ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 142

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
12 ta' Mejju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 142/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 135, 5.5.2014

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 142/02

Kawża C-628/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Magna) tat-18 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Braunschweig – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra International Jet Management GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Artikolu 18 TFUE  — Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni eżerċitata minħabba n-nazzjonalità  — Titjiriet kummerċjali minn Stat terz li bħala destinazzjoni jkollhom Stat Membru  — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li t-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni li ma għandhomx liċenzja operattiva maħruġa minn dan l-Istat Membru għandhom jiksbu awtorizzazzjoni għal kull titjira li toriġina minn Stat terz)

2

2014/C 142/03

Kawża C-639/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu  — Reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur  — Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE  — Direttiva 70/311/KEE  — Direttiva 2007/46/KE  — Sewqan fuq il-lemin fi Stat Membru  — Obbligu, fid-dawl tar-reġistrazzjoni, li jitqiegħed fuq ix-xellug it-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni tal-vetturi tal-passiġġieri li jinsab fuq il-lemin)

3

2014/C 142/04

Kawża C-61/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Litwanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu  — Reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur  — Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE  — Direttiva 70/311/KEE  — Direttiva 2007/46/KE  — Sewqan fuq il-lemin fi Stat Membru  — Obbligu, fid-dawl tar-reġistrazzjoni, li jitqiegħed fuq ix-xellug it-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni tal-vetturi tal-passiġġieri li jinsab fuq il-lemin)

4

2014/C 142/05

Kawża C-139/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona vs Generalidad de Cataluña (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Sitt Direttiva tal-VAT  — Eżenzjonijiet  — Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-bejgħ ta’ titoli u li jinvolvu t-trasferiment tal-proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli  — Issuġġettar għal taxxa indiretta separata mill-VAT  — Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE  — Sitwazzjoni purament interna)

5

2014/C 142/06

Kawża C-167/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Employment Tribunal, Newcastle upon Tyne – Ir-Renju Unit) – C. D. vs S. T. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Politika soċjali  — Direttiva 92/85/KEE  — Miżuri intiżi li jinkoraġġixxu t-titjib tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema tqal, ħaddiema li jkunu welldu reċentement, jew ħaddiema li jkunu qegħdin ireddgħu  — Artikolu 8  — Omm prospettiva li kellha tarbija permezz ta’ ftehim ma’ omm surrogata  — Rifjut li jingħatalha leave tal-maternità  — Direttiva 2006/54/KE  — Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa  — Artikolu 14  — Trattament inqas favorevoli ta’ omm prospettiva fir-rigward tal-għoti ta’ leave tal-maternità)

6

2014/C 142/07

Kawża C-363/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-The Equality Tribunal – l-Irlanda) – Z vs A Government Department, the Board of Management of a Community School (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Politika soċjali  — Direttiva 2006/54/KE  — Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa  — Omm li tikkummissjona li kellha tarbija permezz ta’ ftehim ma’ omm surrogata  — Rifjut li jingħatalha leave mħallas ekwivalenti għal leave tal-maternità jew leave tal-adozzjoni  — Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbilità  — Direttiva 2000/78/KE  — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol  — Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq diżabbiltà  — Omm li tikkummissjona li ma jistax ikollha tarbija  — Eżistenza ta’ diżabbiltà  — Validità tad-Direttivi 2006/54 u 2000/78)

7

2014/C 142/08

Kawża C-427/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea [Rikors għal annullament  — Għażla tal-bażi legali  — Artikoli 290 TFUE u 291 TFUE  — Att iddelegat u att ta’ implementazzjoni  — Regolament (UE) Nru 528/2012  — Artikolu 80(1)  — Prodotti bijoċidali  — Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi  — Stabbilimenti tad-drittijiet mill-Kummissjoni]

8

2014/C 142/09

Kawża C-271/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Rousse Industry vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell  — Għajnuna mill-Istat  — Għajnuna mogħtija mir-Repubblika tal-Bulgarija fil-forma ta’ kanċellament ta’ debiti  — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha  — Kunċett ta’ għajnuna ġdida  — Obbligu ta’ motivazzjoni)

8

2014/C 142/10

Kawża C-19/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Duisburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Jannar 2014 – Ana-Maria Talasca, Angelina Marita Talasca vs Stadt Kevelaer

9

2014/C 142/11

Kawża C-43/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Diċembru 2013 – Ško–Energo s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství

9

2014/C 142/12

Kawża: C-45/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fis-27 ta’ Jannar 2014 – proċeduri kriminali kontra István Balázs u Dániel Papp

10

2014/C 142/13

Kawża C-46/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Jannar 2014 – Jürgen Kaiser vs Condor Flugdienst GmbH

10

2014/C 142/14

Kawża C-51/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Frar 2014 – Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

11

2014/C 142/15

Kawża C-52/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Frar 2014 – Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

12

2014/C 142/16

Kawża C-58/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Frar 2014 – Hauptzollamt Hannover vs Amazon EU Sàrl

13

2014/C 142/17

Kawża C-59/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Frar 2014 – Firma Ernst Kollmer Fleischimport und -export vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

13

2014/C 142/18

Kawża C-66/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Frar 2014 – Finanzamt Linz vs Bundesfinanzgericht, Außenstelle Linz

14

2014/C 142/19

Kawża C-67/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundessozialgericht (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Frar 2014 – Jobcenter Berlin Neukölln vs Nazifa Alimanovic et

14

2014/C 142/20

Kawża C-69/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Frar 2014 – Dragoș Constantin Târșia vs Statul român – prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere si Inmatriculare a Autovehiculelor

15

2014/C 142/21

Kawża C-72/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof ‘s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-10 ta’ Frar 2014 – X, konvenut: Directeur van het onderdeel Belastingregio Belastingdienst/X van de Rijksbelastingdienst

16

2014/C 142/22

Kawża C-74/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Frar 2014 – UAB Eturaset vs Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba

16

2014/C 142/23

Kawża C-79/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hannover (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Frar 2014 – TUIfly GmbH vs Harald Walter

17

2014/C 142/24

Kawża C-81/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Frar 2014 – Nannoka Vulcanus Industries BV vs College van gedeputeerde staten van Gelderland

17

2014/C 142/25

Kawża C-82/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione l-Italja) fis-17 ta’ Frar 2014 – Agenzia delle Entrate vs Nuova Invincibile

18

2014/C 142/26

Kawża C-83/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen săd Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Frar 2014 – CHEZ Razpredelenie Bălgaria AD vs Komisia za zashtita ot diskriminatsia

18

2014/C 142/27

Kawża C-86/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Granada (Spanja) fit-18 ta’ Frar 2014 – Marta León Medialdea vs Ayuntamiento de Huetor Vega

20

2014/C 142/28

Kawża C-89/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Frar 2014 – A2A SpA vs Agenzia delle Entrate

20

2014/C 142/29

Kawża C-92/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Câmpulung (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Frar 2014 – Liliana Tudoran, Florin Iulian Tudoran, Ilie Tudoran vs SC Suport Colect SRL

21

2014/C 142/30

Kawża C-94/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fis-27 ta’ Frar 2014 – Flight Refund Ltd vs Deutsche Lufthansa AG

22

2014/C 142/31

Kawża C-96/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Nîmes (Franza) fit-28 ta’ Frar 2014 – Jean-Claude Van Hove vs CNP Assurance SA

23

2014/C 142/32

Kawża C-97/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ Marzu 2014 – SMK Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága, Nemzeti Adó- és Vámhivatal

23

2014/C 142/33

Kawża C-98/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-3 ta Marzu 2014 – Berlington Hungary Tanácsadó és Szolgáltató Kft. et vs Magyar Állam

24

2014/C 142/34

Kawża C-103/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fl-4 ta’ Marzu 2014 – Jakutis u Kretingalės kooperatinė ŽŪB vs Nacionalinė mokėjimo agentūra prie Žemės ūkio ministerijos u Lietuvos valstybė

26

2014/C 142/35

Kawża C-106/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Marzu 2014 – FCD – Fédération des entreprises du commerce et de la distribution, FMB – Fédération des magasins de bricolage et de l’aménagement de la maison vs Ministre de l’écologie, du développement durable et de l’énergie

28

2014/C 142/36

Kawża C-111/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Marzu 2014 – GST-Sarviz AG Germania vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

28

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 142/37

Kawża T-46/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2014 – Faci vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni  — Akkordji  — Suq Ewropew ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri  — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE  — Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq kif ukoll ta’ klijenti u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva  — Prova ta’ aspett wieħed tal-ksur  — Multi  — Ugwaljanza fit-trattament  — Amministrazzjoni tajba  — Terminu raġonevoli  — Proporzjonalità)

30

2014/C 142/38

Kawża T-181/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2014 – Reagens vs Il-Kummissjoni [Aċċess għad-dokumenti  — Regolament (KE) Nru 1049/2001  — Dokumenti dwar it-talbiet ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ assenza ta’ kapaċità kontributtiva ta’ ċerti impriżi fil-kuntest ta’ proċedura fil-qasam tal-akkordji  — Rifjut ta’ aċċess  — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz  — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika  — Interess pubbliku superjuri  — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali  — Aċċess parzjali]

30

2014/C 142/39

Kawża T-306/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2014 – Yusef vs Il-Kummissjoni Politika barranija u ta’ sigurtà komuni  — Miżuri restrittivi meħuda kontra persuni u entitajiet marbuta ma’ Usama Bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban  — Regolament (KE) Nru 881/2002  — Iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ta’ persuna wara l-inklużjoni tagħha f’lista stabbilita minn korp tan-Nazzjonijiet Uniti  — Kumitat tas-sanzjonijiet  — Inklużjoni sussegwenti fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002  — Rifjut tal-Kummissjoni li tħassar din l-inklużjoni  — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni  — Drittijiet fundamentali  — Dritt għal smigħ, dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv u dritt għar-rispett tal-proprjetà

31

2014/C 142/40

Kawża T-539/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2014 – Deutsche Bank vs UASI (Leistung aus Leidenschaft) (Trade mark Komunitarja  — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Leistung aus Leidenschaft  — Trade mark li hija kkostitwita minn slogan ta’ reklamar — Raġunijiet assoluti għal rifjut  — Assenza ta’ karattru distintiv  — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009  — Ugwaljanza fit-trattament  — Obbligu ta’ motivazzjoni  — Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali)

32

2014/C 142/41

Kawża T-291/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2014 – Deutsche Bank vs UASI (Passion to Perform) [Trade mark Komunitarja  — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea  — Trade mark verbali Passion to Perform  — Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju  — Raġunijiet assoluti għal rifjut  — Assenza ta’ karattru distintiv  — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009  — Ugwaljanza fit-trattament]

33

2014/C 142/42

Kawżi magħquda T-534/12 u T-535/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2014 – Still vs UASI (Fleet Data Services) (Trade mark Komunitarja  — Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji figurattivi Fleet Data Services u Truck Data Services  — Raġuni assoluta għal rifjut  — Karattru deskrittiv  — Assenza ta’ karattru distintiv  — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009  — Dritt għal smigħ  — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

33

2014/C 142/43

Kawża T-81/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2014 – FTI Touristik vs UASI (BigXtra) [Trade mark Komunitarja  — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BigXtra  — Raġuni assoluta għal rifjut  — Assenza ta’ karattru distintiv  — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

34

2014/C 142/44

Kawża T-46/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2013 – Chrysamed Vertrieb vs UASI – Chrysal International (Chrysamed) (Trade mark Komunitarja  — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni  — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni  — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

34

2014/C 142/45

Kawża T-198/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2014 – Imax vs UASI – Himax Technologies (IMAX) (Trade mark Komunitarja  — Oppożizzjoni  — Irtirar tal-oppożizzjoni  — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

35

2014/C 142/46

Kawża T-62/14: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2014 – BR IP Holder vs UASI – Greyleg Investments (HOKEY POKEY)

35

2014/C 142/47

Kawża T-98/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2014 – Société Générale vs Il-Kummissjoni

36

2014/C 142/48

Kawża T-106/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2014 – Universal Utility International vs UASI (Greenworld)

37

2014/C 142/49

Kawża T-108/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – Burazer et vs L-Unjoni Ewropea

37

2014/C 142/50

Kawża T-109/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – Škugor et vs L-Unjoni Ewropea

38

2014/C 142/51

Kawża T-124/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2014 – Ir-Repubblika tal-Finlandja vs Il-Kummissjoni Ewropea

39

2014/C 142/52

Kawża T-125/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2014 – Gappol Marzena Porczyńska vs UASI – Gap (ITM) (GAPPol)

40

2014/C 142/53

Kawża T-134/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

40

2014/C 142/54

Kawża T-141/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill

41

2014/C 142/55

Kawża T-142/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill

42

2014/C 142/56

Kawża T-160/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Yingli Energy (China) et vs Il-Kunsill

43

2014/C 142/57

Kawża T-161/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Yingli Energy (iċ-Ċina) et vs Il-Kunsill

44

2014/C 142/58

Kawża T-166/14: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2014 – PRS Mediterranean vs UASI – Reynolds Presto Products (NEOWEB)

45

2014/C 142/59

Kawża T-172/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Stahlwerk Bous vs Il-Kummissjoni

46

2014/C 142/60

Kawża T-173/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – WeserWind vs Il-Kummissjoni

47

2014/C 142/61

Kawża T-174/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Dieckerhoff Guss vs Il-Kummissjoni

47

2014/C 142/62

Kawża T-175/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Walter Hundhausen vs Il-Kummissjoni

48

2014/C 142/63

Kawża T-176/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Georgsmarienhütte vs Il-Kummissjoni

49

2014/C 142/64

Kawża T-177/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Harz Guss Zorge vs Il-Kummissjoni

50

2014/C 142/65

Kawża T-178/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Friedrich Wilhelms-Hütte Eisenguss vs Il-Kummissjoni

51

2014/C 142/66

Kawża T-179/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Schmiedewerke Gröditz vs Il-Kummissjoni

52

2014/C 142/67

Kawża T-183/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Schmiedag vs Il-Kummissjoni

53

2014/C 142/68

Kawża T-186/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Atlantic Multipower Germany vs UASI – Nutrichem Diät + Pharma (NOxtreme)

53

2014/C 142/69

Kawża T-522/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2014 – Alfa-Beta Vassilopoulos vs UASI Henkel (AB terra Leaf)

54

2014/C 142/70

Kawża T-142/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2014 – Jinko Solar et vs Il-Parlament et

54

2014/C 142/71

Kawża T-435/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2014 – Triarii vs Il-Kummissjoni

55

2014/C 142/72

Kawża T-439/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Fard u Sarkandi vs Il-Kunsill

55

2014/C 142/73

Kawża T-466/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2014 – Hermann Trollius vs ECHA

55

2014/C 142/74

Kawża T-505/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2014 – Stichting Sona u Nao vs Il-Kummissjoni

55

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 142/75

Kawża F-8/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Marzu 2014 – CP vs Il-Parlament (Servizz pubbliku  — Uffiċjal  — Kap ta’ unità  — Perijodu ta’ prova  — Nuqqas ta’ konferma fil-funzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni  — Assenjazzjoni mill-ġdid f’funzjoni mhux amministrattiva  — Regoli interni tal-Parlament)

56

2014/C 142/76

Kawża F-32/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 – Walton vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku  — Membru tal-Persunal temporanju  — Allowance għall-firda  — Riżenja kkonstatata b’sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej  — Determinazzjoni tad-data tar-riżenja  — Awtorità ta’ res judicata  — Deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li saru definittivi fl-assenza ta’ rikorsi kontenzjużi  — Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura amministrattiva minn qabel  — Inammissibbiltà manifesta)

56

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/1


2014/C 142/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 135, 5.5.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 129, 28.4.2014

ĠU C 112, 14.4.2014

ĠU C 102, 7.4.2014

ĠU C 93, 29.3.2014

ĠU C 85, 22.3.2014

ĠU C 78, 15.3.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Magna) tat-18 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Braunschweig – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra International Jet Management GmbH

(Kawża C-628/11) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 18 TFUE - Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni eżerċitata minħabba n-nazzjonalità - Titjiriet kummerċjali minn Stat terz li bħala destinazzjoni jkollhom Stat Membru - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li t-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni li ma għandhomx liċenzja operattiva maħruġa minn dan l-Istat Membru għandhom jiksbu awtorizzazzjoni għal kull titjira li toriġina minn Stat terz))

2014/C 142/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Braunschweig

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

International Jet Management GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Oberlandesgericht Braunschweig – Interpretazzjoni tal-Artikolu 18 TFUE – Titjiriet kummerċjali minn Stat terz lejn Stat Membru – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li t-trasportaturi tal-ajru li ma għandhomx liċenzja maħruġa minn dan l-Istat għandhom jiksbu awtorizzazzjoni għal kull titjira li toriġina minn Stat terz – Multa imposta fuq trasportatur tal-ajru Komunitarju li ma osservax din il-leġiżlazzjoni

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 18 TFUE, li jistabbilixxi l-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità japplika għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-ewwel Stat Membru jeżiġi mingħand trasportatur tal-ajru, li għandu liċenzja operattiva maħruġa minn tieni Stat Membru li jikseb awtorizzazzjoni sabiex jidħol fl-ispazju tal-ajru tal-ewwel Stat Membri biex jagħmel titjiriet privati mhux skedati li ġejjin minn pajjiż terz u li bħala destinazzjoni jkollhom dan l-ewwel Stat Membri, għalkemm tali awtorizzazzjoni ma hijiex meħtieġa għat-trasportaturi tal-ajru li għandhom liċenzja operattiva maħruġa mill-imsemmi l-ewwel Stat Membru..

2)

L-Artikolu 18 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ l-ewwel Stat Membru li teżiġi, taħt piena ta’ multa fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tagħha, mingħand trasportatur tal-ajru li għandu liċenzja operattiva maħruġa minn tieni Stat Membru li jikseb awtorizzazzjoni sabiex jidħol fl-ispazju tal-ajru tal-ewwel Stat Membru sabiex jagħmel titjiriet privati mhux skedati li ġejjin minn pajjiż terz u li bħala destinazzjoni jkollhom dan l-ewwel Stat Membru, għalkemm tali awtorizzazzjoni ma hijiex meħtieġa għat-trasportaturi tal-ajru li għandhom liċenzja operattiva maħruġa minn dan l-ewwel Stat Membru, u li tissuġġetta l-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni ta’ dikjarazzjoni li tattesta li t-trasportaturi tal-ajru għandhom liċenzja maħruġa minn dan l-ewwel Stat Membru, jew ma kinux lesti sabiex joperaw dawn it-titjiriet, jew ma kinux f’kundizzjoni li joperawhom.


(1)  ĠU C 80, 17.03.2012


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-639/11) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur - Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE - Direttiva 70/311/KEE - Direttiva 2007/46/KE - Sewqan fuq il-lemin fi Stat Membru - Obbligu, fid-dawl tar-reġistrazzjoni, li jitqiegħed fuq ix-xellug it-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni tal-vetturi tal-passiġġieri li jinsab fuq il-lemin))

2014/C 142/03

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, G. Zavvos u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u R. Krasuckaitė, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 34 TFUE, tal-Artikolu 2a tad-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE, tat-8 ta’ Ġunju 1970, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni ta’vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 1, p. 90), kif ukoll tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, p. 1) – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi r-reġistrazzjoni ta’ vetturi li jinsaqu fuq il-lemin

Dispożittiv

1)

Billi ssuġġettat ir-reġistrazzjoni fit-territorju tagħha ta’ vetturi tal-passiġġieri li t-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni tagħhom jinsab fuq in-naħa tal-lemin, ġodda jew preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra, għaċ-ċaqlieq tal-isteering lejn in-naħa tax-xellug, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE, tat-8 ta’ Ġunju 1970, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru), kif ukoll l-Artikolu 34 TFUE.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 73, 10.03.2012


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Litwanja

(Kawża C-61/12) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur - Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE - Direttiva 70/311/KEE - Direttiva 2007/46/KE - Sewqan fuq il-lemin fi Stat Membru - Obbligu, fid-dawl tar-reġistrazzjoni, li jitqiegħed fuq ix-xellug it-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni tal-vetturi tal-passiġġieri li jinsab fuq il-lemin))

2014/C 142/04

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė, G. Wilms u G. Zavvos, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u R. Krasuckaitė, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: M. Linntam, aġent), Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: I. Kalniņš u A. Nikolajeva, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 34 TFUE, tal-Artikolu 2a tad-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE, tat-8 ta’ Ġunju 1970, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 1, p. 90) kif ukoll l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, p. 1) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri ġodda li jinstaqu fuq in-naħa tal-lemin minkejja l-konformità ta’ dawn il-vetturi mar-rekwiżiti stabbiliti mid-direttiva qafas u d-direttivi speċifiċi – Rifjut għar-reġistrazzjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri li jinstaqu fuq in-naħa tal-lemin preċedentement irreġistrati fi Stat Membru ieħor.

Dispożittiv

1)

Billi pprojbiet ir-reġistrazzjoni tal-vetturi tal-passiġġieri li l-isteering wheel tagħhom jinsab fuq in-naħa tal-lemin, u/jew billi rrikjediet, sabiex tirreġistra l-vetturi tal-passiġġieri, li t-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni tagħhom jinsab fuq in-naħa tal-lemin, ġodda jew irreġistrati preċedentement fi Stat Membru ieħor, li l-isteering wheel jiċċaqlaq lejn in-naħa tax-xellug, ir-Repubblika tal-Litwanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE, tat-8 ta’ Ġunju 1970, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru), kif ukoll l-Artikolu 34 TFUE.

2)

Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 118, 21.04.2012


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona vs Generalidad de Cataluña

(Kawża C-139/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-bejgħ ta’ titoli u li jinvolvu t-trasferiment tal-proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli - Issuġġettar għal taxxa indiretta separata mill-VAT - Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE - Sitwazzjoni purament interna))

2014/C 142/05

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona

Konvenuta: Generalidad de Cataluña

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal Supremo – Interpretazzjoni tal-Artikolu 13B(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) – Eżenzjoni tat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw sigurtajiet imsemmija fl-Artikolu 13B(d)(5) – Eċċezzjoni – Tranzazzjonijiet li jikkonċernaw il-bejgħ ta’ titoli u li jinvolvu t-trasferiment tal-proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-akkwist tal-maġġoranza tal-kapital ta’ kumpannija li l-attiv tagħha huwa prinċipalment magħmul minn proprjetajiet immobbli għal taxxa indiretta separata mill-VAT

Dispożittiv

Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE, tas-16 ta’ Diċembru 1991, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 108 tal-Liġi 24/1988 dwar is-suq tat-titoli (Ley 24/1988 del Mercado de Valores), tat-28 ta’ Lulju 1988, kif emendata bil-Liġi 18/91 dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi (Ley 18/1991 del Impuesto sobre la Renta de las Personas Físicas), tas-6 ta’ Ġunju 1991, li tissuġġetta l-akkwist tal-maġġoranza tal-kapital ta’ kumpannija, li l-attiv tagħha huwa essenzjalment ikkostitwit minn proprjetajiet immobbli, għal taxxa indiretta separata mit-taxxa fuq il-valur miżjud, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 174, 16.06.2012.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Employment Tribunal, Newcastle upon Tyne – Ir-Renju Unit) – C. D. vs S. T.

(Kawża C-167/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 92/85/KEE - Miżuri intiżi li jinkoraġġixxu t-titjib tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema tqal, ħaddiema li jkunu welldu reċentement, jew ħaddiema li jkunu qegħdin ireddgħu - Artikolu 8 - Omm prospettiva li kellha tarbija permezz ta’ ftehim ma’ omm surrogata - Rifjut li jingħatalha leave tal-maternità - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Artikolu 14 - Trattament inqas favorevoli ta’ omm prospettiva fir-rigward tal-għoti ta’ leave tal-maternità))

2014/C 142/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Employment Tribunal, Newcastle upon Tyne

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C. D.

Konvenuta: S. T.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Employment Tribunal Newcastle upon tyne – Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(1), 2(ċ), 8(1) u 11(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110) – Interpretazzjoni tal-Artikoli 14 u 2(1)(a) u (b), u (2)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, p. 23) – Projbizzjoni ta’ kull trattament inqas favorevoli ta’ mara relatat mat-tqala jew mal-leave tal-maternità fis-sens tad-Direttiva 92/85/KEE – Kamp ta’ applikazzjoni – Omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija permezz ta’ arranġament ma’ omm surrogata – Dritt għal leave tal-maternità

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Istati Membri ma humiex obbligati jawtorizzaw leave tal-maternità skont l-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva lil ħaddiema, fil-kwalità tagħha ta’ omm prospettiva li kellha tarbija permezz ta’ ftehim ma’ omm surrogata, inkluż meta hija tista’ tredda’ din it-tarbija wara t-twelid jew meta tkun qiegħda effettivament tredda’ tali tarbija.

2)

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) u (b) u l-Artikolu 2(2)(ċ) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, il-fatt li persuna li timpjega tirrifjuta li tawtorizza leave tal-maternità lil omm prospettiva li kellha tarbija permezz ta’ ftehim ma’ omm surrogata.


(1)  ĠU C 194, 30.06.2012.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-The Equality Tribunal – l-Irlanda) – Z vs A Government Department, the Board of Management of a Community School

(Kawża C-363/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Omm li tikkummissjona li kellha tarbija permezz ta’ ftehim ma’ omm surrogata - Rifjut li jingħatalha leave mħallas ekwivalenti għal leave tal-maternità jew leave tal-adozzjoni - Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbilità - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq diżabbiltà - Omm li tikkummissjona li ma jistax ikollha tarbija - Eżistenza ta’ diżabbiltà - Validità tad-Direttivi 2006/54 u 2000/78))

2014/C 142/07

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

The Equality Tribunal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Z

Konvenuti: A Government Department, the Board of Management of a Community School

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – The Equality Tribunal (l-Irlanda) – Interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 14 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, p. 23) – Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) – Omm bijoloġika li rrikorriet għal maternità sostituttiva – Persuna li tbati minn diżabbiltà fiżika li tipprekludiha milli twelled tarbija – Dritt għal leave tal-maternità

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2006/54/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 14 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, il-fatt ta’ rifjut li jingħata leave mħallas ekwivalenti għal leave tal-maternità lil ħaddiema, fil-kwalità tagħha ta’ omm li tikkummissjona li kellha tarbija permezz ta’ arranġament ma’ omm surrogata.

Is-sitwazzjoni ta’ tali omm li tikkummissjona f’dak li jikkonċerna l-għoti ta’ leave tal-maternità jew ta’ leave tal-adozzjoni ma taqax taħt din id-direttiva.

2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà, il-fatt li jkun irrifjutat l-għoti ta’ leave mħallas ekwivalenti għal leave tal-maternità jew għal leave tal-adozzjoni lil ħaddiema li ma jistax ikollha tarbija u li rrikorriet għal arranġament ma’ omm surrogata.

Il-validità ta’ din id-direttiva ma tistax tiġi evalwata fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà, iżda l-imsemmija direttiva għandha, sa fejn possibbli, tiġi interpretata b’mod konformi ma’ din il-konvenzjoni.


(1)  ĠU C 311, 13.10.2012


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-427/12) (1)

([Rikors għal annullament - Għażla tal-bażi legali - Artikoli 290 TFUE u 291 TFUE - Att iddelegat u att ta’ implementazzjoni - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Artikolu 80(1) - Prodotti bijoċidali - Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi - Stabbilimenti tad-drittijiet mill-Kummissjoni])

2014/C 142/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, C. Zadra u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u A. Troupiotis, aġenti); Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u I. Šulce, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, E. Ruffer u D. Hadroušek, aġenti); Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: V. Pasternak Jørgensen u C. Thorning, aġenti); Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u N. Rouam, aġenti); Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u M. Noort, aġenti); Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u M. J. Leppo, aġenti); Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Murrell u M. Holt, aġenti, assistiti minn de B. Kennelly, barrister)

Suġġett

Rikors għal annullament – Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, p. 1), sa fejn din id-dispożizzjoni tipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri li jistabbilixxu d-drittijiet pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi permezz ta’ att ta’ implementazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u mhux permezz ta’ att iddelegat skont l-Artikolu 290 TFUE – Għażla tal-bażi legali – Attribuzzjoni tas-setgħat leġiżlattivi li l-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jattribwixxi lill-Kummissjoni

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja, kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Rousse Industry vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-271/13 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika tal-Bulgarija fil-forma ta’ kanċellament ta’ debiti - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ “għajnuna ġdida” - Obbligu ta’ motivazzjoni))

2014/C 142/09

Lingwa tal-proċedura: il-Bulgaru

Partijiet

Appellanti: Rousse Industry (rappreżentanti: A Angelov u S Panov, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u D. Stefanov, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Marzu 2013, Rousse Industry vs Il-Kummissjoni (T-489/11) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-appellanti intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/706/UE, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28903 (C 12/10) (ex N 389/09) mogħtija mill-Bulgarija lil Rousse Industry (ĠU 2012, L 320, p. 27) – Għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kanċellament ta’ debiti – Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Ksur tar-regoli proċedurali li jippreġudika d-drittijiet tal-appellanti – Ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti Ġenerali

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Rousse Industry AD hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Duisburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Jannar 2014 – Ana-Maria Talasca, Angelina Marita Talasca vs Stadt Kevelaer

(Kawża C-19/14)

2014/C 142/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sozialgericht Duisburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ana-Maria Talasca, Angelina Marita Talasca

Konvenuta: Stadt Kevelaer

Domandi preliminari

a)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-Ktieb II tas-Sozialgesetzbuch huwa kompatibbli mad-dritt tal-Komunità Ewropea?

b)

Fil-każ ta’ risposta negattiva, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha temenda s-sitwazzjoni legali fis-seħħ jew inkella tirriżulta direttament sitwazzjoni legali ġdida u, f’dak il-każ, liema waħda?

c)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-Ktieb II tas-Sozialgesetzbuch għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm l-istituzzjonijiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jwettqu l-emenda leġiżlattiva (jekk ikun il-każ) neċessarja?


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Diċembru 2013 – Ško–Energo s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-43/14)

2014/C 142/11

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ško–Energo s.r.o.

Konvenuta: Odvolací finanční ředitelství

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KEE għandu jiġu interpretat fis-sens li jimpedixxi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali li jissuġġettaw l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet, matul il-perijodu rilevanti, għat-taxxa fuq id-donazzjonijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fis-27 ta’ Jannar 2014 – proċeduri kriminali kontra István Balázs u Dániel Papp

(Kawża: C-45/14)

2014/C 142/12

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Ítélőtábla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Akkużati: István Balázs u Dániel Papp

Parti oħra: Fővárosi Fellebbviteli Főügyészség

Domandi preliminari

Il-leġiżlazzjoni jew l-assenza ta’ leġiżlazzjoni dwar teħid ta’ proċeduri kriminali b’mod legali imsemmija fl-Artikolu 2 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali Ungeriż

1)

hija kuntrarja għall-implementazzjoni tad-“dritt għal rimedju effettiv u għal proċeduri imparzjali” stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

2)

twassal għal ksur tad-“dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat” imsemmi fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fl-Artikolu 14(7) tal-Ftehim Internazzjonali fuq id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950,

3)

u/jew il-“projbizzjoni ta’ l-abbuż ta’ dritt” imsemmi fl-Artikolu 54 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Jannar 2014 – Jürgen Kaiser vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-46/14)

2014/C 142/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Rüsselsheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jürgen Kaiser

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Domandi preliminari

Trasportatur tal-ajru għandu, sabiex ikun jista’ jinvoka l-possibbiltà ta’ eżonerazzjoni prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament [Nru 261/2004] (1), jallega u jipprova li huwa jkun ħa l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jevita l-konsegwenzi prevedibbli taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali fil-forma ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil jew li huwa ma kellux il-possibbiltà li jieħu tali miżuri raġonevoli?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Frar 2014 – Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

(Kawża C-51/14)

2014/C 142/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG

Konvenuti: Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1998/78 (1) jirregola b’mod definittiv is-sostituzzjoni taz-zokkor fil-qasam tal-kumpens għall-ispejjeż tal-ħażna u din id-dispożizzjoni ma tiffissax bħala kundizzjoni l-fatt li z-zokkor għas-sostituzzjoni għandu jkun maħdum minn produttur ieħor stabbilit fit-territorju tal-istess Stat Membru?

2.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1998/78 jipprovdi, li sabiex jinkiseb ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ħażna, iz-zokkor Ċ għas-sostituzzjoni jkun “materjalment mibdul” għand il-produttur taz-zokkor?

3.

Fil-każ li l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2670/81 (2) ikun applikabbli fil-każ tas-sostituzzjoni taz-zokkor: l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2670/81 jipprovdi li, sabiex jinkiseb ir-rimbors għall-ispejjeż tal-ħażna taz-zokkor, iz-zokkor Ċ għas-sostituzzjoni jkun “materjalment mibdul”?

4.

Sussidjarjament, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2670/81 hija nulla sa fejn teħtieġ li z-zokkor għas-sostituzzjoni jkun “maħdum minn manifattur [produttur] ieħor stabbilit fit-territorju ta’ l-istess Stat Membru”?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1998/78, tat-18 ta’ Awwissu 1978, li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż tal-ħażna taz-zokkor (ĠU L 231, p. 5).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/81, tal-14 ta’ Settembru 1981, li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni rigward il-produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 5, p. 85).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Frar 2014 – Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

(Kawża C-52/14)

2014/C 142/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG

Konvenuti: Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Domandi preliminari

1)

Fil-qasam tas-sospensjoni tal-preskrizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 (1) huma dawk li għandhom il-kompetenza fil-qasam tal-investigazzjoni jew tal-proċeduri legali, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk dawn akkordawx il-mezzi finanzjarji? L-att tal-investigazzjoni jew tal-proċeduri legali għandu jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura jew ta’ sanzjoni amministrattiva?

2)

Il-“persuna in kwistjoni” fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 tista’ tkun ukoll impjegat ta’ impriża li jkun instema’ bħala xhud?

3)

“[K]walsiasi att [...] notifikat lill-persuna in kwistjoni, li jkollha x’taqsam ma’ l-investigazzjoni jew proċeduri legali dwar l-irregolarità” [it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95] għandu jipprevedi żball konkret imwettaq mill-manifattur taz-zokkor fir-reġistrazzjoni tal-produzzjoni taz-zokkor (settijiet ta’ fatti), li normalment huwa previst jew ikkonstatat biss fl-ambitu ta’ investigazzjoni regolarment imwettqa fil-kuntest ta’ organizzazzjoni tas-swieq? Rapport finali li jagħlaq l-investigazzjoni jew li jevalwa r-riżultati tal-investigazzjoni, li fiha ma ssir ebda mistoqsija oħra fir-rigward ta’ ċerti fatti, jista’ wkoll ikun “att ta’ investigazzjoni” notifikat?

4)

Il-kunċett ta’ “irregolaritajiet ripetuti” fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 jeżiġi li l-atti jew l-ommissjonijiet ikklassifikati bħala irregolaritajiet ikollhom rabta kronoloġika stretta sabiex ikun jista’ jibqa’ jitqies li hemm “repetizzjoni”? Fil-każ ta’ risposta affermattiva: Din ir-rabta kronoloġika stretta tonqos, inter alia, minħabba li l-irregolarità fir-reġistrazzjoni ta’ kwantità ta’ zokkor isseħħ biss darba matul sena taz-zokkor u din tiġi ripetuta biss matul is-sena taz-zokkor ta’ wara jew sena sussegwenti?

5)

L-element ta’ repetizzjoni fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 jista’ ma jibqax jeżisti minħabba l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti, fid-dawl tal-kumplessità tal-fatti, ma ssuġġettawx lill-impriża għal investigazzjoni, skont il-każ għal investgazzoni regolari jew fid-dettall?

6)

Meta jibda jiddekorri t-terminu doppju ta’ preskrizzjoni ta’ 8 snin previst fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 fil-każ ta’ irregolaritajiet kontinwi jew repetuti? Dan it-terminu jibda jiddekorri fi tmiem kull att li għandu jitqies bħala irregolarità [l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament], jew fi tmiem l-aħħar att repetut [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament]?

7)

It-terminu dobbju ta’ 8 snin previst fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 jista’ jiġi sospiż b’atti ta’ investigazzjoni jew ta’ proċeduri legali mill-awtoritajiet kompetenti?

8)

Fil-preżenza ta’ settijiet ta’ fatti differenti li jinfluwenza l-evalwazzjoni tas-sussidji, it-termini ta’ preskrizzjoni li għandhom jiġu kkalkolati skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandhom jiġu ddeterminati b’mod distint għal kull sett ta’ fatti (irregolaritajiet)?

9)

Id-dekorrenza tat-terminu doppju ta’ preskrizzjoni fis-sens tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 tiddependi mill-għarfien li l-awtoritjaiet ikollhom tal-irregolaritajiet?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Frar 2014 – Hauptzollamt Hannover vs Amazon EU Sàrl

(Kawża C-58/14)

2014/C 142/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti fil-kassazzjoni: Hauptzollamt Hannover

Konvenuta fil-kassazzjoni: Amazon EU Sàrl

Domandi preliminari

1)

Id-deskrizzjoni tal-merkanzija tas-subintestatura 8543 7010 tan-Nomenklatura Magħquda (1) għandha tinftiehem fis-sens li jaqa’ taħt din is-subintestatura biss l-apparat li għandu esklużivament funzjonijiet ta’ traduzzjoni jew ta’ dizzjunarju?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, għandu jiġi kklassifikat ukoll taħt is-subintestatura 8543 7010 tan-Nomenklatura Magħquda l-apparat li l-funzjoni ta’ traduzzjoni jew ta’ dizzjunarju tiegħu ma hijiex sinjifikattiva meta mqabbla mal-funzjoni prinċipali tiegħu (il-funzjoni ta’ qari)?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nruo2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, fil-verżjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nruo861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nruo2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 284, p. 1).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Frar 2014 – Firma Ernst Kollmer Fleischimport und -export vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-59/14)

2014/C 142/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Firma Ernst Kollmer Fleischimport und -export

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domandi preliminari

1)

Meta l-ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju jiġi kkonstatat biss wara li jkun seħħ preġudizzju, l-irregolarità neċessarja sabiex jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 (1), iddefinita fl-Artikolu 1(2) tal-istess regolament, tippresupponi barra minn hekk, minbarra azzjoni jew ommissjoni min-naħa tal-operatur ekonomiku, li jkun ġie ppreġudikat il-baġit ġenerali tal-Unjoni jew il-baġits iġġestiti minnha, b’tali mod li t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri biss mill-mument li fih ikun seħħ il-preġudizzju, jew inkella t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mill-azzjoni jew mill-ommissjoni tal-operatur ekonomiku li tikkostitwixxi ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju, irrispettivament mill-mument li fih ikun seħħ il-preġudizzju?

2)

Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata r-risposta fis-sens li t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri biss mill-mument li fih ikun seħħ il-preġudizzju:

preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 iseħħ – fir-rigward tal-irkupru ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni mogħti b’mod definittiv – mill-mument li fih ammont ugwali għall-ħlas lura fuq l-esportazzjoni jkun tħallas lill-esportatur skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, mingħajr ma tkun għadha ġiet użata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, jew dan iseħħ biss fil-mument tal-użu tal-garanzija jew tal-għoti definittiv tal-ħlas lura fuq l-esportazzjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Frar 2014 – Finanzamt Linz vs Bundesfinanzgericht, Außenstelle Linz

(Kawża C-66/14)

2014/C 142/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Linz

Awtorità konvenuta: Bundesfinanzgericht, Außenstelle Linz

Intervenjenti: IFN-Holding AG, IFN Beteiligungs GmbH

Domandi preliminari

1.

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 107 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 87 KE) u tal-Artikolu 108(3) TFUE [li qabel kien l-Artikolu 88(3) KE] jipprekludu miżura nazzjonali li tipprevedi li, fil-kuntest tat-tassazzjoni ta’ grupp ta’ impriżi, għandu jsir deprezzament tal-valur kummerċjali tal-impriża (li jnaqqas il-valur taxxabbli u għaldaqstant l-ammont tat-tassazzjoni) wara l-akkwist ta’ sehem f’kumpannija residenti, meta, f’każijiet oħra ta’ tassazzjoni tad-dħul u tal-kumpanniji, wara l-akkwist ta’ parteċipazzjoni, tali deprezzament tal-valur kummerċjali tal-impriża ma huwiex awtorizzat?

2.

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 49 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 43 KE) u tal-Artikolu 54 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 48 KE) jipprekludu dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru li jipprevedu li, fil-kuntest tat-tassazzjoni ta’ grupp ta’ impriżi, għandu jsir deprezzament tal-valur kummerċjali tal-impriża wara l-akkwist ta’ sehem f’kumpannija residenti, meta, wara l-akkwist ta’ sehem f’kumpannija mhux residenti (b’mod partikolari f’kumpannija residenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni), ma jkunx possibbli li jsir tali deprezzament tal-valur kummerċjali tal-impriża?


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundessozialgericht (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Frar 2014 – Jobcenter Berlin Neukölln vs Nazifa Alimanovic et

(Kawża C-67/14)

2014/C 142/19

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Bundessozialgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jobcenter Berlin Neukölln

Konvenuti: Nazifa Alimanovic, Sonita Alimanovic, Valentina Alimanovic, Valentino Alimanovic

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1), japplika wkoll – bl-eċċezzjoni tal-esklużjoni tal-esportazzjoni tal-benefiċċji prevista fl-Artikolu 70(4) tal-imsemmi regolament – għall-benefiċċji speċjali li ma humiex kontributorji u li jingħataw fi flus fis-sens tal-Artikolu 70(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, restrizzjonijiet għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 permezz ta’ dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38/CE (2) li bis-saħħa tagħhom l-aċċess għal dawn il-benefiċċji ma jeżisti taħt l-ebda cirkustanza meta dritt ta’ residenza taċ-ċittadin tal-Unjoni fi Stat Membru ieħor jirriżulta unikament mill-għan ta’ tfittxija ta’ xogħol, huma possibbli u f’dak il-każ sa liema estent?

3)

L-Artikolu 45(2) TFUE, flimkien mal-Artikolu 18 TFUE, jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tirrifjuta, mingħajr eċċezzjoni, għat-tul tad-dritt ta’ residenza unikament għall-finijiet ta’ tfittxija ta’ xogħol u indipendentement minn rabta mal-Istat Membru ospitanti, liċ-ċittadini tal-Unjoni li bħala persuni li jkunu qed ifittxu xogħol jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu, benefiċċju soċjali li jservi sabiex jiġu ggarantiti l-mezzi tal-għajxien u li fl-istess waqt jiffaċilita wkoll l-aċċess għas-suq tax-xogħol?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).

(2)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Frar 2014 – Dragoș Constantin Târșia vs Statul român – prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere si Inmatriculare a Autovehiculelor

(Kawża C-69/14)

2014/C 142/20

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dragoș Constantin Târșia

Konvenuti: Statul român – prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere si Inmatriculare a Autovehiculelor

Domanda preliminari

L-Artikoli 17, 20, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ ċertezza legali stabbilit mid-dritt Komunitarju [tal-Unjoni] u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jiġu interpretati bħala li jipprekludu leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 21(2) tal-Liġi Nru 554/2004 li jipprovdi għal reviżjoni interna ta’ sentenzi ta’ qrati nazzjonali mogħtija esklużivament fi kwistjonijiet kontenzjużi amministrattivi bi ksur tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt Komunitarju [tal-Unjoni] u li ma jippermettux il-possibbiltà li jirrevedu deċiżjonijiet ta’ qrati nazzjonali mogħtija f’kuntesti li ma humiex proċeduri kontenzjużi amministrattivi (ċivili, kriminali) fil-każ ta’ ksur tal-istess prinċipju ta’ supremazija tad-dritt Komunitarju [tal-Unjoni] f’dawn is-sentenzi?


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof ‘s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-10 ta’ Frar 2014 – X, konvenut: Directeur van het onderdeel Belastingregio Belastingdienst/X van de Rijksbelastingdienst

(Kawża C-72/14)

2014/C 142/21

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof ‘s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Directeur van het onderdeel Belastingregio Belastingdienst/X van de Rijksbelastingdienst

Domandi preliminari

1)

Fis-sentenza Fitzwilliam (1), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ċertifikat E101 maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru huwa meħtieġ fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali ta’ Stati Membri oħra, anki fil-każ fejn dan iċ-ċertifikat ma jkunx materjalment eżatt. Din il-konklużjoni tapplika wkoll f’każijiet bħal dan, fejn ir-regoli ta’ deżinjazzjoni tar-Regolament (2) ma japplikawx?

2)

Għall-finijiet tar-risposta għal din id-domanda, għandu impatt il-fatt li l-istituzzjoni kompetenti, li ma kellhiex l-intenzjoni li toħroġ ċertifikat E101, madankollu użat, għal raġunijiet amministrattivi, konxjament u intenzjonalment, dokumenti li kienu jippreżentaw ruħhom, mill-forma u mill-kontenut tagħhom, bħala ċertifikati E101, filwaqt li l-persuna interessata kienet taħseb u setgħet raġonevolment taħseb li kisbet tali ċertifikat?


(1)  Sentenza tal-10 ta’ Frar 2000, FTS (C-202/97, Ġabra p. I-883).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Frar 2014 – UAB “Eturas”et vs Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba

(Kawża C-74/14)

2014/C 142/22

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Eturas”et

Konvenuta: Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba

Terzi intervenjenti fil-proċedura: UAB “Aviaeuropa”, UAB “Grand Voyage”, UAB “Kalnų upė”, UAB “Keliautojų klubas”, UAB “Smaragdas travel”, UAB “700LT”, UAB “Aljus ir Ko”, UAB “Gustus vitae”, UAB “Tropikai”, UAB “Vipauta”, UAB “Vistus”

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ fejn operaturi ekonomiċi jipparteċipaw f’sistema ta’ informazzjoni komuni bħal dik deskritta f’dan il-każ u fejn il-Kunsill għall-kompetizzjoni jipprova li avviż tas-sistema fuq limitazzjoni tal-iskontijiet ixxandar fi ħdan din is-sistema u restrizzjoni teknika stabbilita għad-dħul informatiku tar-rata tal-iskontijiet, jista’ jiġi preżunt li dawn l-operaturi kienu jafu jew kellhom neċessarjament ikunu jafu bl-avviż imxandar u li, billi ma opponewx ruħhom għal-limitazzjoni tal-iskontijiet imwettqa, huma qablu magħha b’mod taċitu, u dan jippermetti li huma jinżammu responsabbli għal prattika mifthiema fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE?

2)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, liema huma l-fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi deċiż jekk operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw f’sistema komuni ta’ informazzjoni f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jipparteċipawx fi prattika miftiehma fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE?


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hannover (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Frar 2014 – TUIfly GmbH vs Harald Walter

(Kawża C-79/14)

2014/C 142/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TUIfly GmbH

Konvenut: Harald Walter

Domandi preliminari

I.

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament ikopri wkoll “tluq antiċipat” mhux imħabbar ta’ titjira bil-konsegwenza li l-passiġġieri ma jkunux jistgħu jieħdu t-titjira inkwistjoni?

II.

Ir-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5, il-kawża tad-dewmien ma hijiex deċiżiva?

III.

L-għan tar-Regolament, jiġifieri l-kumpens għad-dannu li jirriżulta minn telf ta’ ħin, huwa wkoll affettwat meta l-passiġġier jasal iktar kmieni u meta l-ħin li huwa jkollu qabel it-titjira jiġi affettwat b’dan il-mod?

IV.

L-assenza ta’ komunikazzjoni li l-ħin tat-titjira ġie antiċipat, li kellha bħala konsegwenza li l-post tal-vaganzi ntlaħaq iktar tard milli previst, twassal għall-applikazzjoni tar-Regolament?

V.

L-għan tar-Regolament ta’ livell għoli ta’ protezzjoni għandu jkollu l-konsegwenza li l-passiġġier ikun protett minn kull restrizzjoni tal-ħin fid-dispożizzjoni tiegħu, u dan ukoll fir-rigward ta’ tluq antiċipat?


(1)  Regolament (KE) Nruo261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Frar 2014 – Nannoka Vulcanus Industries BV vs College van gedeputeerde staten van Gelderland

(Kawża C-81/14)

2014/C 142/24

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nannoka Vulcanus Industries BV

Konvenuta: College van gedeputeerde staten van Gelderland

Domandi preliminari

1)

L-Anness II B tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE, tal-11 ta’ Marzu 1999, dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiku f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li operatur ta’ stallazzjonijiet li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi preżunt kontenut kostanti ta’ solidi, u jintuża dan il-kontenut sabiex jiġi definit il-punt ta’ riferiment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, għandu jkun jista’, meta l-prodotti ta’ sostituzzjoni li jkunu jinkludu ftit jew ebda solventi jkunu għadhom qed jiġi żviluppati, jibbenefika minn estensjoni tat-terminu għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ tnaqqis tiegħu, b’deroga mill-perijodu stabbilit fl-imsemmi anness?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 1:

2)

Estensjoni tat-terminu għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet, kif prevista mill-Anness II B tad-Direttiva 1999/13, tirrikjedi t-twettiq ta’ att partikolari mill-operatur tal-istallazzjonijiet ikkonċernati jew awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti?

3)

Abbażi ta’ liema kriterji jista’ jiġi stabbilit it-tul tal-estensjoni tat-terminu previst fl-Anness II B tad-Direttiva 1999/13?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4 , p. 118.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione l-Italja) fis-17 ta’ Frar 2014 – Agenzia delle Entrate vs Nuova Invincibile

(Kawża C-82/14)

2014/C 142/25

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Entrate

Konvenuta: Nuova Invincibile

Domanda preliminari

Miżura (bħall-amnestija fiskali prevista fl-Artikolu 9(17) tal-Liġi Nru 289/2002, li tirrigwarda perijodi mbiegħda u li hija intiża sabiex tikkumpensa, sa ċertu punt, lil persuni milquta minn katastrofi naturali) li għandha effett fuq is-somom globali riċevuti (jew li għandhom jiġu riċevuti) wara l-applikazzjoni tal-VAT taqa’ jew ma taqax taħt il-projbizzjoni li fuqha hija bbażata s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta’ Lulju 2008 fil-Kawża C-132/06?


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen săd Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Frar 2014 – CHEZ Razpredelenie Bălgaria AD vs Komisia za zashtita ot diskriminatsia

(Kawża C-83/14)

2014/C 142/26

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen săd Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CHEZ Razpredelenie Bălgaria AD

Konvenuta: Komisia za zashtita ot diskriminatsia

Partijiet oħra fil-proċedura: Anelia Nikolova u Dărzhavna komisia za energiyno i vodno regulirane

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “etniċità”, użat fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (1), u l-kunċett ta’ “oriġini etnika”, użat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkopru grupp kompatt ta’ ċittadini Bulgari ta’ oriġini Roma bħal dawk li jgħixu fiż-żona “Gizdova mahala” f’Dupnitsa?

2)

Il-kunċett ta’ “sitwazzjoni komparabbli” fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/43 huwa applikabbli fid-dawl tal-fatti fil-kawża prinċipali, fejn l-istrumenti għal kejl kummerċjali huma installati, f’żoni Roma, f’għoli ta’ bejn sitt u seba’ metri, meta normalment, f’żoni oħra fejn ma hemmx popolazzjoni kompatta ta’ Roma, jiġu installati f’għoli ta’ inqas minn żewġ metri?

3)

L-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-installazzjoni, f’żoni Roma, ta’ strumenti għal kejl kummerċjali f’għoli ta’ bejn sitt u seba’ metri, tikkostitwixxi trattament inqas favorevoli tal-popolazzjoni ta’ oriġini Roma meta mqabbla mal-popolazzjoni ta’ oriġini etnika differenti?

4)

Jekk dan huwa trattament inqas favorevoli, id-dispożizzjoni msemmija għandha tiġi interpretata fis-sens li, fid-dawl tal-fatti fil-kawża prinċipali, dan it-trattament huwa dovut kompletament jew parzjalment għall-fatt li hija involuta l-etniċità Roma?

5)

Dispożizzjoni nazzjonali bħalma huwa l-punt 7 tal-paragrafu 1 tad-dispożizzjonijiet komplementari tal-Liġi dwar il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjonijiet (Zakon za zashtita ot diskriminatsia, iktar ’il quddiem iz-“ZZD”), li jipprovdi li kull aġir (att jew ommissjoni) li jippreġudika direttament jew indirettament id-drittijiet jew l-interessi leġittimi jikkostitwixxi “trattament sfavorevoli”, hija kompatibbli mad-Direttiva 2000/43?

6)

Il-kunċett ta’ “prattika apparentement newtrali” fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43 japplika għall-prattika tal-kumpannija CHEZ Razpredelenie Bălgaria AD li tinvolvi t-tqegħid ta’ strumenti ta’ kejl kummerċjali f’għoli ta’ bejn sitt u seba’ metri? L-avverbju “apparentement” għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prattika tkun manifestament newtrali jew inkella fis-sens li l-prattika tidher newtrali biss prime facie, jiġifieri, fi kliem ieħor, li hija newtrali biss fl-apparenza?

7)

Sabiex ikun hemm każ ta’ diskriminazzjoni indiretta fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43, huwa meħtieġ li l-prattika newtrali tqiegħed lill-persuna f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ partikolari minħabba karatteristika personali marbuta mar-razza jew mal-oriġini etnika, jew inkella huwa biżżejjed li din il-prattika tikkonċerna lil persuni ta’ oriġini etnika partikolari? F’dan is-sens, dispożizzjoni nazzjonali bħalma hija l-Artikolu 4(3) taz-ZZD, li jipprovdi li diskriminazzjoni indiretta tikkonsisti f’li persuna titqiegħed f’sitwazzjoni iktar sfavorevoli minħabba l-karatteristiċi personali msemmija fil-paragrafu 1 (inkluża l-etniċità), hija kompatibbli mal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43?

8)

Kif għandhom jiġu interpretati l-kliem “żvantaġġ partikolari” fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43? Dan il-kunċett huwa analogu għal dak ta’ “trattament inqas favorevoli” fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-direttiva msemmija, jew inkella jikkonċerna biss każijiet ta’ inugwaljanza gravi, flagranti u partikolarment sinjifikattivi? Il-prattika deskritta f’dan il-każ tikkostitwixxi żvantaġġ partikolari? Jekk il-każ ta’ persuna mqiegħda f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ ma huwiex każ gravi, flagranti u partikolarment sinjifikattiv, dan huwa biżżejjed sabiex jiġġustifika l-assenza ta’ diskriminazzjoni diretta (mingħajr ma tiġi eżaminata l-kwistjoni ta’ jekk il-prattika inkwistjoni hijiex iġġustifikata, xierqa u neċessarja sabiex jintlaħaq għan leġittimu)?

9)

L-Artikolu 4(2) u (3) taz-ZZD, li jeżiġi “trattament iktar sfavorevoli” sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni diretta, kif ukoll il-“fatt li dak li jkun jitqiegħed f’sitwazzjoni iktar sfavorevoli” sabiex tiġi stabbilita diskriminazzjoni diretta, mingħajr ma jagħmel distinzjoni fuq il-bażi tal-gravità tad-diversi trattamenti sfavorevoli, kif tagħmel id-Direttiva 2000/43, huwa kompatibbli mal-Artikolu 2(2)(a) u (b) ta’ din id-direttiva?

10)

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prattika kontenzjuża ta’ CHEZ hija oġġettivament iġġustifikata sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tan-network ta’ trasport tal-elettriku u tal-kontroll adegwat tal-konsum tal-enerġija elettrika? Din il-prattika hija xierqa wkoll fid-dawl tal-obbligu tal-konvenuta li tiggarantixxi l-aċċess liberu tal-klijenti għall-indikazzjonijiet tal-meters tal-elettriku? Din il-prattika hija neċessarja sa fejn hemm mezzi oħra sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-istrumenti ta’ kejl kummerċjali, mezzi li huma aċċessibbli teknikament u finanzjarjament u li huma magħrufa permezz ta’ artikli li dehru fil-mezzi ta’ komunikazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Granada (Spanja) fit-18 ta’ Frar 2014 – Marta León Medialdea vs Ayuntamiento de Huetor Vega

(Kawża C-86/14)

2014/C 142/27

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Granada

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marta León Medialdea

Konvenut: Ayuntamiento de Huetor Vega

Domandi preliminari

1)

Il-ħaddiem għal żmien indeterminat mhux permanenti, kif iddefinit mil-liġi u mill-ġurisprudenza Spanjola, huwa, skont id-definizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (1), ħaddiem għal żmien determinat?

2)

Interpretazzjoni u applikazzjoni tad-dritt intern mill-qorti nazzjonali fejn skont dawn, fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat frawdolenti fis-settur pubbliku, mibdula f’kuntratti għal żmien indeterminat mhux permanenti, l-amministrazzjoni tista’ timla jew telimina l-pożizzjoni unilateralment mingħajr ma tagħti ebda kumpens lill-ħaddiem u mingħajr ma jiġu previsti miżuri oħra li jillimitaw l-użu abbużiv tal-kuntratti għal żmien determinat huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni?

3)

Tali attitudni tal-amministrazzjoni hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni jekk, meta hija tiddeċiedi li timla jew telimina l-pożizzjoni, hija tagħti l-kumpens previst għall-waqfien ta’ kuntratti għal żmien determinat regolarment konklużi?

4)

Tali attitudni tal-amministrazzjoni hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni jekk, meta hija tiddeċiedi li timla jew telimina l-pożizzjoni, hija kellha tirrikori għall-proċeduri u għar-raġunijiet previsti għat-tkeċċijiet minħabba raġunijiet oġġettivi, bl-għoti tal-istess kumpens?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Frar 2014 – A2A SpA vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-89/14)

2014/C 142/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A2A SpA

Konvenuta: Agenzia delle Entrate.

Domanda preliminari

L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1) u l-Artikoli 9, 11 u 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 659/1999 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, fir-rigward tal-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat sussegwentement għal deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata fis-7 ta’ Ġunju 2002, li l-interessi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 (u b’mod partikolari tal-Artikoli 9 u 11 tiegħu), billi għalhekk tiġi applikata rata ta’ interessi bbażata fuq is-sistema tal-interessi komposti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8,Vol. 1, p. 339.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8,Vol. 4, p. 3).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Câmpulung (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Frar 2014 – Liliana Tudoran, Florin Iulian Tudoran, Ilie Tudoran vs SC Suport Colect SRL

(Kawża C-92/14)

2014/C 142/29

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Câmpulung

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Liliana Tudoran, Florin Iulian Tudoran, Ilie Tudoran

Konvenuta: SC Suport Colect SRL

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), u tad-Direttiva Nru 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2), huma applikabbli għal kuntratt ta’ kreditu konkluż fil-5 ta’ Ottubru 2006, qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, iżda li għadu jipproduċi effetti llum ’il ġurnata peress li d-dispożizzjonijiet tiegħu ġew implementati attwalment wara trasferimenti sussegwenti tal-kreditu previst fil-kuntratt imsemmi?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, klawżoli bħal dawk dwar is-“servizz tad-dejn ta’ min jissellef” b’riferiment għall-eżistenza ta’ dewmien ta’ ħlas mid-debitur, kif ukoll dawk dwar iż-żieda tal-interessi wara sena, data li b’effett minnha l-interessi jkunu kkostitwiti mir-rata ta’ referenza varjabbli tal-Banca Commercială Româna, kif indikata fis-sede tal-bank, miżjuda b’1,90 [punti perċentwali], jistgħu jitqiesu bħala inġusti fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

3)

Il-prinċipju tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet mogħtija lill-individwi mid-dritt tal-Unjoni, kif iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 120 tad-Digriet b’urġenza Nru 99, ta’ Diċembru 2006, dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-livelli adegwati ta’ kapital, li tirrikonoxxi bħala titolu eżekuttiv kuntratt ta’ self bankarju konkluż fl-assenza ta’ forma awtentika u mingħajr ebda possibbiltà għal min jissellef li jinnegozja l-klawżoli tiegħu, u li bis-saħħa tiegħu, wara verifika sommarja u l-kisba ta’ awtorizzazzjoni sabiex jiġi infurzat fil-kuntest ta’ proċedura mhux kontenzjuża li ftit li xejn tagħti l-possibbiltà lill-qorti li tistħarreġ il-portata tal-kreditu, il-marixxall tal-qorti jista’ jipproċedi bl-infurzar fuq il-beni tad-debitur?

4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħalma huma l-Artikoli 372 et seq ta’ dak li kien il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, li tippermetti lill-kreditur jitlob l-eżekuzzjoni ta’ prestazzjoni li tirriżulta minn klawżoli kuntrattwali inġusti billi tiġi eżegwita l-garanzija fuq proprjetà immobbli permezz tal-bejgħ tal-immobbli minkejja l-oppożizzjoni min-naħa tal-konsumatur, mingħajr ma l-imsemmija klawżoli kuntrattwali ma kienu eżaminati minn qorti indipendenti?

5)

L-eżistenza fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dispożizzjoni, bħalma huwa l-Artikolu 120 tad-Digriet b’urġenzu Nru 99, ta’ Diċembru 2006, dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-livelli adegwati ta’ kapital, li tirrikonoxxi bħala titolu eżekuttiv kuntratt ta’ self bankarju, hija ta’ natura li tippreġudika l-libertà ta’ stabbiliment prevista fl-Artikolu 49 [TFUE], kif ukoll il-libertà li jiġu pprovduti servizzi prevista fl-Artikolu [56] TFUE, sa fejn tiddiswadi liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea milli jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru fejn kuntratt bankarju konkluż minn istituzzjoni privata jingħata l-istess valur bħal titolu eżekuttiv li jammonta għal deċiżjoni ġudizzjarja?

6)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għad-domandi preċedenti, il-qorti nazzjonali tista’ tqajjem ex officio n-natura mhux eżekuttiva ta’ tali titolu li bis-saħħa tagħha jiġi infurzat kreditu previst f’tali kuntratt?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU L 133 p. 66.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fis-27 ta’ Frar 2014 – Flight Refund Ltd vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-94/14)

2014/C 142/30

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Flight Refund Ltd.

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domandi preliminari

1)

Huwa possibbli li talba għal kumpens ibbażata fuq l-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal titressaq fil-kuntest tal-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea?

2)

Fir-rigward ta’ talba għal kumpens ibbażata fuq l-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal, il-ġurisdizzjoni ta’ nutar – assimilat għal qorti nazzjonali – awtorizzat li joħroġ ordni ta’ ħlas Ewropea u, wara li jkun hemm proċedura kontenzjuża mibdija fuq dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni mressqa mill-konvenut, il-ġurisdizzjoni ġudizzjarja, huma ddeterminati mir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1896/2006”), fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 44/2001”), u/jew mill-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjoni bl-ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Montréal”)? Dawn id-dispożizzjonijiet legali kif jirrelataw ma xulxin?

3)

Fil-każ fejn ir-reġoli ta’ ġurisdizzjoni previsti fil-Konvenzjoni ta’ Montréal jieħdu l-preċedenza, l-applikant jista’, anki fl-assenza ta’ kull element ta’ rabta supplimentari, iressaq it-talba tiegħu, skont l-għażla tiegħu, quddiem qorti stabbilita fit-territorju ta’ Stat Parti, jew inkella l-qorti li quddiemha huwa jressaq it-talba għandha jkollha l-ġurisdizzjoni territorjali abbażi tar-regoli proċedurali tal-Istat Membru li taħtu taqa’?

Barra minn hekk, kif għandha tiġi interpretata r-regola li tipprovdi għal għażla tal-ġurisdizzjoni prevista fil-Konvenzjoni ta’ Montréal, li ssemmi l-qorti tal-post fejn it-trasportatur għandu post tan-negozju li permezz tiegħu sar il-kuntratt?

4)

Ordni ta’ ħlas Ewropea li nħarġet bi ksur tal-għan tar-Regolament jew minn awtorità li ma għandiex ġurisdizzjoni ratione materiae tista’ tiġi eżaminata mill-ġdid ex officio? Jew inkella, il-proċedura kontenzjuża mibdija wara t-tressiq ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għandha, fl-assenza ta’ ġurisdizzjoni, tiġi mitmuma ex officio jew fuq talba?

5)

Sa fejn il-qrati Ungeriżi għandhom ġurisdizzjoni sabiex jisimgħu l-proċedura kontenzjuża, id-dispożizzjonijiet tad-dritt proċedurali nazzjonali għandhom jiġu interpretati, skont id-dritt tal-Unjoni u l-Konvenzjoni ta’ Montréal, fis-sens li dawn neċessarjament jindikaw minn tal-inqas qorti waħda li, anki fl-assenza ta’ kull element ieħor ta’ rabta, għandha l-obbligu li tiddeċiedi fuq il-mertu tal-proċedura kontenzjuża mibdija wara dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni.


(1)  ĠU L 399, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Nîmes (Franza) fit-28 ta’ Frar 2014 – Jean-Claude Van Hove vs CNP Assurance SA

(Kawża C-96/14)

2014/C 142/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Nîmes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jean-Claude Van Hove

Konvenuta: CNP Assurance SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ klawżola li tirrigwarda d-definizzjoni tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt imsemmi f’din id-dispożizzjoni jkopri klawżola stipulata f’kuntratt ta’ assigurazzjoni intiż li jiggarantixxi t-teħid ta’ responsabbiltà għall-ħlasijiet dovuti lill-persuna li ssellef fil-każ ta’ inkapaċità totali għax-xogħol ta’ min jissellef, li teskludi lill-assigurat mill-benefiċċju ta’ din il-garanzija jekk jiġi ddikjarat li huwa jista’ jeżerċita attività mhux imħallsa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ Marzu 2014 – SMK Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága, Nemzeti Adó- és Vámhivatal

(Kawża C-97/14)

2014/C 142/32

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SMK Kft.

Konvenuti: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága, Nemzeti Adó- és Vámhivatal.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 55 tad-Direttiva tal-VAT (1), fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2010, għandu jinftiehem fis-sens li din id-dispożizzjoni tikkonċerna biss lill-persuni taxxabbli li jirċievu servizzi li ma kinux iddikjarati għall-finijiet tal-VAT, jew li ma kinux obbligati jiġu ddikjarati, fl-Istat Membru fejn il-provvista ta’ servizzi twettqet fiżikament?

2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, huwa esklużivament l-Artikolu 52 tad-Direttiva tal-VAT li japplika sabiex jiġi ddeterminat il-post tal- provvista ta’ servizzi?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 55 tad-Direttiva tal-VAT, fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2010, għandu jinftiehem fis-sens li, jekk persuna taxxabbli li tibbenefika minn servizzi ta’ subappalt ikollha, jew għandu jkollha, numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT f’diversi Stati Membri, hija din il-persuna taxxabbli li għandha tiddeċiedi esklużivament taħt liema numru fiskali hija tibbenefika minn din il-provvista ta’ servizzi (inkluż fil-każ fejn il-persuna taxxabbli li tibbenefika mill-provvista ta’ servizzi titqies li hija stabbilita fl-Istat Membru tal-post fejn il-provvista ta’ servizzi twettqet fiżikament, iżda għandha numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ Stat Membru ieħor)?

4)

Jekk ir-risposta għat-tielet domanda tkun li l-benefiċjarju ta’ servizzi għandu dritt ta’ għażla mingħajr limitu, l-Artikolu 55 tad-Direttiva tal-VAT għandu jinftiehem fis-sens li:

sal-31 ta’ Diċembru 2009, is-servizz jista’ jitqies li twettaq taħt in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT indikat mill-benefiċjarju, jekk dan huwa persuna taxxabbli ddikjarata (stabbilita) wkoll fi Stat Membru ieħor, u jekk il-prodotti huma mibgħuta jew ittrasportati barra mill-Istat Membru li fih is-servizz ikun twettaq fiżikament?

il-fatt li l-benefiċjarju huwa persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor, iżda li kkunsinnat il-prodotti finali lil intermedjarju billi bagħtithom jew ittrasportathom barra mill-Istat Membru fejn twettqet il-provvista ta’ servizzi, u li l-imsemmi intermedjarju biegħhom fit-tielet Stat Membru tal-Unjoni mingħajr ma l-benefiċjarju tas-servizzi ta’ subappalt ikun l-ewwel reġa’ bagħat il-prodotti finali lejn l-istabbiliment tiegħu stess, jaffettwa d-determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizzi?

5)

Jekk il-benefiċjarju tas-servizzi ma għandux dritt ta’ għażla mingħajr limitu, l-applikabbiltà tal-Artikolu 55 tad-Direttiva tal-VAT, fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2010, hija affettwata

miċ-ċirkustanzi li fihom il-benefiċjarju tas-servizzi ta’ manifattura jakkwista l-materja prima li għandha tinħadem u jagħmilha disponibbli għal dak li sussegwentement jimmanifattura,

mill-fatt li l-persuna taxxabbli li tibbenefika mis-servizz tbiegħ il-prodotti li jirriżultaw mill-manifattura minn Stat Membru partikolari u taħt numru fiskali partikolari,

mill-fatt – kif kien il-każ fil-kawża prinċipali – li l-prodotti mmanifatturati li jirriżultaw mill-proċessi ta’ manifattura, filwaqt li kienu għadhom fil-pajjiż fejn ġew immanifatturati, kienu s-suġġett ta’ diversi istanzi ta’ bejgħ fil-kuntest ta’ serje ta’ operazzjonijiet, imbagħad ġew ittrasportati barra minn dan il-pajjiż, direttament lejn l-indirizz tax-xerrej finali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, p. 1.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-3 ta Marzu 2014 – Berlington Hungary Tanácsadó és Szolgáltató Kft. et vs Magyar Állam

(Kawża C-98/14)

2014/C 142/33

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Berlington Hungary Tanácsadó és Szolgáltató Kft., Lixus Szerencsejáték Szervező Kft., Lixus Projekt Szerencsejáték Szervező Kft., Lixus Invest Szerencsejáték Szervező Kft., Megapolis Terminal Szolgáltató Kft.

Konvenut: Magyar Állam (L-Istat Ungeriż)

Domandi preliminari

Fir-rigward tal-emendi tal-2011 tal-[Liġi XXXIV tal-1991, dwar l-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-logħob tal-ażżard”)] li saru fl-2011, li permezz tagħhom jiżdied l-ammont tat-taxxa fuq il-logħob:

1.

Leġiżlazzjoni mhux diskriminatorja ta’ Stat Membru li, permezz ta’ att uniku u mingħajr ma ppreveda perijodu ta’ adattament, timmultiplika b’ħames darbiet l-ammont preċedenti tat-taxxa diretta, imsejħa taxxa fuq il-logħob, li tapplika għall-islot machines operati fis-swali tal-logħob, u li, barra minn hekk, tistabbilixxi taxxa fuq il-logħob f’forma ta’ perċentwali, b’tali mod li tiġi limitata l-attività tal-operaturi tal-logħob tal-ażżard li joperaw swali tal-logħob, hija kompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE?

2.

L-Artikolu 34 TFUE jista’ jiġi interpretat fis-sens li jinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu leġiżlazzjoni mhux diskriminatorja ta’ Stat Membru li, permezz ta’ att uniku u mingħajr perijodu ta’ adattament, timmultiplika b’ħames darbiet l-ammont preċedenti tat-taxxa diretta, imsejħa taxxa fuq il-logħob, li tapplika għall-islot machines operati fis-swali tal-logħob, u li, barra minn hekk, tistabbilixxi taxxa fuq il-logħob f’forma ta’ perċentwali, b’tali mod li tiġi limitata l-importazzjoni ta’ slot machines fl-Ungerija li ġejjin mit-territorju tal-Unjoni Ewropea?

3.

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel u/jew għat-tieni domanda, Stat Membru jista’, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikoli 36 TFUE, 52(1) TFUE u 61 TFUE, jinvoka esklużivament ir-regolarizzazzjoni tas-sitwazzjoni tal-baġit jew l-eżistenza ta’ raġunijiet imperattivi?

4.

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel u/jew għat-tieni domanda, fid-dawl tal-Artikolu 6(3) TUE, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fl-evalwazzjoni tar-restrizzjonijiet stabbiliti minn Stat Membru u tal-konċessjoni ta’ perijodu ta’ adattament għar-regola fiskali?

5.

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel u/jew għat-tieni domanda, il-ġurisprudenza tas-sentenza Brasserie du pêcheur u Factortame (C-46/93 u C-48/93) tista’ tiġi interpretata fis-sens li l-ksur tal-Artikolu 34 TFUE u/jew tal-Artikolu 56 TFUE jista’ jservi ta’ bażi għal obbligu ta’ kumpens tal-Istati Membri peress li dawn id-dispożizzjonijiet –minħabba l-effett dirett tagħhom – jagħtu dritt lil individwi tal-Istati Membri?

6.

Id-Direttiva 98/34/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li miżura fiskali ta’ Stat Membru li timmultiplika, għal darba biss, b’ħames darbiet l-ammont tat-taxxa diretta, it-taxxa fuq il-logħob li tolqot l-islot machines operati fis-swali ta’ logħob, u, barra minn hekk, tistabbilixxi taxxa f’forma ta’ perċentwali tikkostitwixxi “regolament tekniku de facto”?

7.

F’każ ta’ risposta affermattiva għas-sitt domanda, persuna fi Stat Membru tista’ tallega kontra dan l-Istat, il-ksur mill-Istat Membru tal-Artikolu 8(1) u/jew tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 98/34/KE, inkwantu nuqqas tal-Istat Membru li jista’ jiġġustifika obbligu ta’ kumpens, jiġifieri, din id-direttiva għandha l-għan li tikkonferixxi drittijiet individwali? Liema aspetti għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-qorti nazzjonali sabiex tevalwa jekk il-konvenut wettaqx ksur ta’ gravità suffiċjenti u għal liema tip ta’ kumpens jagħti dritt dan il-ksur?

Fir-rigward tal-emenda tal-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard li saret fl-2012, li tipprojbixxi l-operat ta’ slot machines fis-swali tal-logħob (fejn tippermettihom biss f’każinò):

1.

Leġiżlazzjoni mhux diskriminatorja ta’ Stat Membru li tipprojbixxi b’effett immedjat l-operat ta’ slot machines fi swali ta’ logħob, mingħajr ma tikkonċedi lill-operaturi ta’ logħob tal-ażżard affettwati perijodu ta’ tranżizzjoni jew ta’ adattament u mingħajr ma toffrilhom kumpens xieraq, u li, fl-istess ħin, tistabbilixxi favur il-każinojiet monopolju ta’ operat tal-islot machines, hija kompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE?

2.

L-Artikolu 34 TFUE jista’ jiġi interpretat fis-sens li għandu wkoll ikun determinanti u applikabbli fil-każ fejn l-Istat Membru jadotta leġiżlazzjoni mhux diskriminatorja li, minkejja li ma tipprojbixxix direttament l-importazzjoni ta’ slot machines li ġejjin mit-territorju tal-Unjoni Ewropea, tirrestrinġi jew tipprojbixxi l-użu jew l-operat effettiv tal-imsemmija magni fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-logħob tal-ażżard, mingħajr ma tikkonċedi lill-operaturi ta’ logħob tal-ażżard affettwati li jeżerċitaw din l-attività perijodu ta’ tranżizzjoni jew ta’ adattament jew kumpens?

3.

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda, liema kriterji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikoli 36 TFUE, 52(1) TFUE u 61 TFUE, u tal-eżami tal-preżenza ta’ raġunijiet imperattivi, meta tiddeċiedi l-kwistjoni dwar jekk ir-restrizzjoni kinitx neċessarja, xierqa u proporzjonata?

4.

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel u/jew għat-tieni domandi, fid-dawl tal-Artikolu 6(3) TUE, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, fl-evalwazzjoni tal-projbizzjonijiet stabbiliti minn Stat Membru u l-għoti ta’ perijodu ta’ adattament? Għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-drittijiet fundamentali – bħad-dritt għall-proprjetà u l-projbizzjoni li persuna tiġi pprivata mill-proprjetà tagħha mingħajr kumpens – fir-rigward tar-restrizzjoni inkwistjoni f’dan il-każ u, fl-affermattiv, b’liema mod?

5.

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel u/jew għat-tieni domanda, il-ġurisprudenza tas-sentenza Brasserie du pêcheur u Factortame (C-46/93 u C-48/93) tista’ tiġi interpretata fis-sens li l-ksur tal-Artikolu 34 TFUE u/jew l-Artikolu 56 TFUE jista’ jservi ta’ bażi għal obbligu ta’ kumpens tal-Istati Membri peress li dawn id-dispożizzjonijiet jirrikonoxxu, minħabba l-effett dirett tagħhom, dritt għall-individwi tal-Istati Membri?

6.

Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, tista’ tiġi interpretata fis-sens li tikkostitwixxi “ħtiġiet oħra” il-miżura nazzjonali li, billi tillimita l-operat tal-islot machines għall-każinojiet, tipprojbixxih fis-swali tal-logħob?

7.

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għas-sitt domanda, individwi fi Stat Membru jistgħu jinvokaw kontra tiegħu, bħala nuqqas li jista’ jiġġustifika obbligu ta’ kumpens, il-ksur mill-imsemmi Stat Membru tal-Artikolu 8(1) u/jew tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 98/34? Abbażi ta’ liema tipi ta’ kriterji l-qorti nazzjonali għandha tevalwa jekk il-konvenut wettaqx ksur tal-gravità meħtieġa u għal liema tip ta’ kumpens jagħti dritt dan il-ksur?

8.

Il-prinċipu ta’ dritt Komunitarju li jgħid li l-Istati Membri huma obbligati jikkumpensaw lil individwi għad-danni li jirriżultaw minn ksur tad-dritt Komunitarju imputabbli lilhom għandu japplika wkoll meta Stat Membru għandu s-sovranità fil-qasam affettwat mid-dispożizzjoni adottata? Id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ġenerali li jirriżultaw minn tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri jservu wkoll bħala linji gwida f’dan il-każ?


(1)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337)


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fl-4 ta’ Marzu 2014 – Jakutis u Kretingalės kooperatinė ŽŪB vs Nacionalinė mokėjimo agentūra prie Žemės ūkio ministerijos u Lietuvos valstybė

(Kawża C-103/14)

2014/C 142/34

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bronius Jakutis, Kretingalės kooperatinė ŽŪB

Konvenuti: Nacionalinė mokėjimo agentūra prie Žemės ūkio ministerijos, Lietuvos valstybė

Partijiet oħra fil-proċedura: Lietuvos Respublikos Vyriausybė, Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija

Domandi preliminari

1)

Fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-livell tal-pagamenti diretti, fl-Istati Membri l-ġodda tal-Unjoni u f’dawk li ma humiex Stati Membri ġodda, għall-finijiet tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 73/2009 (1), applikat flimkien mal-Artikoli 7 u 121 tal-imsemmi regolament:

a)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 73/2009, applikat flimkien mal-Artikoli 10(1) u 121 tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-2012, il-livell ta’ pagamenti diretti ta’ iktar minn EUR 5 000 kien ta’ 90 % fl-Istati Membri li ma humiex Stati Membri ġodda?

b)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, dan ifisser li, fl-2012, il-livell ta’ pagamenti diretti fl-Istati Membri l-ġodda ma laħaqx dak tal-Istati Membri li ma humiex Stati Membri ġodda, fid-dawl tal-kontenut u tal-għanijiet tal-Artikoli 10(1) u 121 tar-Regolament Nru 73/2009?

c)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(1), in fine, tar-Regolament Nru 73/2009 (“filwaqt li jittieħed kont ta’ kull tnaqqis applikat skont l-Artikolu 7(1)”) u fid-dokument tax-xogħol tal-Kummissjoni DS/2011/14/REV 2, li jipprevedu li l-paragun tal-pagamenti diretti jsir fuq bażijiet differenti – il-livell tal-pagamenti diretti fl-Istati Membri l-ġodda jiġi evalwat mingħajr ma tiġi applikata l-modulazzjoni (90 %, skont l-Artikolu 121), filwaqt li dak fl-Istati Membri li ma humiex Stati Membri ġodda jiġi evalwat wara l-applikazzjoni tal-modulazzjoni [100 % – 10 %, skont l-Artikolu 7(1)(d)] –, imorru kontra l-Att ta’ Adeżjoni u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, fosthom dawk ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ kompetizzjoni leali u ta’ nondiskriminazzjoni, kif ukoll kontra l-għanijiet tal-politika agrikola komuni stipulati fl-Artikolu 39 TFUE?

2)

Fir-rigward tal-ksur tal-Att ta’ Adeżjoni u ta’ ċerti prinċipji tad-dritt tal-Unjoni bl-Artikolu 10(1) u bl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 132(2), in fine, tar-Regolament Nru 73/2009, kif ukoll bl-atti tad-dritt tal-Unjoni adottati abbażi tagħhom:

a)

L-Artikolu 10(1), in fine, tar-Regolament Nru 73/2009 (“filwaqt li jittieħed kont ta’ kull tnaqqis applikat skont l-Artikolu 7(1)”) u l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 132(2), in fine, tal-imsemmi regolament, (“b’kont meħud, mill-2012, tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7 flimkien mal-Artikolu 10”), kif ukoll id-dokument tax-xogħol tal-Kummissjoni DS/2011/14/REV 2 u d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)4391 finali, adottati fuq il-bażi tagħhom, imorru kontra l-Att ta’ Adeżjoni, li la jipprevedi modulazzjoni tal-pagamenti diretti, la t-tnaqqis tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari fl-Istati Membri l-ġodda, u lanqas sena li minnha l-pagamenti diretti jiġu preżunti bħala li saru indaqs fl-Istati Membri l-ġodda u f’dawk li ma humiex Stati Membri ġodda?

b)

L-Artikolu 10(1) u l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 132(2) tar-Regolament Nru 73/2009 kif ukoll id-dokument tax-xogħol tal-Kummissjoni DS/2011/14/REV 2 u d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)4391 finali, sa fejn, skont il-kliem tagħhom u skont l-għanijiet tagħhom, il-modulazzjoni tal-pagamenti diretti u t-tnaqqis tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari huma applikati fl-2012 fl-Istati Membri l-ġodda, li jirċievu għajnuna diretta nettament iżgħar minn dik li jibbenefikaw minnha l-Istati Membri li ma humiex Stati Membri ġodda, imorru kontra l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, fosthom dawk ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ kompetizzjoni leali u ta’ nondiskriminazzjoni, kif ukoll kontra l-għanijiet tal-politika agrikola komuni stipulati fl-Artikolu 39 TFUE, b’mod partikolari dak li tiżdied il-produttività tal-bidwi?

c)

L-emenda tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 132(2) tar-Regolament Nru 73/2009 (“b’kont meħud, mill-2012, tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7 flimkien mal-Artikolu 10”) li seħħet b’rettifika (ĠU 2010, L 43, p. 7) (li permezz tagħha ma twettqitx korrezzjoni ta’ natura teknika, iżda bdil tal-kontenut tad-dispożizzjoni fuq il-mertu – huwa preżunt li, fl-2012, il-pagamenti diretti fl-Istati Membri l-ġodda kienu daqs dawk fl-Istati Membri li ma humiex Stati Membri ġodda), imorru kontra l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, fosthom dawk ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ kompetizzjoni leali u ta’ nondiskriminazzjoni?

d)

It-tifsira tal-kelma “dydis” [livell] użata fl-Artikolu 1ċ imsemmi fil-punt 27(b) tal-Kapitolu 6, intitolat “Agrikoltura”, A, tal-Anness II tal-Att ta’ Adeżjoni hija l-istess bħal dik tal-kelma “lygis” [“livell”] użata fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 132(2) tar-Regolament Nru 73/2009?

3)

Id-deċiżjoni ta’ implementazzjoni u d-dokument tax-xogħol tal-Kummissjoni DS/2011/14/REV 2, li ma ġewx ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ma humiex immotivati (dawn ġew adottati biss abbażi tal-preżunzjoni li, fl-2012, il-livell ta’ pagamenti diretti fl-Istati Membri l-ġodda kien indaqs għal dak fl-Istati Membri li ma humiex Stati Membri ġodda), imorru kontra l-Att ta’ Adeżjoni u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, fosthom dawk ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ amministrazzjoni tajba? Jekk iva, l-Artikolu 1(4) tad-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni għandu jiġi annullat minħabba ksur tar-Regolament Nru 73/2009 u tal-Att ta’ Adeżjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16)


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Marzu 2014 – FCD – Fédération des entreprises du commerce et de la distribution, FMB – Fédération des magasins de bricolage et de l’aménagement de la maison vs Ministre de l’écologie, du développement durable et de l’énergie

(Kawża C-106/14)

2014/C 142/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FCD – Fédération des entreprises du commerce et de la distribution, FMB – Fédération des magasins de bricolage et de l’aménagement de la maison

Konvenut: Ministre de l’écologie, du développement durable et de l’énergie

Domanda preliminari

L-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 7(2) u mill-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 1907/2006 (Reach) (1) huma applikabbli, meta “oġġett” fis-sens ta’ dan ir-regolament ikun kompost minn diversi elementi li jissodisfaw huma stess id-definizzjoni tal-“oġġett” li huwa jipprovdi, biss fir-rigward tal-oġġett immontat jew fir-rigward ta’ kull wieħed mill-elementi li jissodisfaw id-definizzjoni tal-“oġġett”?


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Marzu 2014 – “GST-Sarviz AG Germania” vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-111/14)

2014/C 142/36

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“GST-Sarviz AG Germania”

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-VAT hija dovuta darba biss mill-persuna taxxabbli li twettaq provvista taxxabbli ta’ oġġetti jew ta’ servizzi, jew mill-persuna li lilha ssir il-provvista ta’ oġġetti jew ta’ servizzi, iżda mhux mit-tnejn li huma fl-istess ħin, meta l-provvista taxxabbli ta’ oġġetti jew ta’ servizzi titwettaq minn persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilita fl-Istat Membru fejn tkun dovuta l-VAT, u meta dan ikun previst mill-Istat Membru kkonċernat?

2)

Fil-każ li jitqies li l-VAT hija dovuta biss minn persuna waħda minn dawn iż-żewġ persuni – jiġifieri jew mill-fornitur jew mid-destinatarju – meta dan ikun previst mill-Istat Membru kkonċernat, ir-regola li tinsab fl-Artikolu 194 tad-Direttiva għandha tiġi osservata wkoll fil-każijiet fejn id-destinatarju tal-provvista jkun applika b’mod żbaljat il-mekkaniżmu ta’ awtolikwidazzjoni minħabba li jkun ikkunsidra li l-fornitur ma kellux stabbiliment fiss għall-finijiet tal-VAT fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, meta fil-fatt il-fornitur kien waqqaf stabbiliment fiss għall-finijiet tas-servizzi pprovduti?

3)

Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali, bħala prinċipju fundamentali għall-implementazzjoni u għall-funzjonament tas-sistema komuni tal-VAT, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti prassi ta’ kontroll fiskali, bħal dak f’din il-kawża, fejn, minkejja l-proċedura ta’ awtolikwidazzjoni segwita mill-benefiċjarju tas-servizzi, il-VAT reġgħet ittieħdet inkunsiderazzjoni – din id-darba bħala oneru fuq il-fornitur – fid-dawl tal-fatt li l-benefiċjarju kien diġà kkalkola t-taxxa li tikkorrispondi għall-provvista, fid-dawl tal-fatt li huwa eskluż kull riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali u fid-dawl tal-fatt li ma tapplikax il-leġiżlazzjoni prevista fid-dritt nazzjonali għar-rettifika tad-dokumenti fiskali?

4)

Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni nazzjonali, l-awtorità tat-taxxa tirrifjuta lill-fornitur ta’ servizz – servizz li fir-rigward tiegħu l-benefiċjarju kkalkola t-taxxa skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 82 taz-ZDDS – ir-rimbors tal-VAT meħuda inkunsiderazzjoni darbtejn, u dan minkejja li l-awtorità tat-taxxa rrifjutat li tirrimborsa l-VAT meħuda inkunsiderazzjoni darbtejn lill-benefiċjarju minħabba li huwa ma għandux id-dokument fiskali korrispondenti u minkejja li l-leġiżlazzjoni dwar ir-rettifika fil-liġi nazzjonali ma għadhiex applikabbli minħabba li hemm deċiżjoni ta’ aġġustament fiskali valida?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


Il-Qorti Ġenerali

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2014 – Faci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-46/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq kif ukoll ta’ klijenti u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Prova ta’ aspett wieħed tal-ksur - Multi - Ugwaljanza fit-trattament - Amministrazzjoni tajba - Terminu raġonevoli - Proporzjonalità”))

2014/C 142/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Faci SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: S. Piccardo, avukat, S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn K. Mojzesowicz, F. Ronkes Agerbeek u J. Bourke, sussegwentement minn F. Ronkes Agerbeek, J. Bourke u F. Castilla Contreras u fl-aħħar minn F. Ronkes Agerbeek, F. Castilla Contreras u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), jew, sussidjarjament, talba għal annullament tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għat-tnaqqis tal-ammont tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Faci SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2014 – Reagens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-181/10) (1)

([“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar it-talbiet ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ assenza ta’ kapaċità kontributtiva ta’ ċerti impriżi fil-kuntest ta’ proċedura fil-qasam tal-akkordji - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika - Interess pubbliku superjuri - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Aċċess parzjali”])

2014/C 142/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reagens SpA (San Giorgio di Piano, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn B. O’Connor, solicitor, L. Toffoletti, E. De Giorgi u D. Gullo, avukati, sussegwentement minn B. O’Connor, L. Toffoletti u E. De Giorgi)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Costa de Oliveira u J. Bourke, sussegwentement minn P. Costa de Oliveira u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2009/5145, tat-23 ta’ Frar 2010, li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti fil-fajl tal-proċedura COMP/38589 – Stabilizzanti termiċi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2009/5145, tat-23 ta’ Frar 2010, li tirrifjuta lil Reagens SpA l-aċċess għal ċerti dokumenti fil-fajl tal-proċedura COMP/38589 – Stabilizzanti termiċi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, hija annullata sa fejn hija rrifjutat l-aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tat-talbiet tal-impriżi u għall-ewwel kwestjonarju tal-Kummissjoni Ewropea.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Reagens SpA hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta’ Reagens.


(1)  ĠU C 179, 3.7.2010.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2014 – Yusef vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/10) (1)

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra persuni u entitajiet marbuta ma’ Usama Bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ta’ persuna wara l-inklużjoni tagħha f’lista stabbilita minn korp tan-Nazzjonijiet Uniti - Kumitat tas-sanzjonijiet - Inklużjoni sussegwenti fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002 - Rifjut tal-Kummissjoni li tħassar din l-inklużjoni - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Drittijiet fundamentali - Dritt għal smigħ, dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv u dritt għar-rispett tal-proprjetà”)

2014/C 142/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hani El Sayyed Elsebai Yusef (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment E. Grieves, barrister, u H. Miller, solicitor, sussegwentement E. Grieves, H. Miller, P. Moser, QC, u R. Graham, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta, M. Konstantinidis u T. Scharf, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Finnegan u R. Szostak, sussegwentement E. Finnegan, aġenti)

Suġġett

Talba biex jiġi kkonstatat, skont l-Artikolu 265 TFUE, li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tipproċedi bl-irtirar tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1629/2005, tal-5 ta’ Ottubru 2005, li jemenda għall-54 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 (ĠU L 348M, p. 275) sa fejn dan l-att jikkonċerna lir-rikorrent

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni Ewropea naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-Trattat FUE u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001, billi naqset milli tirrimedja għad-difetti proċedurali u għall-irregolaritajiet dwar il-mertu li vvizzjaw l-iffriżar tal-fondi ta’ Hani El Sayyed Elsebai Yusef.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn H. Yusef, kif ukoll is-somom mħallsa mill-kaxxa tal-Qorti Ġenerali abbażi tal-għajnuna legali.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 260, 25.09.2010


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2014 – Deutsche Bank vs UASI (Leistung aus Leidenschaft)

(Kawża T-539/11) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Leistung aus Leidenschaft - Trade mark li hija kkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”))

2014/C 142/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Lange, T. Götting u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 188/2011-4), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Leistung aus Leidenschaft bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Bank AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 13, 14.1.2012.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2014 – Deutsche Bank vs UASI (Passion to Perform)

(Kawża T-291/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali Passion to Perform - Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament”])

2014/C 142/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Lange, T. Götting u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ April 2012 (Każ R 2233/2011-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Passion to Perform bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Bank AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 273, 8.9.2012.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2014 – Still vs UASI (Fleet Data Services)

(Kawżi magħquda T-534/12 u T-535/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji figurattivi Fleet Data Services u Truck Data Services - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”))

2014/C 142/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Still GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Waller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2012 (Każ R 130/2012-1 u Każ R 4/2012-1), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, minn naħa, tas-sinjal figurattiv Fleet Data Services u, min-naħa l-oħra, tas-sinjal figurattiv Truck Data Services bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Still GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 02.02.2013.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2014 – FTI Touristik vs UASI (BigXtra)

(Kawża T-81/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BigXtra - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 142/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: FTI Touristik GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2521/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrzzjoni tas-sinjal verbali BigXtra bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FTI Touristik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2013 – Chrysamed Vertrieb vs UASI – Chrysal International (Chrysamed)

(Kawża T-46/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 142/44

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Chrysamed Vertrieb GmbH (Salzbourg, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Schneider, sussegwentement minn M. Koch u finalment minn I. Rungg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Chrysal International BV (Naarden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. Killan, M. Marell u M. Senftleben, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2011 (Każ R 64/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Chrysal International BV u Chrysamed Vertrieb GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Chrysamed Vertrieb GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 98, 31.03.2012.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2014 – Imax vs UASI – Himax Technologies (IMAX)

(Kawża T-198/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 142/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Imax Corporation (Mississauga, il-Kanada) (rappreżentanti: V. von Bomhard, avukat, u K. Hughes, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Himax Technologies, Inc. (Hsinhua, it-Tajwan)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Jannar 2013 (Każ R 740/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Himax Technologies, Inc. u Imax Corporation.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjez tagħha.


(1)  ĠU C 171, 15.6.13.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/35


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2014 – BR IP Holder vs UASI – Greyleg Investments (HOKEY POKEY)

(Kawża T-62/14)

2014/C 142/46

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BR IP Holder LLC (Canton, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Traub, avukat, u C. Rohsler, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Greyleg Investments Ltd (Baltonsborough, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Novembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1091/2012-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HOKEY POKEY” għal “ħelu” fil-klassi 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 275 678

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark preċedenti mhux irreġistrata “HOKEY POKEY” li l-użu tagħha huwa invokat fir-Renju Unit għal “ħelu, jiġifieri ġelat”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament fuq it-trade mark Komunitarja.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/36


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2014 – Société Générale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-98/14)

2014/C 142/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société générale SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Zelenko, J. Marthan u D. Kupka, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 2(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C (2013) 8512 finali, tal-4 ta’ Diċembru 2013, fil-Każ EIRD sa fejn din timponi multa fuq Société Générale;

tnaqqas l-ammont tal-multa imposta, permezz ta’ din id-deċiżjoni, lil Société Générale għal ammont xieraq;

tikkundanna, fi kwalunkwe każ, lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-metodu ta’ kalkolu tal-valuri ta’ bejgħ, sa fejn il-valuri kkunsidrati fid-deċiżjoni kkontestata abbażi ta’ dan il-metodu ma jirriflettux il-pożizzjonijiet rispettivi tal-banek akkużati bil-ksur, fis-suq ikkonċernat, matul il-perijodu ta’ ksur (l-ewwel parti). Ir-rikorrenti ssostni li b’hekk, il-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha ta’ diliġenza (it-tieni parti) u kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament (it-tielet parti) u ta’ aspettattivi leġittimi (ir-raba’ parti).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-għażla tal-metodu li l-Kummissjoni applikat sabiex tikkalkula l-valur tal-bejgħ tal-banek akkużati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Qorti Ġenerali għandha teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha sabiex tnaqqas il-multa tar-rikorrenti għal ammont xieraq li jirrifletti l-pożizzjonijiet rispettivi tal-banek akkużati fis-suq ikkonċernat.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/37


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2014 – Universal Utility International vs UASI (Greenworld)

(Kawża T-106/14)

2014/C 142/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Utility International GmbH & Co.KG (Kaarst, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Mietzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Diċembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1658/2013-4;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ikkonfermat ir-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark ikkonċernata għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 39;

iktar sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ikkonfermat ir-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark ikkonċernata għas-servizzi fil-klassi 35;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali Greenworld għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 35 u 39 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 616 588

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/37


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – Burazer et vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T-108/14)

2014/C 142/49

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Drago Burazer (Zagreb, il-Kroazja), Nikolina Nežić (Zagreb), Blaženka Bošnjak (Sv. Ivan Zelina, il-Kroazja), Bosiljka Grbašić (Križevci, il-Kroazja), Tea Tončić (Pula, il-Kroazja), Milica Bijelić (Dubrovnik, il-Kroazja), Marijana Kruhoberec (Varaždin, il-Kroazja) (rappreżentant: Mato Krmek, avukat)

Konvenuta: L-Unjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata, permezz ta’ sentenza, li l-Unjoni Ewropea hija obbligata tikkumpensa d-danni kkawżati lir-rikorrenti minħabba l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ma wettqitx l-obbligu tagħha li twettaq superviżjoni tal-implementazzjoni tat-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni (punt 1 tal-Anness VII) għal dak li jirrigwarda l-introduzzjoni, fl-ordinament ġuridiku Kroat, tal-professjoni ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni.

tissospendi d-deliberazzjonijiet fuq l-ammont li għandu jitħallas sal-mument meta din is-sentenza ssir res judicata,

tirriżerva d-deċiżjoni fuq l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni (punt 1 tal-Anness VII) meta ma opponietx it-tħassir tal-Atti li jistabbilixxu u jorganizzaw il-professjoni ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni li kienu ġew adottati mill-Kroazja matul in-negozjati ta’ adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, li jiffurmaw parti integrali mit-Trattat ta’ Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea [Narodne novine – Međunarodni ugovori no 2/12 Ġurnal Uffiċjali – Trattati internazzjonali)]). L-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni jgħaddi fuq il-Kummissjoni r-responsabbiltà ta’ superviżjoni (monitoring) tal-impenji kollha meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja fin-negozjati tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea u, b’hekk, l-impenji legali meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja li tistabbilixxi l-professjoni ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni u li toħloq il-kundizzjonijiet kollha neċessarji għall-implementazzjoni sħiħa ta’ din il-professjoni fl-ordinament ġuridiku Kroat qabel l-1 ta’ Jannar 2012. Madankollu, il-Kummissjoni Ewropea ma għandhiex is-setgħa li tagħti l-kunsens tagħha għal modifiki unilaterali tal-impenn b’hekk meħud mill-Kroazja.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, minħabba dan il-ksur indikat, il-Kummissjoni Ewropea kkawżat dannu dirett lir-rikorrenti, li kienu nħatru sabiex jokkupaw il-karigi ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni u li kienu leġittimament qed jistennew li jidħlu fil-kariga mill-1 ta’ Jannar 2012.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li, peress li naqset mill-obbligi tagħha, il-Kummissjoni manifestament u gravement eċċediet il-limiti ta’ setgħa diskrezzjonali li tiddisponi minnha, u b’hekk ikkawżat lir-rikorrenti (l-uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni maħtura), f’kontradizzjoni mal-aspetattivi leġittimi ta’ dawn, danni materjali u morali kunsiderevoli li l-Unjoni Ewropea hija obbligata li tikkumpensa b’mod konformi mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/38


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – Škugor et vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T-109/14)

2014/C 142/50

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Davor Škugor (Sisak, il-Kroazja), Ivan Gerometa (Vrsar, il-Kroazja), Kristina Samardžić (Split, il-Kroazja), Sandra Cindrić (Karlovac, il-Kroazja), Sunčica Gložinić (Varaždin, il-Kroazja), Tomislav Polić (Kaštel Novi, il-Kroazja), Vlatka Pižeta (Varaždin) (rappreżentant: Mato Krmek, avukat)

Konvenuta: L-Unjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata, permezz ta’ sentenza, li l-Unjoni Ewropea hija obbligata tikkumpensa d-danni kkawżati lir-rikorrenti minħabba l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ma wettqitx l-obbligu tagħha li twettaq superviżjoni tal-implementazzjoni tat-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni (punt 1 tal-Anness VII) għal dak li jirrigwarda l-introduzzjoni, fl-ordinament ġuridiku Kroat, tal-professjoni ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni.

tissospendi d-deliberazzjonijiet fuq l-ammont li għandu jitħallas sal-mument meta din is-sentenza ssir res judicata,

tirriżerva d-deċiżjoni fuq l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni (punt 1 tal-Anness VII) meta ma opponietx it-tħassir tal-Atti li jistabbilixxu u jorganizzaw il-professjoni ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni li kienu ġew adottati mill-Kroazja matul in-negozjati ta’ adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, li jiffurmaw parti integrali mit-Trattat ta’ Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea [Narodne novine – Međunarodni ugovori no 2/12 Ġurnal Uffiċjali – Trattati internazzjonali)]). L-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni jgħaddi fuq il-Kummissjoni r-responsabbiltà ta’ superviżjoni (monitoring) tal-impenji kollha meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja fin-negozjati tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea u, b’hekk, l-impenji legali meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja li tistabbilixxi l-professjoni ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni u li toħloq il-kundizzjonijiet kollha neċessarji għall-implementazzjoni sħiħa ta’ din il-professjoni fl-ordinament ġuridiku Kroat qabel l-1 ta’ Jannar 2012. Madankollu, il-Kummissjoni Ewropea ma għandhiex is-setgħa li tagħti l-kunsens tagħha għal modifiki unilaterali tal-impenn b’hekk meħud mill-Kroazja.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, minħabba dan il-ksur indikat, il-Kummissjoni Ewropea kkawżat dannu dirett lir-rikorrenti, li kienu nħatru sabiex jokkupaw il-karigi ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni u li kienu leġittimament qed jistennew li jidħlu fil-kariga mill-1 ta’ Jannar 2012.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li, peress li naqset mill-obbligi tagħha, il-Kummissjoni manifestament u gravement eċċediet il-limiti ta’ setgħa diskrezzjonali li tiddisponi minnha, u b’hekk ikkawżat lir-rikorrenti (l-uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni maħtura), f’kontradizzjoni mal-aspetattivi leġittimi ta’ dawn, danni materjali u morali kunsiderevoli li l-Unjoni Ewropea hija obbligata li tikkumpensa b’mod konformi mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/39


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2014 – Ir-Repubblika tal-Finlandja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-124/14)

2014/C 142/51

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski, S. Hartikainen, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8743 finali, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 338, p. 81), sa fejn qiegħed jintalab, f’dak li jikkonċerna r-Repubblika tal-Finlandja, rimbors ta’ finanzjament ta’ ammont ta’ EUR 927 827,58, għan-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 1974/2006;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mill-Finlandja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed: hija tqis li l-Kummissjoni interpretat u applikat l-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 1974/2006 (1) b’mod żbaljat. Il-Kummissjoni, b’mod żbaljat qieset li l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Finlandja għall-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ tagħmir użat ma kinux konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 1974/2006.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006, tal-15 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 322M, p. 305).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/40


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2014 – Gappol Marzena Porczyńska vs UASI – Gap (ITM) (GAPPol)

(Kawża T-125/14)

2014/C 142/52

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: PP Gappol Marzena Porczyńska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gap (ITM), Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 686/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “GAPPol” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 20, 25 u 37 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 346 165

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “GAP”; it-trade marks figurattivi li jinkludu l-element verbali “GAP”; it-trade marks verbali nazzjonali “GAP” u t-trade marks figurattivi nazzjonali li jinkludu l-element verbali “GAP” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/40


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/14)

2014/C 142/53

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller, u T. Lübbig, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Diċembru 2013, fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) – il-Ġermanja, sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija, C (2013) 4424 finali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1) u tal-Artikolu 108(2) TFUE

Hawnhekk ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali mingħajr ma ssodisfat l-obbligu speċjali tagħha ta’ diliġenza li tistabbilixxi l-fatti kompletament. Kieku l-Kummissjoni kienet stabbilixxiet il-fatti bid-diliġenza meħtieġa, ma kienx ikun hemm raġuni sabiex tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-fatti

Fit-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni injorat il-fatti li huma l-bażi ta’ dan il-każ, jiġiferi l-funzjonament tal-liġi dwar il-prijorità tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu, b’mod partikolari s-sistema tal-flussi finanzjarji prevista taħt din il-liġi. Minbarra dan, il-Kummissjoni ma rrikonoxxietx ir-rwol “tal-Istat” bħala leġiżlatur u bħala korp b’responsabbiltà għall-awtoritajiet ta’ superviżjoni u ddeduċiet b’mod żbaljat minn dan sitwazzjoni ta’ kontroll.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li ma ġewx ipprivileġġati utenti intensivi tal-enerġija permezz ta’ skema speċjali ta’ kumpens

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE billi aċċettat, bi ksur tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, li l-impriżi b’konsum għoli ta’ enerġija huma pprivileġġati.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li ngħatax vantaġġ permezz ta’ riżorsi tal-Istat

Hawnhekk ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wkoll wettqet żball ta’ liġi billi applikat l-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn aċċettat li awtoritajiet pubbliċi kellhom kontroll fuq l-assi ta’ diversi kumpanniji privati li jipparteċipaw fl-iskema tal-liġi għall-prijorità tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq interpretazjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 30 u 110 TFUE

Bil-ħames motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proċedura amministrattiva regolari u l-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi meta rrevediet il-liġi għall-prijorità tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu skont l-Artikoli 30 u 110 TFUE, minkejja li ilha taf bil-metodu li bih din il-liġi tiffunzjona għal iktar minn għaxar snin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiżbalja wkoll fil-liġi billi tapplika l-Artikoli 30 u 110 TFUE għaliex la teżisti tassazzjoni fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u lanqas sitwazzjoni ta’ diskriminazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, p. 1).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/41


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill

(Kawża T-141/14)

2014/C 142/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 1238/2013 (1);

tgħaqqad din il-kawża mal-Kawża T-507/13; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 3 tar-regolament ikkontestat jirrifletti żball manifest ta’ evalwazzjoni, u jikser l-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku ta’ Antidumping (2), sa fejn jeżenta mill-miżuri l-produtturi Ċiniżi li minnhom il-Kummissjoni aċċettat impriża konġunta bi ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal smigħ xieraq u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, id-drittijiet tar-rikorrenti tad-difiża, u l-Artikoli 8(4) u 19(2) tar-Regolament Bażiku ta’ Antidumping.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 3 tar-regolament ikkontestat jirrifletti żball manifest ta’ evalwazzjoni, u jikser l-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku ta’ Antidumping, sa fejn jeżenta mill-miżuri l-produtturi Ċiniżi li minnhom il-Kummissjoni aċċettat impriża konġunta illegali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 3 tar-regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 101(1) TFUE sa fejn jagħti lil ċerti produtturi Ċiniżi eżenzjoni mill-miżuri inkwistjoni fuq il-bażi ta’ offerta ta’ impriża, aċċettata u kkonfermata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE (3) u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE (4), li hija arranġament tal-iffissar tal-prezzijiet orizzontali.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 1)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51)

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE, tal- 4 ta’ Diċembru 2013, li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti ta’ anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi (ĠU L 325, p. 214).

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE, tat-2 ta’ Awwissu 2013, li taċċetta impenn offrut b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 209, p. 26).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/42


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill

(Kawża T-142/14)

2014/C 142/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors bħala ammissibbli u fondat;

tannulla l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 (1);

tgħaqqad din il-kawża mal-Kawża T-507/13; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L–ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Artikolu 2 tar-Regolament ikkontestat jirrifletti żball manifest ta’ evalwazzjoni, u jikser l-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku kontra s-sussidji (2) sa fejn dan jeżenta mill-miżuri lil produtturi Ċiniżi li l-Kummissjoni aċċettat impenn konġunt mingħandhom bi ksur tad-dritt għal smigħ xieraq tar-rikorrenti u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u tal-Artikoli 13(4) u 29(2) tar-Regolament Bażiku kontra s-sussidji.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Artikolu 2 tar-Regolament ikkontestat jirrifletti żball manifest ta’ evalwazzjoni, u jikser l-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku kontra s-sussidji, sa fejn dan jeżenta mill-miżuri lil produtturi Ċiniżi li l-Kummissjoni aċċettat impenn konġunt illegali mingħandhom.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Artikolu 3 tar-Regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 101(1) TFUE sa fejn jagħti lil ċerti produtturi Ċiniżi eżenzjoni mill-miżuri inkwistjoni abbażi ta’ offerta ta’ impenn, aċċettata u kkonfermata mid-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2013/707/UE (3) u mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE (4), li hija arranġament orizzontali ta’ ffissar tal-prezzijiet.


(1)  Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 66)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, tal-11 ta’ Ġunju 2009, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, p. 93)

(3)  Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE, tal-4 ta’ Diċembru 2013, li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti ta’ anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi (ĠU L 325, p. 214)

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE, tat-2 ta’ Awwissu 2013, li taċċetta impenn offrut b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 209, p. 26)


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/43


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Yingli Energy (China) et vs Il-Kunsill

(Kawża T-160/14)

2014/C 142/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yingli Energy (China) Co. Ltd (Baoding, iċ-Ċina); Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Baoding); Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Haikou, iċ-Ċina); Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Hengshui, iċ-Ċina); Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Tianjin, iċ-Ċina); Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Baoding); Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd (Baoding); Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Technology Co. Ltd (Pekin, iċ-Ċina); Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd (Pekin); Yingli Green Energy Europe (Düsseldorf, il-Ġermanja); Yingli Green Energy South East Europe GmbH (Grünwald, il-Ġermanja); Yingli Green Energy France SAS (Lyon, Franza); Yingli Green Energy Spain, SL (La Moraleja, Spanja); Yingli Green Energy Italia Srl (Ruma, l-Italja); u Yingli Green Energy International AG (Kloten, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u J. Charles, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-partijiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325 , p. 1.), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li billi imponew miżuri antidumping fuq moduli kristallini tas-silikon fotovoltajċi u komponenti ewlenin ikkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina fil-waqt li l-Avviż tal-bidu jsemmi biss moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikoli 5(10) u 5(11) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li billi imponew miżuri antidumping fuq moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li ma kinux suġġetti għal investigazzjoni antidumping, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikoli 1 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li billi applikaw metodoloġija ta’ ekonomija mhux tas-suq għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping ta’ prodotti minn pajjiżi b’ekonomija tas-suq, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li billi għamlu investigazzjoni waħda għal żewġ prodotti distinti (jiġifieri, moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli), l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li billi għamlu d-determinazzjoni tal-ekonomija tas-suq tar-rikorrenti iktar minn tliet xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni u wara li jkunu rċevew l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jikkalkulaw il-marġni tad-dumping, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq li billi ma kkwantifikawx b’mod separat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kkawżat kemm mill-importazzjonijiet iddampjati u minn fatturi oħra magħrufa u, bħala konsegwenza, imponew rata ta’ dazju iktar minn dak li huwa meħtieġ sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet iddampjati lill-industrija tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikoli 3 u 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq li billi ma żvelawx il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom l-istituzzjonijiet kellhom l-intenzjoni li jimponu miżuri definittivi antidumping, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/44


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Yingli Energy (iċ-Ċina) et vs Il-Kunsill

(Kawża T-161/14)

2014/C 142/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yingli Energy (iċ-Ċina) Co. Ltd (Baoding, iċ-Ċina); Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Baoding); Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Haikou, iċ-Ċina); Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Hengshui, iċ-Ċina); Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Tianjin, iċ-Ċina); Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Baoding); Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd (Baoding); Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Technology Co. Ltd (Beijing, iċ-Ċina); Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd (Beijing); Yingli Green Energy Europe (Düsseldorf, il-Ġermanja); Yingli Green Energy South East Europe GmbH (Grünwald, il-Ġermanja); Yingli Green Energy France SAS (Lyon, Franza); Yingli Green Energy Spain, SL (La Moraleja, Spanja); Yingli Green Energy Italia Srl (Ruma, l-Italja); u Yingli Green Energy International AG (Kloten, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u J. Charles, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 66), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi imponew miżuri kumpensatorji fuq moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin ikkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina filwaqt li n-Notifika ta’ bidu semmiet biss moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Istituzzjonijiet kisru l-Artikoli 10(12) u 10(13) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi imponew miżuri kumpensatorji fuq moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li ma kinux suġġetti għal investigazzjoni antisussidji, l-Istituzzjonijiet kisru l-Artikoli 1 u 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi wettqu investigazzjoni waħda għal żewġ prodotti differenti (jiġifieri, moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelluli), l-Istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 2(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, tal-11 ta’ Ġunju 2009, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, p. 93)


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/45


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2014 – PRS Mediterranean vs UASI – Reynolds Presto Products (NEOWEB)

(Kawża T-166/14)

2014/C 142/58

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PRS Mediterranean Ltd (Tel Aviv, l-Iżrael) (rappreżentanti: A. Späth u V. Töbelmann, aukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Reynolds Presto Products, Inc. (Richmond, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta’ Novembru 2013 mogħtija fil-Każijiet magħquda R 889/2012-2 u R 635/2012-2;

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “NEOWEB” għal prodotti fil-klassi 19 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 184 568

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: diversi trade marks nazzjonali tat-trade mark verbali “GEOWEB” għal prodotti fil-klassijiet 1, 17 u 19 u t-trade mark mhux irreġistrata “GEOWEB” użata fil-kummerċ fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(3), 8(4) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/46


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Stahlwerk Bous vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-172/14)

2014/C 142/59

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stahlwerk Bous GmbH (Bous, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE, ippubblikata bi stedina sabiex jitressqu kummenti (ĠU 2014, C 37, p. 73) fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) – Il-Ġermanja, sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma mmotivatx b’mod suffiċjenti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, id-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE. Id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ma tinkludi ebda evalwazzjoni speċifika u sostanzjali, ibbażata fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi, fir-rigward tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

Ksur tat-Trattati

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura tikser l-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan il-kuntest, hija tirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjarat preċedentement, fis-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra (C-379/98, Ġabra 2001, p. I-2099), li l-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Gesetz über den Vorrang erneuerbarer Energien, iktar ’il quddiem “EEG”) ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat. L-EEG baqgħet sostanzjalment l-istess. B’mod partikolari, l-elementi essenzjali għall-evalwazzjoni tal-leġittimità tal-għajnuna baqgħu l-istess. L-istess jgħodd għad-deċiżjoni tal-konvenuta tat-22 ta’ Mejju 2002 (ĠU C 164, p. 5), li permezz tagħha hija kkonkludiet li l-EEG ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li t-tnaqqis tas-soprataxxa-EEG ma jissodisfax il-kriterji ta’ applikazzjoni fil-qasam tal-għajnuna previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, hija ssostni, b’mod partikolari, li t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG ma jikkostitwixxix vantaġġ li impriża ma tkunx ħadet taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, ma huwiex ta’ natura selettiva, ma huwiex għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi statali u la jwassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u lanqas għall-possibbiltà ta’ preġudizzju għall-kummerċ bejn Stati Membri.

3.

Kompatibbiltà mas-suq komuni

Fil-każ li l-Qorti Ġenerali kellha tikkonkludi li tirriżulta għajnuna mill-Istat, tali għajnuna tkun, fil-fehma tar-rikorrenti, kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 107(3)(b) u (ċ) TFUE.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/47


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – WeserWind vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-173/14)

2014/C 142/60

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: WeserWind GmbH Offshore Construction Georgsmarienhütte (Bremerhaven, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE, ippubblikata bi stedina sabiex jitressqu kummenti (ĠU 2014, C 37, p. 73) fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) – Il-Ġermanja, sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma mmotivatx b’mod suffiċjenti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, id-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE. Id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ma tinkludi ebda evalwazzjoni speċifika u sostanzjali, ibbażata fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi, fir-rigward tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

Ksur tat-Trattati

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura tikser l-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan il-kuntest, hija tirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjarat preċedentement, fis-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra (C-379/98, Ġabra 2001, p. I-2099), li l-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Gesetz über den Vorrang erneuerbarer Energien, iktar ’il quddiem “EEG”) ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat. L-EEG baqgħet sostanzjalment l-istess. B’mod partikolari, l-elementi essenzjali għall-evalwazzjoni tal-leġittimità tal-għajnuna baqgħu l-istess. L-istess jgħodd għad-deċiżjoni tal-konvenuta tat-22 ta’ Mejju 2002 (ĠU C 164, p. 5), li permezz tagħha hija kkonkludiet li l-EEG ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li t-tnaqqis tas-soprataxxa-EEG ma jissodisfax il-kriterji ta’ applikazzjoni fil-qasam tal-għajnuna previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, hija ssostni, b’mod partikolari, li t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG ma jikkostitwixxix vantaġġ li impriża ma tkunx ħadet taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, ma huwiex ta’ natura selettiva, ma huwiex għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi statali u la jwassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u lanqas għall-possibbiltà ta’ preġudizzju għall-kummerċ bejn Stati Membri.

3.

Kompatibbiltà mas-suq komuni

Fil-każ li l-Qorti Ġenerali kellha tikkonkludi li tirriżulta għajnuna mill-Istat, tali għajnuna tkun, fil-fehma tar-rikorrenti, kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 107(3)(b) u (ċ) TFUE.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/47


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Dieckerhoff Guss vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-174/14)

2014/C 142/61

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dieckerhoff Guss GmbH (Gevelsberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE, ippubblikata bi stedina sabiex jitressqu kummenti (ĠU 2014, C 37, p. 73) fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) – Il-Ġermanja, sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma mmotivatx b’mod suffiċjenti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, id-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE. Id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ma tinkludi ebda evalwazzjoni speċifika u sostanzjali, ibbażata fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi, fir-rigward tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

Ksur tat-Trattati

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura tikser l-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan il-kuntest, hija tirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjarat preċedentement, fis-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra (C-379/98, Ġabra 2001, p. I-2099), li l-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Gesetz über den Vorrang erneuerbarer Energien, iktar ’il quddiem “EEG”) ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat. L-EEG baqgħet sostanzjalment l-istess. B’mod partikolari, l-elementi essenzjali għall-evalwazzjoni tal-leġittimità tal-għajnuna baqgħu l-istess. L-istess jgħodd għad-deċiżjoni tal-konvenuta tat-22 ta’ Mejju 2002 (ĠU C 164, p. 5), li permezz tagħha hija kkonkludiet li l-EEG ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li t-tnaqqis tas-soprataxxa-EEG ma jissodisfax il-kriterji ta’ applikazzjoni fil-qasam tal-għajnuna previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, hija ssostni, b’mod partikolari, li t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG ma jikkostitwixxix vantaġġ li impriża ma tkunx ħadet taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, ma huwiex ta’ natura selettiva, ma huwiex għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi statali u la jwassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u lanqas għall-possibbiltà ta’ preġudizzju għall-kummerċ bejn Stati Membri.

3.

Kompatibbiltà mas-suq komuni

Fil-każ li l-Qorti Ġenerali kellha tikkonkludi li tirriżulta għajnuna mill-Istat, tali għajnuna tkun, fil-fehma tar-rikorrenti, kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 107(3)(b) u (ċ) TFUE.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/48


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Walter Hundhausen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-175/14)

2014/C 142/62

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Walter Hundhausen GmbH (Schwerte, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE, ippubblikata bi stedina sabiex jitressqu kummenti (ĠU 2014, C 37, p. 73) fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) – Il-Ġermanja, sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma mmotivatx b’mod suffiċjenti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, id-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE. Id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ma tinkludi ebda evalwazzjoni speċifika u sostanzjali, ibbażata fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi, fir-rigward tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

Ksur tat-Trattati

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura tikser l-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan il-kuntest, hija tirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjarat preċedentement, fis-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra (C-379/98, Ġabra 2001, p. I-2099), li l-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Gesetz über den Vorrang erneuerbarer Energien, iktar ’il quddiem “EEG”) ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat. L-EEG baqgħet sostanzjalment l-istess. B’mod partikolari, l-elementi essenzjali għall-evalwazzjoni tal-leġittimità tal-għajnuna baqgħu l-istess. L-istess jgħodd għad-deċiżjoni tal-konvenuta tat-22 ta’ Mejju 2002 (ĠU C 164, p. 5), li permezz tagħha hija kkonkludiet li l-EEG ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li t-tnaqqis tas-soprataxxa-EEG ma jissodisfax il-kriterji ta’ applikazzjoni fil-qasam tal-għajnuna previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, hija ssostni, b’mod partikolari, li t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG ma jikkostitwixxix vantaġġ li impriża ma tkunx ħadet taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, ma huwiex ta’ natura selettiva, ma huwiex għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi statali u la jwassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u lanqas għall-possibbiltà ta’ preġudizzju għall-kummerċ bejn Stati Membri.

3.

Kompatibbiltà mas-suq komuni

Fil-każ li l-Qorti Ġenerali kellha tikkonkludi li tirriżulta għajnuna mill-Istat, tali għajnuna tkun, fil-fehma tar-rikorrenti, kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 107(3)(b) u (ċ) TFUE.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/49


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Georgsmarienhütte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-176/14)

2014/C 142/63

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Georgsmarienhütte GmbH (Georgsmarienhütte, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE, ippubblikata bi stedina sabiex jitressqu kummenti (ĠU 2014, C 37, p. 73) fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) – Il-Ġermanja, sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma mmotivatx b’mod suffiċjenti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, id-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE. Id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ma tinkludi ebda evalwazzjoni speċifika u sostanzjali, ibbażata fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi, fir-rigward tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

Ksur tat-Trattati

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura tikser l-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan il-kuntest, hija tirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjarat preċedentement, fis-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra (C-379/98, Ġabra 2001, p. I-2099), li l-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Gesetz über den Vorrang erneuerbarer Energien, iktar ’il quddiem “EEG”) ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat. L-EEG baqgħet sostanzjalment l-istess. B’mod partikolari, l-elementi essenzjali għall-evalwazzjoni tal-leġittimità tal-għajnuna baqgħu l-istess. L-istess jgħodd għad-deċiżjoni tal-konvenuta tat-22 ta’ Mejju 2002 (ĠU C 164, p. 5), li permezz tagħha hija kkonkludiet li l-EEG ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li t-tnaqqis tas-soprataxxa-EEG ma jissodisfax il-kriterji ta’ applikazzjoni fil-qasam tal-għajnuna previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, hija ssostni, b’mod partikolari, li t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG ma jikkostitwixxix vantaġġ li impriża ma tkunx ħadet taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, ma huwiex ta’ natura selettiva, ma huwiex għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi statali u la jwassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u lanqas għall-possibbiltà ta’ preġudizzju għall-kummerċ bejn Stati Membri.

3.

Kompatibbiltà mas-suq komuni

Fil-każ li l-Qorti Ġenerali kellha tikkonkludi li tirriżulta għajnuna mill-Istat, tali għajnuna tkun, fil-fehma tar-rikorrenti, kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 107(3)(b) u (ċ) TFUE.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/50


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Harz Guss Zorge vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/14)

2014/C 142/64

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Harz Guss Zorge GmbH (Zorge, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE, ippubblikata bi stedina sabiex jitressqu kummenti (ĠU 2014, C 37, p. 73) fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) – Il-Ġermanja, sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka il-motivi li ġejjin.

1.

Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma mmotivatx b’mod suffiċjenti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, id-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE. Id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ma tinkludi ebda evalwazzjoni speċifika u sostanzjali, ibbażata fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi, fir-rigward tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

Ksur tat-Trattati

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura tikser l-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan il-kuntest, hija tirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjarat preċedentement, fis-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra (C-379/98, Ġabra p. I-2099), li l-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Gesetz über den Vorrang erneuerbarer Energien, iktar ’il quddiem “EEG”) ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat. L-EEG baqgħet sostanzjalment l-istess. B’mod partikolari, l-elementi essenzjali għall-evalwazzjoni tal-leġittimità tal-għajnuna baqgħu l-istess. L-istess jgħodd għad-deċiżjoni tal-konvenuta tat-22 ta’ Mejju 2002 (ĠU C 164, p. 5), li permezz tagħha hija kkonkludiet li l-EEG ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li t-tnaqqis tas-soprataxxa-EEG ma jissodisfax il-kriterji ta’ applikazzjoni fil-qasam tal-għajnuna previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, hija ssostni, b’mod partikolari, li t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG ma jikkostitwixxix vantaġġ li impriża ma tkunx ħadet taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, ma huwiex ta’ natura selettiva, ma huwiex għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi statali u la jwassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u lanqas għall-possibbiltà ta’ preġudizzju għall-kummerċ bejn Stati Membri.

3.

Kompatibbiltà mas-suq komuni

Fil-każ li l-Qorti Ġenerali kellha tikkonkludi li tirriżulta għajnuna mill-Istat, tali għajnuna tkun, fil-fehma tar-rikorrenti, kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 107(3)(b) u (ċ) TFUE.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/51


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Friedrich Wilhelms-Hütte Eisenguss vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-178/14)

2014/C 142/65

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Friedrich Wilhelms-Hütte Eisenguss GmbH (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE, ippubblikata bi stedina sabiex jitressqu kummenti (ĠU 2014, C 37, p. 73) fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) – Il-Ġermanja, sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma mmotivatx b’mod suffiċjenti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, id-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE. Id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ma tinkludi ebda evalwazzjoni speċifika u sostanzjali, ibbażata fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi, fir-rigward tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

Ksur tat-Trattati

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura tikser l-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan il-kuntest, hija tirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjarat preċedentement, fis-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra (C-379/98, Ġabra 2001, p. I-2099), li l-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Gesetz über den Vorrang erneuerbarer Energien, iktar ’il quddiem “EEG”) ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat. L-EEG baqgħet sostanzjalment l-istess. B’mod partikolari, l-elementi essenzjali għall-evalwazzjoni tal-leġittimità tal-għajnuna baqgħu l-istess. L-istess jgħodd għad-deċiżjoni tal-konvenuta tat-22 ta’ Mejju 2002 (ĠU C 164, p. 5), li permezz tagħha hija kkonkludiet li l-EEG ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li t-tnaqqis tas-soprataxxa-EEG ma jissodisfax il-kriterji ta’ applikazzjoni fil-qasam tal-għajnuna previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, hija ssostni, b’mod partikolari, li t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG ma jikkostitwixxix vantaġġ li impriża ma tkunx ħadet taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, ma huwiex ta’ natura selettiva, ma huwiex għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi statali u la jwassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u lanqas għall-possibbiltà ta’ preġudizzju għall-kummerċ bejn Stati Membri.

3.

Kompatibbiltà mas-suq komuni

Fil-każ li l-Qorti Ġenerali kellha tikkonkludi li tirriżulta għajnuna mill-Istat, tali għajnuna tkun, fil-fehma tar-rikorrenti, kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 107(3)(b) u (ċ) TFUE.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/52


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Schmiedewerke Gröditz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-179/14)

2014/C 142/66

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schmiedewerke Gröditz GmbH (Gröditz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE, ippubblikata bi stedina sabiex jitressqu kummenti (ĠU 2014, C 37, p. 73) fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) – Il-Ġermanja, sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma mmotivatx b’mod suffiċjenti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, id-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE. Id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ma tinkludi ebda evalwazzjoni speċifika u sostanzjali, ibbażata fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi, fir-rigward tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

Ksur tat-Trattati

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura tikser l-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan il-kuntest, hija tirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjarat preċedentement, fis-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra (C-379/98, Ġabra 2001, p. I-2099), li l-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Gesetz über den Vorrang erneuerbarer Energien, iktar ’il quddiem “EEG”) ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat. L-EEG baqgħet sostanzjalment l-istess. B’mod partikolari, l-elementi essenzjali għall-evalwazzjoni tal-leġittimità tal-għajnuna baqgħu l-istess. L-istess jgħodd għad-deċiżjoni tal-konvenuta tat-22 ta’ Mejju 2002 (ĠU C 164, p. 5), li permezz tagħha hija kkonkludiet li l-EEG ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li t-tnaqqis tas-soprataxxa-EEG ma jissodisfax il-kriterji ta’ applikazzjoni fil-qasam tal-għajnuna previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, hija ssostni, b’mod partikolari, li t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG ma jikkostitwixxix vantaġġ li impriża ma tkunx ħadet taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, ma huwiex ta’ natura selettiva, ma huwiex għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi statali u la jwassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u lanqas għall-possibbiltà ta’ preġudizzju għall-kummerċ bejn Stati Membri.

3.

Kompatibbiltà mas-suq komuni

Fil-każ li l-Qorti Ġenerali kellha tikkonkludi li tirriżulta għajnuna mill-Istat, tali għajnuna tkun, fil-fehma tar-rikorrenti, kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 107(3)(b) u (ċ) TFUE.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/53


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Schmiedag vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-183/14)

2014/C 142/67

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schmiedag GmbH (Hagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE, ippubblikata bi stedina sabiex jitressqu kummenti (ĠU 2014, C 37, p. 73) fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) – Il-Ġermanja, sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

1.

Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma mmotivatx b’mod suffiċjenti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, id-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE. Id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ma tinkludi ebda evalwazzjoni speċifika u sostanzjali, ibbażata fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi, fir-rigward tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

Ksur tat-Trattati

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura tikser l-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan il-kuntest, hija tirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjarat preċedentement, fis-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra (C-379/98, Ġabra, p. I-2099), li l-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Gesetz über den Vorrang erneuerbarer Energien, iktar ’il quddiem “EEG”) ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat. L-EEG baqgħet sostanzjalment l-istess. B’mod partikolari, l-elementi essenzjali għall-evalwazzjoni tal-leġittimità tal-għajnuna baqgħu l-istess. L-istess jgħodd għad-deċiżjoni tal-konvenuta tat-22 ta’ Mejju 2002 (ĠU C 164, p. 5), li permezz tagħha hija kkonkludiet li l-EEG ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li t-tnaqqis tas-soprataxxa-EEG ma jissodisfax il-kriterji ta’ applikazzjoni fil-qasam tal-għajnuna previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, hija ssostni, b’mod partikolari, li t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG ma jikkostitwixxix vantaġġ li impriża ma tkunx ħadet taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, ma huwiex ta’ natura selettiva, ma huwiex għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi statali u la jwassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u lanqas għall-possibbiltà ta’ preġudizzju għall-kummerċ bejn Stati Membri.

3.

Kompatibbiltà mas-suq komuni

Fil-każ li l-Qorti Ġenerali kellha tikkonkludi li tirriżulta għajnuna mill-Istat, tali għajnuna tkun, fil-fehma tar-rikorrenti, kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 107(3)(b) u (ċ) TFUE.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/53


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Atlantic Multipower Germany vs UASI – Nutrichem Diät + Pharma (NOxtreme)

(Kawża T-186/14)

2014/C 142/68

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atlantic Multipower Germany GmbH & Co. OHG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nutrichem Diät + Pharma GmbH (Roth, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 764/2013-4;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-12 ta’ April 2013 (Każ Nru: 6333C)

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “NOxtreme” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 177 889

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Nutrichem Diät + Pharma GmbH

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: trade mark figurattiva nazzjonali u Komunitarja, li tinkludi l-element verbali “X-TREME”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 57(2) u (3) flimkien mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2014 – Alfa-Beta Vassilopoulos vs UASI Henkel (AB terra Leaf)

(Kawża T-522/12) (1)

2014/C 142/69

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 32, 2.2.2013.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2014 – Jinko Solar et vs Il-Parlament et

(Kawża T-142/13) (1)

2014/C 142/70

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2014 – Triarii vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-435/13) (1)

2014/C 142/71

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Fard u Sarkandi vs Il-Kunsill

(Kawża T-439/13) (1)

2014/C 142/72

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2014 – Hermann Trollius vs ECHA

(Kawża T-466/13) (1)

2014/C 142/73

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2014 – Stichting Sona u Nao vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-505/13) (1)

2014/C 142/74

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/56


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Marzu 2014 – CP vs Il-Parlament

(Kawża F-8/13) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjal - Kap ta’ unità - Perijodu ta’ prova - Nuqqas ta’ konferma fil-funzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni - Assenjazzjoni mill-ġdid f’funzjoni mhux amministrattiva - Regoli interni tal-Parlament))

2014/C 142/75

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CP (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u V. Montebello-Demogeot, aġenti

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konferma tar-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ diviżjoni u tat-trasferiment tiegħu lejn id-Direttorat Ġenerali għall-politiki interni

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-23 ta’ Marzu 2012 li permezz tagħha l-Parlament Ewropew ma kkonfermax lil CP fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ diviżjoni u ttrasferixxieh bil-pożizzjoni tiegħu għad-Direttorat Ġenerali “Politiki interni tal-Unjoni”, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ CP.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013, p. 39.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/56


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 – Walton vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-32/13) (1)

((Servizz Pubbliku - Membru tal-Persunal temporanju - Allowance għall-firda - Riżenja kkonstatata b’sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej - Determinazzjoni tad-data tar-riżenja - Awtorità ta’ res judicata - Deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li saru definittivi fl-assenza ta’ rikorsi kontenzjużi - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura amministrattiva minn qabel - Inammissibbiltà manifesta))

2014/C 142/76

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert Walton (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba intiża għall-kisba tar-rimbors tal-bilanċ mhux imħallas li l-Kummissjoni kienet obbligata li tħallas lir-rikorrent bħala allowance għall-firda.

Dispożittiv tad-digriet

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

R. Walton għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013, p. 58.