|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 144/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7170 — Discovery Communications/Eurosport) ( 1 ) |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
||
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2014/C 144/02 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 144/03 |
||
|
2014/C 144/04 |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2014 li taħtar membri u sostituti tal-Kumitat Pedjatriku biex jirrappreżentaw professjonisti tas-saħħa u assoċjazzjonijiet tal-pazjenti ( 2 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 144/05 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 144/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7235 — SPC/Cargill/Golden Compound JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2014/C 144/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7225 — Allianz/Rei Investment/Fiumaranuova) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2014/C 144/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7248 — Cinven/Skandia) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE |
|
|
(2) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ M.7170 — Discovery Communications/Eurosport)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 144/01)
Fit-8 ta’ April 2014 l-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7170. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
III Atti preparatorji
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
14.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/2 |
Rakkomandazzjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet
(BĊE/2014/19)
(ippreżentata mill-Bank Ċentrali Ewropew)
(2014/C 144/02)
MEMORANDUM SPJEGATTIV
I. INTRODUZZJONI
Fit-23 ta’ Novembru 1998, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 (1). Meta titqies l-esperjenza miksuba wara bosta snin ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 fid-diversi oqsma ta’ kompetenza tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-fatt li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-poteri tal-BĊE li jimponi sanzjonijiet ġie estiż bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (2), issa għandhom jitqiesu ċerti emendi għar-Regolament (KE) Nru 2532/98. Għal dan l-iskop, għandha tiġi segwita l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
II. KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
Sabiex iwettaq il-kompiti mogħtija lilu permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE jista’, skont l-Artikolu 18 ta’ dan tal-aħħar, jimponi penali finanzjarji amministrattivi “meta istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji, jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta, b’mod intenzjonali jew, b’negliġenza, jiksru rekwiżit skont atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom għandu jkun hemm disponibbli penali pekunjarji amministrattivi għall-awtoritajiet kompetenti skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni” (3), u sanzjonijiet “f’każ ta’ ksur tar-regolamenti jew deċiżjonijiet tiegħu” (4) (iktar ‘il quddiem imsejħa konġuntament “penali amministrattivi”). Rigward ksur tal-liġi nazzjonali fil-kuntest tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jibqgħu kompetenti biex jimponu penali amministrattivi, iżda għandhom jimponu tali penali fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu li jaqgħu taħt is-superviżjoni diretta tal-BĊE biss jekk dan tal-aħħar jeżiġi li huma jibdew proċeduri għal dan l-iskop.
Il-prinċipji u l-proċeduri applikabbli għall-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji amministrattivi għal ksur tal-liġi tal-Unjoni li hija direttament applikabbli taħt l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 huma stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (5) (BĊE/2014/17’. Taħt l-Artikolu 18(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE skont ir-Regolament (KE) Nru 2532/98. L-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jipprovdi li l-BĊE għandu japplika l-Artikolu 18 “f’konformità mal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament, inkluż il-proċeduri li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98, kif adatt”.
F’dan l-isfond, huwa ta’ importanza partikolari li jiġi stabbilit reġim koerenti għall-impożizzjoni mill-BĊE tal-penali amministrattivi kollha relatati mat-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu taħt ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.
Barra minn hekk, uħud mir-regoli li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 2532/98 ivarjaw minn dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Dawn huma relatati b’mod partikolari mal-limiti massimi ta’ multi u ħlasijiet ta’ penali perjodiċi, regoli proċedurali, u l-perjodi ta’ preskrizzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2532/98.
Għalhekk, huma rrakkomandati l-emendi li ġejjin għar-Regolament (KE) Nru 2532/98:
|
(a) |
Għandu jiddaħħal Artikolu 1a ġdid sabiex jiddefinixxi xi prinċipji ġenerali li japplikaw għall-penali amministrattivi kollha imposti mill-BĊE fir-rigward tal-kompiti superviżorji tiegħu u sanzjonijiet imposti fir-rigward tal-kompiti mhux superviżorji tiegħu; u jispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tad-diversi dispożizzjonijiet li japplikaw lilhom. |
|
(b) |
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 4a sa 4c ġodda fir-rigward tar-reġim applikabbli għall-penali amministrattivi finanzjarji imposti mill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu. L-iskop ta’ dawn l-artikoli l-ġodda huwa li tinkiseb distinzjoni bejn ir-reġim li japplika għall-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi mill-BĊE fir-rigward tal-kompiti superviżorji tiegħu u d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sanzjonijiet li l-BĊE jista’ jimponi fir-rigward tal-kompiti mhux superviżorji tiegħu. Dan huwa sabiex jiġi żgurat li reġim wieħed japplika għall-penali amministrattivi kollha tal-BĊE imposti fil-qasam superviżorju, waqt li jitqiesu wkoll ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
|
(c) |
Għandhom isiru emendi addizzjonali sabiex jiġi żgurat li l-prinċipji u l-proċeduri li jirregolaw l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 4 tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 ikunu kumpatibbli ma’ dawk li jirregolaw l-impożizzjoni mill-BĊE ta’ penali amministrattivi fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu taħt ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
III. KUMMENTI DWAR L-ARTIKOLI
Artikolu 1 - Definizzjonijiet
Definizzjoni ta’ ħlasijiet ta’ penali perjodiċi.
Id-definizzjoni ta’ ħlasijiet ta’ penali perjodiċi għandha tiġi emendata għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, b’mod konformi ma’ dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni dwar din il-kwistjoni (6), għandu jiġi indikat b’mod ċar li l-BĊE jista’ juża ħlasijiet ta’ penali perjodiċi mhux biss biex jippenalizza ksur kontinwat, iżda wkoll biex iġiegħel lil impriżi biex jikkonformaw ma’ regolament jew deċiżjoni tal-BĊE. It-tieni nett, id-definizzjoni preżentament tirreferi għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 fir-rigward tan-notifika ta’ deċiżjoni li teħtieġ it-terminazzjoni ta’ ksur. Peress li proċedura differenti għat-teħid ta’ deċiżjoni għandha tapplika għal sanzjonijiet imposti fir-rigward tal-kompiti superviżorji tal-BĊE, referenza għal dik il-proċedura għandha tiżdied fid-definizzjoni.
Bħala riżultat, id-definizzjoni ta’ “sanzjonijiet” għandha tiġi emendata sabiex titħassar ir-referenza għal impożizzjoni ta’ ħlasijiet ta’ penali perjodiċi “bħala konsegwenza ta’ ksur”.
Artikolu 1a – Prinċipji ġenerali u kamp ta’ applikazzjoni
Waqt li r-Regolament (KE) Nru 2532/98 jistabbilixxi, b’mod konformi mal-Artikolu 34.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Bank Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-kundizzjonijiet li taħthom il-BĊE huwa intitolat li jimponi sanzjonijiet fuq impriżi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi stipulati f’regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, għandha tingħata l-konsiderazzjoni dovuta lir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, li jinkludi firxa wiesgħa ta’ dispożizzjonijiet li huma ta’ relevanza diretta għall-poteri tal-BĊE li jimponi penali amministrattivi relatati mal-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu. B’hekk, waqt li fil-prinċipju d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 japplikaw għal kwalunkwe sanzjoni li l-BĊE huwa intitolat li jimponi għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 li jkunu f’kunflitt mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi relatati mal-kompiti superviżorji tal-BĊE għandhom jiġu diżapplikati jew emendati.
Il-BĊE għandu jkun intitolat li jippubblika kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi imposta penali amministrattiva b’rabta mal-kompiti superviżorji tiegħu jew sanzjoni b’rabta mal-kompiti mhux superviżorji tiegħu, kemm jekk tali deċiżjoni tkun soġġetta għal appell jew le, sabiex id-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-BĊE jkunu soġġetti għall-istess reġim ta’ pubblikazzjoni. Il-BĊE għandu japplika l-liġi tal-Unjoni relevanti, irrispettivament minn kwalunkwe liġi jew regolament nazzjonali, fir-rigward ta’ tali pubblikazzjoni, u għandu għaldaqstant jikkunsidra l-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-grad ta’ severità tas-sanzjoni jew penali amministrattiva imposta, kif ukoll l-impatt tal-pubblikazzjoni fuq l-istabilità tas-sistema finanzjarja.
Artikolu 2 – Sanzjonijiet
L-Artikolu 2(4) jirreferi għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 2532/98, li ma għandhiex tapplika għall-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi relatati mal-kompiti superviżorji tal-BĊE. Għalhekk għandha tiżdied referenza għall-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjoni stabbilita fl-Artikolu 4b.
Artikolu 3 – Regoli proċedurali
Ir-referenza fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) għall-Bord Eżekuttiv bħala l-korp li għandu l-kompetenza biex jibda proċedura ta’ ksur għandha titħassar sabiex il-BĊE jkun jista’ jiddetermina, permezz ta’ regolament li għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 6(2), liema korp intern għandu jwettaq l-investigazzjoni ta’ ksur allegat. Il-kompetenza biex jiġu adottati deċiżjonijiet li jimponu sanzjoni għandha tibqa’ tal-Bord Eżekuttiv, soġġett għall-Artikolu 4b ġdid.
L-Artikolu 3(10) għandu jiġi emendat sabiex ma jirreferix biss għal kompiti fdati lis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali, iżda wkoll għal kompiti fdati lill-BĊE skont l-Artikolu 127(6) tat-Trattat. L-aħħar sentenza tal-Artikolu 3(10) għandha tiġi emendata sabiex tirrifletti wkoll il-kompetenza superviżorja ġdida tal-BĊE.
Artikolu 4a – Regoli speċifiċi li jirrigwardaw il-limiti massimi tas-sanzjonijiet imposti mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu
Il-limitu massimu ta’ penali finanzjarji amministrattivi li l-BĊE jista’ jimponi taħt l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament jaqbeż bil-kbir dak li huwa permessibbli taħt ir-Regolament (KE) Nru 2532/98. Din id-differenza ma titqisx li hija ġustifikabbli peress li ksur ta’ regolament jew deċiżjoni tal-BĊE mhuwiex neċessarjament inqas serju minn ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament. Għalhekk, il-penali amministrattivi kollha imposti mill-BĊE fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jaqgħu taħt is-superviżjoni tiegħu fi ħdan l-MSU għandhom ikunu soġġetti għall-istess limiti massimi. Il-limitu massimu għal ħlasijiet ta’ penali perjodiċi imposti mill-BĊE fil-qasam superviżorju għandu jkun emendat ukoll b’mod konformi mad-dispożizzjoni preċedenti.
B’riżultat ta’ dan, l-Artikolu 2(1) ma għandux japplika għal penali amministrattivi imposti mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu.
Artikolu 4b – Regoli proċedurali speċifiċi għal sanzjonijiet imposti mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu
L-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jistabbilixxi l-prinċipju ta’ separazzjoni, li permezz tiegħu l-kompiti mogħtija lill-BĊE mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 għandhom jiġu eżerċitati separatament mill-kompiti tal-politika monetarja u kwalunkwe kompitu ieħor tal-BĊE. Skont dan l-artikolu, ir-Regolament (KE) Nru 2532/98 għandu jiġi emendat sabiex jipprovdi għal proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li tinvolvi lill-Bord Superviżorju u lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE, b’mod konformi mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi fil-qasam superviżorju. Dan ikun konformi wkoll mal-Prinċipji Essenzjali għal Superviżjoni Bankarja Effettiva tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (7) u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-awtoritajiet li jimponu sanzjonijiet fuq l-entitajiet huma wkoll dawk li jagħmlu superviżjoni tagħhom.
Deċiżjoni biex tiġi imposta penali amministrattiva meħuda mill-Kunsill Governattiv fil-qasam superviżorju tkun soġġetta għal rieżami mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami, kif ipprovdut taħt l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, jekk persuna fiżika jew ġuridika titlob rieżami ta’ tali deċiżjoni, kemm-il darba tkun indirizzata lil jew tkun ta’ tħassib dirett u individwali għal dik il-persuna. Konsegwentement, ir-Regolament (KE) Nru 2532/98 għandu jiġi emendat sabiex jipprovdi għal proċedura ta’ rieżami li tinvolvi lill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami tal-BĊE, b’mod konformi mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi fil-qasam superviżorju.
Fid-dawl tal-preċedenti, l-Artikolu 3(1) sa (8) ma għandux japplika għal penali amministrattivi relatati mal-eżerċitar mill-BĊE tal-kompiti superviżorji tiegħu.
Artikolu 4c – Limiti ta’ żmien speċifiċi għal penali amministrattivi imposti fil-qasam superviżorju
Irriżulta li l-limiti ta’ żmien applikabbli għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ sanzjonijiet relatati mal-kompiti mhux superviżorji tal-BĊE jaħdmu sew, partikolarment minħabba s-sempliċità relattiva tal-investigazzjoni meħtieġa sabiex jiġi stabbilit jekk twettaqx ksur, eż. ksur tar-rekwiżiti ta’ riżerva minima, regoli dwar l-eliġibbiltà tal-kollateral, rekwiżiti ta’ rapportar statistiku, eċċ. Minħabba l-fatt li l-investigazzjonijiet ta’ ksur allegat fil-qasam superviżorju huma aktar kumplessi, is-setgħa li jiġu imposti u infurzati penali amministrattivi f’dak il-qasam għandha tkun soġġetta għal limiti ta’ żmien itwal minn dawk ipprovduti għal sanzjonijiet relatati ma’ kompiti mhux superviżorji. Dan huwa konformi wkoll mal-limiti ta’ żmien stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni. Peress li l-penali amministrattivi kollha li l-BĊE jista’ jimponi fuq impriżi fil-qasam superviżorju għandhom ikunu soġġetti għall-istess limiti ta’ żmien, kemm jekk dawn il-penali amministrattivi jirreferu għal ksur ta’ deċiżjoni jew regolament tal-BĊE jew ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, il-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 4c għandhom japplikaw għal kull penali amministrattiva imposta mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu.
Is-sospensjoni u l-interruzzjoni ta’ dawn il-limiti ta’ żmien għandha tiġi rregolata kif meħtieġ, waqt li jitqies ukoll il-fatt li jista’ jkun hemm sovrapożizzjoni bejn il-proċeduri ta’ ksur fil-qasam superviżorju u investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali li jkunu bbażati fuq l-istess fatti.
Fid-dawl tal-preċedenti, l-Artikolu 4 ma għandux japplika għal penali amministrattivi relatati mal-eżerċitar mill-BĊE tal-kompiti superviżorji tiegħu.
Rakkomandazzjoni għal:
“REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 132(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 34.3 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Waqt li jaġixxi skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 129(4) tat-Trattat u fl-Artikolu 41 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2532/98 (8) jispeċifika, skont l-Artikolu 34.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ‘il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), il-limiti u l-kundizzjonijiet li taħthom il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa intitolat li jimponi multi jew ħlasijiet ta’ penali perjodiċi fuq impriżi għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligi taħt ir-regolamenti u deċiżjonijiet tiegħu. |
|
(2) |
Il-BĊE applika r-Regolament (KE) Nru 2532/98 biex jimponi sanzjonijiet f’diversi oqsma tal-kompetenza tiegħu, inkluż b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Unjoni, it-tħaddim ta’ sistemi ta’ ħlas u l-ġbir ta’ informazzjoni statistika. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (9) jintitola lill-BĊE biex jimponi fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huwa jissorvelja: (a) penali finanzjarji amministrattivi meta dawn l-istituzzjonijiet jiksru xi rekwiżit skont il-liġi tal-Unjoni li hija applikabbli direttament; u (b) sanzjonijiet f’każ ta’ ksur ta’ regolament jew deċiżjoni tal-BĊE (minn hawn ‘il quddiem imsejħa konġuntament ‘penali amministrattivi’). |
|
(4) |
L-Artikolu 18(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jipprovdi li għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti mogħtija lilu b’dan ir-regolament, f’każ ta’ ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 2532/98. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jinkludi firxa wiesgħa ta’ dispożizzjonijiet li huma rilevanti direttament għas-setgħat tal-BĊE li jimponi penali amministrattivi relatati mal-kompiti superviżorji tiegħu. F’dan ir-rigward, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 huma f’kunflitt mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu identifikati r-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2532/98 li għandhom jiġu emendati sabiex jiġi stabbilit reġim koerenti li jirregola l-impożizzjoni ta’ penali mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji mogħtija lilu permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
|
(6) |
Il-BĊE għandu jippubblika deċiżjonijiet li jimponu penali finanzjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, kemm fl-oqsma superviżorji kif ukoll mhux superviżorji, sakemm dik il-pubblikazzjoni ma tkunx sproporzjonata, meta jitqies il-grad ta’ severità tal-penali finanzjarja amministrattiva jew tas-sanzjoni imposta fuq impriża, jew tippreġudika l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. |
|
(7) |
Il-limitu massimu ta’ multa li l-BĊE jista’ jimponi fuq impriża għal nuqqas ta’ konformità ma’ regolament jew deċiżjoni tal-BĊE fil-qasam superviżorju ma għandux ivarja mil-limitu massimu ta’ multa li l-BĊE jista’ jimponi fuq impriża għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, sabiex tiġi żgurata konsistenza fit-trattament ta’ ksur ugwalment serju. Il-multi kollha imposti mill-BĊE fil-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu għandhom għalhekk ikunu soġġetti għall-istess limiti massimi. |
|
(8) |
Il-BĊE għandu jkun jista’ jimponi ħlasijiet ta’ penali perjodiċi fuq impriżi sabiex iġiegħelhom jikkonformaw ma’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE fil-qasam superviżorju, jew sabiex itemm il-ksur kontinwat tagħhom. Il-limitu massimu ta’ ħlasijiet ta’ penali perjodiċi għandu jkun proporzjonat mal-limitu massimu ta’ multi applikabbli fil-qasam superviżorju. |
|
(9) |
L-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jistabbilixxi l-prinċipju ta’ separazzjoni, li permezz tiegħu l-BĊE jwettaq il-kompiti mogħtija lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 mingħajr preġudizzju għal u separatament mill-kompiti tal-politika monetarja u kwalunkwe kompitu ieħor. Sabiex jissaħħaħ dan il-prinċipju ta’ separazzjoni, ġie stabbilit Bord Superviżorju skont l-Artikolu 26 li, inter alia, huwa responsabbli għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fil-qasam superviżorju. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE huma, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 tiegħu, soġġetti għal reviżjoni mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami. Meta jitqies il-prinċipju ta’ separazzjoni u l-istabbiliment tal-Bord Superviżorju u tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami, għandom japplikaw żewġ proċeduri distinti: (a) meta l-BĊE jikkontempla l-impożizzjoni ta’ penali amministrattiva fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, għandhom jittieħdu deċiżjonijiet f’dan is-sens mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE fuq il-bażi ta’ abbozz sħiħ ta’ deċiżjoni mill-Bord Superviżorju u soġġett għal rieżami mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami; u (b) meta l-BĊE jikkontempla l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fl-eżerċitar tal-kompiti mhux superviżorji tiegħu, deċiżjonijiet f’dan is-sens jittieħdu mill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u soġġett għal rieżami mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE. |
|
(10) |
Minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni ta’ ksur fil-qasam superviżorju, is-setgħa li jiġu imposti u infurzati penali amministrattivi relatati mal-kompiti superviżorji tal-BĊE għandha tkun soġġetta għal limiti ta’ żmien itwal minn dawk ipprovduti għal sanzjonijiet relatati mal-kompiti mhux superviżorji tal-BĊE. Is-sospensjoni u l-interruzzjoni ta’ dawn il-limiti ta’ żmien għandhom ikunu rregolati kif meħtieġ, waqt li jitqies ukoll il-fatt li jista’ jkun hemm sovrapożizzjoni bejn il-proċeduri ta’ ksur fil-qasam superviżorju u investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali li jkunu bbażati fuq l-istess fatti. |
|
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2532/98 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament (KE) Nru 2532/98 huwa emendat skont kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 1huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
għandu jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej: ‘Artikolu 1a Prinċipji ġenerali u kamp ta’ applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-impożizzjoni mill-BĊE ta’ sanzjonijiet fuq impriżi għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn deċiżjonijiet jew regolamenti tal-BĊE, ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor espressament. 2. Ir-regoli li japplikaw għall-impożizzjoni mill-BĊE, fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, ta’ penali finanzjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u ta’ sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE (iktar ‘il quddiem imsejħa konġuntament “penali amministrattivi”) għandhom jidderogaw mir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 4 sal-punt stabbilit fl-Artikoli 4a sa 4c. 3. Il-BĊE jista’ jippubblika kull deċiżjoni li timponi fuq impriża penali finanzjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, kemm fl-oqsma superviżorji u mhux superviżorji, kemm jekk tali deċiżjoni tkun ġiet appellata jew le. Il-BĊE għandu jwettaq tali pubblikazzjoni b’mod konformi mal-liġi tal-Unjoni relevanti, irrispettivament minn kwalunkwe liġi jew regolament nazzjonali u, fejn il-liġi tal-Unjoni relevanti tkun komposta minn Direttivi, minn kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-Direttivi.’ |
|
3. |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit minn dan li ġej: ‘4. Kull meta l-ksur jikkonsisti minn nuqqas li jitwettaq dmir, l-applikazzjoni ta sanzjoni ma għandhiex teżenta lill-impriża mit-twettiq tagħha, ħlief jekk id-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 3(4) jew l-Artikolu 4b tiddikjara l-kontra b’mod espliċitu.’; |
|
4. |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
5. |
għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 4a sa 4c li ġejjin: ‘Artikolu 4a Regoli speċifiċi li jirrigwardaw il-limiti massimi tas-sanzjonijiet imposti mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu 1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(1), f’każ ta’ ksur relatat ma’ deċiżjonijiet u regolamenti adottati mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, il-limiti li fi ħdanhom il-BĊE jista’ jimponi multi u ħlasijiet ta’ penali perjodiċi għandhom ikunu skont kif ġej.
2. Għall-iskop tal-paragrafu 1: (a) “fatturat annwali” tfisser il-fatturat annwali ta’ persuna ġuridika, kif iddefinit fil-liġi tal-Unjoni relevanti, skont il-kontijiet finanzjarji annwali l-aktar reċenti li jkunu disponibbli ta’ dik il-persuna. Meta l-impriża tkun sussidjarja ta’ impriża parent, il-fatturat totali annwali relevanti għandu jkun il-fatturat totali annwali li jirriżulta mill-kontijiet finanzjarji annwali kkonsolidati l-aktar reċenti li jkunu disponibbli tal-impriża parent finali fil-grupp li jkun taħt is-superviżjoni tal-BĊE; (b) “fatturat medju ta’ kuljum” ifisser il-fatturat annwali, kif iddefinit taħt (a) iktar ‘il quddiem, diviż bi 365. Artikolu 4b Regoli proċedurali speċifiċi għal sanzjonijiet imposti mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu 1. B’deroga mill-Artikolu 3(1) sa (8), ir-regoli stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal ksur relatat ma’ deċiżjonijiet u regolamenti adottati mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu. 2. Wara li tkun twettqet il-proċedura ta’ ksur skont ir-regoli li għandhom jiġu stipulati mill-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 6(2), il-Bord Superviżorju għandu jipproponi lill-Kunsill Governattiv abbozz ta’ deċiżjoni sħiħ sabiex jimponi sanzjoni fuq l-impriża kkonċernata, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 26(8) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Qabel is-sottomissjoni mill-Bord Superviżorju ta’ abbozz ta’ deċiżjoni sħiħ lill-Kunsill Governattiv, għandha ssir seduta fir-rigward tal-ksur allegat tal-impriża. 3. L-impriża kkonċernata għandha jkollha d-dritt li titlob rieżami mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami tad-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Governattiv skont il-paragrafu 2, b’mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Artikolu 4c Limiti ta’ żmien speċifiċi għal penali amministrattivi imposti mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu 1. B’deroga mill-Artikolu 4, id-dritt li tittieħed deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva, fir-rigward ta’ ksur relatat ma’ atti relevanti tal-liġi tal-Unjoni li jkunu applikabbli direttament kif ukoll deċiżjonijiet u regolamenti adottati mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, għandu jiskadi ħames snin wara li jkun seħħ il-ksur jew, fil-każ ta’ ksur kontinwat, ħames snin wara li jkun intemm il-ksur. 2. Kull azzjoni meħuda mill-BĊE għall-finijiet tal-investigazzjoni jew proċeduri fir-rigward ta’ ksur għandha tikkawża l-interruzzjoni tal-limitu ta’ żmien stipulat fil-paragrafu 1. L-interruzzjoni tal-perjodu ta’ preskrizzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta l-azzjoni tiġi nnotifikata lill-entità taħt superviżjoni kkonċernata. Kull interruzzjoni għandha tikkawża li l-limitu ta’ żmien jerġa’ jibda mill-ġdid. Madankollu, il-limitu ta’ żmien ma għandux jeċċedi perjodu ta’ għaxar snin wara li jkun seħħ il-ksur jew, fil-każ ta’ ksur kontinwat, għaxar snin wara li jkun waqaf il-ksur. 3. Il-limiti ta’ żmien deskritti fil-paragrafi preċedenti jistgħu jiġu estiżi jekk: (a) deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tkun soġġetta għal reviżjoni quddiem il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami jew proċedimenti ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; jew (b) proċeduri kriminali jkunu pendenti kontra l-impriża kkonċernata b’rabta mal-istess fatti. F’każ bħal dan, il-limiti ta’ żmien deskritti fil-paragrafi preċedenti għandhom jiġu estiżi għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ sabiex isir rieżami tad-deċiżjoni mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami jew mill-Qorti tal-Ġustizzjajew sakemm jiġu konklużi l-proċeduri kriminali kontra l-impriża kkonċernata. 4. Kull azzjoni tal-BĊE li tkun ddisinjata biex tinforza l-ħlas jew it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ħlas taħt il-penali amministrattiva imposta għandha tikkawża l-interruzzjoni tal-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar. Id-dritt tal-BĊE li jinforza deċiżjoni għall-impożizzjoni ta’ penali amministrattiva għandu jiskadi ħames snin wara li tkun ittieħdet tali deċiżjoni. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali amministrattivi għandu jkun sospiż:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi [data].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha b’konformità mat-Trattat.”
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ April 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4) Il-Bank Ċentrali Ewropew kien issottometta qabel lill-Kunsill ir-Rakkomandazzjoni tiegħu BĊE/1998/9 għal Regolament tal-Kunsill (KE) dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU C 246, 6.8.1998, p. 9).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(3) Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.
(4) Artikolu 18(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.
(5) Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Ir-Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17. (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
(6) Ara eż. it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2012 tat-12 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura dwar multi imposti fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali (ĠU L 282, 16.10.2012, p. 23); l-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1); Artikolu 16(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 646/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u ħlasijiet penali perjodiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 29); Artikolu 36(b)(1) tar-Regolament (UE) Nru 513/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 30); Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008,p. 1); Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1); Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(7) Ara l-Prinċipju 1, u b’mod partikolari l-Kriterju Essenzjali 6(b), u l-Prinċipju 11, u b’mod partikolari l-Kriterju Essenzjali 7 tal-Prinċipji Bażiċi għal Superviżjoni Bankarja Effettiva tal-Kumitat ta’ Basel dwar Superviżjoni Bankarja, Settembru 2012, li t-tnejn li huma jeħtieġu sistema effettiva ta’ superviżjoni bankarja sabiex ikun hemm responsabbiltajiet u objettivi ċari għal kull awtorità involuta fis-superviżjoni ta’ banek u gruppi bankarji, inkluża s-setgħa għas-superviżur li jimponi firxa ta’ sanzjonijiet, u jeħtieġu wkoll li s-superviżur ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu firxa adegwata ta’ għodod superviżorji sabiex jittieħdu azzjonijiet korrettivi f’waqthom, inkluża l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fuq banek. Disponibbli fuq il-websajt tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq www.bis.org.
(8) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4).
(9) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/11 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-13 ta’ Mejju 2014
(2014/C 144/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3703 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
140,25 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4639 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,81395 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,9910 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2201 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,1300 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,404 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
303,33 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1854 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4313 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,8393 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4625 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4935 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,6222 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5850 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7167 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 401,13 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,1415 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,5375 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5890 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 783,63 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4377 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,984 |
|
RUB |
Rouble Russu |
47,8174 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
44,699 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,0359 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,7166 |
|
INR |
Rupi Indjan |
81,7015 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
14.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Mejju 2014
li taħtar membri u sostituti tal-Kumitat Pedjatriku biex jirrappreżentaw professjonisti tas-saħħa u assoċjazzjonijiet tal-pazjenti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 144/04)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 jirrikjedi li l-Kummissjoni taħtar rappreżentanti ta' professjonisti tas-saħħa u assoċjazzjonijiet tal-pazjenti għall-Kumitat Pedjatriku tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006, saret sejħa pubblika għal turija ta' interess mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew ġie kkonsultat dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet li waslu fil-qafas ta' din is-sejħa għal turija ta' interess. |
|
(3) |
Il-membri u s-sostituti tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin li jibda mill-1 ta’ Awwissu 2014. |
|
(4) |
Meta membru jew sostitut li jirrappreżenta professjonist tas-saħħa maħtur b'din id-deċiżjoni ma jibqax f'qagħda li jikkontribwixxi b'mod effiċjenti fil-ħidma tal-Kumitat, jew jirreżenja, il-Kummissjoni tista' tissostitwixxi lil dan il-membru mil-lista ta' riserva, għall-kumplament tal-mandat tal-membru, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Dawn li ġejjin huma permezz ta' dan maħtura membri u sostituti tal-Kumitat Pedjatriku, biex jirrappreżentaw il-professjonisti tas-saħħa għal terminu ta' tliet snin mill-1 ta’ Awwissu 2014:
— Membru: Riccardo Riccardi,
— Sostitut: Maria Grazia Valsecchi,
— Membru: Antje Neubert,
— Sostitut: Paolo Paolucci,
— Membru: Johannes Taminiau,
— Sostitut: Doina Plesca.
2. Dawn li ġejjin huma permezz ta' dan maħtura membri u sostituti tal-Kumitat biex jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti għal terminu ta' tliet snin mill-1 ta’ Awwissu 2014:
— Membru: Günther Auerswald,
— Supplent: Paola Baiardi,
— Membru: Michal Odermarsky
— Supplent: Milena Stevanovic,
— Membru: Tsvetana Schyns-Liharska,
— Supplent: Kerry Leeson-Beevers.
Artikolu 2
Dawn li ġejjin huma b’dan imqiegħda f’lista ta’ riżerva għal professjonisti tas-saħħa skont l-ordni tal-mertu:
|
— |
Maurizio Scarpa, |
|
— |
Jorrit Gerritsen. |
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President,
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/14 |
Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(2014/C 144/05)
Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika dwar l-iskadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal rieżami
It-talba ġiet ippreżentata fl-14 ta' Frar 2014 minn produtturi tax-xemgħat fl-UE (“l-applikanti”) li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom.
2. Prodott rieżaminat
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa xemgħat, kandiletti u bħalhom, ħlief xemgħat taċ-ċimiterju u xemgħat oħrajn ta' barra (“il-prodott rieżaminat”), li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 3406 00 00 u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
Għall-għanijiet ta’ dan ir-rieżami, “xemgħat taċ-ċimiterju u xemgħat oħrajn ta’ barra” tfisser xemgħat, kandiletti u bħalhom, li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin jew aktar:
|
(a) |
il-fjuwil tagħhom fih iktar minn 500 ppm ta’ toluwen; |
|
(b) |
il-fjuwil tagħhom fih iktar minn 100 ppm benżen; |
|
(c) |
għandhom ftila b’dijametru ta’ mill-inqas 5 mm; |
|
(d) |
huma individwalment ippakkjati f’kontenitur tal-plastik b’ħitan vertikali ta’ tul ta' mill-inqas 5 ċm. |
3. Miżuri eżistenti
Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 393/2009 (3).
4. Raġunijiet għar-rieżami
It-talba hija msejsa fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal biex ikun hemm kontinwazzjoni ta’ dumping kif ukoll rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
4.1. Allegazzjoni ta' probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping
Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”) titqies bħala pajjiż b'ekonomija mhux tas-suq, l-applikanti stabbilixxew valur normali għall-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat abbażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri l-Brażil. L-allegazzjoni ta' probabbiltà ta' kontinwazzjoni/rikorrenza ta' dumping hija msejsa fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott rieżaminat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping ikkalkulati għall-pajjiż ikkonċernat huma sinifikanti għas-segment ta’ volum għoli bi prezz baxx tal-prodott rieżaminat kif ukoll sehem sinifikanti għas-segment ta' livell għoli tal-prodott rieżaminat.
4.2. Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta' rikorrenza ta’ ħsara
L-applikanti jallegaw il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara.
L-applikanti ppreżentaw biżżejjed provi prima facie li, f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali tal-importazzjoni tal-prodott rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat għall-Unjoni, aktarx jiżdied b'livelli ta' prezzijiet dannużi. Dan jiġri minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata u l-potenzjal tal-faċilitajiet ta’ manifattura tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat. Fatturi oħrajn importanti huma l-eżistenza ta’ ostakoli kummerċjali għall-pajjiż ikkonċernat fl-Istati Uniti tal-Amerika u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni.
Fl-aħħar nett, l-applikanti jallegaw li t-tneħħija parzjali tal-ħsara seħħet prinċipalment minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet bi prezzijiet ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat x'aktarx twassal għal rikorrenza ta' ħsara għall-Industrija tal-Unjoni.
5. Proċeduri
Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ddeterminat li teżisti biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, u għalhekk tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
5.1. Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni/rikorrenza ta’ dumping
Il-produtturi esportaturi (4) tal-prodott rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.1.1. Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
(a)
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan ir-rieżami ta' skadenza, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ din in-notifika.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta' kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, jekk dan ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hi meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi li ntgħażlu għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu parti mill-kampjun, kull assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi magħrufa u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, għandhom jissottomettu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).
5.1.2. Proċedura addizzjonali marbuta mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-valur normali jkun determinat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq.
Fl-investigazzjoni preċedenti, il-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli fl-Unjoni ntużaw għall-għan tal-istabbiliment tal-valur normali rigward il-pajjiż ikkonċernat. Madankollu, għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni beħsiebha tuża lill-Brażil bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta' din l-għażla fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, fornituri oħrajn tal-Unjoni b’ekonomija tas-suq jistgħu jinsabu fost l-oħrajn fit-Tajlandja, fl-Istati Uniti tal-Amerika, fir-Repubblika Dominikana u fil-Malasja. Il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott investigat f’dawk il-pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq li hemm indikazzjonijiet dwarhom li l-produzzjoni tal-prodott investigat qed isseħħ.
5.1.3. L-investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati (5) (6)
Importaturi mhux relatati tal-prodott rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw f'din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta' importaturi mhux relatati involuti f'dan ir-rieżami ta' skadenza u sabiex titlesta l-investigazzjoni fit-termini perentorji statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta' kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta' importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.2. Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni/rikorrenza ta’ dumping — Investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott rieżaminat huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f'dan ir-rieżami ta' skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”).Il-kampjunar jitwettaq f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet proviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li huwa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta' kuntatt mogħtija fit-Taqsima 5.6 hawn taħt). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslu għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom ikunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu finalment intgħażlu biex jiġu inklużi fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.3. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta’ dumping u ta' ħsara, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma ta’ miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi jridu juru, fl-istess limitu ta' żmien, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi rieżaminat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta' żmien ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista' tingħata f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F'kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b'evidenza fattwali.
5.4. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-notifika, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna biex juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.5. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ għandha titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.6. Struzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan in-notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristretti” (7).
Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma mitlubin jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati bil-kliem “Għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu dettaljati biżżejjed sabiex is-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali tinftiehem b'mod raġonevoli. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ ma titqiesx.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti ta' prokuri u ta' ċertifikazzjoni skannjati, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra rreġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut huwa indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali li jiffunzjona u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma ssirx talba espliċita li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu permezz ta' mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|||
|
Directorate-General for Trade |
|||
|
Directorate H |
|||
|
Uffiċċju: N105 08/020 |
|||
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|||
|
BELGIQUE/BELGIË |
|||
|
6. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni
F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta' żmien stipulati, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk xi parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
In-nuqqas li tingħata tweġiba komputerizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih.
7. Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.
It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta' żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta jagħti wkoll l-opportunità li jsir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jkun jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti ta' reazzjoni dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ta' ħsara u l-interessi tal-Unjoni.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/degucht/contact/hearing-officer/
8. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Billi dan ir-rieżami ta' skadenza jingħata bidu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta' dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta' skadenza msemmi f'din in-notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
10. Proċessar ta' dejta personali
Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (8).
(1) ĠU C 270, 19.9.2013, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) ĠU L 119, 14.5.2009, p. 1.
(4) Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott rieżaminat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta' parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott rieżaminat.
(5) Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-noti 5 u 8 ta' qiegħ il-paġna tal-Annessi I u II ta’ din in-Notifika.
(6) Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista' tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħrajn ta' din l-investigazzjoni għajr kif jiġi stabbilit id-dumping.
(7) Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
ANNESS I
ANNESS II
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/24 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7235 — SPC/Cargill/Golden Compound JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 144/06)
|
1. |
Fit-2 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha: l-impriża SPC Sunflower Plastic Compound GmbH (“SPC”, il-Ġermanja), li hija kkontrollata minn U.S. Ukraine Support GmbH u Ulrich und Elke Meyer Invest GmbH (it-tnejn il-Ġermanja), u l-impriża Cargill GmbH (“Cargill”, il-Ġermanja), ikkontrollata mill-grupp ta’ intrapriżi Cargill Incorporated (USA) jiksbu, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt tal-impriża Golden Compound GmbH (“GC”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma: — għal SPC: l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta’ proċessi u ta’ teknoloġiji għall-manifattura ta’ bijomaterjali, — għal Cargill: il-manifattura u t-twassil ta’ prodotti kif ukoll il-forniment ta’ servizzi fil-qasam tal-oġġetti tal-ikel, l-agrikoltura, il-finanzi u l-industrija teknika, — għal GC: il-manifattura ta’ materjal ta’ plastik kompost minn bċejjeċ żgħar tal-plastik u qxur taż-żerriegħa tal-ġirasol kif ukoll ir-riċerka dwar l-iżvilupp ulterjuri tal-proċess ta’ manifattura. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Dawn jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ faks (+ 32 22964301), posta elettronika (COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu), jew bil-posta, bir-referenza M.7235 — SPC/Cargill/Golden Compound JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
14.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/25 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7225 — Allianz/Rei Investment/Fiumaranuova)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 144/07)
|
1. |
Fit-2 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bihom l-impriżi Rei Investment I B.V. (il-Pajjiżi l-Baxxi), propjetà ta’ ING Groep N.V. (“ING”, il-Pajjiżi l-Baxxi), u Allianz S.p.A. (l-Italja), ikkontrollata minn Allianz SE (“Allianz”. il-Ġermanja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Fiumaranuova S.r.l. (“Fiumaranuova”, l-Italja) permezz tax-xiri tal-ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+ 32 22964301) bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7225 — Allianz/Rei Investment/Fiumaranuova, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
14.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/26 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7248 — Cinven/Skandia)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 144/08)
|
1. |
Fit-2 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Heidelberg Leben Holding AG (il-Ġermanja), ikkontrollata bi sħiħ minn Cinven Capital Management (V) General Partner Limited (“Cinven”, Guernsey) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriżi Skandia Lebensversicherung AG (il-Ġermanja), Skandia Versicherung Management & Service GmbH (il-Ġermanja), Skandia Portfolio Management GmbH (il-Ġermanja), Skandia Pension Consulting GmbH (il-Ġermanja) u Skandia Austria Holding AG (l-Awstrija), il-ħamsa li huma kumpaniji fil-mira msejjħa “Skandia”, permezz tax-xiri tal-ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Cinven: negozju ta’ ekwità privata attiv fil-forniment ta’ servizzi ta’ mmaniġġar tal-investiment lil numru ta’ fondi tal-investiment, — għal Skandia: il-forniment ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u b’mod partikolari prodotti skont l-unità fil-Ġermanja u l-Awstrija. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7248 — Cinven/Skandia, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.