ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 126

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
26 ta' April 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-105 Sessjoni Plenarja tat-30 u l-31 ta’ Jannar 2014

2014/C 126/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Is-Sitwazzjoni fl-Ukraina

1

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-105 Sessjoni Plenarja tat-30 u l-31 ta’ Jannar 2014

2014/C 126/02

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija ġdida tal-UE għall-foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti

3

2014/C 126/03

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil

8

2014/C 126/04

Opinjoni tal-Kumitat tat-Reġjuni – Green Paper – Qafas għall-Politiki dwar il-Klima u l-Enerġija sal-2030

11

2014/C 126/05

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – L-edukazzjoni ogħla Ewropea fid-dinja

17

2014/C 126/06

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Niftħu l-Edukazzjoni

20

2014/C 126/07

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – L-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-Unjoni Ewopea

26

2014/C 126/08

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

31

2014/C 126/09

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġuni — Il-linji gwida tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà

35

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-105 Sessjoni Plenarja tat-30 u l-31 ta’ Jannar 2014

2014/C 126/10

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – It-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

37

2014/C 126/11

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart

42

2014/C 126/12

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-pakkett NAIADES II

48

2014/C 126/13

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika

53

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-105 Sessjoni Plenarja tat-30 u l-31 ta’ Jannar 2014

26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Is-Sitwazzjoni fl-Ukraina

2014/C 126/01

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

abbażi tar-rapport li tressaq quddiem il-plenarja tal-KtR mill-President tiegħu dwar żjara ta' delegazzjoni tal-KtR fi Kiev mit-22-sal-24 ta' Jannar 2014:

1.

jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tal-Ukraina li qed jipprotesta b'mod paċifiku biex jiddefendi l-valuri demokratiċi f'pajjiżu, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

2.

jikkundanna bil-qawwa kull vjolenza u kull forma ta' intimidazzjoni. L-użu tal-forza ma tistax tkun soluzzjoni għal kriżi politika. Jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jirreaġixxu b'mod qawwi kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;

3.

jikkunsidra r-revoka immedjata tal-leġislazzjoni ripressiva adottata fis-16 ta' Jannar 2014 li ħonqot id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li marret kontra l-istandards internazzjonali bħala l-ewwel pass lejn l-istabbiliment mill-ġdid tal-istat tad-dritt fl-Ukraina; iħeġġeġ lill-President biex dan isir effettiv mill-iżjed fis billi jiffirma r-revoka tal-leġislazzjoni u jagħmilha liġi;

4.

jappella lill-mexxejja politiċi f'kull livell tal-gvern biex jieħdu passi deċiżivi biex inaqqsu l-gravità tas-sitwazzjoni u jwittu t-triq għal soluzzjoni paċifika li tista' tagħti liċ-ċittadini tal-Ukraina d-demokrazija, l-istabbilità, u tiggarantixxi l-indipendenza, il-libertà u l-integrità ta' pajjiżhom;

5.

jikkundanna l-appell tal-“Kunsill tal-Kungress Nazzjonali tal-Gvern Lokali tal-Ukraina”, maħruġ fit-23 ta' Jannar 2014 li kien approva l-liġijiet reċenti u antidemokratiċi adottati mill-parlament nazzjonali;

6.

jappella lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma msieħba fi ħdan il-CORLEAP biex jiġġieldu għall-perspettiva Ewropea tal-Ukraina u biex jużaw l-influwenza politika tagħhom għas-servizz taċ-ċittadini Ukraini;

7.

ifakkar li l-CORLEAP twaqqfet bil-għan li tiffaċilita d-djalogu bejn il-livelli lokali u reġjonali tal-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, kif ukoll li tappoġġja d-demokrazija, l-istabbiltà u l-istat tad-dritt; jimpenja ruħu li janalizza jekk l-istrutturi stabbiliti humiex adatti għal dawn l-iskopijiet u li jeżamina l-possibbiltajiet li jwessa' d-dibattitu b'mod li jinkludi l-partijiet interessati rilevanti kollha;

8.

jenfasizza li d-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma prerekwiżiti għad-demokrazija lokali u reġjonali. Jappoġġa f'dan ir-rigward ir-rakkomandazzjoni 348 (2013) tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropea dwar id-demokrazija lokali u reġjonali fl-Ukraina; jappoġġa b'mod partikolari s-sejħa tiegħu biex il-Gvern tal-Ukraina jneħħi r-restrizzjonijiet kostituzzjonali u leġislattivi fuq il-kompetenzi tal-komunitajiet lokali, u jgħammarhom b'aktar awtonomija finanzjarja;

9.

jenfasizza li l-kapaċità governattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Ukraina hija limitata u li s-sorsi ta' finanzjament huma ristretti mill-gvern ċentrali. Differenzi dejjem ikbar bejn it-territorji joħolqu riskji serji ta' destabbilizzazzjoni fil-pajjiż;

10.

jappella għall-allinjament sħiħ tal-Ukraina mal-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali u għal riformi amministrattivi li jippermettu li gvern awtonomu jgawdi poteri definiti bil-għan li tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali; jipproponi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Ukraina l-għarfien espert tal-imsieħba Ewropej u jerġa' jiddikjara li huwa lest jikkoopera iżjed magħhom sabiex jiġu maqsuma esperjenzi ta' governanza tajba u kooperazzjoni territorjali;

11.

jappella lir-reġjuni u l-komunitajiet lokali tal-UE li għandhom relazzjonijiet partikolarment amikevoli u sħubijiet ma' reġjuni u awtoritajiet lokali fl-Ukraina biex jintensifikaw dawn ir-relazzjonijiet minnufih u joffru solidarjetà u appoġġ lill-imsieħba Ukraini tagħhom;

12.

jappella lill-UE u 'l-istituzzjonijiet tagħha biex jaġixxu b'mod deċiżiv sabiex jgħinu biex inaqqsu t-tensjoni u jiżguraw li tinstab soluzzjoni paċifika li tirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet u l-libertà tal-poplu tal-Ukraina;

13.

jimpenja ruħu li jipprovdi għajnuna lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lis-soċjetà ċivili biex jinstabu soluzzjonijiet xierqa għall-kriżi;

14.

jappoġġja l-impenn kontinwu tal-UE għall-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika tal-Ukraina abbażi ta' valuri Ewropej komuni, u r-rieda tal-UE li tiffirma Ftehim ta' Assoċjazzjoni; f'dan ir-rigward jinsisti fuq il-kundizzjoni bil-quddiem tal-ħelsien tal-priġunieri politiċi, il-ġurnalisti u l-attivisti tas-soċjetà ċivili, inkluża Yulia Tymoshenko, li l-priġunerija tagħhom mhix kompatibbli man-normi u l-istandards tal-ġustizzja u l-istat tad-dritt minquxa fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-leġislazzjoni rilevanti tal-UE;

15.

jagħti istruzzjonijiet lill-President tal-Kumitat tar-Reġjuni biex iressaq din ir-riżoluzzjoni quddiem il-President tal-Parlament Ewropew, il-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, il-Presidenza Griega tal-UE u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Brussell, 31 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-105 Sessjoni Plenarja tat-30 u l-31 ta’ Jannar 2014

26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/3


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija ġdida tal-UE għall-foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti

2014/C 126/02

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Pass pożittiv għall-għarfien tan-natura multifunzjonali, l-użu sostenibbli u l-ħarsien tal-foresti Ewropej

1.

jilqa' b'mod favorevoli l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija l-ġdida għall-foresti, li tipproponi approċċ globali u bilanċjat lejn l-aspetti kollha tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tas-settur ibbażat fuq il-foresti. Għad li l-implimentazzjoni tal-politika tal-forestrija hija kompetenza tal-Istati Membri, din l-istrateġija għandha sservi wkoll bħala strument ta' gwida biex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, il-ħarsien tagħhom, l-appoġġ għall-bijodiversità, u biex il-foresti jiġu kkunsidrati bħala riżorsa li tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima u l-kontribut tagħhom għall-mitigazzjoni ta' dan it-tibdil, kif ukoll, b'mod iktar ġenerali, il-permanenza tas-settur ibbażat fuq il-foresti. Għandu jiġi milqugħ b'sodisfazzjon li tiġi indirizzata d-dimensjoni ekonomika u soċjali tal-foresti u li tiġi rikonoxxuta l-importanza li dawn għandhom bħala sors ta' impjiegi għall-komunitajiet lokali, partikolarment permezz ta' settur tal-foresti u tal-injam li kapaċi jiġġenera katina tal-valur speċifika u tal-iżvilupp tal-għarfien tal-foresti;

2.

bi pjaċir jinnota li l-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi r-rwol multifunzjonali tal-foresti, għalkemm nemmnu li l-kunċett tal-multifunzjonalità għandu jiġi kkunsidrat aktar fil-fond sabiex tkun tista' ssir distinzjoni bejn il-foresti Ewropej u l-ġestjoni tagħhom skont il-funzjoni li tkun trid tiġi promossa f'kull każ. Barra minn hekk, jilqa' wkoll li l-Kummissjoni tagħmel referenza għall-prinċipju tal-konsum sostenibbli;

3.

iqis li dan il-mument huwa partikolarment f'waqtu biex tiġi proposta strateġija ġdida, minħabba l-pressjonijiet dejjem ikbar fuq il-foresti: it-tibdil fil-klima, flimkien man-nuqqas ta' ġestjoni tal-foresti matul l-aħħar snin minħabba l-profittabbiltà baxxa tagħhom, qed iwassal għat-tibdil tal-karatteristiċi tagħhom u tal-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, il-politiki meħuda biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fir-rigward tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli għandu jkollhom l-effett li jżidu l-użu tal-bijomassa tal-forestrija (1), u l-kriżi ekonomika qed tibdel il-pressjoni min-naħa tal-bniedem. L-iżvilupp ta' kriterji ta' ġestjoni sostenibbli li jkunu jistgħu jitkejlu u li jistgħu jintwerew, kif ukoll il-promozzjoni ta' azzjonijiet ta' titjib f'żoni fejn il-valur tar-riżorsi u tal-investimenti fl-infrastruttura huwa baxx, jistgħu jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għal livell ogħla ta' ħarsien u użu iktar sostenibbli tal-foresti Ewropej fuq perjodu ta' żmien twil. Dan l-aspett huwa ta' importanza partikolari peress li l-varjabbiltà tal-klima ġġib magħha pressjonijiet ġodda u trendi l-previżjonijiet ambjentali jew ekonomiċi inqas preċiżi;

4.

jemmen li l-boskijiet lokali/naturali huma ħabitats importanti u għandhom jiġu ġestiti b'konformità mal-liġi dwar il-foresti u l-liġi reġjonali. L-Istati Membri u r-reġjuni għalhekk għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li ma jawtorizzawx it-tħawwil ta' siġar u speċijiet ta' pjanti ġenetikament modifikati;

5.

jenfasizza l-importanza li l-UE tirrispetta l-fatt li l-politika tal-forestrija hija kompetenza nazzjonali. Huwa importanti li l-istrateġija aġġornata għall-foresti tikkunsidra l-kundizzjonijiet differenti li jeżistu fl-Istati Membri tal-UE kif ukoll tirrispetta u tikkompleta l-politiki tal-forestrija tal-Istati Membri fil-livell nazzjonali;

6.

jitlob lill-Kummissjoni, bil-għan li jiġu segwiti b'aktar reqqa l-għanijiet tal-istrateġija, li tippreċiża liema minn dawn joriġinaw mill-impenji tal-Istati Membri fir-rigward tal-foresti, waqt li ssir distinzjoni bejn l-obbligi internazzjonali u dawk Ewropej. Barra minn hekk il-Kumitat jemmen li hemm bżonn li jiġi enfasizzat, fil-livelli kollha, ir-rwol tal-korpi speċjalizzati eżistenti u li jiġi evitat li jinħolqu oħrajn ġodda;

Il-pressjoni mill-bniedem fuq il-foresti għandha konsegwenzi għaċ-ċittadini kollha, li jeħtieġ li jiġu sensibilizzati dwar dan

7.

jenfasizza li l-foresti huma influwenzati minn kundizzjonijiet ekonomiċi, kemm fl-immedjat kif ukoll iktar fit-tul, peress li ħafna drabi l-konsegwenzi tagħhom joħorġu fid-dieher wara li jkun għadda ħafna żmien. Il-fenomeni bħan-nirien, it-tibdil fl-użu tal-art, il-qtugħ illegali u l-kaċċa illegali qed isiru iżjed frekwenti. B'hekk, jeħtieġ li tiżdied is-sorveljanza u li jsiru kontrolli u analiżijiet tal-ispejjeż/benefiċċji tal-użijiet previsti u anke li tingħata prova tal-previżjonijiet fir-rigward tal-konsegwenzi potenzjali fit-tul. Peress li l-użu u l-funzjoni ekoloġika tal-foresti jvarjaw b'mod sostanzjali fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi reġjonali;

8.

jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tat-tendenza ta' espansjoni urbana, li hija theddida għall-ambjent naturali u b'mod iktar partikolari għall-foresti periurbani. Il-Kumitat jappella biex jiġu żviluppati strumenti xjentifiċi adatti biex il-proġetti għall-estensjoni taż-żoni urbani jiġu pjanati bil-prudenza kollha meħtieġa;

9.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, skont in-NU u l-istrateġija tal-UE favur il-bijodiversità, l-għan li bejn l-2002 u l-2010 jitnaqqas sew ir-ritmu tat-tnaqqis tal-bijodiversità fuq livell dinji ma ntlaħaqx. Barra minn hekk, huma l-ifqar popolazzjonijiet li, bħala prijorità u bl-ikbar intensità, ser jintlaqtu mit-tnaqqis potenzjali tal-bijodiversità. Iżda jekk ikunu infurmati, iċ-ċittadini jistgħu jikkontribwixxu biex din it-tendenza tinqaleb. Jeħtieġ li jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar ir-relazzjoni li teżisti bejn il-kwalità tal-ekosistemi u l-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari billi jiġu mobilizzati u infurmati ċ-ċittadini u l-imsieħba soċjali. Jeħtieġ ukoll li d-data xjentifika tkun iżjed aċċessibbli għall-pubbliku, permezz ta' kampanji fuq skala wiesgħa ta' informazzjoni u anke permezz tal-edukazzjoni dwar ir-rispett għall-ambjent. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jinsistu aktar fuq l-attivitajiet ibbażati fil-foresti fil-politiki tal-iżvilupp tagħhom u jenfasizzaw il-ħolqien ta' leġislazzjoni u amministrazzjoni tal-foresti kif ukoll il-prinċipji ta' użu sostenibbli tal-foresti fil-programmi ta' żvilupp konklużi ma' pajjiżi terzi u f'dawk relatati mal-finanzjament tal-iżvilupp abbażi tal-fondi. Dan għandu jappoġġja l-objettivi ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-politika tal-iżvilupp. Barra minn hekk l-awtoritajiet tal-amministrazzjoni tal-foresti tal-Istati Membri, l-universitajiet u l-organizzazzjoni tas-settur tal-foresti għandu jkollhom għarfien espert konsiderevoli fl-implimentazzjoni ta' dawn l-objettivi;

10.

ifakkar li s-settur ibbażat fuq il-foresti diġà jikkontribwixxi b'mod konsiderevoli għall-prosperità tal-UE, billi jiżgura mat-3,5 miljun impjieg fis-settur sekondarju waħdu. Jinnota wkoll li hemm ċerti reġjuni fejn il-possibbiltajiet ta' tkabbir sostenibbli u għall-ħolqien tal-impjiegi f'dan is-settur għadhom ma ġewx appoġġjati bis-sħiħ. Il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, il-politiki fil-qasam tal-akkwist tal-ħiliet, pereżempju permezz tat-tagħlim tul il-ħajja, u l-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda joħolqu l-possibbiltà li jiżdied l-impjieg, mhux biss fis-snajja' tradizzjonali tas-settur imma anke fl-attivitajiet professjonali ġodda li jinħolqu;

11.

iqis bħala ħaġa tajba li jiġi mħeġġeġ tibdil fil-modi u l-għażliet tal-konsum, l-aktar permezz tal-promozzjoni tal-konsum ta' prodotti tal-injam li ġejjin minn foresti sostenibbli. L-użu tal-injam u s-sostituzzjoni ta' prodotti magħmulin minn materjali li fl-ipproċessar tagħhom ikun hemm ħafna emissjonijiet ta' CO2 huma progress konsiderevoli fit-titjib ambjentali u l-ksib ta' ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. Fir-rigward tat-tranżizzjoni lejn is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, fejn il-bijomassa tal-foresti hija l-iktar waħda fundamentali, għandu jitħeġġeġ il-konsum responsabbli sabiex il-produzzjoni tal-enerġija tkun kemm jista' jkun ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli;

12.

jiddispjaċih li fl-istrateġija tagħha l-Kummissjoni Ewropea ma tqisx biżżejjed l-użu tal-foresti għar-rikreazzjoni, u fir-rigward tal-użu tar-riżorsi forestali ma tindirizzax il-bżonn li l-aspetti relatati mal-użu rikreattiv, l-użu xjentifiku u l-ħarsien tal-ambjent jitqiesu b'mod bilanċjat sabiex b'hekk jiġu implimentati fil-prattika l-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli abbażi tal-kompetittività, il-ħarsien tal-ambjent u l-elementi soċjali;

Ir-rwol tal-komunitajiet lokali fil-preservazzjoni tal-foresti u d-diversità bijoloġika

13.

jikkundanna l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ma tagħmilx referenza għar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-istrateġija. Fil-fatt, il-parteċipazzjoni tagħhom tiżgura l-bilanċ bejn l-isfruttar ekonomiku dejjem iżjed intens tal-foresti, u l-iżvilupp sostenibbli. Għalhekk, il-Kumitat iqis li għandha tiġi kkunsidrata parteċipazzjoni iktar attiva fit-tfassil tal-istrateġija u jipproponi li jkunu rappreżentati fil-korpi uffiċjali tal-ippjanar tal-politiki, bħall-kumitat permanenti għall-forestrija u l-Grupp ta' Konsulenza dwar il-Forestrija u s-Sufra;

14.

ifakkar li b'20 miljun ettaru, il-foresti muniċipali huma t-tielet l-ikbar proprjetà ta' forestrija fl-Ewropa. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kemm proprjetarji kif ukoll responsabbli għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' bosta proġetti relatati mal-foresti;

15.

jinnota li l-komunitajiet lokali għandhom kuntatt dirett mal-foresti u li huma l-ewwel nies li jħossu l-effetti tal-politiki implimentati f'dan il-qasam. Huma wkoll dawk li jassumu r-responsabbiltà tal-ħarsien tal-foresti u li jġarrbu direttament l-ispejjeż ta' dan il-ħarsien, li jibbenefikaw mill-preżenza tagħhom u li jżommuhom fi stat tajjeb; imma huma wkoll l-ewwel li jbatu l-konsegwenzi tad-degradazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali ħafna drabi jassumu r-responsabbiltà tal-ġbir tad-data u għandhom il-possibbiltà li jevalwaw direttament l-impatt tal-politiki implimentati. Għalhekk huwa ċar li għandha tingħata prijorità lill-għoti ta' informazzjoni korretta lill-komunitajiet lokali, filwaqt li jingħataw il-mezzi biex jaqdu l-obbligi tagħhom; għandha tiġi introdotta komunikazzjoni deċentralizzata u sostenibbli mal-atturi lokali sabiex jitħejja kunċett tal-foresti intiż biex fil-livell lokali jiġu aċċettati u applikati politiki multilaterali dwar l-iżvilupp tal-foresti;

16.

jitlob lill-Istati Membri biex iqisu b'mod xieraq ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp tar-riżorsi tal-foresti għar-rikreazzjoni u biex ma joħolqux piż amministrattiv addizzjonali u inutli għal dawn l-istituzzjonijiet fil-ġestjoni taż-żoni forestali għar-rikreazzjoni bil-għan li jżommu lill-abitanti u lil min iżur il-post kemm jista' jkun sodisfatti;

17.

jenfasizza li l-limiti tal-massa tal-foresti ma jirriflettux il-fruntieri nazzjonali, u l-istess jgħodd għall-vantaġġi u l-problemi li jinbtu minn din is-sitwazzjoni; għalhekk, il-Kumitat jaqbel li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fuq skala kbira, b'mod partikolari fiż-żoni transkonfinali;

18.

iqis li l-foresti Ewropej ivarjaw kemm fil-karatteristiċi proprji tagħhom u fl-ispeċifiċitajiet tat-territorji fejn ikunu jinstabu, kif ukoll fir-riskji li jhedduhom, u jissuġġerixxi li l-politiki jiġu divrenzjati, b'tali mod li jqisu l-kundizzjonijiet lokali biex jinkisbu l-aħjar riżultati. Il-Kumitat jirrakkomanda li jiġu implimentati miżuri speċifiċi u li jiġi appoġġjat b'mod konkret il-ħolqien ta' pjani tal-forestrija lokali u reġjonali biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-territorji li b'mod oġġettiv għandhom speċifiċitajiet partikolari, bħaż-żoni b'popolazzjoni baxxa, ir-reġjuni ultraperiferiċi, il-gżejjer u r-reġjuni fit-Tramuntana mbiegħda b'ekosistemi iktar partikolari, u l-foresti tal-Mediterran, soġġetti għal pressjoni iktar qawwija minħabba t-tibdil fil-klima;

L-isfruttar ekonomiku tal-foresti mil-lat tas-sostenibbiltà

19.

jemmen li l-ħarsien tal-foresti u tas-settur tal-foresti kif ukoll il-ġestjoni adegwata tagħhom jaħdmu favur il-preservazzjoni ta' parti kbira ħafna miż-żoni tan-Netwerk Natura 2000 u, b'hekk, tal-bijodiversità Ewropea;

20.

jenfasizza li s-settur pubbliku u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala sidien ta' parti konsiderevoli mill-foresti Ewropej jew bħala provvedituri tas-servizzi, għandhom jiggarantixxu l-multifunzjonalità u s-sostenibbiltà ta' dawn il-foresti, filwaqt li jiżguraw li l-ġestjoni sostenibbli adegwata tar-riżorsi tal-foresti tkun wieħed mill-elementi bażiċi tal-iżvilupp ekonomiku ta' dawn iż-żoni. Għalhekk għandhom jikkontribwixxu għall-preservazzjoni u l-ġestjoni tal-foresti, sakemm jingħataw il-mezzi neċessarji;

21.

jaqbel mal-ħtieġa li jiġi rikonoxxut li l-UE ma tiddependix biss mill-produzzjoni tagħha stess u li l-konsum tagħha għandu impatt fuq il-foresti fil-livell dinji. Jeħtieġ li jiġi stabbilit bħala objettiv, apparti l-garanzija u l-evidenza ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti kollha tal-UE, li tiżdied is-superfiċje forestali msaġġra minn naħa u li tiżdied il-produttività tal-foresti Ewropej min-naħa l-oħra, għall-inqas, fil-foresti multifunzjonali b'funzjoni prinċipalment produttiva;

22.

barra minn hekk iqis li l-persentaġġ kbir ta' foresti privati fl-Ewropa joħloq kundizzjonijiet li jitolbu li jiġu kontrollati imma li għandhom ikunu wkoll utilizzati b'mod adatt. Fost l-aspetti importanti tal-istrateġija dwar il-foresti għandu jiġi previst it-titjib tal-kontroll u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tas-sidien tal-foresti, kif ukoll it-taħriġ tagħhom u l-appoġġ għalihom. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi għall-ġestjoni tajba tal-foresti privati; fil-fatt, kemm in-nuqqas ta' azzjoni fir-rigward tal-protezzjoni kif ukoll l-isfruttar mhux sostenibbli tal-ġid tal-foresti huma theddida. Bl-istess mod l-Istati Membri ser jeħtieġu li s-sidien privati ta' foresti jikkonservawhom fuq perjodu twil billi japplikaw proġett ta' ġestjoni tal-proprjetajiet tagħhom, b'mod partikolari sabiex jiżguraw il-proċessi ta' riġenerazzjoni. Għandha tiġi garantita l-opportunità għas-sidien tal-foresti u l-organizzazzjonijiet tagħhom biex jipparteċipaw fit-teħid ta' deċiżjonijiet fis-settur ibbażat fuq il-foresti u fit-teħid ta' deċiżjonijiet relatati miegħu fil-livelli Ewropej, nazzjonali u lokali;

23.

ifakkar dwar is-sitwazzjoni tat-territorji fejn il-proċess tar-riġenerazzjoni tal-foresti huwa diffiċli minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima u l-ħamrija. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-reġjuni fejn hemm topografija diffiċli u, għalhekk, diffikultà ikbar biex tiddaħħal il-mekkanizzazzjoni, kif ukoll klima iktar favorevoli għall-ispeċijiet invażivi milli għall-ispeċijiet tal-forestrija mħawla billi jiġu provduti miżuri għall-appoġġ tal-investiment privat fil-konverżjoni mill-ġdid, il-konservazzjoni u l-iżvilupp tas-settur tal-foresti;

24.

jemmen ukoll li għandha tissaħħaħ il-ġestjoni tal-foresti pubbliċi li l-funzjonijiet tagħhom ma jħallux profitt ekonomiku, jew minħabba l-kwalità tal-prodotti li joffru jew minħabba n-nuqqas ta' infrastruttura, u għalhekk għandhom isiru investimenti fihom sabiex jittejbu l-istess foresti u/jew l-aċċess għar-riżorsi tagħhom;

25.

iqis li l-prinċipju kaskata għall-użu tal-injam jista' jirriżulta restrittiv iżżejjed, peress li mhux ir-reġjuni kollha għandhom l-infrastrutturi jew l-intrapriżi li jagħmlu possibbli l-ipproċessar jew l-użu kollu potenzjali tal-injam. Għaldaqstant ikun aktar realistiku li jiġi promoss il-prinċipju tal-użu effikaċi tar-riżorsi fil-qafas ta' approċċ integrat u taħt id-direzzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex tiġi assigurata ġestjoni sostenibbli tal-foresti Ewropej;

26.

jilqa' r-rwol li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tagħti lill-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-industriji forestali bħala elementi li jixprunaw il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti Ewropej u jqis li apparti l-għan tal-ġestjoni sostenibbli, l-industriji tal-forestrija, fil-qafas tar-responsabbiltà soċjali korporattiva, għandhom jikkontribbwixxu għat-tixrid fost il-pubbliku inġenerali ta' informazzjoni dwar il-kwistjonijiet ambjentali relatati mal-prodotti tal-forestrija;

27.

jilqa' u jirrikonoxxi r-riżultati tal-iskemi ta' ċertifikazzjoni volontarja u jirrakkomanda li dawn jintrifdu b'mod ġenerali minn miżuri oħra, inklużi strumenti finanzjarji. Iċ-ċertifikazzjoni tista' sservi bħala strument li jgħin fit-trażżin tal-fluss tal-injam u l-prodotti tal-injam illegali;

28.

jenfasizza li għall-SMEs li joperaw fil-livell lokali l-miżuri rakkomandati għall-adozzjoni jistgħu jfissru telf ta' kompetittività minħabba ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni. Għalhekk, il-Kumitat jipproponi li jinħolqu miżuri li jappoġġjaw lill-SMEs, l-iktar dawk li jħeġġu l-konsum ta' prodotti tal-forestrija manifatturati lokalment, filwaqt li jiġu evitati kemm jista' jkun il-politiki li jistgħu jżidu l-piż burokratiku u l-ispejjeż amministrattivi supplimentari. Għandha tingħata iktar attenzjoni biex jiġu konklużi ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi terzi, b'tali mod li jitqiesu l-effetti li l-miżuri adottati jista' jkollhom fuq il-benesseri ekonomiku u soċjali ta' żoni bil-foresti f'dawn il-pajjiżi;

29.

jemmen li l-pjani tal-ġestjoni forestali għandhom jiġu promossi fil-foresti Ewropej bil-għan li r-riżorsi tagħhom jintużaw b'mod sostenibbli. Dawn il-pjani għandhom jagħtu prijorità lill-foresti inqas produttivi li għandhom impatt akbar fuq it-tibdil fil-klima u li għandhom valur akbar f'dik li hi konservazzjoni (foresti Mediterranji, foresti tan-Netwerk Natura 2000, eċċ.);

Din l-istrateġija tagħti l-frott jekk tiġi applikata b'mod korrett u koordinat

30.

jinnota li l-istrateġija proposta, għad li tagħmel referenza għal sensiela sħiħa ta' politiki u proċeduri fil-livell Ewropew u internazzjonali, la fiha għanijiet u indikaturi li jistgħu jitkejlu, la mekkaniżmi ta' kontroll għall-implimentazzjoni tagħha u lanqas pjan ta' azzjoni fit-tul għall-implimentazzjoni tal-istrateġija. Il-fatt li l-UE m'għandhiex kompetenza f'dan il-qasam m'għandux iservi ta' ostaklu għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija, peress li l-foresti għandhom influwenza fuq il-kontinent kollu kemm hu u anke lil hinn minnu;

31.

jinsab konvint li l-iżvilupp ta' reġjun jeħtieġ approċċ integrat fir-rigward tal-politiki pubbliċi. Barra minn hekk, minkejja l-adozzjoni ta' qafas strateġiku komuni għall-perjodu 2014-2020, l-approċċ imsejjes fuq ħafna fondi ma jidhirx fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, filwaqt li fl-istess ħin, ir-riżorsi allokati għall-fondi agrikoli Ewropej jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-foresti. Il-Kumitat jipproponi li l-possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri li jadottaw programmi operattivi b'ħafna fondi (FAEŻR, FEŻR, FSE, Fond ta' Koeżjoni) ma tkunx limitata biss għall-“iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità”, imma li tkun estiża għall-“investimenti territorjali integrati”. Huwa jistieden lill-partijiet involuti biex jibbenefikaw mill-programm Orizzont 2020, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-iżvilupp tat-teknoloġija tal-forestrija permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni;

32.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-istudji u l-inizjattivi ta' riċerka xjentifika intiżi biex jiżviluppaw it-teknoloġiji moderni tal-ħsad u l-produzzjoni tal-injam li jkollhom impatt ambjentali inqas qawwi mill-metodi tradizzjonali (inkluż it-tħawwil ta’ siġar għall-użu tal-enerġija), kif ukoll dawk li jnaqqsu l-ispejjeż tal-ġestjoni waqt li jippromovu l-iżvilupp sostenibbli;

33.

ifakkar li l-inizjattiva ewlenija tal-UE dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tiddefinixxi l-qafas biex jiġi żgurat li l-istrateġiji fit-tul tal-UE fl-oqsma bħall-enerġija, it-tibdil tal-klima u l-politika ambjentali jipproduċu effetti ta' ġid fir-rigward tal-użu effikaċi tar-riżorsi. Barra minn hekk, l-istrateġija proposta għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti tista' tiżgura l-kontinwità u l-koerenza tal-politiki differenti konċernati u tikkontribwixxi għal żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali bilanċjat, li huwa punt ta' tħassib fundamentali għall-UE;

34.

jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħmlu l-isforzi kollha meħtieġa biex il-proposti tal-istrateġija jissarrfu fil-livell lokali, billi jitfassal pjan ta' azzjoni fit-tul għall-implimentazzjoni tal-istrateġija, jiġu implimentati l-pjani u l-programmi ta' ġestjoni u billi tissaħħaħ il-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni kemm bejniethom kif ukoll mal-partijiet interessati.

Brussell, 30 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Fl-2020, 20 % tal-enerġija konsmata fl-UE għandha tiġi minn sorsi rinnovabbli. Jekk dan l-għan jintlaħaq, il-kwantità ta' injam użat għal finijiet tal-enerġija fl-UE tkun ekwivalenti għall-volum totali ta' dak li jiġi prodott illum.


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/8


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil

2014/C 126/03

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali dwar ir-Regolament

1.

jilqa' r-regolament propost bħala pass pożittiv lejn il-finanzjament tal-ekonomija futura. Il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ELTIFs) għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għal żieda fil-kapital disponibbli għall-proġetti fuq terminu twil li jappoġġjaw it-tkabbir ekonomiku sostenibbli;

2.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li waqt il-kriżi ekonomika, l-investiment pubbliku fil-livell sottonazzjonali tnaqqas drastikament fl-Ewropa u għaldaqstant jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-ELTIFs ma jitqisux bħala sors ta' finanzjament li jista' jissostitwixxi t-trasferiment tal-fondi tal-gvern nazzjonali għall-awtoritajiet sottonazzjonali;

3.

jirreferi għall-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-rakkomandazzjonijiet għal infiq aħjar (1) li tenfasizza l-importanza tal-baġits lokali u reġjonali bħala proporzjoni tal-infiq pubbliku fl-Unjoni Ewropea, li rrappreżenta 16,7 % tal-PDG fl-2011, li jsawwar 34 % tal-ammont totali tal-infiq pubbliku fl-Unjoni Ewropea, fejn l-investiment dirett għandu rwol kbir f'dawn il-baġits, li huwa fattur ewlieni fl-irkupru rapidu tal-ekonomija;

4.

jenfasizza l-importanza li l-ELTIFs jiġu mifhuma fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari kif jista' jiġi promoss tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv permezz ta' investiment f'assi fuq terminu twil. Bl-istess mod, jekk isir progress lejn il-miri tal-Ewropa 2020, jista' jsir disponibbli aktar kapital, u l-investiment fuq terminu twil jista' jiżviluppa fi prospetti aktar attraenti;

5.

jenfasizza li l-abbozz ta' regolament ma jintroduċi l-ebda obbligu sostanzjali ġdid u li potenzjalment jista' jipprovdi benefiċċji ċari, u għal din ir-raġuni jqis li l-abbozz ta' regolament jikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

6.

jenfasizza li l-abbozz ta' regolament għandu l-iskop li joħloq marka ta' prodott komuni li għaliha hemm interess pubbliku qawwi u li tistabbilixxi s-sisien għal suq komuni, kompetittiv u kosteffiċjenti għall-ELTIFs u għaldaqstant iqis li l-abbozz ta' regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb qafas legali komuni għall-ELTIF;

7.

jenfasizza li l-lokalitajiet u r-reġjuni huma benefiċjarji potenzjali tal-investimenti fuq terminu twil f'assi tanġibbli (bħalma huma l-enerġija, l-infrastrutturi tal-komunikazzjoni u t-trasport, il-faċilitajiet industrijali u tas-servizzi, id-djar u t-tibdil fil-klima u t-teknoloġiji tal-ekoinnovazzjoni) kif ukoll assi intanġibbli (bħalma huma l-edukazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp);

8.

jagħmel referenza għall-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni tal-UE (2) fir-rigward tal-proposta, li enfasizzat l-iskemi eżistenti fi wħud mill-pajjiżi Ewropej. Attwalment jeżisti suq Ewropew frammentat għall-investiment f'assi fuq terminu twil li huwa kemm raġuni favur il-ħolqien tal-ELTIFs kif ukoll ostaklu għall-implimentazzjoni effiċjenti tagħhom. L-ELTIFs għandhom jiksbu l-bilanċ bejn li jattiraw u jiġġeneraw id-domanda għal investiment fuq terminu twil filwaqt li jiżguraw li jkun hemm għażla fost l-investituri. (ELTIFs li jippromovu l-investiment transkonfinali fuq terminu twil);

9.

jenfasizza l-ħtieġa għal monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regolament minħabba li huwa strument ieħor li jista' jikkontribwixxi għal kapital fuq terminu twil, kif ukoll minħabba l-frammentazzjoni attwali tal-investiment fl-assi fuq terminu twil fis-suq Ewropew;

10.

iqis li l-Proposta għal Regolament dwar l-ELTIF għandha tiġi akkumpanjata minn proposti tal-Kummissjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni u dokumenti kummerċjali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi;

11.

iwissi li s-sistemi tat-taxxa differenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-inċentivi fiskali differenti u r-riskju ta' tassazzjoni doppja meta l-investituri jkunu bbażati fi Stat Membru differenti minn dak tal-maniġer tal-fond, jistgħu jostakolaw il-ġbir tal-kapital fl-ELTIFs u l-iżvilupp tagħhom, b'mod partikolari fejn jidħlu proġetti transkonfinali;

12.

jappoġġja l-ħtieġa għal livell ta' flessibbiltà fil-perjodi ta' parteċipazzjoni u jemmen li għandu jkun f'idejn il-maniġers individwali tal-assi tal-ELTIF li jivvalutaw il-ħtieġa li jiġi definit iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fond jew it-termini li fihom jistgħu jitwettqu l-ammortizzazzjonijiet (bikrija). Jemmen li d-determinazzjoni imposta minn qabel taċ-ċiklu tal-ħajja tal-fond tista' tmur kontra l-aqwa interessi tal-fond, l-investitur u/jew l-investimenti fil-mira;

13.

jemmen li sabiex jitħeġġeġ l-aptit tal-investituri u tal-maniġers tal-assi għall-ELTIFs, għandhom jiġu permessi ċerti tekniki ta' strutturar, bħalma huwa l-użu tal-SPVs (3). Huwa importanti li jiġi żgurat li l-fond isir investiment attraenti għall-investituri (inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali) u li jkun jista' jikkompeti ma' investimenti oħra.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Premessa 2

Raġuni

Evidenti.

Emenda 2

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Distribuzzjoni tad-dħul

Distribuzzjoni tad-dħul

1.   ELTIF jista' regolarment iqassam lill-investituri l-introjtu ġġenerat mill-assi li jinsabu fil-portfoll. Dan l-introjtu jkun magħmul minn:

1.   ELTIF jista' regolarment ijqassam lill-investituri l-introjtu ġġenerat mill-assi li jinsabu fil-portfoll. Dan l-introjtu jkun magħmul minn:

(a)

kwalunkwe introjtu li l-assi qed joħolqu b’mod regolari;

(b)

l-apprezzament tal-kapital li jseħħ wara d-disponiment ta' assi, iżda li jeskludi l-impenji tal-kapital mittieħda oriġinarjament.

(a)

kwalunkwe introjtu li l-assi qed joħolqu b’mod regolari;

(b)

l-apprezzament tal-kapital li jseħħ wara d-disponiment ta' assi, iżda li jeskludi l-impenji tal-kapital mittieħda oriġinarjament.

2.   L-introjtu ma għandux jiġi ddistribwit sal-punt li jiġi meħtieġ għall-impenji tal-ELTIF tal-ġejjieni.

2.   L-introjtu ma għandux jiġi ddistribwit Dawn id-distribuzzjonijiet m'għandhomx isiru sal-punt li jiġi meħtieġ għall-impenji tal-ELTIF tal-ġejjieni.

3.   ELTIF fir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-fond tiegħu jiddikjara l-politika ta' tqassim li se jadotta matul ħajjet il-Fond.

3.   ELTIF fir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-fond tiegħu jiddikjara l-politika ta' tqassim li se jadotta matul ħajjet il-Fond.

Raġuni

Il-maniġers tal-assi għandu jkollhom ċerta flessibbiltà fir-rigward tal-ammortizzazzjoni (bikrija) u ċ-ċiklu tal-ħajja fl-interess tal-investituri u l-investimenti involuti.

Emenda 3

Artikolu 21(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(e)

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala relevanti għall-iskop tal-paragrafu 2.

(e)

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala relevanti għall-iskop tal-paragrafu 2.

Raġuni

L-esperjenzi tal-UCITS urew li paragrafi bħal dawn ta' spiss intużaw sabiex is-suq intern ma jitħalliex jiffunzjona b'mod adegwat.

Emenda 4

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 28

Setgħat u kompetenzi tal-AETS

1.   L-ESMA jkollha s-setgħat meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti attribwiti lilha f'dan ir-Regolament.

Artikolu 28

Setgħat u kompetenzi tal-AETS

1.   L-ESMA jkollha s-setgħat u r-riżorsi meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti attribwiti lilha f'dan ir-Regolament.

Brussell, 30 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 2013/3609.

(2)  SWD(2013) 231 final.

(3)  Strumenti ta’ Għan Speċjali


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/11


Opinjoni tal-Kumitat tat-Reġjuni – Green Paper – Qafas għall-Politiki dwar il-Klima u l-Enerġija sal-2030

2014/C 126/04

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza r-rilevanza u r-rwol ċentrali wiesgħa tal-livell lokali u reġjonali fl-iżvilupp ta' approċċi għat-tibdil fil-klima u għall-komunitajiet tal-futur; għalhekk jiddispjaċih ferm li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-miżuri li diġà ħadu dwar il-klima u l-enerġija ma jissemmew lanqas darba fil-Green Paper;

2.

jistieden lill-Kummissjoni tuża l-iskemi ta' żvilupp, iffinanzjar u monitoraġġ immirati biex jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-klima u l-enerġija biex jappoġġaw u jinkoraġġixxu l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Istati Membri;

3.

iqis li huwa essenzjali li t-tibdil fil-klima jiġi limitat għal inqas minn żewġ gradi ta' tisħin meta mqabbel mal-livelli preindustrijali;

4.

iqis li huwa essenzjali li jinstab kunsens fuq ftehim internazzjonali vinkolanti dwar il-klima fil-Konferenza tal-Partijiet COP 21 tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2015, kif ġie deċiż fil-COP 17 f’Durban fl-2011;

5.

jirrakkomanda li l-mira legalment vinkolanti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) għall-UE kollha kemm hi, tkun stabbilita sal-2030 għal 50 % tal-livelli tal-1990, u jinsisti li l-Istati Membri għandhom jaqblu separatament bejniethom dwar kif ser jaqsmu l-piż tat-tnaqqis tal-emissjonijiet;

6.

jirrimarka li, is-sistema tal-UE tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS) għall-produzzjoni tal-enerġija fossili, li hi komuni u legalment vinkolanti, tkopri aktar minn 40 % tal-emissjonijiet tal-Istati Membri (minbarra l-iskambju tal-kwoti tal-avjazzjoni). Il-proporzjon tal-emissjonijiet kopert mill-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, u l-inklużjoni ta' setturi potenzjali ġodda (pereżempju t-trasport bit-triq u l-baħar) fl-iskambju tal-emissjonijiet għandhom jiġu miftiehma f’rabta mal-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Fil-forma attwali tagħha, l-EU ETS mhux qed tagħti r-riżultati mistennija minħabba għadd ta' problemi sistemiċi li jwasslu għal prezz tal-karbonju insuffiċjenti;

7.

jiddispjaċih ħafna dwar il-livell baxx ta' ambizzjoni preżentat fil-Komunikazzjoni tal-KE dwar “Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu ta' bejn l-2020 u l-2030” (1) u jikkunsidra essenzjali li jiġu stabbiliti miri vinkolanti għall-enerġija rinnovabbli (mhux biss mira ta' 27 % li tapplika madwar l-UE kollha u li tkun volontarja għall-Istati Membri) u l-effiċjenza enerġetika rispettivament minbarra l-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet b'mod ġenerali; jenfasizza li l-possibbiltà li tintlaħaq il-mira ta' 100 % ta' enerġija rinnovabbli għall-UE sal-2050 teħtieġ li l-UE tistabbilixxi miri intermedji realistiċi għall-2030 u l-2040 sabiex tilħaq din l-ambizzjoni;

8.

iqis li huwa essenzjali li l-miri nazzjonali biex tiżdied l-enerġija rinnovabbli u jonqos l-użu tal-enerġija isiru vinkolanti minn kull Stat Membru u biex dan isir il-pajjiżi jiddependu mill-ħolqien ta' strateġiji reġjonali għal dan il-għan; dan ikun iktar kosteffettiv u jaqbel mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kemm fil-livelli nazzjonali u kif ukoll lokali;

9.

huwa mħasseb ħafna dwar in-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament fil-livell lokali u reġjonali u dwar il-kriżi ekonomika attwali, li jfixklu l-kompitu ċentrali li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fl-iżvilupp ta' opportunitajiet biex ikun hemm adattament għalih;

10.

fil-kuntest ta' kompetittività, jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni għal diskussjoni dwar is-siwi ta' mira għall-iffrankar ta' enerġija industrijali li tkun ibbażata fuq il-proporzjon tal-intensità enerġetika meta imqabbel mal-PDG jew il-valur miżjud gross;

11.

jinnnota li, jekk l-UE trid issir tabilħaqq kompetittiva, din trid tħaddan bis-sħiħ l-opportunitajiet ekonomiċi, soċjali u dawk ta' impjieg offruti mit-transizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. Għalhekk iqis li huwa essenzjali li s-sussidji għal enerġija mhux rinnovabbli jitneħħew gradwalment u dawn jiġu indirizzati lejn l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; kwalunkwe dħul mill-irkant jekk jitkompla l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, jew kwalunkwe dħul mit-taxxi jekk issir taxxa fuq il-karbonju, għandu jkun dirett lejn miżuri effettivi mill-Istati Membri biex itaffu u jadattaw għat-tibdil tal-klima;

12.

jemmen li l-indipendenza fl-enerġija u s-sigurtà tal-forniment għandhom jiġu msaħħa aktar permezz tal-iżvilupp tas-suq uniku għall-enerġija bl-għajnuna ta’ interkonnetturi ġodda, il-produzzjoni tal-enerġija fuq skala żgħira mill-konsumaturi nnifishom, il-ħżin tal-enerġija u l-grids intelliġenti, pereżempju, u li d-diversità tas-sorsi ta’ enerġija sostenibbli taġixxi bħala lqugħ kontra varjazzjonijiet fil-prezzijiet, tnaqqas il-vulnerabbiltà tas-sistema tal-enerġija u tista' tnaqqas l-interruzzjonijiet fil-provvista; għandu jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tas-suq intern ma tillimitax il-possibbiltajiet għall-iżvilupp tal-provvista tal-enerġija deċentralizzata u lokali;

13.

huwa konvint li l-iżvilupp tas-suq intern tal-enerġija bl-għajnuna ta' interkonnetturi ġodda għandu jiggarantixxi li l-piż jinqasam b'mod ġust bejn ir-reġjuni u jqis l-eżiġenzi tal-ġestjoni tat-territorju. Għandu jiġi evitat li jitpoġġa piż sproporzjonat fuq reġjuni u pajsaġġi singoli;

14.

jenfasizza li l-leġislaturi għandhom iżommu f'moħħhom iż-żamma ta’ prezzijiet raġonevoli u l-ġestjoni tal-piż tat-taxxa fuq il-pubbliku meta jfasslu l-politiki fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri. Barra minn hekk jirrakkomanda lill-Istati Membri jadottaw azzjonijiet individwali għal familji u l-konsumaturi vulnerabbli mil-lat tal-prezzijiet tal-enerġija;

15.

jemmen li valutazzjoni aħjar tal-benefiċċji esterni fit-tul tat-tmiem gradwali tal-enerġija mhux rinnovabbli, bħas-saħħa pubblika u l-impjiegi ġodda għandha tkun possibbli, u li dawn jintużaw bħala appoġġ għat-tfassil tal-politika;

16.

jenfasizza li d-diskussjonijiet dwar qafas politiku komprensiv għall-klima u l-enerġija għandhom jkopru l-użu ta’ karbonju maħżun b’mod sostenibbli (inkluż il-bini bl-injam kif ukoll prodotti tal-injam jew sufra) bħala sostitut għall-prodotti li jiġġeneraw l-emissjonijiet; Barra minn dan, għandhom ikunu inklużi l-bjar tal-karbonju naturali kollha, bi spinta għar-riżorsi tal-foresta, għas-sistemi produttivi tal-agrikoltura, tal-imsaġar u tar-ragħa, kif ukoll biedja organika u favur il-konservazzjoni.

17.

jemmen li huwa kruċjali li tittejjeb il-konsulenza mmirata lejn il-gruppi demografiċi u l-konsumaturi differenti (skont l-età, is-sess, l-isfond kulturali, il-qagħda soċjoekonomika, eċċ.) u li jittejjeb l-għarfien espert ta’ dawk responsabbli għall-użu tal-enerġija;

A.    Il-ġestjoni tat-territorju u l-preparazzjoni għat-tibdil fil-klima

18.

jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma primarjament responsabbli għall-ġestjoni fit-tul tat-territorju, kif ukoll għall-istruttura tal-komunitajiet fil-futur, inkluż servizzi li se jintużaw mir-residenti u n-negozji: ilma nadif; ipproċessar ta' dranaġġ u skart; produzzjoni u distribuzzjoni tal-enerġija; netwerks tal-ICT; u toroq, trasport pubbliku u l-alternattivi għall-użu tat-trasport ħafif (soft transport). Din l-infrastruttura bażika se tipprovdi l-kundizzjonijiet biex ir-residenti u n-negozji jadottaw imġiba xierqa sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet;

19.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kkonċernati b'mod wiesgħa u għandhom rwol importanti fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fit-tħejjija u l-adattament għat-tibdil, u fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet enerġetiċi. Billi jipprovdu servizzi għar-residenti, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jużaw l-enerġija huma stess u huma sors prinċipali ta’ kuntratti pubbliċi. Il-produzzjoni lokali tal-enerġija u l-investiment lokali jappoġġjaw l-ekonomija reġjonali u l-impjiegi;

20.

huwa tal-fehma li s-swieq reġjonali jaqdu rwol kruċjali fis-suq tal-enerġija tal-UE, u jikkontribwixxu b'mod partikolari għat-tlestija tas-suq intern tal-enerġija;

21.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma rikonoxxuti minn diversi partijiet (il-pubbliku inġenerali, l-Istati Membri u l-UE, istituzzjonijiet u organizazzjonijiet internazzjonali) bħala importanti f’każijiet prattiċi biex jadattaw, u jippreparaw, għat-tibdil fil-klima. Il-fenomeni estremi tat-temp, bħalma huma l-għargħar u l-maltempati, flimkien mal-qtugħ tal-elettriku li dawn jistgħu jġibu, huma avvenimenti lokali li jikkawżaw diffikultà lin-nies, jenfasizzaw l-importanza tas-servizzi tat-tifi tan-nar u tas-salvataġġ u l-immaniġġjar tal-enerġija. Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u t-tisħiħ tar-reżiljenza tal-komunijitajiet mhumiex alternattivi għal xulxin, iżda jikkumplementaw lil xulxin b'mod reċiproku;

B.    It-tibdil fil-klima COP 21

22.

jiġbed l-attenzjoni għall-aħħar data ppubblikata f' Settembru 2013 mill-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), li tistipula li t-tisħin globali kkaġunat mill-bniedem se jammonta għal madwar 5 oC sal-2100. It-tisħin fl-emisfera tat-Tramuntana jista’ jkun akbar mill-medja, u l-permafrost li qed iddub fir-reġjuni tat-tundra tista' tħaffef it-tisħin globali aktar ukoll. Iż-żieda fin-nixfa jew xita f'żoni differenti se jheddu l-produzzjoni tal-ikel u jaċċelleraw ic-ċaqliq tal-popolazzjoni. Il-fenomeni estremi tat-temp jikkawżaw tbatija umana u ħsara sinifikanti;

23.

jemmen li l-Konferenza tal-Partijiet COP 21 tan-NU dwar it-tibdil fil-klima fl-2015 għandha tilħaq kunsens dwar l-estensjoni tal-protokoll ta’ Kjoto b’kopertura wiesgħa. Il-pajjiżi li ffirmaw it-tieni perjodu ta’ impenn ta’ Kjoto tal-2013-2020 jipproduċu 15 % tal-emissjonijiet tal-GHG tad-dinja. B’mod sinifikanti l-espansjoni tal-Protokoll biex ikopri ekonomiji industrijalizzati u ekonomiji li qed jiżviluppaw b’mod mgħaġġel ewlenin oħra huwa kruċjali jekk it-tkomplija tal-Protokoll se tkun kredibbli;

24.

għandu jsir sforz qawwi kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għandhom jitqiesu l-effetti globali ta' konsum insostenibbli;

25.

jinnota li l-UE hija firmatarju ewlieni għal kwalunkwe ftehim dwar il-klima, billi hija responsabbli għal 10-11% mill-emissjonijiet totali tal-GHG tad-dinja. L-UE qed taspira għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u ekoloġiku u teħtieġ bidliet strutturali b’sett ċar ta’ miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030. Jeħtieġ li l-UE tkun lesta bil-miri tagħha biex tinnegozja dwar l-estensjoni tal-Protokoll;

C.    L-esperjenza tal-20-20-20

26.

jinnota li biex tikseb l-għan tagħha tat-tnaqqis tal-emissjonijiet b’20 % sal-2020, l-UE qed tuża l-ETS komuni u vinkolanti; miri nazzjonali vinkolanti għall-konsum tal-enerġija rinnovabbli; mira għall-effiċjenza tal-enerġija; u żieda għal 10% fil-bijofjuwils bħala sehem mill-karburanti għat-trasport. Hemm ukoll kunsens fil-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet bi 80-95 %. Ekonomija b’livell baxx ta' karbonju u ekoloġika tqiegħdet fil-qalba tal-istrateġija Ewropa 2020;

27.

jirrimarka li d-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-enerġija għandha tkun qed tiġi implimentata bħalissa, u li d-Direttiva dwar ir-rendiment tal-bini ġdid u eżistenti fl-użu tal-enerġija saret liġi. L-enerġija u t-tibdil fil-klima kollha kienu prominenti fl-iskemi tar-riċerka u ta’ finanzjament, bħal Enerġija Intelliġenti-Ewropa. L-iżvilupp reġjonali b’livell baxx ta’ karbonju se jkun ta' prijorità fil-perjodu ta’ programmar tal-fondi strutturali li jmiss. Kien hemm ukoll sforzi biex isiru investimenti mill-iskema ELENA tal-Bank Ewropew tal-Investiment. L-apparat elettroniku għall-konsumatur kien fil-mira fid-Direttiva dwar l-Ekodisinn u d-Direttiva dwar it-tikkettar tal-enerġija, b’riżultati inkoraġġanti;

28.

jinnota li l-ETS tal-UE tkopri l-ħafna emissjonijiet ta' gassijiet serra prodotti mill-intrapriżi u l-ġenerazzjoni tal-enerġija. Parti mill-kwoti tal-emissjonijiet ser jitqassmu b'xejn skont sistema ta' valutazzjoni komparattiva. Hawnhekk ser tingħata preferenza lis-setturi milqutin mir-riskju ta' rilokazzjoni tal-produzzjoni lejn pajjiżi terzi (rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju) u l-ġenerazzjoni tas-sħana u tal-kesħa permezz tal-koġenerazzjoni. Il-limitu massimu tal-emissjonijiet jonqos b'mod lineari b'1,74 % fis-sena. Id-dħul mill-irkanti taċ-ċertifikati jmur lill-Istati Membri. Peress li bħalissa l-prezz ta' tunnellata emissjonijiet ta' gassijiet serra hu inqas minn EUR 5, l-iskambju tal-emissjonijiet mhux jiżviluppa l-effett ta' kontroll fuq il-politika tal-klima li kien mixtieq;

29.

jinnota li fl-aħħar xhur l-iskambju tal-emissjonijiet, li għandu jkompli sal-2020, wassal għal prezzijiet tal-kwoti li ftit jagħtu inċentivi għall-investiment f'teknoloġiji b'emissjoni baxxa ta' karbonju u għalhekk jemmen li l-ftehim politiku fuq dak li jissejjaħ ''backloading'', li jipprevedi l-eliminazzjoni temporanja tal-allokazzjonijiet żejda tal-emissjonijiet ta' karbonju, jista' jaħdem kontra dan il-fatt. B'dan il-mod tista' tinkiseb stabbilizzazzjoni temporanja fi żmien qasir tal-ETS;

30.

huwa madanakollu tal-fehma li minkejja l-ftehim dwar il-backloading hemm bżonn ta' riforma strutturali tal-ETS. L-ETS tista' tikseb stabbilizzazzjoni fit-tul permezz ta' għanijiet ambizzjużi tal-UE fil-qasam tal-klima u fl-istess ħin tnaqqis fl-ammont ta' allokazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-karbonju. Għandha tinstab ukoll soluzzjoni għall-eliminazzjoni permanenti tal-allokazzjonijiet żejda mis-suq;

31.

jinnota li l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020 qed jiġu sodisfatti fil-livell tal-UE. Il-konsum tal-enerġija naqas fl-Istati Membri u kien hemm ċaqliq lejn l-enerġija rinnovabbli. Strumenti tal-politika inkludew taxxi nazzjonali, sussidji fuq l-investiment u t-tariffi feed-in. Sfortunatament, it-taxxi qed jintużaw primarjament biex jirranġaw il-karti tal-bilanċ tal-gvernijiet, u sekondarjament biss biex jidderieġu l-użu tal-enerġija. Ir-reċessjoni u l-bidliet strutturali fl-industrija wasslu biex naqas il-konsum u l-emissjonijiet akkost tal-impjieg;

32.

jinnota li l-miri għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika għandhom jinforzaw lil xulxin. Billi l-għan kumplessiv huwa t-tnaqqis tal-emissjonijiet GHG, l-iffrankar tal-enerġija għandu jiġi mill-konsum tal-enerġija fossili l-ewwel u qabel kollox, iżda huwa ċar ukoll li l-enerġija rinnovabbli m’għandhiex tinħela u li l-irħas enerġija hija dik li ma tintużax;

33.

huwa mħasseb dwar il-konsegwenzi possibbli ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat relatati mal-ETS li jippermettu lill-Istati Membri biex mill-2013 jipprovdu kumpens għal parti mill-ispejjeż indiretti tal-ETS għal ħafna mis-setturi li jużaw ħafna elettriku. Jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-qafas tar-regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar l-enerġija u l-ambjent għall-2013 jeħtieġ li jindirizza din il-kwistjoni;

34.

jenfasizza li l-għan li l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fi ħdan l-ETS issir dejjem aktar rinnovabbli għandu jiġi kkoordinat ma' sforzi oħra intiżi biex iħeġġu lill-konsumaturi tal-enerġija jkunu obbligati jinvestu fl-enerġija rinnovabbli tagħhom stess jew inaqqsu l-konsum tagħhom stess. Il-prezz tal-kwoti tal-emissjonijiet irid ikun għoli biżżejjed biex iħeġġeġ il-bidla lejn il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

D.    Mira vinkolanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030

35.

jemmen li l-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG għandhom jiġu ffissati għal 50% tal-livelli tal-1990 sal-2030 u jsiru vinkolanti. Mira vinkolanti dwar l-emissjonijiet kollha, kif ukoll miri għall-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli tagħti fiduċja lill-pubbliku, lill-intrapriżi u lil dawk li jfasslu l-politika li l-emissjonijiet tal-GHG gradwalment se jonqsu;

36.

jinsisti li l-Istati Membri għandhom jaslu għal kunsens dwar kif ser jaqsmu l-piż biex jilħqu l-mira tal-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Dan il-piż għandu jinqasam b’mod ġust, b'kunsiderazzjoni tal-ekonomija, l-istruttura tal-emissjonijiet prevalenti, il-miżuri li diġà ttieħdu u l-kundizzjonijiet ambjentali ta' kull Stat Membru. Parti mill-mira tista' tintlaħaq bl-użu ta’ mekkaniżmi skont il-ftehim dwar il-klima tan-NU;

37.

jemmen li għandha tittieħed ukoll deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-ETS komuni u vinkolanti tal-UE lil hinn mill-2020, u, b’mod partikolari, dwar kif it-tnaqqis tal-emissjonijiet għandu jinqasam bejn is-settur tal-iskambju tal-emissjonijiet u setturi oħra ta’ attività. L-iskambju tal-emissjonijiet għandu impatt fuq il-produzzjoni tal-enerġija. Id-dħul mill-irkant tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jiġi użat b’mod aktar effettiv għall-miżuri biex itaffu u jadattaw għat-tibdil tal-klima;

E.    Miri speċifiċi skont il-pajjiż

38.

jinnota li s-sottomiri speċifiċi għall-pajjiż dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika jistgħu jintużaw flimkien mal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet sabiex tinkiseb mira komuni vinkolanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Dawn il-miri għandhom ikunu formulati b’mod li jagħtu għażla indikattiva ta' strumenti, minħabba d-differenzi eżistenti bejn il-pajjiżi. Dan huwa l-aħjar mod biex tkun żgurata l-effettività ekonomika, l-għażla tal-aktar miżuri xierqa u l-ordni li fiha jiġu implimentati, u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u l-konfrontazzjonijiet li jistgħu jkunu possibbli bejn il-miżuri u l-politiki ta' gwida differenti, bħall-iskambju tal-emissjonijiet;

39.

jirrimarka li l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli jvarjaw bejn l-Istati Membri, skont fatturi bħalma huma l-materja prima, l-ambjent naturali u l-produzzjoni tal-enerġija u s-sistemi ta’ trasmissjoni tagħhom. Id-differenzi fl-effiċjenza enerġetika tal-bini huma wkoll wiesgħa;

40.

jemmen li s-sottomiri speċifiċi għal kull pajjiż se jippermettu lill-ekonomiji u n-negozji tal-Istati Membri jiżviluppaw il-ħiliet, it-teknoloġija, l-innovazzjonijiet il-ġodda, l-iżvilupp ta' standards għall-integrazzjoni fin-netwerks tal-produtturi tal-enerġija fuq skala żgħira jew għall-konsum innifsu, u l-użu tar-riżorsi naturali lokali li huma l-aktar xierqa għalihom. Ir-riżultati se jiġu applikati fl-Istati Membri l-oħra permezz tas-suq intern. Dan jiggarantixxi wkoll konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

F.    Linji gwida għall-politiki dwar il-klima u l-enerġija

41.

iqis li l-miri ewlenin tal-UE dwar il-politika dwar il-klima u l-enerġija għandhom ikunu li tiġi żgurata provvista tal-enerġija sigura u li tkun sostenibbli mil-lat ambjentali, soċjali u ekonomiku. Għal dan il-għan hemm bżonn li l-enerġija tintuża b'mod aktar effiċjenti, li jintużaw sorsi tal-enerġija lokali u li jiġu żviluppati u applikati teknoloġiji tal-enerġija innovattivi. Dan se jgħin sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tittejjeb is-saħħa pubblika u l-istat tal-ambjent, waqt li jkomplu jinħolqu l-impjiegi;

42.

jirrimarka li l-prezzijiet tas-suq globali, għall-karburanti fossili, l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, is-sistemi finanzjarji eżistenti għal effiċjenza enerġetika mtejba u għall-appoġġ ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, teknoloġija ġdida u t-tassazzjoni, jew diversi kombinazzjonijiet ta’ dawn il-fatturi, qed jagħmlu l-enerġija aktar għalja. Prezzijiet ogħla tal-enerġija huma pożittivi billi jħeġġu t-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-iżvilupp ta' sorsi rinnovabbli alternattivi tal-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija, iżda jeħtieġ li tingħata attenzjoni li dawn ma jeffetwawx b'mod mhux raġonevoli l-aktar gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni jew tan-negozji. L-użu razzjonali ta' strumenti tal-ekonomija tas-suq effiċjenti u bbażati fuq il-kompetizzjoni għas-settur tal-enerġija jista' jillimita ż-żieda fil-prezz għal minimu inevitabbli;

43.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tippromwovi miżuri li jiffaċilitaw it-tixrid tal-mikroproduzzjoni tal-enerġija u l-integrazzjoni tagħha fil-grids ta' distribuzzjoni u sabiex tiżgura li f'dan il-proċess il-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ minn enerġija għall-but ta' kulħadd/bi prezz li jintlaħaq;

44.

jinnota li l-konsumaturi tal-enerġija jistgħu jinfluwenzaw l-użu enerġetiku tagħhom stess u l-għażliet tagħhom. Il-pariri imparzjali lill-individwi jew għall-mobilitazzjoni ta' diversi gruppi tal-konsumaturi huma għalhekk importanti ħafna. Il-verifiki tal-enerġija jindikaw potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija li jista' jsir billi jittejbu s-sistemi ta' manutenzjoni u ta’ informazzjoni. Barra minn hekk, is-sistemi tal-informazzjoni jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar l-iffrankar tal-enerġija li jkun inkiseb;

45.

jemmen li l-indipendenza u d-diversità tal-enerġija jipprovdu marġni ta’ sikurezza kontra bidliet fil-prezz, itejbu l-awtonomija ekonomiku u politika, u jsostnu l-attività ekonomika. L-enerġija rinnovabbli u innovazzjonijiet li jiffrankaw l-enerġija joħolqu vitalità lokali u attività kummerċjali ġdida;

46.

jappella biex il-miżuri proposti mill-Kummissjoni jkunu biżżejjed biex jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi u jiġġieldu l-faqar enerġetiku, u jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-ħarsien tal-konsumaturi vulnerabbli;

47.

jinnota li s-sorsi tal-enerġija huma differenti għal kull Stat Membru. L-indipendenza tal-enerġija tista’ titjieb billi jiġu żviluppati politiki tas-suq intern tal-enerġija. Is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku tista' tittejjeb u l-livelli għolja ta' konsum jistgħu jiġu stabilizzati bir-rabta tan-netwerks tat-trażmissjoni bejn pajjiżi differenti. Għall-enerġija mir-riħ u l-enerġija solari, ir-rabta tan-netwerks intelliġenti jew il-ħżin tal-enerġija jgħinu biex jillivellaw il-livell ta’ produzzjoni għolja;

48.

jemmen li biex tinkiseb il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030, din għandha tkun konsistenti mal-politiki l-oħra tal-Unjoni u integrata fihom. Eżempju tassew promettenti ta’ dan huwa l-iffukar fuq il-FEŻR tal-perjodu 2014-2020 bħala parti mill-isforz għat-tranżizzjoni lejn soċjetà b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju;

G.    Il-livelli reġjonali u lokali qed imexxu

49.

jinnota li ħafna bliet tal-Ewropa, fuq inizjattiva tagħhom stess, nedew programmi ambizzjużi u proġetti prattiċi biex jittaffa t-tibdil fil-klima. Eżempji internazzjonali ta’ proġetti lokali jinkludu l-Aġenda 21 – imnedija fl-1992 fis-Summit dwar id-Dinja, li wasslet biex matul dawn l-aħħar għoxrin sena madwar għaxart elef gvern lokali żviluppaw politiki u azzjonijiet dwar l-iżvilupp sostenibbli u, fil-prattika, għat-titjib tal-ambjent, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u l-adattament għat-tibdil fil-klima – l-Alleanza dwar il-klima u l-bliet għall-protezzjoni tal-klima tal-ICLEI. Il-grupp tal-bliet tal-enerġija qed jagħmel xogħol siewi dwar kwistjonijiet tal-energija. Il-programm “European Energy Award” hu maħsub biex il-muniċipalitajiet jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti, u permezz ta' approċċ komprensiv hu jwassal biex il-muniċipalitajiet itejbu l-effiċjenza fl-enerġija, iħarsu l-klima u jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Fih diġà jieħdu sehem 'il fuq minn 1 000 muniċipalità. Il-Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej (CEMR) ipproduċa pubblikazzjoni għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet lokali intitolata “Save energy, save the climate, save money” (iffranka l-enerġija, salva l-klima, iffranka l-flus). Bħala eżempju ta' wieħed minn bosta inizjattivi lokali jista' jissemma l-pjan tal-muniċipalità ta' Växjö fl-Isvezja li tikseb in-newtralità tal-karbonju sal-2030. U fil-Finlandja, 14-il muniċipalità mingħajr karbonju (HINKU) qed jikkollaboraw man-negozji, dawk li jfasslu l-politika u r-residenti lokali bil-għan li jinkiseb tnaqqis ta’ 80 % fl-emissjonijiet filwaqt li jippromwovu ekonomija ekoloġika. Il-kampanja għall-protezzjoni tal-klima muniċipali (CCP il-Finlandja) li tinkludi 53 awtorità, u 115-il awtorità lokali għandha strateġija dwar il-klima. L-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki tinkludi eluf ta' bliet u rħula li għandhom pjanijiet ta’ azzjoni għall-enerġija sostenibbli u programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Bosta aġenziji tal-enerġija lokali u reġjonali stabbiliti permezz ta’ fondi tal-UE issa qed jgħinu biex jipprovdu pariri dwar l-enerġija;

50.

jiġbed l-attenzjoni għall-kooperattivi li jipproduċu l-enerġija mmexxija mill-konsumaturi, bħal dik f’Beckerich fil-Lussemburgu, u l-mikroġenerazzjoni minn unitajiet domestiċi jew impriżi li jfornu l-enerġija lilhom stess, bħala eżempji ta’ approċċi ġodda. Dawn qed iwasslu għal bidla fl-atturi tal-produzzjoni tal-enerġija tradizzjonali, kemm fir-regoli applikabbli għall-aċċess għan-netwerks kif ukoll fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-enerġija marbutin ma' dawn l-approċċi ġodda u l-konsumaturi tal-enerġija qed isiru wkoll produtturi tal-enerġija. Pereżempju, it-trażmissjoni bidirezzjonali tal-elettriku tista' tkun possibbli permezz tan-netwerks tal-enerġija eżistenti;

51.

jenfasizza l-bżonn li jissaħħaħ l-impatt tal-inizjattivi tal-UE għas-sostenibbltà lokali bħalma huma l-Patt tas-Sindki tal-UE, l-Inizjattiva 'Bliet u Komunitajiet Intelliġenti' u proġetti oħra ffinanzjati mill-UE, l-Aġenda Lokali 21 kif ukoll in-netwerk ta' adattament għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li ġie propost fl-Istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima. F'dan ir-rigward, għandhom jissaħħu l-isforzi biex tiġi stabbilita metodoloġija komuni għall-implimentazzjoni tal-pjani ta' adattament u biex jitħeġġeġ l-iskambju ta' esperjenzi bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

H.    Bini u trasport

52.

jinnota li l-bini jaħli madwar 40% tal-konsum tal-enerġija u aktar minn terz tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-pajjiżi tal-UE. Għal raġunijiet finanzjarji u biex ikunu minimizzati l-perjodi fejn il-binjiet ikunu inabitabbli, ir-rinovazzjoni ssir deliberatament pass pass u bini bini. Il-konsum tal-enerġija ta’ bini ġdid għandu jkun qrib iż-żero;

53.

jinnota li hemm bżonn ta' attenzjoni partikolari fid-disinjar, il-bini u l-monitoraġġ ta' bini ġdid u bini li għandu jiġi rinnovat, billi l-enerġija tista’ tinħela minħabba l-użu ħażin jew drawwiet ħżiena. Huwa importanti li jintużaw prattiċi tajbin li jiffrankaw l-enerġija, bħall-manutenzjoni, ir-rinnovazzjoni u s-segwitu kull tant żmien tal-istallazzjonijiet li jiġġeneraw u li jikkonsmaw l-enerġija, u l-gwida għall-utenti jew ir-residenti tal-bini hija kruċjali. Għandu jiġi enfasizzat kemm huwa importanti li l-pajjiżi tal-UE ikollhom skambju tal-eżempji prattiċi;

54.

jirrakkomanda lill-Istati Membri, u speċjalment lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jadottaw programmi għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija f'bini pubbliku. Dawn il-programmi għandhom jinkludu mhux biss l-istallazzjonijiet tal-enerġija iżda anke t-tfassil ta' sistemi li jinvolvu lill-utenti tal-bini fil-miżuri ta' ffrankar u ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

55.

jaħseb li l-metodu tat-tisħin ċentralizzat f’żoni mibnija, bħat-tisħin distrettwali, kif ukoll il-koġenerazzjoni (CHP), huma effiċjenti fl-enerġija u li għandhom jiġu rakkomandati fir-rigward tal-kwalità tal-arja. It-tkessiħ distrettwali huwa l-aktar metodu ta’ tkessiħ effiċjenti fl-użu tal-enerġija, billi, pereżempju, jisfruttta t-temperaturi iktar kisħin tal-passaġġi fuq l-ilma. It-tkessiħ distrettwali jiffranka ħafna elettriku meta mqabbel ma’ sistemi ta’ tkessiħ separat għall-bini u l-blokok tal-bini. Huwa importanti li r-rekwiżiti għal bini li l-konsum tal-enerġija tiegħu jkun qrib iż-żero jitfasslu b'tali mod li ma jiddiskriminawx kontra dawn it-tipi ta' sistemi komuni għall-provvista tal-enerġija;

56.

jinnota li l-injam rinnovabbli u l-prodotti tal-injam ipproċessat jistgħu jissostitwixxu l-konkrit u l-azzar, li jeħtieġu ħafna enerġija fil-produzzjoni, kif ukoll riżorsi naturali li ma jiġġeddux bħaż-żrar u l-faħam. Il-bini bl-injam jipprovdi bir għall-karbonju fit-tul u huwa assoċjat ma’ emissjonijiet baxxi tul iċ-ċiklu tal-ħajja;

57.

jirrimarka li t-trasport huwa responsabbli għal kważi 20% tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-Istati Membri, li minnhom 60% ġejjin minn vetturi privati. Mal-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar sistemi alternattivi ta’ propulsjoni, se tkun disponibbli għażla wiesgħa ta’ karburanti għat-trasport bit-triq. Għadu mhux magħruf liema teknoloġija potenzjali se tkunu effettiva u kummerċjabbli fi Stati Membri differenti. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jesiġu l-użu ta’ karburanti b’emissjonijiet baxxi fit-trasport pubbliku;

58.

ifakkar li qed tingħata dejjem iktar importanza lill-ippjanar tal-użu sostenibbli tal-art – li jikkunsidra l-fatturi bijoklimatiċi fi żminijiet ta' tibdil fil-klima fir-rigward tal-konsum tal-enerġija fiż-żoni residenzjali, u tat-traffiku, iżda wkoll il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.

59.

jenfasizza li, flimkien mal-iżvilupp ta' karburanti b'livell baxx ta' karbonju, sistemi ta' propulsjoni alternattivi u l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-użu tat-trasport pubbliku, għandhom jiġu kkunsidrati aktar miżuri urbanistiċi, ekonomiċi u soċjali, li jirriżultaw fi tnaqqis mit-traffiku (gvern elettroniku, telexogħol) u bidla fl-imġiba taċ-ċittadini (car-sharing, limitazzjoni volontarja);

60.

ifakkar li fil-qasam tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija, kif ukoll fir-rigward tat-trasport pubbliku, hemm bżonn niffukaw aktar fuq mudelli parteċipattivi biex jiżdied il-kunsens fil-popolazzjoni u r-rata tal-bidla tat-tendenzi ta' konsum;

61.

jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni tal-miżuri biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija tal-proċessi industrijali u kummerċjali, u għalhekk huwa urġenti li tiżdied l-effiċjenza tagħhom fiċ-ċikli u l-proċessi.

Brussell, 30 ta' Jannar, 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  COM(2014) 15 final.


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/17


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – L-edukazzjoni ogħla Ewropea fid-dinja

2014/C 126/05

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Internazzjonalizzazzjoni u kompetittività

1.

jilqa' b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni Ewropea tagħti importanza kbira lill-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, u fassalet proposti xi proposti għall-qafas strateġiku li huwa meħtieġ;

2.

jaqbel li t-tisħiħ tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla mhuwiex biss essenzjali fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 iżda dan jikkontribwixxi wkoll, b'mod ġenerali, biex l-Ewropa terġa tingħata d-direzzjoni tat-tkabbir, minbarra li jħalli effetti inkontestabbli fil-livell lokali u reġjonali;

3.

iqis importanti li fir-rigward tal-internazzjonalizzazzjoni, l-edukazzjoni ogħla Ewropea għaddiet minn żviluppi konsiderevoli peress li l-esperjenza internazzjonali hija parti integrali minn ċerti professjonijiet u korsijiet;

4.

jiġbed l-attenzjoni għar-rwol sinifikanti li jistgħu jaqdu, f'Ewropa multilingwi u multietnika, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla li joffru firxa ta' edukazzjoni li tingħata b'aktar minn lingwa waħda, inkluż bil-lingwi ta' minoranza. Fil-fatt, f'dan it-tip ta' ambjenti multikulturali, l-istudenti jistgħu jitgħallmu mill-inqas żewġ lingwi Ewropej. Dan il-multilingwiżmu jista' jwassal sabiex dawn l-istituzzjonijiet ikunu aktar attraenti fil-kuntest tal-mobbiltà tal-istudenti barranin;

5.

jenfasizza, għalhekk, l-importanza tal-ħiliet lingwistiċi f'kull sforz biex tiġi internazzjonalizzata l-edukazzjoni ogħla, u jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala dawk li jiffaċilitaw dawn il-ħiliet;

6.

iqis fundamentali li, fil-kuntest tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla, l-istituzzjonijiet li jagħtu din l-edukazzjoni u l-Istati Membri ma jinsewx ir-riżultati eċċellenti Ewropej tal-edukazzjoni ogħla fl-oqsma tal-filosofija, l-istudji tal-klassiċi u l-arti li tradizzjonalment qdew rwol importanti fl-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla u jikkontribwixxu bil-kbir għall-kompetittività tar-reġjuni li fihom jinsabu l-universitajiet prinċipali f'dawn l-oqsma;

7.

jaqbel li s-suċċess komuni miksub s'issa mill-edukazzjoni ogħla Ewropea mhuwiex biss dovut għall-innovazzjoni, ir-riċerka jew il-programmi ta' taħriġ iżda huwa wkoll dovut għall-implimentazzjoni koerenti tal-proċess ta' Bolonja, għas-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti (ECTS), għar-regolamenti nazzjonali flessibbli li jirregolaw l-introduzzjoni ta' sistemi edukattivi li jippermettu l-għoti ta' diplomi konġunti u ta' diplomi doppji kif ukoll għall-introduzzjoni u t-tixrid ta' suppliment mad-diploma standard;

8.

jikkunsidra li t-tixrid tal-prattiki tajba u tas-soluzzjonijiet sistematiċi tas-sistema Ewropea tal-edukazzjoni ogħla fil-pajjiżi ġirien u l-pajjiżi fil-fażi ta' preadeżjoni għandu ħafna possibbiltajiet peress li, fost affarijiet oħra, dan jiffaċilita l-mobbiltà tal-istudenti minn dawn il-pajjiżi lejn l-Ewropa b'mod aktar effettiv u tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE fil-kuntest tat-tellieqa għat-talenti;

9.

b'mod partikolari jaqbel li l-aċċess għall-opportunitajiet ta' edukazzjoni jew taħriġ innovattivi u diġitali ser jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-integrazzjoni tar-residenti tar-reġjuni periferiċi, tal-persuni b'diżabbiltà u ta' gruppi żvantaġġati oħra fis-soċjetà u, b'mod aktar speċjali, għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol. F'dan il-kuntest, il-kisba ta' ħiliet diġitali, l-iżvilupp ta' materjali u ta' kurrikula diġitali u onlajn imsaħħa mill-internazzjonalizzazzjoni, kif ukoll il-ħolqien u r-rikonoxximent ta' sistemi ta' edukazzjoni mhux formali ser jikkontribwixxu sabiex tittejjeb il-kompetittività;

10.

jaqbel li l-mobbiltà tal-istudenti, tar-riċerkaturi u tal-għalliema għandha tkun fil-qalba tal-istrateġiji tal-internazzjonalizzazzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rwol li taqdi l-mobbiltà tal-għalliema fit-trasferiment tal-għarfien;

Koerenza tal-politiki

11.

jenfasizza li huwa parti mill-kompitu u r-responsabbiltà tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet reġjonali u lokali li jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li tispeċifika li l-imsieħba lokali u reġjonali għandhom jaqdu rwol speċifiku fit-tfassil tal-strateġiji għall-internazzjonalizzazzjoni u li jeħtieġ li jingħataw opportunità jagħmlu dan;

12.

jirrakkomanda lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jirrispondu għat-talbiet ta' sħubija b'mod miftuħ u determinat kemm jista' jkun. Dawn għandhom jaqdu rwol proattiv fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi favur l-internazzjonalizzazzjoni, sabiex b'hekk jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kompetittività internazzjonali tal-edukazzjoni ogħla Ewropea, u fl-istess waqt jiġu sfruttati l-vantaġġi paragunabbli tar-reġjun tagħhom u sabiex dawn ir-reġjuni jsiru aktar attraenti;

13.

jiġbed l-attenzjoni li għalkemm l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw b'mod ċar l-għanijiet tal-Programm Orizzont 2020 u tal-Programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-fondi li jaqgħu taħt il-Qafas Strateġiku Komuni (QSK), il-Komunikazzjoni li qed tiġi analizzata ma tgħidx dan b'mod dirett fir-rigward tal-istrateġiji relatati mal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla minkejja li l-politika ta' koeżjoni u l-istrumenti għall-edukazzjoni ogħla, għar-riċerka u għall-innovazzjoni jistgħu jagħtu valur miżjud essenzjali jekk l-oqfsa strateġiċi nazjonali, reġjonali u lokali tagħhom jikkunsidraw id-dimensjoni territorjali;

14.

jinsisti li l-possibbiltà li jiġi trasferit l-għarfien minn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u minn istituti ta' riċerka hija kundizzjoni essenzjali għall-iżvilupp rurali u l-kompetittività tas-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u tas-sajd, kif enfasizzat mill-firxa ta' strumenti tal-Politika Agrikola Komuni għall-perjodu ta' programmar 2014-2020. Fid-dawl ta' dan, meta jiġu ppjanati u implimentati miżuri sabiex l-edukazzjoni ogħla tiġi internazzjonalizzata, huwa siewi li jitqiesu dawn il-possibbiltajiet ta' sinerġiji f'livelli territorjali differenti sabiex jiġi żgurat li l-Ewropa taqdi rwol mexxej f'dan il-qasam;

15.

ifakkar li diversi Stati Membri għadhom lura milli jilħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 fir-rigward tal-infiq għar-riċerka u l-iżvilupp; Madankollu, id-dħul finanzjarju addizzjonali tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla li ġej mill-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla fl-ebda każ m'għandu jippermetti lill-Istati Membri li jaħarbu mir-responsabbiltajiet tagħhom f'dan il-qasam jew inaqqsuhom;

16.

jirrakkomanda li l-għanijiet u l-istrumenti tal-istrateġiji mfassla fi sħab mal-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu jiġu definiti abbażi ta' valutazzjonijiet tal-impatt territorjali ex-ante;

Sħubijiet f'diversi livelli, sussidjarjetà

17.

jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tispejgax biżżejjed ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u tal-awtoritajiet reġjonali fil-proċess tal-internazzjolizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla. Dan ikun konsistenti mal-approċċ meħud mis-sistema “U-Multirank”, li tqis ukoll kemm l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla huma stabbiliti fir-reġjun;

18.

jilqa' b'sodisfazzjoni l-fatt li l-Kummissjoni tiddefinixxi bi preċiżjoni l-livelli possibbli ta' azzjoni li jiġġustifikaw intervenzjoni mill-Unjoni, peress li l-internazzjonalizzazzjoni interna kif ukoll dik esterna ma jinħtiġux biss azzjoni min-naħa tal-Istati Membri iżda jitolbu wkoll inizjattivi tal-UE;

19.

jaqbel li min-naħa tagħhom l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw b'mod opportun u adegwat il-livelli reġjonali u lokali u, jekk ikun hemm bżonn, joħolqu sħubijiet vasti anke fil-livell reġjonali. B'hekk jikkontribwixxu sabiex l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla jkunu jistgħu jadattaw aħjar għall-bżonnijiet u l-potenzjal ekonomiċi, soċjali u amministrattivi tar-reġjun ikkonċernat;

20.

jisħaq dwar l-importanza tan-natura bidirezzjonali tal-mobbiltà. Skont il-prinċipji tal-iżvilupp inklużiv, fil-fatt il-mobbiltà għandha taqdi l-interessi kemm tar-reġjun ta' oriġini kif ukoll tar-reġjun ta' akkoljenza. Fin-nuqqas ta' dan jistgħu jinħolqu problemi ta' migrazzjoni, demografiċi u ta' kompetizzjoni, li naturalment imorru kontra l-għanijiet ta' koeżjoni u l-prinċipju tas-solidarjetà;

21.

jenfasizza li, fil-qasam tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sħubijiet f'diversi livelli għandhom dimensjoni intrinsika ta' innovazzjoni soċjali. Permezz ta' dan jistgħu jiġu mobilzzati riżorsi addizjonali sabiex jinkisbu l-għanijiet komuni stabbiliti mis-sħubijiet tal-partijiet interessati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, mill-NGOs u mis-settur privat;

22.

jenfasizza l-bżonn ta' konsultazzjoni fuq l-aktar firxa wiesgħa possibbli matul il-proċess ta' żvilupp ta' sħubijiet strateġiċi. B'mod partikolari, huwa importanti li jiġi żgurat li l-persuni li jagħmlu parti minn gruppi żvantaġġati, li f'ċerti każijiet ikunu saħansitra marġinalizzati, abbażi ta' orjentazzjoni sesswali, jew appartenenza etnika, ta' reliġjon, ta' lingwa jew ta' minoranza etnika, ma jsibux ruħhom f'sitwazzjoni aktar żvantaġġata wara li jiġu implimentati l-istrateġiji tal-internazzjonalizzazzjoni;

Il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet adatti

23.

jirrikonoxxi u japprezza l-isforzi li wettqet s'issa l-Kummissjoni Ewropea sabiex il-ġestjoni tal-għajnuniet Ewropej differenti għall-edukazzjoni ogħla, l-innovazzjoni u r-riċerka tkun koordinata, sempliċi u aktar trasparenti;

24.

jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw programmi u mekkaniżmi ta' għajnuna – kemm nazzjonali kif ukoll dawk immirati lejn reġjuni f'sitwazzjoni partikolari – biex jgħinu l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla fil-livell lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji tagħhom tal-internazzjonalizzazzjoni;

25.

joffri l-appoġġ tiegħu lill-Kummissjoni biex jitħeġġu t-tfassil u t-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla, abbażi tar-riżultati tar-riċerka u l-valutazzjonijiet, b'mod partikolari meta l-analiżi tkun dwar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u dwar il-prattiki tajba, fil-qasam kemm tal-modernizzazzjoni kif ukoll tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla;

26.

ma jqisx sodisfaċenti li l-internazzjonalizzazzjoni tidher biss fid-dikjarazzjoni ta' missjoni tal-universitajiet u tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-edukazzjoni ogħla. Pjuttiost iqis essenzjali li kull istituzzjoni tal-edukazzjoni ogħla, indipendentement mill-istatut legali tagħha u mill-kompetenzi li fil-fatt għandha fir-rigward tal-internazzjonalizzazzjoni, tfittex is-soluzzjonijiet adatti għall-bżonnijiet tagħha u tiżviluppa l-istrutturi tagħha ta' governanza u ppjanar u l-metodi ta' kooperazzjoni tagħha;

27.

huwa tal-fehma li hemm bżonn li tittieħed azzjoni sabiex l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla li mhumiex tal-Gvern, li jkunu ġestiti minn fondazzjoni jew bħala fondazzjoni, ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċess tal-internazzjonalizzazzjoni bħall-istituzzjonijiet pubbliċi, mingħajr ebda restrizzjoni mhux ġustifikata, u jibbenefikaw mingħajr ostakli minn miżuri ta' appoġġ rilevanti;

28.

jindika li fil-każ ta' operazzjonijiet, investimenti u proġetti oħra kkofinanzjati mill-Fondi tal-QSK, huwa essenzjali li jitqies ukoll il-bżonn li jinħolqu l-kundizzjonijiet essenzjali għal internazzjonalizzazzjoni akbar tal-edukazzjoni ogħla, billi tingħata attenzjoni partikolari lill-bżonnijiet u l-potenzjal reali tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla;

29.

jirrakkomanda, partikolarment fil-każ tal-pajjiżi kandidati, li l-fondi tal-adeżjoni u dawk ta' qabel l-adeżjoni, jintużaw ukoll għall-promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla f'dawn il-pajjiżi;

30.

jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-potenzjal tar-reġjuni li għadhom lura jissaħħaħ permezz tal-implimentazzjoni ta' strateġiji tal-internazzjonalizzazzjoni, u li l-istituzzjonijiet l-aktar avvanzati fir-rigward tal-internazzjonalizzazzjoni jinkludu fl-istrateġiji tagħhom miżuri speċifiċi għall-promozzjoni ta' trasferiment tal-għarfien lejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla fejn il-potenzjal għall-internazzjonalizzazzjoni attwalment huwa iżgħar;

31.

jappella biex il-Kunsill jadotta malajr il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar it-tfassil tal-miżuri relatati mal-immigrazzjoni, il-migrazzjoni u l-viża biex il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni ogħla tkun tista' tiġi ġestita b'mod speċifiku, flessibbli, trasparenti u sigur biżżejjed u fl-istess b'mod effiċjenti, aċċessibbli u rapidu. Dan għandu jwassal għat-traspożizzjoni f'waqtha ta' dan l-istrument leġislattiv mill-Istati Membri u l-implimentazzjoni tiegħu, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Brussell, 30 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/20


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Niftħu l-Edukazzjoni

2014/C 126/06

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Niftħu l-Edukazzjoni” u jemmen li issa huwa żmien tajjeb biex jitħeġġu metodi ta' tagħlim – kif jgħallmu l-għalliema u anke kif jitgħallmu l-istudenti – ta' kwalità għolja u innovattivi permezz ta' teknoloġiji b'kontenut diġitali. L-għan globali tal-miżuri proposti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni huwa li jinkisbu riżultati aħjar u jintlaħqu aħjar il-miri, fost affarijiet oħra permezz ta' motivazzjoni ogħla u proċessi tat-tagħlim iżjed effettivi;

2.

josserva li l-prijoritajiet prinċipali indirizzati fid-dokument huma dawn li ġejjin:

ambjenti ta’ tagħlim miftuħa, b'kundizzjonijiet u tipi ta' tagħlim ġodda maħsubin għal dinja diġitalizzata flimkien ma' għalliema li huma familjari ma' dawn il-kunċetti.

riżorsi edukattivi miftuħa, jiġifieri aċċess aħjar għall-għarfien, għall-modi ta' tagħlim u għal appoġġ ieħor onlajn.

il-promozzjoni ta' netwerks u sforzi komuni fost l-atturi u l-partijiet interessati bil-għan li tiġi enfasizzata s-sitwazzjoni attwali, u jiġu stimulati u promossi l-komponenti għal suq li jaħdem tajjeb fil-qasam tal-ICT;

3.

huwa jaqbel mal-Kummissjoni li permezz tat-teknoloġiji l-ġodda: “Kulħadd jista' jitgħallem, Kullimkien, f’Kull ħin, permezz ta’ Kwalunkwe mezz, bl-appoġġ ta’ Kwalunkwe persuna”. Iżda, jenfasizza li biex dan isir realtà jeħtieġ li l-livell lokali u reġjonali jiġi involut b'mod sostanzjali sa minn stadju bikri;

4.

huwa jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li:

jeħtieġ li l-kundizzjonijiet qafas għall-istituzzjonijiet edukattivi jinbidlu sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati forom ta' tagħlim, fosthom l-ICT u l-ambjenti ta' tagħlim miftuħ, bħal metodi għat-testijiet u l-għoti tal-marki;

jeħtieġ li t-taħriġ tal-għalliema jiġi aġġornat u jsir permezz ta' “pedagoġiji diġitali”;

il-ħiliet diġitali jfissru iżjed minn sempliċi għarfien dwar l-użu tekniku tal-kompjuter. Dan huwa marbut bil-bosta mal-kapaċità li l-kompjuter jintuża b'mod kreattiv u kritiku;

l-aċċess għal modi ta' tagħlim b'xejn u ta' kwalità għolja huwa aspett fundamentali u għandha tinstab soluzzjoni għal kwistjonijiet transkonfinali relatati mad-drittijiet tal-awtur;

l-espansjoni strateġika tal-broadband hija kwistjoni fundamentali;

5.

fil-fehma tiegħu, waħda mill-isfidi l-kbar hija li jiġi appoġġjat l-aċċess għal riżorsi edukattivi miftuħa (1). Diġà qed iseħħ żvilupp ta' din ix-xorta, iżda jeħtieġ li jiġi kkunsidrat bir-reqqa kif dan jista' jsir b'mod sistematiku bil-għan li jinkludi lil kulħadd u mhux biss lil dawk li juru interess b'mod spontanju;

6.

josserva li hija wkoll sfida kbira li l-istabbilimenti edukattivi, l-għalliema u l-istudenti jsiru midħla tal-ħiliet diġitali, u b'hekk jiżviluppaw metodi ta' tagħlim mill-għalliema u modi ta' kif jitgħallmu l-istudenti. Dan huwa żvilupp li għandu jitħeġġeġ, jiġi attivat u jsir b'ritmu iżjed mgħaġġel. Illum il-ġurnata diġà jeżistu għadd ta' moduli ta' tagħlim imfasslin bħala appoġġ għall-ħiliet diġitali tal-għalliema u tal-kapijiet tal-iskejjel;

7.

ma għandu l-ebda dubju li l-iżvilupp fih innifsu ser jixpruna sensiela ta' opportunitajiet tekniċi ġodda u li dan jitlob li l-individwi jadottaw l-iżvilupp minn rajhom u mill-ewwel. Fil-fehma tal-Kumitat, jeħtieġ li ssir ħidma fil-livell tal-UE, dak nazzjonali, dak reġjonali u dak lokali biex ikun hemm sistemi sostenibbli u siguri, li jkollhom impatt fuq is-sistemi edukattivi inġenerali u li jwasslu għall-ogħla impatt possibbli fuq is-sistemi edukattivi. Mhux kulħadd għandu l-istess kapaċità li juża r-riżorsi tekniċi disponibbli, u għalhekk għandhom jiġu kkunsidrati miżuri speċifiċi bil-għan li d-distakk bejn il-gruppi differenti ma jkomplix jikber;

8.

jemmen li dawn il-miżuri għandhom ikunu sistematizzati u strutturati b'mod li jibbenefikaw lil kulħadd, irrispettivament minn fatturi bħall-iskejjel, it-tipi tal-iskejjel, is-sitwazzjoni edukattiva, il-ġeneru, l-età, l-isfond soċjali, l-etniċità u l-oriġini ġeografika. Barra minn hekk, jeħtieġ li t-teknoloġija tintuża b'mod li tirrispetta l-integrità tal-bniedem u l-valuri komuni. Meta tiġi introdotta teknoloġija ġdida għal skopijiet edukattivi u meta jiġu żviluppati forom innovattivi ta' tagħlim kemm min-naħa tal-istudenti kif ukoll tal-għalliema, jeħtieġ li jiġi żgurat li jiġu protetti kemm l-integrità tal-individwi kif ukoll id-data personali li l-għalliema jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom;

9.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-ħiliet diġitali jfissru iżjed minn sempliċi użu tekniku tal-kompjuter. Fost affarijiet oħra, dawn il-ħiliet jinvolvu l-kapaċità ta' attitudni kritika u ta' riflessjoni fil-konfront tal-informazzjoni u l-użu responsabbli tal-midja interattiva. Anke l-interess ta' parteċipazzjoni fi gruppi u netwerks differenti għal għanijiet kulturali, soċjali u/jew professjonali jappoġġja din il-kompetenza;

10.

josserva li wieħed mill-għanijiet prijoritarji tal-inizjattiva tal-Kummissjoni huwa li tiġi żgurata diskussjoni wiesgħa fl-Ewropa dwar l-aċċess għal riżorsi edukattivi miftuħa, sabiex jiġu żviluppati modi ġodda, innovattivi u iżjed adatti ta' tagħlim bl-għajnuna tat-teknoloġiji l-ġodda u billi l-opportunitajiet il-ġodda li jinħolqu permezz ta' dan jintużaw għall-ħolqien u l-użu ta' konnessjonijiet u netwerks relatati ma' dan it-tip ta' tagħlim;

11.

huwa jappoġġja dan, u huwa tal-fehma li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol fundamentali x'jaqdu fit-tixrid u l-implimentazzjoni, kif ukoll fil-kwistjonijiet relatati mad-dikussjonijiet u r-riflessjonijiet dwar miżuri għall-ħolqien tal-infrastruttura. Għalhekk, dawn il-miżuri għandhom jinvolvu l-livelli kollha ta' gvern: il-livell Ewropew, dak nazzjonali, dak reġjonali u dak lokali;

12.

josserva li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma involuti mill-qrib f'dawn il-kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp, kemm bħala atturi soċjali kif ukoll bħala provvedituri tal-edukazzjoni. Jeħtieġu wkoll ċittadini kwalifikati b'ħiliet rilevanti għall-ħajja tax-xogħol u tal-komunità, għall-iżvilupp kontinwu u għall-koeżjoni soċjali;

13.

huwa tal-fehma li, rigward l-użu tat-teknoloġiji l-ġodda, jeħtieġ li l-enfasi tinbidel minn perspettiva li tikkunsidra biss il-ħiliet fl-IT u l-attitudnijiet tal-għalliema għall-kuntest li fih jaħdmu l-għalliema. Il-livell tat-tmexxija għandu jingħata attenzjoni u enfasi akbar peress li huwa f'dan il-livell li l-kurrikuli tal-iskejjel u l-politiki jistgħu jintużaw biex jitħeġġeġ użu akbar tal-IT fit-tagħlim;

Approċċi innovattivi għat-tagħlim

14.

josserva li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tgħid li l-iżvilupp fl-Ewropa mhux qed iżomm mal-pass ma' nħawi oħra fid-dinja, u hemm il-periklu li jaqa' iżjed lura minn reġjuni dinjin oħra. Għaldaqstant, jemmen li għandha ssir analiżi iżjed bir-reqqa tal-fatturi li, pereżempju, iwasslu lil pajjiżi bħall-Istati Uniti u ċerti pajjiżi Asjatiċi jinvestu b'suċċess fi strateġiji bbażati fuq l-ICT bil-għan li jibdlu s-sistema edukattiva tagħhom;

15.

għalhekk, huwa jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li l-programmi edukattivi l-ġodda Erasmus+ u Orizzont 2020 jintużaw biex jappoġġjaw l-istabbilimenti edukattivi fl-iżvilupp ta' mudelli kummerċjali u edukattivi ġodda, u jitnedew attivitajiet biex jiġu ttestjati metodi pedagoġiċi innovattivi, biex jiġi żviluppat il-kurrikulu u ssir valutazzjoni tal-ħiliet;

16.

huwa tal-fehma li, biex il-forom ġodda u innovattivi ta' tagħlim jirnexxu, huwa fundamentali li jiġu żviluppati kriterji għall-valutazzjoni tar-riżultati pedagoġiċi li jirriflettu t-tipi u l-kundizzjonijiet ġodda ta' tagħlim. Il-Kummissjoni indirizzat ukoll din il-kwistjoni fil-passat (2);

17.

josserva li r-riċerka turi biċ-ċar li t-tagħlim, deliberatament jew le, jikkonċentra fuq dak li jiġi ttestjat, jiġifieri dak li jintalab fit-testijiet. Jekk jinżammu l-forom tradizzjonali tat-testijiet jew l-eżamijiet fil-livell nazzjonali, l-impatt tal-ħiliet ġodda mhux ser ikun partikolarment qawwi. F'ambjenti ta' tagħlim tradizzjonali wisq, l-użu ta' apparat tal-ICT u smartphones huwa meqjus bħala qerq;

18.

jemmen li l-forom il-ġodda għall-valutazzjoni tal-ħiliet sikwit jeħtieġ li jmorru lil hinn mil-limiti tradizzjonali tas-suġġetti skolastiċi, sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu dawk l-għanijiet imsejsin fuq il-bżonn li jiġu żviluppati ħiliet bażiċi;

19.

jemmen li jeħtieġ li jsir żvilupp biex nimxu lil hinn mit-testjar ġeneriku tradizzjonali li, possibbilment, isir permezz tal-kompjuter, għal testjar li jsegwi l-istudent matul il-proċess pedagoġiku kollu, u li jindirizza tibdil dinamiku u kontinwament jipprovdi feedback dwar affarijiet li l-istudent jifhem ħażin jew żbalji li jagħmel. Jekk l-istudenti jaħdmu f'ambjent diġitali, ikunu jistgħu jiġu żviluppati għodod b'mod li l-informazzjoni tinġabar b'mod kontinwu u jingħata feedback effettiv. Il-possibbiltà li jsir monitoraġġ b'mod iżjed strutturat u trasparenti jagħmilha iżjed faċli li l-għalliema jsegwu kull individwu u jieħdu l-miżuri meħtieġa b'mod bikri, kif jissemma wkoll fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni;

20.

jinnota wkoll, f'dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni li ssir ħidma biex jiġu esplorati u ttestjati, b’kooperazzjoni mal-partijiet interessati u l-Istati Membri, l-oqsfa tal-ħiliet diġitali u l-għodod għall-awtoevalwazzjoni tal-istudenti, l-għalliema u l-istabbilimenti edukattivi. Hawnhekk ukoll, il-Kumitat jenfasizza l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali – l-entitajiet li huma viċin l-attivitajiet ikkonċernati – jiġu involuti sa minn stadju bikri u jkunu l-fulkru tal-proċessi ta' żvilupp u tibdil;

21.

huwa tal-fehma li jeħtieġ li l-Kummissjoni taqdi rwol importanti biex tippromovi t-tagħlim lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u l-limiti lingwistiċi permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda u forom pedagoġiċi kreattivi u innovattivi. Ta' spiss dan jippromovi u jħeġġeġ it-tagħlim ta' lingwi barranin, iżda għandu jinkludi wkoll suġġetti orjentati lejn is-soċjetà bħall-kultura, l-arti u x-xjenza;

22.

jikkunsidra li huwa importanti li l-Istati Membri u l-istabbilimenti edukattivi jappoġġjaw ambjenti pedagoġiċi u ta' tagħlim min-naħa tal-istudenti innovattivi, fost affarijiet oħra bis-saħħa tal-fondi strutturali u ta' investiment tal-UE. Fl-istess ħin, jinħtieġ li f'bosta każijiet, fil-livell nazzjonali, jew f'dak li fih titfassal il-leġislazzjoni, issir analiżi dwar liema rekwiżiti fil-kurrikuli skolastiċi jxekklu t-tagħlim u l-iskambju tal-għarfien li ma jsegwux il-format tradizzjonali ta' tagħlim fi klassi. Analiżi ta' din ix-xorta tista' twassal għal riorganizzazzjoni tas-sistemi edukattivi (u tar-rekwiżiti tal-kurrikulu), bil-għan li jkun possibbli li jitħeġġeġ l-użu tat-tagħmir tekniku modern fl-istudju, fit-tagħlim, fl-ittestjar u fil-valutazzjonijiet;

23.

jenfasizza l-importanza, mil-lat tal-iżvilupp reġjonali, tal-isforzi biex id-distakk diġitali – li qed jiġi assorbit b'mod gradwali fil-qasam tal-aċċess għat-tagħmir tal-ICT – ma jiħux postu distakk simili fil-mod li bih dan it-tagħmir jiġi użat. B'hekk, hemm bżonn ta' programmi komplementari, l-aktar fiż-żoni rurali jew fil-każ ta' gruppi żvantaġġati, bil-għan li jimpedixxu dik li qed tissejjaħ “it-tieni qasma diġitali” jew, f'każ li din diġà seħħet, biex jitnaqqas id-distakk;

24.

jinnota li bosta mill-forom attwali ta' tagħlim ibbażati fuq l-ICT jikkonċernaw l-edukazzjoni għolja jew universitarja. F'dan il-livell, sikwit l-istudenti diġà jkunu kapaċi jitgħallmu b'mod awtonomu biex ifittxu u jipproċessaw l-informazzjoni. Illum il-ġurnata huwa possibbli li jsir studju bla ħlas u li tingħata ċertifikazzjoni minn Stanford, l-MIT jew Harvard mingħajr regoli estensivi ta' eleġibbiltà, mertu jew selezzjoni. Dan il-fluss ta' miljuni ta' studenti qed jibdel b'mod radikali l-mudell standard tal-università;

25.

jemmen li dan iqajjem il-kwistjoni importanti dwar jekk ċerti universitajiet b'viżibbiltà għolja, normalment mid-dinja Anglosassona, minn hawn u 15-il sena hux ser jiddominaw is-settur tal-edukazzjoni għolja, u hux ser irendu ħafna mill-istabbilimenti ta' edukazzjoni għolja fil-livell nazzjonali jew reġjonali inqas attraenti, jew inkella dan hux ser ikollu biss importanza marġinali;

26.

jinnota li ż-żieda fil-kompetizzjoni internazzjonali tista' tinfluwenza dixxiplini differenti b'rati differenti. Suġġetti jew tagħlim b'dimensjoni nazzjonali qawwija, bħat-tagħlim fil-qasam legali jew għall-għalliema, fejn il-kurrikuli u l-kotba tal-korsijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom ikollhom perspettiva nazzjonali, probabbilment ser jiġu affettwati inqas minn suġġetti li min-natura tagħhom huma internazzjonali bħal bosta tagħlim fil-qasam tat-teknoloġija u x-xjenza, il-mediċina u l-lingwi moderni;

27.

josserva li l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju jaqdu rwol dejjem aktar importanti għat-tkabbir Ewropew kif ukoll għat-tkabbir fil-livell reġjonali u lokali.Il-kompetizzjoni dinjija u l-possibbiltajiet teknoloġiċi ġodda qed jibdlu d-domanda għall-għarfien u l-ħiliet;

28.

jinnota li kemm l-organizzazzjonijiet kif ukoll l-individwi qed ikollhom iżjed ta' spiss jitgħallmu affarijiet ġodda u jitgħallmu iżjed biex iżommu ruħhom aġġornati għall-futur. Għalhekk, l-intrapriżi u r-reġjuni għandhom interess dejjem akbar li jiżviluppw modi innovattivi biex jiżguraw li fil-ġejjieni jkunu disponibbli l-ħiliet meħtieġa. L-akbar ostaklu għalihom huwa n-nuqqas tal-għarfien u l-ħiliet adatti. Fil-fehma tal-Kumitat aċċess pubbliku usa' għall-edukazzjoni miftuħa, pereżempju korsijiet onlajn, jirrappreżenta aspett importanti biex jingħelbu ostakli ta' din ix-xorta;

29.

jemmen li hemm bżonn ta' miżuri speċifiċi bil-għan li jkun hemm appoġġ sistematiku u komprensiv għall-iżvilupp tal-istudenti iżgħar fl-età. Ir-riċerka turi li t-tfal ta' età żgħira kapaċi jużaw l-e-book readers tajjeb ħafna. Hemm bżonn ukoll, f'dan ir-rigward, li tinġabar l-esperjenza dwar kif il-pedagoġija u t-tagħlim tal-istudenti permezz ta' teknoloġija diġitali moderna jistgħu jappoġġjaw l-istudenti iżgħar fl-età;

30.

jemmen li l-għan prinċipali huwa li l-iżvilupp tal-ħiliet adatti u interkonnessi jiġi appoġġjat aħjar, fost affarijiet oħra billi t-tfal jitgħallmu jieħdu l-inizjattiva, jieħdu r-riedni tat-tagħlim f'idejhom u jagħmlu awtoevalwazzjoni. F'dan il-qasam diġà jeżistu inizjattivi tajbin, iżda l-Kumitat jenfasizza l-bżonn ta' miżuri li l-istudenti kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom;

31.

jinnota li fl-Ewropa inġenerali hemm ċaqliq sostanzjali minn żoni li diġà għandhom popolazzjoni baxxa, minn żoni rurali u bliet żgħar u ta' daqs medju lejn żoni metropolitani. fil-fehma tal-Kumitat hemm bżonn ta' analiżi iżjed bir-reqqa dwar kif teknoloġiji ġodda, b'mod partikolari, jistgħu jappoġġjaw it-tagħlim, ir-riċerka, il-komunikazzjoni u n-netwerking f'żoni b'popolazzjoni baxxa fejn il-popolazzjoni tal-istudenti qed tonqos, hemm il-periklu li l-iskejjel jingħalqu u, għalhekk, hemm mnejn li l-istudenti jkollhom jivvjaġġaw distanzi twal biex imorru l-iskola. Ma nistgħux ngħidu li t-teknoloġiji l-ġodda jissostitwixxu l-ħtieġa ta' għalliema mħarrġa fil-post, iżda jeħtieġ li jiġu kkunsidrati u mxerrdin modi kif, permezz tal-ICT u għalliema mħejjija kif imiss, jistgħu jingħataw korsijiet edukattivi rilevanti u fuq skala wiesgħa u ta' standard għoli;

32.

jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-kundizzjonijiet għat-tagħlim tal-adulti li jista' jiġi appoġġjat u żviluppat aktar f'dan ir-rigward. Fil-fehma tiegħu, il-kundizzjonijiet ipprovduti mit-teknoloġija u pedagoġija ġodda jwasslu għal opportunitajiet ġodda għall-ħolqien ta' forom iżjed flessibbli ta' tagħlim għall-adulti b'mod li jkunu jistgħu jikkombinaw l-istudji minn livelli edukattivi differenti sabiex ikunu jistgħu jiksbu l-ħiliet li jeħtieġu għall-ħajja tax-xogħol b'mod iżjed rapidu, u indipendentement minn fejn jgħixu;

33.

josserva li dan jista' jiġi ffaċilitat jekk, fil-livell lokali u/jew reġjonali, jiġu pprovduti opportunitajiet li jgħinu lill-individwi jiżviluppaw il-pjani ta' studji tagħhom, u jkollhom appoġġ dwar kwistjonijiet ta' validazzjoni u gwida, kif ukoll biex jiksbu rikonoxximent tal-ħiliet miksuba barra mis-sistemi edukattivi formali jew f'pajjiż ieħor, pereżempju f'forma ta' validazzjoni. Madankollu, hawn tinħtieġ reviżjoni sabiex ikunu jistgħu jitneħħew l-ostakli potenzjali fir-regolamentazzjoni nazzjonali, u biex jiġu pprovduti inċentivi biex l-atturi differenti – pereżempju l-istabbilimenti ta' edukazzjoni għolja – jikkooperaw u jipparteċipaw f'dan il-qasam;

34.

jemmen li jeħtieġ ukoll li jiġi eżaminat kif ir-rikonoxximent tal-ħiliet żviluppati permezz ta' teknoloġija diġitali u ħiliet miksuba onlajn jista' jiġi dokumentat permezz tal-validazzjoni b'konformità mal-istrumenti żviluppati fil-livell nazzjonali u Ewropew. Għaldaqstant, il-ħolqien ta' żona Ewropea ġenwina ta' ħiliet u kwalifiki hija ta' importanza kbira. Għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi proposta konkreta f'dan il-qasam mill-iżjed fis;

35.

jenfasizza li tagħlim b'suċċess li jintegra l-użu tal-ICT jipprovdi l-possibbiltà li l-istudenti jkunu mgħammra għall-ħtiġijiet attwali u tal-ġejjieni tas-suq tax-xogħol. Din hija kwistjoni ta' importanza kbira fil-livell lokali u reġjonali;

36.

josserva li l-forom il-ġodda ta' tagħlim iwasslu wkoll għal firxa ta' ħiliet ġodda u differenti li jistgħu jmorru kontra l-mudell tradizzjonali ta' tagħlim, id-dokumentazzjoni tradizzjonali tal-edukazzjoni u l-forom tradizzjonali tal-eżamijiet. Dan ifisser li hemm mnejn ikun hemm bżonn li tiġi żviluppata u promossa l-komprensjoni minn qabel dwar dan fil-ħajja tax-xogħol. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu rwol attiv ta' appoġġ f'dawn il-kwistjonijiet għal min iħaddem u għar-rappreżentanti lokali/reġjonali tal-ħajja tax-xogħol;

Aċċess għall-għarfien u opportunitajiet għall-użu tal-“għarfien miftuħ”

37.

josserva li modi ta' tagħlim b'xejn u ta' kwalità għolja huma fundamentali biex l-edukazzjoni tkun suċċess. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jiġi pprovdut għarfien li huwa miftuħ, jiġifieri permezz ta' għodod li huma aċċessibbli għal kulħadd;

38.

l-istess bħall-Kummissjoni, jenfasizza l-fatt li dan ma għandux għalfejn jieħu l-forma ta' tagħlim mill-bogħod pur fil-forma iżjed tradizzjonali tiegħu. Hawnhekk pjuttost qed nittrattaw il-provvediment ta' riżorsi edukattivi flimkien ma' modi ta' tagħlim iżjed abitwali, li jagħmel possibbli taħlita ta' tagħlim dirett u tagħlim bl-internet. Skont il-konsultazzjoni pubblika li saret, din ix-xorta ta' edukazzjoni għadha frammentata wisq u l-użu tagħha huwa inkonsistenti;

39.

jemmen bis-sħiħ li l-istudenti u l-għalliema għandu jkollhom aċċess għal tagħmir modern adatt, u jemmen li l-aċċess għall-broadband huwa element essenzjali biex kulħadd ikollu dan l-aċċess. Kif ġie osservat f'rapporti tal-OECD u dokumenti oħra, il-kompjuters innifshom qed isiru inqas importanti, filwaqt li l-konnessjonijiet mal-internet qed isiru dejjem iżjed importanti (3). F'dan ir-rigward, il-kundizzjonijiet ivarjaw mhux biss minn Stat Membru għal ieħor, iżda hemm ukoll differenzi sostanzjali fi ħdan l-Istati Membri;

40.

fil-fehma tiegħu, jeħtieġ li r-reġjuni li għadhom lura jiġu appoġġjati, sabiex l-istudenti kollha jkollhom l-istess opportunitajiet biex jużaw it-teknoloġija. L-espansjoni strateġika tal-broadband hija kwistjoni fundamentali f'dan ir-rigward. Fir-reġjuni u ż-żoni żvantaġġati, iż-żgħażagħ huma esklużi mill-opportunitajiet ġodda ta' tagħlim u ta' edukazzjoni demokratika, filwaqt li fi nħawi oħra dawn huma opportunitajiet bażiċi b'potenzjal ta' żvilupp (4);

41.

huwa jaqbel bis-sħiħ mal-osservazzjoni tal-Kummissjoni li l-iskejjel kollha u, idealment, il-klassijiet kollha għandhom ikunu konnessi mal-broadband u jingħatalhom aċċess għal bażijiet tad-data miftuħa, permezz tal-fondi strutturali u ta' investiment. Ifakkar li diġà kien esprima l-fehma tiegħu li l-użu fuq skala wiesa' tas-soluzzjonijiet tal-ICT fl-istabbilimenti edukattivi fil-livell tal-edukazzjoni għolja jista' jwassal għal żieda fl-interess tal-istudenti ta' dan il-livell li jgħixu f'żoni b'popolazzjoni baxxa, fil-gżejjer, fir-reġjunu muntanjużi u ż-żoni ultraperiferiċi (5);

42.

madankollu jenfasizza li dan mhux ser jagħmel ġid jekk l-aħħar teknoloġija tal-2013 ma tintużax flimkien mal-pedagoġija tal-2013. Il-viżjoni tradizzjonali tal-edukazzjoni hija li t-tagħlim tal-għarfien jiżdied biss jekk tkun aċċessibbli iżjed informazzjoni. Dan ifisser li huma l-istudenti stess li jerfgħu r-responsabbiltà tal-għarfien. Dan mhuwiex approċċ effettiv, u għalhekk, huwa importanti li niddistingwu bejn l-aċċess għall-informazzjoni u l-ipproċessar tagħha fl-għarfien, li huwa dejjem proċess individwali;

43.

josserva li l-ipproċessar jiddependi bil-bosta mill-opportunitajiet, il-komprensjoni preliminari, l-interess u l-motivazzjoni tal-individwu. Huwa f'dan id-dawl li għandhom jiġu kkunsidrati kemm il-possibbiltajiet ta' tagħlim diġitali kif ukoll l-attivitajiet pedagoġiċi adattati għalihom. Bis-saħħa tat-teknoloġija l-ġdida, jistgħu jiġu pprovduti tipi ġodda ta' tagħlim li jirriflettu l-mod kif jitgħallmu l-istudenti/l-għalliema. L-istili ta' tagħlim kollha jistgħu jkunu appoġġati aħjar issa bis-saħħa tat-teknoloġija diġitali;

Kwistjonijiet legali li għandhom jiġu ċċarati

44.

jinnota li l-“cloud computing” qed jintuża aktar ta' spiss f'ħafna oqsma, anke f'dawk relatati mal-ħżin dirett tad-data. Dan jinvolvi li l-fornituri jipprovdu ċertu kapaċità ta' ħżin lill-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet li jistgħu jaċċessaw permezz tal-internet. F'dawn l-aħħar għaxar snin, kien hemm tipi differenti ta' internet. Wieħed mill-prinċipji bażiċi huwa li l-utenti ma jkunu jistgħu jinnutaw l-ebda differenza bejn fajl fuq server lokali jew wieħed lokalizzat f'server mijiet ta' mili 'l bogħod;

45.

jinsab imħasseb dwar il-ħżin ta' data personali u fajls tal-istudenti li sikwit isir minn operaturi privati f'parti oħra tad-dinja. Mistoqsija rilevanti dwar dan hija jekk l-intrapriżi humiex lesti jiffirmaw ftehimiet dwar l-użu ma' għadd ta' awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali f'pajjiżi differenti. Jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward approċċ iżjed koordinat mill-Kummissjoni;

46.

isemmi wkoll il-problema assoċjata ma' min għandu d-dritt tal-materjal li l-istudenti u l-għalliema jipproduċu, fi ħdan jew barra l-qafas tal-attivitajiet skolastiċi. Ħafna fosthom qegħdin dejjem iżjed joħolqu r-riżorsi proprji tagħhom għat-tagħlim, minbarra l-materjal li jipproduċu individwi oħrajn li jista' jiġi modifikat. Jeżistu ħafna raġunijiet għaż-żieda fl-għadd ta' materjal prodott mill-individwi nnifishom, fost affarijiet oħra billi t-tagħmir tal-produzzjoni, bħall-kompjuters, il-vidjokameras u l-kameras diġitali, qed kulma jmur jorħos b'mod sostanzjali;

47.

jinnota wkoll li dan it-tagħmir qed isir iżjed faċli li jintuża u fl-istess ħin hemm żieda fl-għarfien tal-utenti. Bl-għajnuna tal-ħruġ ta' liċenzji, dawk li joħolqu l-materjal huma stess jistgħu jagħżlu liema drittijiet iżommu u liema huma lesti li jċedu. Jista' jkun jeħtieġ li jiġu ċċarati d-drittijiet legali marbutin mal-kontenut diġitali bħall-paġni tal-internet, il-materjal edukattiv, il-mużika, il-filmati, ir-ritratti u l-bloggijiet. Kultant, dawn il-liċenzji jiġu adattati għal-liġijiet f'bosta pajjiżi. Jemmen li huwa urġenti li l-Kummissjoni tikkontribwixxi għad-definizzjoni ta' soluzzjonijiet tekniċi u oqfsa sodi f'dan ir-rigward;

48.

jinnota li huwa importanti wkoll, anke għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jiġi indikat għal kemm tul ta' żmien it-traskrizzjonijiet u dokumenti simili jistgħu jiġu aċċessati mill-pubbliku;

49.

f'dan ir-rigward, jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-hekk imsejjaħ “data mining”, jiġifieri kif nittrattaw każijiet ta' intrapriżi li jużaw l-għarfien dwar l-istudenti jew il-persunal tal-iskola biex imbagħad ibigħuh;

Kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u n-netwerking

50.

huwa tal-fehma li, bil-għan li tkun possibbli kooperazzjoni bejn il-partijiet differenti tal-Ewropa, jeħtieġ li – kif issemma hawn fuq – tingħata attenzjoni speċjali liż-żoni żvantaġġati permezz ta' appoġġ mill-fondi strutturali u ta' investiment sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri u r-reġjuni li għadhom lura fl-iżvilupp meta mqabbla mal-bqija tal-Ewropa jkunu jistgħu jiżviluppaw l-istrutturi lokali tagħhom fil-qasam tal-ICT u jipparteċipaw fi proġetti komuni ma' skejjel oħra fl-Ewropa, u sabiex ikun hemm aċċess għal riżorsi edukattivi miftuħa;

51.

josserva li, għall-biċċa l-kbira tan-nies, il-proċess tal-ksib tal-għarfien qed isir iżjed profond minħabba l-possibbiltà ta' kooperazzjoni u l-iżvilupp ta' ideat ġodda, li jsiru mistoqsijiet u ssir kritika. Huma wkoll dawn it-tipi ta' ħiliet li qed isiru iżjed importanti għas-suq tax-xogħol u għas-soċjetà tal-lum u tal-ġejjieni. Il-Kumitat huwa tal-fehma li, fid-dawl tal-mudelli u l-istrutturi li qed jiġu żviluppati llum permezz tal-midja soċjali, il-logħob diġitali u l-video games u ż-żieda ġenerali fl-interazzjonijiet fis-soċjetà medjatika, it-tagħlim tal-lum il-ġurnata għandu jintegra dawn it-tipi ta' pjattaformi fit-tagħlim;

52.

josserva li fl-istudju tal-OECD msemmi hawn fuq (6), jissemmew ukoll liema tipi ta' attivitajiet tal-IT huma l-iżjed komuni, li huma li l-għalliema jħejju kompiti għall-istudenti, in-navigazzjoni fl-internet għat-tħejjija tal-lezzjonijiet u l-preżentazzjonijiet. Ħafna inqas ta' spiss, l-għalliema jikkomunikaw b'mod diġitali mal-ġenituri, biex issir evalwazzjoni diġitali tal-iżvilupp tal-istudenti jew biex issir evalwazzjoni tar-riżorsi edukattivi diġitali. Fil-fehma tal-Kumitat, dan juri l-importanza li l-attivitajiet pedagoġiċi fil-qasam tal-ICT jissaħħu u jiġu żviluppati aktar, l-iżjed permezz tal-possibbiltà li jkun hemm komunikazzjoni ma' skejjel oħra u l-għalliema u l-istudenti tagħhom;

Sforzi komuni

53.

jemmen li huwa importanti li tinħoloq pjattaforma komuni Ewropea li tkun miftuħa għal partijiet interessati differenti biex jiżviluppaw għodod ta' kejl u indikaturi li jagħmluha possibbli li jitkejjel il-progress miksub fir-rigward tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fl-istabbilimenti edukattivi differenti, fl-iskejjel u ambjenti oħra ta' tagħlim;

Rakkomandazzjonijiet speċjali tal-Kumitat tar-Reġjuni

54.

jenfasizza li l-ħtiġijiet ta' żvilupp enfasizzati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – rigward il-bżonn li jitħeġġu modi innovattivi u ta' kwalità tajba ta' pedagoġija u tagħlim min-naħa tal-istudenti permezz ta' teknoloġiji ġodda u kontenut diġitali – jolqtu b'mod sostanzjali l-livell lokali u reġjonali b'diversi modi: fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet u ta' provvedituri ta' servizzi u f'ħafna każijiet bħala provvedituri u klijenti tal-edukazzjoni b'interess u bżonn ta' ħaddiema edukati tajjeb u ċittadini bl-għodod adatti. Minkejja dan, ftit li xejn hemm referenza għal-livell lokali u reġjonali fil-Komunikazzjoni;

55.

jitlob li l-livell lokali u reġjonali jiġi involut u rikonoxxut aktar fil-ħidma li tissokta fil-kwalità tiegħu ta' pjattaforma għad-diskussjoni u l-azzjoni biex jassigura l-kundizzjonijiet tekniċi għal tagħlim bl-appoġġ ta' teknoloġija diġitali, għall-iżvilupp ta' metodi pedagoġiċi innovattivi adatti għal din ix-xorta ta' teknoloġija, għall-aċċess għal riżorsi edukattivi miftuħa, u bħala appoġġ għall-iżvilupp ta' netwerks u kuntatti għal dan it-tip ta' tagħlim.

Brussell, 31 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Skont id-definizzjoni tal-UNESCO fl-2002, ir-riżorsi edukattivi miftuħa huma “il-materjal ta' tagħlim u riċerka li qiegħed fid-dominju pubbliku jew rilaxxat b’liċenzja ta’ proprjetà intellettwali li tippermetti użu, adattament u distribuzzjoni ħielsa”. L-edukazzjoni miftuħa hija kunċett usa' li jirreferi għall-prattika u l-organizzazzjonijiet immirati sabiex ineħħu l-ostakli li jxekklu l-aċċess għall-edukazzjoni. Ir-riżorsi edukattivi miftuħa jagħmlu parti mill-edukazzjoni miftuħa, li ngħatat spinta tajba permezz tal-użu tal-ICT.

(2)  COM(2012) 669.

(3)  OECD (2012) Connected minds. Technolology and Today’s learners. (Pariġi).

(4)  CdR 3597/2013; CdR 2414/2012.

(5)  CdR 2392/2012.

(6)  OECD (2012) Connected minds. Technology and Today’s learners. (Pariġi).


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/26


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – L-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-Unjoni Ewopea

2014/C 126/07

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

jilqa' b'sodisfazzjon ir-Rapport (1), li huwa aġġornament dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-2009 (2) li ppreżenta skeda ta' azzjonijiet li jindirizzaw l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa; jirrikonoxxi l-fatt li r-Rapport sar bir-reqqa u jkopri nofs il-perjodu iżda jqis li hemm valur f'li jiġi enfasizzat il-grad ta' suċċess ta' azzjonijiet partikolari u fil-prijoritizzazzjoni ta' dawk li jridu jitkomplew u jintemmu;

2.

jemmen li s-saħħa u l-benesseri tal-individwi u tal-popolazzjoni huma l-akbar riżorsi tagħhom; minkejja dan, l-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, iqis li l-ammont ta' inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa bejn u fi ħdan l-Istati Membri huwa sfida għall-impenn tal-UE għas-solidarjetà, il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, id-drittijiet tal-bniedem u l-opportunitajiet indaqs;

3.

jagħraf li fost l-aspetti li jiddeterminaw l-istat ta' saħħa hemm firxa wiesgħa ħafna ta' fatturi personali, soċjali, ekonomiċi u ambjentali u li l-mod li bih jinteraġixxu bejniethom jiddetermina s-saħħa individwali u dik pubblika. L-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa jirriżultaw l-aktar mill-iżvantaġġi soċjoekonomiċi, barra minn hekk, is-saħħa u l-benesseri huma influwenzati direttament ukoll mid-deċiżjonijiet ta' politika li jittieħdu mill-awtoritajiet fil-livelli kollha, mill-għażliet individwali li jagħmlu n-nies dwar kif jgħixu u jipparteċipaw fil-komunitajiet tagħhom, minn fatturi bijoloġiċi u minn kunsiderazzjonijiet ġeografiċi.

4.

jenfasizza li, fid-dawl tad-diversità tal-fatturi li għandhom influwenza fil-qasam, l-inugwaljanzi fis-saħħa, ma jistgħux jitnaqqsu mis-settur tas-saħħa waħdu, iżda jirrikjedu azzjoni minn dawk kollha li xogħolhom hu li jippromovu s-saħħa u l-benesseri permezza ta' pjani integrati u koordinati tal-governanza kollha, l-istrateġija 'Saħħa fil-Politiki Kollha' u permezz ta' impenn aktar mifrux fis-soċjetà; jenfasizza li tmexxija politika u organizzattiva impenjata li tindirizza b'mod strateġiku l-inugwaljanzi fis-saħħa hija kundizzjoni biex dan ikun jista' jiġi promoss u implimentat;

5.

filwaqt li jagħraf id-diversità tas-sistemi tas-saħħa madwar l-UE, jenfasizza li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom rwol ewlieni fl-offerta ta' servizzi tas-saħħa pubbliċi, fil-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard; bl-istess mod, politiki bħal tal-impjieg, id-djar, it-trasport, l-ippjanar, l-ambjent u s-sigurtà pubblika huma xi wħud mill-kompiti l-oħra tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jiżguraw li huma atturi ewlenin fil-promozzjoni tas-saħħa pubblika u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa; jemmen li spiss l-istrateġiji intersettorjali li huma kruċjali biex inaqqsu l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa jistgħu jiġu żviluppati u implimentati b'mod aktar iffukat u effiċjenti fil-livell lokali u reġjonali fejn ir-riżultati jistgħu jidhru aħjar;

6.

huwa preokkupat li l-klima ekonomika attwali hija theddida sinifikanti peress li t-tnaqqis fil-baġit tas-saħħa jżid mal-isfidi dokumentati tajjeb tat-tixjiħ demografiku u b'hekk l-iffinanzjar tas-servizzi tas-saħħa jsir aktar diffiċli. It-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa jrid jitqies bħala pass essenzjali hekk kif ħafna awtoritajiet fl-Istati Membri qed jiffaċċjaw riformi tas-sistemi tas-saħħa tagħhom biex isiru aktar effikaċi u sostenibbli;

7.

jinnota kif ir-rapport jistqarr b'mod sempliċi li xi inugwaljanzi fis-saħħa huma marbutin ma' differenzi li jeżistu fil-kwalità u l-effikaċja tas-servizzi tas-saħħa madwar l-UE" (3); iqis li l-pubblikazzjoni simultanja tar-Report on health inequalities in the EU ta' Marmot (4) setgħet saħħet din id-dikjarazzjoni u possibbilment għenet biex il-konklużjonijiet tar-Rapport ikunu iktar iffukati;

Inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa: xi fatti u figuri

8.

jiddispjaċih li r-Rapport jikkonferma li għad hemm inugwaljanzi kbar u li m'humiex aċċettabbli fis-settur tas-saħħa bejn u fi ħdan l-Istati Membri. Fi snin reċenti, il-livell ta' inugwaljanza naqas f'għadd żgħir ta' indikaturi, filwaqt li f'oħrajn ma kien hemm l-ebda bidla u f'xi ftit anki deterjorazzjoni; jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għad-differenzi kbar ħafna fis-snin ta' ħajja b'saħħitha fl-Istati Membri li jammontaw għal differenzi ta' kważi 19-il sena, b'hekk filwaqt li l-istennija tal-għomor jista' jkun li qegħda t tiżdied, in-nies qed jgħixu aktar fit-tul b'mard kroniku;

9.

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-rata ta' mortalità naqset u l-istennija tal-għomor żdiedet. Madankollu, dan it-titjib jinsab f'riskju biż-żieda ta' tendenzi negattivi marbutin mal-obeżità, id-dijabete u n-nuqqas ta' attività fiżika; iż-żieda mbassra fl-inċidenza tal-mard kroniku tipprometti futur nieqes mis-saħħa u li jiswa' ħafna flus jekk is-sitwazzjoni ma tiġix indirizzata;

10.

ostakli fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa (fosthom spejjeż, distanza u żmien ta' stennija) huma għoljin ħafna f'xi Stati Membri, barra minn hekk, it-tip u l-kwalità tat-trattament mediku huma spiss marbutin mas-servizz disponibbli fejn il-persuna tgħix; jiġbed l-attenzjoni għall-benefiċċji soċjali ta' inċentivi li jħeġġu li tobba u servizzi oħra fil-qasam mediku jibdew joperaw f'żoni żvantaġġjati u iżolati ta' prattikanti;

11.

minħabba d-differenzi soċjali li jirriżultaw mill-qagħda tas-saħħa, iqis li rekwiżit ewlieni biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi tas-saħħa huwa l-applikazzjoni tal-kunċett ta' titjib fl-ogħla livell minflok tqarrib lejn medja statistika, u b'hekk tittejjeb is-saħħa tas-sezzjonijiet kollha tal-popolazzjoni kollha bħalma titgawda mill-persuni aktar b’saħħithom fis-soċjetà;

Progress fl-implimentazzjoni Solidarjetà fis-Saħħa

12.

jilqa' b'sodisfazzjoni l-Azzjoni Konġunta dwar l-Inugwaljanza fis-Settur tas-Saħħa 2011-2014 bil-parteċipazzjoni ta' 15-il Stat Membru; huwa favur li din l-inizjattiva tiġi estiża b'impenn u attenzjoni akbar minħabba fil-ħtieġa għall-kontinwità fil-prijoritizzazzjoni tal-kwistjoni u biex isir progress fuq is-suċċess miksub; iħeġġeġ ukoll li jitqiesu mekkaniżmi ta' kofinanzjament aktar flessibbli għall-impenji ta' Azzjoni Konġunta;

13.

iħeġġeġ l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta' strateġiji globali u intersettorjali fil-livelli adatti ta' governanza u b'riżorsi adatti peress li t-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa jeħtieġ impenn minn ħafna ministeri u livelli ta' governanza li spiss ikunu qed jikkompetu għar-riżorsi u huma spiss kompartimentalizzati fil-perspettiva tagħhom; strateġiji fil-livell nazzjonali jistgħu jinfurmaw l-iżvilupp ta' strateġiji fil-livell reġjonali u lokali u viċiversa;

Titjib tal-bażi tad-data u tal-għarfien

14.

jappoġġja l-programmi li għaddejjin għat-tixrid tal-għarfien minn proġetti li kienu ta' suċċess biex jonqis id-distakk bejn ir-riċerka, il-politika u l-prattika u biex iħeġġu l-bidu ta' proġetti simili; madankollu fid-dawl tal-eċċess ta' informazzjoni li għandhom quddiemhom dawk li jiffurmaw il-politiki u l-prattikanti, jappoġġja l-fatt li l-preżentazzjoni ssir b'mod aċċessibbli u konċiż; b'mod partikolari, jappella għal messaġġi aktar konċiżi appoġġjati b'eżempji ta' suċċessi; barra minn hekk jirrakkomanda l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' portall ewlieni għall-aċċess tal-informazzjoni;

15.

jilqa' b'sodisfazzjon l-impenji ta' kollaborazzjoni importanti bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji internazzjonali u l-partijiet interessati pubbliċi u jirrakkomanda l-ogħla livell ta' sħubija mal-WHO Ewropa fil-koordinazzjoni tal-politiki, fil-qsim tar-riżorsi u fil-promozzjoni ta' inizjattivi, bħal 'Bliet f'saħħithom', in-netwerk 'Regions for Health' tal-WHO u n-netwerk globali Age-Friendly Cities and Communities (bliet u komunitajiet adattati għall-ħtiġijiet tar-residenti mdaħħlin fl-età); jappoġġja wkoll, kollaborazzjoni mtejba permezz tal-programmi ta' ħidma tal-aġenziji rilevanti tal-UE;

16.

mingħajr id-data meħtieġa, huwa diffiċli ferm li wieħed ikejjel il-progress, għalhekk iħeġġeġ lill-awtoritajiet kollha li jkomplu jaħdmu biex joħolqu Indikaturi Bażiċi tas-Saħħa Standardizzati Ewropej (ECHI). Dawn l-indikaturi għandhom jiġu żviluppati fi djalogu mill-qrib ma' rappreżentanti mil-livelli lokali u reġjonali; sa fejn huwa possibbli, dan għandu jiffaċilita sforzi sottonazzjonali biex jiġu trattati l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa; jenfasizza li hemm bżonn li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-piżijiet amministrattivi għall-ġbir tad-data fid-dawl tal-obbligi varji għal rappurtaġġ nazzjonali u internazzjonali;

17.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-programm ta’ riċerka tal-UE dwar l-inugwaljanzi fis-saħħa u jipproponi li temi adattati għal riċerka futura għandhom jinkludu: l-effettività ta’ interventi biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa; fatturi marbutin ma' varjazzjonijiet fin-numru ta' snin ta' ħajja b’saħħitha; analiżi aktar dettaljata ta’ studji lonġitudinali biex jinkiseb fehim aħjar dwar il-fatturi li jwasslu għall-inugwaljanzi fis-saħħa; indikaturi għas-saħħa mentali; u għaliex xi reġjuni b’PDG relattivament baxx għandhom indikaturi ta’ saħħa tajba u viċeversa;

Bini ta’ impenn fis-soċjetà

18.

itenni li l-ilħiq tal-miri tal-Ewropa 2020 huma fundamentali biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa u jenfasizza r-rabta bejn popolazzjonijiet f'saħħithom u produttivi u ekonomiji sostenibbli; jenfasizza wkoll li miri fil-livell ta' fuq iridu jinbidlu f'kisbiet tanġibbli u riżultati li jistgħu jiġu kwantifikati fil-livell lokali u reġjonali;

19.

jenfasizza li r-ritorn tan-nies lejn ix-xogħol u l-iżgurar ta' postijiet tax-xogħol sani huma essenzjali għas-saħħa tal-popolazzjoni; jenfasizza li bħala kundizzjoni biex tiġi trattata l-inugwaljanza fis-settur tas-saħħa, it-tnaqqis tal-qgħad fit-tul u fost iż-żgħażagħ huma prijoritajiet assoluti; huwa mħasseb dwar l-effetti fit-tul fuq is-saħħa u s-saħħa mentali ta' dawk li jħossuhom esklużi milli jikkontribwixxu fis-soċjetà;

20.

jenfasizza l-ħtieġa għal netwerks ta' appoġġ soċjali b'saħħithom peress li l-appoġġ mill-familji, il-ħbieb u l-komunitajiet lokali huwa marbut ma' saħħa aħjar fosthom saħħa mentali aħjar, dan huwa l-każ partikolarment għall-anzjani bi preokkupazzjonijiet dwar l-iżolament, il-mobbiltà u l-komunikazzjoni;

21.

peress li l-baġits għar-reklamar għall-oġġetti u s-servizzi ta' konsum jitfu l-messaġġi dwar is-saħħa u peress li t-titjib fis-saħħa jirrikjedi l-kontribut tas-soċjetà kollha, iqis li huwa essenzjali li s-settur privat jipparteċipa jew permezz ta' inizjattivi ta' Responsabbiltà Soċjali Korporattiva jew permezz ta' miżuri leġislattivi jew fiskali, biex nippromovu riżultati aħjar għas-saħħa fis-soċjetà, pereżempju tnaqqis fil-ħela tal-ikel frisk, tikkettar ċar, l-ipprezzar tal-enerġija eċċ.;

22.

jappoġġja l-analiżi dwar kif il-miżuri fiskali jistgħu jintużaw sabiex jiskoraġġixxu l-konsum tat-tabakk, l-abbuż tal-alkoħol u l-eċċess ta’ xaħmijiet saturati, zokkor u melħ f’xi ikel proċessat sabiex jiġu inklużi aħjar l-ispejjeż tagħhom fuq is-saħħa pubblika u fuq servizzi pubbliċi oħra. Bl-istess mod, jappoġġja miżuri simili biex jinċentivaw ikel aktar bnin u stili ta’ ħajja aktar b’saħħitha li jinkoraġġixxu bidla fl-imġiba;

23.

iqis li l-politiki ta’ governanza rilevanti għandhom jaħdmu favur l-assigurazzjoni tas-saħħa permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt dwar is-saħħa biex jiġi żgurat li l-effett nett tal-politika pubblika jkun it-titjib tas-saħħa u l-benesseri tal-popolazzjoni filwaqt li fl-istess ħin jitnaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa;

Il-ħarsien tal-ħtiġijiet ta’ gruppi vulnerabbli

24.

jemmen li huwa essenzjali li t-tfal jingħataw l-aħjar bidu, peress li l-aktar żmien ta' intervent effikaċi fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi u t-titjib tar-riżultati fis-settur tas-saħħa huwa qabel it-twelid u fl-ewwel infanzja. Jirrakkomanda li s-saħħa tat-tfal tingħata attenzjoni speċjali fi programmi li jnaqqsu l-inugwaljanzi u jenfasizza l-importanza tad-disponibbiltà ta' kura tat-tfal ta' kwalità; dawn il-miżuri jipprovdu rata ta' redditu akbar minn miżuri li jsiru aktar tard;

25.

jiġbed l-attenzjoni għall-impatt b'suċċess ta' programmi pożittivi għall-ġenituri bbażati fuq l-evidenza u li huma kost-effikaċi (5) li jagħtu lill-ġenituri strateġiji prattiċi biex jgħinuhom jiġġestixxu l-imġieba tagħhom u ta' uliedhom, u jħeġġeġ li programmi bħal dawn ikunu aktar mifruxa, b'mod partikolari fost tfal u ġenituri f'riskju;

26.

iqis li l-ħxuna żejda fit-tfal issa saret waħda mill-akbar sfidi. B'diviżjoni soċjo-ekonomika ċara fl-ewwel infanzja, il-piż fit-tfulija jinżamm fl-età adulta u jippromovi l-iżvilupp ta' mard kroniku u jwassal li dan il-mard ikollu konsegwenzi agħar, li huma diżastrużi fuq l-ekonomiji tas-saħħa daqs kemm huma fuq is-saħħa personali; qed jistenna bil-ħerqa l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea propost biex jindirizza din il-ħaġa;

27.

Peress li d-WHO ikkalkula li fl-Ewropa seba' fatturi ta' riskju ewlenin (6) huma responsabbli għal kważi 60 % tal-piż tal-mard, iqis li huwa essenzjali li dawn il-fatturi ta' riskju jiġu trattati u li togħla l-aspettativa tas-saħħa, partikolarment permezz tal-edukazzjoni biex jonqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa u jissuġġerixxi li l-gruppi jiġu mmirati aktar permezz tal-ICT u l-mezzi soċjali u permezz ta' mudelli ta' eżempju sabiex l-informazzjoni dwar is-saħħa u stil ta' ħajja b'saħħtu tiġi ppreżentata b'mod aċċessibbli u kredibbli peress li l-konsegwenzi fit-tul tas-saħħa jistgħu ma jkunux prijorità għolja għal xi wħud.

28.

jappella lill-Kummissjoni li trawwem il-ġbir tal-esperjenzi rigward l-edukazzjoni għas-saħħa u l-promozzjoni ta' stil ta' ħajja b'saħħtu; u fil-prevenzjoni, id-dijanjożi bikrija u trattament ta' problemi ta' xorb, tipjip, dieta, obeżità u drogi; barra minn hekk, jappella lill-awtoritajiet fl-Istati Membri biex jippromovu l-attività fiżika, stil ta' ħajja b'saħħitha u programmi essenzjali ta' ħiliet tal-ħajja (litteriżmu tas-saħħa, xjenza bażika, abbiltà li tipproċessa l-informazzjoni, ħiliet ta' baġitjar, eċċ.) b'attenzjoni partikolari fuq iż-żgħażagħ u gruppi vulnerabbli;

29.

peress li għadd ta' fatturi flimkien jistgħu jaffettwaw nies aktar avvanzati fl-età, fosthom dħul aktar baxx, kundizzjonijiet ta' mard kroniku, iżolament, problemi ta' mobbiltà u nies li qed jgħixu aktar fit-tul; jenfasizza l-importanza li jintlaħqu l-miri tas-Sħubija tal-Innovazzjoni Ewropea dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu u jappoġġja l-implimentazzjoni mifruxa tal-Pjani ta' Azzjoni tagħha; barra minn hekk jixtieq li jippromovi d-Dublin Declaration on Age-Friendly Cities and Communities in Europe 2013  (7);

30.

jisħaq li l-programmi ta' saħħa pubblika li jnaqqsu l-inugwaljanza jistgħu jkunu kost-effikaċi – pereżempju l-iskrinjar, id-dijanjożi u t-trattament ta' gruppi f'riskju meta kundizzjonijiet li jintirtu jżidu l-probabbiltà li ċertu mard jiżviluppa; jista' jingħad li dawn il-programmi għandhom jingħataw prijorità (pereżempju titjib fl-aċċess għall-iskrinjar tal-kanċer tal-għonq tal-utru għal nisa bi dħul baxx) fuq bażi ta' effiċjenza;

31.

jenfasizza l-ħtieġa li l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa jiġu indirizzati permezz tal-awtoritajiet u s-servizz fil-livell lokali u permezz tal-organizzazzjonijiet ta' żvilupp komunitarju attiv li huma fl-aħjar pożizzjoni li jifhmu l-ħtieġa ta' gruppi vulnerabbli lokalment u biex jiksbu l-aktar impenn ta' benefiċċju fil-programmi;

L-iżvilupp tal-kontribut tal-politiki tal-UE

32.

filwaqt li l-awtoritajiet fi ħdan l-Istati Membri huma responsabbli għall-organizzazzjoni u l-għoti tas-servizzi tas-saħħa, ir-Rapport u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex jappoġġjaw u jikkoordinaw l-isforzi tal-Istati Membri jistgħu jitqiesu li jaqblu mal-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; japprezza li diversi politiki tal-UE u programmi ta' finanzjar fosthom l-affarijiet soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, l-enerġija, l-iżvilupp rurali u l-politika reġjonali għandhom il-potenzjal li jaffettwaw is-saħħa u l-fatturi li jiddeterminaw is-saħħa u jikkontribwixxu biex jonqsu l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa;

33.

jilqa' b'sodisfazzjoni l-għadd ta' Għanijiet Tematiċi tal-Kummissjoni bħala mezz biex l-infiq jiġi ffukat u biex it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa jidħol fil-prijoritajiet ta' investiment tal-FEŻR; jemmen li l-inklużjoni ta' aspetti marbutin mas-saħħa tul il-programmi differenti u s-sorsi differenti ta' fondi tal-UE hija impetu ieħor għal strateġiji intersettorjali ta' livell għoli; japprova l-kondizzjonalitajiet ex-ante taħt ir-Regolament dwar l-OKS u jemmen li kwalunkwe qafas ta' politika strateġika konsegwenzjali għandu japplika fil-livell operattiv adatt biex jinkisbu l-effetti mixtieqa;

34.

huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' kapaċità ddikjarata tas-sistemi tas-saħħa li jġibu 'l quddiem investimenti li jindirizzaw l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa (8); jisħaq li trid tingħata prijorità lill-bini tal-kapaċità biex jinkisbu l-fondi tal-UE li jiġu investiti b'suċċess; bħala għajnuna, jappoġġja l-promozzjoni aktar mifruxa ta' riżorsi bħall-Applying EU Structural Funds tal-Equity Action u jisħaq fuq il-ħtieġa għal punti ta' kuntatt pubbliċizzati tajjeb fi ħdan l-Istati Membri;

35.

jisħaq li l-faċilitazzjoni tal-impenn tas-sistemi tas-saħħa u l-awtoritajiet lokali u reġjonali hija essenzjali fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-programmazzjoni tal-fondi tal-ESI biex jiġi assigurat li t-titjib fis-saħħa jirċievi prijoritizzazzjoni adegwata, b'mod partikolari fl-applikazzjoni ta' elementi ta' diskrezzjoni tal-programmi operattivi peress li, fir-reġjuni kollha, spiss ikun hemm irqajja lokalizzati ta' deprivazzjoni;

36.

huwa diżappuntat li t-tnaqqis fl-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa mhuwiex għan speċifiku taħt is-Saħħa għat-Tkabbir; b'mod aktar wiesa', huwa jinkoraġġixxi bilanċ fi ħdan l-investiment tal-infrastruttura bejn l-iżvilupp tal-isptarijiet fuq skala kbira (fejn eliġibbli) u kura bbażata fil-komunità li tkun aktar aċċessibbli u integrata; jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal valutazzjoni tal-infiq tal-UE b'attenzjoni fuq l-effetti, is-sostenibbiltà u r-ritorn fuq l-investiment;

37.

jinkoraġġixxi l-użu tal-faċilità tar-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) sabiex l-awtoritajiet u l-korpi jiżviluppaw sħubijiet għall-faċilitazzjoni tal-proġetti transkonfinali biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, pereżempju fir-rigward tal-infrastruttura u l-aċċess għal tagħmir mediku tal-ogħla livell tekniku;

Konklużjonijiet

38.

bi pressjonijiet demografiċi u baġitarji li qed jiżdiedu, jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi aktar mifruxa tal-UE li jassistu lill-awtoritajiet fl-Istati Membri biex jiżviluppaw sistemi tas-saħħa sostenibbli u effikaċi, b'mod partikolari billi jinvestu fil-kura tas-saħħa preventiva biex inaqqsu spejjes aktar fit-tul fil-futur u biex is-sistemi tal-kura tas-saħħa jiġu ristrutturati ħalli jipprovdu aċċess ġust għal kura tas-saħħa ta' kwalità għolja;

39.

jilqa' b'sodisfazzjon, il-progress fl-azzjonijiet tal-Kummissjoni ħalli jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa u jenfasizza li hemm bżonn li jsir aktar fil-livelli kollha ta' governanza; pereżempju, permezz tal-proċess tas-Semestru Ewropew hemm opportunitajiet biex jintefa' d-dawl fuq kwistjonijiet ta' inugwaljanza fis-settur tas-saħħa fl-Istati Membri; bl-istess mod, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom il-kapaċità li jintroduċu u jimplimentaw strateġiji li jnaqqsu l-inugwaljanzi fil-livelli sottonazzjonali permezz ta' azzjonijiet li huma bbażati fuq evidenza u li huma kost-effikaċi, b'riżorsi ffukati fuq l-aktar vulnerabbli;

40.

fid-dawl tar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-KtR jixtieq jipparteċipa f'inizjattivi rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea u jixtieq joffri d-disponibbiltà tar-riżorsi tiegħu għal dan il-għan; japprezza rapport ta' progress ieħor mill-Kummissjoni Ewropea fit-tliet snin li ġejjin biex ikun hemm aġġornament dwar il-progress;

Brussell, 31 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Rapport dwar l-Inugwaljanzi fis-settur tas-Saħħa fl-Unjoni Ewopea SWD(2013)328

(2)  Is-solidarjetà fis-Saħħa: it-Tnaqqis tal-Inugwaljanzi tas-Saħħa fl-UE COM(2009) 567

(3)  SWD (2013) 328 p. 20

(4)  Report on Health Inequalities in the EU, M. Marmot et al – Kummissjoni Ewropea (fl-istampa)

(5)  Pereżempju, http://www.triplep.net/glo-en/home

(6)  Il-pressjoni għolja, l-użu tat-tabakk, l-abbuż tal-alkoħol, kolesterol għoli, piż żejjed, dieta b'konsum baxx ta' ħaxix u frott u n-nuqqas ta' attività fiżika: Mortality and burden of disease attributable to selected major health risks – WHO Global Health Risks (2009)

(7)  http://www.ahaconference2013.ie/dublin_declaration/dublin_declaration_text

(8)  SWD(2013) pġ. 16


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/31


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

2014/C 126/08

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) li tagħmel parti mill-pjan direzzjonali tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Diċembru 2012 dwar il-finalizzazzjoni tal-UEM;

2.

iqis li din il-Komunikazzjoni tirrappreżenta l-ewwel fażi utli li, permezz tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fiha, għandha tikkostitwixxi l-bażi ta' pilastru soċjali ġenwin fl-UEM;

3.

jinnota f'dan ir-rigward li l-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Diċembru approva formalment ir-rikors għal indikaturi ewlenin fil-qasam soċjali u dak tal-impjieg fis-Semestru Ewropew 2014 iżda jiddispjaċih li l-funzjoni tagħhom hija limitata għal analiżi tal-evoluzzjonijiet fil-qasam soċjali. Għaldaqstant itenni l-appell tiegħu għall-integrazzjoni tad-dimensjoni soċjali tal-UEM fil-governanza, il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki ekonomiċi;

4.

jilqa' b'mod pożittiv il-proposti tal-Kummissjoni li jimmiraw li joħolqu ekwilibru ġdid fiż-żona tal-euro la sa issa kienet prinċipalment iffukata fuq il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u s-''6 pack'' u li jiddefendu l-ħsieb li mal-pilastri attwali tal-UE (ekonomiku, baġitarju, bankarju u politiku) jiżdied il-pilastru soċjali;

5.

jiddikjara n-natura neċessarjament trasversali tal-pilastru soċjali futur tal-UEM sabiex id-dimensjoni u l-impatti soċjali u ta' governanza ekonomika tal-UEM jitqiesu aħjar. Din hi kwistjoni kruċjali għat-tħaddim tajjeb u l-vijabilità medja u fit-tul tal-UEM minn naħa u l-leġittimità tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea min-naħa l-oħra;

6.

ifakkar li t-tħaddim tajjeb ta' żona li għandha munita unika jitlob ċertu livell ta' simetrija bejn l-ekonomiji membri sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-rikorrenza u l-konsegwenzi tax-xokkijiet asimmetriċi; iqis li llum il-ġurnata jeżistu r-riskji ta' konkorrenza soċjali bejn l-Istati Membri fil-każ ta' xokkijiet bħal dawn u li jidher ċar li bejn l-2007 u l-2008 inħoloq sens ta' polarizzazzjoni bejn iċ-ċentru u l-periferija, b'mod partikolari fil-qasam tal-impjieg;

7.

jiddikjara li t-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali għandu l-għan li jnaqqas ir-riskju ta' konkorrenza soċjali li jista' jwassal biex jitwarrbu l-istrumenti ta' aġġustamenti ekonomiċi bħar-rati ta' kambju jew il-qafas Ewropew tal-politiki fiskali, u li jikkumpensa l-effetti negattivi tal-kriżi u tal-politiki ta' awsterità;

8.

huwa tal-fehma li n-nuqqas ta' leġittimità demokratika tal-UEM jista' jiġi eliminat biss jekk iċ-ċittadini Ewropej ikunu konvinti li l-prinċipju tal-progress soċjali huwa mħares u li l-impjieg u n-normi soċjali ma jitqisux biss bħala ''benefiċċji residwi'' tal-proċċess ta' aġġustament makroekonomiku;

9.

jenfasizza li l-indikaturi soċjali l-kbar kważi kollha qabżu limiti li qatt ma ntlaħqu qabel kemm fejn tidħol ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ li qed toqrob it-23 %, in-numru ta' qgħieda fuq perjodu twil li żdied fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u l-parti tal-popolazzjoni Ewropea mhedda mill-esklużjoni soċjali laħqet il-25 %;

10.

jenfasizza li l-kriżi qalbet il-proċess ta' konverġenza tal-PDG reġjonali għal kull abitant u l-qgħad fl-Unjoni Ewropea u li llum-il-ġurnata l-iżbilanċi soċjali qed jiżdiedu iktar malajr fl-UEM milli fil-bqija tal-UE kemm mil-lat tal-prestazzjoni ekonomika tal-UEM kif ukoll l-istabbiltà politika tal-Istati Membri tagħha;

11.

jikkonkludi minn dan li l-żona tal-euro mhux qed tbati biss minn defiċit baġitarju fl-Istati Membri tagħha iżda anki minn differenzi fil-koeżjoni soċjali u territorjali tal-Istati Membri u r-reġjuni u li huwa essenzjali li d-dimensjoni soċjali tal-UEM titqiegħed fuq l-istess livell tal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi. It-tneħħija tal-problemi strutturali għandha tkun prijorità;

12.

jinsisti li d-dimensjoni soċjali tal-UEM tħares l-eżistenza tal-mudelli soċjali nazzjonali differenti attwali u tippermetti l-koeżistenza tagħhom, ifakkar li l-UEM m'għandhiex l-għan tal-armonizzazzjoni soċjali iżda l-għan tagħha huwa li jinżamm il-prinċipju tal-“Magħquda fid-diversità”;

13.

huwa konvint li l-kompitu tal-livell Ewropew pjuttost huwa li jkompli jiżviluppa d-drittijiet fundamentali u l-objettivi tal-politika soċjali, jintroduċi standards minimi li jkunu legalment vinkolanti madwar l-UE kollha filwaqt li jirrispetta l-possibbiltajiet li għandhom l-Istati Membri biex jieħdu azzjoni fil-politika soċjali;

14.

jitlob li t-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali taż-żona tal-euro jsir f'loġika ta' kooperazzjoni msaħħa u miftuħa li tippermetti li mal-membri attwali tal-UEM jiġu assoċjati wkoll dawk li fil-qafas tat-Trattat ħadu l-impenn li jsiru membri, kif ukoll l-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea billi t-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali huwa indispensabbli fil-livell tal-Unjoni Ewropea kollha;

15.

itenni l-appel tiegħu għal koordinazzjoni aħjar tal-politiki ekonomiċi u soċjali bejn il-livell Ewropew u dak nazzjonali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u jitlob għal parteċipazzjoni ikbar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’din il-koordinazzjoni (1);

16.

jinsisti li l-proċess ta' koordinazzjoni tal-politiki soċjali għandu jiżgura li l-awtoritajiet lokali jiġu appoġġjati fl-isforzi tagħhom ta' implimentazzjoni tal-politiki adegwati tal-impjieg u dawk soċjali. Dan jitlob li nindirizzaw l-isfidi territorjali speċifiċi f'dawn l-oqsma u li niffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell lokali u reġjonali;

17.

jaqsam l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li ''tissaħħaħ il-kapaċità biex jiġu sorveljati l-iżviluppi tal-impjiegi u soċjali'', li ''jiġu mobilizzati azzjonijiet u finanzjamenti tal-UE biex jiġu indirizzati l-qgħad (...) b'mod effettiv u sostenibbli'', li ''il-passi meħuda għar-responsabbiltà u dixxiplina ekonomika jingħaqdu ma' solidarjetà u appoġġ finanzjarju akbar'', li ''jonqsu l-ostakli attwali għall-mobbiltà transfruntiera tax-xogħol'' u li ''jissaħħaħ ir-rwol tad-djalogu soċjali'';

18.

itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni li tindirizza f'iktar dettall il-kwistjoni tal-kwalità tal-infiq pubbliku, b'mod partikolari billi tevalwa l-possibbiltà ta' separazzjoni bejn in-nefqa kurrenti u n-nefqa relatata mal-investimenti fil-kalkolu tad-defiċit baġitarju sabiex ma jixxekklux l-investimenti pubbliċi li għandhom benefiċċji netti fuq perjodu twil;

19.

bl-istess mod iqis li l-investimenti soċjali għandhom jiġu kkunsidrati b'mod ibbilanċjat fil-kalkolu tad-defiċit baġitarju;

Kummenti speċifiċi

It-tabella indikattiva għall-klassifika tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali

20.

jappoġġja l-idea tal-Kummissjoni tal-introduzzjoni ta' tabella ġdida ta' indikaturi ewlenin tal-impjieg u dawk soċjali u l-integrazzjoni ta' indikaturi soċjali u tal-impjieg ġodda fil-proċedura ta' monitoraġġ tal-iżbilanċi makroekonomiċi u l-mekkaniżmu ta' twissija;

21.

iqis li l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu li jidentifika d-diverġenzi soċjali fiż-żona tal-euro huwa pass 'il quddem lejn integrazzjoni solidari u l-bidu ta' ekwilibru ġdid bejn il-politiki ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-Semestru Ewropew;

22.

jiddispjaċih madanakollu li l-firxa ta' indikaturi li tipproponi l-Kummissjoni hija wisq limitata biex tkun kapaċi tifhem b'mod sħiħ is-sitwazzjoni soċjali u l-iżvilupp tagħha fl-Istati Membri u li ma jingħatawx raġunijiet biżżejjed għall-għażla tal-indikaturi proposti. Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi raġuni aktar dettaljata qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali dwar l-aktar indikaturi adegwati;

23.

jipproponi li fit-tħejjija tat-tabelli soċjali jitqiesu wkoll l-anzjani ta' iktar minn 65 sena, jiġifieri l-irtirati, li f'xi Stati Membri jirrappreżentaw parti kbira mill-kategorija tal-foqra;

24.

jirrakkomanda għalhekk lill-Kummissjoni li tiżviluppa aktar it-tabella soċjali b'ħidma mal-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex jiġu inklużi indikaturi eżistenti fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, u, potenzjalment, indikaturi oħra wkoll bħal dawk dwar il-livell ta' faqar fost it-tfal, indiċi tal-impjieg deċenti u tal-paga minima, li d-data tiġi preżentata kemm f'termini statistiċi kif ukoll monetarji (billi tindika pereżempju l-ispiża tal-persuni barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) f'perċentwal tal-PDG) sabiex tingħata idea iktar preċiża tal-konsegwenzi ekonomiċi tal-perspettivi soċjali u f'termini ta' impjieg u jitwassal messaġġ iktar b'saħħtu u ċar li dawk li huma responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi;

25.

jipproponi wkoll li tiżdied id-dimensjoni tal-ġeneru fl-indikaturi li ser jintużaw b'mod partikolari fir-rata tal-qgħad, il-proporzjon ta' żgħażagħ NEET u r-rata ta' impjieg fost iż-żgħażagħ u l-proporzjon ta' dawk li jinsabu fir-riskju tal-faqar billi r-rikonoxximent tad-differenzi bejn l-irġiel u n-nisa li qed jiffaċċjaw diffikultajiet soċjali jista' jagħti bidu għal politiki iktar immirati u iktar effikaċi;

26.

jissuġġerixxi lill-Kummissjoni li tiżgura li jsiru sforzi addizzjonali sabiex tiġi provduta fi żmien opportun statistika rilevati għall-indikaturi fit-tabella. Dan jippermetti d-disponibbiltà ta' informazzjoni iktar rilevanti f'limiti ta' żmien iktar bikrija;

27.

jesprimi t-tħassib tiegħu li t-tabella, billi se tkun mibnija fuq ġabra ta' indikaturi nazzjonali mhux se tirrifletti d-disparitajiet li jista' jkun hemm fil-livell reġjonali u jissuġġerixxi għalhekk li jintużaw strumenti iktar adatti għall-evalwazzjoni tad-disparitajiet sottonazzjonali (2);

28.

jiddispjaċih li ma ġew proposti l-ebda numri ta' referenza sabiex permezz tagħhom ikun jista' jiġi identifikat il-limitu tat-twissija. jenfasizza f'dan ir-rigward li n-nuqqas kemm ta' pilastru ta' ħarsien minimu rikonoxxut fil-livell tal-UE u ta' kwalunkwe referenza fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għal standards soċjali komuni jagħmluha impossibbli li jiġu antiċipati l-limiti li qed tipprevedi l-Kummissjoni;

29.

iqis li, fi f'kull każ, il-limiti ta' twissija għandhom jiġu stabbiliti b'kooperazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali;

30.

ifakkar lill-Kummissjoni li t-tabella hija sempliċiment strument statistiku u li hemm bżonn li jsiru analiżi prospettiva u tbassir tal-evoluzzjonijiet soċjali attwali sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni li mhix biss korrettiva iżda wkoll preventiva;

31.

jitlob lill-Kummissjoni tistipula li fi kwistjonijiet soċjali l-isforzi sabiex jiġu indirizzati l-iżbilanċi ma jwasslux awtomatikament għal sanzjonijiet f'każ li jinqabżu l-limiti stabbiliti. Għandu jintuża minflok mekkaniżmu li jħeġġeġ il-konverġenza madwar għanijiet komuni u jiffavorixxi l-qsim tal-aħjar prattika eżistenti;

32.

għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tiċċara liema huma l-mekkaniżmi li għandhom jidħlu fis-seħħ jekk Stat Membru jaqbeż limitu ta' twissija partikolari

Żieda fil-miżuri ta' appoġġ tal-impjieg u l-mobbiltà

33.

jagħraf ir-rwol kruċjali tal-mobbiltà tal-ħaddiema fl-UEM fis-sitwazzjoni ekonomika attwali u għaldaqstant jenfasizza l-kontribut neċessarju tagħha fil-promozzjoni ta' tkabbir sostenibbli u inklużiv;

34.

jaqsam l-opinjoni tal-Kummissjoni li n-numru ta' ħaddiema mobbli fl-Ewropa għadu baxx wisq biex ikun hemm suq tax-xogħol Ewropew reali u jfakkar li n-nies li jixtiequ l-mobbiltà professjonali għandhom jirċievu informazzjoni iktar affidabbli u ta' kwalità kif ukoll appoġġ individwali;

35.

josserva li taħriġ fil-lingwi iktar immirat jista' jikkontribwixxi għall-evoluzzjoni tal-imġiba fir-rigward tal-mobbiltà professjonali. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi li jippromovu t-taħriġ u l-apprendistat għall-istudenti u l-ħaddiema hija importanti ħafna biex tħeġġeġ il-mobbiltà fir-reġjuni Ewropej;

36.

jistieden lill-Kummissjoni taħdem b'mod intensiv biex tegħleb l-ostakli għall-mobbiltà transkonfinali tal-ħaddiema fl-UE. Dan jikkonċerna speċifikament l-ostakli legali (bħall-kompatibbiltà tas-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali) u ta' natura prattika (bħall-għarfien tal-lingwi barranin jew l-edukazzjoni interkulturali);

37.

jenfasizza li s-sistemi nazzjonali ta' koordinazzjoni tas-servizz tal-EURES (li għandhom jibdew jiġu stabbiliti fl-2015) għandhom ikunu bbażati fuq kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-mobbiltà tal-ħaddiema; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kompiti konsultattivi m'għandhomx jiġu sostitwiti jew limitati minħabba l-espansjoni tan-netwerk tal-EURES biex jinħoloq korp pan-Ewropew li jappoġġja l-impjieg u r-reklutaġġ. Minflok, fil-futur is-servizzi konsultattivi tal-konsulenti tal-EURES għandhom ikomplu jiffokaw fuq kwistjonijiet prattiċi dwar l-impjieg u s-sigurtà soċjali barra mill-pajjiż, bħal pereżempju l-qgħad, il-mard, il-karatteristiċi tal-impjieg temporanju, il-miżuri ta' riintegrazzjoni, il-protezzjoni fil-każ ta' invalidità u aċċidenti fuq ix-xogħol, kif ukoll dwar l-opportunitajiet ta' taħriġ avvanzat vokazzjonali. Il-funzjonijiet konsultattivi tas-sħubijiet transkonfinali tal-EURES huma importanti ħafna fir-reġjuni transkonfinali u jikkontribwixxu għall-mobbiltà.

38.

jagħraf madanakollu li jkun żball li l-istrument tal-promozzjoni tal-mobbiltà tal-ħaddiema jitqies li huwa biżżejjed biex ipatti għall-iżbilanċi u x-xokkijiet asimmetriċi fiż-żona tal-euro;

It-tisħiħ tal-istrumenti ta' finanzjament għat-tisħiħ tas-solidarjetà

39.

ifakkar fil-bżonn ta' solidarjetà lejn l-Istati Membri li huma l-iktar affettwati mill-kriżi attwali billi l-Istati Membri huma interdipendenti mhux biss mil-lat ekonomiku iżda anki mil-lat soċjali;

40.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni bil-għan li tiżviluppa strateġiji ta' inklużjoni attiva iktar effettivi kif ukoll li tagħmel użu iktar effikaċi tal-baġits soċjali; bl-istess mod, abbażi tal-Fond Soċjali Ewropew, għandu jsir użu iktar immirat tal-finanzjament soċjali Ewropew fil-qafas tal-ftehimiet ta' sħubija u tat-tħejjija tal-programmi operazzjonali tal-2014-2020; ifakkar li l-KtR appoġġja kontinwament ukoll il-Programm Ewropew il-ġdid għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

41.

jiddispjaċih madanakollu li l-proposti tal-Kummissjoni jirrigwardaw biss il-mobilizzazzjoni ta' strumenti li diġà jeżistu u li l-għanijiet u l-ambitu tagħhom mhumiex neċessarjament adatti biex jindirizzaw il-problemi speċifiċi tal-UEM, jissuġġerixxi għalhekk li l-Kummissjoni tqis il-possibbiltà ta' mekkaniżmi ta' inċentiv għall-benefiċċju tal-pajjiżi tal-UEM li jimplimentaw riformi li jiksbu l-għanijiet soċjali tal-Istrateġija Ewropa 2020 u li jiġġieldu l-iżbilanċi soċjali;

42.

jinnota li l-mekkaniżmi ta' superviżjoni u koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u soċjali ma huma se jippermettu qatt li jiġi elimitat ir-riskju ta' xokk asimmetriku u dan minħabba l-karatteristiċi ekonomiċi u industrijali speċifiċi ta' kull Stat Membru;

43.

jikkonkludi għalhekk li l-UEM għandu jkollha strumenti u mekkaniżmi speċifiċi li jippermettu, permezz ta' azzjonijiet preventivi, li jiġu evitati jew imnaqqsa l-impatti ta' dawn ix-xokkijiet fuq l-impjieg u l-politiki soċjali fl-Istati Membri;

44.

jinnota li saru diversi studji, xenarji u simulazzjonijiet tal-istabbilizzaturi awtomatiċi fl-ambjent universitarju; ifakkar li żoni monetarji oħra b'mod partikolari l-Istati Uniti żviluppaw stabbilizzaturi awtomatiċi tagħhom li kienu effettivi; iqis li l-Kummissjoni ma daħlitx fil-fond fir-riflessjoni tagħha dwar dan il-fattur avolja jimplika reviżjoni tat-Tratttati; jitlob lill-Kummisssjoni li tfassal Green Paper dwar l-istabbilizzaturi awtomatiċi fiż-żona tal-euro sabiex tidentifika b'mod iktar preċiż dawk l-istudji, ix-xenarji u s-simulazzjonijiet li huma l-iktar adattati għaż-żona tal-euro;

45.

jenfasizza għalhekk li mekkaniżmu magħmul biex jassorbi x-xokkijiet asimmetriċi ma jikkonsistix neċessarjament mezz ta' solidarjetà bi trasferimenti unilaterali miċ-ċentru għall-periferija iżda jista' jikkonsisti għall-kuntrarju f'sistema ta' assigurazzjoni li tħares lill-pajjiżi kollha tal-UEM minn vulnerabbiltà kollettiva marbuta maż-żona tal-euro;

46.

jirrepeti t-talba li għamel lill-Kummissjoni Ewropea li tistudja l-fattibbiltà ta' sistema ta' assigurazzjoni mill-qgħad fl-Unjoni Ewropea li tista' taġixxi ta' stabbilizzatur awtomatiku fil-livell tal-UEM (3). Din is-sistema tista' tkun ibbażata fuq ir-rata ta' qgħad fuq perjodu qasir li hija partikolarment sensittiva għall-iżviluppi ekonomiċi u li għalhekk tista' tippermetti li jiġu evitati trasferimenti baġitarji unilaterali. Ikun utli wkoll li sistema bħal din tkun ibbażata fuq kundizzjonalità stretta bħal politika attiva ta' ġlieda kontra l-qgħad.

It-tisħiħ tad-djalogu soċjali u territorjali

47.

jilqa' b'mod favorevoli l-proposti tal-Kummissjoni bil-għan li jtejbu l-involviment tal-imsieħba soċjali fil-koordinazzjoni tal-politiċi ekonomiċi u tal-impjieg u fis-Semestru Ewropew;

48.

iħeġġeġ bis-sħiħ lill-Kummissjoni Ewropea li tagħmel sforzi simili favur l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa kruċjali fl-implimentazzjoni tal-politiċi soċjali u tal-impjieg. Barra minn hekk, l-esperjenza unika u l-għarfien espert tagħhom jistgħu jintużaw sabiex jiġu identifikati aħjar l-iżviluppi soċjali fl-UEM.

Brussell, 31 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Riżoluzzjoni tal-KtR dwar il-prijoritajiet tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2013 abbażi tal-programm leġislattiv u ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea (CDR2204-2012_00_00_TRA_RES).

(2)  Opinjoni dwar Inkejlu l-progress li hinn mill-PDG, (CdR 163/2010 fin).

(3)  Opinjoni tal-KtR dwar il-Pakkett ta' investiment soċjali tal-UE, punt 20 (ECOS-V-042, 9. 10.2013)


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/35


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġuni — Il-linji gwida tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà

2014/C 126/09

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea issa nediet konsultazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà, li hi miftuħa sew għall-partijiet interessati kollha u li għandha ċertu numru ta' għażliet. Fl-istess ħin jiddispjaċih li l-KtR ma ġiex ikkonsultat b'mod formali kif ukoll li din il-konsultazzjoni limitata fil-fatt saret matul 6 ġimgħat biss;

2.

jinnota b'sodisfazzjon ir-risposta ddettaljata bil-miktub tas-7 ta' Novembru 2013 tal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni dwar l-Opinjoni preċedenti dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-KtR (1) u jinsab kuntent li għadd ta' rakkomandazzjonijiet tal-KtR ġew adottati mill-Kummissjoni fl-abbozz il-ġdid ta' linji gwida fosthom:

i.

ir-rifjut tal-ipotesi ta' restrizzjoni tat-tifsira ta' impriża f'diffikultà għal impriżi li jkunu soġġetti għal proċedimenti formali ta' insolvenza (Taqsima 2.2. tal-abbozz);

ii.

kunsiderazzjoni aħjar tal-miżuri ta' mġiba bħall-projbizzjoni tal-ispejjeż tat-tkabbir u l-akkwiżizzjoni jew il-projbizzjoni tar-reklamar jew il-ħlas ta' dividends (punti 86 sa 88 tal-abbozz);

iii.

tisħiħ tar-rekwiżiti fir-rigward tat-trasparenza permezz tal-obbligu li fuq l-internet tixxandar l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-għajnuna mogħtija (punt 101 tal-abbozz);

iv.

kjarifika dwar l-interazzjoni tal-mekkaniżmu dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar mal-għajnuna mill-Istat relatata mas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SGEI) u b'mod partikolari l-preċiżjoni li “Meta jiġi ddeterminat il-qsim tal-piżijiet (...), il-Kummissjoni ser tinjora kull kumpens fis-servizzi pubbliċi li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kumpatibbiltà tal-Qafas SGEI” (punt 106);

3.

jikkonferma li hu konvint li l-proċess ta' modernizzazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna mill-Istat għandu jiffoka fuq il-projbizzjoni ta' għajnuna li x'aktarx ikollha impatt reali u sinifikanti fuq is-suq intern u għandu jissemplifika l-piżijiet burokratiċi għall-partijiet;

4.

jifraħ bil-konferma li l-Kummissjoni abbandunat l-għan ta' tnaqqis kwantitattiv u indiskriminat tal-għajnuna mill-Istat iżda jemmen li l-abbozz propost mhux ser jappoġġja biżżejjed li “Ir-reviżjoni tikkunsidra wkoll l-istrateġija Ewropa 2020” (punt 5 tal-abbozz);

5.

jilqa' l-introduzzjoni proposta tal-kunċett ta' “appoġġ temporanju għar-ristrutturar”. Jitlob li t-tul massimu tiegħu jiżdied għal 18-il xahar sabiex jiġi evitat li appoġġ bħal dan ikun eżatt fuq sena baġitarja.

6.

japprova l-proposta tal-Kummissjoni li tfassal lista mhux eżawrjenti ta' problemi soċjali jew nuqqasijiet tas-suq li jilleġittimizzaw l-interess pubbliku tal-għajnuna, fosthom rata tal-qgħad fir-reġjun ikkonċernat li tkun ogħla mir-rata medja tal-qgħad fl-UE jew fl-Istat Membru kif ukoll ir-riskju li SGEI ma jitkompliex (punt 45 tal-abbozz). Jitlob lill-Kummissjoni tiċċara liema huwa l-livell territorjali ta' statistika rilevanti sabiex jitkejlu dawn in-nuqqasijiet.

7.

jiddispjaċih bl-affermazzjoni perentorja li skontha “l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi tal-azzar mhix ġustifikata” minħabba “l-kundizzjonijiet preżenti ta' kapaċità żejda sinifikanti Ewropea u globali” (punt 15 tal-abbozz). Analiżi bħal din tidher kwantitattiva u għal perjodu qasir filwaqt li l-vantaġġi tal-industrija Ewropea tal-azzar jinsabu fl-orjentazzjoni mill-ġdid lejn produzzjoni ta' kwalità aktar speċjalizzata. Għandhom jiġu kkunsidrati l-istimi li saru fl-istudju li twettaq mill-OECD (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi) li skontu d-domanda għall-azzar għandha tiżdied minn 1,4 biljun tunnellata fl-2013 għal 2,3 biljun tunnellata fl-2025. L-analiżi tal-Kummissjoni tidher ukoll li tikkontradixxi l-pjan ta' azzjoni għall-industrija tal-azzar fl-Ewropa (2) u dan jissuġġerixxi li l-kumpaniji ta' dan is-settur jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ pubbliku fil-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għalhekk jissuġġerixxi li s-settur tal-azzar ikun soġġett għal linji gwida speċifiċi;

8.

jagħti l-fehma tiegħu dwar il-qsim tal-piżijiet għall-opzjoni 1, li tipproponi approċċ aktar flessibbli billi tipprovdi li l-kontribuzzjonijiet magħmula mill-azzjonisti u l-kredituri jkunu determinati f'rabta mat-telf li x'aktarx kienu jġarrbu fil-każ ta’ insolvenza (Taqsima 3.5. 2.). Madankollu jtenni t-talba tiegħu li l-limitu ta' kontribuzzjoni proprja jkun taħt il-50 %, kif diġà tipprovdi s-sistema attwali għall-kumpaniji ta' daqs medju;

9.

itenni l-proposta tiegħu li l-ishma tas-sottokuntratturi jew tal-impjegati tal-impriża għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet proprji sakemm ikunu b'mod ċar distinti minn kull forma ta' assistenza u jirriflettu l-fiduċja tal-partijiet tal-impriża fil-vijabilità tan-negozju tagħhom;

10.

jitlob li l-perjodu li matulu ma terġax tingħata għajnuna jitnaqqas minn għaxar snin għal ħamsa bħalma huwa diġà l-każ għall-iskema applikabbli għall-produtturi agrikoli primarji. It-tnaqqis ta' dan il-perjodu għal ħames snin jiżgura wkoll konsistenza mal-klawżola tal-vijabbiltà tal-operazzjonijiet definita fl-Artikolu 57 tar-Regolament Ġenerali attwali dwar il-Fondi Strutturali, li tippermetti li l-għajnuna tiġi rkuprata jekk l-investiment ma jkunx sar fi żmien ħames snin jew tliet snin għall-SMEs. itenni x-xewqa tiegħu li din il-klawżola kontra l-ispostament prevista fil-Fondi Strutturali tiġi applikata għall-mekkaniżmu relatat mal-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar;

11.

jistaqsi għalfejn, fil-parti relatata mal-għajnuna lilll-fornituri tas-SGIE f'diffikulta, il-Kummissjoni ma ssemmix l-ipoteżi li tinżamm l-opzjoni 2 fil-każ tal-qsim tal-piżijiet (punt 106 tal-abbozz);

12.

jiddispjaċih ħafna bil-proposta tal-Kummissjoni li, mingħajr spjegazzjoni fid-dettall, jitbaxxa l-ammont massimu għall-iskema ta' għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar mogħtija lill-istess impriża għal EUR 5 miljun filwaqt li fl-2007 kien stabbilit għal EUR 10 miljun. Il-KtR kien talab li dan jiżdied għal EUR 15-il miljun sabiex jitqiesu l-inflazzjoni u fatturi oħra rilevanti (partikularment l-impatt fuq il-PGD u fuq il-qgħad);

13.

jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi analiżi tal-oqfsa relatati mal-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar li jeżistu fi Stati Membri oħra tal-OECD.

Brussell, 30 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta' April 2013 dwar il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' kumpaniji f'diffikultà (CDR240-2013_AC)

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill- Kumitat tar-Reġjuni – Pjan ta' Azzjoni għal industrija tal-azzar kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa, COM(2013) 407.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-105 Sessjoni Plenarja tat-30 u l-31 ta’ Jannar 2014

26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/37


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – It-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

2014/C 126/10

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni permezz tal-proposta tagħha għat-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ippreżentat qafas komprensiv għall-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona għall-prosekuzzjoni ta' reati kriminali kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Il-proposta tippermetti diskussjoni mmirata;

2.

jilqa' l-għan tal-proposta li titwaqqaf istituzzjoni indipendenti għall-prosekuzzjoni ta' reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea li jinvolvu lil diversi Stati Membri peress li billi jkollha l-personalità ġuridika u r-riżorsi finanzjarji tagħha, l-Unjoni Ewropea ma tibqax isserraħ biss fuq il-korpi ta' prosekuzzjoni nazzjonali mentri bħalissa m'għandha l-ebda mekkaniżmu ekwivalenti li jħares l-interessi tagħha;

3.

jilqa' dan l-għan ukoll għax il-prosekuzzjoni sistematika tal-frodi u l-abbuż issaħħaħ il-konformità mas-sistema fiskali u b'hekk tiżugra l-kapaċità finanzjarja tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

4.

jenfasizza l-importanza li jitħarsu tajjeb l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b'mod partikolari għall-awtoritajiet lokali u reġjonali billi għadd konsiderevoli ta' reati huma marbuta mill-qrib mal-użu tal-fondi strutturali u l-użu effiċjenti u mmirat tal-finanzjament Ewropew f'miżuri ta' appoġġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

5.

jenfasizza kemm huwa importanti li r-reġjuni jiġu mħarsa mill-iżvantaġġi (ekonomiċi) u li jkun hemm oppożizzjoni ferma kontra l-abbuż mill-finanzjament Ewropew;

6.

jilqa' b'mod partikolari l-aħbar tal-Kummissjoni Ewropea li ser ittejjeb l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-professjonijiet legali sabiex tippermetti prosekuzzjoni effettiva tar-reati kriminali kkonċernati;

7.

ma għandu l-ebda oġġezzjoni relatata mas-sussidjarjetà, b'konformità mal-Artikolu 86 tat-TFUE, li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jingħata s-setgħa tal-prosekuzzjoni tar-reati kontra l-Unjoni, minkejja l-impatt li dan ser ikollu fuq is-sovrenità nazzjonali f'wieħed mill-iktar oqsma sensittivi;

8.

b'rabta ma' dan jinnota t-tħassib li esprimew il-parlamenti nazzjonali fil-qafas tal-monitoraġġ tas-sussidjarjetà u l-"karta safra"' li ħarġu li tobbliga lill-Kummissjoni li teżamina mill-ġdid u possibbilment temenda l-proposta tagħha; jenfasizza li parti biss mit-tħassib li esprimew hija relatata mas-sussidjarjetà filwaqt li l-bqija huwa relatat mal-proporzjonalità tal-miżuri proposti jew il-proċedura;

9.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali tal-infurzar tal-liġi diġà huma responsabbli mill-prosekuzzjoni ta' reati kontra l-Unjoni Ewropea u għalhekk jenfasizza l-interess u r-rieda tiegħu li jipparteċipa b'mod attiv fil-bqija tal-proċess;

10.

jinnota l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li twieġeb l-opinjonijiet motivati tal-Parlamenti u l-Kmamar nazzjonali (1); ifakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu fundamentali tagħha li tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità fl-abbozzi ta’ atti leġislattivi, għalhekk jitlobha tipprovdi l-ġustifikazzjonijiet adatti u dettaljati fil-ħin sabiex tiżgura li jkunu aċċessibbli għal dawk kollha involuti fil-proċedura; jinnota li fil-Komunikazzjoni tagħha l-Kummissjoni ma tikkunsidrax b’mod adatt id-dimensjoni sottonazzjonali meta tivvaluta s-suffiċjenza tal-azzjoni minn Stat Membru. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-TUE jagħmel distinzjoni bejn il-livelli ċentrali, reġjonali u lokali għalhekk jappella lill-Kummissjoni biex fil-futur tikkunsidra b'mod adegwat id-dimensjoni reġjonali u lokali tas-sussidjarjetà;

Proċedura leġislattiva

11.

jenfasizza li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu protetti fl-Istati Membri kollha u mingħajr eċċezzjonijiet u għalhekk leġislazzjoni u istituzzjoni sovranazzjoanli jistgħu jkunu ta' valur miżjud meta mqabbla mal-prosekuzzjoni li ssir fil-livell nazzjonali;

12.

barra minn hekk jinnota li sabiex it-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollu l-ogħla valur miżjud possibbli, jeħtieġ li fih jipparteċipaw l-Istati Membri kollha u mhux ftit minnhom biss, billi l-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi żgurat fl-Istati Membri kollha mingħajr eċċezzjoni;

13.

jiddispjaċih għalhekk li t-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, permezz ta' kooperazzjoni msaħħa, jista' jfisser żieda sinifikanti fl-ispejjeż tal-Istati Membri, billi l-istrutturi eżistenti (l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi – OLAF, Eurojust) ikollhom jinżammu u jiġu estiżi;

14.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li xi parlamenti nazzjonali esprimew it-tħassib tagħhom fir-rigward tar-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u jistenna li matul il-fażijiet li jmiss tal-proposta dan it-tħassib jiġi indirizzat;

Twaqqif u għamla

15.

jilqa' fil-prinċipju l-kunċett tal-proposta tal-Kummissjoni li jitwaqqaf korp ċentrali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew li jiddelega l-prosekuturi fl-Istati Membri biex, bħala Prosekuturi Delegati Ewropej, jaġixxu b'funzjoni doppja fil-qasam kriminali kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak nazzjonali;

16.

madanakollu jissuġġerixxi li mal-proposta jiżdied li kull Stat Membru jkollu mill-inqas membru nazzjonali/reġjonali wieħed fis-sede tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex fl-investigazzjonijiet u l-miżuri ta' investigazzjoni li jittieħdu jkun jista' jintuża l-għarfien nazzjonali/reġjonali kemm fejn tidħol lingwa kif ukoll liġi;

17.

jilqa' l-fatt li fil-prosekuzzjoni kriminali ta' każijiet kumplessi, il-Prosekuturi Delegati Ewropej esperjenzati mil-livell nazzjonali/reġjonali u konxji taċ-ċirkustanzi u l-kundizzjonijiet lokali ser jitħallew jikkonkludu malajr u b'suċċess il-proċedimenti;

18.

jilqa' l-fatt li fir-rigward tal-istruzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għall-Prosekuturi Delegati Ewropej, il-proposta tqis ukoll li dawn huma prosekuturi pubbliċi nazzjonali u tassumi li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew iqis ukoll l-interessi tal-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali tal-infurzar tal-liġi huwa u joħroġ l-istruzzjonijiet tiegħu;

Kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-awtoritajiet ġuridiċi tal-Istati Membri

19.

jenfasizza l-bżonn ta' kooperazzjoni mill-qrib u bbażata fuq il-fiduċja bejn l-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali tal-infurzar tal-ligi u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex l-investigazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru b'suċċess u b'kunsiderazzjoni tal-proċeduri u l-kundizzjonijiet reġjonali;

20.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għandhom jiġu limitati l-kompetenzi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward ta' reati kontra, jew direttament relatati mal-interessi tal-Unjoni Ewropea sabiex jitqies it-tħassib li tqajjem fir-rigward tas-sussidjarjetà;

21.

jirrakkomanda li jiġu stabbiliti r-reati kriminali li jkun responsabbli għalihom l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew f'anness tal-proposta għal finijiet ta' garanzija b' mod preċiż u mhux ekwivoku ta' ċarezza legali li għandha tiġi żgurata;

22.

jemmen li huwa importanti li l-investigazzjonijiet ikunu rapidi u effettivi u li jagħmel sens li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet proċedurali li jeżistu permezz ta' appell lill-Istati Membri sabiex iżidu l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-frodi u l-abbuż;

23.

iqis li l-proposta li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jingħata kompetenza esklużiva għall-prosekuzzjoni tar-reati kriminali kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni hija eżaġerata u jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jingħataw kompetenza li jikkompetu ma' xulxin filwaqt li fl-istess ħin ikun possibbli li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imexxi l-investigazzjonijiet (evokazzjoni) jekk il-prosekuturi nazzjonali jkunu diġà bdew jinvestigaw u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu mhedda;

Proċessi kriminali Ewropej – il-ħarsien tal-istandards kostituzzjonali u d-drittijiet fundamentali

24.

jenfasizza l-bżonn li fil-proċess leġislattiv jinżammu l-istandards kostituzzjonali u li jitħarsu d-drittijiet fundamentali u d-drittijiet nazzjonali eżistenti tal-partijiet fi kwalunkwe prosekuzzjoni bħala parti mill-arranġamenti proċedurali;

25.

jenfasizza li s-setgħat u l-azzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali hekk kif inhuma stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u t-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri;

26.

jenfasizza li l-Istati Membri, fl-implimentazzjoni tar-Regolament, meta din titlob l-użu tal-liġi nazzjonali tagħhom, huma marbuta li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tagħhom u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

27.

jemmen li b'mod partikolari b'rabta ma' dan għandu jiġi regolat sew il-bżonn li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jitrasferixxi d-data personali u l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għall-prosekuzzjoni u għall-prevenzjoni tar-reati jew ta' theddid imminenti jew serju lis-sigurtà pubblika b'mod li jiġi żgurat li jitqiesu r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data sabbiliti fil-proposta fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u l-moviment liberu ta' dik id-data (COM(2012) 10);

28.

iqis li l-istandard stabbilit fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/JI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tad-data personali huwa adatt għat-trasferiment u l-ipproċessar tad-data personali skambjata bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Istati Membri madanakollu l-possibbiltà ta' iktar miżuri ta' protezzjoni għandha tibqa' miftuħa;

29.

jemmen li huwa kruċjali li jiġu stabbiliti regoli li jiżguraw li l-informazzjoni u d-data personali mill-proċessi kriminali tal-Istati Membri ma jgħaddux għand pajjiżi terzi, organizzazzjonijet internazzjonali jew partijiet terzi sakemm l-awtoritajiet li provdew l-informazzjoni jagħtu l-kunsens tagħhom;

30.

jemmen li għandhom jiġu regolati kemm jista' jkun malajr is-setgħat individwali u intrusivi ta' investigazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew minn naħa, u l-istandards minimi ta' proċedura li għandhom jiġu osservati min-naħa l-oħra;

31.

b'rabta ma' dan iħoss li l-miżuri intrusivi ta' investigazzjoni kollha għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni minn imħallef u l-validazzjoni tal-evidenza għandha tkun limitata għall-proċeduri li jitwettqu mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

32.

jinnota li, skont il-proposta, il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tintemm ladarba tidħol fis-seħħ is-sentenza iżda l-proposta s'issa ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni dwar l-infurzar tas-sentenza u dwar dan hemm bżonn ta' regoli;

33.

jirrakkomanda li jiġu stabbiliti regoli dwar l-ispejjeż tal-proċeduri u l-infurzar;

34.

iqis li biex tintemm investigazzjoni permezz ta' tqabbil skont kriterji ta' espedjenza f'każijiet “imħallta”, fejn l-interessi finanzjarji ta' Stat Membru jew ta' entità legali nazzjonali fi Stat Membru jkunu ġarrbu danni, irid jingħata l-kunsens mhux biss tal-persuna suspettata iżda anki tal-Istat Membru kkonċernat;

35.

jaqbel li meta każ jiġi sospiż bl-impożizzjoni ta' multa, il-flus tal-multa għandhom jgħaddu għand l-Istat li ressaq il-każ;

36.

jemmen li huwa importanti li l-parti li ġġarrab dannu minn prosekuzzjoni għandha tkun kapaċi tressaq ilment skont il-liġi sostantiva u proċedurali tal-Istat Membru u fl-Istat Membru tagħha.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 6(2)(2) (u sottoparagrafu ġdid (3))

Raġuni

Kull Stat Membru għandu jkollu mill-inqas membru nazzjonali/reġjonali wieħed fil-Kulleġġ tad-Deputati fis-sede tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex fl-investigazzjonijiet u l-miżuri ta' investigazzjoni li jittieħdu jkun jista' jintuża l-għarfien nazzjonali/reġjonali kemm fejn tiħdol lingwa kif ukoll liġi;

Emenda 2

Artikolu 9 (3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-għażla tkun ibbażata fuq sejħa miftuħa għall-kandidati, li għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, li warajha l-Kummissjoni Ewropea tfassal u tippreżenta, bi qbil mal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, lista qasira lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li tkun tirrifletti l-bilanċ demografiku u l-firxa ġeografika tal-Istati Membri.

L-għażla tkun ibbażata fuq sejħa miftuħa għall-kandidati, li għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, li warajha l-Kummissjoni Ewropea tfassal u tippreżenta għal kull Stat Membru, bi qbil mal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, lista qasira lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li tkun tirrifletti l-bilanċ demografiku u l-firxa ġeografika tal-Istati Membri.

Raġuni

Il-proċedura ta' selezzjoni tad-Deputati tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tiġi emendata sabiex tirrifletti l-proposta li jinħatar mill-inqas Deputat wieħed għal kull Stat Membru (Emenda 1).

Emenda 3

Artikolu 29(1)(2) (u sottoparagrafu ġdid (3))

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jekk il-persuna suspettata taqbel, hija tħallas il-multa ta’ somma f’daqqa lill-Unjoni.

Jekk il-persuna suspettata taqbel, hija tħallas il-multa ta’ somma f’daqqa lill-Unjoni. Jekk fir-reat taħt prosekuzzjoni jkunu ġarrbu dannu l-interessi finanzjarji ta' Stat Membru jew ta' entità legali ta' Stat Membru ikun hemm bżonn il-kunsens tal-persuna suspettata u tal-Istat Membru kkonċernat. L-Unjoni titrasferixxi s-somma lill-Istat Membru/l-Istati Membri pro rata sa fejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji tiegħu/tagħhom kienu involuti fil-każ. Fejn ikun hemm iktar minn Stat Membru wieħed involut, is-somma tinqasam bejniethom skont l-involviment tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji.

Raġuni

Meta investigazzjoni tintemm permezz ta' tranżazzjoni skont kriterji ta' espedjenza, jista' jiġri li f'każijiet hekk imsejħa ''imħallta'', iġarrbu danni wkoll l-interessi finanzjarji ta' Stat Membru jew ta' entità legali nazzjonali fi Stat Membru. F'dawn il-każijiet, l-Istat Membru li jkun ġarrab dannu jew li fih tkun l-entità legali nazzjonali li tkun ġarrbet dannu, għandu jkun jista' jagħti l-fehma tiegħu qabel ma jiġi sospiż il-każ.

B'mod ġenerali, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji tal-Istati Membri jkunu involuti sew fil-proċeduri kriminali, ikun adegwat ukoll li jingħataw sehem proporzjonali fi kwalunkwe profitt li jsir minnhom.

Emenda 4

Artikolu 69 (3)(a – ġdid) u (4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3a   Il-partijiet li jġarrbu dannu minn prosekuzzjoni għandhom ikunu jistgħu jiftħu każ skont il-liġi sostantiva u proċedurali tal-Istat Membru u fl-Istat Membru tagħhom.

(4)   Il-paragrafu 3 japplika wkoll għad-dannu kkawżat minħabba xi żball ta’ Prosekutur Delegat Ewropew fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

(4)   Il-paragrafu 3 u 3a japplikau wkoll għad-dannu kkawżat minħabba xi żball ta’ Prosekutur Delegat Ewropew fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

Raġuni

Minkejja li t-terminoloġija tvarja, l-Artikolu 69(3) u (4) tal-proposta jista' jiġi interpretat li jfisser li jistgħu jsiru talbiet indipendenti irrispettivament minn jekk ikunx sar żball. Ma jagħmilx sens li l-partijiet li jkunu ġarrbu dannu waqt prosekuzzjoni mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiġu riferuti għal liġi li mhumiex familjari magħha u li jirrikorru għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk il-partijiet li jkunu ġarrbu danni għandhom ikunu jistgħu jressqu ilmenti skont il-liġi sostantiva u proċedurali tal-Istat Membru u fl-Istat Membru tagħhom.

Brussell, 30 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Parlamenti Nazzjonali dwar ir-reviżjoni tal-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, skont il-Protokoll Nru 2, COM(2013) 851.


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/42


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart

2014/C 126/11

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Ġenerali

1.

jemmen li l-vjeġġi tal-iskart huma wieħed mill-iktar oqsma importanti fil-leġislazzjoni tal-iskart li jirrikjedu infurzar iktar b'saħħtu. F'xi Stati Membri, il-vjeġġi tal-iskart huma kkontrollati tajjeb iżda dan mhuwiex il-każ f'pajjiżi oħra. Dan iwassal għal dak li bl-Ingliż jissejjaħ ''port hopping''. Teżisti evidenza ċara ta' vjeġġi tal-iskart illegali li jiksru l-Konvenzjoni ta' Basilea u l-WSR (Regolament dwar il-Vjeġġi ta' Skart) b'mod partikolari l-esportazzjonijiet tal-iskart perikoluż (bħall-WEEE – skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku) barra l-OECD (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi) taħt tabella ta' użu mill-ġdid, u esportazzjonijiet ta' skart mhux perikoluż lejn pajjiżi fit-triq tal-iżvilupp għal rimi jew trattament li mhux ekoloġiku;

2.

jinnota li l-ispezzjonijiet konġunti li saru taħt l-IMPEEL-TFS (1) ma' 22 Stat Membru sabu 863 ksur minn 3 454 vjeġġ, b'rata ta' nuqqas ta' konformità ta' 25%;

3.

jenfasizza li l-infurzar effettiv tal-WSR jikkontribwixxi għal:

benefiċċji finanzjarji li jirriżultaw fi frankar sinifikanti fl-ispejjeż għall-eliminazzjoni tat-tniġġis u għar-ripatrijazzjoni;

standards Ewropej u globali għolja tar-riċiklaġġ;

il-prevenzjoni ta' impatt ambjentali u fuq is-saħħa serju li ġej mir-rimi ta' vjeġġi illegali ta' skart jew trattament ta' installazzjonijiet inferjuri fil-pajjiżi destinatarji;

il-promozzjoni ta' livell għoli ta' tqassim u r-riċiklaġġ ta' skart perikoluż fl-UE li jikkontribwixxi fl-għanijiet tal-inizjattiva dwar l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-UE u t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fis-settur tat-trattament tal-iskart tal-UE;

il-prevenzjoni tal-esportazzjoni illegali ta' materji primi sekondarji ta' valur li tmur kontra l-għanijiet tal-inizjattiva għall-materja prima tal-UE;

l-iżgurar li jintlaħqu l-għanijiet tal-ġbir kwantifikat, l-irkupru u r-riċiklaġġ (pereżempju tal-WEEE, il-vetturi li ma għadhomx jintużaw – ELV, id-Direttivi dwar l-imballaġġ jew il-batteriji);

4.

jemmen fil-benefiċċju ta' kontrolli ''upstream'' fis-siti tal-produtturi u dawk li jiġbru l-iskart sabiex ikun hemm inqas pressjoni fil-portijiet;

5.

iħeġġeġ kooperazzjoni b'saħħitha u attiva mill-industrija tal-ġestjoni tal-iskart u r-riżorsi billi t-tnaqqis tal-vjeġġi illegali jibbenefika lill-kumpaniji tat-trattament tal-UE li jużaw metodi tajba mil-lat ambjentali;

6.

jinnota r-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-emendi proposti, fejn 90% tal-partijiet interessati esprimew appoġġ għal azzjoni leġislattiva tal-UE dwar il-vjeġġi ta' skart;

L-ippjanar tal-ispezzjonijiet tal-vjeġġi ta' skart

7.

jilqa' l-obbligu propost tal-pjanijiet tal-ispezzjoni, inkluż id-definizzjoni tal-UE kollha ta' kontenut obbligatorju, għall-promozzjoni tal-ippjanar regolari u konsistenti ta' spezzjonijiet fl-Istati Membri kollha. Pjanar adegwat tal-ispezzjonijiet ser jgħin lill-awtoritajiet iżidu l-kapaċità tagħhom li jwettqu spezzjonijiet effettivi;

8.

josserva li l-infurzar dgħajjef fi Stat Membru wieħed jista' jwassal għal xogħol u spejjeż addizzjonali fi Stat Membru ieħor, għalhekk huwa fl-interess ta' bosta partijiet li jiġu żviluppati proċeduri ta' spezzjoni armonizzati, kollaborazzjoni u skambju transkonfinali tal-intelligence;

9.

ifakkar li l-pjanijiet ta' spezzjoni huma element prinċipali tal-gwida tal-IMPEL dwar l-ispezzjonijiet tal-vjeġġi ta' skart (2), iżda jwissi li l-allokazzjoni ta' persunal għall-ippjanar tal-ispezzjonijiet m'għandhiex tnaqqas il-persunal disponibbli għat-twettiq tal-ispezzjonijiet;

10.

jappoġġja l-proposta li l-pjanijiet ta' spezzjoni ikopru ż-żona ġeografika sħiħa tal-Istat Membru kkonċernat, iżda jissuġġerixxi test addizzjonali li jippermetti li dan iseħħ fuq bażi reġjonali;

11.

iħeġġeġ li l-pjanijiet jinkludu wkoll miri li jistgħu jitkejlu, b'konformità mal-aħjar prattika li teżisti, għax dan jiżgura li l-prestazzjoni tkun tista' tiġi evalwata minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet;

12.

jappoġġja bis-sħiħ id-dispożizzjoni li l-pjanijiet ta' spezzjoni jinkludu valutazzjoni tar-riskju tal-flussi speċifiċi tal-iskart u s-sorsi tal-vjeġġi illegali, u li jużaw data investigattiva appoġġjata mill-pulizija, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti li japplikaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-IMPEL f'dan ir-rigward sabiex jiġi prijoritizzat aħjar l-użu ta' riżorsi limitati ta' spezzjoni;

13.

iqis li t-trasport fuq l-ilmijiet għandu jkun parti mill-pjanijiet ta' spezzjoni b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-IMPEL;

14.

jappella lill-Kummissjoni biex timplimenta tabella ta' konverżjoni bejn il-kodiċi doganali u l-kodiċi tal-iskart sabiex il-kodiċi tat-tariffi internazzjonali użati mill-awtoritajiet tad-dwana jkunu jistgħu jintużaw biex jintgħażlu vjeġġi ta' riskju għoli għall-ispezzjonijiet;

Pubblikazzjoni tal-Pjanijiet ta' Spezzjoni

15.

jaqsam it-tħassib li ressaq il-Kunsill (3) li l-pubblikazzjoni tal-pjanijiet ta' spezzjoni tista' tgħin lil dawk li huma involuti fil-vjeġġi illegali ta' skart. Jemmen għalhekk li l-pjanijiet ta' spezzjoni fuq livell strateġiku u mhux operattiv għandhom ikunu dawk li jiġu ppubblikati;

16.

jagħraf li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom l-obbligu tal-kura taċ-ċittadini tagħhom biex jiżguraw li l-materjali li jaslulhom għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, l-irkupru u r-rimi jiġu trattati b'mod li jirrispetta l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Il-kooperazzjoni attiva taċ-ċittadini f'sistemi ta' riċiklaġġ u tal-iskart tista' tintlaqat ħażin minn għarfien dwar trattament li jagħmel ħsara lill-ambjent ta' vjeġġi ta' skart illegali;

17.

għalhekk iħeġġeġ il-pubblikazzjoni ta' rapport annwali tal-ispezzjonijiet li jitwettqu, tar-riżultat tal-ispezzjonijiet u tal-multi imposti;

Inverżjoni tal-piż tal-provi

18.

ifaħħar il-proposta li l-persuna inkarigata mill-vjeġġ turi li l-oġġett li jkun qed jiġi esportat għall-allegat użu mill-ġdid jiffunzjona kompletament. Dawn huwa l-każ għat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) (iktar milli l-WEEE) u l-karozzi (iktar milli l-ELVs). Din l-inverżjoni tal-piż tal-provi għandha tgħin lill-awtoritajiet ta' spezzjoni jidentifikaw l-esportazzjoni illegali tal-oġġetti li ma jaħdmux, pereżempju skart li kieku jispiċċa fi proċessi inferjuri ta' riċiklaġġ jew trattament barra l-UE. Oġġetti bħal dawn għandhom jiġu trattati f'faċilità Ewropea sabiex tiġi evitata l-ħela ta' materja prima ta' valur, kif ukoll biex jitħarsu l-ambjent u s-saħħa taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi;

19.

jilqa' l-proposta li fil-każ ta' vjeġġi destinati għall-irkupri li hemm suspett li huma illegali, l-awtorità kompetenti titlob lill-persuna inkarigata mill-vjeġġ li turi prova tal-metodi, teknoloġiji u standards ta' trattament li ser jiġu applikati fid-destinazzjoni. Barra minn hekk jemmen li dan għandu jiġi introdott għall-vjeġġi rilevanti kollha tal-WSR u li d-destinazzjoni finali tar-riċiklaġġ kollu tiġi ppubblikata sabiex tiżdied it-trasparenza u l-kunfidenza tal-pubbliku fil-katina tal-iskart u r-riżorsi;

L-iskambju tad-data elettronika

20.

jappoġġja l-iżvilupp tal-iskambju tad-data elettronika għall-vjeġġi ta' skart li tista' tipprovdi bażi ta' data sikura għad-dikjarazzjoni elettronika tal-vjeġġi li jinkludu l-fornitur, it-trasportatur, in-negozjant u d-destinazzjoni finali tal-materjal u jenfasizza l-importanza ta' konsultazzjoni wiesa' mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati oħra matul it-tħejjija ta' dan;

21.

jemmen li bażi ta' data bħal din għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet pubbliċi rilevanti kollha (spettorati tal-ambjent, dwana, pulizija) u għandha tinkludi riżultati ta' spezzjoni li jassistu l-awtoritajiet f'li jagħtu direzzjoni lill-ispezzjonijiet tagħhom;

22.

josserva li erba' pajjiżi diġà jużaw skambju ta' data elettronika għan-notifika ta' skart (4) li huwa stmat li jekk jintuża fl-UE kollha jistgħu jiġu ffrankati EUR 40 miljun fis-sena minn piż amministrattiv (5) u li l-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-piż amministrattiv talab li jintuża fl-Istati Membri kollha;

Kwistjonijiet Oħra

23.

ifakkar li azzjoni komplementari essenzjali għall-emenda tal-WSR tkun it-tisħiħ tal-IMPEL billi jiġi żgurat appoġġ finanzjarju adegwat fuq perjodu twil sabiex jiżdied l-użu sistematiku min-naħa tal-IMPEL ta' spezzjonijiet bejn il-pari u l-ħidma tal-IMPEL fuq l-identifikazzjoni u l-qsim tal-aħjar prattika u l-estensjoni ta' dan fil-livelli lokali u reġjonali (6);

24.

jirrepeti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea li tressaq qafas leġislattiv ġenerali tal-UE dwar l-ispezzjonijiet ambjentali u s-sorveljanza inkluż il-poteri ta' spezzjoni għall-Kummissjoni Ewropea li jappoġġja r-rwol tal-awtoritajeit lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni ambjentali tal-UE sabiex titnaqqas il-kompetizzjoni inġusta minħabba reġimi differenti jew assenti ta' spezzjoni u tiġi żgurata l-ekwità fl-azzjoni legali (7);

Is-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u regolamentazzjoni aħjar

25.

ifakkar li l-politika ambjentali hija qasam fejn il-kompetenzi huma kondiviżi bejn l-UE u l-Istati Membri, u b’hekk japplika l-prinċipju tas-sussidjarjetà;

26.

jindika li l-vjeġġi tal-iskart huma internazzjonali u mingħajr implimentazzjoni u infurzar tal-leġislazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha mhux ser ikun hemm kundizzjonijiet ugwali u mhux ser ikunu jistgħu jiġu ġestiti r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, jemmen għalhekk li azzjoni fil-livell tal-UE hija neċessarja;

27.

jinsisti li l-konsegwenzi għall-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jitqiesu b'mod sħiħ fl-implimentazzjoni tal-iskambju tad-data elettronika mill-att iddelegat tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjoni diretta mal-awtoritajiet lokali u reġjonali jew ir-rappreżentanti tagħhom qabel tressaq kwalunke att iddelegat;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

COM(2013) 516 final, Artikolu 1(2) – Regolament (KE) Nru 1013/2006, Artikolu 26, paragrafu ġdid 5

Raġuni

Għandhom jitwettqu konsultazzjonijiet anke fil-livell tal-esperti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti. Diġà jeżisti punt uniku tad-dwana għal dikjarazzjonijiet u punt uniku marittimu. Id-data trid tkun aċċessibbli għall-aġenzija kollha involuti, jiġifieri l-Pulizija, id-Dwana, l-Ispezzjonijiet u l-Awtoritajiet Portwarji.

Emenda 2

COM(2013) 516 final, Artikolu 1(3)(b) – Regolament (KE) Nru 1013/2006, Artikolu 50, żieda tal-paragrafu 2a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu pjanijiet għall-ispezzjonijiet li jkollhom l-għan li jiċċekkjaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-pjanijiet għandhom ikopru ż-żona ġeografika kollha tal-Istat Membru kkonċernat u għandhom japplikaw għall-ispezzjonijiet tal-vjeġġi tal-iskart kollha mwettqin skont il-paragrafu 2, inklużi l-ispezzjonijiet tal-istabbilimenti u tal-impriżi, tat-trasporti bit-triq u bil-ferrovija u tal-kunsinni fil-portijiet. Dawn il-pjanijiet għandhom jinkludu dan li ġej:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu pjanijiet għall-ispezzjonijiet li jkollhom l-għan li jiċċekkjaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-pjanijiet għandhom ikopru ż-żona ġeografika kollha tal-Istat Membru kkonċernat fil-livelli adegwati, u jiżguraw il-koordinazzjoni tal-pjanijiet fejn ikunu stabbiliti bosta pjanijiet għall-ispezzjoni u għandhom japplikaw għall-ispezzjonijiet tal-vjeġġi tal-iskart kollha mwettqin skont il-paragrafu 2, inklużi l-ispezzjonijiet tal-istabbilimenti u tal-impriżi, tat-trasporti bit-triq u bil-ferrovija u tal-kunsinni fil-portijiet. Dawn il-pjanijiet għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

l-istrateġiji u l-għanijiet għall-ispezzjonijiet tal-vjeġġi tal-iskart, li jirreferu għar-riżorsi umani u finanzjarji u għar-riżorsi l-oħrajn li huma meħtieġa;

(a)

l-istrateġiji u l-għanijiet b'miri li jistgħu jitkejlu għall-ispezzjonijiet tal-vjeġġi tal-iskart, li jirreferu għar-riżorsi umani u finanzjarji u għar-riżorsi l-oħrajn li huma meħtieġa;

(b)

valutazzjoni tar-riskji li tkopri flussi speċifiċi tal-iskart u s-sorsi tal-vjeġġi illegali, u li tqis id-dejta investigattiva, bħal dik miksuba mill-investigazzjonijiet tal-pulizija u mill-analiżi tal-attivitajiet kriminali;

(b)

valutazzjoni tar-riskji li tkopri flussi speċifiċi tal-iskart u s-sorsi tal-vjeġġi illegali, u li tqis id-dejta investigattiva, bħal dik miksuba mill-investigazzjonijiet tal-pulizija u mill-analiżi tal-attivitajiet kriminali;

(c)

il-prijoritajiet u deskrizzjoni ta’ kif dawn il-prijoritajiet intgħażlu abbażi tal-istrateġiji, l-għanijiet u l-valutazzjoni tar-riskji;

(c)

il-prijoritajiet u deskrizzjoni ta’ kif dawn il-prijoritajiet intgħażlu abbażi tal-istrateġiji, l-għanijiet u l-valutazzjoni tar-riskji;

(d)

informazzjoni dwar l-għadd u t-tipi ta’ spezzjonijiet ippjanati li jikkonċernaw is-siti tal-iskart, it-trasport bit-triq u bil-ferrovija u l-kunsinni fil-portijiet;

(d)

informazzjoni dwar l-għadd u t-tipi ta’ spezzjonijiet ippjanati li jikkonċernaw is-siti tal-iskart, it-trasport bit-triq, bl-ajru, bl-ilma u bil-ferrovija u l-kunsinni fil-portijiet, ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju u l-prijoritajiet;

(e)

it-tqassim tal-ħidmiet lil kull awtorità involuta fl-ispezzjonijiet tal-vjeġġi tal-iskart;

(e)

it-tqassim tal-ħidmiet lil kull awtorità involuta fl-ispezzjonijiet tal-vjeġġi tal-iskart;

(f)

il-mezzi ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet differenti involuti fl-ispezzjonijiet;

(f)

il-mezzi ta’ kooperazzjoni effettiva u effiċjenti bejn l-awtoritajiet differenti involuti fl-ispezzjonijiet;

(g)

valutazzjoni tal-bżonn ta’ taħriġ għall-ispetturi dwar il-kwistjonijiet tekniċi jew legali li huma marbutin mal-ġestjoni tal-iskart u mal-vjeġġi tal-iskart u dispożizzjonijiet dwar programmi regolari tat-taħriġ.

(g)

valutazzjoni tal-bżonn ta’ taħriġ għall-ispetturi dwar il-kwistjonijiet tekniċi jew legali li huma marbutin mal-ġestjoni tal-iskart u mal-vjeġġi tal-iskart u dispożizzjonijiet dwar programmi regolari tat-taħriġ;.

 

(h)

strateġija ta' komunikazzjoni u ta' promozzjoni tal-konformità li tinvolvi lill-komunità regolata u l-pubbliku inġenerali; u

(i)

informazzjoni dwar kif il-komunità regolata u l-pubbliku inġenerali jistgħu jirrapportaw it-tħassib tagħhom lil aġenzija partikolari (whistleblowing).

Il-pjanijiet għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid tal-inqas darba fis-sena u, fejn ikun xieraq, għandhom jiġu aġġornati. Fl-eżami mill-ġdid għandu jiġi evalwat sa liema punt ikunu ġew implimentati l-għanijiet u l-elementi l-oħra tal-pjanijiet.

Il-pjanijiet għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid tal-inqas darba fis-sena u, fejn ikun xieraq, għandhom jiġu aġġornati. Fl-eżami mill-ġdid għandu jiġi evalwat sa liema punt ikunu ġew implimentati l-għanijiet u l-elementi l-oħra tal-pjanijiet.

L-awtorità kompetenti għandha tqiegħed il-pjanijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (8).

L-awtorità kompetenti għandha tqiegħedis-sintesi strateġika tal-pjanijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod permanenti, inkluż elettronikament, skont id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (9).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultat tal-ispezzjonijiet li twettqu skont il-pjani msemmija f'dan l-Artikolu, kwalunkwe azzjoni ta' rimedju li ttieħdet mill-awtoritajiet ikkonċernati bħala segwitu għal dawn l-ispezzjonijiet, l-ismijiet tal-operaturi mdaħħla fi vjeġġi illegali u l-multi imposti jkunu disponibbli għall-pubbliku b'mod permanenti, inkluż elettronikament.

Raġuni

F'ċerti Stati Membri, kull reġjun huwa inkarigat mill-pjan ta' spezzjoni tiegħu stess, għalhekk dawn għandhom jiġu koordinati b'mod li ż-żona ġeografika kollha tkun koperta. Li jiġu inklużi miri li jistgħu jitkejlu huwa konformi mal-aħjar prattika tal-Istati Membri u jgħin biex jiġi żgurat li l-effett tal-pjanijiet ta' spezzjoni jkun jista' jiġi evalwat minn dawk inkarigati mit-teħid tad-deċiżjonijiet. It-trasport bil-baħar u bl-ajru għandu jiġi inkluż ukoll billi l-iskart jiġi trasportat ukoll b'dan il-mod. L-industrija tal-iskart u tar-riżorsi, kif ukoll il-pubbliku ġenerali, għandhom rwol x'jaqdu fl-iżgurar tal-konformità mar-regolamenti dwar il-vjeġġi tal-iskart u għandhom ikunu jistgħu jirrapportaw kull tħassib dwar il-benessri tal-pubbliku lil aġenzija adatta mingħajr biża' li jkun vittmi ta' atti ta' fastidju jew li jiġu vittimizzati. Għandu jiġi ddikjarat b'mod espliċitu li l-għadd u t-tip ta' spezzjonijiet jridu jiġu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju u l-prijoritajiet imsemmija fil-punti b) u c). Il-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-ispezzjonijiet hija neċessarja sabiex jintwera li r-regolament ġie implimentat u sabiex tinżamm il-kunfidenza tal-pubbliku fil-ġestjoni tal-iskart. Għandha tiġi ppubblikata sintesi strateġika biss tal-pjanijiet, billi informazzjoni iktar dettaljata tista' tintuża minn dawk li qed jippruvaw jaħarbu l-ispezzjonijiet tal-vjeġġi.

Emenda 3

Regolament (KE) Nru 1013/2006, Artikolu 50(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-ebda bidla proposta mill-Kummissjoni għat-test attwali tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, Artikolu 50(5).

Bidla proposta għat-test attwali tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, Artikolu 50(5);

L-Istati Membri għandhom jikkoperaw, bilateralment jew u multilateralment, ma' xulxin bil-għan li jiġu faċilitati l-prevenzjoni u l-iskoperta ta' vjeġġi illegali. Għandhom jagħmlu skambju tal-informazzjoni dwar il-vjeġġi ta' skart u jaqsmu l-għarfien dwar il-miżuri ta' infurzar. Il-Kummissjoni għandha toħloq pjattaforma komuni li tinkludi lill-Istati Membri kollha għal dan il-għan.

Raġuni

Il-kooperazzjoni attwali hija volontarja u hija nieqsa mill-parteċipazzjoni ta' Stati Membri ewlenin. Vjeġġi illegali transkonfinali jistgħu jiġu miġġielda biss jekk l-Istati Membri kollha jaħdmu flimkien, u għalhekk trid tinħoloq pjattaforma komuni.

Brussell, 30 ta' Jannar 2014.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Netwerk għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi ambjentali (IMPEL) – il-vjeġġi transfruntiera tar-raggruppamenti tal-iskart.

(2)  IMPEL (2012) Doing the right thing for waste shipment inspections.

(3)  Kunsill tal-Ambjent tal-14 ta' Ottubru 2013.

(4)  European Date Interchange for waste notification (EUDIN).

(5)  Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi tal-Kummisjoni Ewropea (2009): Opinjoni tal-Grupp ta' Livell Għoli – Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi: qasam prijoritarju Ambjent.

(6)  CdR1119/2012 fin.

(7)  CdR 593/2013 fin, CdR 1119/2012 fin, CdR164/2010 fin.

(8)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

(9)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/48


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-pakkett NAIADES II

2014/C 126/12

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa' l-pakkett NAIADES II bħala segwitu loġiku tan-NAIADES I, li kien l-ewwel approċċ integrat fil-livell tal-UE għall-iżvilupp tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni; jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tagħti spinta ġdida lis-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni u żżid is-sehem tiegħu tat-trasport totali sabiex jintuża l-potenzjal sħiħ tiegħu;

2.

jappoġġja l-prijoritizzazzjoni mill-Kummissjoni tal-bidla modali mit-trasport bit-triq lejn dak ferrovjarju, bil-passaġġi fuq l-ilma interni u dak marittimu, filwaqt li fl-istess ħin jinsisti fuq l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni tal-modi kollha;

3.

jirrakkomanda l-iżvilupp tas-settur tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni u jemmen li dan joffri mezz biex tiġi indirizzata l-problema tal-konġestjoni fit-toroq; u jqis li, fid-dawl tar-rekord tas-sigurtà u l-impatti ambjentali tiegħu, dan it-trasport huwa mod affidabbli, sigur u sostenibbli tat-trasport;

4.

jenfasizza r-rwol li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar tal-użu tal-art u tat-trasport fejn l-ippjanar spazjali effettiv jista' jiffaċilita l-iggruppar ta' attivitajiet ekonomiċi, joħloq clusters integrati li jnaqqsu l-bżonn tal-moviment tat-trasport u jagħmel it-trasport multimodali possibbiltà aktar attraenti; barra minn hekk jirrikonoxxi l-importanza tal-infrastruttura tat-trasport għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali u r-rwol li jaqdu l-portijiet interni bħala ċentri ekonomiċi u l-kontribut tal-passaġġi fuq l-ilma għat-tnaqqis tal-konġestjoni fil-portijiet fuq il-baħar u fuq sistemi oħra tat-trasport; jixtieq jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jġarrbu spejjeż konsiderevoli fir-rigward tal-iżvilupp u l-ġestjoni ta' assi infrastrutturali ewlenin u għandhom ikunu fil-qofol tal-isforzi biex jiġi massimizzat l-użu tal-kapaċità tal-passaġġi fuq l-ilma interni;

5.

jirrikonoxxi li, għall-kuntrarju ta' rotot oħra tat-trasport, il-passaġġi fuq l-ilma interni mhux biss jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport iżda huma importanti wkoll f'termini ta' provvista ta' ilma, il-protezzjoni kontra l-għargħar, il-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-użu turistiku u rikreazzjonali, bħala ekosistemi importanti u għandhom funzjoni agrikulturali u relatata mas-sajd; f'dan ir-rigward iħeġġeġ lis-settur tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni biex iżomm il-pożizzjoni minn ta' quddiem tiegħu bħala mod tat-trasport ekoloġiku u jkompli jżomm bilanċ tajjeb bejn l-attivitajiet tiegħu u l-funzjonijiet l-oħra (li xi kultant ikunu f'kompetizzjoni) tal-passaġġi fuq l-ilma;

6.

jappoġġja l-interventi pubbliċi biex jittejbu l-kundizzjonijiet operattivi tas-settur, l-infrastruttura, il-prestazzjoni ambjentali, l-innovazzjoni u l-integrazzjoni fil-katina tal-loġistika u jemmen li, għalkemm it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni huwa liberalizzat u jopera f'suq tat-trasport intern, investiment pubbliku ta' din ix-xorta jista' jiġi ġustifikat fid-dawl tal-impatt konsiderevoli tal-kriżi ekonomika fuq is-settur u r-redditu soċjoekonomiku u ambjentali li jiġġenera;

Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

7.

iqis li l-pakkett NAIADES II jikkonforma mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

Kummenti speċifiċi dwar il-Komunikazzjoni

8.

jaqbel mal-valutazzjoni ġenerali tal-Kummissjoni fir-rigward tas-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni: il-predominanza ta' sidien-operaturi u n-natura frammentata tal-provvista; il-pożizzjoni li qed tiddgħajjef tiegħu meta mqabbel ma' operaturi oħra fis-settur tat-trasport u t-tnaqqis gradwali u fit-tul fis-sehem modali tiegħu meta mqabbel mat-trasport bit-triq; il-kapaċità żejda u l-kompetizzjoni fil-prezzijiet li tirriżulta; in-nuqqas ta' kapaċità tiegħu li jinvesti mill-ġdid u jkun innovattiv; flimkien mal-progress limitat fl-indirizzar ta' distakki u ostakli infrastrutturali ewlenin u t-telf tal-kompetittività tas-settur minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;

9.

għaldaqstant, jappoġġja l-oqsma ewlenin ta' intervent tan-NAIADES II u l-objettiv tiegħu li jagħmel is-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni mod ta' trasport ta' kwalità, irregolat tajjeb, effiċjenti, sigur, integrat fil-katina intermodali, b'impjiegi ta' kwalità u b'forza tax-xogħol imħarrġa u li jirrispetta livell għoli ta' standards ambjentali; jemmen bis-sħiħ li s-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni jista' jagħti kontribut sinifikanti għall-politika tat-trasport Ewropea u għandu jiġi integrat bis-sħiħ f'din il-politika;

10.

jissuġġerixxi li issa hemm bżonn impenn sħiħ mill-Istati Membri biex jissoktaw bl-objettivi ewlenin, kif ukoll biex is-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni jadotta approċċ aktar proattiv u koerenti biex jindirizza xi wħud mid-dgħufijiet fundamentali tas-settur;

11.

jirrikonoxxi n-nuqqasijiet tan-NAIADES I u jissuġġerixxi li biex in-NAIADES II ikun aktar effettiv, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżviluppa pjan direzzjonali ċar għall-implimentazzjoni b'miri u għanijiet u b'approċċ aktar koerenti għat-tfittxija ta' riżorsi finanzjarji u riżorsi oħra, u jekk ikun hemm bżonn tuża r-riżorsi tal-pjattaforma PLATINA (1);

(a)   Infrastruttura ta' kwalità

12.

iwissi kontra li t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni jiġi kkunsidrat għalih waħdu minn modi oħra ta' trasport, u jemmen li interkonnettività ikbar bejn it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni u modi oħra tat-trasport tista' tħeġġeġ sehem akbar fis-suq u ssaħħaħ fis-settur kollu;

13.

jilqa' l-fatt li l-passaġġi fuq l-ilma interni ġew inklużi f'sitta mid-disa' kurituri tan-netwerk ewlenin tat-TEN-T u jittama li l-implimentazzjoni u l-istrutturi ta' governanza ta' dawn il-kurituri jkunu rappreżentattivi biżżejjed tal-modi kollha u li jiġu rikonoxxuti b'mod adegwat il-potenzjal u l-ispeċifiċità tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni fin-netwerks tat-TEN-T, sabiex l-ostakli ewlenin u r-rabtiet neqsin li jikkonċernaw il-passaġġi fuq l-ilma interni jiġu indirizzati b'mod adatt;

14.

jittama li l-impenn fit-tul fir-rigward tan-netwerk ewlieni u komprensiv iwassal għal qafas leġislattiv stabbli li għandu jgħin biex jattira investiment ġdid fis-settur tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni;

15.

iħeġġeġ lill-Istati Membri rilevanti biex, flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati rilevanti oħra, jagħtu segwitu lill-impenji u jressqu proposti dettaljati għal proġetti li jikkonċernaw il-passaġġi fuq l-ilma interni u l-portijiet quddiem il-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa kif ukoll minn żieda potenzjali fil-kofinanzjament (sa 40 %) disponibbli għal proġetti bħal dawn; iqis li l-investiment fl-infrastruttura materjali kif ukoll f'dik immaterjali ser jgħin biex is-settur jikseb il-potenzjal tiegħu;

16.

jitlob lill-Istati Membri kkonċernati biex ikomplu jikkunsidraw b'mod adatt il-passaġġi fuq l-ilma interni fl-iżvilupp tal-oqfsa ta' investiment u l-istrumenti nazzjonali ta' pjanar u jimplimentaw l-impenji li diġà saru biex jappoġġjaw l-iżvilupp u l-espansjoni taċ-ċentri kummerċjail reġjonali;

17.

jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-kanali navigabbli iżgħar jiġu mantenuti u jittejbu, fejn ikun rilevanti, għal finijiet ta' navigazzjoni sabiex jinżamm netwerk komprensiv u biex jiġi żgurat ukoll li l-operaturi iżgħar fis-settur jibqgħu vijabbli;

(b)   Il-kwalità bis-saħħa tal-innovazzjoni

18.

jirrikonoxxi n-nuqqas ta' kultura ta' innovazzjoni u r-raġunijiet fundamentali għal dan fis-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni u jaqbel mal-Kummissjoni li s-settur għandu bżonn jassumi l-aġenda tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, jidentifika l-prijoritajiet futuri u jkun aktar proattiv huwa u jesplora l-opportunitajiet;

19.

jissuġġerixxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jikkontribwixxu għall-applikazzjoni tal-innovazzjoni fis-settur billi jappoġġjaw il-politiki ta' innovazzjoni adattati u jagħmlu użu mill-istrumenti finanzjarji u r-riżorsi skont il-bżonnijiet li jkollhom;

(c)   It-tħaddim bla xkiel tas-suq

20.

jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tnaqqas il-frammentazzjoni u tħeġġeġ sinerġija bejn l-atturi tas-suq; jirrikonoxxi li ċerti regoli li japplikaw għas-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali jew nazzjonali u jqis li l-Kummissjoni, filwaqt li tikkunsidra l-prinċipju tas-sussidjarjetà, ser ikollha tkun flessibbli kemm jista' jkun fil-proċess ta' armonizzazzjoni;

21.

jappoġġja l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni għall-modi kollha tat-trasport iżda jqis li dan m'għandux iseħħ b'mod li jiżdiedu l-ispejjeż tat-trasport; iqis li jekk jiġi kkalkolat il-prezz it-tajjeb tal-esternalitajiet kull mezz tat-trasport ikun aktar komparabbli u dan jista' jwassal għal mezzi aktar ekoloġiċi, jistimola lis-settur biex jindirizza l-ispejjeż esterni u jkun ta' benefiċċju b'mod speċifiku għat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni;

22.

min-naħa l-oħra jemmen li r-rikors għal tariffi fuq l-infrastruttura għal infrastruttura ġdida jew biex tiġi mantenuta infrastruttura eżistenti għandu jiġi kkunsidrat bir-reqqa peress li dan ikun piż finanzjarju addizzjonali fuq it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni u hemm bżonn li tiġi indirizzata wkoll il-kwistjoni li jiġu ċċarġjati utenti oħra tal-passaġġi fuq l-ilma interni;

23.

jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li tivvaluta l-ostakli għall-iżvilupp tal-portijiet interni u f'dan ir-rigward jilqa' l-fatt li jiġu kkonsultati aktar l-awtoritajiet lokali u reġjonali ikkonċernati, qabel ma jkun hemm rikors għal proċeduri leġislattivi;

(d)   Kwalità ambjentali permezz ta' livell baxx ta' emissjonijiet

24.

jappoġġja l-isforzi biex il-flotta ssir aktar ekoloġika u biex jitnaqqsu s-sustanzi li jniġġsu fl-arja u jenfasizza li l-approċċ għandu jkun teknoloġikament newtrali mill-perspettiva tat-teknoloġija tal-magni u l-għażla tal-karburant u għandu jkollu l-aqwa proporzjon kostijiet-benefiċċji;

25.

madankollu, jissuġġerixxi li biex jiġu determinati l-benefiċċji possibbli fir-rigward tal-enerġija u l-karbonju tal-ekoloġizzazzjoni tal-flotta jeħtieġ li ssir valutazzjoni bir-reqqa ta' kemm ikun antik il-bastiment, tal-prestazzjoni tal-magna attwali u l-karatteristiċi tat-tagħbija tal-bastiment, kif ukoll li jiġi mifhum l-ammont kbir ta' enerġija inkorporata meħtieġ biex jiġu provduti magni ġodda; f'dan ir-rigward jitlob li jsir sforz akbar sabiex jittejbu l-fattibbiltà ekonomika u l-istandardizzazzjoni tat-tagħmir li jitwaħħal wara sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u jitjiebu l-emissjonijiet mill-bastimenti eżistenti kollha;

26.

jikkunsidra li bħalissa hemm nuqqas ta' inċentiv, f'termini ta' strumenti legali u/jew ta' miżuri finanzjarji, biex is-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni jindirizza b'mod effettiv it-tnaqqis tal-emissjonijiet; għalhekk, il-KtR jippromovi approċċ integrat, fejn diversi fondi jew programmi, bħal LIFE+, TEN-T u Orizzont 2020, jistgħu jintużaw għall-ekoloġizzazzjoni tal-flotta tan-navigazzjoni interna u jistenna l-valutazzjoni tal-impatt dwar il-possibbiltajiet differenti li qed jiġu kkunsidrati fir-rigward tal-limiti tal-emissjonijiet għall-bastimenti kbar u żgħar u għal dawk eżistenti u ġodda biex it-tniġġis atmosferiku jiġi trattat fis-sors;

27.

għandu dubji dwar is-suppożizzjoni fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li l-gass naturali likwifikat (LNG) (2) huwa l-unika soluzzjoni għall-emissjonijiet tal-kwalità tal-arja u dwar il-fatt li jidher faċli li s-soluzzjonijiet teknoloġiċi jiġu trasferiti minn mezz tat-trasport għal ieħor meta għadu għaddej id-dibattitu dwar l-aktar soluzzjoni teknoloġika adatta għas-settur biex ikun konformi mal-istandards; iqis li l-LNG huwa possibbiltà promettenti iżda din hija biss possibbiltà waħda u l-perjodu ta' żmien għall-implimentazzjoni ma jidhirx li huwa realistiku;

28.

juri li ser ikun diffiċli li jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta' trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni li jkun tajjeb għall-ambjent jekk mhux ser ikunu involuti sew il-partijiet interessati nfushom;

(e)   Forza tax-xogħol imħarrġa u impjiegi ta' kwalità

29.

jappoġġja l-approċċ propost mill-Kummissjoni biex jittejbu l-ħiliet u l-kwalifiki fis-settur li għandu jwassal għal titjib fl-aċċess u l-mobbiltà tax-xogħol, titjib fis-sigurtà u l-kwalità tal-impjiegi u jinħolqu kundizzjonijiet ekwi;

(f)   L-integrazzjoni tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni fil-katina multimodali tal- loġistika

30.

jinnota r-rwol li jistgħu jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-integrazzjoni aħjar tal-loġistika bbażata fuq it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni fil-pjani ta’ mobbiltà urbana sostenibbli tagħhom;

31.

fejn ikun prattiku, jippromovi l-integrazzjoni tal-flussi adatti tal-informazzjoni ta' modi oħra tat-trasport fis-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS); għalkemm jagħraf li hemm xi dubji fir-rigward (a) tal-iskambju ta' informazzjoni li tista' tkun kummerċjalment sensittiva, u (b) tal-piż għall-operaturi biex jinvestu f'sistemi ta' trasport intelliġenti, jemmen li l-RIS modifikati jistgħu jkunu għodda utli għall-ġestjoni tal-katina tal-provvista, l-ottimizzazzjoni tal-fluss tal-merkanzija u t-tnaqqis tal-ispejjeż u l-emissjonijiet;

32.

jistenna r-riżultati tal-valutazzjoni li għaddejja tar-RIS u jittama li l-Kummissjoni tkun f'pożizzjoni li tipproponi emendi għad-Direttiva dwar ir-RIS peress li l-Kumitat iqis li s-sistemi ta' trasport intelliġenti (STI) huma element importanti biex jiġu ffaċilitati t-trasport intermodali effiċjenti, it-tħaddim bla xkiel tal-passaġġi fuq l-ilma interni u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi inklużi rekwiżiti transkonfinali kumplessi bejn l-UE u pajjiżi barra mill-UE;

Governanza

33.

jappoġġja l-intenzjoni li jkun hemm approċċ ġdid għall-governanza tas-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni biex jiġi indirizzat it-trikkib fid-dispożizzjonijiet legali u l-kompetenzi; f'dan ir-rigward jilqa' l-iffirmar tal-ftehim amministrattiv bejn id-DĠ MOVE u l-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR) li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni mtejba biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tas-settur tan-navigazzjoni interna; jistenna li jiġi stabbiliti ftehimiet simili ma' kummissjonijiet oħra tax-xmajjar;

34.

iħeġġeġ lill-korpi tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni biex isaħħu l-koordinazzjoni bil-għan li jtejbu l-mod kif jiġi rappreżentat is-settur u biex ikunu direttament responsabbli għal uħud mill-objettivi tal-pakkett NAIADES II;

35.

jenfasizza l-potenzjal li tirrappreżenta l-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danubju f'termini ta' żvilupp u governanza integrati ta' baċin tax-xmara u jqis li l-implimentazzjoni ta' din l-Istrateġija tista' ttejjeb ħafna it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma fuq ix-xmara Danubju li għandha kapaċità konsidervoli biex iżżid il-volum tat-traffiku;

Finanzjament

36.

jinnota li għad hemm għadd ta' referenzi għal diversi programmi ta' finanzjament tal-UE fil-Komunikazzjoni (FSE, Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Orizzont 2020) iżda jidher li m'hemmx approċċ koerenti u sistematiku dwar kif dawn il-fondi ser jgħinu biex jinkisbu l-objettivi;

37.

jitlob lill-Kummissjoni biex mill-aktar fis tfassal id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tagħha li pproponiet dwar il-finanzjament tan-NAIADES; jirrakkomanda li apparti li jiġu identifikati u kkwantifikati l-bżonnijiet ta' investiment tas-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni tingħata attenzjoni wkoll biex jiġu provduti linji gwida ċari lis-settur dwar kif jaċċessa l-finanzjament u li dan id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal ikun kontribut utli għall-pjan direzzjonali li għandu jiġi implimentat (propost fil-punt 11 hawn fuq);

38.

jikkunsidra li l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment jistgħu jappoġġjaw l-objettivi ewlenin tan-NAIADES; iżda jinsab imħasseb li l-indikaturi ewlenin għall-kejl tar-riżultati ta' dawn il-Fondi u, b'mod partikolari, tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jikkonċernaw biss l-infrastruttura tat-toroq u dik ferrovjarja u dan jidher li jinċentiva l-investiment f'dawn il-modi tat-trasport għad-detriment tal-passaġġi fuq l-ilma interni, fejn għażliet bħal dawn ikunu possibbli;

39.

jinnota r-referenza għall-istrumenti finanzjarji u jqis li hemm kamp ta' applikazzjoni għall-finanzjament tal-Bank Ewropew tal-Investiment fis-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni;

Kummenti speċifiċi dwar il-Proposta għal Regolament

40.

jappoġġja l-idea tal-proposta għal emenda għar-Regolament dwar il-politika dwar il-kapaċità tal-flotta tal-komunità li, jekk tiġi aċċettata, ser tagħmilha aktar faċli li jitnieda l-Fond ta' Riżerva u li jintuża għal miżuri addizzjonali biex jiġi promoss it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni b'konformità mal-objettivi tan-NAIADES II;

Kummenti speċifiċi dwar il-Proposta għal Direttiva

41.

jappoġġja l-objettiv tal-proposta għal Direttiva li jiġu separati l-istandards tekniċi mill-aspetti proċedurali li għandhom jarmonizzaw il-proċess tal-aġġornar ta' standards bħal dawn kif ukoll jipprovdu lis-settur b'aktar ċarezza u trasparenza;

42.

jappoġġja l-approċċ prammatiku u flessibbli propost fejn ser ikun hemm inqas rekwiżiti jew applikazzjoni parzjali tar-rekwiżiti tekniċi għal żoni partikolari (l-Istati Membri) abbażi tan-natura tal-passaġġi fuq l-ilma interni tagħhom.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

COM(2013) 621 final

Premessa 2

Raġuni

Il-Premessa 2 tar-Regolament tirreferi għall-adattament tal-bastimenti skont il-progress teknoloġiku. Il-Kumitat tar-Reġjuni jipproponi li tiddaħħal referenza għall-innovazzjoni fir-rigward tal-objettiv li l-bastimenti jsiru aktar ekoloġiċi, li huwa wieħed mill-objettivi ewlenin tan-NAIADES II.

Emenda 2

COM(2013) 621 final

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 718/1999 huwa sostitwit b’dan li ġej:

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 718/1999 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(5), kwalunkwe Stat Membru jista' jieħu miżuri, b'mod partikolari sabiex:

ikun iktar faċli għat-trasportaturi bil-passaġġi fuq l-ilma interni li jkunu se jitilqu mill-industrija li jiksbu pensjoni tal-irtirar kmieni jew li jmorru jaħdmu f'attività ekonomika oħra,

issir organizzazzjoni ta' taħriġ vokazzjonali jew ta' skemi ta' taħriġ mill-ġdid għall-ħaddiema li jkunu se jitilqu l-industrija,

jittejbu l-ħiliet tal-operaturi bil-għan li jitħarsu l-iżvilupp u l-ġejjieni tas-sengħa,

jitħeġġu l-operatur-sidien biex jissieħbu f’assoċjazzjonijiet tas-sengħa u sabiex jissaħħu l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni fil-livell tal-Unjoni,

jitħeġġeġ l-adattattament tal-bastimenti mal-progress tekniku bil-għan li jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u tiġi promossa s-sikurezza,

titħeġġeġ l-innovazzjoni ta’ bastimenti flimkien mal-adattament tagħhom mal-progress tekniku fir-rigward tal-ambjent.”

“Artikolu 8

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(5), kwalunkwe Stat Membru jista' jieħu miżuri, b'mod partikolari sabiex:

ikun iktar faċli għat-trasportaturi bil-passaġġi fuq l-ilma interni li jkunu se jitilqu mill-industrija li jiksbu pensjoni tal-irtirar kmieni jew li jmorru jaħdmu f'attività ekonomika oħra,

issir organizzazzjoni ta' taħriġ vokazzjonali jew ta' skemi ta' taħriġ mill-ġdid għall-ħaddiema li jkunu se jitilqu l-industrija,

jittejbu l-ħiliet tal-operaturi bil-għan li jitħarsu l-iżvilupp u l-ġejjieni tas-sengħa,

jiġu appoġġjati jitħeġġu l-operatur-sidien biex jissieħbu f’assoċjazzjonijiet tas-sengħa u sabiex jissaħħu l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni fil-livell tal-Unjoni,

jiġi promoss jitħeġġeġ l-adattattament tal-bastimenti mal-progress tekniku bil-għan li jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u tiġi promossa s-sikurezza,

titħeġġeġ l-innovazzjoni ta’ bastimenti flimkien mal-adattament tagħhom mal-progress tekniku fir-rigward tal-ambjent.”

 

Jista' jittieħdu miżuri oħra sakemm ikunu konformi u jikkontribwixxu għall-objettivi tal-pakkett NAIADES.

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq jara li l-Fond tar-Riżerva jintuża b'mod proattiv u biex jinkisbu l-objettivi tal-pakkett NAIADES. Iqis ukoll li l-kelma “jitħeġġeġ” hija vaga wisq u għandha tiġi sostitwita b'terminoloġija aktar b'saħħitha biex jiġi żgurat approċċ aktar proattiv mill-Istati Membri.

Brussell, 31 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  PLATINA – il-pjattaforma għall-implimentazzjoni tan-NAIADES, iffinanzjata mis-7 Programm Qafas.

(2)  Gass Naturali Likwifikat (LNG).


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/53


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika

2014/C 126/13

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa' l-għan ġenerali tal-Proposta tal-Kummissjoni, jiġifieri li nimxu lejn suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika li fih iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jaċċessaw is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika kull fejn huma pprovduti fl-Unjoni, mingħajr restrizzjonijiet transfruntieri jew spejjeż addizzjonali mhux ġustifikati, u l-kumpaniji li jipprovdu n-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jkunu jistgħu joperaw u jipprovduhom kull fejn ikunu stabbiliti jew kull fejn ikunu jinsabu l-klijenti tagħhom fl-UE;

2.

jikkonferma l-għan tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, jiġifieri li jinħoloq suq diġitali uniku li dejjem jikber, ikollu suċċess u jkun dinamiku u li minnu jibbenefikaw l-oqsma kollha tal-ekonomija;

3.

jenfasizza l-importanza tal-konnettività li jagħtu n-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika u l-integrazzjoni msaħħa tas-suq għall-intrapriżi u għall-konsumaturi, u jisħaq fuq l-opportunitajiet kbar li joffri s-suq diġitali uniku għas-soċjetà Ewropea kollha;

4.

iżda fl-istess ħin jinnota li meta jiġi adattat il-qafas legali Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika wieħed għandu jikkunsidra b'mod suffiċjenti l-kundizzjonijiet reali u legali fl-Istati Membri u r-reġjuni;

5.

jiġbed l-attenzjoni li minħabba d-distakk diġitali fi ħdan l-UE, in-nuqqas ta' infrastruttura tal-ICT, il-kundizzjonijiet tat-tluq differenti u d-differenzi kbar fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u d-dħul, huwa biss permezz ta' approċċ gradwali tad-diversi veloċitajiet li tista' tkompli tiġi żviluppata s-soċjetà diġitali u bil-mod il-mod tinħoloq konverġenza;

6.

jiġbed l-attenzjoni li ċerti Stati Membri diġà għandhom regoli li għandhom iwasslu biex jingħalaq id-distakk bejn il-bliet u ż-żoni rurali f'dak li hu forniment tas-servizzi broadband. Ir-regoli fil-livell tal-UE għandhom iqisu d-diversità fis-sitwazzjonijiet tat-tluq tal-Istati Membri;

7.

ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni u responsabbiltà kbira biex jiżguraw aċċess ugwali u bi prezz aċċessibbli għall-broadband f'żoni fejn is-suq ma jkunx biżżejjed biex jagħmel dan, biex imexxu proġetti pilota bil-għan li jingħalaq id-distakk diġitali, u biex jiżviluppaw approċċi ġodda lejn servizzi elettroniċi pubbliċi ffokati fuq in-nies;

8.

ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali taż-żoni rurali fejn l-operaturi privati jqisu li ftit jistgħu jagħmlu profitt, ikollhom jikkontribwixxu biex jiffinanjzaw l-infrastruttura diġitali. Sabiex jiġi garantit li ċ-ċittadini kollha f'kull reġjun ikollhom aċċess ugwali għat-teknoloġiji l-ġodda, il-Kumitat tar-Reġjuni jappella lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-isforzi ta' finanzjament li jagħmlu l-awtoritajiet lokali u reġjonali billi, minn naħa, tawtorizza l-użu tal-Fondi Strutturali Ewropej għall-finanzjament tal-infrastruttura diġitali fir-reġjuni kollha tal-UE u, min-naħa l-oħra, tirrikonoxxi l-proġetti tal-infrastruttura diġitali fiż-żoni rurali b'popolazzjoni baxxa bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali;

9.

jikkritika f'dan ir-rigward li ftit li xejn ġew allokati riżorsi finanzjarji għall-iżvilupp tal-broadband fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020;

10.

jinnota li l-iżvilupp rapidu tan-netwerks tal-fibrottika fuq l-aħħar mil huwa indispensabbli wkoll sabiex it-trasferiment tad-data, inkluż it-traffiku tat-telefonija mobbli, ikun jista' jitwassal fin-netwerk fiss permezz ta' routers adegwati;

11.

huwa tal-fehma li r-regolamenti Ewropej m'għandhom joħolqu l-ebda żvantaġġ kompetittiv għall-Istati Membri b'popolazzjoni u superfiċje relattivament żgħar;

12.

itenni l-fehma tiegħu li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, li jservu ta' bażi għal soċjetà tal-informazzjoni miftuħa għal kulħadd, għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini kollha, inklużi dawk li jinsabu fil-periklu tal-esklużjoni soċjali;

13.

jenfasizza li l-ipproċessar tad-data personali previst f'dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal-leġislazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali, inklużi b'mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE;

14.

jiddispjaċih li ma saritx konsultazzjoni pubblika dwar il-Proposta għal Regolament li fiha l-partijiet ikkonċernati kollha kienu jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-bidliet leġislattivi konkreti ppjanati;

15.

huwa konvint li l-proposti estensivi li tressqu għandhom jiġu eżaminati fil-fond, u għalhekk jemmen li l-pjan tal-Kummissjoni Ewropea li r-Regolament jibda japplika mill-1 ta' Lulju 2014 huwa wieħed ambizzjuż ferm;

L-awtorizzazzjoni unika tal-UE

16.

jilqa', fil-prinċipju, l-introduzzjoni ta' awtorizzazzjoni ġenerali fl-UE kollha biex jiġu ssemplifikati l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni frammentati fil-livell nazzjonali, bil-għan li jkun hemm konsistenza u prevedibbiltà regolatorja għall-intrapriżi kkonċernati;

17.

jitlob li jiġi żgurat li l-proċedura ta' awtorizzazzjoni għall-UE kollha ma twassalx għal aktar inċertezza legali u inqas prevedibbiltà fir-rigward tal-miżuri regolatorji;

18.

jinnota li l-bidliet proposti għad-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi jfissru li ammont sostanzjali ta' kompetenzi jittieħdu mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jingħataw lill-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, id-dritt tal-Kummissjoni Ewropea li titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirtiraw l-abbozzi ta' miżuri jillimita b'mod konsiderevoli s-setgħa ta' azzjoni tagħhom;

19.

jitlob li jiġi żgurat li s-setgħa esklużiva tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li tissospendi jew tirtira d-drittijiet ta' provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika (Artikolu 6(1)) ma toħloqx tellieqa għall-aktar regolamentazzjoni baxxa (“race to the bottom”) u ma tikkontribwixxix għat-tiftix tal-aktar ġurisdizzjoni favorevoli (“forum shopping”);

L-użu kkoordinat tal-ispettru tar-radju

20.

jisħaq li l-ispettru tar-radju hu ġid pubbliku skars;

21.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-ġestjoni effiċjenti tal-ispettru tar-radju hija importanti sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-operaturi u jitħeġġu l-innovazzjoni kif ukoll id-diversità kulturali;

22.

jinnota li s-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni Ewropea li tħejji skedi ta' żmien vinkolanti għall-ġestjoni tal-ispettru tar-radju u li titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirtiraw il-miżuri ta' rimedju proposti tfisser li l-Unjoni Ewropea qed tingħata ammont konsiderevoli ta' kompetenzi fil-qafas tal-ġestjoni tal-ispettru tar-radju;

23.

itenni t-tħassib tiegħu li l-Unjoni tingħata aktar kompetenzi fil-qafas tal-ġestjoni tal-ispettru tar-radju, liema tħassib diġà esprimieh fl-2008 fil-kuntest tal-Pakkett ta' Riforma tat-Telekomunikazzjonijiet u li għadu ma ġiex eliminat permezz tal-abbozz attwali ta' Regolament;

24.

ifakkar li l-miżuri tal-Programm ta' Politika tal-Ispettru tar-Radju (RSPP), fosthom l-evalwazzjoni li għandha ssir sal-2015, għadhom mhumiex finalizzati u l-ewwel iridu jiġu evalwati;

25.

josserva li r-regolamentazzjoni Ewropea tal-użu tal-ispettru tar-radju hija mxekkla mill-obbligi legali u tekniċi tal-Istati Membri, li jistgħu jiġu eliminati biss f'perjodu medju jew twil ta' żmien;

26.

jiġbed l-attenzjoni li r-riorganizzazzjoni tal-ispettru tar-radju fil-livell tal-Unjoni Ewropea u tal-proċedura għall-assenjazzjoni tal-ispettru tar-radju għandha tikkunsidra l-liċenzji eżistenti, li jistgħu jkunu validi sa 20 sena;

27.

jisħaq li, minħabba li xi Stati Membri diġà qed jippjanaw l-assenjazzjoni tal-ispettru tar-radju fil-qafas tad-Dividend Diġitali II u huwa ppjanat li din l-assenjazzjoni titwettaq fi tmiem l-2014 jew fil-bidu tal-2015, hemm bżonn li tiġi ċċarata minnufih is-sitwazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri qabel ma jiġi adottat ir-Regolament;

28.

jenfasizza li l-Istati Membri u r-reġjuni għandu jkollhom riżerva suffiċjenti ta' spettru tar-radju għall-applikazzjonijiet innovattivi;

29.

jemmen li hu importanti li jiġu sfruttati l-possibbiltajiet teknoloġiċi u legali tal-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju u t-teknoloġiji innovattivi l-ġodda bħar-radju konoxxittiv, biex b'hekk isir użu aktar effiċjenti mill-ispettru tar-radju;

30.

huwa mħasseb li l-proposta li jinbidel il-qafas regolatorju tista' toħloq dewmien fl-assenzjazzjoni tal-ispettru tar-radju fit-12 sa 18-il xahar ġejjin;

31.

jirrifjuta, għaldaqstant, il-miżuri proposti mill-Kummissjoni Ewropea għall-armonizzazzjoni tal-ġestjoni tal-ispettru tar-radju, u jsemmi l-possibbiltà li tinżamm is-sovranità tal-Istati Membri fir-rigward tal-ispettru tar-radju filwaqt li tiġi żgurata ġestjoni konsistenti tal-ispettru tar-radju permezz ta' ftehim internazzjonali;

32.

iħeġġeġ li qabel ma jinħoloq reġim Ewropew tal-ispettru tar-radju, l-ewwel tiġi analizzata s-sitwazzjoni attwali fl-UE kollha fir-rigward tal-iskadenzi u l-pjani għall-assenjazzjoni tal-ispettru tar-radju, sabiex abbażi ta' din l-informazzjoni jiġi żviluppat approċċ għal proċedura uniformi fit-tul għall-assenjazzjoni tal-ispettru tar-radju;

33.

jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li l-ewwel jiġi definit l-element ewlieni tal-politika tal-ispettru tar-radju li hu ta' importanza strateġika għal politika Ewropea tan-netwerks, u jissuġġerixxi li ssir enfasi fuq in-netwerks tat-telefonija mobbli, fuq il-possibbiltajiet adegwati ta' aċċess għan-netwerks bħad-WLAN u fuq netwerk LTE madwar l-UE kollha;

34.

jemmen li l-limitazzjoni għall-ispettru tat-telefonija mobbli tiggarantixxi li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà, għaliex b'dan il-mod jiġu assenjati biss il-frekwenzi li din il-proċedura verament iżżid l-effiċjenza tagħhom;

35.

jilqa' b'mod ċar il-proposta li jiġi ssemplifikat l-użu tan-netwerks taż-żoni lokali bir-radju (RLAN), għaliex dan ser iwassal biex jiżdiedu l-konnessjonijiet tal-internet pubbliċi;

36.

jinnota li l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment u t-tħaddim ta' punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar li ma jtellfux – b'konformità mad-definizzjoni tal-karatteristiċi tekniċi pprovduta mill-Kummissjoni – tillimita l-influwenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

In-newtralità tan-netwerk u d-drittijiet tal-utenti finali

37.

jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiggarantixxi, bis-saħħa tal-armonizzazzjoni tad-drittijiet tal-utenti finali tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, li ċ-ċittadini u l-provdituri fl-Unjoni Ewropea kollha jkollhom l-istess drittijiet u obbligi u jkunu jistgħu joffru u jiksbu s-servizzi lil hinn mill-fruntieri bl-istess kundizzjonijiet;

38.

jaqbel mal-għan li jiġi żgurat li l-utenti finali jkollhom aċċess nondiskriminatorju għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni li jipprovdu l-intrapriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor;

39.

jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur u d-drittijiet tal-utenti tal-komunikazzjoni elettronika permezz ta' informazzjoni dettaljata għall-konsumaturi dwar il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet tas-servizz;

40.

jikkunsidra li l-prinċipju tan-newtralità tan-netwerk huwa prerekwiżit essenzjali biex ikollna internet innovattiv bi strutturi miftuħa, dinamiċi u kumplessi, u biex jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti fl-interess taċ-ċittadini u l-intrapriżi Ewropej;

41.

jaqbel mal-Parlament Ewropew li s-soluzzjonijiet proposti għan-newtralità tan-netwerk jistgħu jitwettqu biss permezz ta' approċċ Ewropew uniformi, u għaldaqstant jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tipproponi regolamenti f'dan il-qasam;

42.

jisħaq li n-natura miftuħa tal-internet tixpruna l-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-innovazzjoni u wasslet għal livell spettakolari ta' żvilupp fl-applikazzjonijiet, il-kontenut u s-servizzi onlajn, u b'hekk żdiedu l-offerta u d-domanda tal-kontenut u s-servizzi, u li din in-natura miftuħa tal-internet aċċellerat bil-kbir iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-għarfien, l-ideat u l-informazzjoni, anke f'pajjiżi fejn l-aċċess għall-midja indipendenti huwa limitat;

43.

jaqbel mal-Parlament Ewropew li l-ksur tan-newtralità tan-netwerk u tal-prinċipju tal-''aħjar sforz'' joħloq riskji konsiderevoli – ngħidu aħna l-imġiba antikompetittiva, l-imblukkar tal-innovazzjoni, il-limitazzjoni tal-libertà tal-espressjoni u tal-pluraliżmu tal-midja, in-nuqqas ta' sensibilizzazzjoni fost il-konsumaturi u l-ksur tad-dritt għall-privatezza – u li dan huwa ta' ħsara għall-ekonomija, il-konsumaturi u s-soċjetà demokratika b'mod ġenerali;

44.

huwa konvint li l-Artikolu 23 tal-Proposta tal-Kummissjoni mhuwiex konformi mal-prinċipju tan-newtralità tan-netwerk kif mifhum hawnhekk, u jirrakkomanda li din id-dispożizzjoni tiġi riveduta fil-fond;

45.

jisħaq bil-qawwi fuq ir-riskju li n-newtralità tan-netwerk tonqos minħabba l-ftehimiet dwar il-provvista ta' servizzi speċjalizzati ta' kwalità ogħla li jsiru bejn il-provdituri tal-aċċess u l-provdituri tal-kontenut;

46.

jibża' li l-applikazzjoni tal-Artikolu 23(2) tista' twassal biex tingħata preferenza lil intrapriżi li huma finanzjarjament b'saħħithom jew li toħloq żvantaġġi għall-provdituri ż-żgħar tal-kontenut u għall-utenti finali, u jwissi li m'għandniex ninsew li l-istruttura tal-internet hi msejsa fuq il-prinċipju tal-aċċessibbiltà, li s-setgħa innovattiva tal-internet m'għandhiex tiġi limitata, u li d-diversità kulturali fuq l-internet m'għandhiex tkun mhedda;

47.

jappoġġja l-appell li l-provdituri tas-servizzi tal-internet ma jimblukkawx, ma jiddiskriminawx, ma jxekklux u ma jillimitawx lill-utenti milli jsibu, jużaw, jibagħtu, jippubblikaw, jirċievu jew joffru l-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi li jixtiequ b'mod indipendenti mis-sorsi jew mill-objettivi tagħhom;

48.

jilqa' għalhekk b'mod ċar il-projbizzjoni li l-provdituri tas-servizzi tal-internet jimblukkaw, inaqqsu l-veloċità, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi (Artikolu 23(5)), iżda jiġbed l-attenzjoni li s-sens kollu ta' dan il-prinċipju jista' jintilef għaliex l-eċċezzjonijiet proposti mhumiex determinati b'mod preċiż u huma legalment inċerti;

49.

jibża' li definizzjoni legalment mhux ċara tal-miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku tista' tikkomprometti t-tneħħija pożittiva tal-imblukkar tan-netwerk, u li l-estensjoni mingħajr limiti għall-implimentazzjoni tad-“dispożizzjoni leġislattiva” (Artikolu 23(5)(a)) ma tirrispettax il-prinċipju tal-proporzjonalità u r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data;

50.

jirrakkomanda li jiġi eżaminat, fid-dawl tal-istandards eżistenti, jekk ir-regoli proposti għall-miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku humiex neċessarji;

51.

jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tieħu miżuri adatti biex issaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur, iżżid it-trasparenza fis-suq tal-komunikazzjoni elettronika u tgħin lill-operaturi tas-suq jiksbu informazzjoni affidabbli u komprensibbli b'mod aktar faċli;

52.

jinnota li l-leġislazzjoni nazzjonali stabbilita bl-implimentazzjoni tal-qafas legali Ewropew tat-telekomunikazzjoni ħafna drabi tqis l-ispeċifiċitajiet nazzjonali rilevanti, u f'dan id-dawl iħeġġeġ li ssir konsultazzjoni wiesgħa mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi;

53.

jindika li l-armonizzazzjoni proposta tad-drittijiet tal-utenti finali m'għandhiex tbaxxi l-livell ta' protezzjoni li jeżisti fl-Istati Membri, u jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra l-possibbiltà li ssaħħaħ id-drittijiet tal-utenti finali permezz ta' armonizzazzjoni minima;

Ir-roaming

54.

jilqa' b'mod ċar it-tnaqqis tar-rati massimi għas-servizzi tar-roaming regolati kif ukoll it-tneħħija tal-ħlas għat-telefonati riċevuti tar-roaming, u jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li telimina għat-tul il-ħlasijiet żejda mhux ġustifikati u li lill-konsumaturi tipprova tiksbilhom prezzijiet uniformi għall-komunikazzjoni fil-pajjiż u barra l-pajjiż;

55.

jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li r-rati applikabbli għas-servizz domestiku jibdew japplikaw kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming regolati, permezz tal-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet bilaterali jew multilaterali tar-roaming;

56.

jagħmel enfasi li l-possibbiltà li l-utent finali jirrifjuta l-applikazzjoni tar-rati applikabbli għas-servizzi domestiċi biex jibqa' jibbenefika minn benefiċċji oħra m'għandhiex twassal biex tiġi evitata b'mod regolari l-applikazzjoni tar-rati domestiċi għas-servizzi tar-roaming;

57.

jitlob li l-linji gwida li ser jitfasslu għall-applikazzjoni tal-kriterji tal-użu raġonevoli jiżguraw li l-utent finali jkun verament jista' jżomm il-prattiki tal-konsum domestiku tiegħu meta jkun fi Stati Membri oħra;

58.

jiġbed l-attenzjoni għar-riskju li (bħala kumpens) eventwalment jiżdiedu r-rati applikabbli għas-servizzi domestiċi, u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tqis dan l-aspett b'mod partikolari fl-evalwazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 531/2012;

59.

jinnota li għandu jiġi eżaminat b'mod kritiku jekk hemmx ir-riskju li l-ftehimiet bilaterali jew multilaterali tar-roaming jillimitaw il-kompetizzjoni jew isaħħu l-pożizzjoni kompetittiva tal-provdituri li għandhom parti sostanzjali mis-suq;

Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

60.

huwa tal-fehma li l-Proposta għal Regolament fiha bosta miżuri li għandhom jiġu eżaminati fid-dettall biex jiġi determinat jekk humiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, bħal ngħidu aħna t-trasferiment tal-kompetenzi għar-regolamentazzjoni tal-ispettru tar-radju u l-proċedura tal-assenzjazzjoni tal-ispettru tar-radju, il-fatt li l-Kummissjoni ngħatat id-drittijiet tal-veto għall-miżuri fir-rigward tal-operaturi Ewropej (provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika) u r-rekwiżit ta' prodott standard tal-aċċess virtwali li jista' jelimina l-obbligu tad-diżaggregazzjoni fiżika taċ-ċirkwiti lokali;

61.

jindika li l-għażla ta' regolament bħala strument legali u s-setgħa li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni li jarmonizzaw id-disponibbiltà tal-ispettru, il-waqt meta ssir l-assenjazzjoni u t-tul tad-dritt tal-użu tal-ispettru (Kapitolu III – Taqsima 1 – Koordinazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju fis-suq uniku tar-Regolament propost) iqajmu ċerti kwistjonijiet rigward il-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità;

62.

barra minn hekk, huwa tal-fehma li l-Proposta fiha għadd ta' punti li għandhom jiġu eżaminati fil-fond biex jiġi determinat jekk humiex adatti, meħtieġa u rilevanti għall-ħolqien tas-suq diġitali uniku;

63.

jasal għall-konklużjoni li l-Proposta tal-Kummissjoni, minħabba l-kwistjonijiet imsemmijin, għadha fil-biċċa l-kbira mhix lesta biex tittieħed deċiżjoni dwarha;

64.

jissuġġerixxi li d-dispożizzjonijiet dwar it-tneħħija tal-ħlas għar-roaming jidħlu fis-seħħ fid-data prevista, u li l-miżuri l-oħra jerġgħu jiġu analizzati u riveduti wara li ssir konsultazzjoni mal-atturi ewlenin u fid-dawl tal-oġġezzjonijiet imressqin.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 2(15)

Raġuni

The proposal to delete the associated regulation in Article 23(2) makes this definition superfluous

Emenda 2

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 14 – Aċċess għal netwerks tal-aċċess lokali bir-radju

Artikolu 14 – Aċċess għal netwerks tal-aċċess lokali bir-radju

1.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jippermettu l-provdiment ta' aċċess minn netwerks tal-aċċess lokali bir-radju għan-netwerk ta' provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u l-użu tal-ispettru tar-radju armonizzat għal dan il-provdiment, soġġetti biss għal awtorizzazzjoni ġenerali.

1.   L-awtoritajiet kompetenti pubbliċi nazzjonali għandhom jippermettu l-provdiment ta' aċċess minn netwerks tal-aċċess lokali bir-radju għan-netwerk ta' provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u l-użu tal-ispettru tar-radju armonizzat għal dan il-provdiment, soġġetti biss għal awtorizzazzjoni ġenerali.

2.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma għandhomx jipprevenu provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku milli jippermettu aċċess lill-pubbliku għan-netwerks tagħhom, minn netwerks taż-żona lokali bir-radju, li jistgħu jkunu qegħdin fil-bini tal-utent finali, soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali u l-ftehim infurmat minn qabel tal-utent finali.

2.   L-awtoritajiet kompetenti pubbliċi nazzjonali ma għandhomx jipprevenu provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku milli jippermettu aċċess lill-pubbliku għan-netwerks tagħhom, minn netwerks taż-żona lokali bir-radju, li jistgħu jkunu qegħdin fil-bini tal-utent finali, soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali u l-ftehim infurmat minn qabel tal-utent finali.

3.   Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx jirrestrinġu unilateralment:

3.   Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx jirrestrinġu unilateralment:

a)

id-dritt tal-utenti finali li jkollhom aċċess għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju li jagħżlu huma u li jipprovdu partijiet terzi;

b)

id-dritt tal-utenti finali li b'mod reċiproku jew b'mod aktar ġenerali jippermettu utenti finali oħra li jaċċessaw in-netwerks ta' dawn il-provdituri minn netwerks taż-żona lokali bir-radju, anki abbażi ta' inizjattivi ta' parti terza li jiffederaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku n-netwerks taż-żona lokali bir-radju ta' utenti finali differenti.

a)

id-dritt tal-utenti finali li jkollhom aċċess għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju li jagħżlu huma u li jipprovdu partijiet terzi;

b)

id-dritt tal-utenti finali li b'mod reċiproku jew b'mod aktar ġenerali jippermettu utenti finali oħra li jaċċessaw in-netwerks ta' dawn il-provdituri minn netwerks taż-żona lokali bir-radju, anki abbażi ta' inizjattivi ta' parti terza li jiffederaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku n-netwerks taż-żona lokali bir-radju ta' utenti finali differenti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma għandhomx jirrestrinġu d-dritt tal-utenti finali li b'mod reċiproku jew b'mod aktar ġenerali jippermettu utenti finali oħra li jaċċessaw in-netwerks taż-żona lokali bir-radju, anki abbażi ta' inizjattivi ta' partijiet terzi li jiffederaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku n-netwerks tal-aċċess lokali bir-radju ta' utenti finali differenti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti pubbliċi nazzjonali ma għandhomx jirrestrinġu d-dritt tal-utenti finali li b'mod reċiproku jew b'mod aktar ġenerali jippermettu utenti finali oħra li jaċċessaw in-netwerks taż-żona lokali bir-radju, anki abbażi ta' inizjattivi ta' partijiet terzi li jiffederaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku n-netwerks tal-aċċess lokali bir-radju ta' utenti finali differenti.

5.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma għandhomx jirrestrinġu l-provdiment ta' aċċess pubbliku għal netwerks taż-żona lokali bir-radju:

5.   L-awtoritajiet kompetenti pubbliċi nazzjonali ma għandhomx jirrestrinġu l-provdiment ta' aċċess pubbliku għal netwerks taż-żona lokali bir-radju:

(a)

minn awtoritajiet pubbliċi fil-viċinanza immedjata ta' bini okkupat minn dawn l-awtoritajiet pubbliċi, meta dan ikun anċillari għas-servizzi pubbliċi provduti f'dan il-bini;

(b)

minn inizjattivi ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi jew awtoritajiet pubbliċi biex jiffederaw u jagħmlu aċċessibbli b'mod reċiproku jew b'mod aktar ġenerali n-netwerks taż-żona lokali bir-radju ta' utenti finali differenti, inklużi, meta applikabbli, in-netwerks taż-żona lokali bir-radju li għalihom jiġi pprovdut aċċess pubbliku skont is-subpunt (a).

(a)

minn awtoritajiet pubbliċi fil-viċinanza immedjata ta' bini okkupat minn dawn l-awtoritajiet pubbliċi, meta dan ikun anċillari għas-servizzi pubbliċi provduti f'dan il-bini;

(b)

minn inizjattivi ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi jew awtoritajiet pubbliċi biex jiffederaw u jagħmlu aċċessibbli b'mod reċiproku jew b'mod aktar ġenerali n-netwerks taż-żona lokali bir-radju ta' utenti finali differenti, inklużi, meta applikabbli, in-netwerks taż-żona lokali bir-radju li għalihom jiġi pprovdut aċċess pubbliku skont is-subpunt (a).

6.   Impriża, awtorità pubblika jew utent finali ieħor ma għandhomx jitqiesu bħala provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku unikament għax jipprovdu aċċess pubbliku għal netwerks taż- żona lokali bir-radju, meta dan il-provdiment ma jkollux natura kummerċjali, jew hu sempliċiment anċillari għal attività kummerċjali oħra jew servizz pubbliku li ma jiddependix fuq it-twassil tas-sinjali f'dawn in-netwerks.

6.   Impriża, awtorità pubblika jew utent finali ieħor ma għandhomx jitqiesu bħala provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku unikament għax jipprovdu aċċess pubbliku għal netwerks taż- żona lokali bir-radju, meta dan il-provdiment ma jkollux natura kummerċjali, jew hu sempliċiment anċillari għal attività kummerċjali oħra jew servizz pubbliku li ma jiddependix fuq it-twassil tas-sinjali f'dawn in-netwerks.

Raġuni

In many Member States, access to radio local area networks is governed by local and regional public authorities and not by national authorities

Emenda 3

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 23 – Il-libertà li jiġi pprovdut u jintuża aċċess miftuħ għall-internet, u l-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku

Artikolu 23 – Il-libertà li jiġi pprovdut u jintuża aċċess miftuħ għall-internet, u l-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku

1.   L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jaċċessaw u jxerrdu informazzjoni u kontenut, jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom mis-servizz tal-aċċess għall-internet tagħhom.

L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet dwar il-volumi u l-veloċitajiet tad-dejta ma' provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u biex, f'konformità ma' ftehimiet bħal dawn relattivi għall-volumi tad-dejta, jużaw offerti tal-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-internet.

1.   L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jaċċessaw u jxerrdu informazzjoni u kontenut, jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom mis-servizz tal-aċċess għall-internet tagħhom.

L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet dwar il-volumi u l-veloċitajiet tad-dejta ma' provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u biex, f'konformità ma' ftehimiet bħal dawn relattivi għall-volumi tad-dejta, jużaw offerti tal-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-internet.

2.   L-utenti finali għandhom ikunu liberi wkoll biex jiftiehmu ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri ta' kontenut, applikazzjonijiet u servizzi dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi.

Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati lill-utenti finali, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet flimkien ħalli jittrażmettu l-volumi jew it-traffiku tad-dejta relatati bħala servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi definita jew b'kapaċità dedikata. Il-provdiment ta' dawn is-servizzi speċjalizzati ma għandux qed idgħajjef sostanzjalment il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

2.   L-utenti finali għandhom ikunu liberi wkoll biex jiftiehmu ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri ta' kontenut, applikazzjonijiet u servizzi dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi.

Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati lill-utenti finali, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet flimkien ħalli jittrażmettu l-volumi jew it-traffiku tad-dejta relatati bħala servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi definita jew b'kapaċità dedikata. Il-provdiment ta' dawn is-servizzi speċjalizzati ma għandux qed idgħajjef sostanzjalment il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

3.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali relatata mal-legalità tal-informazzjoni, il-kontenut, l-applikazzjoni jew is-servizzi trażmessi.

3.   2. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali relatata mal-legalità tal-informazzjoni, il-kontenut, l-applikazzjoni jew is-servizzi trażmessi.

4.   L-eżerċizzju tal-libertajiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandu jeħfief billi tingħata informazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 26(2), u l-Artikolu 27(1) u (2).

4.   3. L-eżerċizzju tal-libertajiet previsti fil-paragrafi u 1 u 2 għandu jeħfief billi tingħata informazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 26(2), u l-Artikolu 27(1) u (2).

5.   Fil-limiti tal-volumi jew il-veloċitajiet tad-dejta miftiehma f'kuntratt għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ma għandhomx jirrestrinġu l-libertajiet previsti fil-paragrafu 1 billi jimblukkaw, jisslowjaw, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom, ħlief meta dan ikun meħtieġ biex jiġu applikati miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku. Il-miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji, proporzjonati u meħtieġa biex:

5.   4. Fil-limiti tal-volumi jew il-veloċitajiet tad-dejta miftiehma f'kuntratt għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ma għandhomx jirrestrinġu l-libertajiet previsti fil-paragrafu 1 billi jimblukkaw, jisslowjaw, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom, ħlief meta dan ikun meħtieġ biex jiġu applikati miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku. Il-miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji, proporzjonati u meħtieġa L-eċċezzjonijiet jistgħu jsiru biss biex:

a)

tiġi implimentata dispożizzjoni leġiżlattiva jew ordni tal-qorti, jew biex jiġu evitati jew impediti reati kriminali serji;

b)

jinżammu l-integrità u s-sigurtà fin-netwerk, is-servizzi pprovduti minn dan in-netwerk, u t-terminali tal-utenti finali;

c)

tkun evitata t-trażmissjoni ta' komunikazzjoni mhux mitluba lill-utenti finali li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel għal dawn il-miżuri restrittivi;

d)

jiġu minimizzati l-effetti ta' konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja fin-netwerk sakemm tipi ekwivalenti ta' traffiku jkunu trattati bl-istess mod.

a)

tiġi implimentata dispożizzjoni leġiżlattiva jew ordni tal-qorti, jew biex jiġu evitati jew impediti reati kriminali serji;

b)

a) jinżammu l-integrità u s-sigurtà fin-netwerk, is-servizzi pprovduti minn dan in-netwerk, u t-terminali tal-utenti finali;

c)

b) tkun evitata t-trażmissjoni ta' komunikazzjoni mhux mitluba lill-utenti finali li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel għal dan il-miżuri restrittivi;

d)

c) jiġu minimizzati l-effetti ta' konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja fin-netwerk sakemm tipi ekwivalenti ta' traffiku jkunu trattati bl-istess mod.

Il-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandha tinvolvi biss l-ipproċessar ta' dejta meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.

Il-miżuri li jittieħdu skont a), b) jew c) iridu jkunu trasparenti, nondiskriminatorji, proporzjonati u meħtieġa. Il-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku L-implimentazzjoni tagħhom għandha tinvolvi biss l-ipproċessar ta' dejta meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.

Raġuni

Specific agreements between internet access providers and content providers to provide specialised services are contrary to the principles of free network access and non-discrimination. They also risk privileging financially strong businesses over smaller providers.

The unclear term “traffic management measures” can be deleted if the Regulation lays down clearly defined exceptions. Exceptions that are liable to undermine the principle of non-blocking and non-discrimination, because they are too vague or non-specific, would lead to considerable legal uncertainty.

Emenda 4

Artikolu 24(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 24 – Is-salvagwardji għall-kwalità tas-servizzi

Artikolu 24 – Is-salvagwardji għall-kwalità tas-servizzi

1.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib u jiżguraw l-abilità effettiva tal-utenti finali biex igawdu l-libertajiet previsti fl-Artikolu 23(1) u (2), il-konformità mal-Artikolu 23(5), u d-disponibilità kontinwa ta' servizzi nondiskriminatorji tal-aċċess għall-internet b'livelli ta' kwalità li jixhdu l-avvanzi fit-teknoloġija u li ma jiddgħajfux minħabba servizzi speċjalizzati. F'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra, għandhom ukoll jimmonitorjaw l-effetti tas-servizzi speċjalizzati fuq id-diversità kulturali u l-innovazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-BEREC dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom.

1.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib u jiżguraw l-abilità effettiva tal-utenti finali biex igawdu l-libertajiet previsti fl-Artikolu 23(1) u (2), il-konformità mal-Artikolu 23(5), u d-disponibilità kontinwa ta' servizzi nondiskriminatorji tal-aċċess għall-internet b'livelli ta' kwalità li jixhdu l-avvanzi fit-teknoloġija u li ma jiddgħajfux minħabba servizzi speċjalizzati. F'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra, għandhom ukoll jimmonitorjaw l-effetti tas-servizzi speċjalizzati fuq id-diversitàkulturali u l-innovazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-BEREC dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom.

Raġuni

Follows on from the proposed amendment to Article 23

Emenda 5

Artikolu 35(2)(c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(c)

fil-paragrafu 5, jiddaħħal dan il-punt (aa):

(c)

fil-paragrafu 5, jiddaħħal dan il-punt (aa):

“(aa)

tieħu deċiżjoni biex teżiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tirtira l-abbozz tal-miżura, flimkien ma' proposti speċifiċi biex dan jiġi emendat, meta l-miżura maħsuba jkollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu minn fuq provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika skont it-tifsira tar-Regolament [XXX/2014].”

(aa)

tieħu deċiżjoni biex teżiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tirtira l-abbozz tal-miżura, flimkien ma' proposti speċifiċi biex dan jiġi emendat, meta l-miżura maħsuba jkollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu minn fuq provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika skont it-tifsira tar-Regolament [XXX/2014].”

Raġuni

The Committee of the Regions rejects the transfer of competence associated with Article 35(2)(c). The Committee of the Regions considers the option of issuing recommendations given to the European Commission in Article 7a(5) of the Framework Directive to be adequate.

Emenda 6

Artikolu 37(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   L-utenti finali individwali moqdija minn provditur tar-roaming li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jagħmlu għażla deliberata u espliċita li jirrinunzjaw il-benefiċċju tal-applikazzjoni għal servizzi tar-roaming regolati tar-rata applikabbli tas-servizz domestiku f'pakkett partikolari għall-konsumaturi bi skambju għal vantaġġi oħra li joffri dak il-provditur. Il-provditur tar-roaming għandu jfakkar lil dawk l-utenti finali bin-natura tal-vantaġġi tar-roaming li b'hekk jintilfu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw b'mod partikolari jekk il-provdituri tar-roaming li qed jużaw dan l-Artikolu humiex jieħdu sehem fi prattiki kummerċjali li jfissru evitazzjoni tar-reġim prestabbilit.

3.    L-utenti finali individwali moqdija minn provditur tar-roaming li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jagħmlu għażla deliberata u espliċita li jirrinunzjaw il-benefiċċju tal-applikazzjoni għal servizzi tar-roaming regolati tar-rata applikabbli tas-servizz domestiku f'pakkett partikolari għall-konsumaturi bi skambju għal vantaġġi oħra li joffri dak il-provditur. Il-provditur tar-roaming għandu jfakkar lil dawk l-utenti finali bin-natura tal-vantaġġi tar-roaming li b'hekk jintilfu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw b'mod partikolari jekk il-provdituri tar-roaming li qed jużaw dan l-Artikolu humiex jieħdu sehem fi prattiki kummerċjali li jfissru evitazzjoni tar-reġim prestabbilit.

Raġuni

The necessary steps to reduce roaming charges cannot be undermined by businesses escaping their obligations by granting poorly defined “other advantages”..

Brussell, 31 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO