|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 167/01 |
||
|
2014/C 167/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7223 — Danish Crown/Sokolow) ( 1 ) |
|
|
2014/C 167/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7210 — Groupe Soufflet/Groupe Neuhauser) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 167/04 |
||
|
2014/C 167/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2014/C 167/06 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/1 |
Avviż mill-Kummissjoni
dwar il-kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubrusal-31 ta’ Diċembru 2014 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni għall-prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur
2014/C 167/01
Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 (1) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti mis-settur tal-laħam tat-tjur. It-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni li tressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ April 2014 għas-subperjodu mill-1 ta’ Luljusat-30 ta’ Settembru 2014, għall-kwoti 09.4217 u 09.4218, kienu jkopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. F’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (2), il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux talbiet, huma miżjuda mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, mill-1 ta’ Ottubrusal-31 ta’ Diċembru 2014, u jidhru fl-Anness ta’ dan l-Avviż.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
|
Nru tal-ordni tal-kwota |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubrusal-31 ta’ Diċembru 2014 (f’kg) |
|
09.4217 |
8 980 400 |
|
09.4218 |
3 478 800 |
|
4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ M.7223 — Danish Crown/Sokolow)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 167/02
Fit-28 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7223. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ M.7210 — Groupe Soufflet/Groupe Neuhauser)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 167/03
Fi 27/05/2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali. |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7210. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/3 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
0,25 % fl-1 ta’ Ġunju 2014
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-3 ta’ Ġunju 2014
2014/C 167/04
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3645 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
139,64 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4638 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,81470 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,1044 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2216 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,1815 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,463 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
304,93 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1480 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3968 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,8765 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4731 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4888 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5791 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6122 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7135 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 396,84 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,6422 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,5337 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5715 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 104,42 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4059 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,856 |
|
RUB |
Rouble Russu |
47,8104 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
44,571 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,0909 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,6355 |
|
INR |
Rupi Indjan |
81,0630 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta' Ġunju 2014
li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Kanċer u li tħassar id-Deċiżjoni 96/469/KE
2014/C 167/05
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 168(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri huma meħtieġa, b’kuntatt mal-Kummissjoni, jikkoordinaw bejniethom il-politiki u l-programmi tagħhom fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista’, b’kuntatt mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu kull inizjattiva siewja sabiex tħeġġeġ dan il-koordinament, b’mod partikolari inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw skambji tal-aħjar prattika u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet perjodiċi. |
|
(2) |
Il-White Paper tal-Kummissjoni “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013” (1) adottata mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Ottubru 2007, li tiżviluppa l-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa, identifikat il-mard rari bħala prijorità għall-azzjoni. |
|
(3) |
Il-Kunsill, fit-2 ta’ Diċembru 2003 adotta Rakkomandazzjoni dwar l-iskrining tal-kanċer (2); |
|
(4) |
Il-Kunsill, fl-10 ta’ Ġunju 2008 adotta Konkużjonijiet dwar it-“Tnaqqis tal-piż tal-Kanċer” (3) u fit-13 ta’ Settembru 2010 dwar “Azzjoni kontra l-Kanċer” (4). |
|
(5) |
Fl-24 ta’ Ġunju 2009 il-Kummissjoni Ewropea adottat il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Azzjoni Kontra l-Kanċer: Sħubija Ewropea” (5). |
|
(6) |
Il-Komunikazzjoni tal-10 ta’ Novembru 2010, mill-President lill-Kummissjoni, bl-isem “Framework for Commission Expert Groups:Horizontal rules and public register” (Qafas għall-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni: Regoli orizzontali u reġistru pubbliku) (6) (minn hawn ‘il quddiem, il-“qafas għall-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni”) tistabbilixxi sett rivedut ta’ regoli għal kull grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni. |
|
(7) |
Il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet fil-qasam tal-kanċer jeħtieġu kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi speċjalizzati fl-Istati Membri u mal-partijiet interessati. Dan għandu jwieġeb għad-domandi mir-rappreżentanti u l-partijiet interessati tal-Istat Membru għal koordinazzjoni mtejba fid-dawl tal-espansjoni tal-ħidma kontra l-kanċer. Barra minn hekk, l-iskambju ta’ għarfien u informazzjoni jista’ jgħin biex isolvi wħud mid-diffikultajiet li qed jaffaċċaw l-Istati Membri fil-kontroll tal-kanċer u se jiffaċilita l-kooperazzjoni ma’ atturi sinifikanti oħra bħall-organizzazzjonijiet tal-pazjenti. |
|
(8) |
Il-pariri minn esperti Ewropej ta’ livell għoli fil-qasam tal-kanċer għandhom ikunu dejjem disponibbli f’forma ta’ grupp ta’ esperti stabbilit mill-Kummissjoni. Il-grupp ta’ esperti dwar il-kontroll tal-kanċer għandu, fuq talba tal-Kummissjoni, jipprovdi pariri u għarfien espert lill-Kummissjoni fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni fil-qasam tal-kanċer u jrawwem skambji tal-esperjenzi, tal-politiki u tal-prattiki rilevanti bejn l-Istati Membri u l-partijiet differenti involuti. |
|
(9) |
Dan il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kanċer, rappreżentanti minn assoċjazzjonijiet Ewropej li jaħdmu fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kanċer, assoċjazzjonijiet professjonali Ewropej jew soċjetajiet xjentifiċi li jaħdmu fil-qasam tal-kanċer, rappreżentant tal-produtturi tal-prodotti jew tal-fornituri tas-servizz fil-qasam tal-kanċer u rappreżentant tal-Aġenżija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, sabiex ikun hemm rappreżentazzjoni wiesgħa ta’ partijiet interessati u ta’ esperti fil-qasam tal-kanċer. |
|
(10) |
Il-grupp ta’ esperti dwar il-kontroll tal-kanċer ma għandux jaġixxi bħala kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (7). |
|
(11) |
Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (8). |
|
(12) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/469/KE tat-30 ta’ Lulju 1996 (9) li tistabbilixxi kumitat konsultattiv għal prevenzjoni tal-kanċer għandha titħassar, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Stabbiliment tal-grupp ta’ esperti
Il-grupp ta’ esperti dwar il-kontroll tal-kanċer tal-Kummissjoni, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-grupp ta’ esperti”, huwa b’dan stabbilit.
Artikolu 2
Kompiti tal-grupp ta’ esperti
1. Fuq talba tal-Kummissjoni jew tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-grupp ta’ esperti għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin fil-qasam tal-kanċer:
|
(a) |
jgħin lill-Kummissjoni fit-tfassil ta’ strumenti legali u dokumenti ta’ politika, linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar il-kontroll tal-kanċer, kif ukoll ta’ dejta dwar il-kanċer li tinkludi l-epidemjoloġija, id-detezzjoni bikrija tal-kanċer u l-iskrining tal-kanċer, l-informazzjoni lill-pubbliku dwar il-prevenzjoni tal-kanċer, il-proċedura għall-assigurazzjoni tal-kwalità fil-ġestjoni tal-kanċer u aspetti preventivi li jistgħu jiġu żviluppati abbażi tar-riżultati ta’ riċerka fundamentali, traduzzjonali u klinika dwar il-kanċer imwettqa skont il-programmi ta’ riċerka tal-UE u inizjattivi oħra nazzjonali jew internazzjonali ta’ riċerka, kif ukoll dwar temi trażversali relatati mal-kanċer; |
|
(b) |
jagħti pariri lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet tal-Unjoni u jissuġġerixxi titjib għall-miżuri meħuda; |
|
(c) |
jagħti pariri lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ, il-valutazzjoni u t-tixrid tar-riżultati tal-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali; |
|
(d) |
jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni internazzjonali; |
|
(e) |
jiffaċilita l-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri; |
|
(f) |
jipprovdi lill-Kummissjoni b’ħarsa ġenerali dwar il-politiki tal-Unjoni u nazzjonali; |
|
(g) |
jiġbor informazzjoni dwar esperjenzi, politiki u prattiki rilevanti tal-Istati Membri u l-partijiet differenti involuti. |
2. Sabiex iwettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, il-grupp ta’ esperti jista’, fuq talba tas-servizzi tal-Kummissjoni, iressaq opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u rapporti.
3. Il-kompiti tal-grupp ta’ esperti ma għandhomx jidħlu fi kwistjonijiet koperti mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (ACSH) imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/C 218/01 (10), mill-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/113/UE (11) jew skont id-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (12), u lanqas fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompiti tal-Kumitat Farmaċewtiku mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 75/320/KEE (13).
Artikolu 3
Konsultazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-grupp ta’ esperti dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kanċer.
Artikolu 4
Sħubija — Ħatra tal-Membri
1. Il-grupp ta’ esperti għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin:
|
(a) |
Awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri; |
|
(b) |
Tliet rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kanċer; |
|
(c) |
Żewġ rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet Ewropej li jaħdmu fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kanċer; |
|
(d) |
Tliet rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet professjonali Ewropej jew tas-soċjetajiet xjentifiċi li jaħdmu fil-qasam tal-kanċer; |
|
(e) |
Rappreżentant tal-produtturi ta’ prodotti jew tal-fornituri tas-servizz fil-qasam tal-kanċer; |
|
(f) |
Rappreżentant tal-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer |
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA li huma parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu wkoll ikunu membri tal-grupp, fuq talba tal-Istati tal-EFTA kkonċernati.
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea jistgħu wkoll ikunu membri tal-grupp, fuq talba tal-Istati kkonċernati.
4. Il-membri għandhom jinħatru mid-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi.
5. Il-membri msemmija fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 għandhom jinħatru minn lista ta’ kandidati eliġibbli stabbiliti wara l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. Is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għandha tispeċifika l-kwalifiki u l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed isir membru tal-grupp ta’ esperti.
6. Il-membri msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (f) u l-paragrafi 2 u 3 għandhom jinnominaw ir-rappreżentanti u s-sostituti li jieħdu post ir-rappreżentant meta jkun assenti jew indispost. Il-membri sostituti għandhom jinħatru abbażi tal-istess kundizzjonijiet tar-rappreżentanti. Il-membri sostituti għandhom awtomatikament jieħdu post kwalunkwe membru li jkun assenti jew li jkun indispost.
7. Id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi jista’ jirrifjuta rappreżentant jew membru sostitut propost minn organizzazzjoni jekk ma jkunx jissodisfa l-profil mitlub fis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess imsemmi fil-paragrafu 5. F’dawn il-każijiet, l-organizzazzjoni kkonċernata tintalab taħtar rappreżentant jew membru sostitut ieħor.
8. Il-mandat tal-membri tal-grupp ta’ esperti għandu jkun ta’ tliet snin u jista’ jiġġedded wara li jkunu wieġbu għal sejħa oħra għal espressjonijiet ta’ interess.
9. Il-mandat ta’ membru għandu jintemm qabel ma jagħlaq il-perjodu ta’ tliet snin f’ każ ta’ riżenja.
10. Il-membri msemmija fil-paragrafu 1(b) sa (f), jew ir-rappreżentanti tagħhom, jistgħu jiġu esklużi jew sostitwiti għall-bqija tal-mandat tagħhom fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
Nuqqas ta’ kapaċità permanenti li jattendu laqgħat; |
|
(b) |
Nuqqas ta’ kapaċità li jikkontribwixxu b’mod effettiv għad-deliberazzjonijiet tal-grupp; |
|
(c) |
Nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
(d) |
Nuqqas sussegwenti ta’ konformità mal-kwalifiki u l-kundizzjonijiet speċifikati fis-sejħa għall-espressjoni ta’ interess kif imsemmija fil-paragrafu 5. |
11. Id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi jista’ jitlob li membru msemmi fil-paragrafu 1(b) sa (f) jaħtar rappreżentant jew sostitut ieħor fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 10.
12. Il-membri li l-mandat tagħhom jintemm qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ tliet snin skont il-paragrafi 8 u 9, jistgħu jkunu sostitwiti għall-perjodu taż-żmien li jkun fadallu l-mandat tagħhom.
13. L-ismijiet tal-membri u r-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u entitajiet simili oħra (“ir-Reġistru”) (14). L-ismijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiġu ppubblikati fir-Reġistru.
14. Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 5
Operat
1. Il-grupp ta’ esperti għandu jitmexxa mid-Direttur responsabbli mill-politika dwar is-saħħa pubblika fid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni. Id-Direttur jista’ jiddelega presidenza lil uffiċjal ieħor tal-Kummissjoni.
2. Bi qbil mal-Kummissjoni, il-grupp ta’ esperti jista’ jistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi tat-termini ta’ referenza ddefiniti mill-grupp. Dawn is-sottogruppi għandhom jiġu xolti malli jwettqu l-mandat tagħhom.
3. Il-Kummissjoni tista’ tistieden esperti minn barra l-grupp ta’ esperti li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tagħti status ta’ osservatur lil individwi jew organizzazzjonijiet, kif inhu ddefinit fir-Regola 8(3) tal-qafas għall-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u l-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-UE.
4. Il-membri tal-gruppi ta’ esperti u r-rappreżentanti u s-sostituti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà relatati mal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE, kif stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (15). Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.
5. Il-laqgħat tal-grupp ta’ esperti u tas-sottogruppi għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni, b’eċċezzjoni għal-laqgħat li jiġu organizzati xi mkien ieħor minħabba raġunijiet debitament motivati. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali. L-aġenda u l-minuti tal-laqgħat tal-grupp ta’ esperti għandhom jitfasslu mill-Kummissjoni. Uffiċjali oħra tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp ta’ esperti u tas-sottogruppi tiegħu.
6. Il-grupp ta’ esperti għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard tal-proċeduri tal-Kummissjoni għall-gruppi ta’ esperti.
7. Id-dokumenti rilevanti kollha (bħall-aġendi, il-minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti), dwar l-attivitajiet imwettqa mill-grupp ta’ esperti għandhom ikunu disponibbli mill-Kummissjoni billi tinkludihom fir-Reġistru jew permezz ta’ ħolqa mir-Reġistru għal sit elettroniku ddedikat, fejn tista’ tintsab l-informazzjoni. Dokument ma għandux jiġi ppubblikat jekk l-iżvelar tiegħu jkun jostakola l-protezzjoni ta’ interess pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (16).
Artikolu 6
Spejjeż tal-laqgħat
1. Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp ta’ esperti ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.
2. L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien li jġarrbu l-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp ta’ esperti għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.
3. L-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
Artikolu 7
Tħassir
Titħassar id-Deċiżjoni 96/469/KE.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) COM(2007) 630 finali, 23.10.2007.
(2) ĠU L 327, 16.12.2003, p. 34.
(3) L-2876 laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, l-10 ta’ Ġunju 2008.
(4) It-3032 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali, tat-13 ta’ Settembru 2010.
(5) COM(2009) 291 finali, 24.6.2009.
(6) C(2010) 7649 final, 10.11.2010..
(7) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(9) ĠU L 192, 2.8.1996, p. 31 u ĠU L 204, 14.8.1996, p. 20.
(10) ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.
(11) ĠU L 62, 4.3.2014, p. 18.
(12) ĠU L 229, 29.6.2004, p. 23.
(13) ĠU L 147, 9.6.1975, p. 23.
(14) Membri li ma jixtiqux ikollhom isimhom żvelat jistgħu japplikaw għal deroga minn din ir-regola. It-talba li ma jiġix żvelat l-isem ta’ membru ta’ grupp ta’ esperti għandha titqies bħala ġġustifikata kull meta l-pubblikazzjoni tista’ tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tiegħu jew tipperikola b’mod mhux dovut il-privatezza tiegħu.
(15) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KESE, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli interni tal-Proċedura tagħha (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).
(16) Dawn l-eċċezzjonijiet huma maħsuba sabiex iħarsu s-sigurtà pubblika, l-affarijiet militari, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, il-privatezza u l-integrità tal-individwu, l-interessi kummerċjali, il-proċeduri fil-qorti u l-pariri legali, l-ispezzjonijiet/l-investigazzjonijiet/l-awditjar u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/9 |
Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14; ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30; ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18; ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12; ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3; ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7; ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11; ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9; ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9; ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2; ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7; ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5; ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6; ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4)
2014/C 167/06
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, jeżisti aġġornament regolari li huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
FRANZA
Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 167, 13.6.2013
LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI
Fruntieri tal-Ajru
|
(1) |
Abbeville |
|
(2) |
Agen-la Garenne |
|
(3) |
Ajaccio-Campo dell’Oro |
|
(4) |
Albert-Bray |
|
(5) |
Amiens-Glisy |
|
(6) |
Angers-Marcé |
|
(7) |
Angoulême-Brie-Champniers |
|
(8) |
Annecy-Methet |
|
(9) |
Annemasse |
|
(10) |
Auxerre-Branches |
|
(11) |
Avignon-Caumont |
|
(12) |
Bâle-Mulhouse |
|
(13) |
Bastia-Poretta |
|
(14) |
Beauvais-Tillé |
|
(15) |
Bergerac-Roumanière |
|
(16) |
Besançon-la Vèze |
|
(17) |
Béziers-Vias |
|
(18) |
Biarritz-Bayonne-Anglet |
|
(19) |
Bordeaux-Mérignac |
|
(20) |
Brest-Guipavas |
|
(21) |
Brive-Souillac |
|
(22) |
Caen-Carpiquet |
|
(23) |
Calais-Dunkerque |
|
(24) |
Calvi-Sainte-Catherine |
|
(25) |
Cannes-Mandelieu |
|
(26) |
Carcassonne-Salvaza |
|
(27) |
Châlons-Vatry |
|
(28) |
Chambéry-Aix-les-Bains |
|
(29) |
Châteauroux-Déols |
|
(30) |
Cherbourg-Mauperthus |
|
(31) |
Clermont-Ferrand-Aulnat |
|
(32) |
Colmar-Houssen |
|
(33) |
Deauville-Saint-Gatien |
|
(34) |
Dijon-Longvic |
|
(35) |
Dinard-Pleurtuit |
|
(36) |
Dôle-Tavaux |
|
(37) |
Epinal-Mirecourt |
|
(38) |
Figari-Sud Corse |
|
(39) |
Grenoble-Saint-Geoirs |
|
(40) |
Hyères-le Palivestre |
|
(41) |
Issy-les-Moulineaux |
|
(42) |
La Môle |
|
(43) |
Lannion |
|
(44) |
La Rochelle-Laleu |
|
(45) |
Laval-Entrammes |
|
(46) |
Le Castelet |
|
(47) |
Le Havre-Octeville |
|
(48) |
Le Mans-Arnage |
|
(49) |
Le Touquet-Paris-Plage |
|
(50) |
Lille-Lesquin |
|
(51) |
Limoges-Bellegarde |
|
(52) |
Lognes-Emerainville |
|
(53) |
Lorient-Lann-Bihoué |
|
(54) |
Lyon-Bron |
|
(55) |
Lyon-Saint-Exupéry |
|
(56) |
Marseille-Provence |
|
(57) |
Metz-Nancy-Lorraine |
|
(58) |
Monaco-Héliport |
|
(59) |
Montbéliard-Courcelles |
|
(60) |
Montpellier-Méditérranée |
|
(61) |
Nantes-Atlantique |
|
(62) |
Nevers-Fourchambault |
|
(63) |
Nice-Côte d’Azur |
|
(64) |
Nîmes-Garons |
|
(65) |
Orléans-Bricy |
|
(66) |
Orléans-Saint-Denis-de-l’Hôtel |
|
(67) |
Paris-Charles de Gaulle |
|
(68) |
Paris-le Bourget |
|
(69) |
Paris-Orly |
|
(70) |
Pau-Pyrénées |
|
(71) |
Perpignan-Rivesaltes |
|
(72) |
Poitiers-Biard |
|
(73) |
Quimper-Cornouailles, temporanjament mit-22 ta’ Mejjusal-7 ta’ Settembru 2014. |
|
(74) |
Rennes Saint-Jacques |
|
(75) |
Rodez-Marcillac |
|
(76) |
Rouen-Vallée de Seine |
|
(77) |
Saint-Brieuc-Armor |
|
(78) |
Saint-Etienne-Bouthéon |
|
(79) |
Saint-Nazaire-Montoir |
|
(80) |
Strasbourg-Entzheim |
|
(81) |
Tarbes-Ossun-Lourdes |
|
(82) |
Toulouse-Blagnac |
|
(83) |
Tours-Saint-Symphorien |
|
(84) |
Troyes-Barberey |
|
(85) |
Vichy-Charmeil |
Fruntieri tal-Baħar
|
(1) |
Ajaccio |
|
(2) |
Bastia |
|
(3) |
Bayonne |
|
(4) |
Bonifacio |
|
(5) |
Bordeaux |
|
(6) |
Boulogne |
|
(7) |
Brest |
|
(8) |
Caen-Ouistreham |
|
(9) |
Calais |
|
(10) |
Calvi |
|
(11) |
Cannes-Vieux Port |
|
(12) |
Carteret |
|
(13) |
Cherbourg |
|
(14) |
Dieppe |
|
(15) |
Douvres |
|
(16) |
Dunkerque |
|
(17) |
Granville |
|
(18) |
Honfleur |
|
(19) |
La Rochelle-La Pallice |
|
(20) |
Le Havre |
|
(21) |
Les Sables-d’Olonne-Port |
|
(22) |
L’Ile-Rousse |
|
(23) |
Lorient |
|
(24) |
Marseille |
|
(25) |
Monaco-Port de la Condamine |
|
(26) |
Nantes-Saint-Nazaire |
|
(27) |
Nice |
|
(28) |
Port-de-Bouc-Fos/Port-Saint-Louis |
|
(29) |
Port-la-Nouvelle |
|
(30) |
Porto-Vecchio |
|
(31) |
Port-Vendres |
|
(32) |
Roscoff |
|
(33) |
Rouen |
|
(34) |
Saint-Brieuc (maritime) |
|
(35) |
Saint-Malo |
|
(36) |
Sète |
|
(37) |
Toulon |
Fruntieri tal-art
Mar-RENJU UNIT:
(kollegament fiss min-naħa għall-oħra taċ-Channel)
|
(1) |
Gare d’Ashford International |
|
(2) |
Gare d’Avignon-Centre |
|
(3) |
Cheriton/Coquelles |
|
(4) |
Gare de Chessy-Marne-la-Vallée |
|
(5) |
Gare de Fréthun |
|
(6) |
Gare de Lille-Europe |
|
(7) |
Gare de Paris-Nord |
|
(8) |
Gare de St-Pancras International |
|
(9) |
Gare d’Ebbsfleet International |
Ma’ ANDORRA:
|
(1) |
Pas de la Case-Porta |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/14 |
DEĊIŻJONI TA’ GĦELUQ TA’ PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI WARA IRTIRAR MILL-ISTAT MEMBRU
Għajnuna mill-Istat — is-Slovenja
(L-Artikoli 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)
Notifika tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE — irtirar ta’ notifika
Għajnuna mill-Istat SA.33707 (2013/C) — għajnuna reġjonali lil Revoz d.d.
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 167/07
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura formali ta’ investigazzjoni taħt l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, mibdija fit-2 ta’ Lulju 2013 fir-rigward tal-miżura msemmija hawn fuq, li rreġistrat li s-Slovenja rtirat in-notifika tagħha fit-18 ta’ Lulju 2013.
|
4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.7262 — Ageas/Ocidental Seguros/Médis)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 167/08
|
1. |
Fis-26 ta’ Mejju 2014 il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżaAgeas Insurance International NV (“Ageas”, il-Pajjiżi l-Baxxi), kumpanija li tappartjeni lill-grupp internazzjonali Ageas SA, takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdieni ta’ Companhia Portuguesa de Seguros SA (“Ocidental Seguros”, il-Portugall) u ta’ Companhia Portuguesa de Seguros de Saúde SA (“Médis”, il-Portugall) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma: — għal Ageas: provvista ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni għall-ħajja u mhux għall-ħajja lil klijenti personali, lil klijenti fin-negozju u klijenti istituzzjonali, — għal Médis u Ocidental Seguros: provvista ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni mhux għall-ħajja. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301) jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7262 — Ageas/Ocidental Seguros/Médis, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7226 — Carlyle/Traxys)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 167/09
|
1. |
Fis-26 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha fondi ġestiti minn affiljati ta’ The Carlyle Group L.P (“Carlyle”, l-Istati Uniti), takkwista indirettament permezz ta’ mezz ta’ akkwist b’għan speċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet kontroll waħdieni fuq T-I Holdings S.à.r.l. (“T-I Holdings”, il-Lussemburgu), li għandha sjieda totali ta’ Traxys S.à.r.l. (“Traxys”, l-Istati Uniti tal-Amerika ), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma: — għal Carlyle: il-maniġment tal-assi alternattivi mad-dinja kollha. Carlyle timmaniġġa fondi li jinvestu globalment mad-dixxiplini ta’ investiment differenti (ekwità privata korporattiva, assi reali, l-istrateġiji tas-suq globali u soluzzjonijiet), — għal Traxys: il-kummerċ tal-komoditajiet primarjament iffukat fuq il-provvista u l-bejgħ ta’ metalli u għall-fabbriki tal-azzar u funderiji u minerali industrijali (“materja prima”) u l-provvista ta’ servizzi anċillari. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301), b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu, jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7226 — Carlyle/Traxys, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7244 — China Huaxin Post and Telecommunication Economy Development Center/Alcatel-Lucent Enterprise Business)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2014/C 167/10
|
1. |
Fis-27 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża China Huaxin Post and Telecommunication Economy Development Center (“China Huaxin”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tan-negozju ta’ soluzzjonijiet għall-intrapriżi tal-Alcatel-Lucent (“ALE”, Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma: — għal China Huaxin: investmenti fis-setturi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, kif ukoll — għal ALE: provvista ta’ hardware u software għal komunikazzjonijiet tal-intrapriżi u soluzzjonijiet tan-netwerk. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7244 — China Huaxin Post and Telecommunication Economy Development Center/Alcatel-Lucent Enterprise Business, f’ dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.