ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 145

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
15 ta' Mejju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 145/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7211 — AXA/PSPIB/Real Estate Portfolio in Milan) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 145/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 li taħtar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2

2014/C 145/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 li taħtar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

4

2014/C 145/04

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

5

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 145/05

Rata tal-kambju tal-euro

6

2014/C 145/06

Informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika — Statistiċi dwar ir-regoli tekniċi nnotifikati fl-2013 fil-qafas tal-proċedura ta’ notifika 98/34

7

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2014/C 145/07

Rapport Speċjali Nru 4/2014 — Integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK: suċċess parzjali

12

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2014/C 145/08

Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali

13

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 145/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7228 — CENTRICA/BORD GÁIS ENERGY) ( 1 )

14

2014/C 145/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7212 — HML/MMC/MMC Superalloy Corporation) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

 

Rettifika

2014/C 145/11

Rettifika għall-Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas- 6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU C 117, 16.4.2014)

16

2014/C 145/12

Rettifika għall- Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli massuq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU C 83, 21.3.2014)

18

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7211 — AXA/PSPIB/Real Estate Portfolio in Milan)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 145/01

Fis-6 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm fid-dokument li jġib in-numru 32014M7211. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

li taħtar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2014/C 145/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala Membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ Mejju 2011 (2), il-Kunsill ħatar 15-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija.

(3)

Il-Gvern tad-Danimarka informa lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jissostitwixxi r-rappreżentant Daniż fil-Bord ta’ Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Henrik Søren LARSEN, ta’ nazzjonalità Daniża, imwieled fid-9 ta’ Diċembru 1961, għandu jinħatar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jissostitwixxi lis-Sur Peter ØSTERGAARD, għall-perijodu mis-6 ta' Mejju 2014sal-31 ta’ Mejju 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 151, 21.5.2011, p. 1.


15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

li taħtar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2014/C 145/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/2009 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (il-Bord ta’ Tmexxija) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ Mejju 2011 (2), il-Kunsill ħatar 15-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija.

(3)

Il-Gvern ta’ Malta informa lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jissostitwixxi r-rappreżentant Malti fil-Bord ta’ Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Tristan Charles CAMILLERI, ta’ nazzjonalità Maltija, imwieled fit-18 ta’ Mejju 1980, għandu jinħatar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi minflok is-Sur Francis E. FARRUGIA, għall-perijodu mis-6 ta' Mejju 2014sal-31 ta’ Mejju 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 151, 21.5.2011, p. 1.


15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

2014/C 145/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta’ Lulju 2012 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2012sas-17 ta’ Settembru 2015.

(2)

Post ta’ membru fuq il-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru huwa disponibbli għall-Italja fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern bħala riżultat tar-riżenja tas-Sinjura Lucia SCARPITTI.

(3)

Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru msemmi hawn fuq għandhom jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2015,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta’ Settembru 2015:

Rappreżentanti tal-gvern:

L-ITALJA

Is-Sur Salvatore PIRRONE

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 228, 31.7.2012, p. 3.


Il-Kummissjoni Ewropea

15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Mejju 2014

2014/C 145/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3719

JPY

Yen Ġappuniż

139,65

DKK

Krona Daniża

7,4646

GBP

Lira Sterlina

0,81770

SEK

Krona Żvediża

8,9990

CHF

Frank Żvizzeru

1,2199

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1165

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,430

HUF

Forint Ungeriż

304,30

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1884

RON

Leu Rumen

4,4385

TRY

Lira Turka

2,8519

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4597

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4958

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6346

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5827

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7145

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 409,91

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,1824

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,5453

HRK

Kuna Kroata

7,5893

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 667,67

MYR

Ringgit Malażjan

4,4209

PHP

Peso Filippin

59,762

RUB

Rouble Russu

47,6600

THB

Baht Tajlandiż

44,484

BRL

Real Brażiljan

3,0422

MXN

Peso Messikan

17,7335

INR

Rupi Indjan

81,5807


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/7


Informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (1)

Statistiċi dwar ir-regoli tekniċi nnotifikati fl-2013 fil-qafas tal-proċedura ta’ notifika 98/34

2014/C 145/06

I.   Tabella li tindika t-tipi differenti ta’ reazzjonijiet indirizzati lill-Istati membri tal-Unjoni Ewropea dwar l-abbozzi nnotifikati minn kull wieħed minnhom

Stati membri

Numru ta’ notifiki

Osservazzjonijiet (2)

Opinjonijiet Iddettaljati (3)

Proposti ta’ Atti Komunitarji

 

 

SM

KUMM

EFTA (4) TR (5)

SM

KUMM

9.3 (6)

9.4 (7)

Il-Belġju

27

9

7

0

3

4

0

2

Il-Bulgarija

16

4

1

0

0

3

0

0

Ir-Repubblika Ċeka

30

9

6

0

1

2

0

0

Id-Danimarka

34

6

8

0

1

7

0

0

Il-Ġermanja

61

5

5

0

2

12

1

0

L-Estonja

12

2

5

0

1

1

0

0

L-Irlanda

8

0

4

0

0

0

0

0

Il-Greċja

12

1

8

0

1

4

0

0

Spanja

47

9

12

0

1

4

0

0

Franza

49

3

6

0

8

1

0

0

Il-Kroazja

1

1

1

0

1

0

0

0

L-Italja

34

4

14

0

3

5

1

1

Ċipru

2

0

0

0

1

0

0

0

Il-Latvja

5

2

1

0

7

2

0

0

Il-Litwanja

17

8

6

0

8

5

0

0

Il-Lussemburgu

16

3

7

0

0

6

0

0

L-Ungerija

38

14

10

0

9

8

0

0

Malta

2

0

0

0

0

0

0

0

L-Pajjiżi l-Baxxi

41

2

3

0

0

3

0

0

L-Awstrija

63

8

5

0

0

1

0

0

Il-Polonja

27

4

6

0

1

0

0

0

Il-Portugall

5

0

2

0

1

1

0

0

Ir-Rumanija

12

0

3

0

0

4

0

0

Is-Slovenja

9

2

4

0

2

1

0

0

Is-Slovakkja

33

17

15

0

7

8

0

0

Il-Finlandja

29

1

6

0

0

2

0

0

L-Isvezja

33

3

5

0

1

1

0

0

Ir-Renju Unit

42

6

6

0

0

2

0

0

EU Total

705

123

156

0

59

87

2

3


II.   Tabella li tindika d-distribuzzjoni skont is-settur tal-abbozzi nnotifikati mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

Setturi

BE

BG

CZ

CY

DK

DE

EE

IE

GR

ES

FR

HR

IT

LV

LT

LU

HU

MT

NL

AT

PL

PT

RO

SI

SK

FI

SE

UK

Total

Bini u kostruzzjoni

5

5

1

1

8

12

2

3

1

8

8

0

5

0

5

0

2

0

14

41

3

0

6

0

7

3

3

15

158

Agrikoltura, sajd u prodotti tal-ikel

8

5

5

1

5

5

1

0

1

7

18

0

12

3

7

0

9

0

9

0

5

1

0

1

15

6

4

6

134

Prodotti kimiċi

4

0

3

0

1

0

1

0

3

1

1

0

1

0

1

0

0

0

2

1

2

0

1

0

0

0

7

0

29

Prodotti farmaċewtiċi

0

1

7

0

1

2

2

0

0

0

2

0

0

0

0

0

3

0

0

0

0

1

0

0

0

6

1

2

28

Tagħmir domestiku u rikreazzjoni

0

2

0

0

0

1

0

2

4

8

2

0

1

0

0

0

1

1

0

3

1

0

0

0

0

0

0

3

29

Mekkanika

3

2

4

0

4

0

1

0

0

1

1

1

3

1

0

0

0

0

1

2

3

0

2

2

2

0

3

1

37

Enerġija, minerali, injam

0

0

0

0

4

1

1

1

1

2

0

0

0

0

0

0

2

0

4

1

3

3

1

0

6

0

1

4

35

Ambjent, imballaġġi

2

0

0

0

3

2

1

0

0

0

0

0

4

0

1

12

8

0

6

1

1

0

1

1

0

5

1

7

56

Saħħa, tagħmir mediku

0

0

1

0

0

4

0

0

0

0

1

0

0

0

2

0

1

0

0

1

0

0

0

0

0

0

0

0

10

Trasport

1

0

1

0

6

6

0

1

2

2

4

0

2

1

0

0

1

0

0

2

0

0

1

0

0

6

6

0

42

Telekomunikazzjoni

2

0

0

0

0

25

2

0

0

16

2

0

1

0

0

3

1

0

1

8

0

0

0

3

0

2

1

3

70

Prodotti diversi

0

1

8

0

1

1

1

1

0

0

4

0

1

0

1

0

6

0

3

3

2

0

0

0

3

1

2

1

40

Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni

2

0

0

0

1

2

0

0

0

2

6

0

4

0

0

1

4

1

1

0

7

0

0

2

0

0

4

0

37

Total per Member State

27

16

30

2

34

61

12

8

12

47

49

1

34

5

17

16

38

2

41

63

27

5

12

9

33

29

33

42

705


III.   Tabella li tindika l-osservazzjonijiet dwar l-abbozzi nnotifikati mill-Islanda, il-Liechtenstien, in-Norveġja (8) u l-Isvizzera (9)

Pajjiż

Notifiki

Osservazzjonijiet KE (10)

L-Islanda

3

1

Il-Liechtenstein

0

0

L-Isvizzera

7

2

In-Norveġja

13

6

Total

23

9


IV.   Tabella li tindika d-distribuzzjoni skont is-settur tal-abbozzi nnotifikati mill-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Setturi

L-Islanda

Il-Lichtenstein

In-Norveġja

L-Isvizzera

Total

Agrikoltura, sajd u prodotti tal-ikel

1

 

3

1

5

Metroloġija

1

 

 

 

1

Bini u kostruzzjoni

1

 

2

1

4

Trasport

 

 

3

 

3

Telekomunikazzji

 

 

 

3

3

Prodotti diversi

 

 

1

 

1

Ambjent u imballaġġi

 

 

1

 

1

Servizzi 98/48/KE

 

 

2

 

2

Tagħmir domestiku u rikreazzjoni

 

 

1

 

1

Enerġija, minerali, injam

 

 

 

2

2

Total per country

3

0

13

7

23


V.   Tabella li tindika l-abbozzii nnotifikati mit-Turkija u l-osservazzjonijiet dwar dawn l-abbozzi

It-turkija

Notifiki

Osservazzjonijiet KE

Total

6

2


VI.   Tabella li tindika d-distribuzzjoni skont is-settur tal-abbozzi nnotifikati mit-Turkija

Setturi

IT-Turkija

Agrikoltura, sajd u prodotti tal-ikel

3

Enerġija, minerali, injam

2

Prodotti diversi

1

Total

6


VII.   Statistiċi dwar il-proċeduri ta’ ksur li seħħew matul l-2013 u impenjati fuq il-bażi tal-artikolu 226 tat-Trattat KE biex jintlaħqu r-regoli tekniċi nazzjonali adottati bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE

Pajjiż

Numru

Spanja

1

Il-Polonja

1

EU Total

2


(1)  Id-Direttiva 98/34/KE tat-22 ta’ Ġunju 1998 (ĠU L 204 tal-21 ta’ Lulju 1998) li tikkodifika d-Direttiva 83/189/KEE kif modifikata prinċipalment mid-Direttiva 88/182/KEE u 94/10/KE. Id-Direttiva 98/34/KE kienet modifikata mid-Direttiva 98/48/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU L 217 tal-5 ta’ Awwissu 1998) li estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni.

(2)  L-Artikolu 8.2 tad-Direttiva.

(3)  L-Artikolu 9.2 tad-Direttiva (“opinjoni dettaljata […] b’effett li l-miżura prevista tista’ toħloq xkiel għall-moviment liberu tal-merkanzijaġewwa s-suq intern”.)

(4)  Skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, il-pajjiżi tal-EFTA li huma partijiet kontraenti għal dan il-Ftehim japplikaw id-Direttiva 98/34/KE bil-modifikazzjonijiet neċessarji previsti fl-Appendiċi II, il-Kapitolu XIX, il-punt 1, u jistgħu, għal dan il-għan, jagħmlu osservazzjonijiet kontra abbozzi nnotifikati mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-Isvizzera tista’ wkoll tagħti osservazzjonijiet bħal dawn, fuq bażi ta’ ftehim informali ta’ skambju ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi

(5)  Il-proċedura 98/34 ġiet estiża għat-Turkija fil-kuntest tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni konkluż ma’ dan il-pajjiż (il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (ĠU 1964, p. 3687) u d-Deċiżjonijiet 1/95 u 2/97 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija).

(6)  Skont l-Artikolu 9.3 tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipposponu l-adozzjoni tal-abbozz innotifikat (minbarra abbozzi ta’ regoli relatati mas-servizzi) għal 12–il xahar mid-data li tirċevih il-Kummissjoni, jekk hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi jew tadotta direttiva, regolament jew deċiżjoni dwar dan is-suġġett.

(7)  Skont l-Artikolu 9.4 tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipposponu l-adozzjoni tal-abbozz innotifikat għal 12–il xahar mid-data li tirċevih il-Kummissjoni, jekk din tħabbar l-intenzjoni tagħha li tipproponi jew tadotta direttiva, regolament jew deċiżjoni ppreżentata lill-Kunsill dwar is-suġġett.

(8)  Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ara n-nota 4) jipprevedi l-obbligu għall-pajjiżi tal-EFTA li huma partijiet kontraenti għal dan il-Ftehim li jinnotifikaw l-abbozzi tar-regoli tekniċi lill-Kummissjoni.

(9)  Fuq il-bażi tal-ftehim informali ta’ iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regoli tekniċi (ara n-nota 4), l-Isvizzera għandha tittrażmetti l-abbozzi tar-regoli tekniċi tagħha lill-Kummissjoni.

(10)  L-unika tip ta’ reazzjoni prevista mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ara n-noti 4 u 7) huwa possibbli li l-UE tagħmel osservazzjonijiet (l-Artikolu 8.2 tad-Direttiva 98/34/KE kif kopert fl-Anness II, il-Kapitolu XIX, il-punt 1 ta’ dan il-Ftehim). L-istess tip ta’ reazzjoni tista’ ssir dwar notifiki mill-Isvizzera, fuq il-bażi tal-ftehim informali bejn l-UE u dan il-pajjiż (ara n-noti 4 u 8).


Il-Qorti tal-Awdituri

15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/12


Rapport Speċjali Nru 4/2014

“Integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK: suċċess parzjali”

2014/C 145/07

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 4/2014 “Integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK: suċċess parzjali” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità “Awditjar: Il-Produzzjoni tar-Rapporti”

12, rue Alcide De Gasperi

1615 Lussemburgu

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

e-mail: eca-info@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/13


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

2014/C 145/08

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

EPSO/AD/279/14 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) TAL-LINGWA DANIŻA (DA)

EPSO/AD/280/14 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) TAL-LINGWA FINLANDIŻA (FI)

EPSO/AD/281/14 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) TAL-LINGWA SLOVAKKA (SK)

EPSO/AD/282/14 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) TAL-LINGWA SLOVENA (SL)

EPSO/AD/283/14 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) TAL-LINGWA SVEDIŻA (SV)

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa fil-Ġurnal Uffiċjali C 145 A tal-15 ta’ Mejju 2014.

Għal aktar tagħrif ikkonsulta l-websajt tal-EPSO http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7228 — CENTRICA/BORD GÁIS ENERGY)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 145/09

1.

Fil-5 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-intrapriża Centrica plc. (Centrica) tar-Renju Unit takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-intrapriża kollha ta’ Bord Gáis Energy Limited (BGE) tal-Irlanda, sussidjarja li hija proprjetà sħiħa ta’ Bord Gáis Éireann of Ireland permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Centrica: din hija intrapriża integrata tal-enerġija li tipproduċi, tixtri u tforni l-gass u l-elettriku lill-klijenti residenzjali u kummerċjali fir-Renju Unit u fl-Amerika ta’ Fuq.

—   BGE: din hija sussidjarja li hija proprjetà sħiħa ta’ Bord Gáis Éireann, attiva fix-xiri u l-forniment ta’ gass u elettriku għall-klijenti residenzjali u kummerċjali fir-Repubblika tal-Irlanda.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7228 — CENTRICA/BORD GÁIS ENERGY, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7212 — HML/MMC/MMC Superalloy Corporation)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 145/10

1.

Fis-6 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Hitachi Metals Ltd. (“HML”, il-Ġappun) u Mitsubishi Materials Corporation (“MMC”, il-Ġappun) jiksbu, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-intrapriża kollha MMC Superalloy Corporation (“MMC Superalloy “, il-Ġappun) permezz ta’ xiri ta’ ishma. MMC Superalloy bħalissa hija sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ MMC.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal HML: manifattur u fornitur ta’ materjali ta’ funzjonalità għolja għall-użu fi prodotti relatati ma’ vetturi (inklużi magni u sistemi tal-egżost), u tal-elettronika u prodotti relatati mal-infrastruttura,

—   għal MMC: kumpanija elenkata pubblikament li topera madwar tmien negozji differenti (siment, metalli, materjali u għodod avvanzati, aluminju, materjali u komponenti elettroniċi, enerġija, metalli prezzjużi u riċiklaġġ),

—   għal MMC Superalloy: manifattur ta’ metalli ta’ super ligi speċjalizzati li ma fihomx ħadid użati f’sensiela ta’ setturi, inkluż l-ajruspazju.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+ 32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7212 — HML/MMC/MMC Superalloy Corporation f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/16


Rettifika għall-Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas- 6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 117 tas-16 ta' April 2014 )

2014/C 145/11

F’paġna 94, numru tal-għajnuna: SA.38162 (2014/X):

minflok

“Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b))

50 %

20,2 %

Żvilupp sperimentali (Art. 31(2)(c))

25 %

20,2 %”

aqra:

“Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b))

50 %

20 %

Żvilupp sperimentali (Art. 31(2)(c))

25 %

20 %”

F’paġna 96, numru tal-għajnuna: SA.38166 (2014/X):

minflok:

“Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b))

50 %

25,25 %”

aqra:

“Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b))

50 %

25 %”

F’paġna 97, numru tal-għajnuna: SA.38172 (2014/X):

minflok:

“Taħriġ speċifiku (Art. 38(1))

25 %

20,2 %

Taħriġ ġenerali (Art. 38(2))

60 %

20,2 %

Għajnuna reġjonali — Skema (Art. 13)

40 %

20,2 %”

aqra:

“Taħriġ speċifiku (Art. 38(1))

25 %

20 %

Taħriġ ġenerali (Art. 38(2))

60 %

20 %

Għajnuna reġjonali — Skema (Art. 13)

40 %

20 %”

F’paġna 100, numru tal-għajnuna: SA.38173 (2014/X):

minflok:

“Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b))

50 %

30,3 %

Żvilupp sperimentali (Art. 31(2)(c))

25 %

35,35 %”

aqra:

“Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b))

50 %

30 %

Żvilupp sperimentali (Art. 31(2)(c))

25 %

35 %”

F’paġna 101, numru tal-għajnuna: SA.38177 (2014/X):

minflok:

“Taħriġ speċifiku (Art. 38(1))

35 %

20,2 %

Għajnuna reġjonali — Skema (Art. 13)

50 %

20,2 %”

aqra:

“Taħriġ speċifiku (Art. 38(1))

35 %

20 %

Għajnuna reġjonali — Skema (Art. 13)

50 %

20 %”


15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/18


Rettifika għall- Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli massuq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat

( Il-Ġurnal Uffċjali tal-Unjoni C 83 tal-21 ta’ Marzu 2014 )

2014/C 145/12

F’paġna 19, in-numru ta' referenza tal-għajnuna: SA.38022 (2013/X):

għal:

“Żvilupp sperimentali (Art. 31(2)(c))

25 %

20.2 %”

aqra:

“Żvilupp sperimentali (Art. 31(2)(c))

25 %

20 %”

għal:

“Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b))

50 %

20.2 %”

aqra:

“Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b))

50 %

20 %”