ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 164

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
29 ta' Mejju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 164/01

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/308/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 577/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

1

2014/C 164/02

Avviż għall-attenzjoni ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 164/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 164/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

4

2014/C 164/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

5

2014/C 164/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

6

2014/C 164/07

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

7

2014/C 164/08

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

8


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 164/09

Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rimborż tad-dazji antidumping

9

2014/C 164/10

Notifika dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri tal-antidumping

21

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 164/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7247 — Fresenius SE & CO/Sistema JSFC/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

22

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 164/12

Avviż għall-attenzjoni ta' Al-Nusrah Front for the People of the Levant u Jama’atu Ahlis Sunna Lidda’Awati Wal-Jihad u dawk li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2014

23


 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/308/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 577/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

(2014/C 164/01)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/308/PESK (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 577/2014 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Ir-raġunijiet għan-nomina ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati lejn il-possibbiltà li tiġi kkontestata d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 160, 29.5.2014, p. 34.

(3)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(4)  ĠU L 160, 29.5.2014, p. 7.


29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/2


Avviż għall-attenzjoni ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2014/C 164/02)

L-informazzjoni segwenti qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/309/PESK (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 578/2014 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandhom jibqgħu japplikaw għal dawk il-persuni u entitajiet.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IIa għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel il-31 ta’ Marzu 2015, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami tal-Kunsill li jmiss, f’konformità mal-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u l-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, tal-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati.


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  ĠU L 160, 29.5.2014, p. 38.

(3)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 160, 29.5.2014, p. 11.


Il-Kummissjoni Ewropea

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Mejju 2014

(2014/C 164/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3608

JPY

Yen Ġappuniż

138,73

DKK

Krona Daniża

7,4631

GBP

Lira Sterlina

0,81250

SEK

Krona Żvediża

9,0320

CHF

Frank Żvizzeru

1,2225

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1020

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,442

HUF

Forint Ungeriż

304,00

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1564

RON

Leu Rumen

4,3955

TRY

Lira Turka

2,8616

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4745

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4781

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5497

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6039

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7096

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 390,72

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,2843

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,5122

HRK

Kuna Kroata

7,5960

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 836,99

MYR

Ringgit Malażjan

4,3861

PHP

Peso Filippin

59,825

RUB

Rouble Russu

46,9764

THB

Baht Tajlandiż

44,504

BRL

Real Brażiljan

3,0569

MXN

Peso Messikan

17,5298

INR

Rupi Indjan

80,1885


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/4


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 164/04)

Stat Membru

Il-Greċja

Rotta kkonċernata

Ateni – Kozani – Kastoria

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

Mill-1 ta’ Settembru 2014

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas it-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku

L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Ellenika

Directorate General for Air Transport

Air Transport and International Affairs Division

Section II

P.O. Box 70360

16604 Glyfada — Ateni

IL-GREĊJA

Tel: +30 21 08916149 / 08916121

Faks: +30 21 08947132

Internet: www.hcaa.gr


29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/5


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 164/05)

Stat Membru

Il-Greċja

Rotta kkonċernata

Ateni – Kozani – Kastoria

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Settembru 2014sal-31 ta’ Awwissu 2018

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

61 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Ellenika

Directorate General for Air Transport

Air Transport and International Affairs Division

Section II

PO Box 70360

16604 Glyfada — Ateni

IL-GREĊJA

Tel: +30 2108916149 / 2108916121

Faks: +30 2108947132

Internet: www.hcaa.gr


29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/6


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 164/06)

Stat Membru

Il-Greċja

Rotta kkonċernata

Tessaloniki – Limnos – Ikaria

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

Mill-1 ta’ Settembru 2014

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas it-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku

L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Ellenika

Directorate General for Air Transport

Air Transport and International Affairs Division

Section II

PO Box 70360

16604 Glyfada — Ateni

IL-GREĊJA

Numru tat-telefown: +30 2108916149 / 2108916121

Numru tal-faks: +30 2108947132

Internet: www.hcaa.gr


29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/7


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 164/07)

Stat Membru

Il-Greċja

Rotta kkonċernata

Tessaloniki – Limnos – Ikaria

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Settembru 2014sal-31 ta’ Awwissu 2018

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

61 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Ellenika

Directorate General for Air Transport

Air Transport and International Affairs Division

Section II

PO Box 70360

16604 Glyfada — Ateni

IL-GREĊJA

Numru tat-telefown: +30 2108916149 / 2108916121

Numru tal-faks: +30 2108947132

Internet: www.hcaa.gr


29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/8


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(2014/C 164/08)

Stat Membru

Spanja

Rotta kkonċernata

Menorca–Madrid

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Żewġ perjodi ta’ tmien xhur (minn Ottubru sa Mejju) mill-bidu tal-operat

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz imnejn jista’ jinkiseb it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumenti rilevanti relatati mas-sejħa pubblika għall-offerti u l-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku

Ministerio de Fomento

Dirección General de Aviación Civil

Subdirección General de Transporte Aéreo

Paseo de la Castellana 67

ES-28071 Madrid

ESPAÑA

Tel. +34 915978454

Feks +34 915978643

E-mail: osp.dgac@fomento.es


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/9


Avviż tal-Kummissjoni

dwar ir-rimborż tad-dazji antidumping

(2014/C 164/09)

Dan l-avviż jistabbilixxi l-linji gwida ta’ kif tapplika għal rimborż tad-dazji antidumping skont l-Artikolu 11(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (1) (ir-“Regolament bażiku”). Dawn il-linji gwida jħassru u jissostitwixxu dawk ippubblikati fl-2002 (2). L-għan tal-linji gwida huwa li jiċċara lill-partijiet differenti involuti fi proċedura ta’ rimborż il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn applikazzjoni u li jagħti spjegazzjoni kumprensiva u pass pass tal-proċedura li tista’ twassal għal rimborż.

1.   Għan

Il-proċedura ta’ rimborż hija maħsuba biex tirrimborża dazji antidumping imħallsa meta jkun muri li l-marġni tad-dumping, abbażi li fuqu d-dazji ġew stabbiliti, ġie eliminat jew imnaqqas. Dan jinvolvi investigazzjoni fl-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi lill-Unjoni u kalkolu ta’ marġni tad-dumping ġdid.

2.   Prinċipji bażiċi li jirregolaw proċedura ta’ rimborż.

2.1.   X’inhuma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati?

L-applikazzjonijiet għal rimborż skont l-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku għandhom juru li l-marġni tad-dumping, abbażi li fuqu d-dazji ġew stabbiliti, ġie eliminat jew imnaqqas. F’ċirkostanzi oħrajn, id-dispożizzjonijiet tal- Kapitolu 5 tat-Titolu VII tal-Kodiċi Doganali Komunitarju dwar ir-rimborż tad-dazji fuq l-importazzjoni jistgħu japplikaw (3).

2.2.   Min hu intitolat biex japplika għal rimborż?

(a)

Kull importatur li jimporta oġġetti fl-Unjoni li għalihom ġew stabbiliti dazji antidumping mill-awtoritajiet doganali jista’ japplikaw għal rimborż.

(b)

Meta dazji antidumping kienu imposti iktar b’riżultat ta’ investigazzjoni li fiha l-Kummissjoni rrikorriet għal kampjun ta’ produtturi esportaturi biex tivvaluta d-dumping skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Bażiku, l-importaturi jistgħu jitolbu rimborż irrispettivament jekk il-produtturi esportaturi tal-impurtaturi kinux magħżula fil-kampjun jew le.

2.3.   X’inhi l-iskadenza biex tapplika għal rimborż?

(a)

L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu f’massimu ta’ sitt xhur mid-data meta l-ammont tad-dazji antidumping kien stabbilit mill-awtoritajiet doganali kompetenti, jiġifieri id-data tan-notifika tad-dejn doganali mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 221 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju. Is-sottomissjoni għandha ssir lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fiha l-oġġetti ġew approvati għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni (ara 3.2. and 3.3 ta’ hawn taħt).

(b)

Anki jekk importatur ikun qed jikkontesta l-validità tad-dazji antidumping applikati mat-tranżazzjonijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Doganali tal-Unjoni, kemm jekk din l-azzjoni tissospendi il-ħlas tad-dazji jew le, madankollu l-importatur għandu jressaq applikazzjoni għal rimborż fi żmien il-limitu ta’ sitt xhur mid-determinazzjoni tad-dazji biex tkun ammissibbli l-applikazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ bi ftehim mal-applikant tiddeċiedi li tissospendi l-investigazzjoni għar-rimborż sakemm l-obbligazzjoni lejn id-dazji antidumping tkun finalment ġiet stabbilita.

2.4.   Kif jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping rivedut?

(a)

Il-Kummissjoni tistabbilixxi, għal perjodu rappreżentattiv, marġni tad-dumping fir-rigward tal-esportazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat magħmul mill-produttur esportatur lill-importaturi kollha fl-Unjoni u mhux biss lill-importatur li jitlob rimborż.

(b)

Konsegwentement, l-investigazzjoni għar-rimborż tkopri n-numri kollha ta’ kontroll tal-prodott (4) li jaqgħu fid-definizzjoni tal-prodott stabbilita fir-Regolament li jimponi d-dazji antidumping u mhux biss dawk tal-prodotti importati fl-Unjoni mill-applikant.

(c)

Sakemm ikunu nbidlu ċ-ċirkostanzi, l-istess metodoloġija bħal dik applikata matul l-investigazzjoni li wasslet għad-dazju tkun segwita.

2.5.   Il-kooperazzjoni ta’ min hi meħtieġa?

It-twettiq b’suċċess ta’ applikazzjoni ta’ rimborż mhix biss dipendenti fuq il-kooperazzjoni tal-applikant iżda wkoll fuq il-kooperazzjoni tal-produttur esportatur. L-applikant għandu jiżgura li l-produttur esportatur jissottometti l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. Dan jimplika t-twettiq ta’ kwestjonarju li jkopri firxa wiesgħa ta’ dejta kummerċjali għal perjodu rappreżentattiv definit fil-passat u l-aċċettazzjoni tal-eżaminazzjoni ta’ tali informazzjoni inkluża żjara ta’ verifika. Produttur esportatur ma jistax “jikkoopera parzjalment” billi jissottometti biss dejta selettiva. Kull approċċ bħal dan iwassal lill-Kummissjoni għall-konklużjoni li ma kienx qed jikkoopera u biex tiċħad l-applikazzjoni.

2.6.   Kif tiġi protetta informazzjoni kunfidenzjali?

Ir-regoli ta’ kunfidenzjalità kif stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku japplikaw għall-informazzjoni kollha rċevuta b’konnessjoni mal-applikazzjonijiet għal rimborż ta’ dazji antidumping.

2.7.   Kemm jista’ jiġi rimborżat?

Jekk l-ammissibilità u l-merti tal-applikazzjoni jkunu stabbiliti, l-investigazzjoni tista’ tirriżulta:

fl-ebda rimborż tad-dazji antidumping imħallsa meta l-marġni tad-dumping jinsab ugwali jew ogħla mid-dazju antidumping miġbur,

jew

fir-rimborż ta’ parti tad-dazji antidumping imħallsa meta l-marġni tal-dumping ikun naqas taħt id-dazju ta’ antidumping miġbur,

jew

fir-rimborż tad-dazji kollha antidumping imħallsa meta l-marġni tal-dumping ikun tneħħa kontra d-dazju ta’ antidumping miġbur.

2.8.   X’inhi l-iskadenza biex tiġi ffinalizzata l-investigazzjoni għar-rimborż?

Il-Kummissjoni għandha normalment tiddeċiedi dwar ir-rimborż fi 12-il xahar u fl-ebda ċirkostanzi f’iktar minn 18-il xahar, mid-data li fiha l-applikazzjoni għar-rimborż hija sostnuta b’evidenza xierqa. Skont l-Artikolu 11(8) ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku, applikazzjoni hija sostnuta b’evidenza xierqa meta jkollha informazzjoni preċiża dwar l-ammont ta’ dazju antidumping mitlub, id-dokumentazzjoni doganali kollha relatata mal-istabbiliment u l-ħlas ta’ tali dazji u informazzjoni dwar valuri normali (inkluż valur normali f’pajjiż analogu f’każ ta’ esportazzjonijiet minn pajjiż li l-ekonomija tiegħu mhijiex waħda tas-suq fejn il-produttur esportatur ma jistax juri li l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq jgħoddu għalih — ara l-punti 3.5 u 4(d) ta’ hawn taħt) u l-prezzijiet tal-esportazzjoni għall-produttur esportatur li għalih id-dazju japplika (ara l-punt 4 ta’ hawn taħt).

Jekk jingħata rimborż, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkollhom 90 jum biex jeffettwaw il-ħlas mid-data li fiha d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni hija nnotifikata lilhom.

3.   L-applikazzjoni

3.1.   Il-formola tal-applikazzjoni

L-applikazzjoni għandha titressaq bil-miktub, f’lingwa uffiċċjali tal-Unjoni u ffirmata minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta lill-applikant. L-applikazzjoni trid issir fuq il-formola mehmuża bħala Anness I ta’ dan l-avviż.

L-applikazzjoni għandha tindika b’mod ċar l-ammont totali ta’ dazji antidumping li għalihom jintalab rimborż u tidentifika t-tranżazzjonijiet speċifiċi tal-importazzjoni li fuqhom huwa bbażat it-total.

L-applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq tnaqqis jew it-tneħħija tal-marġni tad-dumping. Għalhekk għandha tinkludi stqarrija li l-marġni tad-dumping tal-produttur esportatur tal-applikant, abbażi li fuqu d-dazji antidumping ġew stabbiliti, naqas jew tneħħa.

3.2.   Is-sottomissjoni tal-applikazzjoni

L-applikazzjoni għandha titressaq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-prodott ikkonċernat mid-dazji antidumping ġie rilaxxat għal ċirkolazzjoni libera. Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti hija ppubblikata fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ.

L-Istat Membru għandu jibgħat l-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

3.3.   Limiti taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni

(a)

Limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur

L-applikazzjonijiet kollha għal rimborż għandhom jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru xieraq fil-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur (5) stabbilit fl-Artikolu 11(8) it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku.

L-iskadenza ta’ sitt xhur għandha tiġi rrispettata anki f’każijiet fejn Regolament li jimponi d-dazju inkwistjoni jiġi kkontestat fil-Qrati tal-Unjoni Ewropea jew meta l-applikazzjoni tar-Regolament tiġi kkontestata fil-korpi amministrattivi jew ġuridiċi nazzjonali (ara l-punt 2.3(b) ta’ hawn fuq).

Skont kull każ speċifiku, il-limitu ta’ sitt xhur jibda jgħodd:

mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ Regolament li jimponi dazju definit u l-ġbir definittiv tal-ammonti garantiti permezz ta’ dazju provviżorju, meta dazji provviżorji jkunu qed jinġabru definittivament,

jew

mid-data tad-determinazzjoni tad-dazji antidumping definittivi, jiġifieri d-data ta’ notifika tad-dejn doganali mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 221 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju,

jew

meta l-ammont ġust ta’ dazji huwa stabbilit b’segwitu ta’ ċċekkjar ta’ wara r-rilaxx, l-aħħar data tad-determinazzjoni tad-dazji dovuti tapplika.

(b)

Data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni

Meta tintbagħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jindika id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, jiġifieri d-data li fiha l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun irċeviet b’mod effettiv l-applikazzjoni.

Għall-benefiċċju tagħhom stess, l-applikanti għandhom jiksbu evidenza tar-riċevuta tal-applikazzjoni fl-uffiċċji tal-Istat Membru xieraq. Pereżempju:

l-applikazzjonijiet postali jistgħu jintbagħtu bil-posta rreġistrata akkumpanjata minn formola ta’ konferma tar-riċevuta,

id-data tal-wasla ta’ fax mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista’ tiġi stabbilita b’referenza għad-data indikata fuq ir-rapport ta’ trażmissjoni li rnexxiet u l-ġurnal tal-fax,

id-data ta’ konferma formali tar-riċevuta meta l-applikazzjoni tkun sottomessa bl-idejn jew elettronikament.

3.4.   Evidenza mitluba mill-applikant

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tipproċessal-applikazzjoni, mal-applikazzjoni tiegħu mressqa lill-Istat Membru rilevanti, l-applikant għandu jehmeż sa fejn hu possibbli (6) l-evidenza li ġejja:

(a)

il-fattura(i) kollha u dokumenti oħrajn li fuqhom ġew ibbażati l-proċeduri doganali;

(b)

id-dokumenti doganali kollha li jidentifikaw it-tranżazzjonijiet tal-importazzjoni li għalihom rimborż huwa mitlub, li juru b’mod speċifiku il-bażi għad-determinazzjoni tal-ammont tad-dazji li għandhom jiġu imposti (it-tip, il-kwantità u l-valur tal-oġġetti ddikkjarati u r-rata tad-dazju antidumping applikata), kif ukoll l-ammont preċiż tad-dazji antidumping imposti;

(c)

dikjarazzjonijiet li:

(i)

id-dazju miġbur ma ġiex rimborżat mill-produttur esportatur jew minn kwalunkwe parti terza;

(ii)

il-prezzijiet li fuqhom l-applikazzjoni hija bbażata huma ġenwini;

(iii)

ma hemm ebda arranġament ta’ kumpens li sar qabel, minn jew flimkien mal-bejgħ li qed jiġi kkunsidrat;

(d)

informazzjoni dwar valuri normali u prezzijiet ta’ esportazzjoni li juru li l-marġni tad-dumping tal-produttur esportatur naqas taħt il-livell tad-dazju fis-seħħ jew ġie eliminat. Dan huwa meħtieġ speċjalment meta l-applikant huwa assoċjat mal-produttur esportatur.

Jekk l-applikant mhux assoċjat mal-produttur esportatur, u jekk l-informazzjoni rilevanti mhix disponibbli immedjatament, l-applikazzjoni għandu jkun fiha stqarrija mill-produttur esportatur li l-marġni tad-dumping ġie mnaqqas jew tneħħa u li se jipprovdi lill-Kummissjoni d-dejta kollha ta’ appoġġ rilevanti. Din hija d-dejta dwar valuri normali u dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni għal perjodu rappreżentattiv li matulu l-oġġetti tiegħu ġew esportati lejn l-Unjoni. Dan il-perjodu jiġi ddeterminat iktar ‘il quddiem mill-Kummissjoni (ara 4.1(a) ta’ hawn taħt).

Jekk il-produttur esportatur jinsab f’pajjiż li l-ekonomija tiegħu mhijiex waħda tas-suq, il-valur normali jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku sakemm il-produttur esportatur jirċievi trattament tal-ekonomija tas-suq (TES) skont l-Artikolu 2(7)(c) (ara 3.5 ta’ hawn taħt għal iktar informazzjoni dwar il-proċedura dwar pajjiżi li l-ekonomija tagħhom mhijiex waħda tas-suq).

(e)

informazzjoni korporattiva b’rabta mal-applikant;

(f)

il-prokura jekk l-applikazzjoni hija mressqa minn parti terza;

(g)

lista ta’ tranżazzjonijiet tal-importazzjoni li għalihom huwa mitlub rimborż (għall-konvenjenza tal-applikant preforma bl-informazzjoni mitluba hija mehmuża ma’ dan l-avviż bħala Anness II);

(h)

prova ta’ ħlas tad-dazji antidumping li għalihom huwa mitlub rimborż.

Kopji ta’ fatturi oriġinali, tal-formoli tad-dħul tad-dwana u tali dokumenti oħrajn għandhom jiġu pprovduti flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-awtentiċità tagħhom mill-applikant jew mill-produttur esportatur tiegħu, skont il-każ. Barra minn hekk, tali dokumenti, jew it-traduzzjonijiet tagħhom għandhom ikunu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tivvaluta jekk l-applikazzjoni fihiex l-informazzjoni kollha mitluba mill-applikant. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tinnotifika lill-applikant dwar l-informazzjoni li jkun jonqsu jressaq u tispeċifika perjodu ta’ żmien rappreżentattiv li fih l-evidenza mitluba trid tiġi mressqa. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li titlob evidenza addizzjonali li tappoġġa l-applikazzjoni.

3.5.   Evidenza f’każ ta’ esportazzjonijiet minn pajjiżi li l-ekonomija tagħhom mhijiex waħda tas-suq

Jekk rimborż huwa mitlub għal dazji fuq l-esportazzjonijiet minn pajjiż li l-ekonomija tiegħu mhijiex waħda tas-suq u t-TES mhix applikata, valur normali jiġi stabbilit skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

Jekk il-valur normali huwa ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, l-applikant għandu jidentifika u jfittex il-kooperazzjoni ta’ produttur f’pajjiż analogu.

Għandu jfittex kooperazzjoni mill-istess kumpaniji li kienu kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali, sakemm hu ma jurix li l-użu ta’ produtturi oħrajn fl-istess pajjiż jew id-dejta ta’ pajjiż analogu ieħor hija aktar xierqa.

Jekk l-applikant ma jista’ jikseb ebda kooperazzjoni, jista’ jipproponi kull metodu ieħor skont l-Artikolu 2(7)(a) u jipprovdi d-dejta neċessarja għall-kalkolu tal-valuri normali abbażi ta’ tali metodu ieħor. L-applikant għandu jipprovdi evidenza sodisfaċenti li ma rnexxilux jikseb kooperazzjoni mingħand il-produtturi kollha magħrufin tal-prodott ikkonċernat.

Jekk l-applikant jonqos milli jipprovdi dejta għall-kalkolu ta’ valuri normali b’konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, il-Kummissjoni tiċħad l-applikazzjoni minħabba nuqqas ta’ evidenza ta’ sostenn.

3.6.   Applikazzjonijiet rikorrenti

Malli l-applikant isir konxju li biħsiebu jressaq aktar minn applikazzjoni waħda għar-rimborż ta’ dazji antidumping imposti fuq il-prodott ikkonċernat, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni hija mitluba biex il-Kummissjoni tkun tista’ tippjana l-investigazzjoni fl-iktar mod effiċjenti u effettiv.

4.   Il-valutazzjoni tal-merti ta’ applikazzjoni

Il-Kummissjoni tikkuntattja lill-produttur esportatur u titolbu informazzjoni dwar il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu għal perjodu rappreżentattiv partikolari. L-applikazzjoni tiġi kkunsidrata bħala sostnuta b’evidenza xierqa  (7) biss meta l-informazzjoni kollha mitluba u l-kwestjonarji mimlija (inklużi t-tweġibiet għal kwalunkwe nuqqasijiet materjali li jaf ikunu ġew identifikati) rċevuti mill-Kummissjoni.

(a)

Perjodu rappreżentattiv

Bil-għan li jkun iddeterminat il-marġni tad-dumping rivedut, il-Kummissjoni tispeċifika l-perjodu rappreżentattiv li normalment jinkludi d-data(i) tal-fatturar tat-tranżazzjoni(jiet) li għaliha/hom jintalab rimborż. Dan il-perjodu normalment ikopri massimu ta’ sitt xhur u jinkludi perjodu qasir qabel id-data tal-fatturar tal-ewwel tranżazzjoni mill-produttur esportatur.

(b)

Kwestjonarji dwar id-dumping

B’segwitu għall-Artikolu 6(2) tar-Regolament bażiku, il-produttur esportatur tal-applikant u, fejn xieraq, l-importatur(i) relatat(i), jiġu mitluba jressqu informazzjoni dwar il-bejgħ kollu tagħhom lill-Unjoni, u mhux biss bejgħ lill-applikant, magħmula matul il-perjodu rappreżentattiv.

L-informazzjoni tinkiseb permezz ta’ kwestjonarju mibgħut lill-produttur esportatur tal-applikant (u lil kull importatur relatat fl-Unjoni) bit-tweġibiet mistennija fi żmien 37 jum.

Il-produttur esportatur jista’ jibgħat informazzjoni kunfidenzjali direttament lill-Kummissjoni u mhux permezz tal-applikant. Verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġiba għall-kwestjonarju u ta’ kull informazzjoni oħra kunfidenzjali mressqa għandha tiġi pprovduta b’konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku. Tali informazzjoni mhux kunfidenzjali tkun disponibbli għall-ispezzjoni minn partijiet interessati.

(c)

Trattament tal-Ekonomija tas-Suq

Jekk il-produttur esportatur jinsab f’ekonomija mhux tas-suq, jista’ japplika għal TES għall-finijiet tal-investigazzjoni għar-rimborż. F’dan il-każ, ikollu jressaq l-informazzjoni kollha mitluba skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

Jekk it-TES jingħata lill-produttur esportatur, il-valur normali jiġi stabbilit abbażi tal-prezzijiet u tal-ispejjeż tiegħu stess skont l-Artikolu 2(1)–(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk it-TES ma jingħatax, il-valur normali jiġi stabbilit skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku (ara l-punt (d) ta’ hawn taħt).

Id-determinazzjoni tat-TES f’investigazzjoni għar-rimborż ma għandha l-ebda natura prospettiva u tapplika biss għall-għan biex tiddetermina l-marġni tad-dumping matul il-perjodu rappreżentattiv għar-rimborż.

L-għoti tat-TES għall-finijiet tal-investigazzjoni għar-rimborż huwa rrispettiv jekk il-produttur esportatur ikunx diġà ingħata TES fl-investigazzjoni oriġinali, jew jekk ikunx ikkoopera fl-investigazzjoni oriġinali.

(d)

Esportazzjonijiet minn pajjiżi li l-ekonomija tagħhom mhijiex waħda tas-suq

Jekk rimborż huwa mitlub għal dazji fuq l-esportazzjonijiet minn ekonomija mhux tas-suq u t-TES mhux applikat, valur normali jiġi stabbilit skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku (ara l-punt 3.5 għall-evidenza neċessarja li għandha tiġi pprovduta mill-applikant).

(e)

Iż-żjarat ta’ verifika

Il-partijiet li jressqu informazzjoni għandhom ikunu konxji li l-Kummissjoni tista’ tivverifika l-informazzjoni rċevuta permezz ta’ żjara ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku.

4.1.   L-analiżi tal-merti

(a)

Metodoloġija ġenerali

Il-marġni tad-dumping rivedut jiġi stabbilit billi jiġu kkumparati, għall-perjodu rappreżentattiv:

il-valur(i) normali

u l-prezz(ijiet) tal-esportazzjoni

għall-prodott(i) esportat(i) inkwistjoni, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.

L-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku jipprevedi l-użu “tal-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju, waqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-Artikolu 2 (Determinazzjoni tad-dumping), u b’mod partikolari l-paragrafi 11 u 12 tagħhom (L-Użu tal-medji ponderati fil-kalkolu tal-marġni tad-dumping), u tal-Artikolu 17 (Kampjunar).”

Il-Kummissjoni tista’ tibbaża l-kalkolu tal-marġni tad-dumping rivedut fuq kampjun tal-produtturi esportaturi, it-tipi ta’ prodott jew it-tranżazzjonijiet ikkonċernati mill-applikazzjoni(jiet), abbażi tal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari l-paragrafu 3. Il-kampjunar japplika meta n-numru ta’ produtturi esportaturi, it-tipi ta’ prodott jew it-tranżazzjonijiet ikkonċernati tant ikunu kbar li eżaminazzjonijiet individwali jkunu ta’ piż bla bżonn u ma jkunux jippermettu li l-investigazzjoni titlesta f’ħin tajjeb. Dan jiġi ddeterminat għall-inqas tul perjodu ta’ sitt xhur li jingħadd mid-data tal-wasla tal-ewwel talba, jew 12-il xahar mgħadda mid-data tal-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi, skont liema tiġi l-aħħar.

(b)

L-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku

Meta l-prezz tal-esportazzjoni jinbena skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tikkalkulah mingħajr ebda tnaqqis għall-ammont ta’ dazji antidumping imħallsa meta tkun mogħtija evidenza konklużiva li d-dazju huwa rifless kif suppost fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u l-prezzijiet għall-bejgħ sussegwenti fl-Unjoni. Il-Kummissjoni teżamina jekk żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ lil konsumaturi indipendenti tal-Unjoni bejn il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali u ta’ rimborż tinkorporax dazji antidumping.

(c)

L-użu tas-sejbiet tar-reviżjoni

Meta teżamina kwalunkwe applikazzjoni għar-rimborż, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi f’kull ħin biex tibda analiżi interim b’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Il-proċedura dwar l-applikazzjoni għar-rimborż tiġi sospiża sat-terminazzjoni tar-reviżjoni.

Is-sejbiet tal-investigazzjoni tar-reviżjoni jaf jiġu użati biss biex jiddeterminaw il-merti ta’ applikazzjoni ta’ rimborż dejjem jekk id-data tal-fatturar tat-tranżazzjonijiet li għalihom huwa mitlub rimborż jaqgħu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni.

(d)

Estrapolazzjoni

Minkejja l-punt (c) ta’ hawn fuq, għal finijiet ta’ effiċjenza amministrattiva, il-marġni tad-dumping stabbilit f’kull investigazzjoni jista’ jkun estrapolat għal tranżazzjonijiet ta’ importazzjoni mressqa għal rimborż li ma jseħħx f’dak il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan huwa soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

l-estrapolazzjoni tista’ tiġi implimentata biss għal perjodu eżattament qrib ta’ perjodu li jkun ġie investigat,

il-perjodu massimu li għalih ir-riżultati tal-investigazzjoni jistgħu jiġu estrapolati huwa ta’ sitt xhur,

l-estrapolazzjoni tista’ tiġi applikata biss meta l-marġni tad-dumping ikun ġie kkalkulat u stabbilit abbażi ta’ investigazzjoni li ntemmet,

l-estrapolazzjoni tiġi applikata biss lil total ta’ dazji li huwa relattivament żgħir fil-kuntest tal-applikazzjoni għar-rimborż kollha.

4.2.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet li fihom l-applikant, il-produttur esportatur jew il-produttur f’pajjiż analogu (fejn applikabbli):

jipprovdi informazzjoni falza jew qarrieqa,

jew

jirrifjuta aċċess għal informazzjoni rilevanti jew ma jipprovdihiex f’perjodu ta’ żmien raġonevoli,

jew

ifixkel b’mod sostanzjali l-investigazzjoni, inkluż li ma jħallix li ssir il-verifikazzjoni tal-informazzjoni sal-punt meqjus neċessarju mill-Kummissjoni

l-informazzjoni tiġi injorata u l-Kummissjoni jkollha tikkonkludi li l-applikant ma laħaqx il-piż tal-obbligi tal-evidenza tiegħu.

4.3.   Id-divulgazzjoni

Ladarba l-investigazzjoni tal-merti tal-applikazzjoni titlesta, l-applikant jirċievi divulgazzjoni tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li ażżabi tagħhom il-Kummissjoni biħsiebha tadotta deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għar-rimborż. Il-produttur(i) esportatur(i) li jikkoopera(w) jista’(għu) jirċievi(u) biss informazzjoni dwar it-trattament tad-dejta partikulari tagħhom, b’mod partikolari l-kalkoli tal-valur normali u tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li jirriżultaw.

5.   Riżultat

5.1.   L-ammont eċċessiv li għandu jitħallas lura

L-ammont eċċessiv li għandu jiġi rimborżat lill-applikant normalment jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-dazju miġbur u l-marġni tad-dumping stabbilit fl-investigazzjoni għar-rimborż, bħala ammont assolut.

5.2.   Ħlas

Ir-rimborż normalment għandu jitħallas mill-Istat Membru meta d-dazji antidumping kienu ddeterminati u aktar tard miġbura f’90 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni ta’ rimborż.

Kemm jekk xi ħlas effettwat wara 90 jum iwassalx għal ħlas ta’ interessi jew le jibqa’ soġġett għal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ kull Stat Membru.

5.3.   Revoka ta’ deċiżjoni biex isir rimborż

Fejn sussegwentament jinsab li deċiżjoni li tagħti rimborż ġiet adottata abbażi ta’ informazzjoni falza jew inkompleta, tali deċiżjoni tiġi revokata retroattivament. Tabilħaqq, il-fatt li deċiżjoni ta’ rimborż ġiet ibbażata fuq informazzjoni falza jew inkompleta tammonta għall-assenza ta’ bażi ġuridika oġġettiva għal din id-deċiżjoni, li għalhekk iċċaħħad ab initio lill-applikant id-dritt li jikseb rimborż u tiġġustifika r-revoka tad-deċiżjoni.

Bħala riżultat ta’ tali revoka, l-ammonti rimborżati li jikkorrispondu għad-dazji antidumping oriġinali jerġgħu jinġabru mill-ġdid.

Ladarba l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni biex tirrevoka rimborż, l-Istat Membru kkonċernat jiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata b’mod ġust, fit-territorju tiegħu, billi jirkupra l-ammonti li ġew rimborżati kif mhux suppost skont l-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku.

L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru ikkonċernat, meta jimplimentaw tali deċiżjoni, jaġixxu b’konformità mar-regoli proċedurali u sostantivi tal-liġi nazzjonali tagħhom stess. L-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali m’għandhiex taffettwa l-iskop u l-effettività tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrevoka d-deċiżjoni tagħha ta’ qabel biex tagħti rimborż.

5.4.   Transparenza

Il-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjonijet tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku hija ppubblikata fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(2)  Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rimborż tad-dazji antidumping (ĠU C 127, 29.5.2002, p. 10).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1) kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(4)  In-numri ta’ kontroll tal-prodott huma maħluqa għall-iskop ta’ kalkolu tal-marġni tad-dumping għal kull tip ta’ kombinament uniku u possibbli ta’ karatteristiċi tal-prodott, għall-prodotti kollha prodotti u esportati lejn l-Unjoni Ewropea kif ukoll għal dawk mibjugħin domestikament.

(5)  Għall-komputazzjoni tal-limitu ta’ żmien, ara r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

(6)  Meta informazzjoni mhix disponibbli fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tali informazzjoni għandha tiġi mressqa direttament lill-Kummissjoni, wara l-preżentazzjoni.

(7)  Ara l-Artikolu 11(8) ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku.


ANNESS I

Image Image

ANNESS II

TABELLA TA’ TRANŻAZZJONI TA’ IMPORTAZZJONI (1)

a

b

c

d

e

f

g

h

i

j

k

l

m

n

Tranżazzjoni #

Fattura ta’ xiri #

Data tal-fattura ta’ xiri

Isem il-fornitur/esportatur

Isem il-produttur fil-pajjiż tal-oriġini

Il-pajjiż ta’ oriġini

Tip ta’ prodott (isem)

Tip ta’ prodott (referenza jew nru tal-mudell)

Tariffa/Kodiċi NM

Kwantità mixtrija

Valur tal-fattura

Munita

Prezz Unitarju

Data tal-pagament tal-fattura

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


o

p

q

r

s

t

u

v

w

x

y

z

aa

ab

Referenza tal-pagament

Rata tal-kambju

Valur tal-fattura fil-munita tal-importatur

Incoterms

Data tad-dispaċċ

Ammont ta’ merkanzija

Rekord doganali (DAU #)

Data ta’ dazji stabbilita kif dovut mid-dwana

Valur doganali (bażi għal dazju)

Munita

Rata dazju-AD (%)

Ammont dazju-AD

Data tal-pagament tad-dazji

Referenza tal-pagament

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Noti ta’ spjegazzjoni għat-tabella:

a

Tranżazzjoni #

Kull tranżazzjoni għandha tkun immarkata b’numru sekwenzjali li għandu jitpoġġa wkoll fid-dokumenti anċillari (pereż. fattura) kkonċernati.

h

Referenza tat-tip ta’ prodott, jew in-numru tal-mudell.

Iddikjara in-numru ta’ referenza kummerċjali jew il-kodiċi tal-prodott.

s

Data tad-dispaċċ

Iddikjara id-data li fiha l-prodotti ġew mibgħuta mill-fornitur.

w

Valur doganali (bażi għal dazju)

Dan għandu jkun il-valur doganali kif muri fir-rekords doganali. Normalment il-valur doganali huwa bbażat fuq il-valur tal-fattura flimkien mal-ispejjeż tal-merkanzija/l-assigurazzjoni.

v

Data ta’ dazji stabbilita kif dovut mid-dwana

Din hija d-data li fiha d-dazji ġew iddeterminati mid-dwana, jiġifieri, id-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali f’każijiet normali

aa

Data tal-pagament tad-dazji

Din hija d-data li fiha d-dazji ġew effettivament imħallsin lid-dwana. Għalhekk din għandha tkun id-data li fiha l-ammont ikkonċernat ġie trasferit mill-kont bankarju tal-kumpanija lejn il-kont bankarju tad-dwana.

 

Referenza tal-pagament

Ipprovdi referenza għall-fattura tar-rekords tal-ħlas (pereż. in-numru u data tar-rendikont bankarju).

 

Munita

Uża l-kodiċijiet ISO. Lista ta’ kodiċijiet ISO tinsab fuq l-Internet fuq: http://publications.europa.eu/code/mt/mt-5000700.htm

Incoterms

EXW

Ex works

FCA

Trasport bla ħlas

FAS

Frank sal-vapur

FOB

Abbord mingħajr ħlas

CFR

Kost u merkanzija

CIF

Kost, assigurazzjoni u merkanzija

CPT

Trasport imħallas lil

CIP

Trasport u assigurazzjoni mħallsa lil

DAF

Mogħti mal-fruntiera

DES

Imwassal ex ship

DEQ

Imwassal sa fuq il-moll (dazju mħallas)

DDU

Mogħti u d-dazju mhux imħallas

DDP

Mogħti u d-dazju mħallas


(1)  Verżjoni elettronika ta’ din il-formola tinsab fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ, tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence/.


29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/21


Notifika dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri tal-antidumping

(2014/C 164/10)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/20092009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li jkunu suġġetti għal dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri tal-antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   Proċeduri

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub biex isir rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment twassal biex jitkomplew jew ifeġġu mill-ġdid id-dumping u l-ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni imbagħad jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Il-limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, (Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 8/20, 1049 Brussels, Belgium (2)) f’kull żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza:

Data ta’ skadenza (3)

Mekkaniżmi tal-binders biċ-ċrieki

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Dazju antidumping

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2010 (ĠU L 49, 26.2.2010, p. 1) estiż għall-importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Vjetnam permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1208/2004 (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 1) u estiż għall-importazzjonijiet ikkunsinjati mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 33/2006 (ĠU L 7, 12.1.2006, p. 1)

27.2.2015


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Faks: +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/22


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7247 — Fresenius SE & CO/Sistema JSFC/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 164/11)

1.

Fil-21 ta’ Mejju 2014 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriżi Fresenius Kabi Deutschland GmbH, sussidjarja indirettament proprjetà sħiħa ta’ Fresenius SE & Co. KGaA (“Fresenius, il-Ġermanja), u Sistema JSFC (“Sistema”, il-Federazzjoni Russa), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija stabbilita ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta, Fresenius Kabi Binnopharm GmbH & Co. KG (“Fresenius Kabi Binnopharm”) permezz tal-akkwist ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

—   għal Fresenius: grupp involut fil-kura tas-saħħa, attiv fl-iżvilupp, il-kummerċjalizzazjoni u l-bejgħ ta’ mediċini u teknoloġijiet għall-infużjoni, it-trasfużjoni u n-nutrizzjoni kumika, b’attenzjoni partikolari fuq il-kura bil-djaliżi, inkluż il-kura fl-isptar u l-kura medika ta’ pazjent id-dar, globalment,

—   għal Sistema: grupp ta’ investiment tal-ekwità attiv fl-oqsma tat-telekomunikazzjonijiet, iż-żejt, l-enerġija elettrika, il-prodotti tal-konsumatur, it-teknoloġija avvanzata, inkluża l-bijoteknoloġija u l-farmaċewtiċi, kif ukoll industriji oħra, l-aktar fil-Federazzjoni Russa,

—   għal Fresenius Kabi Binnopharm: attiva fl-oqsma tal-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi, vaċċini kontra l-epatiti B kif ukoll firxa ta’ medikamenti bijoteki kif ukoll soluzzjonijiet għall-infużjoni u s-sostituzzjoni tad-demm, in-nutrizzjoni parenterali u enterali u trattamenti onkoloġiċi ġeneriċi fil-Federazzjoni Russa u fil-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7247 — Fresenius SE & CO/Sistema JSFC/JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/23


Avviż għall-attenzjoni ta' Al-Nusrah Front for the People of the Levant u Jama’atu Ahlis Sunna Lidda’Awati Wal-Jihad u dawk li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2014

(2014/C 164/12)

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista mħejjija skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999).

Il-lista mħejjija minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi lil:

l-Al Qaida;

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati mal-Al Qaida; kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi jew huma kkontrollati minnhom, jew b'xi mod iservu ta' appoġġ lilhom.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati ma” Al-Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn Al-Qaida jew minn kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnha jew derivat minnha, taħt isimhom, f'isimhom jew b'appoġġ għalihom;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat magħhom;

(c)

ir-reklutaġġ tagħhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet tagħhom.

2.

Fit-22 ta’ Mejju 2014 il-Kumitat tan-NU ddeċieda li jżid lil Jama’Atu Ahlis Sunna Lidda’Awati Wal-Jihad mal-lista rilevanti. Barra minn hekk, fl-14 ta' Mejju 2014 il-Kumitat tan-NU ddeċieda li jemenda l-entrati fil-lista bir-riżultat li mal-lista relevanti żdied l-Al-Nusrah Front for the People of the Levant. L-Al-Nusrah Front for the People of the Levant u l-Jama’Atu Ahlis Sunna Lidda’Awati Wal-Jihad jistgħu f'kull ħin jippreżentaw talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' xi dokumenti ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija tan-NU tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations — Office of the Ombudsperson

Room TB-08041D

New York, NY 10017

United States of America

Tel: +1 2129632671

Faks: +1 2129631300/3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Għal aktar tagħrif ara http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml.

3.

Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 583/2014 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (3). L-emenda, magħmula skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Al-Nusrah Front for the People of the Levant u lil Jama’atu Ahlis Sunna Lidda’Awati Wal-Jihad mal-lista fl-Anness I ta' dan ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-individwi u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmlu disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, sew jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (l-Artikoli 2 u 2a (4)); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lill-individwi jew l-entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprevedi proċedura ta' rieżami fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjuda mal-Anness I mir-Regolament (UE) Nru 583/2014 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex ikunu jafu r-raġunijiet għaliex iddaħħlu fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

European Commission

“Restrictive measures”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/ Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) Nru 583/2014 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Biex ikun hemm ordni xierqa, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat/i Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 160, 29.5.2014, p. 27.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(4)  L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

(5)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).