ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 178

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
12 ta' Ġunju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 178/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7212 — HML/MMC/MMC Superalloy Corporation) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 178/02

Il-Ħmistax-il Rapport ta’ Progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Ġlieda kontra l-Akkumulazzjoni u t-Traffikar Illeċiti ta’ SALW u l-Munizzjon tagħhom (2013/I)

2

2014/C 178/03

Is-Sittax-il Rapport ta’ Progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Ġlieda kontra l-Akkumulazzjoni u t-Traffikar Illeċiti ta’ SALW u l-Munizzjon tagħhom — (2013/II)

9

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 178/04

Rata tal-kambju tal-euro

20

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 178/05

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

21

2014/C 178/06

Komunikazzjoni tal-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

25

2014/C 178/07

Komunikazzjoni tal-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

29

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2014/C 178/08

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali

34

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 178/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7188 — Remondis Nederland/SITA Recycling Services/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

35

2014/C 178/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7216 — Reggeborgh / Argos Energy Group) ( 1 )

36

2014/C 178/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7301 — PAI partners / Euro Media Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

37

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 178/12

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

38

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7212 — HML/MMC/MMC Superalloy Corporation)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 178/01

Fl-4 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7212. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/2


Il-Ħmistax-il Rapport ta’ Progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Ġlieda kontra l-Akkumulazzjoni u t-Traffikar Illeċiti ta’ SALW u l-Munizzjon tagħhom (2013/I)

2014/C 178/02

I.   INTRODUZZJONI

Il-ħmistax-il rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Ġlieda kontra l-Akkumulazzjoni u t-Traffikar Illeċiti ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SALW) u l-Munizzjon tagħhom ikopri l-attivitajiet tal-UE matul l-ewwel nofs tal-2013 (mill-1 ta’ Jannar 2013sat-30 ta’ Ġunju 2013). Ir-rapport tħejja mid-Diviżjoni tas-SEAE għall-Armi ta’ Qerda Massiva, l-Armi Konvenzjonali u l-Ispazju, f’kooperazzjoni ma’ servizzi rilevanti oħra tas-SEAE u tal-Kummissjoni Ewropea. Matul il-perijodu ta’ rappurtar, l-UE kompliet tippromwovi l-kwistjonijiet relatati mas-SALW u l-munizzjon tagħhom fil-fora multilaterali kollha kif ukoll fid-djalogu politiku tagħha ma’ pajjiżi terzi fil-kuntest tal-istrumenti internazzjonali rilevanti, bħall-Programm ta’ Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu (PtA). B’mod partikolari, l-UE pparteċipat attivament fil-konferenza diplomatika finali tan-NU dwar it-TTA [Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi] (18-28 ta’ Marzu 2013, New York) u laqgħet l-adozzjoni tat-TTA mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-2 ta’ April 2013. Matul il-perijodu, l-UE kompliet ukoll bl-implimentazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ proġetti dwar il-ġlieda jew il-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom, u bdiet l-elaborazzjoni ta’ inizjattivi ġodda li għandhom jiġu żviluppati aktar tul ix-xhur li ġejjin.

II.   IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN TA’ AZZJONI LI JINSAB FL-ISTRATEĠIJA TAL-UE DWAR IS-SALW

II.1.   Multilateraliżmu effettiv għall-iżvilupp ta’ mekkaniżmi universali, reġjonali u nazzjonali kontra l-provvista u l-firxa destabbilizzanti tas-SALW u l-munizzjon tagħhom

(a)   Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tal-2001 tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu

Fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill b’appoġġ għal attivitajiet tal-Uffiċċju tan-NU għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA) biex jiġi implimentat il-PtA (Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/428/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011), ġiet organizzata b’mod konġunt mas-Segretarjat tal-Lega tal-Istati Għarab (LSGħ) laqgħa reġjonali dwar l-implimentazzjoni tal-PtA mill-10-11 ta’ Ġunju 2013 fil-Kajr għall-Istati Membri tal-LSGħ.

Din il-laqgħa kienet l-ewwel laqgħa reġjonali dwar l-implimentazzjoni tal-PtA li għandu jitwettaq wara l-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-2012, fejn l-Istati Membri kollha tan-NU qablu, b’kunsens, dwar Dokument ta’ Eżitu biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-PtA fil-futur. Id-diskussjonijiet dwar ir-riżultati tal-Konferenza ta’ Reviżjoni rrappreżentaw parti sinifikattiva tal-laqgħa fil-Kajr. Għadd ta’ Stati tal-LSGħ esprimew ukoll ħeġġa biex jirċievu taħriġ fil-ġestjoni tal-munizzjon u laqgħu l-fatt li l-Linji Gwida Tekniċi Internazzjonali dwar il-Munizzjon (IATG) ġew tradotti għall-Għarbi bħala parti mill-implimentazzjoni tal-attivitajiet skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill. Is-software IATG tan-NU SaferGuard, li kien żviluppat ukoll bl-appoġġ tal-UE għall-attivitajiet tal-UNODA sabiex jipprovdi mod preċiż u effiċjenti għall-esperti fil-qasam biex jimplimentaw l-istandards ta’ sikurezza tal-IATG, intlaqa’ tajjeb ukoll mill-Istati Membri tal-LSGħ (ara http://www.un.org/disarmament/un-saferguard/).

Fl-ewwel nofs tal-2013, twettqu passi importanti ‘l quddiem fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/428/PESK fl-istabbiliment ta’ magni għall-immarkar tal-armi fi tliet pajjiżi Afrikani. Abbażi ta’ konsultazzjonijiet estensivi, l-awtoritajiet rilevanti fil-Burkina Faso u t-Togo, u, b’mod sinifikanti, Mali, għamlu t-talba biex jirċievu dawn il-magni għall-immarkar. Mali huwa fil-proċess li jikkonsolida l-forzi armati tiegħu (bl-assistenza mill-Gvern Franċiż) u fix-xhur li ġejjin huwa mistenni jniedi inizjattiva kbira ta’ akkwist. L-isforzi ta’ riforma tiegħu jistgħu potenzjalment jallinjawh tajjeb mal-programm ta’ mmarkar. L-UNODA qed jaħdem mat-tliet pajjiżi kollha kemm huma dwar il-formalizzazzjoni tal-forniment tal-magni għall-immarkar, li ser tkun fokus tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill fix-xhur li ġejjin. Fl-istess ħin, minħabba l-finalizzazzjoni b’suċċess tal-IATG tan-NU SaferGuard u s-software tagħha ta’ implimentazzjoni, ser tiġi organizzata laqgħa ta’ tnedija tal-Bord Tekniku ta’ Reviżjoni taħt il-programm tan-NU SaferGuard f’Novembru 2013 sabiex il-programm jitmexxa ‘l quddiem.

(b)   Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

L-UE tilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni b’suċċess tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TTA) u temmen bis-sħiħ li, meta jiġi implimentat b’mod estensiv u effettiv, it-TTA jista’ jagħmel differenza kbira biex it-trasferimenti internazzjonali legali tal-armi jsiru aktar responsabbli u trasparenti, u fil-ġlieda kontra l-kummerċ illegali tal-armi. F’dan ir-rigward, l-UE biħsiebha tappoġġa l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa tat-Trattat.

L-inklużjoni tas-SALW fid-dispożizzjonijiet tat-TTA kienet pass importanti. Kontrolli aktar stretti fuq it-trasferimenti internazzjonali legali ta’ SALW pereżempju permezz ta’ kontrolli u assigurazzjonijiet aktar qawwijin għall-utenti finali u miżuri ta’ mitigazzjoni tad-devjazzjoni jistgħu jkomplu jnaqqsu r-riskju ta’ dawk is-SALW li jaqgħu fit-traffikar illegali. Bħala tali, it-TTA ser jikkomplementa strumenti oħra tan-NU bħall-PtA tan-NU u l-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar.

L-UE pparteċipat attivament fil-konferenza diplomatika finali tan-NU dwar it-TTA (18-28 ta’ Marzu 2013, New York) f’konformità mal-istatus tagħha ta’ osservatur tan-NU. Minħabba nuqqas ta’ kunsens u l-oppożizzjoni ta’ tliet Stati biss tan-NU (is-Sirja, ir-RDPK u l-Iran), l-abbozz tat-test tat-Trattat elaborat mill-konferenza ttieħed mill-Assemblea Ġenerali tan-NU li adattatu b’vot fit-2 ta’ April. L-Istati Membri kollha tal-UE ffirmaw it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi minn meta nfetaħ għall-iffirmar fit-3 ta’ Ġunju u bħalissa għaddejja ir-ratifika, skont ir-rekwiżiti proċedurali nazzjonali u tal-UE rilevanti.

Wara l-finalizzazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/366/PESK tal-14 ta’ Ġunju 2010, li tippromwovi l-proċess tat-TTA permezz tal-organizzazzjoni ta’ serje ta’ seminars reġjonali madwar id-dinja kollha, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/43/PESK fit-22 ta’ Jannar 2013 sabiex jitkompla l-appoġġ tal-UE f’dan il-qasam. Saru żewġ seminars f’Ġinevra f’Marzu u Ġunju 2013 li laqqgħu l-partijiet interessati l-aktar rilevanti, rispettivament bi tħejjija għall-konferenza diplomatika ta’ Marzu u għall-valutazzjoni tal-isfidi ta’ implimentazzjoni futuri.

(c)   Implimentazzjoni tal-Protokoll kontra l-Iffabrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (UNTOC)

Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill għall-Konklużjoni tal-Protokoll kontra l-Iffabrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom (il-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar), li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, ġiet adottata fit-22 ta’ Marzu 2013 u issa huwa mistenni li l-Kunsill, bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, ser jadottaha sal-aħħar tas-sena. Il-proposta leġislattiva hija mmirata għall-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ traspożizzjoni fil-leġislazzjoni tal-UE tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar. Il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar mill-UE għadha pendenti u tirrappreżenta impenn internazzjonali għall-UE.

Permezz tal-komponent għal perijodu ta’ żmien twil tal-Istrument għall-Istabbiltà (IfS), fl-ewwel nofs tal-2013 kompla proġett ta’ tliet snin (Marzu 2011-Frar 2014) għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu transnazzjonali tal-armi tan-nar permezz tal-promozzjoni tar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar. L-ambitu ġeografiku tal-proġett jinkludi l-Afrika tal-Punent (il-Benin, il-Burkina Faso, il-Gambja, il-Gana, Mali, il-Mawritanja, is-Senegal, it-Togo), l-Amerika t’Isfel (l-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Paragwaj, l-Urugwaj) u l-Karibew (il-Ġamajka). Tkompliet tingħata assistenza teknika mmirata dwar l-armonizzazzjoni u l-bini ta’ kapaċità leġislattivi dwar il-ġestjoni tas-SALW f’konformità mal-għan li jiġu promossi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Protokoll tal-Armi tan-Nar fl-Amerika Latina, il-Karibew u l-Afrika tal-Punent. Il-proġett iqajjem ukoll sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjonijiet tas-SALW biex f’dan il-qasam tissaħħaħ il-parteċipazzjoni u s-sorveljanza tas-soċjetà ċivili. Aktar attivitajiet previsti jinkludu t-twettiq ta’ studju dwar it-traffikar transreġjonali ta’ armi tan-nar li ser jipprovdi lill-pajjiżi sħab b’evidenza li tappoġġa t-tfassil tal-politika. Il-proġett jiġi implimentat mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC).

Fil-qafas tal-komponent għal perijodu ta’ żmien twil tal-IfS, l-UE qed tkompli wkoll tagħti assistenza finanzjarja lill-INTERPOL għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ bażi tad-data għall-insegwiment u t-traċċar ta’ armi tan-nar mitlufa, misruqa, traffikati u mdaħħla b’kuntrabandu (iARMS) permezz tas-sistema Interpol I24/7 sabiex jiġu faċilitati l-iskambju reġjonali u transreġjonali ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni investigattiva bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. L-implimentazzjoni pilota (2011-2012) iffokat ukoll fuq l-Afrika tal-Punent (il-Benin, Burkina Faso, il-Gambja, il-Gana, il-Mawritanja, is-Senegal, it-Togo), l-Amerika t’Isfel (l-Arġentina, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Paragwaj, l-Urugwaj) u l-Karibew (il-Ġamajka) u inkludiet ukoll pajjiżi Ewropej addizzjonali (ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja, il-Portugall, Spanja). Il-kuntratt għat-tieni fażi ta’ appoġġ għal perijodu ta’ żmien twil tal-IfS għas-sistema iARMS tal-Interpol bedat f’Jannar 2013 (2013-2014). It-tieni fażi għandha l-għan li ssaħħaħ il-funzjonalità tas-sistema u li tagħmel l-iARMS disponibbli għall-190 membru kollha tal-INTERPOL. Il-proġett jipprevedi wkoll servizzi relatati ta’ bini ta’ kapaċità, taħriġ u intelligence kriminali dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità relatata mal-armi tan-nar.

Sabiex jissaħħaħ aktar l-approċċ tal-UE għall-kwistjoni tal-armi tan-nar, il-Kummissjoni (DĠ Affarijiet Interni) attwalment qed jiżviluppa Komunikazzjoni għal Ottubru 2013 biex jiġu identifikati oqsma għal azzjoni leġislattiva u operazzjonali ulterjuri. Il-Komunikazzjoni ser tieħu rendikont, minn perspettiva tal-infurzar tal-liġi, ta’ azzjonijiet eżistenti tal-UE biex jitnaqqas it-traffikar tal-armi tan-nar u tippreżenta l-perspettiva tal-Kummissjoni dwar passi futuri f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni qiegħda wkoll fil-proċess li tiddefinixxi “Pakkett tal-2015 dwar l-Armi tan-Nar” rilevanti, li possibbilment jinkludi proposti leġislattivi, l-ewwel nett dwar proċedimenti dwar id-diżattivazzjoni u l-immarkar tal-armi tan-nar u t-tieni nett dwar l-approssimazzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar.

Ġiet adottata wkoll deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar it-traffikar tal-armi tan-nar f’Marzu 2013 u l-ewwel laqgħa tal-Grupp ta’ Esperti hija ppjanata għall-aħħar tal-2013. Il-Grupp għandu jkun magħmul minn esperti mill-qasam tas-sigurtà interna, inklużi l-produtturi ta’ armi tan-nar u riċerkaturi u individwi oħra li, fil-fehma tal-Kummissjoni, joffru għarfien espert siewi li jista’ jassisti lill-Kummissjoni fl-abbozzar possibbli ta’ proposti leġislattivi u inizjattivi ta’ politika biex jittejbu l-miżuri kontra dan it-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar għas-salvagwardja tas-sigurtà interna tal-UE.

Il-Kunsill inkluda wkoll l-għan strateġiku li jitnaqqas ir-riskju tal-armi tan-nar għaċ-ċittadini fost il-prijoritajiet dwar il-kriminalità taċ-ċiklu ta’ politika 2014-17. Huwa importanti għall-UE li tieħu t-tmexxija operazzjonali fl-appoġġ tal-istandards internazzjoni billi tittratta l-problema persistenti u iebsa tat-traffikar illegali tal-armi tan-nar. Id-deċiżjoni li jiġu inklużi l-armi tan-nar fiċ-ċiklu ta’ politika li jmiss hija opportunità ideali biex jingħata l-impetu neċessarju għall-azzjoni min-naħa tal-Istati Membru u l-Europol.

Fl-aħħar nett, qed jitħejja Stħarriġ tal-Ewrobarometru biex jivvaluta l-fehmiet dwar ir-rwol tal-UE fit-trattament tar-riskju tal-armi tan-nar, bl-intenzjoni li tintlaħaq firxa usa’ ta’ partijiet interessati, inklużi organizzazzjonijiet tal-vittmi u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili.

(d)   Kontrolli fuq l-esportazzjoni

L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi komplew jiġu sostnuti bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/711/PESK li tipprevedi serje ġdida ta’ attivitajiet f’appoġġ ta’ pajjiżi terzi, inklużi seminars reġjonali, żjarat ta’ studju, skambji ta’ persunal, u assistenza individwali. L-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill bdiet kmieni fl-2013 b’rieżami legali tal-abbozz tal-liġi Montenegrina dwar il-kontroll tal-esportazzjoni (Marzu 2013, sessjoni ta’ ħidma reġjonali dwar il-kontrolli fuq l-użu finali fi Skopje għall-pajjiżi Ewropej tal-Ewropa tax-Xlokk (Ġunju 2013) u żjara ta’ studju ospitata mill-Isvezja għall-uffiċjali tal-Ġeorġja, l-Azerbajġan u l-Bjelorussja (Ġunju 2013).

Fl-ewwel semestru tal-2013, saru djalogi politiċi man-Norveġja u l-Ukraina dwar kwistjonijiet marbutin mal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi.

II.2.   Is-SALW fil-qafas ta’ djalogu politiku ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali, klawsoli tas-SALW

Kwistjonijiet marbutin mal-SALW ġew inklużi fl-aġenda ta’ għadd ta’ djalogi politiċi regolari tal-UE ma’ pajjiżi terzi u fil-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet reġjonali. Ġew organizzati laqgħat ta’ djalogu politiku dwar kwistjonijiet ta’ nonproliferazzjoni, diżarm u kontroll tal-armi fil-livell ta’ grupp ta’ ħidma mar-Russja (Moska, 4 ta’ Marzu 2013) u l-Ukraina (Brussell, 15 ta’ Mejju 2013). Barra minn hekk, il-Konsulent Prinċipali u Mibgħut Speċjali għan-Nonproliferazzjoni u d-Diżarm il-ġdid kellu numru ta’ konsultazzjonijiet informali ma’ diversi atturi fil-marġini ta’ avvenimenti speċjali, inkluża l-Konferenza tat-TTA li saret f’Marzu 2013 fi New York (inklużi l-Alġerija, il-Brażil, l-Eġittu, l-Indja, in-NATO, in-Niġerja, il-Messiku, il-Pakistan, l-Istati Uniti, il-Venezwela, l-UNODA, il-Vjetnam, l-Indoneżja, il-Kazakistan, il-Perù, ir-Russja, Singapor, l-Afrika t’Isfel, it-Tajlandja), it-Tieni PrepCom tat-TNP li saret f’April-Mejju 2013 f’Ġinevra (inklużi l-Eġittu, il-Lega tal-Istati Għarab, l-Afrika t’Isfel, il-Perù), u t-Tielet Konferenza li saret f’April 2013 fl-Aja (inklużi l-OPCW u l-Istati Uniti).

F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-inklużjoni ta’ element tas-SALW fi ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi adottati f’Diċembru 2008, attwalment qed jiġu diskussi elementi ta’ SALW mal-Afganistan, l-Awstralja, il-Brunej, il-Kanada, il-Ġappun, il-Kazakistan, il-Malasja, il-Mercosur, New Zealand u s-Singapor għall-inklużjoni fil-ftehimiet rispettivi tagħhom mal-UE.

II.3.   Proġett ta’ assistenza speċifika tal-UE għal Pajjiżi Terzi u Organizzazzjonijiet Reġjonali

(a)   Balkani tal-Punent

I.

Fl-1 ta’ April 2013, proġett ta’ segwitu beda jkompli jtejjeb, permezz tal-komponent fuq perijodu ta’ żmien fil-qosor tal-Istrument għall-Istabbiltà (IfS), il-perspettivi tas-sigurtà, is-sikurezza u l-iżvilupp għall-individwi u l-komunitajiet lokali li jintlaqtu minn splużjonijiet inċidentali fis-siti tal-ħżin ta’ munizzjon fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH). Il-programm ser jiffoka biss fuq munizzjon instabbli u ferm perikoluża li jkun iddikjarat għall-qerda minħabba l-kondizzjonijiet ħżiena tiegħu u jtejjeb l-istandards ta’ sikurezza tad-depots ta’ ħażna tal-munizzjon. Il-parti tal-aħħar ser tiġi implimentata bi sħubija mal-missjoni tal-OSKE għall-BiH. Il-programm ser jipprovdi wkoll assistenza biex jitjiebu l-mekkaniżmi ta’ spezzjoni u verifika ta’ munizzjon tal-Gvern tal-BiH u jissaħħu l-għarfien espert legali u amministrattiv u l-prattika tajba fl-awtoritajiet.

II.

Wara l-impenji espressi fid-Dikjarazzjoni ta’ Tirana dwar il-ġlieda kontra t-Traffikar illeċitu tal-armi fil-Balkani tal-Lvant, l-EUD/EUSR fil-BIH tikkoopera mill-qrib mal-UNDP matul l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-konferenza ministerjali dwar “Il-Kontroll tal-Armi fil-Kuntest tat-Tkabbir tal-UE” li saret mit-18sad-19 ta’ Ġunju 2013. Il-konferenza mmirat għal rappreżentanti ta’ livell għoli tal-awtoritajiet tal-BiH li jittrattaw mal-oqsma tal-kontrolli tal-armi kif ukoll l-organizzazzjonijiet internazzjonali involuti ma’ dan is-suġġett. Il-ġlieda effettiva kontra t-traffikar illeċitu tal-armi u l-ġbir tal-armi illegali madwar it-territorju intier tal-BiH kienu żewġ oqsma ewlenin diskussi fil-konferenza. L-EUD/EUSR fil-BIH kellha rapport mill-qrib mal-EUROPOL li ffaċilitat il-preżentazzjonijiet tagħha fil-konferenza ddedikati għall-impatt ta’ armi illeċiti ttraffikati mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Lvant fl-UE. Barra minn hekk, l-EUD/EUSR ippresediet il-bord dwar it-traffikar illeċitu tal-armi u tat ukoll preżentazzjoni dwar ir-rekwiżiti u l-istandards ewlenin tal-UE f’dan il-qasam. L-awtoritajiet tal-BiH ġew mistiedna biex jikkunsidraw it-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll u l-pussess ta’ armi u d-Direttiva 2008/51/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE fil-leġislazzjoni nazzjonali fir-rigward tad-definizzjonijiet, il-kategorizzazzjonijiet, is-sistema ta’ mmarkar kif ukoll il-kooperazzjoni mtejba fil-qasam tat-traffikar illeċitu tal-armi. Il-parteċipanti tal-konferenza kkonkludew li l-kooperazzjoni aktar b’saħħitha dwar l-infurzar tal-liġi, l-iskambju ta’ informazzjoni u intelligence kif ukoll approssimizzazzjoni ulterjuri tal-qafas leġislattiv mal-istandards internazzjonali u tal-UE huma meħtieġa għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi. Ġie rikonoxxut ukoll li għandha tiġi implimentata kampanja għall-ġbir tal-armi illegali fil-BiH b’mod koordinat fiż-żmien fil-pajjiż kollu u skont l-istandards internazzjonali għall-kontroll ta’ armi żgħar.

III.

Attwalment l-UE qed tikkunsidra wkoll it-tkomplija tal-appoġġ preċedenti tagħha għaċ-Ċentru tal-Ewropa tax-Xlokk u tal-Lvant għall-kontroll tas-SALW (SEESAC) sabiex tnaqqas aktar it-theddida tat-traffikar illeċitu tas-SALW fl-Ewropa tax-Xlokk. Filwaqt li jibni fuq l-implimentazzjoni b’suċċess tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/179/PESK, proġett sussegwenti possibbli jista’ jespandi l-ambitu tiegħu biex jinkludi r-Repubblika tal-Moldova u l-Kosovo (1) filwaqt li fl-istess ħin isaħħaħ l-aspett ta’ kooperazzjoni reġjonali bħala l-aktar mod effiċjenti għall-iżgurar l-impatt u s-sostenibbiltà fuq perijodu ta’ żmien twil.

IV.

Fl-aħħar nett, l-EUFOR Althea kompliet tipparteċipa fl-isforzi tal-komunità internazzjonali biex tindirizza l-kwistjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ munizzjon konvenzjonali miżmuma mill-BiH MoD.

(b)   Reġjun tal-OSKE

Fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/662/PESK b’appoġġ għall-attivitajiet biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu fi, u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fir-reġjun kopert mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), matul il-perijodu tar-rappurtar saru l-attivitajiet li ġejjin:

Taħriġ ta’ livell espert dwar l-infurzar ta’ kontrolli tal-bejgħ bis-senserija tas-SALW sar fl-24-26 ta’ April 2013 f’Vjenna għal 12-il pajjiż mill-Ewropa tax-Xlokk, l-Ewropa tal-Lvant u l-Kawkasu. It-taħriġ iffoka fuq teknika ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni. Dan ġie organizzat mill-OSKE flimkien ma’ esperti mir-Renju Unit u twettaq bil-parteċipazzjoni tal-UNODA, l-UNODC u l-Programm tal-Istati Uniti dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni u s-Sigurtà tal-Fruntieri Relatata. Il-parteċipanti tgħallmu dwar il-leġislazzjoni, il-proċeduri u tekniki tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni u impenjaw ruħhom ukoll f’żewġ studji tal-każ. Fost affarijiet oħra, it-taħriġ issottolinja l-ħtieġa għat-titjib tal-leġislazzjoni eżistenti tal-bejgħ bis-senserija f’ċerti pajjiżi, speċjalment fir-rigward tal-liġi kriminali tagħhom. Qed jiġu kkunsidrati passi possibbli ta’ segwitu dwar din il-kwistjoni.

Wara l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni elettronika taż-żamma ta’ reġistri tas-SALW u l-munizzjon lill-Istati parteċipanti tal-OSKE f’Minsk fit-28-30 ta’ Mejju 2013, issa nbeda perijodu ta’ testjar ta’ sitt xhur bil-Ministeri tad-Difiża tal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Każakstan, il-Kirgiżstan, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Montenegro, is-Serbja, u t-Taġikistan jieħdu sehem attiv f’dan il-proċess. Huma rċevew laptops għat-testjar bis-software u l-manwali għall-utenti installati. Uħud mill-Istati parteċipanti l-oħra tal-OSKE esprimew interess fil-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali bil-ħsieb li jingħaqdu mal-proġett fi stadju aktar tard. Is-software ser jiġi tradott ukoll għall-Ingliż, is-Serbo-Kroat, u l-Moldovan.

L-attivitajiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill iddedikati għat-titjib tas-sigurtà fiżika tal-ħażniet tas-SALW u l-qerda tas-SALW fil-Bjelorussja u l-Kirgiżistan ikkonċentraw fuq l-iżvilupp tal-qafas legali meħtieġa u l-ippjanar ta’ aktar passi konkreti ta’ implimentazzjoni.

(c)   Afrika

I.

Fl-ewwel nofs tal-2013, kompliet l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/121/PESK għall-appoġġ ta’ attivitajiet biex jippromwovu d-djalogu u l-kooperazzjoni UE-Ċina-Afrika dwar il-kontrolli tal-armi konvenzjonali. S’issa, il-proġett wera xi riżultati tanġibbli f’termini tal-iżvilupp ta’ żieda fis-sensibilizzazzjoni u d-djalogu fost is-soċjetà ċivili, l-industrija, u r-rappreżentanti tal-Gvern taċ-Ċina, l-UE, l-Istati Afrikani dwar il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ SALW fl-Afrika, speċjalment fl-Afrika tal-Lvant. S’issa, saru ‘l fuq minn tletin laqgħa bilaterali fl-Afrika, iċ-Ċina u l-Istati Membri tal-UE kif ukoll tliet laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Esperti mill-Afrika, iċ-Ċina u l-UE (EWG), żjara waħda ta’ studju fis-Sudan t’Isfel, u Konferenza Reġjonali dwar l-Indirizzar tas-SALW u l-Munizzjon Illeċiti fl-Afrika tal-Lvant f’Najrobi (2-3 ta’ Lulju 2013). Din tal-aħħar saret taħt il-patronaġġ tal-EWG u ospitata mill-Forum għall-Paċi tal-Afrika u Safeworld, b’kooperazzjoni mal-Punt Fokali Nazzjonali Kenjan dwar l-Armi Ħfief (KNFP) u ċ-Ċentru Reġjonali dwar l-Armi Ħfief fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, il-Qarn tal-Afrika u l-Istati Ġirien (RESCA), u b’hekk tikkomplementa b’mod sinifikanti għall-appoġġ li għadu għaddej tal-IfS lir-RECSA (ara aktar ‘l isfel II).

Dawn l-attivitajiet kollha wrew żieda fl-impenn min-naħa Ċiniża, inkluż minn esperti militari mlaħħqin. Artikoli fil-gazzetti bdew jagħtu attenzjoni lill-kwistjoni ta’ SALW illeċiti fl-Afrika u jagħmlu suġġerimenti dwar x’għandha tagħmel iċ-Ċina biex tindirizza din il-problema. Is-seminar f’Najrobi ġibed ukoll kopertura sinifikanti mill-mezzi tal-informazzjoni fiċ-Ċina. Barra minn hekk, it-traduzzjoni ta’ materjali rilevanti qed tikkontribwixxi għal żieda fis-sensibilizzazzjoni u l-għarfien tal-problema ta’ SALW fl-Afrika u ħolqot opportunitajiet għal djalogu u dibattitu dwar kontrolli responsabbli ta’ trasferiment ta’ SALW fost akkademiċi, esperti minn gruppi ta’ riflessjoni u studenti.

Dinamiċi tajbin ta’ kooperazzjoni żviluppaw bejn il-membri tal-EWG li huma impenjati flimkien f’djalogi tal-politika, fit-twettiq ta’ konsultazzjonijiet ma’ uffiċjali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, u f’li jingħaqdu ma’ żjarat ta’ tiftix tal-fatti fuq il-post. Il-membri tiegħu għandhom sett ta’ esperjenzi u netwerks sostanzjali u varji li l-proġett qed juża’ sabiex jilħaq l-objettivi tiegħu. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitat għalih, il-militar Ċiniż, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Ċiniż, il-Militar tal-Pajjiżi l-Baxxi, missjonijiet ta’ diżarm tan-Nazzjonijiet Uniti, timijiet ta’ investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-embargo tal-armi, il-militar tas-Sudan t’Isfel, il-bureau tas-Sudan t-Isfel dwar l-armi ħfief, il-pulizija tal-Uganda, il-punt Fokali Nazzjonali tal-Uganda dwar is-SALW, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Kenjan, iċ-Ċentru dwar l-Armi Ħfief ibbażat f’Najrobi (RECSA), diversi proġetti fil-qasam relatati mas-SALW governattivi u mhux governattivi u rabtiet numerużi għad-diplomati, uffiċjali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili madwar l-Ewropa, iċ-Ċina u l-Afrika.

Id-djalogu dwar politika tal-proġett u l-attivitajiet promozzjonali kienu strumentali wkoll fir-ritorn tal-kwistjoni tas-SALW dwar l-aġenda tal-Forum dwar il-Kooperazzjoni Ċina-Afrika (FOCAC). Fil-Ħames Konferenza Ministerjali tal-FOCAC, iċ-Ċina impenjat ruħha li tappoġġa l-isforzi Afrikani “fil-ġlieda kontra n-negozju illegali u ċ-ċirkolazzjoni ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir” (Punt 2.6, il-Ħames Konferenza Ministerjali tal-FOCAC, Pjan ta’ Azzjoni ta’ Bejġing 2013-2015).

II.

Fil-qafas tal-komponent għal perijodu ta’ żmien twil tal-Istrument għall-Istabbiltà, l-UE kompliet bl-implimentazzjoni ta’ proġett b’appoġġ għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni illeċita ta’ armi tan-nar u munizzjon, u n-negozju fihom, fl-Afrika, permezz taċ-Ċentru Reġjonali għall-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (RECSA), li jinsab f’Najrobi. Dan il-proġett jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-komponent tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Istrateġija Konġunta UE-Afrika. L-attivitajiet prinċipali jinkludu t-tisħiħ istituzzjonali ta’ pajjiżi mmirati u r-RECSA, il-promozzjoni tal-ġestjoni effettiva tas-SALW (l-immarkar ta’ armi, iż-żamma ta’ rekords, il-ġestjoni u l-qerda ta’ ħażniet) u l-ġenerazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-SALW. L-appoġġ attwali għar-RECSA ntemm f’Ġunju 2013 wara t-tlestija ta’ studju li jeżamina l-livell ta’ implimentazzjoni tal-impenji tas-SALW reġjonali u internazzjonali tal-pajjiżi Sub-Saħarjani. It-tieni fażi tal-appoġġ tal-UE għar-RECSA ġie maqbul f’Diċembru 2012 u beda f’Lulju 2013 mat-tlestija tal-ewwel fażi tal-proġett.

III.

Fl-24 ta’ Ġunju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/320/PESK biex jipprovdi sa EUR 5 miljun f’appoġġ tal-UE biex tingħata għajnuna lill-awtoritajiet Libjani fil-kompitu enormi tagħhom għas-sikurezza tal-volum enormi tagħhom ta’ ħażniet ta’ armi u munizzjon konvenzjonali. L-UE toffri dan l-appoġġ biex tgħin lill-awtoritajiet responsabbli fil-Libja biex iwaqqfu t-tixrid ulterjuri mhux ikkontrollat ta’ armi konvenzjonali u munizzjon, li jkompli jżid in-nuqqas ta’ sigurtà fil-Libja, il-pajjiżi ġirien tagħha u r-reġjun usa’. Din l-għajnuna hija parti mill-approċċ komprensiv tal-UE biex jiġi appoġġat il-proċess ta’ transizzjoni lejn id-demokrazija, il-paċi u s-sigurtà sostenibbli fil-Libja. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tikkomplementa l-isforzi tal-Missjoni tal-UE ta’ Assistenza fil-Fruntieri fil-Libja biex tiġi żviluppata l-kapaċità tal-Libja għat-titjib tas-sigurtà tal-fruntiera tal-art, tal-baħar u tal-ajru tagħhom fuq perijodu ta’ żmien qasir, u sabiex tiġi żviluppata strateġija usa’ fuq perijodu ta’ żmien twil ta’ Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBM).

IV.

Barra minn hekk, proġett konġunt mid-DanChurchAid (DCA) u mill-Kunsill Daniż tar-Refuġjati (DRC), li huwa ffinanzjat mill-komponent għal perijodu ta’ żmien qasir tal-Istrument għall-Istabbiltà, kien ilu jipprovdi edukazzjoni tar-riskji dwar is-SALW lill-popolazzjoni ċivili fil-Libja minn Settembru 2012. Huwa għandu l-għan li jgħin biex jonqos l-għadd ta’ inċidenti relatati mas-SALW, u l-preżenza viżwali tagħhom. Permezz tal-linji ta’ politika tal-awtoritajiet lokali, id-DCA jippromwovi wkoll il-ġestjoni sikura tas-SALW biex jgħin sabiex tiġi evitata l-vjolenza bl-armi. S’issa, saru 11-il kors ta’ taħriġ għall-Ministeri tal-Intern u d-Difiża dwar it-tneħħija tal-mini/UXO. Fiż-żona ta’ Tripoli tnaddfu 96 800 metru kwadrat ta’ art. Fiż-żona tan-Nofsinhar ta’ Sabha, ġie ffirmat ftehim biex jitħarrġu dawk li jfittxu l-artillerija splussiva għar-rimi ta’ artillerija splussiva u ngħatat edukazzjoni dwar ir-riskji tal-mini lil 2 452 persuna minn komunitajiet migranti, servizzi tat-tifi tan-nar u skejjel.

V.

Żewġ proġetti oħrajn fi Stati Afrikani, li t-tnejn li huma ffinanzjati mill-komponent għal perijodu ta’ żmien qasir tal-Istrument għall-Istabbiltà, ikomplu jappoġġaw l-assistenza (1) lill-Gvern tas-Sudan t’Isfel dwar il-kontroll tal-armi, b’mod partikolari permezz ta’ miżuri għall-bini tal-kapaċità mmirati għat-tnaqqis paċifiku tal-għadd ta’ SALW mhux kontrollati f’idejn il-persuni ċivili fis-Sudan t’Isfel; u (2) lill-Gvern tan-Niġer fl-implimentazzjoni effettiva tal-impenji tiegħu mill-Konvenzjoni tal-ECOWAS dwar is-SALW u l-PtA tan-NU. Iż-żewġ proġetti qed jiġu implimentati mill-UNDP.

(d)   Amerika Ċentrali

I.

L-UE kompliet ukoll bl-implimentazzjoni ta’ proġett li jappoġġa l-Programm għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir tal-Amerika Ċentrali (CASAC). Permezz tal-komponent fuq perijodu ta’ żmien twil tal-Istrument għall-Istabbiltà, il-proġett, li preċedentement ġie implimentat mill-UNDP, daħal fit-tieni fażi tiegħu ta’ appoġġ f’Settembru 2012 bil-Kummissjoni ta’ Sigurtà tas-Sistema ta’ Integrazzjoni tal-Amerika Ċentrali (SICA) bħala l-imsieħeb ta’ implimentazzjoni tagħha. Il-kontribut tal-proġett tal-UE għall-inizjattiva tal-CASAC għandu l-għan li tiġi stabbilita l-fondazzjoni għal struttura reġjonali u strateġija fuq perijodu ta’ żmien twil għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi fl-Amerika Ċentrali, fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll reġjonali. Il-proġett huwa implimentat fl-Amerika Ċentrali u l-pajjiżi ġirien, inkluż ir-reġjun tal-Karibew (b’fokus partikolari fuq il-Beliże, il-Gwatemala, El Salvador, il-Ħonduras, in-Nikaragwa, il-Kosta Rika u l-Panama). L-attivitajiet prinċipali jinkludu kampanji u konferenzi reġjonali u nazzjonali għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni nazzjonali u s-sistemi ta’ reġistrar, u proġetti transkonfinali kif ukoll taħriġ f’diversi oqsma.

II.

Fl-istess ħin, l-UE bħalissa qed telabora wkoll Deċiżjoni tal-Kunsill possibbli b’appoġġ għal aktar attivitajiet komplementari dwar il-kontroll tas-SALW fl-Amerika Ċentrali sabiex jiġu speċifikament indirizzati l-objettivi tal-PESK ta’ ħidma meħtieġa li għandha titwettaq b’mod konġunt miċ-Ċentru Reġjonali tan-NU għall-Paċi, id-Diżarm u l-Iżvilupp fl-Amerika Latina u l-Karibew (UNLIREC) u l-CASAC sabiex jiġu miġġielda b’suċċess l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tas-SALW u l-munizzjon f’dan ir-reġjun.

III.

Barra minn hekk, il-komponent għal perijodu ta’ żmien qasir tal-Istrument għall-Istabbiltà qed jappoġġa wkoll l-Instituto de Enseñanza para el Desarrollo Sostenible (IEPADES) fl-implimentazzjoni tal-partijiet relatati mas-SALW tal-Istrateġija ta’ Sigurtà tal-Amerika Ċentrali, b’mod partikolari l-appoġġ għas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tal-kriminalità marbuta mal-armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u l-vjolenza armata.


(1)  Din id-desinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-status, u hija f’konformità mal-UNSCR 1244 (1999) u l-opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Indipendenza tal-Kosovo.


12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/9


Is-Sittax-il Rapport ta’ Progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Ġlieda kontra l-Akkumulazzjoni u t-Traffikar Illeċiti ta’ SALW u l-Munizzjon tagħhom — (2013/II)

2014/C 178/03

I.   INTRODUZZJONI

Is-sittax-il rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Ġlieda kontra l-Akkumulazzjoni u t-Traffikar Illeċiti ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SALW) u l-Munizzjon tagħhom ikopri l-attivitajiet tal-UE matul it-tieni nofs tal-2013 (mill-1 ta’ Lulju 2013sal-31 ta’ Diċembru 2013). Ir-rapport tħejja mid-Diviżjoni tas-SEAE għall-Armi ta’ Qerda Massiva, l-Armi Konvenzjonali u l-Ispazju, f’kooperazzjoni ma’ servizzi rilevanti oħra tas-SEAE u tal-Kummissjoni Ewropea. Matul il-perijodu ta’ rappurtar, l-UE kompliet tippromwovi l-kwistjonijiet relatati ma’ SALW u l-munizzjon tagħhom fil-fora multilaterali kollha kif ukoll fid-djalogu politiku tagħha ma’ pajjiżi terzi fil-kuntest tal-istrumenti internazzjonali rilevanti, bħalma hu l-Programm ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illegali f’Armi Żgħar u l-Armamenti Ħfief fl-Aspetti Kollha Tiegħu (PoA) u l-Istrument Internazzjonali li jippermetti li l-Istati jidentifikaw u jittraċċaw, b’mod f’waqtu u affidabbli, armi żgħar u armamenti ħfief illeċiti (ITI). L-adozzjoni ta’ Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) fl-2013 twiegħed li tikkomplementa u ssaħħaħ il-ħidma li qed issir fl-istrumenti tan-NU bħall-PoA u l-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar. L-inklużjoni ta’ SALW fl-ambitu tal-ATT tintroduċi obbligi legalment vinkolanti u normi ġodda għar-regolamentazzjoni ta’ trasferimenti legali ta’ SALW, li ser ikomplu jnaqqsu r-riskju li s-SALW jiġu ddevjati għas-suq illegali. Matul il-perijodu, l-UE kompliet ukoll bl-implimentazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ proġetti dwar il-ġlieda jew il-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom, u adottat Deċiżjonijiet tal-Kunsill ġodda dwar inizjattivi addizzjonali lejn dawn l-għanijiet.

II.   IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN TA’ AZZJONI LI JINSAB FL-ISTRATEĠIJA TAL-UE DWAR IS-SALW

II.1.   Multilateraliżmu effettiv għall-iżvilupp ta’ mekkaniżmi universali, reġjonali u nazzjonali kontra l-provvista u l-firxa destabbilizzanti tas-SALW u l-munizzjon tagħhom

(a)   L-Ewwel Kumitat UNGA68

Is-Sessjoni tal-2013 tal-Ewwel Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU offriet opportunità għall-UE biex tappoġġa l-implimentazzjoni effettiva u sħiħa tad-Dokument Finali tat-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni dwar il-programm ta’ azzjoni dwar il-kummerċ illeċitu f’armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) u d-dħul fis-seħħ bikri, l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi. Ġew adottati diversi riżoluzzjonijiet li jipprevedu fost oħrajn l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU. It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) sar wieħed mill-kwistjonijiet l-aktar kuntenzjużi fir-rigward ta’ għadd ta’ riżoluzzjonijiet: il-lingwaġġ qawwi b’appoġġ għall-ATT u d-dħul fis-seħħ bikri tiegħu ġġeneraw dibattiti mqanqlin. L-UE u l-Istati Membri tal-UE flimkien ma’ delegazzjonijiet oħra, esprimew l-appoġġ kbir tagħhom għat-Trattat u kellhom l-intenzjoni li jinkludu referenzi qawwija fl-abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet rilevanti għal dan l-għan. Dawn l-isforzi kellhom oppożizzjoni qawwija minn xi wħud u r-riżoluzzjonijiet, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, spiċċaw b’lingwaġġ aktar dgħajjef.

Ir-riżoluzzjonijiet, “Assistenza lill-Istati biex irażżnu t-traffiku illeċitu ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u jiġbruhom” (Mali), “Il-kummerċ illeċitu ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir fl-aspetti kollha tiegħu” (il-Kolombja) u “Problemi li jinħolqu mill-akkumulazzjoni ta’ ħażniet żejda ta’ munizzjon konvenzjonali” (il-Ġermanja/Franza) ġew adottati mingħajr vot, peress li qabel kienu soġġetti għal diskussjonijiet u konsultazzjonijiet wesgħin, anke fi ħdan l-UE minħabba l-lingwaġġ tal-ATT li kien fihom. L-Istati Membri kollha tal-UE, f’konformità mal-prattika ta’ snin preċedenti, kosponsorjaw dawn ir-riżoluzzjonijiet. L-Unjoni Ewropea ippreżentat dikjarazzjoni ġenerali ta’ spjegazzjoni qabel ma ħadet azzjoni rigward riżoluzzjonijiet dwar l-Armi Konvenzjonali u enfasizzat l-importanza li hija tagħti lill-ATT u lill-ewwel Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà li qatt saret dwar Armi Żgħar u Armi Ħfief, ir-Riżoluzzjoni 2117. Hija ssottolinjat ukoll il-konsegwenzi tad-drittijiet tal-bniedem/umanitarji u l-impatt fuq il-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal, filwaqt li indikat ukoll ir-riżoluzzjoni dwar “In-nisa, id-diżarm u l-kontroll tal-armi” li ġiet ippreżentata mill-isponsors tagħha mingħajr ma saru konsultazzjonijiet minn qabel. Id-dikjarazzjoni kienet appoġġata minn 25 pajjiż terz.

Ir-riżoluzzjonijiet “Trasparenza fl-Armamenti” u “Leġislazzjoni nazzjonali dwar it-trasferiment ta’ armi, tagħmir militari u oġġetti u teknoloġija b’użu doppju” (il-Pajjiżi l-Baxxi) li fihom lingwaġġ qawwi b’appoġġ għall-ATT ġew ikkontestati minn xi wħud u fl-aħħar nett ġew approvati b’vot ta’ 145 favur, l-ebda vot kontra u 28 astensjoni, u b’171 favur, l-ebda vot kontra u 4 astensjonijiet, rispettivament.

Riżoluzzjoni separata dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi ġiet approvata b’vot ta’ 141 favur, l-ebda vot kontra u bi 28 astensjoni.

F’konformità mal-importanza li hija tagħti lill-ATT, l-UE offriet kummenti u mistoqsijiet waqt sessjoni ta’ introduzzjoni mill-President tal-Konferenza Finali tan-NU dwar l-ATT.

Fil-marġini tal-Ewwel Kumitat, l-UE ħadet sehem ukoll f’laqgħa informali dwar il-Ħames Laqgħa Biennali tal-Istati (BMS5) tal-Programm ta’ Azzjoni dwar is-SALW fejn tenniet il-prijoritajiet tal-UE bi tħejjija tal-Laqgħa mis-16sal-20 ta’ Ġunju 2014.

(b)   Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tal-2001 tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu

L-UE ħadet sehem b’mod attiv fiċ-ċikli kollha tal-konsultazzjonijiet informali bi tħejjija tal-5 Laqgħa Biennalital-Istati biex tiġi kkunsidrata l-implimentazzjoni tal-PoA (BMS5, mis-16sal-20 ta’ Ġunju 2014, New York), li ser tkun il-laqgħa importanti li jmiss tan-NU dwar kwistjonijiet relatati mas-SALW fil-qafas tal-PoA wara t-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni, li saret f’Awwissu/Settembru 2012. F’dawn il-konsultazzjonijiet u fl-isfond ta’ dokumenti ta’ eżitu sostantivi, li ġew adottati b’kunsens fit-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni, l-UE ppromwoviet il-ħtieġa għal diskussjoni ffukata fuq l-esperjenzi u l-opportunitajiet ta’ operazzjonijiet ta’ appoġġ għall-paċi u għal atturi rilevanti oħra biex jiġi traċċati SALW illeċiti f’żoni ta’ konflitt u f’żoni wara l-konflitti. L-UE hija konvinta li traċċar akbar u aktar sistematiku f’żoni ta’ konflitt jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib tal-kapaċitajiet tagħna fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta’ SALW u d-devjar tagħhom lejn utenti finali mhux awtorizzati billi, pereżempju, jittejjeb l-għarfien tagħna dwar il-kanali l-mezzi li bihom jiġu ddevjati, it-telf minn ħażniet mingħajr sigurtà suffiċjenti, jew ir-rotot tal-kuntrabandu. Barra minn hekk, l-UE temmen li BMS5 tista’ tagħti kontribut sinifikanti fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta’ SALW billi teżamina l-opportunitajiet u l-isfidi li jirriżultaw minn żviluppi reċenti fil-manifattura, it-teknoloġija u d-disinn ta’ SALW għal immarkar, żamma ta’ reġistru, traċċar u sigurtà effettivi ta’ SALW. Temi importanti oħra għall-BMS5 jinkludu, fl-opinjoni tal-UE, is-sigurtà tal-ħażniet u kooperazzjoni u assistenza internazzjonali effettivi.

Sabiex jiġu kkomplementati l-isforzi politiċi tal-UE fil-livell tan-NU fir-rigward tal-promozzjoni ta’ traċċar aktar sistematiku ta’ SALW f’żoni ta’ konflitt u f’żoni wara l-konflitti bi proġett konkret sabiex tittejjeb b’mod prattiku l-kapaċità ta’ monitoraġġ tal-komunità internazzjonali f’dan ir-rigward u biex tiġi pprovduta informazzjoni rilevanti għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni futuri ta’ strateġiji u proġetti aktar ibbażati fuq l-evidenza kontra t-tixrid illegali u d-devjazzjoni ta’ SALW, fil-25 ta’ Novembru 2013 ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/698/PESK biex jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ rappurtar globali aċċessibbli u faċli għall-utent dwar SALW illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjoni illeċiti (“iTrace”) biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom.  (1)

Is-sistema għandha l-għan li tittraċċa SALW illeċiti u armi konvenzjonali u munizzjon illeċiti oħra, li jiġu stabbiliti tipi ta’ armi speċifiċi, il-fornituri, il-vetturi tat-trasferiment u r-riċevituri illegali. L-iTrace li hu ffukat fuq reġjuni milquta minn konflitti u huwa fornut b’informazzjoni minn riċerka fil-qasam u dokumentazzjoni diġà eżistenti rilevanti għall-politika dwar it-trasferimenti ta’ SALW u armi konvenzjonali u munizzjon oħra, probabbli li l-iTrace huwa l-ewwel mekkaniżmu globali ta’ monitoraġġ sistematiku tat-traffikar tal-armi. Huwa għandu l-għan ukoll li jgħin fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ATT, jipprovdi informazzjoni komprensiva b’appoġġ ta’ analiżijiet tal-implimentazzjon tal-ATT u jsaħħaħ il-kapaċità tal-gvernijiet nazzjonali biex jantiċipaw l-impatt ta’ deċiżjonijiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji għall-esportazzjoni tal-armi.

Matul il-perijodu ta’ rappurtar, ingħata bidu għall-iżvilupp tas-sistema u nbdew sensiela ta’ investigazzjonijiet fil-post biex l-iTrace tiġi fornuta b’data f’ħin reali. Għalkemm fil-bidu kkonċentrat fuq l-Afrika sub-Saħarjana – inkluż fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Libja u s-Sudan t’Isfel – l-ambitu tal-investigazzjonijiet huwa mistenni li jespandi lejn il-Lvant Nofsani u, potenzjalment, lejn l-Amerika t’Isfel u l-Asja tal-Lvant fl-2014-2015. L-aġenzija ta’ implimentazzjoni Conflict Armament Research Ltd. (CAR) ser tniedi l-iTrace f’BMS 5 f’Ġunju 2014, fi New York.

Fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Uffiċċju tan-NU għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UN ODA) biex jiġi implimentat il-PoA (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/428/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011),  (2) evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet appoġġati wriet ir-riżultati konkreti li ġejjin: Fil-livell globali, is-sensiela ta’ workshops reġjonali dwar il-PoA għal Stati tal-Asja, l-Afrika u l-Amerika Latina u l-Karibew kellhom impatt sinifikanti fuq it-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni tal-PoA tal-2012. L-Istati Parteċipanti pprovdew feedback li l-workshops reġjonali żiedu ħafna l-għarfien u l-intendiment ta’ kwistjonijiet relatati ma’ SALW skont il-PoA fit-tħejjija għat-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni tal-PoA tal-2012. F’dawn il-laqgħat reġjonali ntlaħaq qbil dwar dokumenti dwar eżitu konkret, li indikaw kwistjonijiet ta’ prijorità reġjonali u subreġjonali dwar is-SALW. Barra minn hekk, ġiet iffaċilitata aktar koordinazzjoni bejn entitajiet nazzjonali differenti dwar il-kwistjoni tas-SALW mill-isforz strateġiku biex jiġi żgurat li minn kull pajjiż parteċipanti jattendu għal-laqgħat reġjonali, rappreżentant wieħed mill-kapital u rappreżentant wieħed mill-Missjoni Permanenti għan-NU.. Fl-aħħar nett, ġie konkluż b’suċċess, taħt is-Sistema ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni (PoA-ISS), l-iżvilupp ta’ mudell ta’ rappurtar online biex jiffaċilita s-sottomissjoni ta’ rapporti nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-PoA.

Matul il-perijodu mill-1 ta’ Luljusal-31 ta’ Diċembru 2013, il-ħidma globali dwar kwistjonijiet tas-SALW u l-ħidma tat-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni tal-2012 irriżultaw ukoll f’ħidma konkreta ta’ bini tal-kapaċità f’pajjiżi terzi individwali. Fir-rigward tal-Istument Internazzjonali ta’ Traċċar (ITI), ġiet ipprovduta assistenza lill-Istati benefiċjarji potenzjali ta’ Burkina Faso, in-Niġer u Sjerra Leone bi tħejjija għall-wasla ta’ magni għall-immarkar tal-armi sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jibdew jimmarkaw u jżommu rekords tal-armi ta’ sjieda nazzjonali skont l-istandards meħtieġa taħt l-ITI. L-abbozz ta’ linji gwida dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-immarkar, iż-żamma tar-rekords u l-programmi ta’ traċċar nazzjonali ġew ukoll kondiviżi mal-Istati tal-Afrika tal-Punent għall-kontribut tagħhom biex jiġi żgurat appoġġ nazzjonali u biex jiġi appoġġat l-istabbiliment ta’ prattiki effettivi u sostenibbli ta’ mmarkar ta’ armi. L-attivitajiet previsti għall-2014 ser jinkludu l-provvista ta’ magni għall-immarkar għat-tliet Stati benefiċjarji, taħriġ fil-pajjiż stess dwar l-użu tal-magni għal dawn it-tliet pajjiżi, u l-workshop reġjonali ta’ taħriġ għal min iħarreġ.

Matul il-perijodu ta’ rappurtar, inbniet ukoll kapaċità fil-post fil-qasam tal-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ munizzjon. Bħalissa għaddejjin sensibilizzazzjoni intensiva u disseminazzjoni tal-Linji Gwida Tekniċi Internazzjonali dwar il-Munizzjon (IATG) kompluti SaferGuard tan-NU u l-għodda online tiegħu ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni (http://www.un.org/disarmament/un-saferguard/) mal-Assoċjazzjoni ta’ Ċentri ta’ Taħriġ dwar iż-Żamma tal-Paċi tal-Amerika Latina (ALCOPAZ).

Dan irriżulta fid-deċiżjoni ta’ ALCOPAZ li tuża l-IATG fl-isforzi tagħha għaż-żamma tal-paċi. B’mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali Brażiljani impenjaw ruħhom ukoll fil-kompitu tat-traduzzjoni tas-700 paġna tal-IATG għall-Portuġiż. Bħalissa għaddejjin ukoll l-istadji inizjali tas-sensibilizzazzjoni mal-pajjiżi Afrikani. Fil-kuntest tal-laqgħa reġjonali għall-membri tal-Lega tal-Istati Għarab (LAS) sabiex jiġi diskuss l-impatt tat-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni tal-PoA tal-2012 (l-10 u l-11 ta’ Ġunju 2013, il-Kajr), għadd ta’ Stati tal-LAS esprimew il-ħeġġa tagħhom li jirċievu taħriġ fil-ġestjoni tal-munizzjon u laqgħu l-fatt li l-IATG ġew tradotti bl-Għarbi bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ attivitajiet taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill. Fl-2014, ser isir taħriġ avvanzat dwar l-IATG fl-Amerika Latina u fl-Afrika u gwida individwali fuq il-post dwar l-IATG hi prevista għal tliet pajjiżi tal-Amerika Latina u tliet pajjiżi Afrikani.

(c)   Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

L-UE tilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni b’suċċess fl-2013 tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) u temmen bis-sħiħ li, meta jiġi implimentat b’mod estensiv u effettiv, l-ATT jista’ jagħmel differenza kbira biex it-trasferimenti internazzjonali legali tal-armi jsiru aktar responsabbli u trasparenti, u fil-ġlieda kontra l-kummerċ illegali f’armi konvenzjonali. Għal dan l-għan, l-UE għandha l-intenzjoni li tappoġġa l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tat-Trattat u, b’appoġġ għal dawn l-għanijiet, adottat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/768/PESK tas-16 ta’ Diċembru 2013 dwar l-attivitajiet tal-UE f’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-ATT. (3) Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill ser tipprovdi finanzjament sinifikanti b’appoġġ tal-ATT u ser tagħti ingranaġġ diplomatiku sostanzjali lill-UE fl-interazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar jekk jissieħbux mal-ATT.

L-inklużjoni tas-SALW fl-ambitu tal-ATT kienet pass importanti u kontrolli aktar stretti dwar it-trasferimenti internazzjonali legali tas-SALW pereżempju, permezz ta’ kontrolli u garanziji aktar sodi tal-utenti aħħarin kif ukoll permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tad-devjazzjoni jistgħu jkomplu jnaqqsu r-riskju li s-SALW jiġu ddevjati għas-suq illegali. B’hekk, l-ATT ser jikkomplementa u jsaħħaħ ukoll strumenti rilevanti oħra tan-NU bħall-PoA u l-Protokoll kontra l-Iffabrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom (il-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar).

L-Istati Membri kollha tal-UE ffirmaw l-ATT minn meta nfetaħ għall-iffirmar fit-3 ta’ Ġunju 2013 u, fit-2 ta’ April 2014, sbatax-il Stat Membru tal-UE ddepożitaw b’mod konġunt l-istrumenti ta’ ratifika tagħhom, u b’hekk taw kontribut sinifikanti biex jintlaħaq il-livell limitu ta’ 50 ratifika meħtieġ għad-dħul fis-seħħ. Stati Membri oħra tal-UE dalwaqt ser jiddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika tagħhom, billi l-proċeduri ta’ ratifika nazzjonali tagħhom jinsabu fi stadju avvanzat.

(d)   Implimentazzjoni tal-Protokoll kontra l-Iffabrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (UNTOC)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill għall-Konklużjoni tal-Protokoll kontra l-Iffabrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom (il-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar), li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, ġiet adottata fit-22 ta’ Marzu 2013 mill-Kummissjoni Ewropea. Fl-10 ta’ Diċembru 2013, il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu għall-proposta, u l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni fil-11 ta’ Frar 2014. Id-Deċiżjoni tiffinalizza l-proċess ta’ traspożizzjoni fil-leġislazzjoni tal-UE tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar. Il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar mill-UE kienet għadha pendenti u kienet tirrappreżenta impenn internazzjonali għall-UE.

Permezz tal-komponent fuq perijodu ta’ żmien twil tal-Istrument għall-Istabbiltà (IfS), li jindirizza theddidiet globali u transreġjonali, fit-tieni nofs tal-2013 kompla proġett ta’ tliet snin (Marzu 2011- Frar 2014) għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu transnazzjonali tal-armi tan-nar permezz tal-promozzjoni tar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar. Il-proġett huwa implimentat mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) u l-ambitu ġeografiku tiegħu jinkludi l-Afrika tal-Punent (il-Benin, il-Burkina Faso, il-Gambja, il-Gana, Mali, il-Mawritanja, is-Senegal, it-Togo) u l-Amerika t’Isfel (l-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Paragwaj, l-Urugwaj). Baqgħet tingħata assistenza teknika mmirata għall-armonizzazzjoni leġislattiva u l-bini ta’ kapaċità ta’ ġestjoni ta’ SALW fil-livell nazzjonali u reġjonali (b’mod partikolari mal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Armi tan-Nar u l-Isplussivi tal-MERCOSUR) f’konformità mal-għan li jiġu promossi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar fl-Amerika Latina u l-Afrika tal-Punent. B’mod aktar speċifiku, matul it-tieni parti tal-2013, ġew iffinalizzati sett ta’ rapporti komprensivi dwar il-valutazzjoni leġislattiva kif ukoll analiżijiet tan-nuqqasijiet għal13 mill-15-il pajjiż tal-proġett, filwaqt li ngħataw pariri leġislattivi u appoġġ fit-tfassil legali lil 7 pajjiżi għall-iżvilupp tal-abbozz ta’ liġijiet nazzjonali tagħhom dwar l-armi tan-nar. Kurrikulu ta’ taħriġ komprensiv dwar l-armi tan-nar, li ġie żviluppat f’kooperazzjoni mal-INTERPOL u l-Kavallerija tal-Pulizija Rjali tal-Kanada, qiegħed fl-aħħar stadju ta’ finalizzazzjoni, filwaqt li l-esperti tal-proġett irrevedew il-Mudell tal-Liġi tal-UNODC kontra l-Iffabrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar biex jiġu riflessi s-sinerġiji mal-ATT li għadu kif ġie adottat. Barra minn hekk, il-proġett kellu l-għan ta’ involviment ma’ korpi reġjonali tas-soċjetà ċivili u membri parlamentari u organizza workshopsta’ bini ta’ kapaċità għal sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet marbutin mas-SALW u biex jissaħħu l-parteċipazzjoni u s-sorveljanza mis-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji dwar l-armi tan-nar.

Fil-qafas ta’ komponent fuq perijodu ta’ żmien twil tal-IfS, l-UE kompliet ukoll tipprovdi assistenza finanzjarja lill-INTERPOL għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ bażi ta’ data għall-insegwiment u t-traċċar ta’ armi tan-nar mitlufa, misruqa, traffikati u mdaħħla b’kuntrabandu (iARMS) permezz tas-sistema Interpol I24/7 sabiex jiġu faċilitati l-iskambju reġjonali u transreġjonali ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni investigattiva bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. L-ewwel fażi (2011-2012) iffokat fuq il-ħolqien tal-bażi tad-data u testijiet pilota tas-sistema f’pajjiżi magħżula fl-Afrika tal-Punent (il-Benin, il-Burkina Faso, il-Gambja, il-Gana, Mali, il-Mawritanja, in-Niġer, is-Senegal, it-Togo), l-Amerika t’Isfel (l-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj), il-Karibew (il-Ġamajka), l-Ewropa (ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja, il-Portugall, Spanja) u l-Awstralja. F’Jannar 2013 inbdiet it-tieni fażi tal-proġett u l-implimentazzjoni globali tiegħu wara li t-testijiet irnexxew. L-objettiv tat-tieni fażi ta’ sentejn (2013-2014) huwa li tittejjeb il-funzjonalità tas-sistema u li iARMS issir disponibbli għal 190 membru kollha tal-INTERPOL. Il-proġett jipprevedi wkoll servizzi relatati ta’ bini ta’ kapaċità, taħriġ u intelligence kriminali dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità relatata mal-armi tan-nar. Sal-lum, l-iARMS fiha madwar 300 000 rekord mogħtija mill-107 pajjiż li ssieħbu fis-sistema. F’Novembru 2013, l-ewwel suċċess fit-tiftix fl-iARMS seħħ fuq arma tan-nar misruqa li kkollegat każijiet preċedentement mhux relatati fil-Kosta Rika u l-Panama. It-tielet fażi hija qed titħejja għall-bidu tal-2015 bl-objettiv li jiġu kkonsolidati l-kisbiet tal-ewwel żewġ fażijiet, biex jitrawwem l-użu globali tal-iARMS u jiġu sfruttati sinerġiji ma’ sistemi relatati, fl-UE u fi bnadi oħra.

Fil-21 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “L-Armi tan-Nar u s-Sigurtà Interna tal-UE: Il-Ħarsien taċ-Ċittadini u t-Tfixkil tat-Traffikar Illegali.”  (4) Il-Komunikazzjoni tanalizza, minn perspettiva tal-infurzar tal-liġi, azzjonijiet eżistenti tal-UE biex jitnaqqas it-traffikar tal-armi tan-nar u tippreżenta l-perspettiva tal-Kummissjoni dwar passi futuri f’dan il-qasam. Il-Komunikazzjoni tippreżenta pjan komprensiv biex l-Ewropa taġixxi magħquda fil-protezzjoni tal-bejgħ legali u l-pussess ta’ armi tan-nar u l-prevenzjoni tal-kriminalità relatata mal-armi tan-nar. Hija teżamina xi ideat dwar jekk il-leġislazzjoni għandhiex tissaħħaħ u kif, kif tista’ tiġi intensifikata l-kooperazzjoni operazzjonali bejn is-servizzi tal-infurzar tal-liġi, u kif issir ħidma aħjar f’pajjiżi terzi u magħhom biex jitwaqqaf il-fluss ta’ armi illegali. Hija tikkunsidra wkoll kif jista’ jitnaqqas ir-riskju ta’ devjazzjoni tal-armi tan-nar lejn persuni involuti fil-kriminalità permezz tal-iżvilupp ta’ standards effettivi dwar id-diżattivazzjoni ta’ armi tan-nar ċivili u militari, u sforzi akbar biex jitnaqqas it-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar (kemm jekk ċivili jew militari) minn barra l-UE.

Il-Kummissjoni qiegħda wkoll fil-proċess li tiddefinixxi “Pakkett tal-2015 dwar l-Armi tan-Nar” rilevanti, li possibbilment jinkludi proposti leġislattivi, l-ewwel nett dwar proċedimenti dwar id-diżattivazzjoni u l-immarkar tal-armi tan-nar u t-tieni nett dwar l-approssimazzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Grupp ta’ Esperti dwar Miżuri Kontra t-Traffikar Illeċitu tal-Armi tan-Nar għas-Salvagwardja tas-Sigurtà Interna tal-UE ġiet adottata fil-11 ta’ April 2013 u l-ewwel laqgħa tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Armi tan-Nar saret fl-10 ta’ Diċembru 2013. (5) Il-Grupp huwa magħmul minn esperti mill-qasam tas-sigurtà interna, inklużi l-produtturi ta’ armi tan-nar u riċerkaturi u individwi oħra li, fil-fehma tal-Kummissjoni, joffru għarfien espert siewi li jista’ jassisti lill-Kummissjoni fl-abbozzar possibbli ta’ proposti leġislattivi u inizjattivi ta’ politika biex jittejbu l-miżuri kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar għas-salvagwardja tas-sigurtà interna tal-UE. l-ewwel laqgħa tat suġġerimenti importanti dwar il-prijoritajiet ta’ politika ta’ żewġ studji ta’ tħejjija dwar proposti leġislattivi ġodda.

Il-Kunsill inkluda wkoll l-għan strateġiku li jitnaqqas ir-riskju marbut mal-armi tan-nar għaċ-ċittadini, inkluża l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar, fost il-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata bejn l-2014 u l-2017 u, għaldaqstant, il-Kunsill adotta Pjan ta’ Azzjoni Operazzjonali li jipprovdi l-ispinta meħtieġa għal azzjoni min-naħa tal-Istati Membri u l-Europol.

Fl-aħħar nett, l-Istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar “Armi tan-Nar fl-UE” ġie ppubblikat f’Ottubru 2013. (6) Huwa jindika li l-parti l-kbira taċ-ċittadini tal-UE jappoġġaw kontrolli aktar stretti tal-armi tan-nar u li żewġ terzi jappoġġaw l-azzjoni tal-UE – f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali - kontra t-traffikar tal-armi tan-nar.

(e)   Kontrolli fuq l-esportazzjoni

Matul it-tieni semestru tal-2013, l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi komplew jiżviluppaw skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/711/PESK li tipprevedi seminars reġjonali, żjarat ta’ studju, skambji ta’ persunal u workshops dwar assistenza individwali. (7) Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill setgħu jsiru rispettivament żewġ seminars reġjonali għas-sħab tal-Ewropa tal-Lvant u dawk tal-Kawkasu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat f’Tbilisi, il-Ġeorġja, f’Ottubru 2013 u għas-sħab Mediterranji tal-Afrika ta’ Fuq tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, f’Tuneż, it-Tuneżija, f’Novembru 2013. Barra minn hekk, sar workshop ta’ reviżjoni legali f’Settembru 2013 fis-Serbja biex jgħin fir-reviżjoni tal-abbozz ta’ leġislazzjoni Serba dwar il-kontroll tal-esportazzjoni u l-Portugall ospita żjara ta’ studju għal uffiċjali tal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina u s-Serbja f’Ottubru 2013.

Fit-tieni semestru tal-2013, saru djalogi politiċi man-Norveġja u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar kwistjonijiet marbutin mal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi.

II.2.   Is-SALW fil-qafas ta’ djalogu politiku ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali, klawsoli tas-SALW

Kwistjonijiet marbtin mas-SALW ġew inklużi fl-aġenda ta’ għadd ta’ djalogi politiċi regolari tal-UE ma’ pajjiżi terzi u fil-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet reġjonali. Ġew organizzati laqgħat ta’ djalogu politiku dwar in-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-kontroll tal-armi, fil-biċċa l-kbira mwettqa minn Konsulent Prinċipali tal-UE u Mibgħut Speċjali dwar in-Nonproliferazzjoni u d-Diżarm mar-Russja (f’Moska), il-Brażil (fi Brussell) u ċ-Ċina (f’Bejġing). Hu kellu għadd ta’ konsultazzjonijiet informali ma’ diversi atturi, inkluż fil-marġini ta’ avvenimenti internazzjonali bħall-Konferenza Ġenerali tal-IAEA fi Vjenna (Repubblika tal-Korea), l-Ewwel Kumitat tal-AĠNU fi New York (inklużi l-Indja, l-Istati Uniti, ir-Russja, is-Segretarjat tan-NU, l-Afrika t’Isfel), il-Grupp tad-Diretturi għan-Non-Proliferazzjoni tal-G8 f’Londra (il-Kanada), kif ukoll mal-Kazakistan (f’Astana). L-UE kkoordinat ukoll il-pożizzjonijiet tagħha mal-Istati Uniti fid-Djalogu annwali ta’ Livell Għoli bejn l-UE28 u l-Istati Uniti dwar in-Non-Proliferazzjoni, id-Diżarm, il-Kontroll tal-Armi u l-Mitigazzjoni tar-Riskji tas-CBRN li sar fit-13 ta’ Diċembru 2013 fi Brussell.

F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-inklużjoni ta’ element SALW fi ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi adottati f’Diċembru 2008, saru aktar negozjati dwar l-inklużjoni ta’ elementi SALW fi ftehimiet rilevanti b’mod partikolari mal-Brunej, il-Ġappun u l-Kazakstan. Fost l-oħrajn, in-negozjati jikkontribwixxu b’mod effettiv għal sensibilizzazzjoni dwar il-politika tal-UE marbuta mas-SALW, jipprovdu forum biex jiżdied il-fehim reċiproku dwar pożizzjonijiet rilevanti, jidentifikaw oqsma possibbli għal kooperazzjoni futura u jinkoraġġixxu lill-pajjiżi sħab sabiex jagħmlu progress konkret fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tal-istrumenti internazzjonali rilevanti dwar il-kontroll ta’ SALW.

II.3.   Proġett ta’ assistenza speċifika tal-UE għal Pajjiżi Terzi u Organizzazzjonijiet Reġjonali

(a)   Balkani tal-Punent

I.

Fid-9 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/730/PESK b’appoġġ għall-attivitajiet ta’ diżarm u ta’ kontroll tal-armi fl-Ewropa tax-Xlokk ta’ SEESAC (Ċentru tal-Ewropa tax-Xlokk u tal-Lvant għall-Kontroll tas-SALW). (8) L-attivitajiet previsti ser jibnu fuq il-ħidma li s-SEEAC ikkompletat matul is-snin 2010-2012 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/79/PESK. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ser tappoġġa attivitajiet fl-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, dik li kienet r-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Kosovo (9), ir-Repubblika tal-Moldova, il-Montenegro u s-Serbja. Fost l-oħrajn, hija ser tgħin biex tkompli tiżdied is-sigurtà tal-ħażna, jinqerdu s-SALW u l-munizzjon tagħhom, jitjiebu l-immarkar u t-traċċar tas-SALW, titrawwem kooperazzjoni reġjonali aktar mill-qrib dwar kwistjonijiet marbutin mas-SALW u jiġi appoġġat il-ġbir tas-SALW illegali miżmum mill-popolazzjoni tal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa.

Filwaqt li f’Jannar 2014 ser tibda implimentazzjoni fuq skala totali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, diġà saru xi attivitajiet preliminari lejn l-aħħar tal-2013. B’mod partikolari, bil-għan li jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta’ Netwerk reġjonali ta’ Esperti ta’ Armi tan-Nar fl-Ewropa tax-Xlokk, SEESAC, l-Unità Reġjonali kontra l-Kriminalità Organizzata fix-Xlokk tal-Ewropa fi ħdan l-Ambaxxata Franċiża f’Belgrad u l-Attaché Franċiż tas-Sigurtà Interna organizzaw flimkien seminar reġjonali dwar il-Ġlieda Kontra t-Traffikar Illeċitu ta’ Armi tan-Nar fl-Ewropa tax-Xlokk, li sar f’Podgorika, il-Montenegro mis-26 sat–28 ta’ Novembru 2013. Is-seminar ippermetta skambji intensivi u mingħajr preċedent, operazzjonali kif ukoll strateġiċi bejn esperti tad-dwana, tal-pulizija u tal-ġustizzja minn Franza u mill-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, il-Kosovo (10), il-Montenegro, is-Serbja u Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Bħala riżultat tad-diskussjonijiet, il-parteċipanti qablu dwar l-utilità ta’ kooperazzjoni reġjonali fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar. Ittieħdet id-deċiżjoni li jinbeda proċess ta’ konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti bħala pass lejn l-istabbiliment ta’ netwerk ta’ esperti reġjonali għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar li fih ser ikunu rrappreżentati s-servizzi tal-pulizija, tal-ġustizzja u tad-dwana. Intlaħaq qbil li SEESAC ser jikkoordina l-proċess ta’ konsultazzjoni u jaġixxi bħala s-Segretarjat interim. L-ewwel laqgħa tan-netwerk hi mistennija li ssir f’nofs l-2014.

II.

Fl-1 ta’ April 2013, proġett ta’ segwitu beda jkompli jtejjeb, permezz tal-komponent fuq perijodu ta’ żmien fil-qosor tal-Istrument għall-Istabbiltà (IfS), il-perspettivi tas-sigurtà, is-sikurezza u l-iżvilupp għall-individwi u l-komunitajiet lokali li jintlaqtu minn splużjonijiet inċidentali fis-siti tal-ħżin ta’ munizzjon fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH). Huwa stmat li l-BiH għandha aktar minn 24 000 tunnellata ta’ ħażniet ta’ munizzjon militari, li minnhom aktar minn 17 000 tunnellata huma kimikament instabbli u jirrappreżentaw riskju għoli ta’ splużjoni mhux kontrollata li tista’ twassal possibilment għal diżgrazzji umani u jista’ wkoll ikollha impatti negattivi għar-reġjun ukoll. Il-Ministeru tad-Difiża tal-BiH ma għandux kapaċitajiet, abbiltà u riżorsi finanzjarji suffiċjenti biex jiżgura li jiġu stabbiliti standards adatti fil-faċilitajiet tal-ħżin. Dan hu implimentat mill-UNDP fi sħubija mal-missjoni tal-OSKE għall-BiH u l-Ministeru tad-Difiża u jiffoka unikament fuq il-qerda ta’ munizzjon instabbli, it-titjib tal-istandards tas-sigurtà ta’ ħżin ta’ munizzjon u l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ kontroll tal-munizzjon. Il-proġett jibni fuq il-ħidma u l-progress li diġà saru u jkompli fuqhom fi ħdan il-proġett ta’ Fdalijiet Esplossivi tal-Gwerra li kien appoġġat u ffinanzjat mill-UE f’żewġ fażijiet permezz tal-IfS matul l-2008-2011 għal ammont ta’ madwar EUR 4,5 miljun.

L-attivitajiet tal-proġett ġew maqbula mal-parti interessata – ewlenija tal-proġett – il-Ministeru tad-Difiża tal-BiH - b’kont meħud tal-linji ta’ politika u l-pjani tal-Ministeru għal perijodu intermedju kif ukoll inizjattivi oħra bil-għan li jappoġġaw il-Ministeru u l-Forzi Armati. Barra minn hekk, il-kwantitajiet ta’ munizzjoni instabbli stabbiliti għall-qerda ġew approvati mill-Presidenza tal-BiH. Diġà f’dan l-istadju, il-proġett wassal għal progress sinifikanti fir-rata ta’ qerda ta’ munizzjon instabbli. Inizjalment l-intervent iffoka fuq is-sit tal-qerda ta’ munizzjon militari ta’ TROM, Doboj, fejn 13-il speċjalist fil-munizzjon u l-piroteknika ġew mobilizzati biex jeżaminaw bir-reqqa u joperaw makkinarju li għadu kif ġie installat għar-rimi ta’ munizzjon. Ir-riżultati sebqu dak li kien ippjanat fiż-żewġ attivitajiet, jiġifieri d-demilitarizzazzjoni industrijali ta’ munizzjon instabbli tal-artillerija (kienu ppjanati 36 000 biċċa, inkisbu 70 000 biċċa) u l-qerda ta’ munizzjon instabbli ta’ kalibru żgħir (kienu ppjanati 2 000 000 biċċa, inkisbu 2 500 000 biċċa). Ġiet żviluppata wkoll metodoloġija għar-rimi ta’ fosforu abjad u ġiet stabbilita sħubija ma’ sħab internazzjonali oħra għar-rimi ta’ munizzjon perikoluż ħafna u ta’ sistemi ta’ armi kumplessi, inklużi bombi tal-arja u sistemi ta’ rockets. Skont il-komponent għat-Titjib tal-Istandards ta’ Sigurtà tal-Ħżin ta’ Munizzjon, il-prijoritajiet ġew definiti u approvati u x-xogħlijiet proprja ser jibdew f’Mejju 2014. Fir-rigward tal-komponent ta’ żvilupp tal-kapaċità tal-kontroll tal-munizzjon, ġie organizzat taħriġ dwar ix-xejriet kontemporanji fil-ġestjoni sikura ta’ ħażniet ta’ armi u munizzjon mill-24 ta’ Novembrusat-13 ta’ Diċembru 2013, bil-parteċipazzjoni ta’ uffiċjali fis-servizz u uffiċjali tal-Ministeru tad-Difiża u l-Forzi Armati tal-Bosnja-Ħerzegovina.

III.

Fl-aħħar nett, matul il-perijodu ta’ rappurtar, l-EUFOR Althea kompliet tipparteċipa fl-isforzi tal-komunità internazzjonali biex tindirizza l-kwistjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ munizzjon konvenzjonali miżmuma mill-Ministeru tad-Difiża tal-BiH.

(b)   Reġjun tal-OSKE

Fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/662/PESK b’appoġġ għall-attivitajiet biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu fi, u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fir-reġjun kopert mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), (11) matul il-perijodu tar-rappurtar saru l-attivitajiet li ġejjin: Fir-rigward tal-aġġornamenti previsti fis-sigurtà tad-depożiti tal-ħażniet ta’ armi u munizzjon konvenzjonali fil-Bjelorussja u l-Kirgiżistan, tnediet il-fażi tal-implimentazzjoni fil-post biex jiġu żviluppati sistemi ta’ sigurtà u infrastruttura sostenibbli u effettivi f’postijiet magħżula ta’ ħżin ta’ SALW. Fil-Bjelorussja, tlestiet l-installazzjoni ta’ sisien madwar sit tal-ħżin Gomel, u bħalissa għaddejja l-installazzjoni tal-provvista tal-enerġija elettrika u d-dawl ta’ barra u ta’ ġewwa f’Gomel, u f’Diċembru 2013 tħabbret offerta fuq l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà u ta’ twissija tan-nar. B’mod immedjat, dawn il-miżuri żiedu s-sigurtà tas-sit tal-ħżin, li jinsab fis-sobborgi b’popolazzjoni densa fiċ-ċentru tal-belt tar-reġjun ta’ Gomel u ferm viċin tal-fruntiera tal-istat bejn il-Bjelorussja u l-Ukraina.

Fil-Kirgiżistan, saret sejħa miftuħa għall-offerti għall-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet ta’ ħżin għas-SALW u l-munizzjon konvenzjonali fil-provinċja ta’ Buzhum/Batken, fil-provinċja ta’ Koi-Tash/Chui, u fil-provinċja ta’ Gulcha/Osh. Ladarba jingħata l-kuntratt, il-kuntrattur ser jingħata 90 jum kalendarju biex jiżviluppa id-dokumentazzjoni tal-proġett għall-kostruzzjoni u/jew ir-rinovazzjoni ta’ faċilitajiet tal-ħżin. Abbażi ta’ din id-dokumentazzjoni, kmieni fl-2014, ser titnieda sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni f’koordinazzjoni ma’ aġenziji governattivi rilevanti.

F’Ottubru 2013, saret valutazzjoni konġunta tal-poligonu tal-isparar/tad-demolizzjoni fil-viċinanzi ta’ Bishkek li twettqet b’mod konġunt mill-OSKE u l-Ministeru tad-Difiża tal-Kirgiżistan sabiex jiġi ddeterminat jekk dan huwiex post adatt biex jinqerdu 51 MANPADS u 97 Missili Gwidati Kontra t-Tankijiet b’detonazzjoni miftuħa. Żona adatta ta’ demolizzjoni ġiet identifikata li tilħaq il-livelli meħtieġa ta’ sikurezza pubblika fir-rigward tal-forza tal-isplużjoni, il-frammentazzjoni u t-tnaqqis tal-ħsejjes. Il-qerda saret mis-6sal-14 ta’ Novembru 2013, inklużi t-tħejjijiet ta’ fosos ta’ demolizzjoni u sessjonijiet ta’ taħriġ għal truppi ta’ inġiniera. Għall-fażi li jmiss tal-proċess ta’ qerda huwa ppjanat li jibnew kapaċitajiet nazzjonali Kirgiżi biex jeqirdu s-SALW żejda permezz tad-deformazzjoni mekkanika irriversibbli. Sejħa internazzjonali għall-offerti hija ppjanata li titħabbar fil-bidu tal-2014 biex jiġu akkwistati ġeżżieża idrawliċi speċjalizzati. Il-ħolqien ta’ kapaċitajiet nazzjonali għar-rimi ta’ SALW żejda permezz ta’ metodi ta’ qerda kosteffettivi huwa wkoll mistenni li jtaffi b’mod konsiderevoli r-riskji tas-sigurtà fl-Asja Ċentrali fis-sitwazzjoni “ta’ wara l-2014”, speċjalment fil-kuntest tas-sigurtà fraġli fin-Nofsinhar tal-Kirgiżistan.

B’mod parallel mal-ittestjar li għaddej bħalissa tal-verżjoni pilota ta’ software speċjali dwar iż-żamma elettronika ta’ rekords tas-SALW u l-munizzjon mill-Ministeri tad-Difiża tal-Albanija, il-BiH, il-Kazakistan, il-Kirgiżistan, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Montenegro, is-Serbja u t-Taġikistan, u l-ewwel feedback pożittiv riċevut minn għadd ta’ stati msemmijin hawn fuq, is-software ġie aġġustat biex jintuża taħt is-sistema operattiva Linux “Ubuntu 13.04”. Issa huwa disponibbli bir-Russu, bl-Ingliż, bir-Rumen/Moldovan, u bil-lingwi Serbo-Kroati, u jista’ wkoll jiġi tradott bi kwalunkwe lingwa oħra. Għadd ta’ Stati parteċipanti oħrajn tal-OSKE esprimew interess fl-esplorazzjoni tas-software ladarba jkunu disponibbli b’lingwi xierqa, u l-Armenja ngħatat liċenzja tal-utent biex tittestja s-software.

(c)   Afrika

I.

Matul it-tieni nofs tal-2013, l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/121/PESK b’appoġġ għall-attivitajiet biex jiġu promossi d-djalogu u l-kooperazzjoni UE-Ċina-Afrika dwar il-kontrolli ta’ armi konvenzjonali kkontribwixxiet għal sensibilizzazzjoni akbar u djalogu fil-fond fost is-soċjetà ċivili, l-industrija, u r-rappreżentanti tal-gvern taċ-Ċina, l-UE, u l-Istati Afrikani dwar il-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ SALW fl-Afrika tal-Lvant u l-proċess ATT.

Saru aktar minn 30 laqgħa bilaterali fl-Afrika, iċ-Ċina u l-Istati Membri tal-UE, inklużi laqgħat mal-Kapijiet ta’ 11-il missjoni diplomatika Afrikana f’Bejġing (ir-Rwanda, il-Kenja, l-Etjopja, it-Tanzanija, it-Togo, il-Burundi, is-Senegal, Ġibuti, in-Niġerja, l-Afrika t’Isfel u l-Gana), li għalihom attendew ukoll id-Direttur tal-Punt Fokali Nazzjonali Kenjan dwar is SALW(KNFP) u d-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Reġjonali dwar Armi Żgħar (RECSA). Id-diskussjonijiet iffokaw fuq il-kondiviżjoni tal-esperjenzi u t-tagħlimiet meħudin fl-indirizzar tal-firxa tas-SALW fl-Afrika tal-Lvant permezz ta’ strumenti nazzjonali u reġjonali u fuq l-iżviluppi relatati mal-proċess ATT. F’Settembru 2013, is-sejbiet preliminari ta’ rapport intern dwar provvisti ta’ armi u munizzjon lil forzi ribelli fis-Sudan t’Isfel, li kienu ġew prodotti wara missjoni ta’ inkjesta tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Esperti mill-Afrika, iċ-Ċina u l-UE (EWG) fis-Sudan t’Isfel f’Ġunju 2013, ġew ippreżentati f’Bejġing matul laqgħat ma’ gruppi ta’ riflessjoni, esperti militari u rappreżentanti tal-industrija tad-difiża Ċiniżi. Ir-raba’ laqgħa tal-EWG saret fl-14 ta’ Novembru 2013 fi Brussell, immedjatament wara seminar ta’ djalogu ta’ politika, li sar fit-13 ta’ Novembru 2013. Dan tal-aħħar attira 45 parteċipant, inklużi l-membri tal-EWG, uffiċjali mill-UE, iċ-Ċina, l-Istati Membri tal-UE, il-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana (KUA) u organizzazzjonijiet intergovernattivi bħar-RECSA, flimkien ma’ akkademiċi, gruppi ta’ riflessjoni u esperti tal-NGOs internazzjonali. Huma kkondividew perspettivi dwar l-isfidi u l-opportunitajiet ewlenin fl-indirizzar tas-SALW illeċiti fl-Afrika tal-Lvant u għamlu rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet kollaborattivi bejn l-Afrika, iċ-Ċina u l-UE fuq il-post. Fis-27 ta’ Settembru 2013, il-membru tal-EWG Amb. Ochieng Adala ta lekċer fl-Università ta’ Pekin dwar il-kummerċ illeċitu f’armi konvenzjonali, u d-diversi miżuri li qed jiġu introdotti mill-Afrika u l-komunità internazzjonali biex jipprevjenu l-akkumulazzjoni eċċessiva u destabilizzanti ta’ armi konvenzjonali, partikolarment is-SALW. Il-lekċer laqqgħet 40 student u professur, u ġiet segwita minn dibattitu mqanqal dwar l-effettività tal-ATT, dwar il-lakuni tas-sistemi attwali ta’ kontroll tal-esportazzjoni ta’ armi, u dwar l-attakk fuq il-Westgate Mall f’Najrobi.

Għadd ta’ parteċipanti Afrikani, Ċiniżi u mill-UE li kienu involuti fl-attivitajiet imsemmija hawn fuq, esprimew l-appoġġ qawwi tagħhom għall-ħidma mwettqa s’issa, fejn ferħu ħafna għall-kisbiet tal-EWG filwaqt li tennew l-importanza li l-proġett jimxi ‘l quddiem, biex dak li nkiseb jiġi kkonsolidat u ssir azzjoni konkreta fuq il-post. Kien hemm impenn akbar min-naħa taċ-Ċina, inkluż minn esperti militari ta’ livell għoli li, flimkien mal-kontropartijiet Afrikani tagħhom, involvew ruħhom f’diskussjonijiet diretti, franki u prattiċi dwar kif l-aħjar li jikkooperaw fl-indirizzar tas-SALW u l-munizzjon illeċiti. B’mod partikolari, l-evidenza ppreżentata rigward. SALW u munizzjon magħmulin miċ-Ċiniżi li jispiċċaw f’idejn gruppi ribelli li joperaw ġewwa s-Sudan t’Isfel wasslet għal diskussjonijiet imqanqla dwar kif jipprevjenu d-devjazzjoni ta’ armi mis-suq legali għas-suq illegali, inklużi metodi għat-titjib tal-monitoraġġ u l-verifika min-naħa taċ-Ċina tal-użu aħħari tal-kunsinni ta’ armi, u l-esperjenza ta’ esportaturi oħrajn tal-armi. Il-proġett iġġenera wkoll kopertura sinifikanti mill-mezzi tax-xandir fiċ-Ċina. Kummentarju konġunt tal-EWG li appella liċ-Ċina u pajjiżi oħrajn biex jappoġġaw il-proċess ATT billi b’mod rapidu jiffirmaw l-ATT u jieħdu passi konkreti lejn ir-ratifika tiegħu ġie ppubblikat u ppreżentat f’outlets tal-mezzi tax-xandir Ċiniżi ewlenin, bħal Xinhuanet, Global Times and China Daily.

II.

II. Fil-kuntest tal-komponent fuq perijodu ta’ żmien twil tal-Istrument għall-Istabbiltà (IfS), l-UE kompliet bl-implimentazzjoni ta’ proġett biex tappoġġa l-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni illeċita tal-armi u l-munizzjon fl-Afrika u l-kummerċ fihom, permezz taċ-Ċentru Reġjonali dwar Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (RECSA), li jinsab f’Najrobi. Dan il-proġett jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-komponent tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Istrateġija Konġunta UE-Afrika. Matul l-ewwel fażi tal-proġett minn Jannar 2010 sa Ġunju 2013, b’enfasi fuq 12-il Stat Membru tar-RECSA, il-kisbiet ewlenin tal-proġett inkludew: l-istabbiliment tal-Kummissjonijiet Nazzjonali dwar is-SALW fir-Repubblika tal-Kongo, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iċ-Ċad u l-Kamerun, l-iżvilupp ta’ Pjani ta’ Azzjoni nazzjonali dwar is-SALW fir-Repubblika tal-Kongo, ir-RDK u l-Malawi, kif ukoll il-kapaċità leġislattiva msaħħa f’termini ta’ armonizzazzjoni ma’ strumenti tas-SALW fiż-Żambja, it-Tanżanija u l-Kenja. Attivitajiet oħra inkludew seminars reġjonali biex itejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni transreġjonali fost l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-membri parlamentari u l-kapijiet tal-pulizija reġjonali. Il-proġett kien favur l-idea li jinħoloq Korp ta’ Koordinazzjoni kontinentali Afrikan magħmul mill-Kapijiet tal-Pulizija (AFRIPOL), filwaqt li wettaq ukoll sensiela ta’ attivitajiet għall-ġestjoni effettiva tas-SALW u l-ġenerazzjoni tal-informazzjoni. Wara t-tlestija ta’ studju li jeżamina l-livell ta’ implimentazzjoni tal-impenji reġjonali u internazzjonali rigward is-SALW ta’ pajjiżi tal-Afrika Sub-Saħarjana, f’Lulju 2013 inbdiet it-tieni fażi ta’ 3 snin tal-proġett bil-ħsieb li jiġu kkonsolidati r-riżultati tal-ewwel fażi u li jiġu implimentati attivitajiet fil-kontinent Afrikan kollu kemm hu.

III.

Fl-24 ta’ Ġunju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/320/PESK biex jipprovdi sa EUR 5 miljun f’appoġġ tal-UE biex tingħata għajnuna lill-awtoritajiet Libjani fil-kompitu enormi tagħhom għas-sikurezza tal-volum enormi tagħhom ta’ ħażniet ta’ armi konvenzjonali u munizzjon. (12) L-UE toffri dan l-appoġġ biex tgħin lill-awtoritajiet responsabbli fil-Libja biex iwaqqfu t-tixrid ulterjuri mhux ikkontrollat ta’ armi konvenzjonali u munizzjon, li jkompli jżid in-nuqqas ta’ sigurtà fil-Libja, il-pajjiżi ġirien tagħha u r-reġjun usa’. Id-disinn tal-proġett jirrikonoxxi s-sitwazzjoni politika kumplessa u l-isfidi li jirriżultaw fil-Libja kif ukoll il-ħtieġa li tkun żgurata s-sjieda nazzjonali u l-għoti tas-setgħa lis-sħab lokali. It-tul ta’ żmien previst tal-proġett huwa ta’ ħames snin. B’mod parallel għall-ħidma mwettqa mill-aġenzija ta’ implimentazzjoni GIZ (Aġenzija Ġermaniża għall-Kooperazzjoni Internazzjonali) u l-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Affarijiet Barranin ta’ ko-finanzjament, l-UE ppromoviet l-għanijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill f’diversi laqgħat internazzjonali u l-koordinazzjoni mill-qrib ma’ donaturi internazzjonali oħrajn, UNSMIL/UNMAS, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u atturi rilevanti oħrajn ser tkompli.

L-assistenza pprovduta fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill hija parti mill-approċċ komprensiv tal-UE biex jiġi appoġġat il-proċess ta’ transizzjoni lejn id-demokrazija, il-paċi u s-sigurtà sostenibbli fil-Libja. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tikkomplementa l-isforzi tal-Missjoni tal-UE ta’ Assistenza fil-Fruntieri fil-Libja biex tiġi żviluppata l-kapaċità tal-Libja għat-titjib tas-sigurtà tal-fruntiera tal-art, tal-baħar u tal-ajru tagħhom fuq perijodu ta’ żmien qasir, u sabiex tiġi żviluppata strateġija usa’ fuq perijodu ta’ żmien twil ta’ Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBM). Din ser tiġi implimentata mill-GIZ, l-Aġenzija Ġermaniża għall-Kooperazzjoni Internazzjonali.

Matul il-perijodu ta’ rappurtar, fuq talba tas-sħab Libjani, ġiet organizzata żjara ta’ studju fil-Ġermanja għad-Dipartiment tal-Armi u l-Munizzjon, l-Inġiniera tal-Armata u għaċ-Ċentru għall-Ġlieda kontra l-Mini fil-Libja (LMAC). Iż-żjara ta’ studju inkludiet workshop dwar il-futur ta’ attivitajiet tal-PSSM fil-Libja u dimostrazzjonijiet ta’ possibbiltajiet għall-qerda industrijali u għażliet ta’ riċiklaġġ ta’ munizzjon kif ukoll introduzzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ taħriġ mal-Forzi Armati Ġermaniżi u istituzzjonijiet privati fil-qasam tar-Rimi ta’ Artillerija Splussiva (EOD). Bħala riżultat ta’ din iż-żjara, ġie ffirmat Memorandum ta’ Qbil mad-Dipartiment tal-Armi u l-Munizzjon u l-Inġiniera tal-Armata. Parti minn dan il-MtQ hija t-talba biex jgħinu lid-dipartimenti rispettivi fl-iżvilupp ta’ Proċeduri Operattivi Standard (SOPs). Bil-ħsieb li jiġi stabbilit qafas ta’ taħriġ dwar kwistjonijiet ta’ PSSM, flimkien ma’ konsulent tat-taħriġ mid-Danish Church Aid (DCA), tnax-il modulu ta’ korsijiet differenti ġew rieżaminati u mqabblin mas-SOP internazzjonali rigward ir-Rimi ta’ Munizzjon Konvenzjonali (CMD) tan-NU, Britanniku u Ġermaniż, l-EOD u r-regoli u r-regolamenti dwar il-ġestjoni tal-ħażniet tal-munizzjon. Il-materjal ta’ taħriġ disponibbli issa huwa konformi mal-istandards internazzjonali u jirrappreżenta bażi professjonali għal taħriġ avvanzat. Il-Memorandum ta’ Qbil jiddeskrivi wkoll l-assistenza bi pjan ta’ taħriġ preliminari. Il-pjan ser jiġi ffinalizzat fl-2014, u ser jirriżulta f’taħriġ għal uffiċjali u, sussegwentement, għal uffiċjali mhux ikkummissjonati tad-Dipartiment tal-Armi u l-Munizzjon u l-Inġiniera tal-Armata. Il-partijiet kollha involuti qablu li t-taħriġ għandu jkun ibbażat fuq l-istandards internazzjonali tan-NU tal-IATG (Linji Gwida Tekniċi dwar il-Munizjoni Internazzjonali).

Id-Dipartiment tal-Armi u l-Munizzjon u l-Inġiniera tal-Armata Libjani qablu wkoll li jiżviluppaw żona ta’ taħriġ b’alternattivi differenti għal ħażna temporanja tal-munizzjon, inkluż il-bini ta’ tliet strutturi differenti li jintużaw min-NATO għall-ħażna taż-żona, u l-GIZ ingħatat uffiċjalment il-kompitu li tassisti lid-Dipartiment tal-Armi u l-Munizzjon u l-Inġiniera tal-Armata Libjani fil-konsultazzjoni dwar it-tagħmir eżistenti u t-tagħmir meħtieġ addizzjonalment. Barra minn hekk, ġew iffirmati kuntratti mad-DCA biex jiġu akkwistati u distribwiti lokkijiet tal-pistoli u armarji tal-armi f’Misrata u mal-Grupp Konsultattiv tal-Mini (MAG) biex jiġi appoġġat il-forniment ta’ siti tal-ħżin temporanju ta’ armi u munizzjon, inkluż it-taħriġ tal-persunal fil-ġestjoni tas-siti tal-ħżin tal-armi u l-munizjon.

IV.

Barra minn hekk, proġett konġunt mid-DanChurchAid (DCA) u mill-Kunsill Daniż tar-Refuġjati (DRC), li huwa ffinanzjat mill-komponent għal perijodu ta’ żmien qasir tal-Istrument għall-Istabbiltà, kien ilu jipprovdi edukazzjoni tar-riskji dwar is-SALW lill-popolazzjoni ċivili fil-Libja minn Settembru 2012. Huwa għandu l-għan li jgħin biex jonqos l-għadd ta’ inċidenti relatati mas-SALW, u l-preżenza viżwali tagħhom. Permezz tal-linji ta’ politika tal-awtoritajiet lokali, id-DCA jippromwovi wkoll il-ġestjoni sikura tas-SALW biex jgħin sabiex tiġi evitata l-vjolenza bl-armi. L-attivitajiet sal-lum inkludew attivitajiet ta’ appoġġ psikosoċjali fi 28 skola fiż-żona ta’ Misrata, it-tneħħija tal-mini (ta’ 96 800 m2) fiż-żona ta’ Tripli, u l-organizzazzjoni ta’ 11-il kors ta’ taħriġ għall-Ministeri tal-Intern u tad-Difiża. Fiż-żona tan-Nofsinhar ta’ Sabha, ġie ffirmat ftehim biex jitħarrġu dawk li jfittxu l-artillerija splussiva għar-rimi ta’ artillerija splussiva u ngħatat edukazzjoni dwar ir-riskji tal-mini lil 2 452 persuna minn komunitajiet migranti, servizzi tat-tifi tan-nar u skejjel. Biex jiġu appoġġati l-attivitajiet ta’ tneħħija tal-Grupp Konsultattiv tal-Mini, ġie akkwistat skavatur korazzat għar-rimi ta’ artillerija splussiva. Ġie reklutat operatur ta’ esperjenza u l-membri tal-persunal nazzjonali ġew imħarrġa joperaw din il-magna. Fiż-żona ta’ Zintan dan l-iskavatur s’issa ikkontribwixxa għat-tneħħija ta’ bombi (27 bomba ta’ 250 kg u 9 bombi ta’ 500 kg).

Proġett ieħor f’dan il-komponent ser jiġi wkoll implimentat permezz tal-Grupp Konsultattiv tal-Mini u ser jibda l-attivitajiet f’Jannar 2014 biex jgħin sabiex tkompli titnaqqas it-theddida umanitarja maħluqa mill-ERW u biex jiżdiedu l-prattiki u l-imġiba sikuri ta’ komunitajiet affettwati mill-ERW u mis-SALW.

Fl-aħħar nett, f’Marzu 2014, Small Arms Survey ser tibda proġett ieħor iffinanzjati mill-komponent tal-IfS għal perijodu ta’ żmien qasir biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet tal-awtoritajiet Libjani biex jipprovdu s-sigurtà interna u s-sigurtà pubblika. L-objettivi speċifiċi tiegħu huma li jinbnew kapaċitajiet nazzjonali biex jiġu ddisinjati, evalwati u analizzati interventi fis-settur tas-sigurtà u li jipprovdi appoġġ biex jiġu żviluppati strateġiji u pjanijiet operazzjonali biex tiġi indirizzata s-sigurtà Komunitarja, potenzjalment inkluż ukoll it-theddid għas-sigurtà maħluq mis-SALW.

(d)   Amerika Ċentrali

I.

L-UE kompliet ukoll bl-implimentazzjoni ta’ proġett li jappoġġa l-Programm għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir tal-Amerika Ċentrali (CASAC). Permezz tal-komponent fit-tul tal-Istrument għall-Istabbiltà, il-proġett, li preċedentement kien implimentat mill-UNDP, daħal fit-tieni fażi tiegħu ta’ appoġġ f’Settembru 2012 bil-Kummissjoni ta’ Sigurtà tas-Sistema ta’ Integrazzjoni tal-Amerika Ċentrali (SICA) bħala l-imsieħeb implimentattiv tagħha. Il-kontribut tal-proġett tal-UE għall-inizjattiva tal-CASAC għandu l-għan li tiġi stabbilita l-fondazzjoni għal struttura reġjonali u strateġija fit-tul għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi fl-Amerika Ċentrali, fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll reġjonali. Il-proġett huwa implimentat fl-Amerika Ċentrali u l-pajjiżi ġirien, inkluż ir-reġjun tal-Karibew (b’fokus partikolari fuq il-Beliże, il-Gwatemala, El Salvador, il-Ħonduras, in-Nikaragwa, il-Kosta Rika u l-Panama). L-attivitajiet prinċipali jinkludu kampanji u konferenzi reġjonali u nazzjonali għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni nazzjonali u s-sistemi ta’ reġistrar, u proġetti transkonfinali kif ukoll taħriġ f’diversi oqsma.

II.

Fl-istess ħin, l-UE bħalissa qed telabora wkoll Deċiżjoni tal-Kunsill possibbli b’appoġġ għal aktar attivitajiet komplementari dwar il-kontroll tas-SALW fl-Amerika Ċentrali sabiex jiġu speċifikament indirizzati l-objettivi tal-PESK ta’ ħidma meħtieġa li għandħa titwettaq b’mod konġunt miċ-Ċentru Reġjonali tan-NU għall-Paċi, id-Diżarm u l-Iżvilupp fl-Amerika Latina u l-Karibew (UNLIREC) u l-CASAC sabiex jiġu miġġielda b’suċċess l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tas-SALW u l-munizzjon f’dan ir-reġjun.


(1)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2013:320:0034:0042:EN:PDF

(2)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2011:188:0037:0041:EN:PDF

(3)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2013:341:0056:0067:EN:PDF

(4)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2013:0716:FIN:en:PDF

(5)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2013:107:0004:0006:EN:PDF

(6)  http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_383_en.pdf

(7)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2012:321:0062:0067:EN:PDF

(8)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2013:332:0019:0030:EN:PDF

(9)  Din id-desinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-status, u hija f’konformità mal-UNSCR 1244 (1999) u l-opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Indipendenza tal-Kosovo.

(10)  Din id-desinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-status, u hija f’konformità mal-UNSCR 1244 (1999) u l-opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Indipendenza tal-Kosovo.

(11)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2012:297:0029:0033:EN:PDF

(12)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2013:173:0054:0064:EN:PDF


Il-Kummissjoni Ewropea

12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/20


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Ġunju 2014

2014/C 178/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3547

JPY

Yen Ġappuniż

138,19

DKK

Krona Daniża

7,4615

GBP

Lira Sterlina

0,80700

SEK

Krona Żvediża

9,0467

CHF

Frank Żvizzeru

1,2179

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1085

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,445

HUF

Forint Ungeriż

305,62

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1138

RON

Leu Rumen

4,3958

TRY

Lira Turka

2,8460

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4419

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4749

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5012

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5831

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6936

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 377,96

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5603

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,4376

HRK

Kuna Kroata

7,5810

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 000,89

MYR

Ringgit Malażjan

4,3540

PHP

Peso Filippin

59,363

RUB

Rouble Russu

46,5863

THB

Baht Tajlandiż

44,041

BRL

Real Brażiljan

3,0194

MXN

Peso Messikan

17,6653

INR

Rupi Indjan

80,3554


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/21


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

2014/C 178/05

SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI

GĦALL-IPPROSPETTAR, L-ESTRAZZJONI U L-ISFRUTTAR TAL-ENERĠIJA ĠEOTERMALI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA’ BATTONYA

F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-Ministru responsabbli għall-minjieri u għas-superviżjoni tal-assi tal-istat b’dan qed toħroġ sejħa pubblika għall-offerti għall-ipprospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali skont kuntratt ta’ konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.

Il-Ministru se tippubblika sejħa għall-offerti, għall-aġġudikazzjoni tal-offerti u għall-konklużjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) skont l-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati mill-Kumitat tal-Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni, il-Ministru se toħroġ deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha l-Ministru tista’ mbagħad tikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ skont it-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti hija l-Ungeriż.

2.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti hija miftuħa għal kwalunkwe persuna fiżika domestika jew barranija u għal kwalunkwe organizzazzjoni trasparenti fit-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; offerti konġunti huma permessi wkoll. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minnhom bħala rappreżentant, imma jassumu obligazzjoni in solidum għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-konċessjoni. Skont il-proċedura tas-sejħa għall-offerti, l-offerenti domestiċi u barranin se jiġu trattati fuq bażi ugwali.

Għall-finijiet tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, bl-użu tar-riżorsi tiegħu stess, l-offerent li jiffirma l-kuntratt tal-konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) fi żmien 90 jum mill-iffirmar, irid jistabbilixxi kumpanija bl-uffiċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”); id-Detentur tal-Konċessjoni jrid iżomm il-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet ta’ votazzjoni fil-kumpanija fil-ħin li din titwaqqaf u sakemm iddum, u, bħala l-proprjetarju għandu jinfurza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni se tgawdi d-drittijiet u se tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt tal-konċessjoni bħala l-operatur tal-minjieri.

3.

It-tul taż-żmien tal-konċessjoni: Perjodu ta’ 35 sena mid-dħulf is-seħħ tal-kuntratt tal-konċessjoni; il-perjodu oriġinali jista’ jiġi estiż darba mingħajr l-ebda sejħa oħra għall-offerti għal massimu ta’ nofs it-tul ta’ żmien oriġinali tiegħu jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom skont il-kuntratt u fil-ħin.

4.

Id-dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni:

Iż-żona magħżula għall-konċessjoni: Iż-żona tinsab bejn il-muniċipalitajiet mogħtija fit-tabella ta’ hawn taħt fil-kontea ta’ Békés.

Id-daqs taż-żona: 358,5km2.

Is-saff sedimentarju tal-wiċċ taż-żona magħżula għall-konċessjoni: 2 500 m mkejjel mill-wiċċ stratigrafiku u l-blat konsolidat: 6 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku.

Il-koordinati tal-punt tal-fruntiera li jiddelimitaw iż-żona magħżula għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali billi wieħed jikklikkja fuq “Koncesszió” fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) u fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

5.

It-tariffa minima netta tal-konċessjoni: HUF 27 500 000 (sebgħa u għoxrin miljun u ħames mitt elf forint) flimkien mal-VAT, imma fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti tista’ tiddaħħal offerta għal ammont iffissat akbar. Hekk kif ir-riżultat jiġi ppubblikat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas it-tariffa tal-konċessjoni għal dak l-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt tal-konċessjoni.

6.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti ta’ konċessjoni hija soġġetta għal ħlas ta’ tariffa għall-parteċipazzjoni ta’ HUF 1 500 000 (miljun u ħames mitt elf forint) flimkien mal-VAT; dan l-ammont għandu jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

7.

Minbarra li jħallsu t-tariffa għall-parteċipazzjoni, biex l-offerti tagħhom ikunu validi, l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 15 000 000 (ħmistax-il miljun forint), sa ġurnata qabel id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tkun konfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirbaħ iżda mbagħad ma jikkonkludix il-kuntratt jew jonqos milli jħallas il-prezz tal-konċessjoni offruta, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulata fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

8.

Ir-rata tad-dritt dovut għall-użu ta’ propjetà tal-minjieri li għandha titħallas abbażi tal-kuntratt tal-konċessjoni se tkun ta’ 2 % skont id-deċiżjoni tal-Ministru; tista’ tiddaħħal offerta għad-dritt dovut għall-użu ta’ propjetà tal-minjieri ogħla fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti, li jekk miftiehma tiġi rreġistrata fil-kuntratt tal-konċessjoni u għandha titħallas għat-tul ta’ żmien tal-konċessjoni.

9.

Il-kundizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u kundizzjonijiet oħra u informazzjoni dwar il-proċedura tas-sejħa għall-offerti jinsabu fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

10.

Id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jista’ jinġabar mill-Uffiċċju għas-Servizz tal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest; telefon: +36 13012900) fil-jiem tax-xogħol bejn it-8:00 ta’ filgħodu u s-2:00 ta’ waranofsinhar sal-jum ta’ qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni fuq preżentazzjoni ta’ prova dokumentarja adegwata li l-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jkun tħallas. L-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija se jagħti lix-xerrej ċertifikat f’ismu li jikkonferma li rċieva d-Dokument tas-sejħa għall-Offerti.

Għall-finijiet li jiġi kkuntattjat u jirċievi l-komunikazzjonijiet, meta jixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, ix-xerrej għandu wkoll jissottometti Karta ta’ Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit tal-Internet tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu – billi wieħed jikklikkja fuq l-opzjoni “Koncessziós pályázatok közzététele” [“Divulgazzjoni tal-offerta tal-konċessjoni”] taħt “Koncesszió”).

11.

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) flimkien mal-VAT, li għandu jitħallas bi trasferiment lejn il-kont Nru 10032000-01417179-00000000 tal-Uffiċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid jagħti l-kodiċi BATGTDV u l-isem tal-persuna li qed tixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti. Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jistax jitħallas fi flus kontanti u mhuwiex rimborżabbli la parzjalment u lanqas mod sħiħ.

12.

L-offerti jistgħu jitressqu biss minn persuni li xtraw id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u li ħallsu kemm it-tariffa tal-parteċipazzjoni u kemm il-garanzija tal-offerta.

13.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi personalment fl-ewwel jum tax-xogħol wara 90 jum mill-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-offerti fil-gazzetti Ungeriżi bejn l-10:00 u 12:00 fl-Uffiċċju għas-Servizz tal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (indirizz: Columbus utca 17-1145, 23 Budapest) bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

14.

Hekk kif tiġi sottomessa, l-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa’ vinkolanti sakemm il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tispiċċa. L-offerenti ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ konformità mal-offerta tagħhom.

15.

Il-Ministru tirriżerva d-dritt li tiddikjara li l-proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-konċessjoni ma kinitx ta’ suċċess. L-ebda pretensjoni li tirriżulta mid-dikjarazzjoni li l-proċedura tas-sejħa għall-offerti ma kinitx ta’ suċċess ma tista’ titressaq kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż rappreżentat mill-Ministru, jew mill-Ministeru għall-Iżvilupp bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.

L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għat-tul ta’ żmien tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni, stabbilita b’mod obbligatorju għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-limitu tal-protezzjoni ġeotermali tkun finali u infurzabbli, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona għall-ipprospettar se tkun limitata għaż-żona ta’ konfini tal-protezzjoni ġeotermali.

17.

Kull offerent jista’ jissottometti offerta waħda biss.

18.

Il-limitu taż-żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti tal-konċessjoni: disgħin jum mill-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.

19.

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kundizzjonijiet ugwali u mhi se tapplika l-ebda kriterju preferenzjali.

20.

Il-kriterji tal-aġġudikazzjoni tal-offerta:

(I)

Il-kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kontenut tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka soġġetta għall-konċessjoni:

it-tfassil ta’ programm li jimmira għall-massimu tal-ipprospettar tal-enerġija ġeotermali u li jfittex it-twettiq tal-prospettar b’mod kemm jista’ jkun komprensiv u fuq firxa kemm jista’ jkun wiesgħa fis-sit tal-konċessjoni; l-ammont allokat għar-riċerka; it-tul ta’ żmien ippjanat għar-riċerka; il-kwantità proġettata tal-enerġija ġeotermali li tista’ tiġi estratta,

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti,

il-miżuri previsti għall-protezzjoni tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġett għal konċessjoni.

(II)

Kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kapaċità tal-offerent biex iwettaq il-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-qagħda finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan li kien allokat minn riżorsi proprji,

il-valur totali tax-xogħol imwettaq b’rabta mal-ipprospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali.

(III)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-obbligi tal-pagament meħuda fil-kuntratt tal-konċessjoni:

it-tariffa netta tal-konċessjoni offruta tkun iktar mit-tariffa minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru,

id-daqs tar-royalty tal-minjieri offrut ikun ikbar mir-royalty minimu tal-minjieri stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterji tal-aġġudikazzjoni dettaljati u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta’ konċessjoni u kif għandu jsir u jitlesta huma speċifikati fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

21.

Il-kuntratt tal-konċessjoni

Il-kuntratt tal-konċessjoni għandu jiġi konkluż fi żmien 60 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b’massimu ta’ 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva kkontrollata mill-istat (l-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali f’żona delimitata) permessa skont il-konċessjoni għat-tul ta’ żmien tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt tal-konċessjoni.

L-abbozz tal-kuntratt tal-konċessjoni huwa mehmuż mad-Dokument ta-Sejħa għall-Offerti.

22.

L-informazzjoni dwar il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tista’ tintalab esklussivament bl-Ungeriż, bil-miktub wara li jinxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, skont il-mod stipulat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti; Ir-risposti ser ikunu disponibbli għall-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija bl-użu tal-indirizz tal-e-Mail indikat fuq il-Karta ta’ Identifikazzjoni tal-Offerent sottomessa meta jinxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Budapest, Ġunju 2014.

Lászlóné NÉMETH

Ministru


(1)  Fid-data li fiha tiġi ppubblikata din is-sejħa għall-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-istat u għall-minjieri huwa l-Ministru għall-iżvilupp nazzjonali skont it-Taqsima 84(d) u (g) tad-Digriet tal-Gvern Nru 212/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u tas-segretarju tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.


12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/25


Komunikazzjoni tal-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2014/C 178/06

SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTA GĦAL KONĊESSJONI

GĦALL-IPPROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA NÁDUDVAR

F’isem l-istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-Ministru responsabbli għall-minjieri u għas-superviżjoni ta’ assi statali b’dan joħroġ sejħa pubblika għall-offerti għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi b’kuntratt ta’ konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.

Il-Ministru se jippubblika s-sejħa għall-offerti, għall-aġġudikazzjoni tal-offerti u għall-konklużjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni b’kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) skont l-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni l-Ministru joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha, il-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ skont it-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti hija l-Ungeriż.

2.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika domestika jew barranija u għal kull organizzazzjoni trasparenti fit-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; huma permess wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, imma jassumu responsabbiltà in solidum għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni. Skont il-proċedura tas-sejħa għall-offerti l-offerenti domestiċi u barranin se jiġu ttrattati b’mod ugwali.

Għall-finijiet tat-twettiq tal-attività soġġett għall-konċessjoni, bl-użu tar-riżorsi proprji tiegħu, l-offerent li jiffirma l-kuntratt tal-konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) fi żmien 90 jum mill-iffirmar, irid iwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Ungerija (“il-Kumpanija ta’ Konċessjoni”), id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet ta’ votazzjoni fil-kumpanija fil-ħin li din titwaqqaf u sakemm iddum, u, bħala l-proprjetarju għandu jinfurza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni se tgawdi d-drittijiet u se tkun soġġetta għall-obbligi tal-kuntratt ta’ konċessjoni bħala l-operatur tal-minjieri.

3.

It-tul ta’ żmien tal-konċessjoni: Perjodu ta’ 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; il-perjodu oriġinali jista’ jiġi estiż darba mingħajr l-ebda sejħa oħra għall-offerti, għal massimu ta’ nofs it-tul ta’ żmien oriġinali tiegħu jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw fil-ħin mal-obbligi kollha tagħhom skont il-kuntratt.

4.

Id-dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni:

Iż-żona magħżula għall-konċessjoni: Iż-żona tinsab bejn il-muniċipji mogħtija fit-tabella hawn taħt fid-distretti amministrattivi ta’ Hajdú-Bihar.

Id-daqs taż-żona: 804,74 km2.

Is-saff sedimentarju tal-wiċċ (“overburden”) taż-żona magħżula għall-konċessjoni: wiċċ stratigrafiku (surface) u blat konsolidat (“bedrock”) 6 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku.

Il-koordinati tal-punt tal-fruntiera li jiddelimitaw iż-żona magħżula għall-konċessjoni huma disponibbli fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali billi wieħed jikklikkja fuq “Koncesszió” fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) u fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

5.

Miżata minima netta tal-konċessjoni: HUF 204 000 000 (mitejn u ebgħa miljun forint) flimkien mal-VAT, imma tista’ tiddaħħal offerta għal ammont fiss akbar fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Hekk kif jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas il-miżata tal-konċessjoni għal dak l-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni.

6.

Il-parteċipazzjoni fil-procedura tas-sejħa għall-offerti ta’ konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ miżata għall-parteċipazzjoni ta’ HUF 10 000 000 (għaxar miljun forint) flimkien mal-VAT; dan l-ammont għandu jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

7.

Minbarra li jħallsu l-miżata tal-parteċipazzjoni, biex l-offerti tagħhom ikunu validi l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint), sal-jum ta’ qabel id-data tal-iskadenza tas-sottomissjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi kkonfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxilu jikseb il-kuntratt iżda mbagħad ma jikkonkludix il-kuntratt jew jonqos milli jħallas il-prezz tal-konċessjoni offrut, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

8.

Ir-rata tar-royalty tal-minjieri pagabbli fuq il-bażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni se tkun 19 % skont id-deċiżjoni tal-Ministru; tista’ tiddaħħal offerta għal royalty tal-minjieri ogħla fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti, li jekk tiġi miftiehema tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u għandha titħallas għat-tul ta’ żmien tal-konċessjoni.

9.

Il-kundizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u kundizzjonijiet u informazzjoni oħra dwar il-proċedura tas-sejħa għall-offerti jinsabu fid-Dokument tal-Offerta.

10.

Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-Uffiċċju għas-Servizz tal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest; telefown: +36 13012900) fil-jiem tax-xogħol bejn it-8:00 ta’ filgħodu u s-2:00 ta’ waranofsinhar sal-jum ta’ qabel l-iskadenza tas-sottomissjoni fuq preżentazzjoni ta’ prova dokumentarja adegwata li l-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta jkun tħallas. L-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija se jagħti ċertifikat f’ismu lix-xerrej, biex jikkonferma li rċieva d-Dokument tal-Offerta.

Biex jiġi kkuntattjat u biex jirċievi l-komunikazzjonijiet, meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, ix-xerrej għandu wkoll jissottometti Karta ta’ Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit tal-Internet tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu — billi wieħed jikklikkja fuq l-opzjoni “Koncessziós pályázatok közzététele” [“Divulgazzjoni tal-offerta ta’ konċessjoni”] taħt “Koncesszió”).

11.

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) flimkien mal-VAT, li għandu jitħallas bi trasferiment fil-kont Nru 10032000-01417179-00000000 l tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid jagħti l-kodiċi NDUCHDV u l-isem tal-persuna li qed tixtri d-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas fi flus u ma jiġix rimborżat la parzjalment u lanqas b’mod sħiħ.

12.

L-offerti jistgħu jitressqu biss minn persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu kemm il-miżata tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta.

13.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi personalment fil-1 ta’ Ottubru 2014 bejn l-10:00 u n-12:00 fl-uffiċċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest) bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

14.

Hekk kif tiġi sottomessal-offerta, hija ssir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tas-sejħa għall-offerti. L-offerenti ma jistgħux ma jaċċettawx ir-responsabbiltà jekk jonqsu milli josservaw il-kundizzjonijiet tal-offerta tagħhom.

15.

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-konċessjoni ma rnexxitx. Jekk il-proċedura tas-sejħa għall-offerti ma tirnexxix, ma tista’ titressaq l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew mill-Ministeru għall-Iżvilupp bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.

L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għat-tul ta’ żmien tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni, mwaqqfa b’mod obbligatorju għal dak l-iskop. Ladarba ssir finali u infurzabbli d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjiera, id-dritt tal-konċessjoni fiż-żona għall-ipprospettar se jkun limitat għaż-żona tas-sit tal-minjieri.

17.

Kull offerent jista’ jissottometti offerta waħda biss.

18.

Il-limitu taż-żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti ta’ konċessjoni: 90 jum mill-iskadenza tas-sottomissjoni tal-offerti.

19.

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kundizzjonijiet ugwali u mhi se tapplika l-ebda kriterju preferenzjali.

20.

Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:

(I)

Il-kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kontenut tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka soġġett għall-konċessjoni:

it-tfassil ta’ programm li jimmira għall-massimu ta’ pprospettar tal-idrokarburi u li jfittex it-twettiq tal-prospettar b’mod kemm jista’ jkun komprensiv u fuq firxa kemm jista’ jkun wiesgħa fis-sit tal-konċessjoni; l-ammont allokat għar-riċerka; it-tul ta’ żmien ippjanat għar-riċerka; il-kwantità pproġettata tal-idrokarburi li jistgħu jiġu prodotti,

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti,

il-miżuri previsti għall-protezzjoni tal-ambjent u għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġett għall-konċessjoni.

(II)

Il-kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kapaċità tal-offerent li jwettaq il-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-pożizzjoni finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi li hemm bżonn biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan li jkun ġie allokat minn riżorsi proprji,

il-valur totali tax-xogħol imwettaq b’konnessjoni ma’ minjieri tal-idrokarburi fit-tliet snin ta’ qabel is-sejħa għall-offerti.

(III)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-obbligi ta’ pagament meħuda fil-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-miżura netta tal-konċessjoni offruta ‘l fuq mill-miżura minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru,

l-ammont li bih ir-royalty tal-minjieri jissupera r-royalty minimu tal-minjieri stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterji tal-aġġudikazzjoni dettaljati u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta’ konċessjoni u kif għandu jsir u jitlesta, huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta.

21.

Il-kuntratt tal-konċessjoni

Il-kuntratt tal-konċessjoni għandu jiġi konkluż fi żmien 60 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b’massimu ta’ 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva kkontrollata mill-istat (l-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi f’żona delimitata), permessa skont il-konċessjoni għat-tul ta’ żmien tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt tal-konċessjoni.

Meta jissottomettu l-offerti, l-offerenti jridu jqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri, li jiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt tal-operatur tal-minjieri għall-ipprospettar jew il-permess tiegħu ta’ pprospettar jista’ jkopri total ta’ mhux aktar minn 15 000 km2 ta’ territorju għall-prospettar. Meta jiġi stabbilit it-territorju għall-prospettar, għandu jitqies ukoll it-territorju għall-ipprospettar taħt il-kontroll tal-operatur tal-minjieri jiġifieri — skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili — l-operatur tal-minjieri li jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess ta’ pprospettar. Fil-każ ta’ offerti konġunti, kull wieħed mill-offerenti għandu jissodisfa dan il-kriterju b’mod individwali.

L-abbozz tal-kuntratt tal-konċessjoni huwa anness mad-Dokument tal-Offerta.

22.

L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tinkiseb esklussivament bl-Ungeriż, bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, skont il-mod stipulat fid-Dokument tal-Offerta; it-tweġibiet se jsiru disponibbli għall-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija billi jintuza l-indirizz elettroniku indikat fuq il-Karta tal-Identifikazzjoni tal-Offerent sottomessa meta nxtara d-Dokument tal-Offerta.

Budapest, Ġunju 2014.

Lászlóné NÉMETH

Ministru


(1)  Fid-data li fiha qed tiġi ppubblikata din is-sejħa għall-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-istat u għall-minjieri huwa l-Ministru għall-iżvilupp nazzjonali skont it-Taqsima 84(d) u (g) tad-Digriet tal-Gvern Nru 212/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u tas-segretarju tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.


12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/29


Komunikazzjoni tal-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2014/C 178/07

SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTA GĦAL KONĊESSJONI

GĦALL-IPPROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA NAGYLENGYEL TAL-PUNENT

F’isem l-istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-Ministru responsabbli għall-minjieri u għas-superviżjoni ta’ assi statali, b’dan joħroġ sejħa pubblika għall-offerti għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi b’kuntratt ta’ konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.

Il-Ministru se jippubblika s-sejħa għall-offerti, għall-aġġudikazzjoni tal-offerti u għall-konklużjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni b’kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) skont l-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni l-Ministru joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha, il-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ skont it-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti hija l-Ungeriż.

2.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika domestika jew barranija u għal kull organizzazzjoni trasparenti fit-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; huma permessi wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, imma jassumu responsabbiltà in solidum għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni. Skont il-proċedura tas-sejħa għall-offerti, l-offerenti domestiċi u barranin se jiġu ttrattati b’mod ugwali.

Għall-finijiet tat-twettiq tal-attività soġġett għall-konċessjoni, bl-użu tar-riżorsi proprji tiegħu, l-offerent li jiffirma l-kuntratt tal-konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) fi żmien 90 jum mill-iffirmar, irid iwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Ungerija (“il-Kumpanija ta’ Konċessjoni”), id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet ta’ votazzjoni fil-kumpanija fil-ħin li din titwaqqaf u sakemm iddum, u, bħala l-proprjetarju għandu jinfurza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni se tgawdi d-drittijiet u se tkun soġġetta għall-obbligi tal-kuntratt ta’ konċessjoni bħala l-operatur tal-minjieri.

3.

It-tul ta’ żmien tal-konċessjoni: Perjodu ta’ 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; il-perjodu oriġinali jista’ jiġi estiż darba mingħajr l-ebda sejħa oħra għall-offerti, għal massimu ta’ nofs it-tul ta’ żmien oriġinali tiegħu jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw fil-ħin mal-obbligi kollha tagħhom skont il-kuntratt.

4.

Id-dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni:

Iż-żona magħżula għall-konċessjoni: Iż-żona tinsab bejn il-muniċipji mogħtija fit-tabella hawn taħt fid-distretti amministrattivi ta’ Zala u Vas.

Id-daqs taż-żona: 907,6 km2.

Is-saff sedimentarju tal-wiċċ (“overburden”) taż-żona magħżula għall-konċessjoni: wiċċ stratigrafiku (surface) u blat konsolidat (“bedrock”) 6 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku.

Il-koordinati tal-punt tal-fruntiera li jiddelimitaw iż-żona magħżula għall-konċessjoni huma disponibbli fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali billi wieħed jikklikkja fuq “Koncesszió” fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) u fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

5.

Miżata minima netta tal-konċessjoni: HUF 192 000 000 (mija tnejn u disgħin miljun forint) flimkien mal-VAT, imma tista’ tiddaħħal offerta għal ammont fiss akbar fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Hekk kif jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas il-miżata tal-konċessjoni għal dak l-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni.

6.

Il-parteċipazzjoni fil-procedura tas-sejħa għall-offerti ta’ konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ miżata għall-parteċipazzjoni ta’ HUF 10 000 000 (għaxar miljun forint) flimkien mal-VAT; dan l-ammont għandu jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

7.

Minbarra li jħallsu l-miżata tal-parteċipazzjoni, biex l-offerti tagħhom ikunu validi l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint), sal-jum ta’ qabel id-data tal-iskadenza tas-sottomissjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi kkonfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxilu jikseb il-kuntratt iżda mbagħad ma jikkonkludix il-kuntratt jew jonqos milli jħallas il-prezz tal-konċessjoni offrut, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

8.

Ir-rata tar-royalty tal-minjieri pagabbli fuq il-bażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni se tkun 19 % skont id-deċiżjoni tal-Ministru; tista’ tiddaħħal offerta għal royalty tal-minjieri ogħla fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti, li jekk tiġi miftiehema tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u għandha titħallas għat-tul ta’ żmien tal-konċessjoni.

9.

Il-kundizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u kundizzjonijiet u informazzjoni oħra dwar il-proċedura tas-sejħa għall-offerti jinsabu fid-Dokument tal-Offerta.

10.

Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-Uffiċċju għas-Servizz tal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest; telefown: +36 13012900) fil-jiem tax-xogħol bejn it-8:00 ta’ filgħodu u s-2:00 ta’ waranofsinhar sal-jum ta’ qabel l-iskadenza tas-sottomissjoni fuq preżentazzjoni ta’ prova dokumentarja adegwata li l-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta jkun tħallas. L-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija se jagħti ċertifikat f’ismu lix-xerrej, biex jikkonferma li rċieva d-Dokument tal-Offerta.

Biex jiġi kkuntattjat u biex jirċievi l-komunikazzjonijiet, meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, ix-xerrej għandu wkoll jissottometti Karta ta’ Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit tal-Internet tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu — billi wieħed jikklikkja fuq l-opzjoni “Koncessziós pályázatok közzététele” [“Divulgazzjoni tal-offerta ta’ konċessjoni”] taħt “Koncesszió”).

11.

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) flimkien mal-VAT, li għandu jitħallas bi trasferiment fil-kont Nru 10032000-01417179-00000000 tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid jagħti l-kodiċi BATGTDV u l-isem tal-persuna li qed tixtri d-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas fi flus u ma jiġix rimborżat la parzjalment u lanqas b’mod sħiħ.

12.

L-offerti jistgħu jitressqu biss minn persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu kemm il-miżata tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta.

13.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi personalment fit-30 ta’ Settembru 2014 bejn l-10:00 u n-12:00 fl-uffiċċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest) bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

14.

Hekk kif tiġi sottomessal-offerta, hija ssir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tas-sejħa għall-offerti. L-offerenti ma jistgħux ma jaċċettawx ir-responsabbiltà jekk jonqsu milli josservaw il-kundizzjonijiet tal-offerta tagħhom.

15.

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-konċessjoni ma rnexxitx. Jekk il-proċedura tas-sejħa għall-offerti ma tirnexxix, ma tista’ titressaq l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew mill-Ministeru għall-Iżvilupp bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.

L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għat-tul ta’ żmien tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni, mwaqqfa b’mod obbligatorju għal dak l-iskop. Ladarba ssir finali u infurzabbli d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjiera, id-dritt tal-konċessjoni fiż-żona għall-ipprospettar se jkun limitat għaż-żona tas-sit tal-minjieri.

17.

Kull offerent jista’ jissottometti offerta waħda biss.

18.

Il-limitu taż-żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti ta’ konċessjoni: 90 jum mill-iskadenza tas-sottomissjoni tal-offerti.

19.

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kundizzjonijiet ugwali u mhi se tapplika l-ebda kriterju preferenzjali.

20.

Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:

(I)

Il-kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kontenut tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka soġġett għall-konċessjoni:

it-tfassil ta’ programm li jimmira għall-massimu ta’ pprospettar tal-idrokarburi u li jfittex it-twettiq tal-prospettar b’mod kemm jista’ jkun komprensiv u fuq firxa kemm jista’ jkun wiesgħa fis-sit tal-konċessjoni; l-ammont allokat għar-riċerka; it-tul ta’ żmien ippjanat għar-riċerka; il-kwantità pproġettata tal-idrokarburi li jistgħu jiġu prodotti,

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti,

il-miżuri previsti għall-protezzjoni tal-ambjent u għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġett għall-konċessjoni.

(II)

Il-kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kapaċità tal-offerent li jwettaq il-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-pożizzjoni finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi li hemm bżonn biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan li jkun ġie allokat minn riżorsi proprji,

il-valur totali tax-xogħol imwettaq b’konnessjoni ma’ minjieri tal-idrokarburi fit-tliet snin ta’ qabel is-sejħa għall-offerti.

(III)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-obbligi ta’ pagament meħuda fil-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-miżura netta tal-konċessjoni offruta ‘l fuq mill-miżura minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru,

l-ammont li bih ir-royalty tal-minjieri jissupera r-royalty minimu tal-minjieri stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterji tal-aġġudikazzjoni dettaljati u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta’ konċessjoni u kif għandu jsir u jitlesta huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta.

21.

Il-kuntratt tal-konċessjoni

Il-kuntratt tal-konċessjoni għandu jiġi konkluż fi żmien 60 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b’massimu ta’ 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva kkontrollata mill-istat (l-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi f’żona delimitata), permessa skont il-konċessjoni għat-tul ta’ żmien tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt tal-konċessjoni.

Meta jissottomettu l-offerti, l-offerenti jridu jqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri, li jiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt tal-operatur tal-minjieri għall-prospettar jew il-permess tiegħu ta’ pprospettar jista’ jkopri total ta’ mhux aktar minn 15 000 km2 ta’ territorju għall-prospettar. Meta jiġi stabbilit it-territorju għall-ipprospettar, għandu jitqies ukoll it-territorju għall-ipprospettar taħt il-kontroll tal-operatur tal-minjieri jiġifieri — skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili — l-operatur tal-minjieri li jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess ta’ pprospettar. Fil-każ ta’ offerti konġunti, kull wieħed mill-offerenti għandu jissodisfa dan il-kriterju b’mod individwali.

L-abbozz tal-kuntratt tal-konċessjoni huwa anness mad-Dokument tal-Offerta.

22.

L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tinkiseb esklussivament bl-Ungeriż, bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, skont il-mod stipulat fid-Dokument tal-Offerti; it-tweġibiet se jsiru disponibbli għall-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija billi jintuza l-indirizz elettroniku indikat fuq il-Karta tal-Identifikazzjoni tal-Offerent sottomessa meta nxtara d-Dokument tal-Offerta.

Budapest, Ġunju 2014.

Lászlóné NÉMETH

Ministru


(1)  Fid-data li fiha qed tiġi ppubblikata din is-sejħa għall-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-istat u għall-minjieri huwa l-Ministru għall-iżvilupp nazzjonali skont it-Taqsima 84(d) u (g) tad-Digriet tal-Gvern Nru 212/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u tas-segretarju tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/34


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

2014/C 178/08

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:

EPSO/AST/133/14 — TEKNOLOĠIJI TAL-INFORMAZZJONI U TAL-KOMUNIKAZZJONI (ICT) (AST 3)

L-avviż tal-kompetizzjonijiet huwa ppubblikat fl-24 lingwa f’Il-Ġurnal Uffiċjali C 178 A tat-12 ta’ Ġunju 2014.

Għal aktar tagħrif ikkonsulta l-websajt tal-EPSO http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/35


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7188 — Remondis Nederland/SITA Recycling Services/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 178/09

1.

Fl-4 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha Remondis Nederland B.V. (il-Pajjiżi l-Baxxi), proprjetà ta' Remondis AG & Co (“Remondis Group”, il-Ġermanja) u bażikament ikkontrollata minn Rethmann AG & Co. KG (il-Ġermanja), u SITA Recycling Services B.V., (“SITA”, il-Pajjiżi l-Baxxi), bażikament ikkontrollata minn Suez Environnement Company SA (Franza), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' joint venture ġdid (“NewCo”, il-Pajjiżi l-Baxxi).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

—   għal Remondis Group: kumpanija internazzjonali ta' servizzi tal-ilma u tal-ambjent attiva, fost oħrajn, fil-ġbir, l-issortjar u r-riċiklaġġ ta' skart tal-plastik,

—   għal SITA: attiva fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-oqsma tal-ġbir, it-trasport u l-ipproċessar ta' skart industrjali, skart speċjali, skart domestiku kif ukoll manutenzjoni tad-dranaġġ u kundizzjonijiet tajba għall-ħamrija,

—   għal NewCo: se tkun attiva fl-issortjar ta' skart domestiku tal-plastik mill-Pajjiżi l-Baxxi.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7188 — Remondis Nederland/SITA Recycling Services/JV f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/36


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7216 — Reggeborgh / Argos Energy Group)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 178/10

1.

Fl-4 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Reggeborgh Invest B.V. (“Reggeborgh”, il-Pajjiżi l-Baxxi) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Argos Group Holding (“Argos Holding”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

—   għal Reggeborgh: attiva fil-kummerċ u l-provvista ta’ prodotti taż-żejt għall-użu fuq l-art u fuq l-ilma, l-iżvilupp tal-proprjetà, is-settur tas-servizzi tal-kostruzzjoni u l-kiri ta’ bastimenti,

—   għal Argos Holding: attiva fil-majjistral tal-Ewropa fil-kummerċ u l-provvista ta’ prodotti taż-żejt għall-użu fuq l-art u fuq l-ilma.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7216 — Reggeborgh / Argos Energy Group, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/37


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7301 — PAI partners / Euro Media Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 178/11

1.

Fil-5 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża PAI partners (“PAI”, Franza) tikseb skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku u totali tal-impriża Euro Media Group (Franza) permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

—   għall-imsieħba tal-PAI: attivitajiet ta' maniġment tal-portafoll f'isem partijiet terzi,

—   għal Euro Media Group: provvista ta' tagħmir u servizzi tekniċi għall-produzzjoni u t-twassil ta' kontenut tal-midja.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7301 — msieħba tal-PAI / Euro Media Group, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/38


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2014/C 178/12

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“SALAMA DA SUGO”

Nru tal-KE: IT-IĠP-0005-01114 — 21.5.2013

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Salama da sugo”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Is-“Salama da sugo” huwa prodott magħmul minn taħlita ta’ laħmijiet tal-majjal, li jiġu aromatizzati u jitqiegħdu fil-bużżieqa tal-awrina naturali tal-ħanżir qabel it-tnixxif u l-maturazzjoni. Jinbiegħ bħala prodott mhux ipproċessat jew, wara li jiġi trattat bis-sħana, bħala prodott ipproċessat u lest għall-konsum. Is-“Salama da sugo” wara l-maturazzjoni jiżen bejn 700 u 1 400 gramma; għandu forma sferika bħal bettieħa u jkun marbut bi spaga f’6/8 biċċiet u b’faxxa orizzontali fin-nofs; il-wiċċ ta’ barra jkun irregolari, miksi bi traċċi tal-moffa li tinħoloq b’mod naturali waqt il-fażi ta’ maturazzjoni. Fuq ġewwa l-prodott għandu lewn li jagħti fir-roża, li jiġi mill-maturazzjoni tal-biċċiet imqattgħin tad-dgħif u x-xaħam flimkien ma’ proporzjon kbir ta’ nbid u jkollu konsistenza soda u kompatta. Ir-riħa hija aromatika, pikkanti u persistenti. Il-kontenut massimu tal-ilma huwa ta’ 30 %; il-kontenut massimu tax-xaħam huwa ta’ 50 % (± 5 %) u l-kontenut massimu tal-proteina huwa ta’ 20 % (± 5 %). Il-proporzjon ta’ kollaġen/proteina huwa ta’ 10 g/100 g (± 3 g). Il-prodott imsajjar għandu lewn kannella skur, riħa intensa u aromatika ħafna, togħma bnina u qawwija b’persistenza finali twila u l-konsistenza tiegħu hija ratba u ramlija.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Is-Salama da sugo huwa magħmul minn laħmijiet tal-majjal biss, bil-qatgħat u l-proporzjonijiet li ġejjin: għonq: 25 % (± 15), raqba: 25 % (± 15 %), żaqq: 25 % (± 15), spalla: 20 % (± 15), ilsien: 3 % (± 2), fwied: 2 % (± 1). Jista’ jkollu wkoll biċċiet imqatta’ minn taħt l-ispalla fil-proporzjon li ġej: 25 % (± 15 %). Barra minn hekk, għal kull kg laħam, għandu jkun hemm 15 cl (± 5 cl) inbid aħmar. L-inbejjed li jistgħu jintużaw huma: Fortana, Merlot del Bosco Eliceo, Sangiovese di Romagna, Lambrusco u Refosco. Għandu jintuża bżar iswed imqatta’ f’biċċiet u/jew mitħun: 2,5 g (± 0,50 g); melħ tal-baħar oħxon: 26 g (± 4 g).

Ingredjenti oħra fakultattivi huma l-kannella, in-noċemuskata u l-imsiemer tal-qronfol, li jistgħu jiżdiedu flimkien jew individwalment u fil-proporzjon ta’ 0,75 g (± 0,50 g) għal kull kg laħam; brandi, grappa jew rum miżjuda individwalment bħala sostitut parzjali tal-inbid aħmar, fil-proporzjon ta’ 1 cl għal kull kg laħam.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

L-għalf tal-ħnieżer għall-produzzjoni tas-“Salama da sugo” għandu jkun f’forma ta’ togħlija jew tgħasida u jkollu ammont ta’ materja niexfa ta’ mhux inqas minn 45 % tat-total sa 80 kg ta’ piż ħaj u mhux inqas minn 55 % tat-total fil-fażi tat-tismin. Ix-xorrox tal-ħalib (prodott sekondarju tal-baqta) u x-xorrox tal-butir (prodott sekondarju tal-produzzjoni tal-butir) ma għandhomx jaqbżu l-15-il litru r-ras kull ġurnata.

3.5.   Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

Il-fażijiet tal-produzzjoni tas-Salama da sugo li għandhom isiru fiż-żona identifikata fil-punt 4 huma: it-tirqim, it-tħin, l-għaġna, it-tqegħid fil-bużżieqa tal-awrina tal-ħanżir, l-irbit, it-tnixxif u l-maturazzjoni; u fil-każ tas-“Salama da sugo” imsajjar, anke t-trattament bis-sħana wara l-maturazzjoni.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-prodott jitqiegħed fis-suq sħiħ. Jekk il-prodott ikun ġie ttrattat fis-sħana fi tqartis ssiġillat, ikun jista’ jitqiegħed fis-suq anke mqatta’ f’biċċiet, diment li jkun diġà tqatta’ qabel it-trattament fis-sħana. B’hekk jiġu evitati r-riskji għall-iġjene u organolettiċi li jirriżultaw mit-tibdil fit-temperatura u mill-umdità.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketti li jinsabu fuq il-pakkett ikollhom l-isem “Salama da sugo” flimkien mat-taqsira “IGP” (“IĠP”) jew il-kliem “Indicazione Geografica Protetta” (“Indikazzjoni Ġeografika Protetta”), il-logo tas-“Salama da sugo” u s-simbolu grafiku komunitarju. Il-logo tad-denominazzjoni jista’ jiġi adattat għall-użi varji li jsir minnu, b’limitu massimu ta’ tnaqqis bażiku sa 2 cm.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni, l-ikkondizzjonar u l-ippakkjar tas-“Salama da sugo” tinkludi t-territorju tal-provinċja ta’ Ferrara, minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Goro, Codigoro, Lagosanto u Comacchio.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

L-abbundanza ta’ ilma fiż-żona affettwat u għadha taffettwa l-livell ta’ umdità relattiva lokali. Il-livell ta’ umdità huwa għoli ħafna kemm fil-livelli minimi kif ukoll fil-livelli massimi, fil-valuri assoluti u anke meta mqabbel mal-provinċji ġirien, kif jidher mid-dejta storika tar-reġjun Emilia Romagna. Din is-sitwazzjoni ambjentali ddeterminat l-oriġini u t-tixrid tal-impjanti għall-ipproċessar tal-majjal, li għal raġunijiet ta’ iġjeni jeħtieġu disponnibbiltà kbira ta’ ilma, filwat li l-klima umida tiffavorixxi maturazzjoni mill-iprem tal-prodotti ipproċessati. Minħabba f’hekk, matul is-snin ġew ikkonsolidati kompetenzi speċifiċi li saru parti sħiħa mill-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni tas-“Salama da sugo”.

Il-kompetenza tal-operaturi, li baqgħu jirrispettaw il-prattiki konsolidati, tispikka b’mod partikolari f’ċerti operazzjonijiet ewlenin: it-tirqim tal-laħmijiet, l-għażla tal-qatgħat l-iktar adattati, it-tqattigħ differenzjat, it-tqegħid manwali fil-bużżieqa tal-awrina tal-ħanżir, kif ukoll is-sistema oriġinali ta’ rbit tal-prodott.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Is-“Salama da sugo” huwa prodott uniku u differenti minn laħmijiet ipproċessati oħra

fil-kompożizzjoni tiegħu: jinkludi tipi differenti ta’ laħmijiet tal-majjal, inbid jew likuri u ħwawar,

fid-dehra: il-lewn tat-taħlita u l-forma partikolari bħal bettieħa marbuta f’6/8 biċċiet, li tidher ukoll fil-logo li jidentifika s-“Salama da sugo”,

fil-karatteristiċi organolettiċi: ratba u ramlija, varjetà wiesgħa ta’ komposti aromatiċi, meraq li jegħreq minn ġol-bużżieqa tal-awrina.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-prodott oriġina fi żmien ir-Rinaxximent, meta d-Duki ta’ Este, li dak iż-żmien kienu jiggvernaw it-territorju ta’ Ferrara, kienu jagħtu importanza kbira lill-pjaċir relatat mal-ikel. Il-forma partikolari bħal bettieħa marbuta f’6/8 biċċiet u b’faxxa orizzontali fin-nofs ukoll oriġinat fl-istess perjodu, u tidher ukoll fiċ-ċeramika tal-korti ta’ Ferrara ta’ dak iż-żmien.

Il kompetenzi speċifiċi ta’ dak it-territorju jidhru b’mod partikolari fil-fażijiet tal-produzzjoni tal-prodott. Uħud minnhom huma karatteristiċi ħafna għax għadhom isiru b’mod manwali ħafna (it-tirqim tal-laħmijiet, it-tqegħid fil-bużżieqa tal-awrina u l-irbit) jew b’għajn esperta (l-evalwazzjoni tal-maturazzjoni ideali tal-prodott).

It-taħlita ta’ ingredjenti ukoll tagħti karatteristiċi partikolari lill-prodott: il-lewn tat-taħlita (li jirriżulta mill-użu tal-fwied imħallat mal-inbid jew l-likuri) u l-formazzjoni tal-meraq (li jirriżulta mill-użu ta’ qatgħat bħall-għonq, ir-raqba, iż-żaqq u l-ispalla, li fihom komponenti tax-xaħam li jinħallu malajr, u mill-użu ta’ indib jew likuri).

Il-profil organolettiku tas-“Salama da sugo” jirriżulta minn qatgħat tal-laħam ġelatinużi li jagħmluh artab u ramli. Ir-riħa u t-togħma huma karatterizzati minn varjetà wiesgħa ta’ komposti aromatiċi u jirriżultaw mill-użu oriġinali ta’ inbid u ħwawar flimkien mat-trasformazzjoni tal-partijiet tax-xaħam, kif ukoll mill-maturazzjoni li ssir f’kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi. Il-meraq li jegħreq mill-bużżieqa tal-awrina waqt it-tisjir jirriżulta minn proporzjoni ta’ inbid jew likuri li ma jkunux evaporaw u li jiġu aromatizzati mill-ħwawar.

Il-klima tat-territorju, minbarra ż-żona kostali li hija affettwata minn arja mielħa, għandha benefiċċji fuq il-maturazzjoni tas-“Salama da sugo” u għaldaqstant anke fuq il-karatteristiċi organolettiċi minħabba li tiżgura tinxif ħafif u gradwali matul il-ħin kollu tal-maturazzjoni, fil-wiċċ ta’ barra kif ukoll fil-qalba tal-prodott, li jibqa’ artab u kumpatt b’mod uniformi. Din is-sitwazzjoni ambjentali hija ukoll ideali għall-iżvilupp tal-flora batterika partikolari li tinħoloq fil-wiċċ tal-prodott u li tikkontribwixxi għall-formazzjoni tal-aroma tiegħu.

Xi riferimenti għar-reputazzjoni tal-prodott jinsabu fl-ewwel edizzjoni (1931) tal-Guida Gastronomica d’Italia del Touring Club Italiano: “Is-‘Salama da sugo’ hija speċjalità magħrufa ħafna unika fi Ferrara u tiġi prodotta fil-belt kif ukoll f’diversi rħula fil-provinċja” u fl-edizzjoni tal-1967 tal-Annuario dell’Accademia italiana della cucina fejn Ferrara tiġi msemmija bħala “il-belt magħrufa tas-‘Salama da sugo’”. Illum, il-manwali tal-gastronomija taljani kollha fihom xi riferiment għas-“Salama da sugo” u b’hekk jikkonfermaw ir-reputazzjoni qawwija tiegħu.

Barra minn hekk, fiż-żona tal-produzzjoni jsiru ħafna fieri u avvenimenti folkloristiċi ddedikati lis-“Salama da sugo” li jikkonfermaw ir-rabta tiegħu mat-territorju, fosthom hemm dawk ta’ Guarda Ferrarese u ta’ Buonacompra (fl-aħħar ta’ Lulju); din tal-aħħar ilha ssir mill-1974 u tiċċelebra l-konsum tal-prodott marbut mal-ħsad tal-qanneb, li għal ħafna sekli kien prodott tipiku lokali.

Referenza għall-Pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

Din l-Amministrazzjoni nediet il-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni għall-approvazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Salama da sugo” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru. 272 tal-21/11/2012.

It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit elettroniku li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/MT/IDPagina/3335 (Articolo 5, paragrafo 7, del regolamento (CE) n. 510/2006 (3))


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 2.