ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 192

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
21 ta' Ġunju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 192/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7260 — CPPIB/G&M/Enagas/Tecgas) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 192/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2014 li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 192/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 192/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7222 — Enercon Independent Power Producer/Gothaer Leben Renewables/Skogberget Vind) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

2014/C 192/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7181 — BNP Paribas Fortis/Bank Gospodarki Żywnościowej) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7260 — CPPIB/G&M/Enagas/Tecgas)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 192/01

Fis-16 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7260. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

21.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Ġunju 2014

li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

2014/C 192/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, il-kwalità xjentifika għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri hija wkoll indispensabbli.

(2)

Il-mandat ta’ seba’ membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2014.

(3)

Il-lista ppreżentata mill-Kummissjoni ġiet eżaminata bil-ħsieb li jinħatru seba’ membri ġodda tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni u fid-dawl tal-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew. L-għan huwa li jiġu żgurati l-ogħla standard ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ għarfien espert rilevanti, per eżempju fil-ġestjoni u l-amministrazzjoni pubblika, u d-distribuzzjoni ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fi ħdan l-Unjoni.

(4)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jeħtieġ li erbgħa mill-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità għandu jkollhom esperjenza f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi u interessi oħra fil-katina alimentari. Il-mandat ta’ tliet membri tal-Bord ta’ Ġestjoni b’tali esperjenza jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2014 u dawk il-membri għandhom għalhekk jiġu sostitwiti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma maħtura bħala membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2014sat-30 ta’ Ġunju 2018:

Stella CANNA MICHAELIDOU

Iñaki EGUILEOR

Jan MOUSING (2)

Raymond O’ROURKE (3)

András SZÉKÁCS

Robert Van GORCOM

Pieter VANTHEMSCHE (4)

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. KARASMANIS


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Esperjenza f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw interessi oħra fil-katina alimentari.

(3)  Esperjenza f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi.

(4)  Esperjenza f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw interessi oħra fil-katina alimentari.


Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Ġunju 2014

2014/C 192/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3588

JPY

Yen Ġappuniż

138,68

DKK

Krona Daniża

7,4561

GBP

Lira Sterlina

0,79750

SEK

Krona Żvediża

9,1490

CHF

Frank Żvizzeru

1,2169

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3420

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,433

HUF

Forint Ungeriż

305,71

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1606

RON

Leu Rumen

4,3953

TRY

Lira Turka

2,9121

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4456

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4694

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5322

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5623

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6990

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 386,93

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5523

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,4600

HRK

Kuna Kroata

7,5750

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 266,76

MYR

Ringgit Malażjan

4,3801

PHP

Peso Filippin

59,465

RUB

Rouble Russu

46,6935

THB

Baht Tajlandiż

44,097

BRL

Real Brażiljan

3,0331

MXN

Peso Messikan

17,6787

INR

Rupi Indjan

81,7909


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7222 — Enercon Independent Power Producer/Gothaer Leben Renewables/Skogberget Vind)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 192/04

1.

Fit-13 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha: l-impriża Enercon Independent Power Producer GmbH (il-Ġermanja), li hija proprjetà tal-Grupp Ġermaniż Enercon, u l-impriża Gothaer Leben Renewables GmbH (il-Ġermanja), li hija proprjetà tal-Grupp ta’ Assigurazzjoni Ġermaniż Gothaer, jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriza Skogberget Vind AB (“Skogberget”, l-Isvezja), permezz tax-xiri ta’ ishma. Skogberet hija diġà bħaliisa kkontrollata minn Enercon Independent Power Producer GmbH.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   il-Grupp Enercon: il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija mir-riħ,

—   il-Grupp ta’ Assigurazzjoni Gothaer: joffri assigurazzjoni fuq il-ħajja, għall-mard, u fuq l-oġġetti,

—   Skogberget: il-ġenerazzjoni tal-elettriku permezz ta’ impjanti tar-riħ fit-Tramuntana tal-Isvezja, kif ukoll il-kummerċjalizzazzjoni tal-elettriku f’livel ta’ bejgħ bl-ingrossa.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bin-numru ta’ referenza M.7222 — Enercon Independent Power Procuder/Gothaer Leben Renewables/Skogberget Vind bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika (COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu), jew bil-posta fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate General for Competition

Merger Registry

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


21.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7181 — BNP Paribas Fortis/Bank Gospodarki Żywnościowej)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 192/05

1.

Fis-16 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-intrapriża Fortis SA/NV (“BNPP Fortis”, il-Belġju), bażikament ikkontrollata minn BNP Paribas SA (“BNPP”, Franza), takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-impriża Bank Gospodarki Żywnościowej S.A (“BGŻ”, il-Polonja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

—   għal BNP Paribas: attiva fil-qasam tal-operazzjonijiet bankarji tal-konsumatur, korporattiv u investiment, il-qasam bankarju, is-servizzi finanzjarji offruti lill-klijenti korporattivi, entitajiet pubbliċi u istituzzjonijiet finanzjarji, b’mod globali,

—   għal BGŻ: bank Pollakk ikkwotat fil-borża li joffri firxa ta’ servizzi bankarji u finanzjarji. Din il-kumpanija tispeċjalizza fl-iffinanzjar fis-settur tal-ikel u l-agrikoltura, u ta’ infrastruttura reġjonali u hija attiva biss fil-Polonja.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza COMP/M.7181 — BNP Paribas Fortis/Bank Gospodarki Żywnościowej, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.