ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 188

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
20 ta' Ġunju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2014/C 188/01

Rakkomandazzjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/13) (ippreżentata mill-Bank Ċentrali Ewropew)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 188/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Kriterji għall-analiżi tal-kompatibilità mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 188/03

Rata tal-kambju tal-euro

13

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 188/04

Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit dwar id-Direttiva Nru 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi ( 1 )

14

2014/C 188/05

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

16


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 188/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.7242 — Cargill/Copersucar/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 188/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

18

2014/C 188/08

Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006, tad-Dokument Uniku dwar denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika rreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92

24


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

20.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/1


Rakkomandazzjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2014/13)

(ippreżentata mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(2014/C 188/01)

MEMORANDUM SPJEGATTIV

I.   INTRODUZZJONI

Fit-23 ta’ Novembru 1998, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (1). Skont l-Artikolu 107(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità, il-BĊE preċedentement ippreżenta r-Rakkomandazzjoni BĊE/1998/10 (2) lill-Kunsill. Wara dan, il-BĊE ippreżenta wkoll ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2008/9 (3) li ppreċediet l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 951/2009 (4). Huwa għalhekk xieraq illi tiġi segwita l-istess proċedura kif preżentment stipulat fl-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li jiddaħħlu l-emendi proposti fir-Regolament (KE) Nru 2533/98.

II.   KUMMENTI DWAR L-ARTIKOLI

L-użu ta’ tagħrif statistiku għat-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji

Biex jiġi mminimizzat il-piż tar-rapportar, u biex ikun meħtieġ li d-dejta tinġabar darba biss, skont l-Artikolu 8(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) huma preżentement awtorizzati jużaw tagħrif statistiku kunfidenzjali għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom fil-qasam tas-superviżjoni. Għandu jiġi speċifikat illi l-BĊE, li permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (5) ġew assenjati lilu funzjonijiet speċifiċi fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istess bħall-BĊNi li lilhom ġew assenjati funzjonijet speċifiċi fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali, jista’ juża tagħrif statistiku kunfidenzjali għat-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet.

Fl-istess waqt, għandu jiġi kkjarifikat illi t-trażmissjoni ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali bejn il-membri tas-SEBĊ u awtoritajiet oħra tal-Istati Membri u tal-Unjoni responsabbli għal (a) is-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet, swieq u infrastrutturi finanzjarji, u (b) l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja lill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) tista’ sseħħ biex tappoġġja l-kompiti rispettivi. L-awtoritajiet jistgħu jinkludu, inter alia, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni u s-sorveljanza makroprudenzjali, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (6), il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, kif ukoll awtoritajiet awtorizzati biex ixolju istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Rakkomandazzjoni għal

“REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5.4 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni,

Waqt li jaġixxi skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 41 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (7) huwa element ewlieni fil-qafas legali li jappoġġa l-kompiti tal-ġbir ta’ tagħrif statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali. Il-BĊE konsistentement straħ fuq dan ir-Regolament biex iwettaq u jimmonitorja l-ġbir ra’ tagħrif statistiku meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluż il-kompitu tal-kontribut għat-tmexxija mingħajr xkiel ta’ politiki segwiti mill-awtoritjiet kompetenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif speċifikat fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (8) jassenja kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni u l-Istati Membri individwali.

(3)

Biex jiġi mminimizzat il-piż tar-rapportar fuq l-aġenti tar-rapportar u biex ikun possibbli t-twettiq tajjeb tas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet, swieq u infrastrutturi finanzjarji assenjat lill-awtoritajiet kompetenti kollha, kif ukoll it-twettiq tajjeb tal-kompiti assenjati lil awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, huwa meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2533/98 jiġi emendat sabiex ikunu possibbli t-trażmissjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku miġbur mis-SEBĊ bejn il-membri tas-SEBĊ u l-awtoritajiet relevanti. Dawn l-awtoritajiet għandhom jinkludu l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, swieq u inrastrutturi u għas-sorveljanza makro-prudenzjali, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (9), il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku kif ukoll awtoritajiet awtorizzati biex ixolju istituzzjonijiet ta’ kreditu.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi speċifiċi

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafu 1, punt (d) huwa sostitwit bit-test li ġej u qiegħed jiżdied il-punt (e) li ġej:

‘(d)

fir-rigward tal-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali, jekk dan it-tagħrif statistiku jintuża fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali,

(e)

fir-rigward tal-banek ċentrali nazzjonali skont l-Artikolu 14.4 tal-Istatut, għat-twettiq ta’ kompiti li mhumiex dawk speċifikati fl-Istatut.’

2.

Fil-paragrafu 4, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(a)

sal-punt u fil-livell ta’ dettall meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ imsemmija fit-Trattat jew kompiti fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali assenjati lill-membri tas-SEBĊ; jew’

3.

Qiegħed jiżdied il-paragrafu 4a li ġej:

‘4a.

Is-SEBĊ tista’ tittrażmetti tagħrif statistiku kunfidenzjali lil awtoritajiet jew korpi tal-Istati Membri u tal-Unjoni responsabbli għas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, swieq u infrastrutturi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni u lill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) sal-punt u fil-livell ta’ dettall meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom. Kwalunkwe trażmissjoni ulterjuri minn hemm 'il quddiem trid tkun awtorizzata b’mod espliċitu mill-membru tas-SEBĊ li jkun ġabar it-tagħrif statistiku kunfidenzjali.’

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi [data].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.”

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Marzu 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8).

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/1998/10 għal Regolament tal-Kunsill (KE) dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 246, 6.8.1998, p. 12).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2008/9 għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 251, 3.10.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 951/2009 tad-9 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 269, 14.10.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(6)  L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huma l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(9)  L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huma l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/4


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Kriterji għall-analiżi tal-kompatibilità mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni

(2014/C 188/02)

1.   INTRODUZZJONI

1.

Din il-Komunikazzjoni tipprovdi gwida dwar il-valutazzjoni, skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, tal-finanzjament ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (important projects of common European interest, IPCEIs).

2.

L-IPCEIs jistgħu jirrappreżentaw kontribut importanti ħafna għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-kompetittività għall-industrija u l-ekonomija tal-Unjoni fid-dawl tal-effetti ta’ riperkussjoni pożittivi fuq is-suq intern u s-soċjetà tal-Unjoni.

3.

L-IPCEIs jagħmluha possibbli li jiġbru flimkien għarfien, kompetenzi, riżorsi finanzjarji u atturi ekonomiċi minn madwar l-UE, biex jingħelbu nuqqasijiet sistemiċi jew tas-suq importanti u sfidi soċjetali li li kieku ma jkunux jistgħu jiġu indirizzati. Huma maħsuba biex jiġbru flimkien lis-settur privat u dak pubbliku biex isiru proġetti fuq skala kbira li jipprovdu benefiċċji sinifikanti lill-Unjoni u liċ-ċittadini tagħha.

4.

L-IPCEIs jistgħu jkunu rilevanti għall-politiki u l-azzjonijiet kollha li jissodisfaw l-għanijiet Ewropej komuni, b’mod partikolari fir-rigward tal-objettivi Ewropa 2020 (1), l-inizjattivi emblematiċi tal-Unjoni u l-oqsma ewlenin għat-tkabbir ekonomiku bħat-Tekonoloġiji Ewlenin ta’ Appoġġ (2) (KETs).

5.

L-inizjattiva tal-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat (SAM) (3) titlob li l-għajnuna mill-Istat tkun diretta lejn għanijiet ta’ interess Ewropew komuni b’konformità mal-prijoritajiet tal-aġenda Ewropa 2020, biex tindirizza n-nuqqasijiet fis-suq jew nuqqasijiet sistemiċi importanti oħrajn li jxekklu l-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi u l-iżvilupp ta’ suq intern integrat, dinamiku u kompetittiv. L-introduzzjoni ta’ IPCEIs spiss titlob parteċipazzjoni sinifikanti mill-awtoritajiet pubbliċi peress li li kieku s-suq ma jiffinanzjax proġetti bħal dawn. F’każ li l-finanzjament pubbliku ta’ dawn il-proġetti jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi r-regoli applikabbli sabiex ikun żgurat li jinżammu l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern.

6.

Regoli dwar il-finanzjament pubbliku tal-IPCEIs diġà jinsabu fil-Qafas RŻI (4) u fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent (5) li jipprovdu gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat). Is-SAM tikkostitwixxi opportunità tajba biex taġġorna u tikkonsolida l-gwida eżistenti f’dokument wieħed sabiex tiġi konformi mal-għanijiet ta’ Ewropa 2020 u l-miri tas-SAM u tiġi estiża għal oqsma oħra fejn tista’ tapplika wkoll. Din il-Komunikazzjoni b’hekk tieħu post kull dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-IPCEI. B’dan il-mod, din il-Komunikazzjoni tipprovdi lill-Istati Membri gwida dedikata u li tolqot oqsma differenti bl-għan li tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ proġetti kollaborattivi importanti li jippromwovu l-interess Ewropew komuni.

7.

L-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jistipula li għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti fuq skala kbira ta’ interess komuni Ewropew tista’ tkun kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern. Għaldaqstant, din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi gwida dwar il-kriterji li se tapplika l-Kummissjoni għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi l-eżekuzzjoni tal-IPCEIs. L-ewwel hija tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u mbagħad tipprovdi lista ta’ kriterji li l-Kummissjoni se tuża biex tivvaluta n-natura u l-importanza ta’ dawn il-proġetti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. Hija mbagħad tispjega kif il-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibilità tal-finanzjament pubbliku tal-IPCEIs skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

8.

Din il-Komunikazzjoni ma teskludix il-possibilità li għajnuna li tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ IPCEIs jistgħu jinstabu wkoll li jkunu kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattat, l-iktar l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu. Il-qafas tal-għajnuna mill-Istat bħalissa qed jiġi modernizzat bil-ħsieb li joffri lill-Istati Membri iktar possibilitajiet biex tissussidja proġetti importanti li jsewwu nuqqasijiet tas-suq u sfidi ta’ koeżjoni f’oqsma differenti sabiex jiġu promossi tkabbir sostenibbli u impjiegi. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu ma jindirizzawx għalkollox ir-rilevanza, l-ispeċifiċitajiet u l-karattarestiki tal-IPCEIs, li jistgħu jirrikjedu eliġibilità ddedikata, kompatibilità u dispożizzjonijiet proċedurali, li huma stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni.

2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

9.

Il-Kummissjoni tapplika għall-IPCEIs fis-setturi kollha tal-attività ekonomika.

10.

Din il-Komunikazzjoni ma tapplikax għal:

(a)

miżuri li jinvolvu għajnuna mill-impriżi f’diffikultà, kif definit mil-linji gwida ta’ salvataġġ u ristrutturazzjoni (6) jew kull linji gwida suċċessuri tagħhom, kif emendati jew sostitwiti;

(b)

miżuri li jinvolvu għajnuna lil impriżi li jkunu suġġetti għal ordni ta’ rkupru pendenti wara d-Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tkun iddikjarat l-għajnuna bħala waħda illegali u inkompatibbli mas-suq intern;

(c)

miżuri ta’ għajnuna li fihom infushom, minħabba l-kundizzjonijiet mehmuża magħhom jew il-metodu ta’ finanzjament tagħhom, jinvolvu ksur indiviżibbli tal-liġi tal-Unjoni (7), b’mod partikolari:

miżuri ta’ għajnuna fejn l-għoti ta’ għajnuna jkun suġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju jkollu l-kwartieri tiegħu fl-Istat Membru rilevanti jew li jkun stabbilit b’mod predominanti f’dak l-Istat Membru,

miżuri ta’ għajnuna fejn l-għoti ta’ għajnuna huwa suġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju juża oġġetti prodotti nazzjonalment jew servizzi nazzjonali,

miżuri ta’ għajnuna li jillimitaw il-possibbiltà li l-benefiċjarju jisfrutta r-riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fi Stati Membri oħrajn.

3.   KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ

11.

Fid-determinazzjoni ta’ jekk il-proġett jaqax taħt l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, japplikaw il-kriterji li ġejjin:

3.1.   Definizzjoni ta’ proġett

12.

Il-proposta għal għajnuna tikkonċerna proġett uniku li jkun iddefinit b’mod ċar fir-rigward tal-għanijiet tiegħu kif ukoll it-termini tal-implimentazzjoni tiegħu inklużi l-parteċipanti u l-finanzjament tiegħu (8).

13.

Il-Kummissjoni tista’ tqis ukoll bħala eliġibbli “proġett integrat”, jiġifieri, grupp ta’ proġetti uniċi inkorporati fi struttura, pjan direzzjonali jew programm komuni, bl-istess għan u bbażati fuq approċċ sistemiku koerenti. Il-komponenti individwali tal-proġett integrat jistgħu jirrelataw ma’ livelli separati tal-katina ta’ provvista imma jridu jkunu komplementari u neċessarji għall-kisba tal-għan importanti Ewropew (9).

3.2.   Interess Ewropew komuni

3.2.1.   Kriterji kumulattivi ġenerali

14.

Il-proġett irid jikkontribwixxi b’mod konkret, ċar u identifikabbli għal għan tal-Unjoni jew iktar u jrid ikollu impatt sinifikanti fuq il-kompetittività tal-Unjoni, it-tkabbir sostenibbli, l-indirizzar tal-isfidi soċjetali jew il-ħolqien ta’ valur madwar l-Unjoni.

15.

Il-proġett irid jirrappreżenta kontribuzzjoni importanti għall-għanijiet tal-Unjoni, pereżempju billi jkun ta’ importanza ewlenija għall-istrateġija Ewropa 2020, iż-Żona Ewropea tar-Riċerka, l-istrateġija Ewropea għall-KETs (10), l-Istrateġija tal-Enerġija għall-Ewropa (11), il-qafas tal-2030 għal politiki għall-klima u l-enerġija (12), l-Istrateġija tas-Sigurtà fl-Enerġija (13), l-Istrateġija tal-Elettronika għall-Ewropa, in-netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport u l-Enerġija, l-inizjattivi emblematiċi tal-Unjoni bħall-Unjoni tal-Innovazzjoni (14), l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (15), l-Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi (16), jew il-Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni (17).

16.

Il-proġett irid normalment jinvolvi iktar minn Stat Membru wieħed (18) u l-benefiċċji tiegħu jridu jkunu jmorru lil hinn mill-konfini tal-Istat Membru finanzjatur u jestendu għal parti wiesgħa tal-Unjoni. Il-benefiċċji tal-proġett iridu jkunu definiti b’mod ċar, konkret u identifikabbli (19).

17.

Il-benefiċċji tal-proġett ma jridux ikunu limitati għall-impriżi jew għas-settur ikkonċernat imma għandhom ikunu ta’ rilevanza u applikazzjoni usa’ għall-ekonomija jew is-soċjetà Ewropea permezz ta’ effetti konsegwenzjali pożittivi (bħall-effetti sistemiċi fuq livelli multipli tal-katina tal-valur, jew fuq is-swieq upstream jew downstream, jew użi alternattivi f’setturi oħrajn jew trasferimenti modali) li jkunu definiti b’mod ċar, b’mod konkret u identifikabbli.

18.

Il-proġett irid jinvolvi kofinanzjament mill-benefiċjarju.

19.

Il-proġett irid jirrispetta l-prinċipju tal-eliminazzjoni gradwali ta’ sussidji ta’ dannu ambjentali, kif imfakkar fil-Pjan Direzzjonali għal Użu Effiċjenti tar-Riżorsi (20) kif ukoll f’bosta konklużjonijiet tal-Kunsill (21).

3.2.2.   Indikaturi pożittivi ġenerali

20.

Minbarra l-kriterji kumulattivi fit-Taqsima 3.2.1, il-Kummissjoni se tieħu approċċ iktar favorevoli meta:

(a)

il-proġett ikun ġie maħsub sabiex ikun possibbli għall-Istati Membri interessati kollha biex jipparteċipaw, fir-rigward tat-tip ta’ proġett, l-għan tiegħu u l-bżonnijiet ta’ finanzjament tiegħu;

(b)

it-tfassil tal-proġett ikun jinvolvi lill-Kummissjoni jew lil kull entità ġuridika li l-Kummissjoni tkun iddelegatilha setgħatha, bħal pereżempju l-Bank Ewropew tal-Investiment;

(c)

l-għażla tal-proġett tkun tinvolvi lill-Kummissjoni jew lil kull entità ġuridika li l-Kummissjoni tkun iddelegatilha setgħatha, sakemm din l-entità tkun qed taġixxi biss għal dak il-għan bħala struttura ta’ implimentazzjoni;

(d)

l-istruttura tal-gvern tal-proġett tkun tinvolvi lill-Kummissjoni – jew lil kull entità ġuridika li l-Kummissjoni tkun iddelegatilha setgħatha – u bosta Stati Membri;

(e)

il-proġett ikun jinvolvi interazzjonijiet kollaborattivi importanti f’termini tal-għadd ta’ sħab, l-involviment tal-għaqdiet ta’ setturi differenti, jew l-involviment ta’ impriżi ta’ daqsijiet differenti;

(f)

il-proġett jinvolvi kofinanzjament mill-fondi tal-Unjoni (22).

3.2.3.   Kriterji speċifiċi

21.

Il-proġetti RŻI jridu jkunu ta’ natura innovattiva maġġuri jew jikkostitwixxu valur miżjud importanti f’termini ta’ RŻI meta mqabbel mal-aqwa fis-settur ikkonċernat.

22.

Il-proġetti li jinkludu użu industrijali jridu jippermettu żvilupp ta’ prodott jew servizz ġdid b’kontenut għoli ta’ riċerka u innovazzjoni u/jew l-użu ta’ proċess ta’ produzzjoni fundamentalment innovattiv. L-aġġornamenti regolari mingħajr dimensjoni ta’ faċilitajiet eżistenti u l-iżvilupp ta’ verżjonijiet ġodda ta’ prodotti eżistenti ma jikkwalifikawx bħala IPCEI.

23.

Proġetti ambjentali, tal-enerġija u tat-trasport iridu jew ikunu ta’ importanza kbira għall-istrateġija ambjentali, tal-enerġija, inkluża s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, jew tat-trasport tal-Unjoni jew jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-suq intern, inklużi dawk is-setturi speċifiċi imma mhux limitat għalihom.

3.3.   L-importanza tal-proġett

24.

Sabiex jikkwalifika bħala IPCEI, proġett irid ikun importanti kemm fil-kwantità u kemm fil-kwalità. Huwa għandu jkun jew ta’ daqs jew ta’ kamp ta’ applikazzjoni partikolarment kbir u/jew jimplika livell konsiderevolment għoli ta’ riskju teknoloġiku jew finanzjarju.

4.   KRITERJI TA’ KOMPATIBILITÀ

25.

Fil-valutazzjoni tal-kompatibilità mas-suq intern tal-għajnuna għall-promozzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ IPCEI fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, il-Kummissjoni se tqis il-kriterji li ġejjin (23).

26.

Il-Kummissjoni se tagħmel test ta’ bilanċjament, biex tivvaluta jekk l-effetti pożittivi mistennija jaqbżux l-effetti negattivi possibbli kif stabbilit hawn taħt.

27.

Fid-dawl tan-natura tal-proġett, il-Kummissjoni tista’ tqis li l-preżenza ta’ nuqqas tas-suq jew nuqqasijiet sistemiċi importanti oħrajn, kif ukoll il-kontribut għal interess Ewropew komuni, tkun preżunta meta l-proġett ikun jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti fit-Taqsima 3.

4.1.   Il-ħtieġa għall-għajnuna u l-proporzjonalità tagħha

28.

L-għajnuna ma tridx tissussidja l-ispejjeż ta’ proġett li impriża xorta waħda kien ikollha u ma tridx tikkumpensa r-riskju normali tan-negozju ta’ attività ekonomika. Mingħajr l-għajnuna r-realizzazzjoni tal-proġett għandha tkun impossibbli, jew għandha tkun irrealizzata f’daqs iżgħar jew kamp ta’ applikazzjoni iżgħar jew b’mod differenti li jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-benefiċċji mistennija minnu (24). L-għajnuna titqies bħala proporzjonali biss jekk l-istess riżultat ma jkunx jista’ jinkiseb b’inqas għajnuna.

29.

L-Istat Membru jrid jipprovdi informazzjoni adegwata lill-Kummissjoni dwar il-proġett megħjun flimkien ma’ deskrizzjoni komprensiva tax-xenarju kontrofattwali li jikkorrispondi għal sitwazzjoni fejn ma tingħata l-ebda għajnuna minn l-ebda Stat Membru. Ix-xenarju kontrofattwali jista’ jikkonsisti fin-nuqqas ta’ proġett alternattiv jew fi proġett alternattiv suffiċentement prevedibbli u kjarament definit meqjus mill-benefiċjarju fit-teħid tad-deċiżjonijiet interni tiegħu, u jista’ jkun relatat ma’ proġett alternattiv li jseħħ kompletament jew parzjalment barra mill-Unjoni.

30.

Fin-nuqqas ta’ proġett alternattiv, il-Kummissjoni tivverifika li l-ammont ta’ għajnuna ma jkunx jaqbeż il-minimu meħtieġ biex il-proġett megħjun ikun profittabbli biżżejjed, pereżempju billi jsir possibbli li jinkiseb IRR li jikkorrispondi għall-punt ta’ riferiment speċifiku jew rata ta’ ostaklu tas-settur jew ditta. Rati normali ta’ qligħ meħtieġa mill-benefiċjarju fi proġetti ta’ investiment oħra simili, l-ispiża tal-kapital tagħha bħala entità jew ir-redditu li jiġi osservat normalment fl-industrija konċernata jistgħu jintużaw ukoll għal din il-fini. L-ispejjeż u l-benefiċċji mistennija rilevanti kollha jridu jitqiesu matul il-ħajja tal-proġett.

31.

Il-livell massimu ta’ għajnuna se jkun iddeterminat fir-rigward tal-lakuna ta’ finanzjament identifikata b’rabta mal-ispejjeż eliġibbli. Jekk tkun iġġustifikata mill-analiżi tad-diskrepanza tal-likwidità, l-intensità tal-għajnuna tista’ tlaħħaq sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli. Id-diskrepanza tal-likwidità tirreferi għad-differenza bejn il-flussi ta’ flus pożittivi u negattivi matul il-ħajja tal-investiment, imraħħsa sal-valur kurrenti tagħhom fuq il-bażi ta’ fattur ta’ traħħis xieraq li jirrifletti r-rata ta’ redditu neċessarja għall-benefiċjarju biex iwettaq il-proġett l-iktar fid-dawl tar-riskji involuti. L-ispejjeż eliġibbli huma dawk stipulati fl-Anness (25).

32.

Fejn jintwera, pereżempju permezz ta’ dokumenti ta’ kumpanija interna, li l-benefiċjarju tal-għajnuna għandu għażla ċara bejn li jwettaq proġett megħjun jew proġett alternattiv mingħajr għajnuna, il-Kummissjoni tqabbel il-valuri attwali netti mistennija tal-investiment fil-proġett megħjun u fil-proġett kontrofattwali, filwaqt li tqis il-probabbiltajiet tax-xenarji kummerċjali differenti li jseħħu.

33.

Fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni tqis l-elementi li ġejjin:

(a)    l-ispeċifikazzjoni tal-bidla intenzjonata : trid tiġi speċifikata sew il-bidla fl-imġiba li hija mistennija tirriżulta mill-għajnuna mill-Istat, jiġifieri jekk hijiex se twassal għal proġett ġdid, jew jekk humiex se jittejbu d-daqs, il-kamp ta’ applikazzjoni jew il-veloċità tal-proġett mill-Istat Membru. Il-bidla fl-imġiba trid tiġi identifikata billi jitqabbel xi jkun ir-riżultat mistenni u l-livell ta’ attività intenzjonat bl-għajnuna u mingħajrha. Id-differenza bejn iż-żewġ xenarji turi l-impatt tal-miżura tal-għajnuna u l-effett ta’ inċentiv tagħha;

(b)    livell ta’ profitabilità : meta proġett, fih innifsu, ma jkunx ta’ profitt biżżejjed biex tidħol għalih impriża privata, iżda jkun jiġġenera benefiċċji importanti għas-soċjetà, hemm iktar probabilità li l-għajnuna jkollha effett ta’ inċentiv.

34.

Sabiex ikunu indirizzati d-distorsjonijiet effettivi jew potenzjali diretti jew indiretti tal-kummerċ internazzjonali, il-Kummissjoni tista’ tqis il-fatt li, direttament jew indirettament, il-kompetituri li jinsabu barra mill-Unjoni jkunu rċevew (fl-aħħar tliet snin) jew ikunu se jirċievu, għajnuna ta’ intensità ekwivalenti għal proġetti simili. Madankollu, meta minħabba n-natura partikolari tas-settur ikonċernat id-distorsjonijiet tal-kummerċ internazzjonali x’aktarx li jseħħu wara aktar minn tliet snin, il-perjodu ta’ referenza jista’ jiġi estiż b’mod korrispondenti.Jekk ikun possibbli, l-Istat Membru kkonċernat jipprovdi lill-Kummissjoni b’biżżejjed informazzjoni biex jippermettilha tivvaluta s-sitwazzjoni, b’mod partikolari l-ħtieġa li jitqies il-vantaġġ kompetittiv li għandu kompetitur f’pajjiż terz. Jekk il-Kummissjoni ma jkollhiex evidenza rigward l-għajnuna mogħtija jew proposta, hija tista’ tibbaża d-deċiżjoni tagħha wkoll fuq evidenza ċirkostanzjali.

35.

Fil-ġbir tal-evidenza, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat investigattivi tagħha (26).

36.

L-għażla tal-istrument ta’ għajnuna trid issir fid-dawl tan-nuqqas tas-suq jew ta’ nuqqasijiet sistemiċi importanti oħrajn li qed jipprova jindirizza. Pereżempju, meta l-problema sottostanti tkun nuqqas ta’ aċċess għal finanzjament, l-Istati Membri għandhom normalment jirrikorru għal għajnuna fil-forma ta’ sostenn tal-likwidità, bħal self jew garanzija (27). Meta jkun meħtieġ ukoll li impriża tingħata wkoll ċertu grad ta’ kondiviżjoni tar-riskju, l-istrument ta’ għajnuna magħżul normalment għandu jkun avvanz li jitħallas lura. Strument ta’ għajnuna li titħallas lura ġeneralment jitqies bħala indikatur pożittiv.

37.

L-għanijiet tas-sigurtà tal-enerġija u l-effiċjenza fl-enerġija jridu jitqiesu fl-analiżi fejn ikunu rilevanti.

38.

Il-Kummissjoni tqis b’mod iktar favorevoli proġetti li jkunu jinkludu kontribut sinifikanti mill-benefiċjarji stess jew minn investituri privati indipendenti. Kontribuzzjoni ta’ assi tanġibbli u intanġibbli, kif ukoll art, għandhom ikunu vvalutati bil-prezz tas-suq.

39.

L-għażla tal-benefiċjarji permezz ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva, trasparenti u nondiskriminatorja titqies bħala indikatur pożittiv.

4.2.   Prevenzjoni ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u test ta’ bilanċjament

40.

L-Istat Membru għandu jipprovdi evidenza li l-miżura ta’ għajnuna proposta tikkostitwixxi strument politiku xieraq biex jindirizza l-għan tal-proġett. Miżura ta’ għajnuna ma titqiesx xierqa jekk strumenti ta’ politika li joħolqu inqas distorsjoni jew tipi ta’ strumenti ta’ għajnuna li joħolqu inqas distorsjoni jistgħu jiksbu l-istess riżultat.

41.

Biex l-għajnuna tkun kompatibbli, l-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jkunu limitati u inferjuri għall-effetti pożittivi f’dak li jikkonċerna l-kontribut għall-għan tal-interess Ewropew komuni.

42.

Fl-ivvalutar tal-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna, il-Kummissjoni tiffoka l-analiżi tagħha fuq l-impatt prevedibbli li l-għajnuna jista’ jkollha fuq il-kompetizzjoni bejn l-impriżi fis-swieq tal-prodott ikkonċernat, inklużi s-swieq li jiġu qabel u wara fil-katina tal-produzzjoni, u fuq ir-riskju ta’ kapaċità eċċessiva.

43.

Il-Kummissjoni se tivvaluta r-riskju ta’ esklużjoni mis-suq u d-dominanza fis-suq, b’mod partikolari f’każ ta’ nuqqas jew disseminazzjoni limitata ta’ riżultati tar-riċerka. Proġetti li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ infrastruttura (28) jridu jiżguraw aċċess miftuħ u nondiskriminatorju għall-infrastruttura u prezzijiet mhux diskriminatorji (29).

44.

Il-Kummissjoni se tivvaluta l-effetti negattivi potenzjali fuq il-kummerċ inkluż ir-riskju ta’ tellieqa tas-sussidji bejn l-Istati Membri li tista’ tiġri speċjalment fir-rigward tal-għażla tal-post.

4.3.   Trasparenza

45.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni li ġejja fuq websajt komprensiva dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell nazzjonali jew reġjonali:

(a)

it-test tal-miżura ta’ għajnuna u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha, jew ħolqa għalih;

(b)

l-identità tal-awtorità jew awtoritajiet li taw l-għajnuna;

(c)

l-identità tal-benefiċjarju individwali, il-forma u l-ammont tal-għajnuna lil kull benefiċjarju, id-data tal-għoti, it-tip ta’ impriża (SME/impriża kbira); ir-reġjun fejn jinsab il-benefiċjarju (fil-livell NUTS II); u s-settur ekonomiku prinċipali fejn għandha l-attivitajiet tagħha l-impriża benefikanti (fil-livell tal-grupp NACE). (30)

46.

Dan ir-rekwiżit jista’ jitneħħa fir-rigward ta’ għotjiet ta’ għajnuna individwali li jkunu inqas minn EUR 500 000. Din l-informazzjoni trid tkun ippubblikata wara li d-deċiżjoni tal-għoti tkun ittieħdet, trid tinżamm għal mill-inqas 10 snin u trid tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali mingħajr restrizzjonijiet. (31) L-Istati Membri mhux se jkunu obbligati li jipprovdu l-informazzjoni msemmija hawn fuq qabel l-1 ta’ Lulju 2016.

5.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

5.1.   Obbligu ta’ notifika

47.

Skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, l-Istati Membri jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-quddiem b’kull pjan għall-għoti u l-alterazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat inkluża l-għajnuna għal IPCEI.

48.

L-Istati Membri involuti fl-istess IPCEI huma mistiedna, meta jkun possibbli, biex jibagħtu lill-Kummissjoni notifika komuni.

5.2.   Evalwazzjoni ex post u rappurtar

49.

L-eżekuzzjoni tal-proġett irid ikun suġġett għal rappurtar regolari. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ titlob li ssir evalwazzjoni ex post.

5.3.   Id-dħul fis-seħħ, il-validità u r-reviżjoni

50.

Din il-Komunikazzjoni se tapplika mill-1 ta’ Lulju 2014sal-31 ta’ Diċembru 2020.

51.

Il-Kummissjoni tapplika l-prinċipji stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni għall-proġetti ta’ għajnuna kollha nnotifikati li tintalab tieħu deċiżjoni dwarhom wara li l-Komunikazzjoni tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, anke meta l-proġetti jkunu ġew innotifikati qabel il-pubblikazzjoni tiegħu.

52.

B’konformità mal-Avviż dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-evalwazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat illegali (32), fil-każ ta’ għajnuna mhux notifikata, il-Kummissjoni tapplika din il-Komunikazzjoni jekk l-għajnuna tkun ingħatat wara li tkun daħlet fis-seħħ, u r-regoli fis-seħħ fiż-żmien li ngħatat l-għajnuna għall-każijiet l-oħra kollha.

53.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li temenda din il-Komunikazzjoni f’kull ħin li jkun meħtieġ għal raġunijiet marbuta mal-politika tal-kompetizzjoni jew biex tqis politiki tal-Unjoni oħrajn, impenji internazzjonali, żviluppi fis-swieq jew għal kull raġuni ġustifikata oħra.


(1)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Ewropa 2020”, Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, COM(2010) 2020 final, 3.3.2010.

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Strateġija Ewropea għat-Teknoloġiji Ewlenin ta’ Appoġġ — Pont għat-tkabbir u l-impjiegi”, COM(2012) 341 final, 26.6.2012.

(3)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM) - COM(2012) 209 finai, 8.5.2012.

(4)  Qafas Komunitarju għall-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent (ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1).

(6)  Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2). Kif spjegat fil-paragrafu 20 ta’ dawk il-linji gwida, minħabba li l-eżistenza tagħha stess hija f’periklu, impriża f’diffikultà ma tistax titqies bħala mezz xieraq għall-promozzjoni ta’ għanijiet oħra tal-politika pubblika sakemm il-vijabbiltà tagħha ma tiġix żgurata.

(7)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-156/98 Il-Ġermanja vs. il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-6857, il-paragrafu 78 u l-Kawża C-333/07 Régie Networks vs. Rhone Alpes Bourgogne [2008] Ġabra I-10807, il-paragrafi 94-116.

(8)  Fil-każ ta’ riċerka u żvilupp, meta żewġ proġetti jew aktar ma jkunux separabbli minn xulxin b’mod ċar u b’mod partikolari meta ma jkollhomx probabilitajiet indipendenti ta’ suċċess teknoloġiku, iridu jitqiesu bħala proġett uniku. Għajnuna għal proġett li twassal biss għal bidla fil-post fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) fejn isir il-proġett mingħajr ma jinbidlu n-natura, id-daqs jew il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proġett mhux se tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli.

(9)  Minn hawn ’il quddiem proġett uniku u proġett integrat se jissejħu “proġett”.

(10)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Strateġija Ewropea għat-Teknoloġiji Ewlenin ta’ Appoġġ — Pont għat-tkabbir u l-impjiegi”, COM(2012) 341 final, 26.6.2012.

(11)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Enerġija 2020 Strateġija għal enerġija kompetittiva, sostenibbli u b’sigurtà” — COM(2010) 639 final.

(12)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Qafas politiku għall-klima u l-enerġija fil-perjodu mill-2020 sal-2030”, COM(2014) 15 final.

(13)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, “Strateġija Ewropea tas-Sigurtà fl-Enerġija”, COM(2014) 330 final.

(14)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 — Unjoni tal-Innovazzjoni”, COM(2010) 546 final, 6.10.2010.

(15)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, COM(2010) 245 final/2, 26.8.2010.

(16)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza — Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020”, COM(2011) 21 final, 26.1.2011.

(17)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni - Il-Kompetittività u s-Sostenibilità fix-Xena Prinċipali”, COM(2010) 614 final, 28.10.2010.

(18)  Bl-eċċezzjoni tal-infrastruttura tar-riċerka interkonnessa u l-proġetti TEN-T li huma importanza fundamentalment transnazzjonali minħabba li huma parti minn netwerk transfruntier konness jew huma essenzjali għat-titjib tal-ġestjoni tat-traffiku transfruntier jew tal-interoperabilità.

(19)  Is-sempliċi fatt li l-proġett jitwettaq minn impriżi f’pajjiżi differenti, jew li infrastruttura tar-riċerka sussegwentement tintuża minn impriżi stabbiliti fi Stati Membri differenti mhuwiex suffiċjenti biex proġett jikkwalifika bħala IPCEI. Il-Qorti approvat il-politika tal-Kummissjoni li tqis li proġett jista’ jkun deskritt bħala ta’ interess Ewropew komuni għall-finijiet tal-Artikolu 107(3)(b) meta jifforma parti minn programm Ewropew transnazzjonali appoġġat konġuntament minn għadd ta’ gvernijiet tal-Istati Membri, jew meta jkun ġej minn azzjoni konċertata minn għadd ta’ Stati Membri biex jegħlbu theddida komuni. Kawżi Konġunti C-62/87 u 72/87 Exécutif regional wallon u SA Glaverbel vs. il-Kummissjoni [1988] Ġabra 1573, il-paragrafu 22.

(20)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, COM(2011) 571 final, 20.9.2011.

(21)  Pereżempju, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 ikkonfermaw il-ħtieġa li gradwalment jitneħħew is-sussidji li huma ta’ dannu ambjentali jew ekonomiku, inkluż għal fjuwils fossili, biex jiġu ffaċilitat il-investimenti f’infrastruttura tal-enerġija ġdida u intelliġenti.

(22)  Il-finanzjament tal-Unjoni ġestit ċentralment mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji, l-impriżi konġunti jew korpi oħra tal-Unjoni, li l-Istat Membru ma jikkontrollax direttament jew indirettament, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

(23)  Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni tgawdi minn diskrezzjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kompatibilità tal-IPCEIs. Kawżi Konġunti C-62/87 u 72/87 Exécutif regional wallon u SA Glaverbel vs. il-Kummissjoni [1988] Ġabra 1573, il-paragrafu 21.

(24)  L-applikazzjoni għall-għajnuna trid tippreċedi l-bidu tax-xogħlijiet, li jkun jew il-bidu ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq l-investiment, jew l-ewwel impenn sod biex ikun ordnat tagħmir jew impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema jkun l-ewwel wieħed f’termini ta’ żmien. Ix-xiri tal-art u x-xogħlijiet preparatorji, bħall-kisba ta’ permessi u t-twettiq ta’ studji preliminari dwar il-fattibbiltà, mhumiex meqjusa bħala bidu tax-xogħlijiet.

(25)  Fil-każ ta’ proġett integrat, l-ispejjeż eliġibbli jridu jkunu dettaljati fil-livell ta’ kull proġett individwali.

(26)  Ara l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 734/2013 tat-22 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 204, 31.7.2013, p. 15).

(27)  Għajnuna fil-forma ta’ garanziji trid tkun limitata fiż-żmien, u għajnuna fil-forma ta’ self trid tkun suġġetta għal perjodi ta’ ħlas lura.

(28)  Biex jiġu evitati d-dubji, produzzjonijiet bi prova ma jitqisux bħala infrastrutturi.

(29)  Meta l-proġett jinvolvi infrastruttura tal-enerġija, hija għandha tkun suġġetta għar-regolamentazzjoni dwar it-tariffi u l-aċċess u għar-rekwiżiti ta’ separazzjoni skont il-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern.

(30)  Bl-eċċezzjoni tas-sigrieti tan-negozju u informazzjoni kunfidenzjali oħra f’każijiet ġustifikati kif xieraq u suġġetti għall-qbil mill-Kummissjoni (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2003) 4582 dwar is-segretezza professjonali f’deċiżjonijiet tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C 297, 9.12.2003 p. 6)).

(31)  Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata fi żmien 6 xhur mid-data tal-għotja. F’każ ta’ għajnuna illegali, l-Istati Membri se jkunu meħtieġa li jiżguraw il-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni ex post, għall-inqas fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli f’format li jippermetti li jsir tiftix tad-dejta u li dik id-dejta tkun tista’ tiġi estratta, u faċilment ppubblikata fuq l-Internet, pereżempju f’format CSV jew XML.

(32)  Commission notice on the determination of the applicable rules for the assessment of unlawful State aid (ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22).


ANNESS

SPEJJEŻ ELIĠIBBLI

(a)

Studji tal-fattibilità, inklużi studji tekniċi preparatorji, u l-ispejjeż biex jinkisbu l-permessi meħtieġa għat-twettiq tal-proġett.

(b)

L-ispejjeż tal-istrumenti u t-tagħmir, (inklużi installazzjonijiet u vetturi tat-trasport) sal-punt u għat-tul taż-żmien użati mill-proġett. Jekk dawn l-istrumenti u t-tagħmir ma jintużawx tul ħajjithom kollha fil-proġett, jitqiesu eliġibbli biss l-ispejjeż ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prassi tajba tal-kontabbiltà.

(c)

L-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni (jew tal-kostruzzjoni) tal-binjiet, tal-infrastruttura u l-artijiet, sal-punt u għat-tul taż-żmien użati mill-proġett. Meta dawn l-ispejjeż jiġu determinati fir-rigward tal-valur ta’ trasferiment kummerċjali jew tal-ispejjeż tal-kapital realment imġarrba, f’paragun mal-ispejjeż ta’ deprezzament, il-valur residwu tal-artijiet, tal-binjiet jew tal-infrastruttura għandu jitnaqqas mid-diskrepanza tal-finanzjament, ex ante jew inkella ex post.

(d)

Spejjeż ta’ materjali oħra, provvisti u prodotti simili meħtieġa għall-proġett.

(e)

L-ispejjeż għall-kisba, il-validazzjoni u d-difiża tal-privattivi u assi intanġibbli oħrajn. L-ispejjeż marbuta mar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u l-privattivi mixtrija jew illiċenzjati minn sorsi esterni b’kundizzjonijiet ta’ distakkament, kif ukoll l-ispejjeż tal-konsulenza u ta’ servizzi ekwivalenti użati esklużivament għall-proġett.

(f)

L-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal (inklużi l-ispejjeż ġenerali) direttament imġarrba għal attivitajiet ta’ RŻI, inklużi dawk l-attivitajiet ta’ RŻI marbuta mal-ewwel użu industrijali (1), jew fil-każ ta’ proġett tal-infrastruttura, imġarrba matul il-kostruzzjoni tal-infrastruttura.

(g)

F’każ ta’ għajnuna fi proġett tal-ewwel użu industrijali, in-nefqa kapitali u dik operattiva (CAPEX u OPEX), sakemm l-użu industrijali jirriżulta minn attività RŻI (2), u fih innifsu jinkorpora komponent importanti ferm tar-RŻI li jikkostitwixxi element integrali u neċessarju għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-proġett. In-nefqiet operattivi jridu jkunu relatati ma’ tali komponent tal-proġett.

(h)

Jistgħu jiġu aċċettati spejjeż oħrajn, jekk ikunu ġġustifikati, u meta dawn ikunu marbuta bis-sħiħ mat-twettiq tal-proġett, minbarra l-ispejjeż operattivi li ma jkunux koperti mill-punt (g).


(1)  L-ewwel użu industrijali jirreferi għall-iskalar ta’ faċilitajiet pilota, jew għal tagħmir u faċilitajiet li huwa l-ewwel mit-tip tagħhom u li jkopru l-passi kollha wara l-linja pilota inkluż il-fażi tal-ittestjar, iżda mhux il-produzzjoni tal-massa, u lanqas l-attivitajiet kummerċjali.

(2)  L-ewwel użu industrijali ma għandux għalfejn jitwettaq mill-istess entità li tkun wettqet l-attività RŻI, bil-kundizzjoni li dik l-entità takkwista d-drittijiet biex tuża r-riżultati li jkunu nkisbu mill-attività RŻI preċedenti, u li l-attività RŻI u l-ewwel użu industrijali jkunu t-tnejn koperti mill-proġett u nnotifikati flimkien.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/13


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Ġunju 2014

(2014/C 188/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3620

JPY

Yen Ġappuniż

138,82

DKK

Krona Daniża

7,4564

GBP

Lira Sterlina

0,79985

SEK

Krona Żvediża

9,0885

CHF

Frank Żvizzeru

1,2170

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3140

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,435

HUF

Forint Ungeriż

305,31

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1326

RON

Leu Rumen

4,3940

TRY

Lira Turka

2,9025

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4478

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4749

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5566

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5622

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7003

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 387,13

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5054

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,4881

HRK

Kuna Kroata

7,5755

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 254,03

MYR

Ringgit Malażjan

4,3813

PHP

Peso Filippin

59,588

RUB

Rouble Russu

46,6940

THB

Baht Tajlandiż

44,330

BRL

Real Brażiljan

3,0426

MXN

Peso Messikan

17,6774

INR

Rupi Indjan

81,7677


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

20.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/14


Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit dwar id-Direttiva Nru 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 188/04)

Avviż tar-Renju Unit għall-14-il Ħarġa ta’ Liċenzji għat-Tiftix taż-Żejt u l-Gass fuq l-Art

Id-dipartiment tal-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima

Il-“Petroleum Act” (L-Att dwar iż-Żejt mhux Raffinat) tal-1998

Ħruġ ta’ Liċenzji għal Tiftix fuq l-Art

1.

Is-Segretarju tal-Istat għall-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima jistieden lin-nies interessati biex japplikaw għal Liċenzji għall-Esplorazzjoni u l-Iżvilupp ta’ Żejt mhux Raffinat fir-rigward ta’ ċerti żoni fi ħdan l-art prinċipali tar-Renju Unit. Din hija l-14-il Ħarġa ta’ Liċenzji għat-Tiftix fuq l-Art.

2.

Id-dettalji kollha tal-offerta, inklużi mapep tal-art li qed tiġi offruta u gwida dwar il-liċenzji, it-termini li se jinkludu dawk il-liċenzji, u kif għandha ssir l-applikazzjoni, huma disponibbli fuq is-sit elettroniku gov.uk: https://www.gov.uk/oil-and-gas-licensing-rounds

3.

L-applikazzjonijiet kollha se jiġu ddeterminati skont it-termini tal-“Hydrocarbons Licensing Directive Regulations” tal-1995 (S.I. 1995 Nru 1434) u fl-isfond tal-ħtieġa kontinwa għal tiftix malajr, komprensiv, effiċjenti u sikur biex jiġu identifikati r-riżorsi taż-żejt u l-gass fuq l-art prinċipali tar-Renju Unit b’attenzjoni xierqa għall-konsiderazzjonijiet ambjentali.

4.

L-applikazzjonijiet se jiġu ddeterminati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant u l-kapaċità finanzjarja li jwettaq l-attivitajiet li jkunu permessi mil-liċenzja waqt il-perjodu inizjali, inkluż il-programm ta’ ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona fil-blokk jew il-blokki li saret applikazzjoni għalihom;

(b)

il-kapaċità teknika tal-applikant li jwettaq attivitajiet li jkunu permessi mil-liċenzja waqt il-perjodu inizjali, inkluż l-identifikazzjoni ta’ prospetti ta’ idrokarburi fil-blokk jew il-blokki li saret applikazzjoni għalihom. Il-kapaċità teknika se tiġi vvalutata parzjalment fuq il-kwalità tal-analiżi relatata mal-blokk jew il-blokki li saret applikazzjoni għalihom;

(c)

il-mod li bih l-applikant jipproponi li jwettaq l-attivitajiet li jkunu permessi mil-liċenzja, inkluż il-kwalità tal-programm ta’ ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona li saret applikazzjoni għaliha;

(d)

meta l-applikant huwa detentur jew kien detentur ta’ liċenzja mogħtija skont jew ittrattata daqslikieku ngħatat skont il-Petroleum Act 1998, kwalunkwe nuqqas ta’ effiċjenza u responsabbiltà murija mill-applikant f’operazzjonijiet skont dik il-liċenzja.

5.

L-applikanti għandhom jippreżentaw Dikjarazzjoni ta’ Għarfien Ambjentali tal-fehim tagħhom tal-leġiżlazzjoni ambjentali għal attivitajiet fuq l-art tar-Renju Unit u s-sensittivatijiet ambjentali wiesgħin tal-art li qed issir applikazzjoni għaliha.

6.

Is-Segretarju tal-Istat mhux se jagħti liċenzja jekk fl-istess ħin ma jkunx lest japprova lill-operatur li jkun għażel l-applikant.

Gwida

7.

Għal aktar dettalji dwar il-kriterji li jakkumpanjaw din l-offerta, tista’ żżur is-sit elettroniku gov.uk: https://www.gov.uk/oil-and-gas-licensing-rounds

Liċenzji

8.

Meta s-Segretarju tal-Istat joffri liċenzja skont din l-istedina, l-offerta ssir minn tnax sa tmintax-il xahar mid-data ta’ dan l-Avviż.

9.

Is-Segretarju tal-Istat ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għall-ispejjeż imġarrba mill-applikant meta dan iqis l-applikazzjoni tiegħu jew meta japplika.

Valutazzjoni Ambjentali Strateġika

10.

Is-Segretarju tal-Istat wettaq Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS) skont id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-Istima tal-Effetti ta’ Ċerti Pjanijiet u Programmi fuq l-Ambjent taż-żoni kollha li se jiġu offruti f’dan iċ-Ċiklu. Il-valutazzjoni u d-dokumenti l-oħra relatati jinsabu fuq is-sit elettroniku gov.uk: https://www.gov.uk/oil-and-gas-licensing-rounds

Is-sit elettroniku gov.uk: https://www.gov.uk/oil-and-gas-licensing-rounds


20.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/16


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 188/05)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi Sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

22.5.2014

Tul ta’ żmien

22.5.2014–31.12.2014

Stat Membru

Id-Danimarka

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

SAN/234_2

Speċi

Ċiċċirell (Ammodytes spp.)

Żona

Żona 2 ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

06/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.7242 — Cargill/Copersucar/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 188/06)

1.

Fit-13 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Cargill, Incorporated (“Cargill”, l-Istati Uniti) u Copersucar S.A. (“Copersucar”, il-Brażil), beħsiebhom jakkwistaw fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunta ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (“JV”, Spanja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

—   Cargill: hija kumpanija privata attiva fil-produzzjoni internazzjonali u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel, u prodotti u servizzi agrikoli u tal-ġestjoni tar-riskju,

—   Copersucar: hija kumpanija privata, bil-kapital tagħha miżmum minn 24 grupp ta’ produzzjoni, li huma attivi fil-produzzjoni taz-zokkor u tal-etanol fil-Brażil,

—   JV: se tikkombina n-negozji tal-kummerċ globali fiz-zokkor ta’ Cargill u Copersucar, se tkun attiva fil-kummerċ tad-derivattivi finanzjarji relatati maz-zokkoru mal-kummerċ fiżiku taz-zokkor.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7242 — Cargill/Copersucar/JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition,

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

20.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/18


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2014/C 188/07)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

TALBA GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikolu u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“MANTEQUILLA DE SORIA”

Nru tal-KE: ES-PDO-0105-01110 – 19.4.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda

    Isem il-prodott

    Deskrizzjoni

    Żona ġeografika

    Prova tal-oriġini

    Metodu ta’ produzzjoni

    Rabta

    It-tikkettar

    Rekwiżiti nazzjonali

    Oħrajn (għandu jiġi speċifikat)

2.   Tip ta’ emenda

    Emenda tad-Dokument Uniku jew tas-Sommarju.

    Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrata, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Sommarju.

    Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).

    Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).

3.   Emendi

Prova tal-oriġini

Din it-taqsima nkitbet mill-ġdid sabiex tagħti deskrizzjoni iktar ċara tal-proċeduri ta’ kontroll biex jiżguraw il-kwalità u l-oriġini tal-butir ikkonċernat, filwaqt li tħassret l-informazzjoni mhux meħtieġa.

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw evalwazzjoni inizjali tal-operaturi ġew irtirati biex tiġi addattata għall-ħtiġijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi.

Ir-rekwiżiti dwar l-awtorizzazzjoni u l-verifika mill-Bord Regolatorju ġew imħassra, sabiex ma jostakolawx il-libertà tal-moviment.

Metodu tal-produzzjoni

Fil-punt 1 ta’ din it-taqsima ġie inkluż rekwiżit dwar is-sistema tal-għalf tal-annimali, li għandu jintlaħaq mill-azjendi agrikoli li jipproduċu l-ħalib li minnu jsir il-butir protett mid-DPO.

Instab żball fid-deskrizzjoni tal-proċedura ta’ estrazzjoni tal-krema, li jeħtieġ li jiġi kkoreġut. Għalhekk ittieħdet l-opportunità biex it-taqsima tiġi reveduta kompletament.

B’hekk, fil-wasla tal-ħalib fl-azjenda, tħassru l-operazzjonijiet fil-livell ta’ kontroll intern dwar l-istandards ta’ awtomonitoraġġ, minħabba li mhux meħtieġ li jiġu inklużi fl-Ispeċifikazzjoni.

Tħassru diversi referenzi għal tkessiħ permezz tal-użu ta’ pjanċi, billi l-metodu ta’ tkessiħ użat mhux rilevanti u biex ma jkunx limitat l-iżvilupp teknoloġiku possibbli f’dan il-qasam.

Ġew emendati ċerti firxiet ta’ temperaturi li kienu stretti wisq, pereżempju dawk għall-konservazzjoni tal-ħalib, għall-ħasil tax-xaħam bl-ilma, eċċ. li kienu żgħar ħafna (2-4 °C), billi l-esperti kkonfermaw li firxa minn 1 sa 6 °C hija biżżejjed għall-konservazzjoni tal-proprjetajiet tal-prodott matul il-proċess kollu ta’ produzzjoni, ma taffettwax il-prodott finali, u hija aktar konformi mal-parametri tat-teknoloġija u l-makkinarji użati. Għalhekk ikun biżżejjed li tiġi stabbilita temperatura massima ta’ 6 °C.

Kif indikat hawn fuq, il-paragrafu li jiddeskrivi l-proċedura għall-estrazzjoni tal-krema ġie revedut, minħabba li kien fih xi żbalji. Għalhekk, fejn kien hemm miktub:

“Il-ħalib jiġi trattat bit-tisħin (jinżamm għal 15-il sekonda f’temperatura ta’ bejn 57 u 68 °C) permezz ta’ sistema ta’ skambju ta’ pjanċi u wara jiġi ċċentrifugat, xkumat u mnaddaf. Il-krema, li tinkiseb b’temperatura ta’ bejn 30 u 40 °C, sakemm tkun pasturizzata għandu jkollha kontenut ta’ xaħam ta’ bejn 38 u 45 % m/m u aċidità ta’ inqas minn 13 °Dornic. Wara għandha tiġi mkessħa u ppreżervata f’temperatura ta’ bejn 2 u 4 °C, sakemm tkun pasturizzata.”

Issa hemm miktub

“Il-ħalib jiġi trattat bit-tisħin u jiġi xkumat u mnaddaf. Matul dan il-proċess, il-krema tiġi estratta b’ċentrifugazzjoni, f’temperatura ta’ bejn 40 u 55 °C. Il-krema għandu jkollha kontenut ta’ xaħam ta’ bejn 38 u 45 % m/m u aċidità ta’ 13 °Dornic jew inqas. Il-krema wara tiġi mkessħa u ppreżervata f’temperatura ta’ 6 °C jew inqas, sakemm tkun pasturizzata.”

It-temperatura fit-trattament ta’ tisħin tkun ta’ bejn 57 u 68 °C u hija t-temperatura li jilħaq il-ħalib fl-aħħar, wara li l-krema tkun estratta, u b’hekk dan il-parametru ma jirriżultax relevanti għall-estrazzjoni tal-krema u għal proċess suċċessiv tal-manifattura tal-butir. It-temperatura għall-estrazzjoni tal-krema normalment tkun bejn 40 u 55 °C, li hija l-firxa rakkomandata mill-manifatturi tat-tagħmir minħabba li tiffaċilita l-estrazzjoni u tipprevjeni l-qtar tax-xaħam milli jitkisser bl-azzjoni mekkanika, b’hekk titnaqqas l-attività lipażika kif ukoll il-proċess ta’ dekompożizzjoni. Dan kollu huwa approvat mill-pubblikazzjonijiet li ġejjin: “Technology of Dairy Products” ta’ Ralph Early (Blackie Academia & Professional), il-Kapitolu 7 “Cream pasteurization technology” tal-bulletin IDF Nru 271 “Pasteurization of Cream” ta’ T. Bøgh-Sørensen, “Tratamiento específico para diferentes tipos de nata” ta’ Carlos Gandolfo (www.agroterra.es), u l-Kapitolu 8 tal-“Manual de Industrias Lácteas” (Tetra Pack Processing Systems AB, 2003).

Bl-istess mod, tibqa’ miftuħa wkoll il-possibbiltà li l-aċidità tal-krema fil-futur tiġi ddeterminata b’metodi oħra ugwalment validi, bħal kejl tal-unitajiet tal-pH.

Rigward il-pasturizzazzjoni tal-krema, tħassru xi parametri minħabba li huma inerenti għad-definizzjoni ta’ dan it-trattament ta’ tisħin, li huwa wieħed mill-punti kritiċi ta’ kontroll għall-azjenda.

Rigward il-maturazzjoni tal-krema, tħassar ir-rekwiżit li l-proċess ta’ maturità jitwaqqaf meta l-aċidità tal-krema tilħaq bejn 18 u 28 °Dornic, minħabba li l-fattur li jiddetermina meta għandha titnaqqas il-maturazzjoni mhuwiex il-valur tal-aċidità, iżda l-ħin li għadda mill-bidu tal-proċess (minn 12 sa 15-il siegħa), jiġifieri l-ħin li l-fermenti jkunu ilhom jaġixxu.

Tħassar ukoll ir-rekwiżit li l-krema tibqa kiesħa għal erba’ sigħat, minħabba li l-ħin approssimattiv meħtieġ biex tiksaħ jiddependi mill-volum tal-lott, għalhekk ma jistax ikun hemm ħin fiss. Barra minn hekk, fil-ħin li l-krema tkun fit-tank, it-temperatura tibqa’ tiġi kkontrollata b’mod permanenti, b’tali mod li tibqa’ stabbli. Ma hemm l-ebda riskju ta’ alterazzjoni marbut mal-ħin li l-krema tibqa’ fit-tank.

Tħassar ir-rekwiżit li matul il-fażi tal-għaġna l-livell ta’ umdità fil-butir għandu jiġi ttestjat bl-użu ta’ mwieżen infra-ħomor, sabiex ikunu jistgħu jintużaw metodi oħra.

It-tikkettar

Tħassru r-rekwiżiti dwar l-awtorizzazzjoni u l-verifika mill-Bord Regolatorju, sabiex ma jimponux restrizzjonijiet fil-libertà tal-moviment.

Żdiedet l-istampa tal-logo tal-prodott, għalkemm m’għadux obbligatorju li tkun tidher fuq it-tikketta.

Rekwiżiti nazzjonali

Il-leġiżlazzjoni attwali relatata mad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ġiet aġġornata.

Organu ta’ spezzjoni

L-organu ta’ spezzjoni attwali huwa l-“Instituto Tecnológico Agrario de Castilla y León”, li hija l-awtorità kompetenti.

Il-grupp li jitlob l-emendi proposti huwa l-Bord Regolatorju tad-DPO “Mantequilla de Soria”, li jirrappreżenta s-setturi li jipproduċu l-ħalib u l-butir fil-provinċja ta’ Soria u huwa meqjus li għandu interess leġittimu fl-emenda tal-Ispeċifikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“MANTEQUILLA DE SORIA”

Nru tal-KE: ES-PDO-0105-01110 – 19.4.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Denominazzjoni

“Mantequilla de Soria”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem fil-punt 1

Il-butir magħmul minn xaħam mill-ħalib ta’ baqar tar-razez Friesian u Pardo-Alpina, jew taħlit ta’ dawk ir-razez, li joriġinaw minn irziezet tal-ħalib li jinsabu f’ċerti muniċipalitajiet fil-provinċja ta’ Soria.

Id-denominazzjoni “Mantequilla de Soria” tipproteġi t-tliet tipi ta’ butir prodotti tradizzjonalment: Naturali, Mielaħ u Ħelu.

Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tagħhom huma dawn li ġejjin:

1.

Butir Naturali:

Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi:

—   Kontenut tax-xaħam: Minimu ta’ 82 % m/m

—   Solidi ta’ ħalib bla xaħam: Massimu ta’ 2 % m/m

—   Umdità: Massimu ta’ 16 % m/m

Karatteristiċi organolettiċi: Kulur bejn isfar lewn it-tiben u avorju. Riħa ta’ djaċetil bejn dgħajfa u medja. Togħma kemxejn aċiduża. Idub fil-ħalq moderatament malajr. Viskożità medja. Aroma tal-krema friska. Persistenza finali moderata.

2.

Butir Mielaħ:

Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi:

—   Kontenut tax-xaħam: Minimu ta’ 80 % m/m

—   Solidi ta’ ħalib bla xaħam: Massimu ta’ 4 % m/m

—   Umdità: Massimu ta’ 16 % m/m

—   Klorur tas-sodju: Massimu ta’ 2,5 % m/m

Karatteristiċi organolettiċi: Kulur bejn avorju u l-lewn abjad tal-għadam. Il-qatgħa tidher ftit imrammla. Riħa ta’ krema ftit misjura. Togħma mielħa u intensa. Idub fil-ħalq moderatament malajr. Viskożità medja Aroma ta’ krema Persistenza finali qasira

3.

Butir Ħelu:

Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi:

—   Kontenut tax-xaħam: Minimu ta’ 39 % m/m

—   Solidi ta’ ħalib bla xaħam: Massimu ta’ 35 % m/m

—   Umdità: Massimu ta’ 25 % m/m

—   Sukrożju: Bejn 20 u 35 % m/m

—   Addittivi: Betakaroten u/jew estratt tal-kuċċinilija użati biex jagħtu kulur bħala tiżjin.

Karatteristiċi organolettiċi: Kulur abjad tal-għadam, ħlief għat-tiżjin li jkun oranġjo jew fir-roża. Il-qatgħa tidher bħal ragħwa, bi bżieżaq li jvarjaw minn ftit jew ftit miftuħa, iżda kumpatta, u fiha toqob irregolari ta’ daqs li jvarja minn dak ta’ farka zokkor abjad għal dak ta’ ħabba ross. Riħa ta’ djaċetil bi ħjiel ta’ zokkor karamellizzat. Togħma ħelwa u intensa, u ftit aċiduża. Idub fil-ħalq malajr/moderatament malajr. Viskożità medja. Aroma ta’ krema kemxejn veġetali. Persistenza finali bejn moderata u twila.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-ħalib li minnu jsir il-butir jiġi minn azjendi tat-trobbija tal-bhejjem li jinsabu fiż-żona ġeografika definita fil-provinċja ta’ Soria. Din iż-żona hija l-iktar waħda kiesħa fil-provinċja u tinsab fl-ogħla altitudni, u għandha tradizzjoni ta’ produzzjoni tal-ħalib u mergħat ibsin u nixfin bi flora karatteristika, li jagħtu kwalitajiet speċifiċi lill-ħalib li jiġu mgħoddija fil-butir.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

Is-sistema ta’ alimentazzjoni tkun affettwata minn fatturi klimatiċi u d-disponibbiltà tar-riżorsi naturali, u tinkludi ragħa fi żminijiet xierqa matul is-sena, filwaqt li l-bqija tal-alimentazzjoni tal-annimali hija magħmula minn ħaxix maħżun, ħuxlief, qamħ mitħun u/jew għalf li joriġina miż-żona definita.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib kif ukoll il-manifattura tal-butir għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita.

3.6.   Regoli speċifiċi applikabbli għat-tfettit, tħakkik u tgeżwir, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettjar

Il-kliem u t-tikketti fuq l-imballaġġ tal-butir protett għandhom jinkludu t-termini “Denominación de Origen Protegida” u “Mantequilla de Soria”.

Il-butir protett maħsub għall-konsum għandu jkollu marka ta’ konformità tad-Denominazzjoni. Din hija tikketta sekondarja mhux falsifikabbli u li ma tistax terġa’ tintuża, li titwaħħal mal-imballaġġ qabel il-konsenja.

It-tikketti sekondarji għandu jkollhom il-logo tad-Denominazzjoni u kodiċi alfanumeriku li jippermetti t-traċċabilità. Il-kodiċi għall-butir naturali jkun fuq strixxa kulur id-deheb, dak għall-butir ħelu jkun fuq strixxa roża u dak għall-butir mielaħ jkun fuq strixxa blu.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib u tal-manifattura tal-Mantequilla de Soria tinkludi 169 muniċipalità fil-provinċja ta’ Soria, li huma:

Abejar; Adradas; Ágreda; Alconaba; Alcubilla de Avellaneda; Aldealafuente; Aldealices; Aldealpozo; Aldealseñor; Aldehuela de Periáñez; Aldehuelas, Las; Alentisque; Aliud; Almajano; Almaluez; Almarza; Almazán; Almazul; Almenar de Soria; Arancón; Arcos de Jalón; Arévalo de la Sierra; Ausejo de la Sierra; Barca; Bayubas de Abajo; Bayubas de Arriba; Beratón; Berlanga de Duero; Blacos; Bliecos; Borjabad; Borobia; Buberos; Buitrago; Burgo de Osma-Ciudad de Osma; Cabrejas del Campo; Cabrejas del Pinar; Calatañazor; Caltojar; Candilichera; Cañamaque; Carabantes; Carrascosa de Abajo; Carrascosa de la Sierra; Casarejos; Castilfrío de la Sierra; Castillejo de Robledo; Castilruiz; Centenera de Andaluz; Cerbón; Cidones; Cigudosa; Cihuela; Ciria; Cirujales del Río; Coscurita; Covaleda; Cubilla; Cubo de la Solana; Cueva de Ágreda; Dévanos; Deza; Duruelo de la Sierra; Escobosa de Almazán; Espeja de San Marcelino; Espejón; Estepa de San Juan; Frechilla de Almazán; Fresno de Caracena; Fuentearmegil; Fuentecambrón; Fuentecantos; Fuentelmonge; Fuentelsaz de Soria; Fuentepinilla; Fuentes de Magaña; Fuentestrún; Garray; Golmayo; Gómara; Gormaz; Herrera de Soria; Hinojosa del Campo; Langa de Duero; Losilla, La; Magaña; Maján; Matalebreras; Matamala de Almazán; Medinaceli; Miño de San Esteban; Molinos de Duero; Momblona; Monteagudo de las Vicarías; Montenegro de Cameros; Morón de Almazán; Muriel de la Fuente; Muriel Viejo; Nafría de Ucero; Narros; Navaleno; Nepas; Nolay; Noviercas; Ólvega; Oncala; Pinilla del Campo; Portillo de Soria; Póveda de Soria, La; Pozalmuro; Quintana Redonda; Quintanas de Gormaz; Quiñoneria, La; Rábanos, Los; Rebollar; Recuerda; Renieblas; Reznos; Rioseco de Soria; Rollamienta; Royo, El; Salduero; San Esteban de Gormaz; San Felices; San Leonardo de Yagüe; San Pedro Manrique; Santa Cruz de Yanguas; Santa María de Huerta; Santa María de las Hoyas; Serón de Nájima; Soliedra; Soria; Sotillo del Rincón; Suellacabras; Tajahuerce; Tajueco; Talveila; Tardelcuende; Taroda; Tejado; Torlengua; Torreblacos; Torrubia de Soria; Trévago; Ucero; Vadillo; Valdeavellano de Tera; Valdegeña; Valdelagua del Cerro; Valdemaluque; Valdenebro; Valdeprado; Valderrodilla; Valtajeros; Velamazán; Velilla de La Sierra; Velilla de los Ajos; Viana de Duero; Villaciervos; Villanueva de Gormaz; Villar del Ala; Villar del Campo; Villar del Río; Villares de Soria, Los; Villaseca de Arciel; Vinuesa; Vizmanos; Vozmediano; Yanguas.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-karatteristiċi tal-“Mantequilla de Soria” huma marbuta mal-fatt li l-ħalib li jintuża għall-manifattura tiegħu jiġi minn baqar li jieklu prodotti li jinsabu f’kundizzjonijiet klimatiċi u altitudni differenti.

Il-provinċja ta’ Soria tinsab f’altitudni medja ta’ 1 026 metru 'l fuq mill-livell tal-baħar. Hija waħda mill-provinċji bl-ogħla altitudni medja u bit-terren l-iktar imħatteb fil-Meseta Iberika, li jikkontribwixxu għal-klima ħarxa u estrema tagħha.

Tinkludi: żoni f’altitudni għolja ħafna, ogħla minn 1 500 m, fejn ħafna mill-mergħat jkunu aċċessibbli biss fis-sajf; żoni intermedji, f’altitudni ta’ bejn 1 000-1 500 m, b’densità għolja ta’ foresti, għalkemm fihom ukoll mergħat aċċessibbli mir-rebbiegħa sal-ħarifa; żoni ta’ tranżizzjoni bejn 900-1 000 m li, minħabba li huma adattati għall-użu bħala art li tinħadem, jintużaw għall-mergħa kważi s-sena kollha; żoni taħt id-900 m li jintużaw prinċipalment għat-tkabbir tal-għelejjel. L-għelejjel li jikbru l-aktar ta’ spiss fuq art bagħlija huma ċ-ċereali u l-magħlef, filwaqt li fuq l-art saqwija fil-widien l-iktar baxxi fin-nofsinhar tal-provinċja jikber il-qamħirrum. Iż-żona ġeografika definita ma tinkludix iż-żoni l-iktar sħan fin-nofsinhar tal-provinċja, li jinsabu fl-iktar altitudni baxxa u ma għandhomx tradizzjoni ta’ produzzjoni tal-ħalib u tal-butir.

Il-mergħa libera tal-baqar hija karatteristika tipika tal-pajsaġġ tal-provinċja ta’ Soria.

In-natura tal-mergħat, li huma ibsin u nixfin bi flora karatteristika, tagħti kwalitajiet speċifiċi lill-ħalib li jiġu mgħoddija fil-butir.

Kemm il-mastella tal-butir tradizzjonali (manzadero) kif ukoll iċ-ċilindru tal-mastellar mhux kontinwu li jintuża llum jgħaqqdu flimkien il-qtar tax-xaħam fil-krema. Fil-każ tal-“manzadero”, il-qtar kienu megħluba bl-idejn permezz ta’ azzjoni simili għal dik ta’ pistun sakemm jinħallu. Iċ-ċilindru tal-mastellar mhux kontinwu li jintuża llum jipproduċi effett simili permezz tal-pressjoni maħluqa mill-moviment tiegħu.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Fattur speċifiku fil-produzzjoni ta’ dan il-butir huwa li l-fermenti lattiċi ma jiżdidux fil-bidu tal-fażi ta’ fermentazzjoni, iżda wara 3-4 sigħat, sabiex tinkiseb finitura aħjar u differenti.

Il-ġulepp għall-varjetà tal-butir ħelu huwa magħmul skont ir-riċetti tradizzjonali, u nżammet d-dehra tradizzjonali tiegħu.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)

Jeżistu bosta referenzi storiċi li jiċċertifikaw l-istorja tal-“Mantequilla de Soria”: Testimonjanzi, artikli, informazzjoni, eċċ. mill-1845 sal-lum, li juru li l-prodott għandu storja u tradizzjoni għanja u indisputabbli, u li l-isem tiegħu huwa magħruf sew u rinomat.

Minħabba li ż-żona għandha popolazzjoni skarsa u għalhekk il-midja ma għandhiex influwenza qawwija, ir-reputazzjoni tal-prodott tista’ tiġi biss mill-karatteristiċi speċifiċi tal-ħalib u tal-proċess ta’ produzzjoni, li jirriżultaw f’butir li huwa apprezzat ħafna mill-konsumaturi.

L-orografija taż-żona tikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet klimatiċi estremi li jiddeterminaw in-natura u l-kompożizzjoni tal-mergħat u l-għelejjel li minnhom jieklu l-baqar. Din l-alimentazzjoni tirriżulta fil-kompożizzjoni aċida u xaħmija tal-ħalib u l-kwalitajiet speċifiċi li jiġu mgħoddija fil-butir.

Barra minn hekk, it-tradizzjonijiet lokali bħalma huwa l-użu tal-mastella tal-butir tradizzjonali (manzadero) u taċ-ċilindru tal-mastellar mhux kontinwu juru li l-prodott huwa magħmul b’mod speċifiku, li jinfluwenza l-kwalitajiet tiegħu.

Finalment, it-tradizzjoni tal-manifattura tal-butir ħelu mill-butir naturali fil-pastelerías hija esklużiva ta’ dik iż-żona.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

http://www.itacyl.es/opencms_wf/opencms/informacion_al_ciudadano/calidad_alimentaria/4_condiciones_DOP/index.html


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota ta’qiegħ il-paġna 3.


20.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/24


Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006, tad-Dokument Uniku dwar denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika rreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92

(2014/C 188/08)

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (1)

“PROSCIUTTO DI SAN DANIELE”

Nru tal-KE: IT-PDO-0117-01149 – 19.8.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   ISEM

“Prosciutto di San Daniele”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2: prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-“Prosciutto di San Daniele” huwa kkaratterizzat mill-forma ta’ barra bħal dik ta’ kitarra li tinkludi wkoll il-parti tat-tarf (is-sieq). Il-piż sħiħ bl-għadma tal-“Prosciutto di San Daniele” normalment ikun ta’ bejn 8 u 10 kg u qatt inqas minn 7,5 kg. Il-laħam huwa kompatt, tari u elastiku bil-parti xaħmija kollha bajda mdaqqsa tajjeb mal-porzjon tad-dgħif ta’ lewn fir-roża, b’xi strixxi ta’ xaħam. Għandu togħma ħelwa delikata u jħalli togħma ta’ wara iktar qawwija. Għandu riħa tfuħ u karatteristika li tista’ tvarja skont il-perjodu ta’ maturazzjoni.

Il-“Prosciutto di San Daniele” huwa karatterizzat mill-parametri kimiċi li ġejjin:

L-umdità ma għandix tkun inqas minn 57 % jew iktar minn 63 %.

Il-kwozjent tal-proporzjon bejn il-kompożizzjoni perċentwali tal-klorur tas-sodju u l-perċentwal tal-umdità ma għandux ikun inqas minn 7,8 jew iktar minn 11,2.

Il-kwozjent tal-proporzjon bejn il-perċentwal tal-umdità u l-kompożizzjoni perċentwali ta’ proteina totali ma għandux ikun inqas minn 1,9 jew iktar minn 2,5.

L-indiċi ta’ proteolasi (kompożizzjoni perċentwali tal-frazzjonijiet tan-nitroġenu li jinħallu fl-aċidu trikloroaċetat - TCA- relatati mal-kontenut total ta’ nitroġenu) ma għandux ikun iktar minn 31.

Dawn il-parametri kimiċi jirreferu għall-kompożizzjoni perċentwali ta’ frazzjoni mill-muskolu ta’ quddiem tal-parti ta’ fuq tad-dirgħajn tal-wirk u jiġu mkejla qabel titwaħħal il-marka tal-prodott.

Il-“Prosciutto di San Daniele” jista’ jitqiegħed fis-suq anke mingħajr għadma, f’porzjonijiet, jiġifieri mqatta’ f’biċċiet ta’ għamla u piż differenti, jew f’qatgħat. Il-marka tal-prodott tidher fit-tipi kollha tiegħu.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Annimali Ħajjin

Għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele”:

Huma permessi annimali li jiġu minn razez puri jew mir-razez tradizzjonali ta’ oriġini Large White u Landrace, bit-titjib introdott mir-Reġistru tar-Razez Taljan (Libro Genealogico Italiano).

Huma wkoll permessi annimali li jiġu mir-razza Duroc, bit-titjib introdott mir-Reġistru tar-Razez Taljan.

Barra minn hekk, huma wkoll permessi annimali ta’ razez oħra, imħalltin jew ibridi, sakemm dawn ikunu ġejjin minn skemi ta’ selezzjoni jew tgħammir li l-għanijiet tagħhom ma jkunux inkompatibbli ma’ dawk tar-Reġistru tar-Razez Taljan għall-produzzjoni tal-ħanżir tqil.

Skont il-tradizzjoni, mhumiex permessi annimali b’karatteristiċi antitetiċi, l-aktar dawk suxxettibbli għall-istress (PSS).

Mhumiex permessi annimali tar-razez puri Landrace Belga, Hampshire, Pietrain, Duroc u Spotted Poland.

Mhux permess l-użu ta’ ifħla u ħnieżer nisa.

It-tipi ġenetiċi użati għandhom jiżguraw li jintlaħqu piżijiet għoljin b’rendiment tajjeb u li, fi kwalunwe każ, il-piż medju jkun ta’ 160 kilogramma għal kull lott (piż ħaj), bejn wieħed u ieħor 10 %.

Koxox friski

Il-koxox tal-ħnieżer li jintużaw għall-preparazzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele” jiġu minn karkassi ta’ ħnieżer tqal tal-klassijiet “U”, “R”, “O” tat-tabella tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħnieżer u jridu jkunu ta’ piż ta’ mhux inqas minn 11 kg.

Il-ħxuna tax-xaħam ta’ barra tal-koxxa friska mirquma, imkejla vertikalment mill-wirk u bil-koxxa u l-fibra ta’ barra imqiegħda orizzontalment, ma għandix tkun inqas minn 15-il millimetru bil-ġilda ta’ barra, skont id-daqs tal-koxxa.

Mhumix permessi koxox li jiġu minn ħnieżer li għandhom distrofija muskolari evidenti PSE jew DFD u b’konsegwenzi ta’ proċessi inflammatorji u trawmatiċi manifesti.

Mhux permess l-ipproċessar ta’ koxox tal-majjal minn ħnieżer li jkunu nqatlu inqas minn 24 siegħa jew iktar minn 120 siegħa qabel, jew li kienu ffriżati.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

Għandhom jiġu rrispettati regoli dettaljati dwar l-użu u l-kompożizzjoni tar-razzjon tal-għalf. L-għalf għandu jingħata kemm jista’ jkun f’forma likwida (togħlija jew tgħasida) u tradizzjonalment bix-xorrox tal-ħalib.

3.5.   Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

Il-fażijiet kollha tal-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele”, mit-tirqim tal-koxox friski sa tmiem il-maturazzjoni, għandhom isiru ġewwa l-komun ta’ San Daniele del Friuli, fil-provinċja ta’ Udine.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

L-ippakkjar tal-prodott imqatta’ għandu jsir biss fiż-żona ġeografika tal-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele”.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Hemm regoli speċifiċi relatati mal-identifikazzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele”, kemm fil-kuntest tal-produzzjoni tal-materja prima, kemm fil-fażi tal-preparazzjoni finali, kif ukoll fil-preżentazzjoni kummerċjali.

Fil-kuntest tal-produzzjoni tal-materja prima għall-“Prosciutto di San Daniele” hija prevista s-sekwenza ta’ elementi ta’ identifikazzjoni tal-prodott li ġejja:

tqegħid ta’ timbru mill-bidwi jew min irabbi l-ħnieżer

tqegħid ta’ timbru ta’ identifikazzjoni tal-biċċerija fuq il-koxox friski mill-biċċier

sigill imwaħħal fuq il-koxox friski mill-produttur

marka tal-konformità - timbru bin-nar - titqiegħed fuq il-ġilda tal-perżut taħt ir-responsabbiltà u fil-preżenza tal-organiżmu ta’ kontroll.

It-tikketta tal-“Prosciutto di San Daniele” sħiħ u bl-għadma jkollha l-indikazzjonijiet obbligatorji li ġejjin:

“Prosciutto di San Daniele”, segwita minn “denominazzjoni protetta tal-oriġini”

is-sede tas-sit ta’ produzzjoni

It-tikketta tal-“Prosciutto di San Daniele” sħiħ u mingħajr l-għadma, jew preżentat f’biċċiet jew f’qatgħat, għandu jkollu l-indikazzjonijiet obbligatorji li ġejjin:

“Prosciutto di San Daniele”, segwita minn “denominazione di origine protetta”

is-sede tas-sit tal-ippakkjar

id-data tal-produzzjoni (il-bidu tal-ipproċessar), fi kwalunkwe każ fejn is-siġillu ma jibqax jidher.

L-ippakkjar tal-“Prosciutto di San Daniele” imqatta’ għandu jinkludi r-rappreżentazzjoni grafika tal-marka tal-prodott u l-indikazzjoni tal-kodiċi numeriku ta’ indikazzjoni ta’ min jippakkja.

Il-marka tal-prodott hija l-istess bħal dik imwaħħla fuq il-ġilda ta’ barra tal-perżut immaturat, u hija din ta’ hawn taħt:

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

L-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele” għandu jsir ġewwa l-komun ta’ San Daniele del Friuli, fil-provinċja ta’ Udine.

Iż-żona ġeografika tat-trobbija u tal-qatla tal-ħnieżer għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele” tkopri t-territorju tar-reġjuni li ġejjin: Friuli-Venezia Giulia, Veneto, Lombardia, Piemonte, Emilia Romagna, Umbria, Toscana, Marche, Abruzzo u Lazio.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele” tinsab f’nofs il-Friuli ċentrali ġewwa l-komun ta’ San Daniele del Friuli u tul ix-xmara Tagliamento, li lil hinn minnha fejn jibdew il-muntanji tal-Prealpi Carniche.

L-orografija taż-żona tikkaratterizza l-istruttura partikolari tal-ħamrija li tipikament tkun ta’ konsistenza biż-żrar u ta’ oriġini morena u għandha funzjoni igroskopika b’saħħitha, u bħala riżultat ta’ dan għandha ukoll funzjoni permanenti ta’ dranaġġ tal-umdità.

Minbarra dan l-effett ta’ dranaġġ, ir-riħ sħun mill-baħar Adrjatiku jiksaħ gradwalment tul ix-xmara Tagliamento fejn jiltaqa’ ma’ riħ iktar kiesaħ mill-Alpi, f’konnessjoni diretta ideali mal-Canale del Ferro del Tarvisano. Ir-riżultat ta’ dan huwa mikroklima konsistenti li tipprovdi ventilazzjoni permanenti fiż-żona, u li flimkien mad-dranaġġ tal-ħamrija toħloq ambjent kemxejn umidu, ideali għall-maturazzjoni tal-perżut. Għaldaqstant, permezz ta’ din il-mikroklima l-attivitajiet ta’ produzzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele” kienu minn dejjem isiru fil-komun li minnu ġej l-isem tal-prodott. F’dan l-istess kuntest żviluppaw ukoll il-ħiliet speċjalizzati tal-ipproċessar tal-koxox, li fil-passat kienu diġà jiġu minn irziezet sitwati f’żoni fejn kienu jitrabbew ħafna ħnieżer. Fost l-operazzjonijiet ewlenin mill-operaturi speċjalizzati nsibu t-tirqim tal-koxox. Dan jikkonsisti fl-eliminazzjoni tal-porzjoni ta’ xaħam u muskoli żejda mill-koxxa friska u jagħtiha forma partikolari bħal dik ta’ “kitarra”, li tibqa’ anke wara l-ippressar. Barra minn hekk, l-ippressar tal-koxox wara t-tirqim u t-tmelliħ jiffavorixxi l-proċess osmotiku li jottimizza l-maturazzjoni tal-laħmijiet.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-“Prosciutto di San Daniele” huwa kkaratterizzat mis-“sieq”, jiġifieri l-parti tat-tarf tal-koxxa li, għall-kuntrarju tal-biċċa l-kbira l-oħra ta’ perżut li jinsab fis-suq, ma titneħħiex. Iż-żamma ta’ din is-“sieq” waqt l-ipproċessar tagħti karatteristika lill-“Prosciutto di San Daniele” li permezz tagħha tiġi rikonoxxuta mill-konsumatur mill-ewwel. Barra minn hekk, il-forma partikolari bħal dik ta’ “kitarra”, it-togħma delikata u r-riħa tfuħ tal-“Prosciutto di San Daniele” huma karatteristiċi marbuta mal-operazzjonijiet tal-proċess ta’ preparazzjoni, jiġifieri t-tirqim u l-ippressar tal-koxxa, l-użu ta’ melħ tal-baħar miżjud fil-bidu tal-ipproċessar u l-maturazzjoni naturali u fit-tul tal-laħmijiet.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-“Prosciutto di San Daniele” joriġina miż-żona ġeografika ta’ San Daniele del Friuli u l-karatteristiċi tiegħu huma marbuta essenzjalment maż-żona ġeografika ta’ produzzjoni u l-karatteristiċi ambjentali u umani tagħha.

Il-mikroklima partikolari u speċifika karatterizzata mill-elementi orografiċi u pedjoloġiċi taż-żona ta’ produzzjoni jiddeterminaw in-nuqqas ta’ umdità u l-ventilazzjoni, li huma kundizzjonijiet ideali għall-proċess ta’ maturazzjoni li jirriżulta fit-togħma u r-riħa karatteristiċi tal-“Prosciutto di San Daniele”.

Hija importanti l-esperjenza tan-nies li jimmaturaw il-prodott li jużaw kmamar għal maturazzjoni li jkun fihom ħafna twieqi u jqiegħdu l-perżut f’pożizzjoni trażversali skont id-direzzjoni tad-dħul tal-arja, biex il-maturazzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele” ssir b’mod gradwali u biex dan jikseb ir-riħa karatteristika tiegħu.

Referenza għall-Pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(Artikolu 5, paragrafu 7, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (2))

It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit elettroniku li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/MT/IDPagina/3339

Jew

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it), jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” (fil-parti ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin) u wara jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione prodotti DOP, IGP e STG”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.