|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 187/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7251 — Blackstone/Gates) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 187/02 |
||
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA |
|
|
2014/C 187/03 |
||
|
|
Rettifika |
|
|
2014/C 187/10 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ M.7251 — Blackstone/Gates)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 187/01
Fit-12 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7251. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-18 ta’ Ġunju 2014
2014/C 187/02
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3563 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
138,65 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4563 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,80050 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,0070 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2180 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,1695 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,481 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
307,36 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1444 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3987 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,9086 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4525 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4742 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5132 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5646 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6986 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 386,42 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,5885 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,4506 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5780 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 251,79 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3852 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,782 |
|
RUB |
Rouble Russu |
46,8889 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
44,093 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,0657 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,7512 |
|
INR |
Rupi Indjan |
81,8256 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
|
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/3 |
Komunikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 21(7) tal-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness VII tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali)
2014/C 187/03
L-Artikolu 21(7) tal-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness VII tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali), jipprevedi li l-Istati taż-ŻEE/EFTA għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) dwar id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi li jadottaw fir-rigward il-ħruġ ta’ provi ta’ kwalifiki formali fl-oqsma koperti mill-Kapitolu III tal-Att. L-Awtorità għandha l-kompitu tippubblika komunikazzjoni xierqa li tindika t-titoli adottati mill-Istati Membri mill-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja għal provi ta’ kwalifiki formali u, fejn xieraq, il-korp li joħroġ il-provi ta’ kwalifiki formali, iċ-ċertifikat li jiġi magħhom u t-titolu professjonali korrispondenti msemmi fl-Anness V, il-punti 5.1.1, 5.1.4, 5.2.2, 5.3.2, 5.3.3, 5.4.2, 5.5.2, 5.6.2 u 5.7.1 rispettivament.
Peress li n-Norveġja nnotifikat il-bidliet fl-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE dwar it-taħriġ mediku bażiku, l-Awtorità qed tippubblika din il-komunikazzjoni skont l-Artikolu 21(7) tal-Att.
Bidla fil-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki ta’ taħriġ mediku bażiku u tibdil rigward iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-kwalifiki
|
Pajjiż |
Prova ta’ kwalifiki formali |
Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki |
Ċertifikat li jakkumpanja l-kwalifiki |
Data ta’ referenza |
|
Norge |
Vitnemål for fullført grad candidata/candidatus medicinae, short form cand.med. |
Universitet |
Mhux applikabbli |
L-1 ta’ Jannar 1994 |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7312 — Towerbrook/Independent Clinical Services Group Limited)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 187/04
|
1. |
Fl-10 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Towerbrook Investors Limited (“Towerbrook”, il-Gżejjer Kajman) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-intier tal-impriża Independent Clinical Services Group Limited (“ICS”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:
|
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7312 — Towerbrook/Independent Clinical Services Group Limited, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7286 — CVC Capital Partners / Deoleo)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 187/05
|
1. |
Fil-11 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CVC Capital Partners SICAV-FIS, S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-impriża Deoleo, SA (“Deoleo”, Spanja), bil-bejgħ pubbliku tal-ishma mħabbar fis-7 ta’ Novembru 2013. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma: — għal CVC: konsulenza lil u ġestjoni ta’ investimenti f’isem fondi ta’ investimenti (“il-Fondi CVC”); — għal Deoleo: bejgħ ta’ żjut, essenzjalment żejt taż-żebbuġa. Hija attiva f’aktar minn 100 pajjiż, l-aktar fi Spanja u l-Italja bil-marki kummerċjali tagħha, Carbonell Hojiblanca, Koipe, Bertolli, Carapelli u Sasso. Deoleo hija attiva wkoll fil-bejgħ ta’ prodotti oħra bħaż-żebbuġ tal-mejda, ħall u zlazi. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7286 — CVC Capital Partners / Deoloeo, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7140 — Sistema / Segezha Pulp and Paper Mill)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 187/06
|
1. |
Fil-11 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha grupp ta’ investiment ta’ ekwità Sistema JSF Corporation (“Sistema”, ir-Russja), li bażikament hi kkontrollata minn Vladimir Evtushenkov, beħsiebha takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriżi JSC Segezha Pulp and Paper Mill (“SPPM”, ir-Russja) ul- kumpanija b’responsabbiltà limitata Derevoobrabotka-Proekt (“DoP”, ir-Russja). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma: — għal Sistema: investmenti f’diversi setturi tal-ekonomija, fosthom it-telekomunikazzjoni, iż-żejt, l-enerġija elettrika, il-prodotti tal-konsumatur, teknoloġija għolja u industriji oħra; — għal SPPM: manifattura u bejgħ ta’ karti tal-kraft u boroż tal-karti kif ukoll prodotti marbuta mill-qrib ma’ dawn l-attivitajiet prinċipali bħalma huma l-manifattura u l-bejgħ ta’ fibra tal-injam, kartun, prodotti kimiċi tal-injam u ċerti prodotti tal-injam bħalma huma njam imqatta’, plywood u laqx tal-injam; kif ukoll — għal DoP: ipproċessar tal-injam u produzzjoni tal-forestrija, fosthom attivitajiet fil-plywood, l-injam u ċerti prodotti tal-injam bħalma huwa laqx tal-injam u travi laminati. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301), jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza COMP/M.7140 — SISTEMA/SEGEZHA PULP AND PAPER MILL, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/7 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7280 — HgCapital / KKR / Cinven / Visma)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 187/07
|
1. |
Fl-11 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi HgCapital (“HgCapital”, ir-Renju Unit), KKR & Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Cinven Limited (“Cinven”, ir-Renju Unit) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriżaVisma AS (“Visma”, in-Norveġja) bix-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma: — għal HgCapital: kumpanija ta' ekwità privata, — għal KKR: ditta tal-investiment globali, — għal Cinven: kumpanija ta' ekwità privata, — għal Visma: kumpanija li tiżviluppa soluzzjoni tas-software. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għa-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7280 — HgCapital / KKR / Cinven / Visma, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7288 — Viacom / Channel 5 Broadcasting)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 187/08
|
1. |
Fl-10 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Viacom Inc. (“Viacom”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Channel 5 Broadcasting Limited kollha hi (“Channel 5 Broadcasting”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma: — għal Viacom: kumpanija globali tal-kontenut tad-divertiment, — għal Channel 5 Broadcasting: xandar pubbliku, attiv fir-Renju Unit. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru tar-referenza M.7288 — Viacom/Channel 5 Broadcasting, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/9 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
2014/C 187/09
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)
APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA’ STG
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006
tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (2)
“SUIKERSTROOP”
Nru tal-KE: NL-TSG-0007-01203 — 27.1.2014
1. Isem u indirizz tal-grupp applikant
|
Isem |
: |
Kenniscentrum suiker & voeding |
|
Indirizz |
: |
Amsterdamsestraatweg 39a, 3744 MA BAARN |
|
Telefon |
: |
+31 355433455 |
|
Fax |
: |
+31 355426626 |
|
Posta elettronika |
: |
info@kenniscentrumsuiker.nl |
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Il-Pajjiżi l-Baxxi
3. Speċifikazzjoni tal-prodott
3.1. Isem/ismijiet li għandu/għandhom jiġi/u reġistrat(i) (l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007)
“Suikerstroop”
Wara li tkun tlestiet il-proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, hemm l-intenzjoni li l-kliem “prodott Olandiż tradizzjonali” jidhru fuq it-tikketta fil-lingwa tal-pajjiż li fih se jinbiegħ il-prodott.
3.2. Indika jekk l-isem
|
☒ |
hux speċifiku minnu nnifsu |
|
☐ |
jesprimi l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel |
Il-prodott ilu b’dan l-isem għal sekli sħaħ. “Suikerstroop” jiġi mill-proċess tal-produzzjoni taz-zokkor. L-Artikolu 12 tad-Digriet taz-Zokkor u x-Xropp tal-1977 (Att tal-Komoditajiet) jistipula li: “L-isem ‘suikerstroop’, li fejn jixraq jiġi preċedut mill-isem tal-pjanta li l-prodott ikun magħmul minnha, għandu u jista” jintuża biss biex jiddeskrivi l-likwidu xropp miksub mill-massekit tal-pjanta li minnha jsir il-prodott wara l-estrazzjoni tal-kristalli taz-zokkor...’. Ma hemmx prodotti oħra bl-istess isem jew prodotti simili bl-istess isem.
3.3. Indika jekk it-talba għar-riserva tal-isem hux qed issir skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006
|
☒ |
Reġistrazzjoni bir-riserva tal-isem |
|
☐ |
Reġistrazzjoni mingħajr ir-riserva tal-isem |
3.4. Tip ta’ prodott
Klassi 2.3: Ħelu, ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u xogħol ieħor tal-furnar
3.5. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem fil-punt 3.1. (l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007)
“Suikerstroop” huwa l-likwidu xropp li jirriżulta mill-massekit tal-pitrava zokkrija jew iz-zokkor tal-kannamiela li minnu jsir il-prodott wara l-estrazzjoni tal-kristalli taz-zokkor. Dan il-likwidu għandu kontenut tal-estratt ta’ mill-inqas 80 %, kontenut minerali ta’ mhux iktar minn 4,0 % u purezza apparenti ta’ mill-inqas 73 %. Il-kontenut għoli ta’ materja niexfa tal-prodott flimkien mal-konċentrazzjoni għolja tiegħu taz-zokkor (iktar minn 60 g għal kull 100 g) ifisser li jibqa tajjeb għal żmien twil. Iz-zokkor jiżgura li hemm disponibbiltà baxxa ta’ “ilma liberu” li jfisser li ma jistgħux jiżviluppaw mikroorganiżmi.
Il-prodott għandu l-karatteristiċi speċifiċi li ġejjin:
|
|
Kulur |
Grad Brix (3) |
Zokkor totali |
|
“Suikerstroop” |
2 000 - 30 000 IU (4) |
min. 79° |
min. 70 % |
“Suikerstroop” huwa likwidu xropp li jwaħħal, magħqud, viskuż, kannella skur. Fih kwantità kbira ta’ zokkor (mill-inqas 70 %).
“Suikerstroop” għandu purezza apparenti ta’ mill-inqas 73 %. Il-kontenut tal-estratt għandu jkun mill-inqas 80 % u l-kontenut minerali ta’ “suikerstroop” ma għandux ikun ogħla minn 4 %.
“Suikerstroop” għandu togħma ħelwa/mielħa u daqsxejn morra. Il-ħlewwa tiġi mill-kontenut għoli ta’ zokkor u t-togħma mielħa mill-minerali u komponenti oħrajn (li jdubu) tal-pitrava zokkrija jew iz-zokkor tal-kannamiela li jinsabu fix-xropp b’riżultat tal-proċess tal-produzzjoni.
3.6. Deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni li japplika għall-isem skont il-punt 3.1
Il-materja prima ta’ “suikerstroop” hija likwidu xropp li jibqa wara l-produzzjoni taz-zokkor mill-pitrava zokkrija jew iz-zokkor tal-kannamiela wara l-estrazzjoni tal-kristalli taz-zokkor.
Matul il-produzzjoni taz-zokkor granulat, il-proċess ta’ estrazzjoni jinvolvi t-tidwib taz-zokkor mill-pitrava zokkrija jew iz-zokkor tal-kannamiela fl-ilma. Komponenti - li jdubu fl-ilma - oħrajn (mhux zokkor) mill-pitrava zokkrija jew iz-zokkor tal-kannamiela jdubu wkoll.
Dan l-estratt jiġi ppurifikat, ridott u kristallizzat. Wara li s-soluzzjoni taz-zokkor miksuba b’dan il-mod tikkristallizza, il-kristalli taz-zokkor jiġu estratti. Dak li mhux zokkor ma jinġabarx mas-soluzzjoni taz-zokkor li jifdal, li hija magħrufa wkoll bħala l-likur tal-mamma (jew ix-xropp, xropp oriġinali). Il-likur tal-mamma jkun għad fih ħafna zokkor imdewweb (madwar 85 %). Sabiex iz-zokkor li jkun għadu mdewweb jikkristallizza, il-likur tal-mamma jiġi ridott għal darb’oħra sakemm il-kristalli taz-zokkor jerġgħu jibdew jiffurmaw. Għal darb’oħra dawn il-kristalli jiġu estratti. Ix-xropp li jifdal huwa magħruf bħala xropp B u fih madwar 75 % zokkor (abbażi tal-materja niexfa) u relattivament livelli ogħla ta’ materjali li mhumiex zokkor. Ix-xropp B huwa l-materja prima użata għall-produzzjoni ta’ “suikerstroop”.
Ix-xropp B jtferra’ f’tank tat-taħlit biex jitneħħew l-impuritajiet. Il-materja prima tiġi trattata bil-karbonju attiv, li jassorbi l-impuritajiet, li jitneħħew permezz tal-filtrazzjoni flimkien mal-karbonju. Ix-xropp B miksub huwa l-ingredjent prinċipali ta’ “suikerstroop”. Ma’ din is-soluzzjoni purifikata tax-xropp B (soluzzjoni ta’ zokkor fl-ilma) jiżdied iz-zokkor u/jew iz-zokkor invers (xropp) sabiex ikun konformi mal-karatteristiċi msemmija fil-punt 3.5. Iz-zokkor invers (xropp) huwa xropp miksub permezz tas-separazzjoni taz-zokkor (sukrożju) fi glukożju u fruttożju. Ix-xropp B purifikat, is-soluzzjoni taz-zokkor u/jew iz-zokkor invers (xropp) jitħalltu biex jiffurmaw massa omoġenja.
Sabiex jinkiseb “suikerstroop” skont il-kompożizzjoni deskritta fil-punt 3.5., din il-massa ta’ xropp omoġenja tiġi evaporata f’vakwu sakemm jinkiseb il-valur tal-grad Brix mixtieq (mill-inqas 79°Brix).
Ix-xropp jinħażen f’tankijiet tal-ħażna, li minnhom jitferra’ f’diversi tipi ta’ pakketti.
3.7. Karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel
Il-karattru speċifiku ta’ “suikerstroop” jirriżulta mill-fatt li l-kwalitajiet tiegħu huma differenti ferm minn tipi oħra ta’ xropp bħax-xropp tat-tuffieħ jew tal-lanġas iżda wkoll mill-melassa minħabba l-karatteristiċi li ġejjin:
“Suikerstroop” jingħaraf mill-fatt li x-xropp huwa derivat 100 % mill-pitrava zokkrija/zokkor tal-kannamiela.
Ix-xropp ftit li xejn fih karboidrati apparti mis-surkrożju u z-zokkor invers minħabba l-fatt li ġej 100 % mill-pitrava zokkrija/zokkor tal-kannamiela. Il-kontenut taz-zokkor huwa mill-inqas 70 % (ara l-karatteristiċi wkoll imsemmija taħt il-punt 3.5). Dan jiddistingwi wkoll ix-xropp mill-melassa, fejn il-kontenut taz-zokkor huwa inqas minn 68 %.
Il-materjali li “mhumiex zokkor” fil-materja prima jagħtu lil “suikerstroop” togħma mielħa u daqsxejn morra. Din tikkombina mal-kontenut għoli ta’ zokkor biex tipproduċi togħma ħelwa/mielħa u aroma li huma uniċi meta mqabbla ma’ tipi oħrajn ta’ xropp.
3.8. Karattru tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni hija bbażata fuq il-fatt li l-prodott huwa karatterizzat minn metodu tradizzjonali tal-produzzjoni u kompożizzjoni tradizzjonali.
Sa mill-bidu tas-seklu 17 “suikerstroop” kien isir bl-idejn, iżda fl-1908 beda jsir b’metodu industrijali fil-fabbrika. Il-metodu tal-produzzjoni tal-fabbrika ma nbidilx minn dak iż-żmien, għalkemm il-proċess tal-produzzjoni tjieb, ġie ssimplifikat u iktar mekkanizzat. Il-fabbriki (li nbenew fil-bidu tal-20 seklu, madwar l-1910) għadhom joperaw. Hekk kif it-teknoloġija avvanzat dawn ġew modernizzati internament.
Storikament “suikerstroop” huwa prodott sekondarju tal-irfinar taz-zokkor. De Suikerraffinadeur [L-irfinatur taz-zokkor] minn J.H. Resig, li jmur lura għall-1783, jiddeskrivi kif ix-xropp kien jinġabar fil-laned tal-qtar matul il-produzzjoni tal-ħbejżiet taz-zokkor. Matul il-proċess tal-kristallizzazzjoni, il-massekit taz-zokkor purifikat (viskuż) kien jitferra’ fil-forom tal-ħbejżiet taz-zokkor. Il-forom wara kienu jitħallew fuq il-laned tal-qtar għal jumejn. Ix-xropp li kien jinġabar kien jissejjaħ xropp mikxuf. Il-ħbejżiet wara kienu jiġu mgħottija bit-tafal imxarrab (li kien iqanqal il-proċess tal-kristallizzazzjoni u ma jitħallewx idubu) u jerġgħu jitpoġġew fuq il-laned. L-ilma kien jitferra’ bil-mod fuq il-wiċċ u li bil-mod kien jissaffa ġewwa l-ħbejża. Ix-xropp prodott b’dan il-mod kien magħruf bħala x-xropp mgħotti. Wara kien jitneħħa l-għatu (tafal niexef), u l-ħbejżiet taz-zokkor kienu jitħallew joqgħodu għal ftit jiem, fejn wara kienu jiġu mogħtija b’saff ta’ tafal irqaq u jitpoġġew lura fuq il-laned tal-qtar qabel ma jerġa jitferra’ l-ilma fuqhom. Ix-xropp li kien jirriżulta kien magħruf bħala xropp tal-aħħar filtrazzjoni (l-iktar pur).
Minħabba li l-progress fit-teknoloġija (industrijalizzazzjoni) irriżulta f’żieda fil-kwantità ta’ zokkor granulat li jista’ jinkiseb matul il-proċess tal-produzzjoni, il-melado/melassa (xropp), fihom iktar materjal li mhux zokkor u inqas zokkor (il-kontenut totali taz-zokkor huwa inqas minn 68 %, u għalhekk il-purezza apparenti hija inqas minn 73 %). L-akkumulazzjoni tal-impuritajiet (minħabba l-effiċjenza tal-proċess industrijali tal-produzzjoni) ukoll tagħmel ix-xropp b’togħma differenti ħafna, ħafna iktar mielaħ mix-xropp tal-aħħar filtrazzjoni tal-passat (ix-xropp tal-aħħar miksub fil-proċess tal-produzzjoni manwali). Madankollu, minħabba l-fatt li kien għad hemm domanada għal “suikerstroop”, dan beda jiġi prodott apposta. Il-proċess tal-produzzjoni ġie żviluppat madwar is-sena 1900 (ara d-deskrizzjoni fil-punt 3.6.) u fl-1908 il-prodott beda jsir bil-mod li jsir illum.
Ħarsa ġenerali tal-metodu tal-produzzjoni fl-1908 u llum:
|
Metodu tal-produzzjoni (kif deskritt fil-punt 3.6.) |
1908 |
Illum |
|
Ix-xropp B miksub mill-produzzjoni taz-zokkor miz-zokkor tal-kannamiela jew mill-pitrava zokkrija jikkostitwixxi l-materja prima |
X |
X |
|
Purifikazzjoni tax-xropp B permezz tal-karbonju attiv |
X |
X |
|
Soluzzjoni taz-zokkor u/jew xropp taz-zokkor invers miżjud f’konformità mar-riċetta |
X |
X |
|
Jitħallat biex isir massa omoġenja |
X |
X |
|
Evaporazzjoni permezz ta’ tisħin sakemm tinkiseb il-materja niexfa mixtieqa |
X |
X |
“Suikerstroop” huwa tradizzjonalment magħmul mill-karboidrati tas-sukrożju u z-zokkor invers, li jiġu miz-zokkor tal-kannamiela jew il-pitrava zokkrija.
Il-kompożizzjoni ta’ “suikerstroop” tal-lum, li r-rekwiżiti tiegħu huma deskritti fil-punt 3.9., hija l-istess bħal dik stipulata fid-Digriet taz-Zokkor u x-Xropp (l-Att tal-Komoditajiet) tal-1977.
Id-Digriet taz-Zokkor u x-Xropp (l-Att tal-Komoditajiet) tal-1977 jiddeskrivi l-kompożizzjoni bħala xropp likwidu miksub mill-massekit tal-pjanta li minnha jsir il-prodott wara l-estrazzjoni tal-kristalli taz-zokkor. Barra minn hekk, il-kontenut tal-estratt kellu jkun ta’ mill-inqas 80 % u l-purezza apparenti 73 %. Il-kontenut minerali massimu kien 4,0 %. Il-karatteristiċi ewlenin tal-kompożizzjoni ma nbidlux u huma identiċi għar-rekwiżiti għall-kompożizzjoni ta’ “suikerstroop” tal-lum, kif deskritt fil-punt 3.5.
“Suikerstroop” huwa ingredjent użat ħafna fil-platti tradizzjonali. Is-serje Streekgerechten en wetenswaardigheden ta’ Jo van Lamoen, 1987–88, turi li “suikerstroop” jintuża f’ħafna riċetti lokali, bħal Groningse kruidkoek, Limburgse zoervleisj, Drentse proemenkreuze, Zeeuwse boterbabbelaars u l-fażola kannella bit-tuffieħ. Hemm ukoll ħafna riċetti li jużaw “suikerstroop” f’Het kookboek van de Amsterdamse huishoudschool ta’ C.J. Wannée, is-6 edizzjoni, datat 1910. Eżempji ta’ dawn huma boluskoek u stroopmoppen, u stroopsaus li huwa zalza magħmula minn “suikerstroop” kien kontorn rakkomandat għal ħafna riċetti, għaliex ħafna mill-platti tradizzjonali Olandiżi spiss kienu jkunu bla togħma.
3.9. Rekwiżiti minimi u proċeduri għall-verifika tal-karattru speċifiku
Il-karattru speċifiku ta’ “suikerstroop” jista’ jiġi ttestjat abbażi tar-rekwiżiti minimi li jistgħu jitkejlu, fejn iridu jiġu sodisfatti l-karatteristiċi tax-xropp imsemmija fil-punt 3.5. (kulur, brix u zokkor totali). Il-produttur jikkontrolla li r-rekwiżiti jiġu sodisfatti f’kull kunsinna prodotta (matul kull produzzjoni).
Nederlandse Voedsel en Waren Autoriteit (NVWA - l-Awtorità Olandiża tas-Sikurezza tal-Ikel u l-Prodotti tal-Konsum) tivverifika dan billi tagħmel monitoraġġ tal-kontrolli. NVWA twettaq verifika amministrattiva fuq il-post fuq il-produtturi tal-inqas darba fis-sena billi tikkontrolla d-dejta maħżuna fir-rigward tal-kulur, valur brix u l-kontenut totali taz-zokkor (imkejjel mill-produttur għal kull kunsinna prodotta u maħżuna diġitalment)
4. Awtoritajiet jew korpi li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
4.1. Isem u indirizz
|
Isem |
: |
Nederlandse Voedsel en Waren Autoriteit |
|
Indirizz |
: |
Catharijnesingel 59, 3511 GG UTRECHT |
|
Tel |
: |
+31 882233333 |
|
Posta elettronika |
: |
info@vwa.nl |
|
☒ |
Pubblika |
☐ |
Privata |
4.2. Kompiti speċifiċi tal-awtorità jew tal-entitá
Nederlandse Voedsel en Waren Autoriteit hija responsabbli mill-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal “suikerstroop”.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Kejl tal-konċentrazzjoni tas-solidi mdewba (f’dan il-każ zokkor) f’soluzzjoni tal-ilma determinata bl-użu ta’ refrattometru.
(4) ICUMSA (International Commission for Uniform Methods of Sugar Analysis) Units. Iżjed ma jkun għoli l-IU, iżjed ma jkun skur il-kulur.
Dan huwa kejl indirett tal-purezza.
Rettifika
|
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/14 |
Rettifika għas-Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2013 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6570 — UPS/TNT Express) (notifikata bid-dokument numru C (2013) 431 finali)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 137 tas-7 ta’ Mejju 2014 )
2014/C 187/10
Fil-paġna 12, il-paragrafu 33 għandu jinqara kif ġej:
|
“33. |
Il-Kummissjoni qablet li l-effiċjenzi kienu speċifiċi għall-fużjoni, iżda hija kkonfermat bħala verifikabbli biss l-iffrankar tal-kostijiet relatati mat-trasport Ewropew bin-netwerk tal-ajru u tal-art, li jirriżulta matul l-ewwel tliet snin wara t-tlestija tal-Fużjoni, li rispettivament jammonta għal EUR [...] miljun, għas-sinerġiji tan-netwerk tal-ajru intra-Ewropew u għal EUR [...] miljun għat-trasport bl-art. Dan l-iffrankar kien allokat fuq livell ta’ pajjiż b’pajjiż ibbażat fuq il-volum tal-UPS u d-dejta tal-kost fuq il-livell ta' korsija. Sabiex isir estimu fuq ir-rata tal-infiltrazzjoni tat-tibdil fil-kostijiet varjabbli għall-konsumaturi, il-Kummissjoni użat l-estimu tal-impatt tal-medja totali tat-tibdil tal-kostijiet fuq il-prezz ta’ servizzi ta’ konsenja express internazzjonali fiż-ŻEE pprovdut mill-partijiet wara analiżi tal-konċentrazzjoni tal-prezzijiet tagħhom.' Fid-dawl tal-istruttura tal-kost tal-Partijiet, dan jista' jkun ikkunsidrat bħala estimu għoli wisq tat-trasferiment tal-kostijiet varjabbli.” |