ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 118

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
17 ta' April 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 118/01

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tal-14 ta’ April 2014 li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

1

2014/C 118/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2014 li taħtar membru u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Kroazja

3

2014/C 118/03

Deċiżjoni tal-kunsill tal-14 ta’ April 2014 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Greċja u r-Rumanija

4

2014/C 118/04

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-Hizballah Military Wing (magħruf ukoll bħala Hezbollah Military Wing, magħruf ukoll bħala Hizbullah Military Wing, magħruf ukoll bħala Hizbollah Military Wing, magħruf ukoll bħala Hezballah Military Wing, magħruf ukoll bħala Hisbollah Military Wing, magħruf ukoll bħala Hizbu’llah Military Wing magħruf ukoll bħala Hizb Allah Military Wing, inkluż il-Jihad Council (u l-unitajiet kollha li jirrapportaw lilu, inkluża l-Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna)), inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014.

6

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 118/05

Rata tal-kambju tal-euro

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 118/06

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

8

2014/C 118/07

Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26; ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6; ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8; ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4)

9

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

17.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ April 2014

li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

2014/C 118/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-gvern Kroat,

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Kummissjoni fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-impjegati,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta’ Lulju 2012 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2012sas-17 ta’ Settembru 2015.

(2)

Is-sede tal-membru Kroat kellu jiġi okkupat.

(3)

Post ta’ membru fuq il-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-impjegati huwa disponibbli għal Spanja.

(4)

Post ta’ membru fuq il-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-Organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem sar vakanti għal-Latvja minħabba r-riżenja tas-Sinjura Marina SKLARA.

(5)

Post ta’ membru fuq il-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-Organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem kellu jiġi okkupat għall-Kroazja.

(6)

Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru msemmi hawn fuq għandhom jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2015.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta’ Settembru 2015:

RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN:

IL-KROAZJA

Is-Sinjura Katarina GRGEC


RAPPREŻENTANTI TAl-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI:

SPANJA

s-Sinjura Yolanda PONCE


RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM:

IL-LATVJA

Is-Sinjura Inga ŠīNA

IL-KROAZJA

Is-Sinjura Ivica ZELIĆ

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 228, 31.7.2012, p. 3.


17.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ April 2014

li taħtar membru u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Kroazja

2014/C 118/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/C 218/01 tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta’ April 2013 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mit-22 ta’ April 2013sat-28 ta’ Frar 2016.

(2)

Il-Gvern tal-Kroazja ppreżenta nomini oħra għal diversi kariġi li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma maħturin bħala membru u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-28 ta’ Frar 2016:

RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS:

Pajjiż

Membru

Membru supplenti

Kroazja

Mr Zdenko MUČNJAK

Is-Sinjura Gordana PALAJSA

Is-Sur Marko PALADA

Artikolu 2

Il-membri u l-membri supplenti li għadhom mhumiex innominati ser jinħatru mill-Kunsill f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Lussemburgu, l-14 ta’ April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 120, 26.4.2013, p. 7.


17.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ April 2014

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Greċja u r-Rumanija

2014/C 118/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/C 218/01 tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta’ April 2013 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mit-22 ta’ April 2013sat-28 ta’ Frar 2016.

(2)

Il-Gvernijiet tal-Greċja u r-Rumanija ppreżentaw aktar nomini għal diversi postijiet li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma maħturin membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-28 ta’ Frar 2016:

I.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membru

Membru supplenti

Ir-Rumanija

Is-Sur Adrian CLIPII

Is-Sur Corneliu CONSTANTINOAIA

Is-Sur Dumitru FORNEA


II.   RAPPREŻENTANTI TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membru

Membru supplenti

Il-Greċja

Is-Sur Christos KAVALOPOULOS

Is-Sur Pavlos KYRIAKONGONAS

Is-Sinjura Natassa AVLONITOU

Artikolu 2

Il-membri u l-membri supplenti li għadhom mhumiex innominati ser jinħatru mill-Kunsill f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Lussemburgu, l-14 ta’ April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 120, 26.4.2013, p. 7.


17.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/6


L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-“Hizballah Military Wing” (magħruf ukoll bħala “Hezbollah Military Wing”, magħruf ukoll bħala “Hizbullah Military Wing”, magħruf ukoll bħala “Hizbollah Military Wing”, magħruf ukoll bħala “Hezballah Military Wing”, magħruf ukoll bħala “Hisbollah Military Wing”, magħruf ukoll bħala “Hizbu’llah Military Wing” magħruf ukoll bħala “Hizb Allah Military Wing”, inkluż il-“Jihad Council” (u l-unitajiet kollha li jirrapportaw lilu, inkluża l-Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna)), inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 (1).

2014/C 118/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2)tas-27 ta’ Diċembru 2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-grupp ikkonċernat u li l-ebda fond, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament kif ukoll indirettament.

Il-Kunsill ġie pprovdut b’informazzjoni ġdida rilevanti għall-elenkar tal-grupp imsemmi hawn fuq. Wara li kkunsidra din l-informazzjoni ġdida, il-Kunsill emenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet kif meħtieġ.

Il-gruppi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għaż-żamma tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom), fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

(Attn: CP 931 designations)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

e-mail: sanctions@consilium.europa.eu

Il-grupp ikkonċernat jista’ fi kwalunkwe ħin jippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn, għall-konsiderazzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni li tinkludih u żżommu fuq il-lista, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu rċevuti. F’dan ir-rigward, il-Kunsill jiġbed l-attenzjoni tal-grupp ikkonċernat għall-fatt li l-lista tiġi rieżaminata minnu regolarment skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3). Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sas-16 ta’ Mejju 2014.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-grupp ikkonċernat għall-possibbiltà li jikkontesta r-Regolament tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-grupp ikkonċernat għall-possibbiltà li jibgħat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat/i Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament sabiex jikseb awtorizzazzjoni biex juża l-fondi ffriżati għal ħtiġijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi f’konformità mal-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 40, 11.2.2014, p. 9.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70 .

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


Il-Kummissjoni Ewropea

17.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ April 2014

2014/C 118/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3840

JPY

Yen Ġappuniż

141,55

DKK

Krona Daniża

7,4664

GBP

Lira Sterlina

0,82390

SEK

Krona Żvediża

9,0920

CHF

Frank Żvizzeru

1,2169

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,2400

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,463

HUF

Forint Ungeriż

308,38

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1956

RON

Leu Rumen

4,4713

TRY

Lira Turka

2,9588

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4788

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5200

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7320

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6098

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7310

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 437,17

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,6138

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6124

HRK

Kuna Kroata

7,6245

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 829,21

MYR

Ringgit Malażjan

4,4871

PHP

Peso Filippin

61,511

RUB

Rouble Russu

49,8640

THB

Baht Tajlandiż

44,641

BRL

Real Brażiljan

3,0827

MXN

Peso Messikan

18,0674

INR

Rupi Indjan

83,5237


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

17.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/8


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2014/C 118/06

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi Sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

27.3.2014

Tul ta’ żmien

27.3.2014 – 31.12.2014

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

SRX/07D

Speċi

Rebekkini u raj (Rajiformes)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

05/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


17.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/9


Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26; ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6; ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8; ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4)

2014/C 118/07

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 77, 15.3.2014

Permessi ta’ residenza skont l-Artikolu 2(15)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen:

I.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002  (2) .

Aufenthaltstitel “Niederlassungsnachweis” im Kartenformat ID1 entsprechend den Gemeinsamen Maßnahmen aufgrund der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige (in Österreich ausgegeben im Zeitraum 1.1.2003 bis 31.12.2005)

(Permess ta’ residenza “prova ta’ stabbiliment” f’forma ta’ kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2005))

Aufenthaltstitel in Form der Vignette entsprechend den Gemeinsamen Maßnahmen aufgrund der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige (in Österreich ausgegeben im Zeitraum 1.1.2005 bis 31.12.2005)

(Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker li skont l-azzjonijiet konġunti abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz — maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2005))

Aufenthaltstitel “Niederlassungsbewilligung”, “Familienangehöriger”, “Daueraufenthalt- EG”, “Daueraufenthalt-Familienangehöriger” und “Aufenthaltsbewilligung” im Kartenformat ID1 entsprechend den Gemeinsamen Maßnahmen aufgrund der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige (in Österreich ausgegeben seit 1.1.2006).

Permessi ta’ residenza li jaqgħu taħt “awtorizzazzjoni għall-istabbiliment” (Niederlassungsbewilligung), “membru tal-familja” (Familienangehörige), “residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt- EG), “residenza permanenti — membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger), kif ukoll “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung), fil-forma ta’ kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi — maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 2003 u l-1 ta’ Jannar 2006).

Il-permess ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jindika l-iskop speċifiku li għalih ikun inħareġ.

Permess ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jista’ jinħareġ għall-iskopijiet li ġejjin: rotazzjoni tal-impjieg ta’ ħaddiem, ħaddiem ippostjat, persuni li jaħdmu għal rashom, artist, każijiet speċjali ta’ impjieg, tifel tal-iskola, studenti, fornitur ta’ servizzi soċjali, riċerkaturi, riunifikazzjoni tal-familja.

Il-permess ta’ residenza “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” [Niederlassungsbewilligung] jista’ jinħareġ mingħajr iktar dettalji jew għall-iskopijiet li ġejjin: l-ebda attività bi qligħ u dipendenti.

Permessi ta’ residenza “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” [Niederlassungsbewilligung] kienu maħruġa fl-Awstrija sat-30 ta’ Ġunju 2011 għall-kategoriji ta’ ħaddiema ewlenin, illimitati u limitati.

“Residenza permanenti-KE” [Daueraufenthalt-EG] u “residenza permanenti — membru tal-familja” [Daueraufenthalt-Familienangehöriger] inħarġu permessi tar-residenza fl-Awstrija sal-31 ta’ Diċembru 2013.

“Awtorizzazzjoni ta’ residenza” [Aufenthaltsbewilligung] inħarġu permessi għall-iskopijiet tat-Taqsima 69a tal-Att ta’ Stabbiliment u Residenza [NAG] fl-Awstrija sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Der Aufenthaltstitel “Rot-Weiß-Rot - Karte”, “Rot-Weiß-Rot - Karte plus” und “Blaue Karte EU” im Kartenformat ID1 entsprechend den Gemeinsamen Maßnahmen aufgrund der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige (in Österreich ausgegeben seit 1.7.2011)

(Il-“kard ħamra-bajda-ħamra” [Rot-Weiß-Rot-Karte], il-kard plus ħamra-bajda-ħamra [Rot-Weiß-Rot-Karte plus] u l-“kard blu tal-UE” [Blaue Karte EU] fil-forma ta’ kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi inħarġu fl-Awstrija mill-1 ta’ Lulju 2011.)

Aufenthaltstitel “Daueraufenthalt-EU” entsprechend den Gemeinsamen Maßnahmen aufgrund der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige (in Österreich ausgegeben seit 1.1.2014)

(“Residenza permanenti-UE” [Daueraufenthalt-EU] permessi ta’ residenza skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġin fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014).

II.   Il-karti ta’ residenza maħruġa skont id-Direttiva 2004/38  (3) (mhux f’format uniformi)

“Aufenthaltskarte für Angehörige eines EWR-Bürgers” gemäß der Richtlinie 2004/38/EG für Drittstaatsangehörige, die Angehörige von unionsrechtlich aufenthaltsberechtigten EWR-Bürgern sind, zur Dokumentation des unionsrechtlichen Aufenthaltsrechts für mehr als drei Monate — entspricht nicht dem einheitlichen Format der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige.

(Il-permess ta’ residenza skont dritt ta’ residenza fl-Unjoni ta’ aktar minn tliet xhur għall-familjari ta’ ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi.)

“Daueraufenthaltskarte” gemäß der Richtlinie 2004/38/EG für Drittstaatsangehörige, die Angehörige eines EWR-Bürgers sind und das Recht auf Daueraufenthalt erworben haben, zur Dokumentation des unionsrechtlichen Rechts auf Daueraufenthalt — entspricht nicht dem einheitlichen Format der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige.

(Il-kard tal-permess tar-residenza permanenti biex jiġi dokumentat dritt ta’ residenza permanenti fil-Komunità ta’ aktar minn tliet xhur għall-familjari ta’ ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma tikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi.)

Dokumenti oħra li jagħtu d-dritt ta’ soġġorn jew inkella d-dritt ta’ dħul mill-ġdid fl-Awstrija (skont l-Artikolu 2(15)(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen:

Lichtbildausweis für Träger von Privilegien und Immunitäten in den Farben rot, gelb und blau, ausgestellt vom Bundesministerium europäische und internationale Angelegenheiten

(Kard tal-identità b’ritratt għall-persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet ta’ lewn aħmar, isfar u ikħal, maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali)

Lichtbildausweis im Kartenformat für Träger von Privilegien und Immunitäten in den Farben rot, gelb, blau, grün, braun, grau und orange, ausgestellt vom Bundesministerium für europäische und internationale Angelegenheiten

(Kard tal-identità b’ritratt f’format ta’ kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet, ta’ lewn aħmar, isfar, ikħal, aħdar, kannella, griż u oranġjo, maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali)

“Status des Asylberechtigten” gemäß § 7 AsylG 1997 in der Fassung BGBl. I Nr. 101/2003 (zuerkannt bis 31. Dezember 2005) — in der Regel dokumentiert durch einen Konventionsreisepass in Buchform im Format ID 3 (in Österreich ausgegeben im Zeitraum 1.1.1996 bis 27.8.2006)

(“Persuna intitolata għall-istatus ta’ asil” skont it-Taqsima 7 tal-Att dwar l-Asil tal-1997 kif ippubblikat fil-Ġurnal Leġiżlattiv Federali I Nru 101/2003 (mogħti sal-31 ta’ Diċembru 2005) — normalment dokumentat minn dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali fil-format ta’ ktejjeb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 1996sas-27 ta’ Awwissu 2006).)

“Status des Asylberechtigten” gemäß § 3 AsylG 2005 (zuerkannt seit 1. Jänner 2006) — in der Regel dokumentiert durch einen Fremdenpass in Buchform im Format ID 3 (in Österreich ausgegeben seit 28.8.2006)

(“Persuna intitolata għal stat ta’ asil” skont l-Artikolu 3 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 (mogħti mill-1 ta’ Jannar 2006) — normalment dokumentat minn passaport tal-barranin f’format ta’ ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta’ Awwissu 2006))

“Status des subsidiär Schutzberechtigten” gemäß § 8 AsylG 1997 in der Fassung BGBl. I Nr. 101/2003 (zuerkannt bis 31. Dezember 2005) — in der Regel dokumentiert durch einen Konventionsreisepass in Buchform im Format ID 3 (in Österreich ausgegeben im Zeitraum 1.1.1996 bis 27.8.2006)

(Persuni li għandhom “status ta’ protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Asil tal-1997 kif ippubblikat fil-Ġurnal Leġiżlattiv Federali I Nru 101/2003 (mogħti sal-31 ta’ Diċembru 2005) — normalment dokumentat minn dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f’format ta’ ktejjeb ID3 b’ċippa elettronika integrata (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 1996sas-27 ta’ Awwissu 2006).)

“Status des subsidiär Schutzberechtigten” gemäß § 8 AsylG 2005 (zuerkannt seit 1. Jänner 2006) — in der Regel dokumentiert durch Fremdenpass in Buchform im Format ID 3 mit integriertem elektronischen Mikrochip (in Österreich ausgegeben seit 28.8.2006) oder durch eine Karte für subsidiär Schutzberechtigte gemäß § 52 AsylG 2005

(Persuna li jkollha “status ta’ protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 (mogħti mill-1 ta’ Jannar 2006) — normalment dokumentat minn passaport tal-barranin f’format ta’ ktejjeb ID 3 b’ċippa elettronika integrata (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta’ Awwissu 2006) jew permezz ta’ kard għal persuni li għandhom “status ta’ protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 52 AsylG 2005)

Liste der Reisenden für Schülerreisen innerhalb der Europäischen Union im Sinne des Beschlusses des Rates vom 30. November 1994 über die gemeinsame Maßnahme über Reiseerleichterungen für Schüler von Drittstaaten mit Wohnsitz in einem Mitgliedstaat

(Lista ta’ parteċipanti fi vjaġġ skolastiku fl-Unjoni Ewropea skont it-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta rigward faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal tfal tal-iskola minn pajjiżi terzi li huma residenti fi Stat Membru).)

“Beschäftigungsbewilligung” nach dem Ausländerbeschäftigungsgesetz mit einer Gültigkeitsdauer bis zu sechs Monaten in Verbindung mit einem gültigen Reisedokument.

(“Permess għall-impjieg” skont l-Att dwar l-Impjieg tal-Barranin, validu għal perjodu sa sitt xhur, flimkien ma’ dokument tal-ivvjaġġar validu.)

Unbefristeter Aufenthaltstitel — erteilt in Form eines gewöhnlichen Sichtvermerks gemäß § 6 Abs. 1 Z. 1 FrG 1992 (von Inlandsbehörden sowie Vertretungsbehörden bis 31.12.1992 in Form eines Stempels ausgestellt)

(Permess ta’ residenza indefinit — maħruġ fil-forma ta’ viża ordinarja skont it-Taqsima 6(1)(1) tal-Att dwar il-Barranin tal-1992 [FrG] (maħruġ sal-31.12.1992 mill-awtoritajiet lokali Awstrijaċi u minn awtoritajiet rappreżentanti fil-forma ta’ bolla)

Aufenthaltstitel in Form einer grünen Vignette bis Nr. 790.000

(Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker aħdar san-Nru 790.000)

Aufenthaltstitel in Form einer grün-weißen Vignette ab Nr. 790.001

(Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker aħdar u abjad minn Nru 790.001)

Aufenthaltstitel in Form der Vignette entsprechend der Gemeinsamen Maßnahme 97/11/JI des Rates vom 16. Dezember 1996, Amtsblatt L 7 vom 10.1.1997 zur einheitlichen Gestaltung der Aufenthaltstitel (in Österreich ausgegeben im Zeitraum 1.1.1998 bis 31.12.2004)

(Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker skont l-Azzjoni Konġunta tal-UE 97/11/ĠAI tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996, (ĠU L 7 tal-10.9.1997, p. 1) dwar format uniformi għal permessi ta’ residenza (maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-31 ta’ Diċembru 2004))


(1)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 1.