|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2014/C 103/01 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 103/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7205 – Extra Holding / Dolphin / IDBD) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 103/03 |
||
|
2014/C 103/04 |
||
|
2014/C 103/05 |
||
|
2014/C 103/06 |
||
|
2014/C 103/07 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 103/08 |
||
|
2014/C 103/09 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
8.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-24 ta’ Frar 2014
dwar l-organizzazzjoni ta’ miżuri ta’ tħejjija għall-ġbir ta’ mikrodejta dwar il-kreditu Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali
(BĊE/2014/7)
(2014/C 103/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5.1 u t-tielet inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6 (2), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista’ japplika miżuri ta’ tħejjija speċifiċi bil-ħsieb li jistabbilixxi qafas għat-trażmissjoni ta‘ mikrodejta dwar il-kreditu fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għal skopijiet statistiċi speċifiċi. |
|
(2) |
L-applikazzjoni effettiva ta’ dan il-qafas għal żmien twil ser ikun dipendenti fuq il-kooperazzjoni bejn il-membri kollha parteċipanti tas-SEBĊ u fuq l-applikazzjoni ta’ standards ugwali minn dawk il-membri fir-rigward tal-kwalità. Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, u li qed iħejju biex jipparteċipaw f’dan il-qafas għandhom jikkoperaw ma’ xulxin, mal-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u mal-BĊE fl-applikazzjoni tal-miżuri ta’ tħejjija b’konformità mad-Deċiżjoni BĊE/2014/6, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
I.
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, it-terminu “mikrodejta dwar il-kreditu” għandha l-istess tifsira bħal fid-Deċiżjoni BĊE/2014/6.
II.
Għoti ta’ tagħrif statistiku
Id-destinatarji ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huma mitluba japplikaw id-dispożizzjonijiet indirizzati lill-BĊNi li jinsabu fid-Deċiżjoni BĊE/2014/6.
III.
Dispożizzjoni finali
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, li qed iħejju biex jipparteċipaw fil-qafas għal żmien twil għat-trażmissjoni ta‘ mikrodejta dwar il-kreditu fi ħdan is-SEBĊ.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Frar 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta’ miżuri ta’ tħejjija għall-ġbir ta’ mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7205 – Extra Holding / Dolphin / IDBD)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 103/02)
Fit-28 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm fid-dokument li jġib in-numru 32014M7205. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-7 ta’ April 2014
(2014/C 103/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3723 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
141,65 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4658 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,82710 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,9733 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2202 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,2405 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,444 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
306,50 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1746 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4655 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,9103 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4818 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5084 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,6427 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5983 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7314 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 449,08 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,4744 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,5266 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6333 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 510,31 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4847 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,616 |
|
RUB |
Rouble Russu |
48,9978 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
44,581 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,0843 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,9051 |
|
INR |
Rupi Indjan |
82,6010 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
8.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Awwissu 2013
li tirrikonoxxi “Consorzio Servizi Legno-Sughero”, l-Italja, C.F. 97331520151, P.IVA 04882880962 bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam
(2014/C 103/04)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet applikazzjoni għar-rikonoxximent mingħand “Consorzio Servizi Legno-Sughero”, l-Italja, C.F. 97331520151, P.IVA 04882880962, li jiddikjara li għandu l-intenzjoni li jaħdem bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ fl-Italja. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea irrikonoxxiet il-wasla tal-applikazzjoni fil-5 ta’ Diċembru 2012. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 363/2012 tat-23 ta’ Frar 2012 dwar ir-regoli proċedurali tar-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ kif previst fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (2), il-Kummissjoni Ewropea bagħtet l-applikazzjoni għall-konsultazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat fil-25 ta’ Jannar 2013; ma rċeviet l-ebda kumment. |
|
(4) |
Fl-14 ta’ Marzu 2013 fi Brussell, saret laqgħa ta’ Grupp ta’ Tmexxija tal-Kummissjoni, imwaqqaf speċifikament biex jevalwa l-applikazzjonijiet għal organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ, fejn l-applikant stess ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 363/2012, l-applikant intalab jipprovdi informazzjoni addizzjonali b’email datata l-5 ta’ April 2013. |
|
(6) |
L-applikant ipprovda l-informazzjoni addizzjonali mitluba fit-3 ta’ Mejju 2013 u mmodifika l-applikazzjoni tiegħu skont dan. |
|
(7) |
Abbażi tad-dokumenti kollha sottomessi mill-applikant, fl-20 ta’ Ġunju 2013 il-Grupp ta’ Tmexxija wasal għall-konklużjoni li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, u l-applikant jista’ jiġi rikonoxxut mill-Kummissjoni bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni Ewropea, abbażi tal-evidenza dokumentata kollha sottomessa, ivvalutat jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 u tqis li “Consorzio Servizi Legno-Sughero”, l-Italja, C.F. 97331520151, P.IVA 04882880962 jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
“Consorzio Servizi Legno-Sughero”, l-Italja, C.F. 97331520151, P.IVA 04882880962, huwa rikonoxxut bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010.
Artikolu 2
Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent huwa inkarigat li jiżgura li l-applikant u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha jiġu notifikati b’din id-Deċiżjoni u li din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
(2) ĠU L 115, 27.4.2012, p. 12.
|
8.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Awwissu 2013
li tirrikonoxxi NEPCon, id-Danimarka bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam
(2014/C 103/05)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea fit-22 ta’ Marzu 2012 irċeviet applikazzjoni għar-rikonoxximent mingħand NEPCon, id-Danimarka, li tiddikjara li għandha l-intenzjoni li taħdem bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ fl-Istati Membri kollha ħlief fl-Italja. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi l-wasla tal-applikazzjoni fit-22 ta’ Marzu 2012. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 363/2012 tat-23 ta’ Frar 2012 dwar ir-regoli proċedurali għar-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (2), il-Kummissjoni Ewropea bagħtet l-applikazzjoni għall-konsultazzjoni lill-Istati Membri kkonċernati fil-31 ta’ Ottubru 2012. Waslu kummenti mingħand il-Ġermanja, Franza, l-Isvezja u l-Pajjiżi l-Baxxi fi żmien l-iskadenza statutorja ta’ xahar. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 363/2012, l-applikant intalab jipprovdi informazzjoni addizzjonali b’email datata t-28 ta’ Jannar 2013. |
|
(5) |
L-applikant ipprovda l-informazzjoni addizzjonali mitluba u fis-7 ta’ Frar 2013 ressaq verżjoni riveduta tal-applikazzjoni. |
|
(6) |
Fl-14 ta’ Marzu 2013 fi Brussell, saret laqgħa ta’ Grupp ta’ Tmexxija tal-Kummissjoni, imwaqqaf speċifikament biex jevalwa l-applikazzjonijiet għal organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ, fejn l-applikant stess ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 363/2012, l-applikant intalab jipprovdi informazzjoni addizzjonali u kjarifiki f’email datata s-26 ta’ Marzu 2013. |
|
(8) |
L-applikant ipprovda l-informazzjoni addizzjonali u l-kjarifiki mitluba, u emenda l-applikazzjoni kif xieraq fid-29 ta’ April 2013. |
|
(9) |
Abbażi tad-dokumenti mressqa mill-applikant, fl-20 ta’ Ġunju 2013 il-Grupp ta’ Tmexxija wasal għall-konklużjoni li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, u l-applikant jista’ jiġi rikonoxxut mill-Kummissjoni bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni Ewropea, abbażi tal-evidenza dokumentata kollha sottomessa, ivvalutat jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, u tqis li NEPCon, id-Danimarka, Guldsmedgade 34, 1, 8000 Århus C, tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
NEPCon, id-Danimarka, Guldsmedgade 34, 1, 8000 Århus C, hija rikonoxxuta bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010.
Artikolu 2
Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent huwa inkarigat li jiżgura li l-applikant u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha jiġu notifikati b’din id-Deċiżjoni, u li din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Magħmula fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
(2) ĠU L 115, 27.4.2012, p. 12.
|
8.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Marzu 2014
li tirrikonoxxi lil Bureau Veritas Certification Holding SAS bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam
(2014/C 103/06)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea fil-21 ta’ Diċembru 2012 irċeviet applikazzjoni għar-rikonoxximent mingħand Bureau Veritas Certification Holding SAS, li tiddikjara li għandha l-intenzjoni li taħdem bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ fl-Istati Membri kollha. |
|
(2) |
L-applikant issottometta aġġornament dwar l-applikazzjoni tiegħu fit-22 ta’ Jannar 2013. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 363/2012 tat-23 ta’ Frar 2012 dwar ir-regoli proċedurali għar-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ kif previst fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (2), il-Kummissjoni Ewropea bagħtet l-applikazzjoni għall-konsultazzjoni lill-Istati Membri kkonċernati fid-9 ta’ Lulju 2013. Fi żmien l-iskadenza statutorja ta’ xahar ma wasal l-ebda kumment. |
|
(4) |
Fit-12 ta’ Settembru 2013 fi Brussell, saret laqgħa ta’ Grupp ta’ Tmexxija tal-Kummissjoni, imwaqqaf speċifikament biex jevalwa l-applikazzjonijiet għal organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ, fejn l-applikant stess ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 363/2012, l-applikant intalab jipprovdi informazzjoni addizzjonali b’email datata d-19 ta’ Ottubru 2013. |
|
(6) |
L-applikant ipprovda l-informazzjoni addizzjonali u l-kjarifika mitluba fil-25 ta’ Ottubru 2013. |
|
(7) |
Abbażi tad-dokumenti mressqa mill-applikant, fid-19 ta’ Diċembru 2013 il-Grupp ta’ Tmexxija wasal għall-konklużjoni li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, u li l-applikant jista’ jiġi rikonoxxut mill-Kummissjoni bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni Ewropea, abbażi tal-evidenza dokumentata kollha sottomessa, ivvalutat jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 u tqis li Bureau Veritas Certification Holding SAS, France, 67-71 Boulevard du Château 92200 Neuilly-sur-Seine; Nru tal-Identifikazzjoni 775 690 621 R.C.S. Nanterre, tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Bureau Veritas Certification Holding SAS, France, 67-71 Boulevard du Château 92200 Neuilly-sur-Seine; Nru tal-Identifikazzjoni 775 690 621 R.C.S. Nanterre, hija rikonoxxuta bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010.
Artikolu 2
Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent huwa inkarigat li jiżgura li l-applikant u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha jiġu notifikati b’din id-Deċiżjoni, u li din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
(2) ĠU L 115, 27.4.2012, p. 12.
|
8.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Marzu 2014
li tagħraf lil Control Union Certification B.V., il-Pajjiżi l-Baxxi, bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam
(2014/C 103/07)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-6 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjon Ewropea rċeviet applikazzjoni għall-għarfien mingħand Control Union Certification B.V., il-Pajjiżi l-Baxxi, li tiddikjara li għandhom l-intenzjoni li jaħdmu bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ fl-Istati Membri. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għarfet il-wasla tal-applikazzjoni fil-6 ta’ Ġunju 2012. |
|
(3) |
Biex tikkonforma mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 363/2012 tat-23 ta’ Frar 2012 dwar ir-regoli proċedurali għar-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ kif previst fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (2), il-Kummissjoni Ewropea bagħtet l-applikazzjoni għall-konsultazzjoni lill-Istati Membri kkonċernati fil-31 ta’ Ottubru 2012. Fi żmien xahar, il-perjodu ta’ skadenza li kien ġie stabbilit waslu kummenti mingħand il-Ġermanja, Franza, l-Isvezja u l-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 363/2012, l-applikant intalab jipprovdi informazzjoni addizzjonali permezz ta’ posta elettronika li ġġib id-data tat-30 ta’ Jannar 2013. |
|
(5) |
L-applikant ta l-informazzjoni addizzjonali mitluba u applikazzjoni riveduta fil-25 ta’ Frar 2013. |
|
(6) |
Fl-14 ta’ Marzu 2013, fi Brussell saret laqgħa ta’ Grupp ta’ Tmexxija tal-Kummissjoni, imwaqqaf speċifikament biex jevalwa l-applikazzjonijiet għal organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ, fejn l-applikant ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu hu stess, fiżikament. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 363/2012, l-applikant intalab jipprovdi informazzjoni addizzjonali u kjarifiki f’email datata l-5 ta’ April 2013. |
|
(8) |
L-applikant ta l-informazzjoni addizzjonali u l-kjarifiki mitluba fit-3 ta’ Mejju 2013. |
|
(9) |
It-tielet talba għal informazzjoni addizzjonali u kjarifika f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 363/2012 ntbagħtet lill-applikant permezz ta’ posta elettronika li ġġib id-data tat-18 ta’ Lulju 2013. |
|
(10) |
L-applikant wieġeb għall-mistoqsijiet u ta l-informazzjoni addizzjonali mitluba permezz ta’ posta elettronika li ġġib id-data tat-3 ta’ Settembru 2013. |
|
(11) |
L-aħħar talba għal informazzjoni addizzjonali u kjarifika f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 363/2012 ntbagħtet lill-applikant permezz ta’ posta elettronika li ġġib id-data tal-4 ta’ Diċembru 2013. |
|
(12) |
L-applikant wieġeb għall-mistoqsijiet u ta informazzjoni rilevanti bħala prova għat-tweġibiet permezz tal-posta elettronika li ġġib id-data tal-4 ta’ Diċembru 2013. |
|
(13) |
Abbażi tad-dokumenti mressqa mill-applikant, fl-19 ta’ Diċembru 2013 il-Grupp ta’ Tmexxija wasal għall-konklużjoni li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, u l-applikant jista’ jiġi magħruf mill-Kummissjoni bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni Ewropea, abbażi tal-evidenza dokumentata kollha mressqa, ivvalutat jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, u tqis li Control Union Certification B.V., il-Pajjiżi l-Baxxi, Meeuwenlaan 4-6, 8011 BZ Zwolle, tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Control Union Certification B.V., il-Pajjiżi l-Baxxi, Meeuwenlaan 4-6, 8011 BZ Zwolle, qed tingħaraf bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010.
Artikolu 2
Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent huwa inkarigat li jiżgura li l-applikant u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha jiġu notifikati b’din id-Deċiżjoni, u li din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
(2) ĠU L 115, 27.4.2012, p. 12.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/13 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2014/C 103/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
“PESCABIVONA”
Nru tal-KE: IT-PGI-0005-01139-31.07.2013
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem
“Pescabivona”
2. Stat membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
L-isem “Pescabivona” jindika frott tal-erba' ekotipi ta' ħawħ li joriġinaw miż-żona tal-produzzjoni fejn jiġu żviluppati:
Murtiddara jew Primizia Bianca, Bianca, Agostina, Settembrina
Meta dan il-frott, l-IĠP “Pescabivona”, jinħareġ għall-konsum, irid jikkonforma mar-regoli li hemm fis-seħħ dwar it-tqegħid fis-suq tal-ħawħ u n-nettarin u jrid jkollu dawn il-kwalitajiet:
|
— |
ħawħ tal-għadma mwaħħla b'polpa bajda soda f'forma sferoida b'kulur bażiku tal-qoxra abjad-isfar-aħdar, bi sfumaturi ħomor fuq il-wiċċ (l-ekotip Settembrina għandu strixxa ħamra twila tul il-linja tas-sutura). |
|
— |
estensjoni limitata ta' sfumatura ħamra li tkopri mhux aktar minn 50 % tal-qoxra tal-frotta. |
|
— |
il-valuri minimi tal-karatteristiċi kimiċi u fiżiċi għandhom ikunu kif qed jidhru fit-tabella ta' hawn taħt għal kull ekotip. |
|
Ekotip |
Solidi li jinħallu |
Il-proporzjon bejn is-solidi li jinħallu/l-aċidità titrabbli |
Il-konsistenza tal-polpa |
|
Murtiddara jew Primizia Bianca |
> 10 |
> 1,20 |
> 3 |
|
Bianca |
> 10 |
> 1,20 |
> 3 |
|
Agostina |
> 10 |
> 1,20 |
> 3 |
|
Settembrina |
> 10 |
> 1,20 |
> 3,5 |
Solidi li jinħallu espressi f''°Bx; Il-proporzjon bejn is-solidi li jinħallu/l-aċidità titrabbli espress f'°Bx/meq f'100 ml Il-konsistenza tal-polpa mkejla b'ponta ta' 8 mm u espressa f'kg/0,5 cm2
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji kollha ta' produzzjoni, mill-produzzjoni sal-ħsad, għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-tikketta għandha tinkludi l-kliem “indicazione geografica protetta”, is-simbolu tal-Unjoni Ewropea u l-logo li jidentifika l-prodott bħala l-“Pescabivona” kif qed jidher hawn taħt, kollox fl-istess erja viżwali.
Jistgħu jsiru referenzi għall-marki kummerċjali sakemm dawn jkunu iżgħar mil-logo tal-“Pescabivona”, ma għandhomx sinifikat ta' tifħir u li ma jiżgwidawx lill-konsumatur.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ta' produzzjoni tal-IĠP “Pescabivona” hi magħmula partijiet tal-muniċipalità ta' Bivona (AG) u l-muniċipalitajiet biswit bħalma huma Alessandria della Rocca (AG), S. Stefano Quisquina (AG), S. Biagio Platani (AG) u Palazzo Adriano (PA).
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tinsab fil-qalba ta' Sqallija u hi kkaratterizzata minn art b'għoljiet u muntanji, protetta minn qatgħa ta' qċaċet ta' muntanji tal-Monti Sicani u l-baċir tal-ilmijiet tax-xmara Magazzolo. Matul il-ħarifa, ix-xitwa, u r-rebbiegħa, il-klima hi sottili, u t-temperaturi baxxi tax-xitwa jipprovdu l-livell ġust ta' kesħa, u s-sjuf huma nexfin u sħan ħafna. F'termini pedoloġiċi, iż-żona hija kkaratterizzata mill-preżenza ta' regosoli, ħamrija kannella u vertisoli. Il-ħamrija hija minn medja sa fonda, poruża, permeabbli, u fiha materja minn kemxejn alkalina sa materja newtrali organika.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-karatteristiċi distintivi tal-“Pescabivona” huma t-tifrix limitat tal-isfumatura ħamra fuq il-qoxra, li tkopri anqas minn 50 % tal-wiċċ, u l-ħlewwa u l-fermezza tal-polpa hija akkumpanjata minn propozjon kbir ta' bejn iz-zokkor u l-aċidi. Il-perjodu ta' maturazzjoni tal-erba' ekotipi hu bejn l-ewwel nofs ta' Ġunju u l-aħħar ta'' Ottubru.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)
L-applikazzjoni biex tiġi rikonoxxuta l-IĠP “Pescabivona” hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tal-prodott, li l-konsumaturi jassoċjaw mal-kulur tagħha, bħalma hi l-firxa limitata tal-isfumatura ħamra li tkopri inqas minn 50% tal-qoxra, bit-togħma tagħha, li hi partikolarment pjaċevoli minħabba l-ħlewwa minn propozjon kbir ta' bejn iz-zokkor u l-aċidi, bil-polpa b'konsistenza notevoli tagħha. Id-distribuzzjoni tal-perjodi ta' maturazzjoni għall-erba' ekotipi tippermetti l-produzzjoni ta' frott ta' kwalità għolja meta l-provista u l-kwalità ta' ħawħ jonqsu prinċipalment minħabba l-kondizzjonijiet klimatiċi.
Il-koltivazzjoni tal-ħawħ fiż-żona ġeografika tmur lura għas-snin ħamsin meta tħawlu l-ewwel ġonna tal-frott fit-tramuntana tar-reġjun ta' Bivona bl-użu tal-aħjar varjetajiet lokali kkoltoltivati minn żerriegħa bħala materja ta' propagazzjoni. Fost ix-xtieli differenti, waħda minnhom kienet ta' preġju partikolari u ssemmiet “Agostina” minħabba l-perjodu ta' maturazzjoni [Awwissu]. Maż-żmien, bis-saħħa tal-adegwatezza taż-żona ġeografika għat-tkabbir tal-ħawħ, l-agrikolturi għażlu t-tliet ekotipi l-oħra: Murtiddara u Bianca għall-maturazzjoni f'nofs l-istaġun, u Settembrina għall-maturazzjoni aħħarija.
Hemm ukoll fatturi kulturali oħrajn li jgħinu nifhmu r-rabta bejn il-“'Pescabivona” u ż-żona ġeografika. L-istorja, it-tradizzjonijiet, u l-ekonomija taż-żona ġeografika, huma influwenzati mir-reputazzjoni tal-“'Pescabivona”. Prova ta' dan hija r-reazzjoni pożittiva tal-konsumaturi għall-festival li jinżamm kull sena sa mill-1984 f'Bivona, fil-letteratura xjentifika u l-istampa. L-artiklu “A Bivona c’è una pesca a polpa bianca che…”, (ippubblikat fir-rivista “L’informatore Agrario” – Verona, XXXVIII (24), 1982) jindika l-“Pescabivona” bħala waħda fost il-ħawħ prinċipali b'polpa bajda ta' Sqallija li bis-saħħa tal-karatteristiċi organolettiċi tiegħu kapaċi jissupplixxi ċertu suq fl-ibliet il-kbar ta' Sqallija. L-artiklu “‘Vecchie’ varietà per una nuova peschicoltura in Sicilia” (Supplemento all’Informatore Agrario 27/2006), fid-deskrizzjoni tiegħu tal-karatteristiċi tal-ħawħ Sqalli fil-konfront ta' kultivari internazzjonali, isemmi l-ekotipi proprji tal-“Pescabivona” u jagħti xhieda tal-isforz li jagħmlu l-agrikolturi biex jippromwovu l-varjetajiet indiġeni. Fl-aħħar nett, artikli ppubblikati f'rivisti turistiċi jsemmu dedikazzjoni ta' din iż-żona ta' Sqallija għat-tkabbir tal-ħawħ filwaqt li jispjegaw l-importanza ta' din il-frotta fiż-żona kollha ta' Bivona - mlaqqma “il-kapitali tal-ħawħ” - li lilha l-“Pescabivona” taf id-denominazzjoni u r-reputazzjoni tagħha ((Terre del vino, “Ha il sapore dell’autunno la pesca di Bivona”, paġna 80, il-Ħarġa 10, Ottubru 2007; laRepubblica.it - “In gita a Bivona per fare un pieno di pesche doc”tal-24.08.2012; http://www.lafrecciaverde.it - “Agroalimentare: Pescabivona-una storia nata lungo il Magazolo, tal-20.11.2010).
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5, paragrafu 7, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))
It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit elettroniku li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
Jew
billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it), jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” (il-parti ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u wara jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.
|
8.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/16 |
Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50 (2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2014/C 103/09)
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
TALBA GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikolu u l-oġġetti tal-ikel (2)
TALBA GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“CROTTIN DE CHAVIGNOL”/“CHAVIGNOL”
Nru tal-KE: FR-PDO-0217-01004-15.06.2012
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda
|
— |
☐ |
Isem il-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☐ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta maż-żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Rekwiżiti nazzjonali |
|
— |
☐ |
Oħrajn [għandhom jiġu speċifikati] |
2. Tip ta’ emenda/i
|
— |
☐ |
Emenda tad-dokument uniku jew tas-sommarju |
|
— |
☒ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrata, li għaliha la d-dokument uniku u lanqas is-sommarju ma ġew ippubblikati |
|
— |
☒ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma għandhiex bżonn emendi tad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
|
— |
☐ |
Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta minn miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi [l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006] |
3. Emenda (emendi):
Deskrizzjoni tal-prodott
Il-kjarifiki magħmula għandhom l-għan li jippreżervaw il-karatteristiċi tal-prodott u jipprevjenu l-abbużi:
|
— |
Ġie ppreċiżat l-karattru tat-taħlita tal-baqta, bi predominanza lattika. |
|
— |
Il-forma tal-“Crottin de Chavignol”/“Chavignol” ġiet speċifikata (truf ittondjati, id-dijametru tan-nofs huwa akbar mid-dijametru ta’ fuq u ta’ isfel). Dan huwa r-riżultat tat-tidwir obbligatorju fil-forom. |
|
— |
Il-materja xotta u l-kontenut tax-xaħam għandhom importanza kbira ħafna fuq il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott. B’hekk ir-rata ta’ solidi totali hija stabbilita (bejn 37 g u 45 g għal kull ġobna). |
|
— |
Kien meħtieġ li jiġi stabbilit piż massimu tal-ġobniet (90g) peress li l-piż jaffettwa wkoll il-proċess ta’ maturazzjoni (u għalhekk il-karatteristiċi organolettiċi) permezz tar-relazzjoni bejn il-wiċċ u l-volum. |
It-tip ta’ ġobon imsejjaħ “repassé” (qawwi) huwa introdott minħabba l-prattika ta’ ċerti raffinaturi u bdiewa produtturi li għażlu li jżidu t-tul ta’ maturazzjoni ta’ ċerti ġobnijiet, lil hinn mill-ispeċifikazzjonijiet, bl-implimentazzjoni ta’ għarfien tradizzjonali ta’ maturazzjoni f’post magħluq. Għalkemm dan jirrigwarda biss proporzjon żgħir tal-“Crottin de Chavignol”/“Chavignol” li jitqiegħed fis-suq, l-assoċjazzjoni xtaqet tikkjarifika din il-possibbiltà fl-ispeċifikazzjonijiet biex titkompla din il-prattika li għandha influwenza pożittiva fuq it-togħma tal-ġobon. Il-karatteristiċi tal-ġobon li jirriżultaw huma deskritti hekk: il-lewn jista’ jiskura, u saħansitra jsir kannella, u l-qalba tal-ġobna titfarrak aktar malajr.
Prova tal-oriġini
Rigward il-bidliet leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali, it-taqsima “Provi li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika” ġiet ikkonsolidata u partikolarment tiġbor l-obbligi ta’ rappurtar u żamma ta’ reġistri dwar it-traċċabbiltà tal-prodott u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni. Il-kontroll tal-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini huwa organizzat permezz ta’ pjan ta’ kontroll imħejji minn korp ta’ spezzjoni.
Metodu ta’ produzzjoni
Huwa ddikjarat li l-merħla għandha tkun magħmula biss mill-mogħoż tar-razza Alpina sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017. Il-mogħża komuni ta’ Sancerre li, storikament kienet dejjem preżenti, illum għebet. Ir-razza Alpina hija l-aktar waħda li tixbahha, kemm mill-aspett morfoloġiku, kif ukoll minħabba l-produttività baxxa tagħha u l-kapaċità tagħha li tadatta għal ambjent tal-għoljiet miżgħuda bl-arbuxelli. Ir-razez l-oħrajn ta’ mogħoż ta’ daqs ikbar u ta’ produttività ogħla, huma adattati għaż-żoni tal-pjanura u mhumiex adattati għall-art aktar imħarbta taż-żona tad-denominazzjoni. L-użu ta’ din ir-razza jikkorrispondi għall-użu li kien jeżisti fiż-żona ġeografika meta ġiet rikonoxxuta d-denominazzjoni tal-oriġini fl-1976 iżda li dak iż-żmien ma kinitx ġiet ikkodifikata.
Biex jiġi żgurat li tinżamm ekosistema favorevoli għall-preżenza ta’ mikroflora naturali fil-ħalib u għal benesseri aħjar tal-annimali, ġew iddefiniti r-rekwiżiti minimi tas-sodod tat-tiben u taż-żoni għal eżerċizzju għal kull mogħża. Għalhekk mill-1 ta’ Jannar 2017, il-mogħoż li jgħixu b’mod permanenti fil-maqjel għandu jkollhom sodda tat-tiben ta’ mill-inqas 2 m2 għal kull mogħża, u l-mogħoż li joħorġu jirgħu irid ikollhom sodda tat-tiben ta’ mill-inqas 1,5 m2, u l-mogħoż li jkollhom żona ta’ eżerċizzju għandu jkollhom sodda tat-tiben ta’ mill-inqas 1,5 m2 u żona għall-eżerċizzju ta’ mill-inqas 1,5 m2.
Ir-regoli tal-għalf tal-merħla ġew speċifikati:
|
— |
Il-foraġġ oħxon ingħata post ċentrali fl-għalf tal-merħliet biex tissaħħaħ ir-rabta maż-żona ġeografika permezz ta’ din id-dieta li ġejja mit-territorju. Il-foraġġ jirrappreżenta mill-inqas 50 % tal-materja niexfa tar-razzjon ta’ kuljum u huwa magħmul minn tal-inqas 70 % ħaxix, tiben jew tiben irrumblat. Mhux permess li jingħata foraġġ maħżun fis-sajlo lill-mogħoż. Biex tkun żgurata provvista ta’ foraġġ lill-irziezet, l-aktar f’każ ta’ rebbiegħa umda il-foraġġ irrumblat huwa permess, iżda limitat għal massimu ta’ 50 % tal-materjal niexef li jittiekel kuljum. Il-foraġġ għandu jkun kollu prodott fiż-żona ġeografika tal- “Crottin de Chavignol”/“Chavignol” sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017. |
|
— |
L-ikel li jikkumplimenta l-foraġġ magħmul minn konċentrat u/jew deidrat jirrappreżenta mhux aktar minn 50 % tal-materjal niexef tar-razzjon ta’ kuljum u jikkonsisti f’materja prima inkorporabbli ddefinita skont lista pożittiva. Mill-inqas nofsha trid tkun prodotta fiż-żona ġeografika. |
|
— |
B’hekk, b’kollox, mill-inqas 75 % tal-materjal niexef tar-razzjon tal-għalf totali ta’ kuljum mogħti lill-merħla li tipproduċi l-ħalib għandu jkun prodott fiż-żona ġeografika sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017. |
|
— |
Barra minn hekk, iddaħħlet dispożizzjoni dwar l-erja ta’ mergħat disponibbli għar-razzett: sal-1 ta’ Jannar 2017, l-erja ta’ mergħat minima attwalment użata fis-sena għall-għalf tal-merħla tal-mogħoż għandha tkun ta’ ettaru għal kull 12-il mogħża u għandha tkun fiż-żona ġeografika. L-erja ta’ ħaxix tar-razzett għandha tkun mill-inqas ettaru għal kull 24 mogħża. Biex jintlaħaq dan ir-rekwiżit, wieħed jista’ madankollu jixtri foraġġ li jkun ġej miż-żona ġeografika. F’dan il-każ, erja ekwivalenti hija stabbilita fuq il-bażi ta’ erba’ tunnellati ta’ materja niexfa = ettaru ta’ mergħat. Din l-ekwivalenza hija limitata għal nofs il-konsum annwali tal-merħla. |
Huwa speċifikat li l-ħalib użat huwa ħalib tal-mogħża sħiħ, mhux omoġenizzat, u li ma jkunx għadda minn trattamenti bis-sħana. B’hekk il-flora mikrobika naturali tal-ħalib tibqa’ ppreżervata. Il-perjodu ta’ ħażna tal-ħalib huwa qasir, peress li l-ħalib ikollu jintuża fi żmien 24 siegħa mill-aħħar taħlib.
Iż-żieda tat-tames hija fformulata tajjeb u l-karattru mħallat bi predominanza lattika tal-baqta huwa ppreżervat. Il-prematurazzjoni għandha l-għan li timmultiplika l-flora ta’ aċidifikazzjoni tal-ħalib. Peress li din it-teknika taż-żieda tat-tames teħtieġ ċerta preċiżjoni, inħasset il-ħtieġa li jiġu rregolati t-temperatura u l-ħin.
Il-proċess ta’ qabel it-tqattir fuq it-tila segwit mit-tqattir fil-forma konika, b’mill-inqas tidwira waħda, hija fażi essenzjali tal-proċess tal-manifattura tal-“Crottin de Chavignol”/“Chavignol”. Din taffettwa l-istruttura u l-għamla tal-ġobon.
Il-konservazzjoni bl-iffriżar tal-baqta huwa awtorizzat u jsir biex jikkumplimenta l-isforzi biex tinfirex il-produzzjoni u tintlaħaq id-domanda fix-xitwa fl-istaġun tal-festi tal-aħħar tas-sena. Il-proċess ta’ qabel it-tqattir fuq it-tila huwa kompatibbli mal-konservazzjoni bl-iffriżar tal-baqta. L-istudji wrew li din il-konservazzjoni bl-iffriżar tal-baqta ma taffettwax il-karatteristiċi organolettiċi tal-ġobon meta l-inkorporazzjoni mill-ġdid ta’ baqta ffriżata tkun limitata għal 50 %. It-tul ta’ żmien ta’ ħażna tal-baqta ffriżata huwa limitat għal 15-il xahar biex jiġi evitat kull riskju ta’ denaturazzjoni tal-baqta ffriżata waqt il-ħażna. Il-ġobon li jsir mill-baqta ffriżata ma jkunx jista’ jinkludi t-terminu “fermier” (prodott fir-razzett) jew kwalunkwe indikazzjoni oħra li tissuġġerixxi li dan ġie prodott fir-razzett. Il-kjarifika magħmula tikkorrispondi għall-prattiki attwali.
Il-kundizzjonijiet tat-tmelliħ ġew speċifikati: it-tmelliħ isir bil-melħ xott, fil-massa jew fil-wiċċ. Din il-prattika tippermetti adattament tajjeb għall-kwantità ta’ melħ li wieħed għandu juża skont kif jiżviluppaw il-karatteristiċi tal-baqta.
It-tkattir permezz ta’ flora kumplessa tal-wiċċ huwa permess (ħmira u moffa). Din hija flora ta’ maturazzjoni jew tal-wiċċ li tikkonsisti fi flora naturali preżenti fil-ħalib mhux maħdum, flora li żviluppata fis-sera tal-ġobon u flora kummerċjali mir-razza tal-moffa tat-tip Geotrichum jew Penicillum u mir-razza tal-ħmira.
L-ispeċifikazzjonijiet mogħtija qabel fihom żball peress li jingħad li ż-żmien ta’ maturazzjoni jibda jgħodd minn meta l-ġobon jinħareġ mill-forma, filwaqt li fit-test nazzjonali korrispondenti kienet saret referenza għall-jum ta’ manifattura (li għall-operaturi jfisser il-jum tat-tqegħid fil-forma). Biex tiġi ċċarata d-dispożizzjoni, huwa propost li jiġi speċifikat li l-perjodu ta’ maturazzjoni jibda jgħodd mid-data li fiha l-ġobon jitqiegħed fil-forma. Fi kwalunkwe każ dan ma jfissirx li dan iż-żmien tnaqqas.
Il-maturazzjoni għandha rwol importanti ħafna fl-iżvilupp tal-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott. Ir-rapidità u l-kundizzjonijiet ta’ tnixxif (temperatura ta’ aktar minn 10 °C u umdità relattiva ta’ iktar minn 70 %) jippermettu li jiġi rregolat l-impjant tal-flora tal-wiċċ li tiddetermina l-bqija tal-maturazzjoni. Fażi oħra, li l-parametri tagħha jitħallew għad-diskrezzjoni tal-produttur tal-ġobon ħlief għall-obbligu ta’ temperatura pożittiva, twassal biex il-ġobon jimmatura u jsir “qawwi”. F’dan il-każ, wara fażi ta’ maturazzjoni konvenzjonali li twassal biex il-qoxra tal-ġobon issir kemmxejn fil-blu, il-ġobon jimmatura f’ambjent magħluq.
Huwa permess perjodu ta’ ħażna f’inqas minn 10 °C (iżda f’temperatura pożittiva) għal massimu ta’ 72 siegħa biex il-ġobon mhux immaturat ikun jista’ jinġabar mir-raffinaturi.
Tikkettar
Kull ġobna, jew lott ġobon, għandu jkollhom tikketta bil-kitba obbligatorja li diġà kienet definita.
L-inklużjoni tas-simbolu AOP (DPO) tal-Unjoni Ewropea fuq it-tikketta hija obbligatorja u l-logo “INAO” għandu jitneħħa.
Żdiedu kjarifiki rigward l-użu tad-denominazzjoni kif ukoll dwar il-kwalifiki permessi fuq it-tikketti, ir-reklamar, il-fatturi u d-dokumenti kummerċjali.
Rekwiżiti nazzjonali
Hija inkluża tabella li turi l-punti ewlenin li għandhom ikunu kkontrollati.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikolu u l-oġġetti tal-ikel (3)
“CROTTIN DE CHAVIGNOL”/ “CHAVIGNOL”
Nru tal-KE: FR-PDO-0217-01004-15.06.2012
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem
“Crottin de Chavignol”/“Chavignol”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3 — Ġobnijiet
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1
Il-ġobon bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Crottin de Chavignol”/“Chavignol” huwa prodott mill-koagulazzjoni lattika tal-ħalib tal-mogħża mhux ipproċessat u sħiħ, biż-żieda ta’ ammont żgħir ta’ tames. Il-baqta titħalla tqattar fuq it-tila. L-inqas perjodu ta’ maturazzjoni huwa ta’ għaxart ijiem mid-data li fiha l-ġobon jitqiegħed fil-forma. Għandu qoxra rqiqa ta’ lewn l-avorju bi jew mingħajr moffa bajda jew blu, li tista’ ssir aktar skura, saħansitra kannella, fil-każ tal-ġobon “qawwi”: dan il-ġobon qawwi huwa miksi b’peniċillum blu u mmaturat f’ambjent magħluq li jagħmel il-qalba tal-ġobon ratba tant li titfarrak faċilment. Il-“Crottin de Chavignol”/“Chavignol” għandu forma tonda ċatta u kemmxejn tonda fit-truf. Ix-xifer ġej għat-tond. Id-dijametru ċentrali huwa akbar minn dak ta’ fuq u ta’ isfel.
Il-ġobon “Crottin de Chavignol”/“Chavignol” għandu l-karatteristiċi analitiċi li ġejjin:
|
— |
it-total ta’ materjal xott huwa bejn 37 g u 45 g f’kull ġobna; |
|
— |
ix-xaħam huwa minimu ta’ 45 % tal-materjal xott; |
|
— |
il-piż meta joħroġ mill-azjenda huwa ta’ bejn is-60 g u d-90 g. |
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-ħalib użat għandu jkun ġej minn merħla magħmula biss minn mogħoż tar-razza Alpina sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017.
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
Il-foraġġ jirrappreżenta mill-inqas 50 % tal-materjal xott tar-razzjon ta’ kuljum u huwa magħmul minn mill-inqas 70 % ħaxix, tiben jew tiben irrumblat.
It-tiben irrumblat huwa limitat għal massimu ta’ 50 % tal-materjal xott tal-foraġġ mikul kuljum. Il-foraġġ maħżun fis-sajlos huwa pprojbit.
Il-foraġġ għandu jkun prodott kollu fiż-żona ġeografika sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017.
L-għalf li jikkumplimenta l-foraġġ magħmul minn konċentrati u/jew deidrati jirrappreżenta massimu ta’ 50 % tal-materjal niexef tar-razzjon ta’ kuljum u huwa magħmul minn materja prima inkorporabbli definita skont lista pożittiva.
Mill-inqas nofsu jrid ikun prodott fiż-żona ġeografika.
Għalhekk, mill-inqas 75 % tal-materja niexfa tar-razzjon ta’ ikel totali ta’ kuljum mogħti lill-merħla tal-ħalib għandha tkun prodotta fiż-żona ġeografika definita fil-punt 4 hawn taħt sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017.
Barra minn hekk, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017, l-erja minima ta’ mergħat użata effettivament kull sena għall-ikel tal-merħla tal-mogħoż hija ta’ ettaru għal kull 12-il mogħża u għandha tkun fiż-żona ġeografika definita fil-punt 4 hawn taħt. L-erja ta’ mergħat għall-azjendi għandha tkun mill-inqas ta’ ettaru għal kull 24 mogħża. Biex jintlaħaq dan ir-rekwiżit, ix-xiri ta’ foraġġ miż-żona ġeografika huwa madankollu awtorizzat. F’dan il-każ, erja ekwivalenti hija ddeterminata abbażi ta’ erba’ tunnellati ta’ materjal niexef = ettaru ta’ mergħat. Din l-ekwivalenza hija limitata għal nofs il-konsum annwali tal-merħla.
3.5. L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika indikata
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-manifattura u l-maturazzjoni tal-ġobnijiet iseħħu fiż-żona indikata fil-punt 4 li ġej.
3.6. Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.
Xejn
3.7. Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar
It-tikketta ta’ kull ġobna jew lott ġobon bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Crottin de Chavignol”/“Chavignol” għandha tinkludi:
|
— |
isem id-denominazzjoni tal-oriġini miktub b’ittri b'daqs tal-anqas ekwivalenti għal żewġ terzi tad-daqs tal-akbar ittri li jidhru fuq it-tikketta, |
|
— |
il-kliem “appellation d’origine protégée” (denominazzjoni protetta tal-oriġini), |
|
— |
is-simbolu AOP (DPO) tal-Unjoni Ewropea. |
Minbarra l-informazzjoni li l-ġobniet kollha jrid ikollhom fuqhom skont il-liġi, fuq it-tikketta, fir-reklamar, fuq il-fatturi jew fuq id-dokumenti kummerċjali huwa pprojbit l-użu ta’ kwalunkwe deskrizzjoni jew indikazzjoni oħra li takkumpanja din id-denominazzjoni tal-oriġini, għajr:
|
— |
għal marki kummerċjali jew marki ta’ produzzjoni partikolari; |
|
— |
għal kwalifiki ta’ maturazzjoni. |
Kull ġobon mibjugħ permezz ta’ intermedjarju għandu jkollu tikketta individwali.
L-isem “Crottin de Chavignol”/“Chavignol” segwit bil-kliem “Appellation d'origine protégée” (denominazzjoni protetta tal-oriġini) għandu jidher fuq il-fatturi u d-dokumenti kummerċjali b’mod obbligatorju.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-manifattura u l-maturazzjoni tal-ġobnijiet iseħħu fiż-żona ġeografika li testendi fir-reġjun agrikolu tal-Pays-Fort ta’ Sancerre u ż-żoni ġirien, magħmula mill-muniċipalitajiet fid-dipartimenti li ġejjin:
— id-dipartiment ta’ Cher:
Il-muniċipalitajiet kollha fil-gruppi ta’ bliet ta’: Aix-d'Angillon, Baugy, La Chapelle-d'Angillon, Henrichemont, Léré, Levet, Mehun-sur-Yèvre, Nérondes, Saint-Doulchard, Saint-Martin-d'Auxigny, Sancergues, Sancerre, Vailly-sur-Sauldre.
U l-muniċipalitajiet li ġejjin: Argent-sur-Sauldre, Aubigny-sur-Nère, Blancafort, Bourges, Bussy, Cerbois, Civray, Corquoy, Lantan, Lazenay, Limeux, Lunery, Mareuil-sur-Arnon, Morthomiers, Nançay, Neuvy-sur-Barangeon, Oizon, Osmery, Plou, Poisieux, Preuilly, Primelles, Quincy, Raymond, Saint-Denis-de-Palin, Saint-Florent-sur-Cher, Saint-Germain-des-Bois, Saint-Laurent, Serruelles, Le Subdray, Villeneuve-sur-Cher, Vouzeron.
— id-dipartiment ta’ Loiret:
Il-muniċipalitajiet kollha fil-grupp ta’ bliet ta’ Châtillon-sur-Loire.
U l-muniċipalitajiet li ġejjin: Bonny-sur-Loire, Cerdon, Coullons, Faverelles, Ousson-sur-Loire, Poilly-lès-Gien, Saint-Brisson-sur-Loire, Saint-Martin-sur-Ocre, Thou.
— id-dipartiment ta’ Nièvre:
Il-muniċipalitajiet kollha fil-gruppi ta’ bliet ta’: Cosne-Cours sur Loire Nord u Cosne-Cours sur Loire Sud :
U l-muniċipalitajiet li ġejjin: Arquian, Bulcy, Donzy, Garchy, La Charité-sur-Loire, Mesves-sur-Loire, Narcy, Pouilly-sur-Loire, Raveau, Saint-Andelain, Saint-Laurent-l'Abbaye, Saint-Martin-sur-Nohain, Saint-Quentin-sur-Nohain, Suilly-la-Tour, Saint-Vérain, Tracy-sur-Loire, Varennes-lès-Narcy.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika hija kkonċentrata fir-reġjun agrikolu tal-Pays-Fort ta’ Sancerre u jestendi fir-reġjuni ġirien: Champagne berrichonne, Coteaux de la Loire u Sologne, ikkaratterizzati minn mergħat fuq art taflija u taflija-franka, adattati għall-ikel tal-mogħoż.
Storikament din iż-żona kienet żona agrikola fqira, fejn l-irziezet li kienu jiżirgħu diversi uċuħ, foraġġ, dwieli u frott u jrabbu xi ftit annimali żgħar li jixtarru, żviluppaw produzzjoni ta’ mogħoż għall-għajxien. F’dawn l-irziezet, it-trobbija tal-mogħoż kif ukoll l-ipproċessar tal-ġobon kien isir min-nisa. Il-prattika tal-proċess ta’ qabel it-tqattir kien mezz kif in-nisa tal-lokal kienu jeħilsu ftit mill-biċċa xogħol ta’ tqegħid fil-forma billi jipposponu dan il-kompitu biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb il-qadjiet domestiċi tagħhom jew ikomplu x-xogħol li ma kien jonqos qatt f’dawn it-tipi ta’ rziezet b’diversi bhejjem u diversi ħxejjex x’jitkabbru.
Il-kelma “crottin” jidher li ġejja mill-kelma oriġinali ta’ Berry “crot” li tfisser toqba u li tirreferi għax-xtut tax-xmajjar fejn in-nisa kienu jmorru jaħslu l-ħwejjeġ tagħhom. L-art taflija li kienet iddawwar dawn il-“crots” kienet tintuża mill-bdiewa biex jagħmlu l-fuħħar u għall-ewwel kienu jagħmlu lampi taż-żejt żgħar imbagħad bdew jużawha għall-forom tal-ġobon żgħir.
Għalhekk it-trobbija tal-mogħoż u l-valorizzazzjoni tal-ġobon kienu jikkostitwixxu sa mis-Seklu Sittax riżorsa addizzjonali għall-bdiewa fiż-żona ġeografika. Fl-azjendi agrikoli u vitikulturali ta’ Berry, dawn il-ġobnijiet żgħar spiss kienu jittieklu fl-għelieqi jew fil-vinji mill-ħaddiema. Skont l-istaġuni u l-abbundanza jew in-nuqqas ta’ ħalib, il-“Crottin de Chavignol”/“Chavignol” kien ikun fih il-moffa bajda jew blu, u saħansitra kien isir “qawwi” fix-xitwa.
It-tekniki ta’ produzzjoni tal-lum ġejjin minn dawk li kienu jintużaw fil-passat. Il-ġobon jinkiseb permezz tal-koagulazzjoni bi predominanza lattika tal-ħalib tal-mogħoż sħiħ u mhux ipproċessat, biż-żieda ta’ kwantità żgħira ta’ tames. Waqt il-manifattura, il-baqta għandha titħalla tqattar fuq it-tila. Il-baqta mbagħad titqiegħed fil-forma konika ta’ daqs stabbilit, u jiddawwar mill-inqas darba waħda fil-forma. Il-maturazzjoni ddum mill-inqas għaxart ijiem f’temperatura u umdità kkontrollati. Il-fażi fl-għeluq għall-ġobon tat-tip “qawwi” tikkumplimenta ż-żmien minimu ta’ maturazzjoni.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott
Il-“Crottin de Chavignol”/“Chavignol” huwa ġobon magħmul minn ħalib mhux ipproċessat u sħiħ tal-mogħża, ta’ daqs żgħir, f’għamla tonda u ċatta, u xi ftit imżaqqaq fin-nofs. Għandu qoxra rqiqa b’moffa bajda jew blu jew mingħajrha.
Il-ġobon tat-tip “qawwi” ikun miksi b’peniċillina blu u għandu l-qalba titfarrak ħafna.
5.3. Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP)
L-użu ta’ forma konika ta’ daqs stabbilit jagħti lill-“Crottin de Chavignol”/“Chavignol” il-forma karatteristika tiegħu aċċentwata minn tidwira li ssir f’nofs it-tqattir fil-forma. Il-forma tal-“Crottin de Chavignol”/“Chavignol” hija marbuta ukoll ma’ skema ta’ manifattura li jinvolvi fażi ta’ tqattir tal-baqta.
Il-fażi ta’ qabel it-tqattir, li tagħti lill-ġobon frisk il-kontenut ta’ umdità mistenni meta jinqala’ mill-forma, u l-forma (relazzjoni bejn il-piż u l-erja) jgħinu lill-flora ta’ maturazzjoni tagħti lill-“Crottin de Chavignol”/“Chavignol” il-karatteristiċi tiegħu. Il-forma hija wkoll marbuta mal-użu tal-forma li l-oriġini tagħha hija ppruvata lokalment.
Il-“Crottin de Chavignol”/“Chavignol” huwa ukoll ikkaratterizzat mid-diversità tad-dehra tiegħu (qoxra rqiqa, b’moffa bajda jew blu, sa kannella għat-tip ta’ ġobon “qawwi”).
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))
https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCChavignol.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(4) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.