ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI |
|
2014/C 095/01 |
||
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 095/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Kawża COMP/M.7158 — GlencoreXstrata/Sumitomo/Clermont JV) ( 1 ) |
|
2014/C 095/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Kawża COMP/M.7107 — Cordes & Graefe/Pompac/Comafranc) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 095/04 |
|
V Avviżi |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 095/05 |
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI
1.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/1 |
FTEHIM INTERISTITUZZJONALI
tat-12 ta’ Marzu 2014
bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-trasmissjoni lil u t-trattament mill-Parlament Ewropew ta’ informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill dwar kwistjonijiet apparti dawk fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni
(2014/C 95/01)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 14(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jipprevedi li l-Parlament Ewropew, flimkien mal-Kunsill, għandu jeżerċita funzjonijiet leġislattivi u baġitarji u li għandu jeżerċita funzjonijiet ta’ kontroll u konsultazzjoni politika kif stabbilit fit-Trattati. |
(2) |
L-Artikolu 13(2) tat-TUE jipprevedi li kull istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, u f’konformità mal-proċeduri, il-kondizzjonijiet u l-finijiet stabbiliti fihom. Dik id-dispożizzjoni tipprevedi wkoll li l-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw kooperazzjoni sinċiera reċiproka. L-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, inter alia, għandhom jagħmlu arranġamenti għall-kooperazzjoni tagħhom u li, għal dak il-għan, huma jistgħu, f’konformità mat-Trattati, jikkonkludu ftehimiet interistituzzjonali li jistgħu jkunu ta’ natura vinkolanti. |
(3) |
It-Trattati u, kif adatt, dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn jipprevedu li jew fil-kuntest ta’ proċedura leġislattiva speċjali jew skont proċeduri oħrajn ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, il-Kunsill għandu jikkonsulta jew jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew qabel jadotta att legali. It-Trattati jipprevedu wkoll li, f’ċerti każijiet, il-Parlament Ewropew għandhu jiġi informat dwar il-progress jew ir-riżultati ta’ proċedura partikolari jew ikun involut fl-evalwazzjoni jew l-iskrutinju ta’ ċerti aġenziji tal-Unjoni. |
(4) |
B’mod partikolari, l-Artikolu 218(6) tat-TFUE jistipula li, minbarra meta ftehim internazzjonali huwa relatat esklużivament mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehimiet konċernati wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew jew ikun ikkonsultah; il-ftehimiet internazzjonali kollha ta’ dan it-tip li mhumiex relatati esklużivament mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni huma għaldaqstant koperti minn dan il-Ftehim Interistituzzjonali. |
(5) |
L-Artikolu 218(10) TFUE jistipula li l-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċedura; dik id-dispożizzjoni tapplika wkoll għal ftehimiet relatati mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni. |
(6) |
F’każijiet fejn l-implimentazzjoni tat-Trattati u, kif adatt, ta’ dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn, tkun teħtieġ aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill, l-arranġamenti adatti li jirregolaw tali aċċess għandhom jiġu miftehma bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. |
(7) |
Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jagħti aċċess lill-Parlament Ewropew għal informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, huwa jieħu deċiżjonijiet ad hoc għal dak il-għan, jew juża l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u d-difiża (1) (minn issa ’l quddiem il-“Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Novembru 2002”), kif adatt. |
(8) |
Id-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli dwar ir-responsabbiltà politika (2), li saret meta ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (3), tiddikjara li r-Rappreżentant Għoli ser jirrieżamina u fejn meħtieġ jipproponi biex jiġu aġġustati d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għall-Membri tal-Parlament Ewropew għal dokumenti u informazzjoni klassifikati fil-qasam tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (jiġifieri l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Novembru 2002). |
(9) |
Huwa importanti li l-Parlament Ewropew ikun assoċjat mal-prinċipji, l-istandards u r-regoli għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata li huma meħtieġa sabiex jitħarsu l-interessi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew ser ikun f’pożizzjoni li jipprovdi informazzjoni klassifikata lill-Kunsill. |
(10) |
Fil-31 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta Deċiżjoni 2011/292/UE dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (4) (minn hawn ’il quddiem “ir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill”). |
(11) |
Fis-6 ta’ Ġunju 2011, il-Bureau tal-Parlament Ewropew adotta Deċiżjoni dwar ir-regoli li jirregolaw it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew (5) (minn hawn ’il quddiem “ir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew”). |
(12) |
Ir-regoli ta’ sigurtà tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni għandhom flimkien jikkostitwixxu qafas ġenerali komprensiv u koerenti fl-Unjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata, u għandhom jiżguraw l-ekwivalenza tal-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi. Il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbiliti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew u fir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill għandhom għaldaqstant ikunu ekwivalenti. |
(13) |
Il-livell ta’ protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni klassifikata skont ir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew għandu jkun ekwivalenti għal-livell mogħti lill-informazzjoni klassifikata taħt ir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill. |
(14) |
Is-servizzi rilevanti tas-Segretarjat tal-Parlament Ewropew u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ser jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li jiġu applikati livelli ekwivalenti ta’ protezzjoni għall-informazzjoni klassifikata fiż-żewġ istituzzjonijiet, |
(15) |
Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għal: ir-regoli eżistenti u futuri dwar l-aċċess għad-dokumenti adottati f’konformità mal-Artikolu 15(3) TFUE; ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali adottati f’konformità mal-Artikolu 16(2) TFUE; ir-regoli dwar id-dritt ta’ inkjesta tal-Parlament Ewropew adottati f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 226 TFUE; u d-dispożizzjonijiet rilevanti relatati mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), |
FTEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għan u kamp ta’ applikazzjoni
Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-arranġamenti li jirregolaw it-trasmissjoni lil u t-trattament mill-Parlament Ewropew ta’ informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill, dwar kwistjonijiet apparti dawk fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, li hija rilevanti sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista’ jeżerċita s-setgħat u l-funzjonijiet tiegħu. Dan jikkonċerna, b’ mod partikolari, l-kwistjonijiet kollha bħal dawn:
(a) |
proposti soġġetti għal proċedura leġislattiva speċjali jew għal proċedura oħra ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet skont liema l-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat jew huwa mitlub jagħti l-kunsens tiegħu; |
(b) |
ftehimiet internazzjonali li dwaru l-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat jew mitlub jagħti l-kunsens tiegħu skont l-Artikolu 218(6) TFUE; |
(c) |
direttivi ta’ negozjar għal ftehimiet internazzjonali msemmijin fil-punt (b); |
(d) |
attivitajiet, rapporti ta’ evalwazzjoni jew dokumenti oħrajn li dwarhom il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat; u |
(e) |
dokumenti dwar l-attivitajiet ta’ dawk l-aġenziji tal-Unjoni li l-Parlament Ewropew għandu jkun involut fl-evalwazzjoni jew l-iskrutinju tagħhom. |
Artikolu 2
Definizzjoni ta’ “informazzjoni klassifikata”
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “informazzjoni klassifikata” għandha tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, jew dawn kollha:
(a) |
“Informazzjoni klassifikata tal-UE” (IKUE) kif definita fir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew u fir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill u li jkollha waħda mill-marki ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà li ġejjin:
|
(b) |
informazzjoni klassifikata mogħtija lill-Kunsill mill-Istati Membri u li jkollha marka nazzjonali ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għal waħda mill-marki ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà użati għall-IKUE elenkati fil-punt (a); |
(c) |
informazzjoni klassifikata mogħtija lill-Unjoni Ewropea minn Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jkollha marka ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għal waħda mill-marki ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà użati għall-IKUE elenkati fil-punt (a), kif hemm previst fil-ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew l-arranġamenti amministrattivi rilevanti. |
Artikolu 3
Protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata
1. Il-Parlament Ewropew għandu jipproteġi, f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tiegħu u ma’ dan il-Ftehim, kwalunkwe informazzjoni klassifikata mogħtija lilu mill-Kunsill.
2. Minħabba li għandha tinżamm ekwivalenza bejn il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fir-regoli ta’ sigurtà rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew għandu jiżgura li l-miżuri ta’ sigurtà fis-seħħ fil-bini tiegħu jistgħu jkollhom livell ta’ protezzjoni għall-informazzjoni klassifikata ekwivalenti għal dak mogħti lil tali informazzjoni fil-bini tal-Kunsill. Is-servizzi rilevanti tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jikkooperaw mill-qrib għal dan il-għan.
3. Il-Parlament Ewropew għandu jieħu l-miżuri adatti biex jiżgura li informazzjoni klassifikata mogħtija lilu mill-Kunsill ma għandhiex:
(a) |
tintuża għal finijiet minbarra dawk li għalihom ingħata aċċess; |
(b) |
tingħata lil persuni li mhumiex dawk li ngħatalhom aċċess f’konformità mal-Artikoli 4 u 5, jew issir pubblika; |
(c) |
tiġi rilaxxata lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħrajn tal-Unjoni, jew lil Stati Membri, Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali mingħajr ma jkun ingħata kunsens bil-miktub minn qabel mill-Kunsill. |
4. Il-Kunsill jista’ jagħti lill-Parlament Ewropew aċċess għal informazzjoni klassifikata li toriġina f’istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħrajn tal-Unjoni, jew fi Stati Membri, Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali biss jekk ikun ingħata kunsens bil-miktub minn qabel mill-oriġinatur.
Artikolu 4
Sigurtà tal-persunal
1. L-aċċess għal informazzjoni klassifikata għandha tingħata lill-Membri tal-Parlament Ewropew f’konformità mal-Artikolu 5(4).
2. Meta l-informazzjoni kkonċernata hija klassifikata fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL, SECRET UE/EU SECRET jew TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET jew l-ekwivalenti tiegħu, jista’ jingħata aċċess biss lill-Membri tal-Parlament Ewropew awtorizzati mill-President tal-Parlament Ewropew:
(a) |
li jkunu ngħataw approvazzjoni tas-sigurtà f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew; jew |
(b) |
li dwarhom tkun saret notifika minn awtorità nazzjonali kompetenti li huma debitament awtorizzati permezz tal-funzjonijiet tagħhom f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. |
Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn l-informazzjoni kkonċernata hija klassifikata fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew l-ekwivalenti tiegħu, l-aċċess jista’ jingħata ukoll lil dawk il-Membri tal-Parlament Ewropew determinati f’konformità mal-Artikolu 5(4) li ffirmaw dikjarazzjoni solenni ta’ segretezza f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew. Il-Kunsill għandu jkun infurmat bl-ismijiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew li ngħataw aċċess skont dan is-subparagrafu.
3. Qabel ma jingħataw aċċess għal informazzjoni klassifikata, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu infurmati fil-qosor dwar u jirrikonoxxu r-responsabbiltajiet tagħhom li jipproteġu tali informazzjoni f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew, u għandhom jiġu infurmati dwar il-mezzi biex tiġi żgurata tali protezzjoni.
4. L-aċċess għal informazzjoni klassifikata għandu jingħata biss lil dawk l-uffiċjali tal-Parlament Ewropew u impjegati oħra tal-Parlament li jaħdmu għall-gruppi politiċi li:
(a) |
nħatru minn qabel bħala li jeħtieġu li jkunu infurmati mill-korp jew uffiċjal parlamentari determinati f’konformità mal-Artikolu 5(4); |
(b) |
ingħataw approvazzjoni tas-sigurtà għal-livell adatt f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew meta l-informazzjoni hija klassifikata fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL, SECRET UE/EU SECRET jew TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET jew l-ekwivalenti tiegħu; u |
(c) |
ingħataw informazzjoni fil-qosor u rċevew struzzjonijiet bil-miktub dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom li jipproteġu tali informazzjoni kif ukoll dwar il-mezzi li jiżguraw tali protezzjoni, u li ffirmaw dikjarazzjoni fejn jirrikonoxxu li rċevew dawk l-istruzzjonijiet u li jimpenjaw rwieħhom li jaderixxu magħhom f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew. |
Artikolu 5
Proċedura għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata
1. Il-Kunsill għandu jagħti l-informazzjoni klassifikata msemmija fl-Artikolu 1 lill-Parlament Ewropew meta jkun obbligat legalment li jagħmel dan, skont it-Trattati jew atti legali adottati abbażi tat-Trattati. Il-korpi jew uffiċjali parlamentari msemmija fil-paragrafu 3 jistgħu wkoll jippreżentaw talba bil-miktub għal tali informazzjoni.
2. F’każijiet oħrajn, il-Kunsill jista’ jagħti l-informazzjoni klassifikata msemmija fl-Artikolu 1 lill-Parlament Ewropew, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba bil-miktub mingħand wieħed mill-korpi jew uffiċjali parlamentari msemmija fil-paragrafu 3.
3. Il-korpi jew uffiċjali parlamentari li ġejjin jistgħu jippreżentaw talbiet bil-miktub lill-Kunsill:
(a) |
il-President; |
(b) |
il-Konferenza tal-Presidenti; |
(c) |
il-Bureau; |
(d) |
il-President(i) tal-kumitat(i) konċernat(i); |
(e) |
ir-relatur(i) konċernat(i). |
It-talbiet minn Membri oħra tal-Parlament Ewropew għandhom isiru permezz ta’ wieħed mill-korpi jew uffiċjali parlamentari msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Il-Kunsill għandu jwieġeb għal tali talbiet mingħajr dewmien.
4. Fejn il-Kunsill ikun taħt obbligu legali li, jew ikun iddeċieda li jagħti lill-Parlament Ewropew aċċess għal informazzjoni klassifikata, huwa għandu jiddetermina bil-miktub, qabel ma din l-informazzjoni tintbagħat, flimkien mal-korp jew l-uffiċjal rilevanti kif elenkat fil-paragrafu 3:
(a) |
li tali aċċess jista’ jingħata lil wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
kwalunkwe arranġament ta’ trattament speċifiku għall-protezzjoni ta’ tali informazzjoni. |
Artikolu 6
Reġistrazzjoni, ħżin, konsultazzjoni u diskussjonita’ informazzjoni klassifikata fil-Parlament Ewropew
1. Informazzjoni klassifikata pprovduta mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew, fejn din tkun klassifikata fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL, SECRET UE/EU SECRET jew TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET jew l-ekwivalenti tiegħu:
(a) |
għandha tiġi rreġistrata għal finijiet ta’ sigurtà biex jiġi rrekordjat iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħha u tiġi żgurata t-traċċabbiltà tagħha f’kull ħin; |
(b) |
għandha tinħażen f’żona sigura li tilħaq l-istandards minimi ta’ sigurtà fiżika stabbiliti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill u fir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew, li għandhom ikunu ekwivalenti; u |
(c) |
tista’ tiġi kkonsultata mill-Membri tal-Parlament Ewropew, uffiċjali tal-Parlament Ewropew u l-impjegati oħra tal-Parlament rilevanti li jaħdmu għall-gruppi politiċi msemmijin fl-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5(4) biss f’kamra sikura għall-qari ġewwa l-bini tal-Parlament Ewropew. F’dan il-każ, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
2. Informazzjoni klassifikata pprovduta mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew, fejn din tkun klassifikata fil-livell RESTREINT UE/EU RESTRICTED jew l-ekwivalenti tiegħu, għandha tiġi ttratata u maħżuna f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew li għandhom joffru livell ta’ protezzjoni għal tali informazzjoni klassifikata ekwivalenti għal dak tal-Kunsill.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, għal perijodu ta’ 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, informazzjoni klassifikata fil-livell RESTREINT UE/EU RESTRICTED jew l-ekwivalenti tiegħu għandha tiġi ttratata u maħżuna f’konformità mal-paragrafu 1. L-aċċess għal tali informazzjoni klassifikata għandha tkun irregolata mill-punti (a) u (c) tal-Artikolu 4(4) u mill-Artikolu 5(4).
3. L-informazzjoni klassifikata tista’ tiġi ttrattata biss fuq sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni li jkunu ġew debitament akkreditati jew approvati f’konformità ma’ standards ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill.
4. L-informazzjoni klassifikata mogħtija bil-fomm lil dawk li jirċevuha fil-Parlament Ewropew għandha tiġi soġġetta għal-livell ekwivalenti ta’ protezzjoni bħal dak mogħti lil informazzjoni klassifikata f’forma miktuba.
5. Minkejja l-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni klassifikata sal-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ekwivalenti tiegħu mogħtija mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew tista’ tiġi diskussa f’laqgħat li jsiru in camera u li għalihom jattendu biss il-Membri u dawk l-uffiċjali tal-Parlament Ewropew u impjegati oħrajn tal-Parlament li jaħdmu għall-gruppi politiċi u li ngħataw aċċess għall-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5(4). Għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
— |
id-dokumenti għandhom jitqassmu fil-bidu tal-laqgħa u jerġgħu jinġabru fl-aħħar; |
— |
id-dokumenti m’għandhom jiġu kkopjati bl-ebda mezz, bħall-fotokopji jew ritratti; |
— |
m’għandhomx jittieħdu noti; |
— |
l-ebda apparat ta’ komunikazzjoni elettronika ma jista’ jittieħed fil-kamra; u |
— |
il-minuti tal-laqgħa m’għandhomx isemmu d-diskussjoni dwar il-punt li jkun fih informazzjoni klassifikata. |
6. Meta jkunu jinħtieġu laqgħat biex tiġi diskussa informazzjoni klassifikata fil-livell SECRET UE/EU SECRET jew TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET jew l-ekwivalenti tiegħu għandhom jiġu miftiehma arranġamenti speċifiċi bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq bażi ta’ każ b’ każ.
Artikolu 7
Ksur tas-sigurtà, telf jew kompromess ta’ informazzjoni klassifikata
1. Fil-każ ta’ telf jew kompromess ipprovat jew issuspettat ta’ informazzjoni klassifikata mogħtija mill-Kunsill, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew għandu jinforma lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill b’dan immedjatament. Is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew għandu jmexxi investigazzjoni u għandu jinforma lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni u tal-miżuri li ttieħdu biex dan ma jerġax iseħħ. Fejn huwa kkonċernat Membru tal-Parlament Ewropew, il-President tal-Parlament Ewropew għandu jaġixxi flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew.
2. Kwalunkwe Membru tal-Parlament Ewropew li jkun responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew jew f’dan il-Ftehim jista’ jkun soġġett għal miżuri u penali skont ir-Regoli 9(2) u 152 sa 154 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew
3. Kwalunkwe uffiċjal tal-Parlament Ewropew jew impjegat ieħor tal-Parlament li jaħdem għal grupp politiku li jkun responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew jew f’dan il-Ftehim jista’ jkun soġġett għall-pieni stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjaliu l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill Regulation (KEE, Euratom, KEFA) No 259/68 (6).
4. Persuni li jkunu responsabbli għat-telf jew il-kompromess ta’ informazzjoni klassifikata jistgħu jkunu soġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u/jew legali f’konformità mal-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet finali
1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, min-naħa tagħhom, għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Huma għandhom jikkooperaw għal dan il-għan, b’mod partikolari billi jiġu organizzati żjarat biex tiġi sorveljata l-implimentazzjoni tal-aspetti tekniċi u ta’ sigurtà ta’ dan il-Ftehim.
2. Is-servizzi rilevanti tas-Segretarjat tal-Parlament Ewropew u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma waħda mill-istituzzjonijiet timmodifika r-regoli ta’ sigurtà rispettivi tagħha, sabiex jiġi żgurat li tinżamm l-ekwivalenza tal-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata.
3. L-informazzjoni klassifikata għandha tiġi pprovduta lill-Parlament Ewropew skont dan il-Ftehim ladarba l-Kunsill, flimkien mal-Parlament Ewropew, ikun iddetermina li tkun intlaħqet ekwivalenza bejn il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata fir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, minn naħa, u bejn il-livell ta’ protezzjoni mogħti għall-informazzjoni klassifikata fil-bini tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, min-naħa l-oħra.
4. Dan il-Ftehim jista’ jiġi rieżaminat fuq talba ta’ istituzzjoni waħda jew l-oħra fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tiegħu.
5. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell u fi Strasburgu, 12 ta’ Marzu 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 298, 30.11.2002, p. 1.
(3) ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.
(4) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.
(5) ĠU C 190, 30.6.2011, p. 2.
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
1.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/8 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Kawża COMP/M.7158 — GlencoreXstrata/Sumitomo/Clermont JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 95/02)
Fil-11 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7158. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
1.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/9 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Kawża COMP/M.7107 — Cordes & Graefe/Pompac/Comafranc)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 95/03)
Fit-18 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7107. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
1.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/10 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-31 ta’ Marzu 2014
(2014/C 95/04)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3788 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
142,42 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4659 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,82820 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,9483 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2194 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,2550 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,442 |
HUF |
Forint Ungeriż |
307,18 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1719 |
RON |
Leu Rumen |
4,4592 |
TRY |
Lira Turka |
2,9693 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4941 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5225 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,6973 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5952 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7366 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 465,98 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,5875 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,5754 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,6475 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 663,17 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4976 |
PHP |
Peso Filippin |
61,726 |
RUB |
Rouble Russu |
48,7800 |
THB |
Baht Tajlandiż |
44,709 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,1276 |
MXN |
Peso Messikan |
18,0147 |
INR |
Rupi Indjan |
82,5784 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
1.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/11 |
Avviż għall-attenzjoni ta' Malik Muhammad Ishaq li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 329/2014
(2014/C 95/05)
1. |
Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista mħejjija skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999). |
Il-lista mħejjija minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi lil:
— |
Al Qaida; |
— |
persuni naturali jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati mal-Al Qaida; kif ukoll |
— |
persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi proprjetà ta', jew li huma kkontrollati minn, jew li b'xi mod iservu ta' appoġġ lil kwalunkwe waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi. |
Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma'” Al-Qaida, jinkludu:
(a) |
il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn Al-Qaida jew minn kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnha jew derivat minnha, jew ta' atti jew attivitajiet li jsiru magħhom, taħt isimhom, f'isimhom jew b'appoġġ għalihom; |
(b) |
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat ma' kwalunkwe wieħed minnhom; |
(c) |
ir-reklutaġġ għal kwalunkwe wieħed minnhom; jew |
(d) |
xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom. |
2. |
Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fl-14 ta’ Marzu 2014 li jżid lil Malik Muhammad Ishaq mal-lista rilevanti. Malik Muhammad Ishaq jistà f'kull mument jissottometti talba lill-Ombudsman tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li jiġi inkluż fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej: |
United Nations - Office of the Ombudsperson |
Room TB-08041D |
New York, NY 10017 |
United States of America |
Tel: +12129632671 |
Faks: +12129631300/3778 |
Posta elettronika: ombudsperson@un.org |
Għal aktar tagħrif ara http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml.
3. |
Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 329/2014 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (3). L-emenda, magħmula skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Malik Muhammad Ishaq mal-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”). |
Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:
(1) |
l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew huma proprjetà ta' jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmlu disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi lil kwalunkwe mill-individwi u entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, sew jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (l-Artikoli 2 u 2a (4)); kif ukoll |
(2) |
il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3). |
4. |
L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprevedi proċedura ta' rieżami fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin mal-Anness I permezz tar-Regolament (UE) Nru 329/2014 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil: |
European Commission |
“Restrictive measures” |
Rue de la Loi/Wetstraat 200 |
B-1049 Bruxelles/ Brussel |
Belgium |
5. |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) Nru 329/2013 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
6. |
Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltàli jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat/i Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament. |
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.
(3) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(4) L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).
(5) L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).