (id-Direttiva 2009/72/KE tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55), Regolament (KE) Nru 714/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15) u l-kodiċijiet tan-netwerk u glinji wida sussegwenti), ma jagħtux id-dritt ta’ sussidjar reċiproku tal-konsumaturi fi ħdan ir-reġimi tariffarji.
(82) Id-Direttiva (KE) Nru 2009/28 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tistabbilixxi miri vinkolanti dwar ir-rinnovabbli għall-Istati Membri kollha. Qabel dan, id-Direttiva (KE) Nru 2001/77 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-suq intern tal-elettriku diġà tistabbilixxi miri ta’ elettriku rinnovabbli li l-Istati Membri kellhom jirsistu biex jilħqu.
(83) L-aktar mod dirett biex wieħed juri rabta kawżali hi b’referenza għal imposta jew levy fuq il-prezz tal-elettriku li hu dedikat għall-finanzjament ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Mod indirett biex wieħed juri l-kostijiet addizzjonali jkun li jikkalkula l-impatt tal-kostijiet netti ogħla għall-fornituri tal-elettriku miċ-ċertifikati l-ħodor u jikkalkula l-impatt fuq il-prezz tal-elettriku jekk wieħed jassumi li l-kostijiet netti ogħla huma mgħoddija mill-fornitur.
(84) Il-Kummissjoni tqis li dawn ir-riskji jeżistu għal setturi li qed jiffaċċjaw intensità tal-kummerċ ta’ 10 % fil-livell tal-UE meta s-settur ta’ intensità fl-użu tal-elettriku jilħaq 10 % fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, jeżisti riskju simili f’setturi li jiffaċċjaw inqas skopertura għall-kummerċ iżda mill-inqas ta’ 4 % u li għandhom intensità ogħla tal-użu tal-elettriku ta’ mill-inqas 20 % jew li huma ekonomikament simili (eż. minħabba s-sostitwibbiltà). Bl-istess mod, setturi li għandhom intensità tal-użu tal-elettriku ftit aktar inferjuri iżda mill-inqas ta’ 7 % u skopertura għolja ħafna għall-kummerċ ta’ mill-inqas 80 % għandhom jiffaċċjaw l-istess riskju. Il-lista tas-setturi eliġibbli ġiet abbozzata fuq dik il-bażi. Fl-aħħar, is-setturi li ġejjin ġew inklużi għaliex huma simili ekonomikament għas-setturi elenkati u jipproduċu prodotti sostitwibbli (ikkastjar tal-azzar, metalli ħfief u metalli mhux ferrużi bl-iskop ta’ sostitwibbilità mal-ikkastjar tal-ħadid; rkupru ta’ materjal nadif bl-iskop ta’ sostitwibbiltà mal-prodotti primarji inklużi fil-lista).
(85) Id-dettalji ta’ kif l-intensità fl-użu tal-elettriku għal impriża għandha tiġi kkalkulata huma stabbiliti fl-Anness 4.
(86) Dan it-test jista’ jiġi applikat ukoll għal impriżi mis-settur tas-servizzi.
(87) Id-dettalji ta’ kif għandu jiġi kkalkulat il-valur gross miżjud ta’ impriża huma stabbiliti fl-Anness 4.
(88) L-użu ta’ kumpensi annwali fissi (rifużjoni tat-taxxa) għandu l-vantaġġ li kumpaniji eżentati jiffaċċjaw l-istess żieda fil-kost marġinali tal-elettriku (jiġifieri l-istess żieda fil-kost tal-elettriku għal kull MWh ekstra ikkunsmat), u b’hekk jiġu llimitati d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni fi ħdan is-settur.
(89) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Il-ħtiġijiet ta’ investiment infrastrutturali tal-enerġija u r-rekwiżiti ta’ finanzjament, 6.6.2011, SEC(2011)755, p. 2.
(90) Regolamentazzjoni tas-suq intern fil-qasam tal-enerġija b’mod partikolari tinkludi d-Direttiva 2009/72/KE tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55); Id-Direttiva 2009/73/KE tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94); Regolament (KE) Nru 713/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija; Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15); u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36).
(91) Regolament (UE) Nru 347/2013 dwar Linji Gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea.
(92) Il-qafas regolatorju minqux fid-Direttivi tal-Kummissjoni 2009/72/KE u 2009/73/KE jistabbilixxi l-ħsieb wara u l-prinċipji li jirfdu ir-regolamentazzjoni tat-tariffi tal-aċċess u l-użu, li jintużaw minn operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni biex tiffinanzja l-investiment u l-manteniment ta’ infrastruttura bħal din.
(93) Il-Kummissjoni indirizzat speċifikament il-kwistjoni tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni fil-Komunikazzjoni tagħha Twettiq tas-suq intern fl-elettriku u li jsir l-aħjar użu tal-intervent pubbliku tal-5 ta’ Novembru 2013 (C(2013)7243final) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal relatat L-Adegwatezza tal-Ġenerazzjoni fis-suq intern tal-elettriku - gwida dwar interventi pubbliċi SWD(2013) 438 final tal-5 ta’ Novembru 2013.
(94) Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil transfruntier fl-elettriku, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 dwar il-kompiti tal-ENTSO għall-elettriku (ĠU L 211 14.8.2009, p. 15) b’mod partikolari, il-metodoloġija żviluppata mil-ENTSO-E, l-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni, għall-valutazzjonijiet tagħha fil-livell tal-UE tista’ tipprovdi l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni referenza valida.
(95) Żviluppi bħal dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, l-iżvilupp tal-akkoppjament tas-suq, is-swieq tal-istess jum, l-ibbilanċjar tas-swieq u s-swieq tas-servizzi anċillari u l-ħżin tal-elettriku.
(96) Il-Kummissjoni se tqis ukoll pjanijiet relatati mal-applikazzjoni ta’ meters intelliġenti skont l-Anness I tad-Direttiva 2009/72/KE kif ukoll għar-rekwiżiti taħt id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija.
(97) L-iskemi għandhom jiġu aġġustati fil-każ li arranġamenti komuni jkunu adottati biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni transfruntiera f’tali skemi.
(98) Il-Każ C-279/08 P, Commission vs il-Pajjiżi l-Baxxi [2011] ECR I-7671.
(99) Id-Direttiva 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2013/17/UE (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 193).
(100) Id-Direttiva 2012/18/UE tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2010, p. 1).
(101) ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1.
(102) ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.
(103) Il-Kummissjoni tqis li din l-għajnuna ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni għar-raġunijiet li ġejjin. Sal-5 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri kellhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mar-RED, li tintroduċi miri legalment vinkolanti għall-konsum tal-enerġija rinnovabbli. Min-naħa l-oħra, il-kostijiet totali għall-appoġġ tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli baqgħu pjuttost limitati sas-sena 2010, sabiex il-livell ta’ imposti baqgħu relattivament baxxi. Għalhekk, l-ammont ta’ għajnuna mogħtija lil intrapriżi fil-forma ta’ tnaqqis fl-appoġġ finanzjarju għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli baqa’ limitat fil-livell tal-benefiċjarju individwali. Barra minn hekk, kull għajnuna mogħtija minn Diċembru 2008 sa Diċembru 2010 li ma taqbiżx il-EUR 500 000 għal kull impriża x’aktarx li tkun kompatibbli fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Qafas Temporanju tal-Komunità għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-aċċess għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (ĠU C 83, 7.4.2009, p. 1) kif emendat.
(104) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(105) Bidla hija kwalunkwe bidla notifikabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 1(c) tar-Regolament Nru 659/1999.
(106) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 659/1999 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
ANNESS 1
Intensitajiet tal-għajnuna għall-investiment bħala parti mill-ispejjeż eliġibbli
(1) |
L-intensitajiet talgħajnuna li ġejjin huma applikati għall-miżuri ta’ għajnuna ambjentali: |
|
Impriża żgħira |
Impriża ta’ daqs medju |
Impriża kbira |
Għajnuna għal impriżi li jmorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni jew li jżidu l-livell ta’ ħarsien ambjentali fin-nuqqas ta’ standards tal-Unjoni (għajnuna għall-akkwist ta’ vetturi ġodda tat-trasport) |
60 % 70 % jekk eko-innovazzjoni, 100 % jekk proċess ta’ offerti |
50 % 60 % jekk eko-innovazzjoni, 100 % jekk proċess ta’ offerti |
40 % 50 % jekk eko-innovazzjoni, 100 % jekk proċess ta’ offerti |
Għajnuna għal studji ambjentali |
70 % |
60 % |
50 % |
Għajnuna għal adattament bikri għall-istandards tal-Unjoni futuri |
|
|
|
aktar minn 3 snin |
20 % |
15 % |
10 % |
bejn sena (1) u tliet (3) snin qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandard |
15 % |
10 % |
5 % |
Għajnuna għall-ġestjoni tal-iskart |
55 % |
45 % |
35 % |
Għajnuna għal enerġiji rinnovabbli Għajuna għal stallazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni |
65 %, 100 % jekk proċess ta’ offerti |
55 %, 100 % jekk proċess ta’ offerti |
45 %, 100 % jekk proċess ta’ offerti |
Għajnuna għall-effiċjenza enerġetika |
50 %, 100 % jekk proċess ta’ offerti |
40 %, [100] % jekk proċess ta’ offerti |
30 %, 100 % jekk proċess ta’ offerti |
Għajnuna għal tisħin u tkessiħ distrettwali bl-użu ta’ enerġija konvenzjonali |
65 %, 100 % jekk proċess ta’ offerti |
55 %, 100 % jekk proċess ta’ offerti |
45 % 100 % jekk proċess ta’ offerti |
Għajnuna għar-rijabilitazzjoni ta’ siti kontaminati |
100 % |
100 % |
100 % |
Għajnuna għar-rilokazzjoni tal-impriżi |
70 % |
60 % |
50 % |
Għajnuna fil-forma ta’ permessi negozjabbli |
100 % |
100 % |
100 % |
Għajnuna għall-infrastruttura tal-enerġija Infrastruttura tat-tisħin distrettwali |
100 % |
100 % |
100 % |
Għajnuna għas-CCS |
100 % |
100 % |
100 % |
L-intensijiet tal-għajnuna msemmija f’din it-tabella jistgħu jiżdiedu permezz ta’ bonus ta’ 5 % punti f’reġjuni koperti mill-Artikolu 107(3)c jew bonus ta’ 15 % f’reġjuni koperti mill-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat sa massimu ta’ 100 % tal-intensità tal-għajnuna. |
ANNESS 2
Interventi Statali tipiċi
(1) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra xenarji tipiċi ta’ interventi tal-għajnuna mill-Istat sabiex jiżdied il-livell ta’ ħarsien ambjentali jew jissaħħaħ is-suq intern tal-enerġija. |
(2) |
B’mod partikolari, għall-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli fuq il-bażi ta’ xenarju kontrafattwali tiġi pprovduta l-gwida li ġejja: |
Kategorija ta’ għajnuna |
Xenarju kontrafattwali/Kostijiet eliġibbli (1) |
CHP |
Il-kontrofattwali hija sistema konvenzjonali ta’ produzzjoni ta’ elettriku jew tisħin bl-istess kapaċità f’termini ta’ produzzjoni effettiva ta’ enerġija. |
Studji Ambjentali (2) |
Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet tal-istudji. |
Rijabilitazzjoni tas-siti kontaminati |
Il-kostijiet imġarrbin (3) għax-xogħol ta’ rijabilitazzjoni li minnhom jiġi mnaqqas il-valur tal-art (4). |
Impjanti ta’ produzzjoni ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali |
Il-kostijiet tal-investiment għall-bini, l-espansjoni, u t-tiġdid ta’ unità waħda jew aktar ta’ produzzjoni li huma parti integrali tas-sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti. |
L-immaniġjar tal-iskart (5) |
L-investiment ekstra mqabbel mal-kost tal-produzzjoni konvenzjonali li ma tinvolvix l-immaniġġjar tal-iskart bl-istess kapaċità tal-investiment. |
Għajnuna għal min imur lil hinn mill-istandards tal-Unjoni |
Il-kostijiet ta’ investiment ekstra jikkonsistu fil-kostijiet addizzjonali tal-investiment neċessarji biex wieħed imur lil hinn mil-livell tal-protezzjoni ambjentali li jirrikjedu l-istandards tal-Unjoni (6) |
Nuqqas ta’ standards tal-Unjoni jew dawk nazzjonali |
L-investiment ekstra jikkonsisti fil-kostijiet tal-investiment meħtieġa biex jinkiseb livell ta’ ħarsien ambjentali ogħla minn dak li l-impriża jew l-impriżi kkonċernati setgħu jiksbu fin-nuqqas ta’ kwalunkwe għajnuna ambjentali. |
Produzzjoni tal-elettriku RES |
Il-kost tal-investiment ekstra mqabbel mal-kost ta’ impjant tal-enerġija konvenzjonali bl-istess kapaċità f’termini ta’ produzzjoni effettiva ta’ enerġija. |
Tisħin RES |
Il-kost tal-investiment ekstra mqabbel mal-kost ta’ sistema ta’ tisħin konvenzjonali bl-istess kapaċità f’termini ta’ produzzjoni effettiva ta’ enerġija. |
Produzzjoni tal-bijogass li tiġi aġġornata għal livell ta’ gass naturali |
Jekk l-għajnuna hija limitata għat-titjib tal-bijogass, il-kontrofattwalità tikkostitwixxi l-użu alternattiv tal-bijogass (inkluż il-ħruq). |
Bijofjuwils u bijogass li jintużaw għat-trasport |
Fil-prinċipju għandu jintagħżel il-kost ta’ investiment ekstra mqabbel ma’ dak ta’ raffinerija normali, iżda l-Kummissjoni tista’ taċċetta xenarji kontrafattwali alternattivi jekk ikunu debitament iġġustifikati. |
L-użu ta’ prodotti sekondarji tal-industrija |
Jekk il-prodott sekondarju jkun se jinħela sakemm ma jerġax jiġi użat: il-kost eliġibbli huwa l-investiment ekstra meħtieġ biex jintuża l-prodott sekondarju, pereżempju l-iskambjatur tas-sħana fil-każ ta’ ħela ta’ sħana. Jekk ikun hemm bżonn li l-prodott sekondarju jintrema: l-investiment kontrafattwali hu r-rimi tal-iskart. |
Għajnuna marbuta ma’ iskemi ta’ permessi negozjabbli |
Hemm bżonn tintwera proporzjonalità minħabba n-nuqqas ta’ allokazzjoni żejda. |
(1) Il-Kummissjoni tista’ taċċetta xenarji alternattivi kontrafattwali jekk ikunu debitament iġġustifikati mill-Istat Membru.
(2) Dan jinkludi għajnuna għal verifiki dwar l-effiċjenza tal-enerġija.
(3) Il-ħsara ambjentali li għandha tiġi msewwija trid tkopri l-ħsara fil-kwalità tal-ħamrija jew tal-ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ. Il-kostijiet kollha mġarrba minn impriża għar-riabilitazzjoni tas-sit tagħha, kemm jekk din l-ispiża tista’ tidher bħala ass fiss fil-karta bilanċjali tagħha kif ukoll jekk le, jistgħu jiġu kklassifikati bħala investiment eliġibbli fil-każ tar-riabilitazzjoni ta’ siti kkontaminati.
(4) L-evalwazzjonijiet taż-żieda fil-valur tal-art li tirriżulta mir-riabilitazzjoni, iridu jitwettqu minn espert indipendenti.
(5) Dan jikkonċerna l-immaniġġjar tal-iskart ta’ impriżi oħra u jinkludi attivitajiet tal-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru.
(6) Il-kostijiet tal-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħaq il-livell ta’ protezzjoni meħtieġ mill-istandards tal-Unjoni mhuwiex eliġibbli u hemm bżonn li jitnaqqas.
ANNESS 3
Lista (1) ta’ setturi eliġibbli (2) taħt Taqsima 3.7.2
Kodiċi NACE |
Deskrizzjoni |
510 |
Estrazzjoni ta’ faħam iebes mill-minjieri |
729 |
Estrazzjoni ta’ minerali oħra tal-metall mhux ferruż mill-minjieri |
811 |
Qtugħ ta’ ġebel ornamentali u ġebel tal-bini, ġebel tal-franka, ġipsum, ġibs, u lavanja mill-barrieri |
891 |
Estrazzjoni ta’ minerali kimiċi u fertilizzanti mill-minjieri |
893 |
Estrazzjoni ta’ melħ |
899 |
Minjieri u barrieri oħra n.e.c. |
1032 |
Manifattura ta’ meraq tal-frott u tal-ħxejjex |
1039 |
Ipproċessar u ppriservar ieħor ta’ frott u ħxejjex |
1041 |
Manifattura ta’ żjut u xaħmijiet |
1062 |
Manifattura ta’ lamtu u prodotti tal-lamtu |
1104 |
Manifattura ta’ xarbiet iffermentat ieħor mhux distillati |
1106 |
Manifattura ta’ xgħir |
1310 |
Tħejjija u għażil ta’ fibri tat-tessuti |
1320 |
Insiġ ta’ tessuti |
1394 |
Manifattura ta’ ċwiemi, ħbula, spag u xbieki |
1395 |
Manifattura ta’ oġġetti mhux minsuġa u oġġetti oħra magħmula minn oġġetti mhux minsuġa, għajr ilbies |
1411 |
Manifattura ta’ ħwejjeġ tal-ġilda |
1610 |
Serrar u nċanar ta’ njam |
1621 |
Manifattura ta’ folji tal-veneer u pannelli tal-injam |
1711 |
Manifattura ta’ polpa |
1712 |
Manifattura ta’ karta u kartun |
1722 |
Manifattura ta’ oġġetti tad-dar u tal-kamra tal-banju u ta’ ħtiġijiet tat-twaletta |
1920 |
Manifattura ta’ prodotti taż-żejt raffinat |
2012 |
Manifattura ta’ koloranti u pigmenti |
2013 |
Manifattura ta’ kimiċi bażiċi oħra mhux organiċi |
2014 |
Manifattura ta’ kimiċi bażiċi oħra organiċi |
2015 |
Manifattura ta’ fertilizzanti u taħlitiet tan-nitroġenu |
2016 |
Manifattura ta’ plastik f’forom primarji |
2017 |
Manifattura ta’ lasktu sintetiku f’forom primarji |
2060 |
Manifattura ta’ fibri magħmula mill-bniedem |
2110 |
Manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi |
2221 |
Manifattura ta’ platti, folji, tubi u profili tal-plastik |
2222 |
Manifattura ta’ oġġetti tal-ippakkjar magħmula mill-plastik |
2311 |
Manifattura ta’ ħġieġ ċatt |
2312 |
Iffurmar u pproċessar ta’ ħġieġ ċatt |
2313 |
Manifattura ta’ ħġieġ imħaffer |
2314 |
Manifattura ta’ fibri tal-ħġieġ |
2319 |
Manifattura u ipproċessar ta’ ħġieġ ieħor, inkluż oġġetti tal-ħġieġ tekniċi |
2320 |
Manifattura ta’ prodotti rifrattorji |
2331 |
Manifattura ta’ madum u ċangaturi taċ-ċeramika |
2342 |
Manifattura ta’ tagħmir sanitarju taċ-ċeramika |
2343 |
Manifattura ta’ iżolaturi u tagħmir iżolatur taċ-ċeramika |
2349 |
Manifattura ta’ prodotti oħra taċ-ċeramika |
2399 |
Manifattura ta’ prodotti oħra mhux metalliċi n.e.c. |
2410 |
Manifattura ta’ ħadid u azzar bażiċi u ta’ ligi tal-ħadid |
2420 |
Manifattura ta’ tubi, pajpijiet, profili vojta u tagħmir relatat, tal-azzar |
2431 |
Ġbid ta’ vireg bil-kiesaħ |
2432 |
Ġbid ta’ vireg dojoq bil-kiesaħ |
2434 |
Ġbid ta’ wajer bil-kiesaħ |
2441 |
Produzzjoni ta’ metalli prezzjużi |
2442 |
Produzzjoni ta’ aluminju |
2443 |
Produzzjoni ta’ ċomb, żingu u landa |
2444 |
Produzzjoni ta’ ram |
2445 |
Produzzjoni ta’ metall ieħor mhux tal-ħadid |
2446 |
Ipproċessar ta’ fjuwil nukleari |
2720 |
Manifattura ta’ batteriji u kumulaturi |
3299 |
Manifatturar ieħor n.e.c. |
2011 |
Manifattura ta’ gassijiet industrijali |
2332 |
Manifattura ta’ briks, madum u prodotti tal-kostruzzjoni, magħmula mit-tafal moħmi |
2351 |
Manifattura ta’ siment |
2352 |
Manifattura ta’ ġir u ġibs |
2451 /2452 /2453 /2454 |
Funditura ta’ ħadid, azzar, metalli ħfief u metalli oħrajn li ma fihomx ħadid |
2611 |
Manifattura ta’ komponenti elettroniċi |
2680 |
Manifattura ta’ mezzi manjetiċi u ottiċi |
3832 |
Irkupru ta’ materjal magħżul |
(1) Il-Kummissjoni tista’ twettaq rieżami tal-lista fl-Anness 3 fuq il-bażi tal-kriterji li jinsabu fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 89, sakemm il-Kummissjoni tiġi ppreżentata b’evidenza li d-dejta li fuqha huwa bbażat l-Anness inbidlet b’mod sinjifikanti.
(2) Din il-lista, u l-kriterji li hi msejsa fuqhom ma jirrappreżentawx u mhumiex rilevanti għall-pożizzjoni futura tal-Kummissjoni fuq ir-riskju ta’ rilaxx tal-karbonju fir-rigward tal-ETS għall-ħidma fil-kuntest tal-elaborazzjoni ta’ regoli dwar ir-rilaxx tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-qafas tal-politika dwar il-klima u l-enerġija għall-2030.
ANNESS 4
Kalkolu ta’ valur miżjud gross u intensità tal-elettriku fil-livell tal-impriża skont it-taqsima 3.7.2
(1) |
Għall-finijiet tat-taqsima 3.7.2, il-valur gross miżjud (GVA) għall-impriża jfisser valur miżjud gross skont il-kostijiet tal-fattur, li huwa GVA bil-prezzijiet tas-suq bit-tnaqqis ta’ kwalunkwe taxxa indiretta flimkien ma’ kwalunkwe sussidju. Il-valur miżjud skont il-kost tal-fattur jista’ jiġi kkalkulat mill-fatturat, biż-żieda tal-produzzjoni kapitalizzata, flimkien ma’ introjtu operattiv ieħor, biż-żieda jew bit-tnaqqis ta’ bidliet fil-ħażniet, bit-tnaqqis tax-xiri ta’ prodotti u servizzi (1), bit-tnaqqis ta’ taxxi oħrajn fuq prodotti li huma marbuta mal-fatturat iżda li mhumiex deduċibbli, u bit-tnaqqis tat-tariffi u tat-taxxi marbuta mal-produzzjoni. Inkella, jista’ jiġi kkalkulat mis-surplus operattiv gross billi jiġu miżjuda l-kosti marbuta mal-persunal. Id-dħul u l-infiq ikklassifikat bħala finanzjarju jew straordinarju fil-kontijiet tal-kumpanija huwa eskluż mill-valur miżjud. Il-valur miżjud skont il-kost tal-fattur huwa kkalkulat fuq il-livell gross, billi l-aġġustamenti fil-valur (bħalma hu d-deprezzament) ma jitnaqqsux (2). |
(2) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Taqsima 3.7.2, għandha tintuza l-medja tal-artimetika fuq it-tliet snin l-aktar riċenti (3) li għalihom hi disponibbli d-dejta tal-GVA. |
(3) |
Għall-finijiet tat-Taqsima 3.7.2, l-intenstià tal-elettriku ta’ impriża għandha tiġi definita bħala:
|
(4) |
Il-kostijiet tal-elettriku ta’ impriża għandhom jiġu definiti bħala:
|
(5) |
Għall-kalkolu tal-konsum tal-elettriku tal-impriża, għandhom jintużaw il-valuri referenzjarji għall-effiċjenza tal-konsum tal-elettriku għall-industrija fejn disponibbli. Jekk ma tkunx disponibbli, trid tintuża l-medja tal-artimetika fuq it-tliet snin l-aktar riċenti (4) li għalihom id-dejta tkun għadha disponibbli. |
(6) |
Għall-finijiet tas-sottoparagrafu (4)(b), hawn fuq, is-suppożizzjoni tal-prezz tal-elettriku għandha tfisser il-medja tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut tal-elettriku li japplika fl-Istat Membru lil impriżi b’livell simili ta’ konsum tal-elettriku fl-aktar sena riċenti li għaliha d-dejta tkun disponibbli. |
(7) |
Għall-fini tas-sottoparagrafu (4)(b), hawn fuq, il-prezz preżunt tal-elettriku jista’ jinkludi l-kost sħiħ tal-finanzjament tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli li jgħaddi għand l-impriża fl-assenza ta’ tnaqqis. |
(1) Biex jiġi evitat id-dubju, “oġġetti u servizzi” m’għandhomx jinkludu l-kostijiet tal-persunal.
(2) Il-kodiċi 12 15 0 fil-qafas ġuridiku stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istatistika strutturali kummerċjali.
(3) Fil-każ tal-impriżi li ilhom jeżistu għal anqas minn sena, id-dejta projettata tista’ tintuża fl-ewwel sena ta’ operazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni ex-post fi tmiem l-ewwel sena ta’ operazzjoni (“Sena 1”) biex jiġi tivverifikat l-istatus ta’ eliġibilità tal-impriża u l-limitu tal-kostijiet(bħala persentaġġ tal-GVA) li japplika għaliha skont il-paragrafu 189 f’Taqsima 3.7.2. Wara din il-valutazzjoni ex-post, l-Istati Membri għandhom jikkumpensaw lill-kumpaniji jew jirkupraw il-kumpens mogħti, kif xieraq. Għas-Sena 2, għandha tintuża dejta mis-Sena 1. Għas-Sena 3, għandha tintuża l-medja aritmetika tad-dejta għas-Snin 1 u 2. Mis-Sena 4 ‘il quddiem, għandha tintuża l-medja aritmetika tat-tliet snin ta’ qabel.
(4) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti.
ANNESS 5
Is-setturi tal-minjieri u l-manifattura li mhumiex inklużi fil-lista tal-Anness 3 li għandhom intensità kummerċjali ekstra UE ta’ mill-anqas 4 %
Kodiċi NACE |
Deskrizzjoni |
610 |
Estrazzjoni ta’ żejt mhux raffinat |
620 |
Estrazzjoni ta’ gass naturali |
710 |
Estrazzjoni ta’ minerali tal-ħadid mill-minjieri |
812 |
Operazzjoni ta’ fosos taż-żrar u tar-ramel; estrazzjoni ta’ tafal u kawlina mill-minjieri |
1011 |
Ipproċessar u ppriservar ta’ laħam |
1012 |
Ipproċessar u ppriservar ta’ laħam tat-tjur |
1013 |
Produzzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ laħam tat-tjur |
1020 |
Ipproċessar u ppriservar ta’ ħut, krustaċji u molluski |
1031 |
Ipproċessar u ppriservar ta’ patata |
1042 |
Manifattura ta’ marġerina u xaħmijiet simili li jittieklu |
1051 |
Operazzjoni ta’ mħaleb u manifattura ta’ ġobon |
1061 |
Manifattura ta’ prodotti tal-imtieħen tal-qmuħ |
1072 |
Manifattura ta’ biskuttelli u gallettini; manifattura ta’ oġġetti tal-għaġina u pasti ppriservati |
1073 |
Manifattura ta’ mqarrun, taljarini, kuskus u prodotti simili magħmula bid-dqiq |
1081 |
Manifattura ta’ zokkor |
1082 |
Manifattura ta’ ħelu tal-kawkaw, ċikkulata u zokkor |
1083 |
Ipproċessar ta’ te u kafè |
1084 |
Manifattura ta’ kondimenti u ħwawar |
1085 |
Manifattura ta’ ikliet u platti lesti |
1086 |
Manifattura ta’ preparazzjonijiet tal-ikel omoġenizzat u ikel dietetiku |
1089 |
Manifattura ta’ prodotti oħra tal-ikel n.e.c. |
1091 |
Manifattura ta’ għalf għall-annimali tal-irziezet lest |
1092 |
Manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi lest |
1101 |
Distillazzjoni, rettifikazzjoni u taħlit ta’ spirti |
1102 |
Manifattura ta’ inbid mill-għeneb |
1103 |
Manifattura ta’ sidru u nbejjed oħra tal-frott |
1105 |
Manifattura ta’ birra |
1107 |
Manifattura ta’ xarbiet mhux alkoħoliċi; produzzjoni ta’ ilmijiet minerali u ilmijiet oħra tal-flixkien |
1200 |
Manifattura ta’ prodotti tat-tabakk |
1391 |
Manifattura ta’ drappijiet maħduma bil-labar jew bil-ganċ |
1392 |
Manifattura ta’ oġġetti tat-tessuti maħduma, għajr ilbies |
1393 |
Manifattura ta’ twapet u twapet żgħar |
1396 |
Manifattura ta’ tessuti oħra tekniċi u industrijali |
1399 |
Manifattura ta’ tessuti oħra n.e.c. |
1412 |
Manifattura ta’ ħwejjeġ tax-xogħol |
1413 |
Manifattura ta’ ħwejjeġ oħra ta’ fuq |
1414 |
Manifattura ta’ ħwejjeġ ta’ taħt |
1419 |
Manifattura ta’ ħwejjeġ oħra li jintlibsu u aċċessorji |
1420 |
manifattura ta’ oġġetti tal-fer |
1431 |
Manifattura ta’ maljerija maħduma bil-labar u bil-ganċ |
1439 |
Manifattura ta’ lbies ieħor maħdum bil-labar u bil-ganċ |
1511 |
Tiswid u ggumar tal-ġilda; kunzatura u irfinar ta’ fer |
1512 |
Manifattura ta’ bagalji, ħendbegs u oġġetti simili, oġġetti tas-sarraġ u xdud |
1520 |
Manifattura ta’ xdud tas-saqajn |
1622 |
Manifattura ta’ art tal-parkè mmuntata |
1623 |
Manifattura ta’ xogħol ta’ injam ieħor tal-bennejja |
1624 |
Manifattura ta’ kontenituri magħmula mill-injam |
1629 |
Manifatturata’ prodotti oħra tal-injam; manifattura ta’ oġġetti tas-sufra, tiben u materjal għall-immaljar |
1721 |
Manifattura ta’ karta u kartun immewweġ u ta’ kontenituri tal-karti u l-kartun |
1723 |
Manifattura ta’ kartolerija tal-karti |
1724 |
Manifattura ta’ karta tal-ħajt |
1729 |
Manifattura ta’ oġġetti oħra tal-karti u l-kartun |
1813 |
Servizzi bi tħejjija għall-istampar u bi tħejjija għall-midja |
1910 |
Manifattura ta’ prodotti tal-forn tal-kokk |
2020 |
Manifattura ta’ pestiċidi u prodotti oħra agrokimiċi |
2030 |
Manifattura ta’ żebgħa, verniċ u kisi simili, linka tal-istampar u mastiċi |
2041 |
Manifattura ta’ sapun u deterġenti, sustanzi għat-tindif u l-illustrar |
2042 |
Manifattura ta’ fwejjaħ u preparazzjonijiet tat-twaletta |
2051 |
Manifattura ta’ splussivi |
2052 |
Manifattura ta’ kolol |
2053 |
Manifattura ta’ żjut essenzjali |
2059 |
Manifattura ta’ prodotti oħra kimiċi n.e.c. |
2120 |
Manifattura ta’ sustanzi farmaċewtiċi |
2211 |
Manifattura ta’ tajers u tubi tal-lasktu; riġenerazzjoni u rikostruzzjoni ta’ tajers tal-lasktu |
2219 |
Manifattura ta’ prodotti oħra tal-lasktu |
2223 |
Manifattura ta’ oġġetti tal-plastik li jintużaw fil-bini |
2229 |
Manifattura ta’ prodotti oħra ta’ plastik |
2341 |
Manifattura ta’ oġġetti tad-dar u tat-tiżjin magħmula miċ-ċeramika |
2344 |
Manifattura ta’ prodotti oħra tekniċi taċ-ċeramika |
2362 |
Manifattura ta’ prodotti tal-ġibs għall-għanijiet tal-kostruzzjoni |
2365 |
Manifattura ta’ fibra tas-siment |
2369 |
Manifattura ta’ oġġetti oħra tal-konkos, ġibs u siment |
2370 |
Qtugħ, iffurmar u rfinar ta’ ġebel |
2391 |
Produzzjoni ta’ prodotti li joborxu |
2433 |
Iffurmar jew tagħwiġ ta’ taqsimiet bil-kiesaħ |
2511 |
Manifattura ta’ strutturi u partijiet ta’ strutturi tal-metall |
2512 |
Manifattura ta’ bibien u twieqi tal-metall |
2521 |
Manifattura ta’ radjaturi u bojlers tat-tisħin ċentrali |
2529 |
Manifattura ta’ tankijiet, ġibjuni u kontenituri tal-metall oħra |
2530 |
Manifattura ta’ ġeneraturi tal-fwar, għajr bojlers tal-misħun tat-tisħin ċentrali |
2540 |
Manifattura ta’ armi u munizzjon |
2571 |
Manifattura ta’ pożati |
2572 |
Manifattura ta’ serraturi u ċappetti |
2573 |
Manifattura ta’ għodod |
2591 |
Manifattura ta’ tankijiet tal-azzar u kontenituri simili |
2592 |
Manifattura ta’ materjal ħafif għall-ippakkjar |
2593 |
Manifattura ta’ prodotti tal-wajer, katina u molol |
2594 |
Manifattura ta’ ganċijiet u prodotti tal-magni li jinvitaw |
2599 |
Manifattura ta’ prodotti oħra tal-metall iffabbrikat n.e.c. |
2612 |
Manifattura ta’ bordijiet elettroniċi illowdjati |
2620 |
Manifattura ta’ kompjuters u tagħmir periferali |
2630 |
Manifattura ta’ tagħmir għal komunikazzjoni |
2640 |
Manifattura ta’ elettronika ta’ konsum |
2651 |
Manifattura ta’ strumenti u għodod għall-kejl, ittestjar, u navigar |
2652 |
Manifattura ta’ arloġġi tal-idejn u arloġġi |
2660 |
Manifattura ta’ tagħmir għall-irradjazzjoni, elettromediku u elettroterapewtiku |
2670 |
Manifattura ta’ strumenti ottiċi u tagħmir fotografiku |
2680 |
Manifattura ta’ mezzi manjetiċi u ottiċi |
2711 |
Manifattura ta’ muturi tal-elettriku, ġeneraturi u trasformaturi |
2712 |
Manifattura ta’ apparat għat-tqassim u l-kontroll tal-elettriku |
2731 |
Manifattura ta’ kejbils tal-fibrottika |
2732 |
Manifattura ta’ wajers u kejbils oħra elettroniċi u elettriċi |
2733 |
Manifattura ta’ għodod għall-wajers |
2740 |
Manifattura ta’ tagħmir tad-dawl elettriku |
2751 |
Manifattura ta’ apparat domestiku tal-elettriku |
2752 |
Manifattura ta’ apparat domestiku mhux tal-elettriku |
2790 |
Manifattura ta’ tagħmir ieħor elettriku |
2811 |
Manifattura ta’ magni u turbini, għajr inġenji tal-ajru, magni tal-vetturi u tal-muturi |
2812 |
Manifattura ta’ tagħmir idrawliku għall-enerġija |
2813 |
Manifattura ta’ pompi u kumpressuri oħra |
2814 |
Manifattura ta’ viti u valvi oħra |
2815 |
Manifattura ta’ berings, gerijiet, elementi tal-gerijiet u tas-sewqan |
2821 |
Manifattura ta’ fran, fuklari u berners tal-fuklari |
2822 |
Manifattura ta’ tagħmir li jerfa’ u għall-immaniġġar |
2823 |
Manifattura ta’ magni u tagħmir għall-uffiċċji (għajr kompjuters u tagħmir periferali) |
2824 |
Manifattura ta’ għodod tal-idejn li jaħdmu bl-elettriku |
2825 |
Manifattura ta’ tagħmir mhux domestiku għat-tkessiħ u l-ventilazzjoni |
2829 |
Manifattura ta’ magni oħra għal għanijiet ġenerali n.e.c. |
2830 |
Manifattura ta’ magni tal-agrikoltura u tal-forestrija |
2841 |
Manifattura ta’ magni għall-iffurmar tal-metall |
2849 |
Manifattura ta’ għodod oħra tal-magni |
2891 |
Manifattura ta’ makkinarju għall-metallurġija |
2892 |
Manifattura ta’ makkinarju għall-minjieri, il-barrieri u l-kostruzzjoni |
2893 |
Manifattura ta’ makkinarju għall-ipproċessar ta’ ikel, xorb u tabakk |
2894 |
Manifattura ta’ makkinarju għall-produzzjoni ta’ tessuti, lbies u ġilda |
2895 |
Manifattura ta’ makkinarju għall-produzzjoni tal-karta u l-kartun |
2896 |
Manifattura ta’ makkinarju tal-plastik u l-lasktu |
2899 |
Manifattura ta’ makkinarju ieħor għal għanijiet speċjali n.e.c |
2910 |
Manifattura ta’ vetturi bil-mutur |
2920 |
Manifattura ta’ karozzerija għal vetturi bil-mutur; manifattura ta’ trejlers u semitrejlers |
2931 |
Manifattura ta’ tagħmir elettriku u elettroniku għal vetturi bil-mutur |
2932 |
Manifattura ta’ partijiet u aċċessorji oħra għall-vetturi tal-mutur |
3011 |
Bini ta’ dgħajjes u strutturi għal fuq wiċċ l-ilma |
3012 |
Bini ta’ dgħajjes tad-divertiment u tal-isport |
3020 |
Manifattura ta’ lokomottivi tal-ferrovija u materjal ċirkulanti |
3030 |
Manifattura ta’ inġenji tal-ajru u tal-ispazju u makkinarju relatat |
3040 |
Manifattura ta’ vetturi tal-ġlied militari |
3091 |
Manifattura ta’ muturi |
3092 |
Manifattura ta’ roti u siġġijiet bir-roti |
3099 |
Manifattura ta’ tagħmir ieħor għat-trasport n.e.c. |
3101 |
Manifattura ta’ għamara għall-uffiċċji u għall-ħwienet |
3102 |
Manifattura ta’ għamara għall-kċejjen |
3103 |
Manifattura ta’ saqqijiet |
3109 |
Manifattura ta’ għamara oħra |
3211 |
Stampar ta’ muniti |
3212 |
Manifattura ta’ ġojjellerija u oġġetti relatati |
3213 |
Manifattura ta’ ġojjellerija ta’ imitazzjoni u oġġetti relatati |
3220 |
Manifattura ta’ strumenti mużikali |
3230 |
Manifattura ta’ oġġetti tal-isport |
3240 |
Manifattura ta’ logħob u ġugarelli |
3250 |
Manifattura ta’ strumenti u provvisti mediċi u tad-dentistrija |
3291 |
Manifattura ta’ xkupi u xkupilji |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
28.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/56 |
DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-16 ta’ Ġunju 2014
li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew
(2014/C 200/02)
IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 23 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
B’konfomita’ mal-Artikolu 69(2) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (2) (“il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni”), l-ammont massimu ta’ kull xahar li jista’ jitħallas fir-rigward tal-assistenza parlamentari għandu jiġi marbut mal-indiċi skont l-aġġustamenti għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2014 jistipula li l-aġġustament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-2011 u l-2012 huwa 0 % u 0,8 %, rispettivament. Barra minn hekk, bħala parti mill-kompromess politiku dwar ir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni, kien ġie deċiż li r-remunerazzjoni u l-pensjonijiet għas-snin 2013 u 2014 ikunu ffriżati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 33 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4. |
L-ammont massimu kull xahar li jista’ jitħallas fir-rigward tal-membri kollha tal-istaff personali msemmija fl-Artikolu 34 għandu jkun EUR 21 379 b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012.”. |
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
(1) Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad- 9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 159, 13.7.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU L 129, 30.4.2014, p. 12).
Il-Kummissjoni Ewropea
28.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/58 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-27 ta’ Ġunju 2014
(2014/C 200/03)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3620 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
138,09 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4571 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,79965 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,1962 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2162 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,3680 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,459 |
HUF |
Forint Ungeriż |
308,59 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1522 |
RON |
Leu Rumen |
4,3882 |
TRY |
Lira Turka |
2,8944 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4460 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4556 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5573 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5542 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7015 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 380,96 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,4394 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,4689 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5730 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 368,96 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3754 |
PHP |
Peso Filippin |
59,660 |
RUB |
Rouble Russu |
45,8969 |
THB |
Baht Tajlandiż |
44,221 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,9905 |
MXN |
Peso Messikan |
17,7087 |
INR |
Rupi Indjan |
81,8630 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
28.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/59 |
Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198; 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26; ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6; ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8; ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4; ĠU C 118, 17.4.2014, p. 9)
(2014/C 200/04)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
IL-FINLANDJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006
1. Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi
Maħruġa qabel l-1.5.2004:
— |
Pysyvä oleskelulupa (Permess ta’ residenza permanenti) fil-forma ta’ stiker |
Maħruġ mill-1.5.2004sal-31.12.2011:
Il-permessi ta’ residenza huma jew permanenti jew għal terminu ta’ żmien fiss. Il-permessi ta’ residenza għal terminu ta’ żmien fiss jinħarġu għal residenza ta’ natura temporanja (permess ta’ residenza temporanju) jew ta’ natura kontinwa (permess ta’ residenza kontinwa).
— |
Pysyvä oleskelulupa Permess ta’ residenza permanenti fil-forma ta’ stiker li jindika l-ittra P. |
— |
Jatkuva oleskelulupa Permess ta’ residenza kontinwa fil-forma ta’ stiker li jindika l-ittra A. |
— |
Tilapäinen oleskelulupa Permess ta’ residenza temporanja fil-forma ta’ stiker li jindika l-ittra B. |
Maħruġ mill-1.5.2007sal-31.12.2011:
— |
Permess ta’ residenza għal resident fit-tul tal-UE għal ċittadin ta’ pajjiż terz Permess ta’ residenza bil-ittri P-EY |
Maħruġ mill-1.1.2012:
Il-permessi ta’ residenza huma jew permanenti jew għal terminu ta’ żmien fiss. Il-permessi ta’ residenza għal terminu ta’ żmien fiss jinħarġu għal residenza ta’ natura temporanja (permess ta’ residenza temporanju) jew ta’ natura kontinwa (permess ta’ residenza kontinwa).
— |
Pysyvä oleskelulupa Permess ta’ residenza permanenti fil-forma ta’ kard li tindika l-ittra P. |
— |
Jatkuva oleskelulupa Permess ta’ residenza kontinwa fil-forma ta’ kard li tindika l-ittra A. |
— |
Tilapäinen oleskelulupa Permess ta’ residenza temporanja fil-forma ta’ kard li tindika l-ittra B. |
— |
Karta Blu tal-UE Permess ta’ residenza fil-forma ta’ kard bil-kliem “EU:n sininen kortti” |
— |
Permess ta’ residenza għal resident fit-tul tal-UE għal ċittadin ta’ pajjiż terz Permess ta’ residenza fil-forma ta’ kard bl-ittri P-EY (maħruġ sat-30.9.2013) |
Maħruġ mill-1.10.2013:
Permess ta’ residenza ta’ resident fit-tul tal-UE għal ċittadin ta' pajjiż terz
Permess ta’ residenza fil-forma ta’ kard bl-ittri P-UE
2. Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza
— |
Erityinen henkilökortti A, B, C ja D diplomaatti- ja konsuliedustuston sekä kansainvälisen järjestön Suomessa olevan toimielimen henkilökuntaan kuuluvalle ja hänen perheenjäsenelleen (Karta tal-identità speċjali maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin lil persunal diplomatiku, l-istaff amministrattiv, tekniku u ta’ servizz, inklużi l-membri tal-familji tagħhom, u lill-persuni fis-servizz privat tal-persunal u tal-kostruzzjoni, lill-persuni li jwettqu xogħol ta’ tiswija jew ta’ manutenzjoni f’missjonijiet. Il-karta tal-identità tindika li “Din il-kard tawtorizza r-residenza fil-Finlandja”) |
— |
Oleskelulupa diplomaattileimaus, oleskelulupa virkaleimaus tai oleskelulupa ilman erityismerkintää (Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker maħruġ lil persuni msemmija hawn fuq mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, immarkati “diplomaattileimaus” (diplomatiċi) jew “virkaleimaus” (servizz) jew bl-ebda indikazzjoni dwar l-istatus) |
Maħruġ mill-1.5.2004sad-29.4.2007:
— |
Pysyvä oleskelulupa (Permess ta’ residenza permanenti fil-forma ta’ kard maħruġ lil membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE u ż-ŻEE li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi) |
Maħruġ mill-30.4.2007:
— |
Oleskelukortti Permess ta’ residenza maħruġ lill-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE u taż-ŻEE li huma ċittadini-ta’ pajjiżi terzi. Dritt ta’ residenza permanenti (“PYSYVÄ/PERMANENT”), jew dritt ta’ residenza għal terminu fiss (perjodu ta’ validità indikat) |
L-ITALJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 216, 22.7.2011
1.a |
Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 kif emendat, validi minn tliet xhur sa massimu ta’ ħames snin, għal waħda minn dawn ir-raġunijiet:
|
1.b |
Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi kif previst fir-Regolament KE Nru 1030/2002, kif emendat, b’validità permanenti:
|
2. Permessi ta’ residenza f’forma stampata
2.a |
Permessi ta’ residenza f’forma stampata, maħruġa f’format ġdid skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, validu għal perjodu massimu ta’ tliet xhur, għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
Fil-15 ta’ Ottubru 2013, l-Italja adottat permess ta’ residenza ġdid f’forma stampata biex jissostitwixxi dak użat bħalissa. |
2.b |
Il-permess ta’ residenza preċedenti f’forma stampata għadu parti ta’ dan l-Anness biss għal dawn il-każijiet:
|
(1) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.
28.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/62 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Revoka tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-ajru skedati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 200/05)
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
||||||
Rotta kkonċernata |
Dundee lejn l-Ajruport ta’ Heathrow Dundee lejn l-Ajruport ta’ Gatwick Dundee lejn l-Ajruport ta’ Luton Dundee lejn l-Ajruport ta’ London City Dundee lejn l-Ajruport ta’ Southend |
||||||
Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku |
L-1 ta’ April 2014 |
||||||
Data tar-revoka |
Id-9 ta’ Ġunju 2014 |
||||||
Indirizz minn fejn jista’ jinkiseb it-test, u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu ta’ servizz pubbliku |
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
|
28.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/63 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2014/C 200/06)
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi Sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
27.3.2014 f’nofsillejl (24:00) |
Tul ta’ żmien |
28.3.2014–31.12.2014 |
Stat Membru |
Il-Greċja |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
BFT/AE45WM |
Speċi |
Tonna (Thunnus Thynnus) |
Żona |
L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
07/TQ43 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
28.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/64 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7255 — BSPIH / KFG / Flint)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 200/07)
1. |
Fid-19 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Broad Street Principal Investments Holdings, LP (“BSPIH”, l-Istati Uniti tal-Amerika) bażikament ikkontrollata minn The Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u KFG Investment, LLC (“KFG”, l-Istati Uniti tal-Amerika); kumpanija ta’ investiment bażikament ikkontrollata minn Koch Industries, Inc. (“Koch Industries”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Flint Group GmbH (“Flint”, il-Ġermanja) kollha kemm hi permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma: — għal Goldman Sachs: investiment bankarju globali, ġestjoni ta’ titoli u investiment, — għal Koch Industries: manifattura, kummerċ u servizzi f’diversi industriji, bħall-produzzjoni ta’ fjuwil, petrokimiċi u asfalt; tħaddim tal-pipelines u kummerċ fiż-żejt u komoditajiet oħra; manifattura ta’ polpa, karta u l-ippakkjar; prodotti tal-bini u kimiċi; intermedjarji kimiċi, polimeri u fibri; fertilizzanti; il-proċess u t-tagħmir ta’ kontroll u teknoloġiji tat-tniġġis; u ranching, — għal Flint: manifattur globali u fornitur ta’ inka għall-istampar u prodotti oħra tal-istampar. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7255 — BSPIH / KFG / Flint, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.