ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.088.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 88

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
27 ta' Marzu 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2014/C 088/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 088/02

Rata tal-kambju tal-euro

5

2014/C 088/03

Il-wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

6

2014/C 088/04

Il-wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

7

2014/C 088/05

Il-wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2014/C 088/06

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali

9

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2014/C 088/07

Sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża E-10/13 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda (Nuqqas minn Stat ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu – Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid))

10

2014/C 088/08

Sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża E-9/13 – L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja (Nuqqas ta' Stat EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu – Direttiva tal-Kummissjoni 2010/48/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq

11

2014/C 088/09

Sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża E-11/13 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda (Nuqqas minn Parti Kontraenti li tissodisfa l-obbligi tagħha – Direttiva 2002/92/KE tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar medjazzjoni fl-assikurazzjoni)

12

2014/C 088/10

Sentenza tal-Qorti tas-27 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża E-6/13 – Metacom AG v Rechtsanwälte Zipper & Collegen (Libertà tal-avukati biex jipprovdu servizzi transfruntiera – Direttiva 77/249/KEE – Awtorappreżentanza – Ħtieġa ta' Notifika fil-liġi nazzjonali – Konsegwenzi ta' nuqqas ta' notifika)

13

2014/C 088/11

Sentenza tal-Qorti tas-6 ta' Diċembru 2013 fil-Kawża E-15/13 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda (Nuqqas minn Stat taż-ŻEE biex jissodisfa l-obbligi tiegħu – Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur)

14

2014/C 088/12

Sentenza tal-Qorti tas-6 ta' Diċembru 2013 fil-Kawża E-16/13 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda (Nuqqas minn Parti Kontraenti biex tissodisfa l-obbligi tagħha – Nuqqas ta' implimentazzjoni – Direttiva 2008/122/KE dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' ċerti aspetti ta' kuntratt ta' timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju)

15

2014/C 088/13

Sentenza tal-Qorti tas-6 ta' Diċembru 2013 fil-Kawża E-17/13 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda (Nuqqas minn Parti Kontraenti biex tissodisfa l-obbligi tagħha – Direttiva 2009/44/KE – Nuqqas ta' implimentazzjoni)

16

2014/C 088/14

Sentenza tal-Qorti tas-6 ta' Diċembru 2013 fil-Kawża E-18/13 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda (Nuqqas minn Parti Kontraenti biex tissodisfa l-obbligi tagħha – Direttiva 2001/81/KE – Nuqqas ta' implimentazzjoni)

17

2014/C 088/15

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Staatsgerichtshof des Fürstentums Liechtenstein datata d-29 ta' Ottubru 2013 fil-kawża tal-Casino Admiral AG vs. Wolfgang Egger (Kawża E-24/13)

18

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 088/16

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7153 – BNPP/LaSer) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

19

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 088/17

Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50 (2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

20

2014/C 088/18

Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50 (2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

25

 

Rettifika

2014/C 088/19

Rettifika għall-Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet (ĠU C 50, 21.2.2014)

30

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Marzu 2014

dwar Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships

2014/C 88/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292, flimkien mal-Artikoli 153 u 166 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Iż-żgħażagħ intlaqtu partikolarment ħażin matul il-kriżi. Ir-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ laħqu l-ogħla livelli storiċi fis-snin li għaddew f'diversi Stati Membri, mingħajr ebda sinjal ta' tnaqqis fuq medda qasira ta' żmien. It-trawwim tal-kapaċità għall-impjieg u tal-produttività taż-żgħażagħ huwa kruċjali biex jersqu lejn is-suq tax-xogħol.

(2)

Transizzjoni bla xkiel mill-edukazzjoni għall-impjieg hija kruċjali biex ittejjeb iċ-ċans taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. It-titjib tal-edukazzjoni taż-żgħażagħ u l-iffaċilitar tat-transizzjoni tagħhom lejn l-impjieg huma meħtieġa biex tinkiseb il-mira ewlenija tal-Ewropa 2020 li timmira li sal-2020 tilħaq rata ta' impjieg ta' 75 % tan-nisa u l-irġiel li għandhom bejn l-20 u l-64 sena. Il-linja gwida nru 8 dwar il-politika tax-xogħol tal-Istati Membri tistieden lill-Istati Membri biex iħaddmu skemi biex jgħinu liż-żgħażagħ u b'mod partikolari dawk li m'għandhomx impjieg, edukazzjoni jew taħriġ biex isibu impjieg inizjali, esperjenza ta' xogħol, jew aktar opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ, inklużi t-traineeships, u biex jintervjenu malajr meta ż-żgħażagħ jitilfu l-impjieg (1).

(3)

Matul dawn l-aħħar għoxrin sena, it-traineeships saru punt ta' dħul importanti fis-suq tax-xogħol.

(4)

Ser ikun hemm spejjeż soċjoekonomiċi jekk it-traineeships, partikolarment dawk ripetuti, jieħdu post l-impjieg regolari, partikolarment karigi ta' livell ta' dħul li s-soltu jiġu offruti lit-trainees. Barra minn hekk, traineeships ta' kwalità baxxa, speċjalment dawk bi ftit kontenut ta' tagħlim, ma jwasslux għal progress sinifikanti fil-produttività u lanqas ma fihom effetti li jibagħtu sinjal pożittiv. L-ispejjeż soċjali jistgħu jinħolqu wkoll b'rabta ma' traineeships mhux imħallsa li jistgħu jillimitaw l-opportunitajiet tal-karriera ta' dawk li ġejjin minn ambjent żvantaġġat.

(5)

Hemm evidenza li jeżistu rabtiet bejn il-kwalità tat-traineeship u l-eżitu tal-impjieg. Il-valur tat-traineeships biex titħaffef it-transizzjoni lejn l-impjieg jiddependi fuq il-kwalità tagħhom f'termini ta' kontenut tat-tagħlim u l-kondizzjonijiet tax-xogħol. It-traineeships ta' kwalità jġibu benefiċċji diretti ta' produttività, itejbu l-adattament tal-ħaddiema għas-suq tax-xogħol u jippromwovu l-mobbiltà, partikolarment billi jnaqqsu l-ispejjeż tat-tiftix u t-tqabbil kemm għall-intrapriżi kif ukoll għat-trainees.

(6)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (2) tistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha sal-età ta' 25 sena jirċievu offerta ta' impjieg ta' kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew traineeship fi żmien erba' xhur minn meta jispiċċaw qiegħda jew minn meta jitilqu l-edukazzjoni formali.

(7)

Minn diversi studji u stħarriġiet instab li l-problemi tal-kwalità jolqtu proporzjon sinifikanti ta' traineeships, b'mod partikolari dawk fejn ebda istituzzjoni edukattiva jew ta' taħriġ ma hija responsabbli direttament għall-kontenut tat-tagħlim u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tat-traineeship.

(8)

L-evidenza turi li għadd sinifikanti ta' trainees sempliċiment jintalbu jagħmlu xogħol ta' livell baxx. Traineeship ta' kwalità jrid joffri wkoll kontenut solidu u sinifikanti ta' tagħlim. Dan ifisser, fost l-oħrajn, l-identifikazzjoni tal-ħiliet speċifiċi li għandhom jinkisbu, superviżjoni u mentoraġġ tat-trainee, u monitoraġġ tal-progress tiegħu.

(9)

Ġew identifikati wkoll problemi fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, eż. sigħat twal ta' xogħol, nuqqas ta' kopertura mis-sigurtà soċjali, il-preżenza ta' riskji għas-saħħa u s-sigurtà jew okkupazzjonali, ftit jew ebda remunerazzjoni u/jew kumpens, nuqqas ta' ċarezza dwar ir-reġimi legali applikabbli, u tul ta' żmien tat-traineeship imtawwal iżżejjed.

(10)

Bħalissa t-traineeships mhumiex regolati f'xi Stati Membri u setturi u, fejn hemm r-regolamentazzjoni, hija varjata ħafna u tipprovdi elementi differenti ta' kwalità jew prattiki differenti ta' implimentazzjoni. Fin-nuqqas ta' qafas jew strument regolatorju, jew għax hemm nuqqas ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' kundizzjonijiet tax-xogħol għat-traineeships u l-kontenut ta' tagħlim tagħhom, ħafna minn dawk li joffru traineeships jistgħu jużaw lit-trainees bħala xogħol irħis jew saħansitra mhux imħallas.

(11)

Qafas ta’ Kwalità għat-traineeships jappoġġja t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kontenut ta' tagħlim tat-traineeships. L-element ewlieni tal-Qafas ta' Kwalità għat-traineeships huwa l-ftehim bil-miktub ta' traineeship li jindika l-għanijiet edukattivi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati, id-drittijiet u l-obbligi, u tul ta’ żmien raġonevoli għat-traineeships.

(12)

In-nuqqas ta' informazzjoni huwa waħda mill-kawżi ta' traineeships ta' kwalità baxxa u huwa problema ħafna aktar mifruxa għat-traineeships milli għal impjiegi regolari. Aktar rekwiżiti ta' trasparenza għal avviżi jew reklami ta' pożizzjonijiet ta' traineeship jgħinu biex jitjiebu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u jistimolaw il-mobbiltà transkonfinali.

(13)

L-imsieħba soċjali għandhom rwol ewlieni fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ politika u programmi ta' taħriġ. Il-kooperazzjoni bejn l-imsieħba soċjali, il-fornituri ta' servizzi ta' gwida dwar il-karriera tul il-ħajja u l-awtoritajiet rilevanti tista' timmira biex it-trainees jiġu pprovduti informazzjoni mmirata dwar l-opportunitajiet ta' karriera disponibbli u l-ħiliet meħtieġa fis-swieq tax-xogħol, kif ukoll dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tat-trainees. Barra minn hekk, l-imsieħba soċjali jistgħu jkollhom rwol fit-tħaffif tal-implimentazzjoni tal-Qafas ta’ Kwalità għat-traineeships, notevolment billi jfasslu u jagħmlu disponibbli ftehim mudell sempliċi u konċiż ta' traineeship, partikolarment għall-użu mill-mikrointrapriżi u maħsub għall-iskopijiet speċifiċi tagħhom. Fil-Qafas ta' Azzjonijiet tagħhom dwar l-Impjieg taż-Żgħażagħ ta' Lulju 2013, l-imsieħba soċjali Ewropej ħadu nota tal-ħsieb tal-Kummissjoni li tipproponi Rakkomandazzjoni tal-Kunsill f'dan il-qasam u ħabbru l-appoġġ tagħhom għall-azzjonijiet tal-Istati Membri bil-għan li jtejbu l-kwalità tat-traineeships.

(14)

Waħda mill-isfidi hija li tiżdied il-mobbiltà transkonfinali tat-trainees fl-Unjoni sabiex tgħin fit-trawwim ta' suq tax-xogħol Ewropew ġenwin. Id-diversità li teżisti fir-regolamenti tikkostitwixxi ostakolu għall-iżvilupp tal-mobbiltà transkonfinali tat-trainees. Barra minn hekk, f'xi każijiet, instab li l-ostakoli amministrattivi u legali għall-mobbiltà transkonfinali tat-trainees jaffettwaw diversi mill-Istati Membri destinatarji. F'dan il-kuntest, l-informazzjoni disponibbli dwar id-dritt tat-trainees għall-mobbiltà transkonfinali, b'mod partikolari d-drittijiet inklużi fid-Direttiva 2004/38/KE (3), hija importanti. Billi jipprovdi prinċipji u linji gwida biex jiswew ta' referenza, il-Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships ser jiffaċilita wkoll l-aċċess għat-traineeships transnazzjonali.

(15)

L-iżvilupp ta’ Qafas ta’ Kwalità għat-traineeships se jżid it-trasparenza. Barra minn hekk, huwa jista' jappoġġa estensjoni tal-EURES għal traineeships mħallsa, u b'hekk jiffaċilita l-mobbiltà.

(16)

Il-programmi tal-Istati Membri li jippromwovu u joffru traineeships jistgħu jiġu appoġġati finanzjarjament mill-Fondi Ewropej. Barra minn hekk, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ser tappoġġa t-traineeships fil-kuntest tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u żżomm fil-mira żgħażagħ mir-reġjuni tal-Unjoni l-aktar milquta mill-qgħad fost iż-żgħażagħ u kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2014-2020. Il-FSE kif ukoll l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ jistgħu jintużaw biex jiżdiedu l-għadd u l-kwalità tal-iskemi ta' traineeship tal-Istati Membri. Dan jinvolvi possibbiltà ta' kontribuzzjoni għall-ispejjeż tat-traineeships inkluża, skont ċerti kundizzjonijiet, parti mill-benefiċċju. Barra minn hekk, huma jistgħu wkoll jappoġġaw l-ispejjeż ta' forom oħra ta' taħriġ li t-trainees jistgħu jsegwu lil hinn mit-traineeship tagħhom, eż. korsijiet tal-lingwa.

(17)

Il-Kummissjoni nediet Programm speċifiku tal-FSE ta' Assistenza Teknika għall-Istati Membri biex jistabbilixxu skemi ta' traineeship bl-appoġġ tal-FSE. Dan il-Programm ta' Appoġġ jipprovdi pariri strateġiċi, operattivi u politiċi lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali li qed jikkunsidraw it-twaqqif ta' skemi ta' traineeship ġodda, jew il-modernizzazzjoni ta' skemi eżistenti.

(18)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar id-Djalogu Strutturat dwar l-Impjieg għaż-Żgħażagħ ta' Mejju 2011, il-Kunsill iddikjara li huwa mixtieq qafas ta' kwalità għall-internship sabiex jiġi garantit il-valur edukattiv ta' tali esperjenza.

(19)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2011 dwar “Promozzjoni tal-impjieg taż-żgħażagħ għall-kisba tal-objettivi Ewropa 2020” stiednu lill-Kummissjoni biex tipprovdi gwida dwar kundizzjonijiet għal traineeships ta' kwalità għolja permezz ta' qafas ta' kwalità għat-traineeships.

(20)

Fl-14 ta' Ġunju 2012 fir-Riżoluzzjoni tiegħu “Lejn irkupru għani fl-Impjiegi” il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni tippreżenta malajr kemm jista' jkun proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas ta' Kwalità għat-traineeships, u tiddefinixxi standards minimi li jappoġġaw l-għoti u t-twettiq ta' traineeships ta' kwalità għolja.

(21)

Il-Kunsill Ewropew tat-28-29 ta' Ġunju 2012 stieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li testendi l-portal tal-EURES għat-traineeships.

(22)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13-14 ta' Diċembru 2012 stiednu lill-Kummissjoni tiffinalizza malajr il-qafas ta' kwalità għat-traineeships.

(23)

Fil-Pakkett dwar l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ tas-6-7 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali dwar Qafas ta’ Kwalità għat-traineeships. Fit-tweġibiet tagħhom, l-imsieħba soċjali tal-UE informaw lill-Kummissjoni li ma kellhomx l-intenzjoni li jniedu negozjati għal ftehim awtonomu skont l-Artikolu 154 tat-TFUE.

(24)

Il-Kunsill Ewropew tas-27-28 ta' Ġunju 2013 kkonferma mill-ġdid li l-Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships għandu jkun stabbilit kmieni fl-2014.

(25)

Il-Qafas tal-Kwalità huwa punt ta’ referenza importanti għad-determinazzjoni ta’ dak li jikkostitwixxi offerta ta' kwalità tajba tat-traineeships skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għat-Twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ.

(26)

Skont l-Istħarriġ Annwali ta' Tkabbir 2014 huwa essenzjali għall-iffaċilitar tat-transizzjoni mill-iskola għax-xogħol, l-iktar b'żieda ta' disponibbiltà ta' skemi ta' xogħol u traineeships ta' kwalità tajba.

(27)

Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni, it-traineeships jfissru perijodu limitat ta' prattika ta' xogħol, imħallas jew le, li jinkludi komponent ta' tagħlim u taħriġ, li jsir biex tinkiseb esperjenza prattika u professjonali bil-għan li tittejjeb l-impjegabbiltà u tiġi ffaċilitata t-transizzjoni għal impjieg regolari.

(28)

Din ir-Rakkomandazzjoni ma tkoprix kollokamenti f'postijiet għall-esperjenza ta' xogħol li huma parti mill-kurrikula ta' edukazzjoni formali jew taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali. Traineeships li l-kontenut tagħhom huwa regolat skont il-liġi nazzjonali u li t-tlestija tagħhom hija rekwiżit obbligatorju għal aċċess għal professjoni speċifika (eż. mediċina, arkitettura, eċċ.) mhumiex koperti minn din ir-Rakkomandazzjoni.

(29)

Meta jiġu kkunsidrati n-natura u l-objettiv ta' din ir-Rakkomandazzjoni, hija ma għandhiex tiġi interpretata li xxekkel lill-Istati Membri milli jżommu jew jistabbilixxu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għat-trainees minn dawk rakkomandati.

B'DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:

1.

Itejbu l-kwalità tat-traineeships, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontenut tat-tagħlim u t-taħriġ u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, bil-għan li tiġi ffaċilitata t-transizzjoni mill-edukazzjoni, il-qgħad jew l-inattività għax-xogħol billi jħaddmu dawn il-prinċipji għal Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships fil-prattika:

Konklużjoni ta' ftehim bil-miktub għat-traineeships

2.

Jitolbu li t-traineeships jkunu bbażati fuq ftehim bil-miktub konkluż fil-bidu tat-traineeship bejn it-trainee u l-fornitur tat-traineeship;

3.

Jitolbu li l-ftehim ta' traineeship jindikaw l-objettivi edukattivi, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, jekk benefiċċju jew kumpens lit-trainee huwiex ipprovdut mill-fornitur tat-traineeship, u d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet skont il-liġi tal-UE u dik nazzjonali applikabbli, kif ukoll it-tul ta' żmien tat-traineeship, kif imsemmi fir-rakkomandazzjonijiet 4-12;

Objettivi ta' tagħlim u taħriġ

4.

Jippromwovu l-aħjar prattika fir-rigward tal-objettivi ta' tagħlim u taħriġ sabiex jgħinu lit-trainees jiksbu esperjenza prattika u ħiliet rilevanti; il-kompiti assenjati lit-trainee għandhom jippermettu li jinkisbu dawn l-objettivi;

5.

Jinkoraġġixxu lill-fornituri tat-traineeships jagħżlu superviżur għat-trainees li jiggwida lit-trainee fil-kompiti assenjati, jissorvelja u jivvaluta l-progress tiegħu;

Kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għat-trainees

6.

Jiżguraw li jiġu rispettati d-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tat-trainees skont il-liġi tal-UE u dik nazzjonali applikabbli, inklużi limiti għall-ħin massimu ta' xogħol fil-ġimgħa, il-perijodi minimi ta' mistrieħ ta' kuljum fil-ġimgħa u, fejn applikabbli, l-intitolamenti minimi ta' btala;

7.

Jinkoraġġixxu lill-fornituri tat-traineeships jiċċaraw jekk jipprovdux kopertura fir-rigward tal-assigurazzjoni tas-saħħa u kontra l-inċidenti kif ukoll il-leave minħabba mard;

8.

Jitolbu li l-ftehim ta' traineeship iċċara jekk tapplikax allowance jew kumpens, u jekk tapplika, l-ammont tagħha;

Drittijiet u obbligi

9.

Jinkoraġġixxu lill-partijiet ikkonċernati jiżguraw li l-ftehim ta' traineeship jistipula d-drittijiet u l-obbligi tat-trainee u l-fornitur tat-traineeship, inkluż, fejn rilevanti, l-politika tal-fornitur tat-traineeship dwar il-kunfidenzjalità u s-sjieda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

Tul ta' żmien raġonevoli

10.

Jiżguraw tul ta’ żmien raġonevoli tat-traineeships li, fil-prinċipju, ma jaqbiżx is-sitt xhur, għajr f'każijiet fejn tul ta' żmien itwal ikun iġġustifikat, meta titqies il-prattika nazzjonali;

11.

Jiċċaraw iċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom traineeship jista' jiġi estiż jew imġedded wara li jkun skada l-ftehim ta' traineeship inizjali;

12.

Jinkoraġġixxu l-prattika li fil-ftehim ta' traineeship jiġi speċifikat li kemm it-trainee kif ukoll il-fornitur tat-traineeship jistgħu jtemmu l-ftehim b'komunikazzjoni bil-miktub, li tagħti avviż minn qabel fi żmien xieraq fid-dawl tat-tul tat-traineeship u l-prattika nazzjonali rilevanti;

Għarfien xieraq tat-traineeships

13.

Jippromwovu r-rikonoxximent u l-validità tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul it-traineeships u jinkoraġġixxu lill-fornituri tat-traineeship biex jiċċertifikawhom, abbażi ta' valutazzjoni, permezz ta' ċertifikat;

Rekwiżiti ta' trasparenza

14.

Jinkoraġġixxu lill-fornituri tat-traineeships jinkludu fl-avviżi u r-reklami tagħhom dwar il-postijiet vakanti informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-traineeship, b’mod partikolari dwar jekk japplikawx benefiċċju u/jew kumpens u assigurazzjoni tas-saħħa u kontra l-inċidenti; jinkoraġġixxu lill-fornituri tat-traineeships jagħtu informazzjoni dwar il-politiki ta' reklutaġġ, inkluż il-proporzjon ta' trainees reklutati fl-aħħar snin;

15.

Jinkoraġġixxu lis-servizzi tal-impjieg u lil fornituri oħra ta' gwida tal-karriera biex japplikaw rekwiżiti ta' trasparenza, jekk jipprovdu informazzjoni dwar it-traineeships;

Traineeships transkonfinali

16.

Jiffaċilitaw il-mobbiltà transkonfinali tat-trainees fl-Unjoni Ewropea fost l-oħrajn, billi jiċċaraw il-qafas legali nazzjonali għat-traineeships u jistabbilixxu regoli ċari dwar l-ilqugħ tat-trainees minn Stati Membri oħra, u l-ibgħit tat-trainees lejn Stati Membri oħra u billi jnaqqsu l-formalitajiet amministrattivi;

17.

Jeżaminaw il-possibbiltà li jagħmlu użu tan-netwerk EURES estiż u li jagħmlu skambju ta’ informazzjoni dwar it-traineeships bi ħlas permezz tal-portal EURES;

Użu ta' Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment

18.

Jagħmlu użu tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, jiġifieri l-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, fil-perijodu ta' programmazzjoni tal-2014-2020, u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, fejn applikabbli, biex jiżdiedu l-għadd u l-kwalità tat-traineeships, inkluż permezz ta' sħubijiet effettivi mal-partijiet interessati rilevanti kollha;

Applikazzjoni ta' Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships

19.

Jieħdu miżuri adatti biex japplikaw il-Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships malajr kemm jista' jkun;

20.

Jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni sa tmiem l-2015 dwar il-miżuri li ttieħdu f'konformità ma' din ir-Rakkomandazzjoni;

21.

Jippromwovu l-involviment attiv tal-imsieħba soċjali fl-applikazzjoni tal-Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships;

22.

Jippromwovu l-involviment attiv tas-servizzi tal-impjieg, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-fornituri tat-taħriġ fl-applikazzjoni tal-Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships;

JINNOTA LI L-KUMMISSJONI GĦANDHA L-ĦSIEB LI:

23.

Trawwem il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra bil-għan li din ir-Rakkomandazzjoni tiġi applikata b'mod rapidu;

24.

Tissorvelja, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri u b'mod partikolari permezz tal-Kumitat tal-Impjiegi, il-progress fl-applikazzjoni tal-Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships skont din ir-Rakkomandazzjoni u tanalizza l-impatt tal-politika li hemm fis-seħħ;

25.

Tirrapporta dwar il-progress fl-applikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri;

26.

Taħdem mal-Istati Membri, l-imsieħba soċjali, is-servizzi tal-impjieg, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tat-trainees u partijiet interessati oħra biex tippromwovi din ir-Rakkomandazzjoni;

27.

Tħeġġeġ u tappoġġa lill-Istati Membri, inkluż permezz tal-promozzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattika bejniethom, biex jużaw il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew Fondi Ewropej oħra għall-perijodu ta' programmar 2014-2020 biex jiżdiedu l-għadd u l-kwalità tat-traineeships;

28.

Teżamina, flimkien mal-Istati Membri, il-possibbiltà li jiġu inklużi traineeships bi ħlas f'EURES, u tistabbilixxi paġna elettronika ddedikata rigward oqfsa legali nazzjonali għat-traineeships.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

I. VROUTSIS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Linji Gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-Impjiegi, 2010/707/EU tal-21.10.2010, (ĠU L 308, 24.11.2010, p.46).

(2)  ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.

(3)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta’ Marzu 2014

2014/C 88/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3791

JPY

Yen Ġappuniż

141,25

DKK

Krona Daniża

7,4651

GBP

Lira Sterlina

0,83360

SEK

Krona Żvediża

8,9032

CHF

Frank Żvizzeru

1,2216

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3320

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,459

HUF

Forint Ungeriż

312,27

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1803

RON

Leu Rumen

4,4717

TRY

Lira Turka

3,0445

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4934

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5398

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6995

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6018

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7479

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 482,41

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,7398

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,5631

HRK

Kuna Kroata

7,6645

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 736,96

MYR

Ringgit Malażjan

4,5498

PHP

Peso Filippin

61,857

RUB

Rouble Russu

48,8965

THB

Baht Tajlandiż

44,945

BRL

Real Brażiljan

3,1784

MXN

Peso Messikan

18,0986

INR

Rupi Indjan

82,8850


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/6


Il-wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2014/C 88/03

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Latvja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-Żona kollha tal-Euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jridu jkunu muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Il-Latvja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Riga – il-Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-2014

Id-deskrizzjoni tad-disinn: L-immaġni ċentrali tal-munita turi l-profil tal-belt ta' Riga u ċ-ċentru storiku tal-belt li ġiet inkluża fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Fin-naħa ta' fuq tal-immaġni, l-iskrizzjoni “EIROPAS KULTURAS GALVASPILSETA” (il-kapital Ewropew tal-kultura) u fin-naħa ta' isfel l-isem tal-belt iċċelebrata u s-sena tal-ħruġ “RIGA – 2014”, u taħt l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “LV”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li jridu joħorġu: miljun (1)

Id-data approssimattiva tal-ħruġ: Settembru 2014


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/7


Il-wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2014/C 88/04

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-Żona kollha tal-Euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jridu jkunu muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Il-Portugall

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: L-40 Anniversarju tar-Rivoluzzjoni tal-25 ta' April

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Iż-żewġ kurvi jirrappreżentaw il-forma ġenerali ta' qronfla, il-fjura li tissimbolizza l-moviment, li hija wkoll l-oriġini tal-isem tar-rivoluzzjoni. L-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “IL-PORTUGALL” u l-armi huma minquxa fin-naħa ta’ fuq tal-fjura. Iċ-ċentru tal-immaġini juri d-data tal-avveniment “25 DE ABRIL” (25 ta’ April) u fil-qiegħ jinkiteb in-numru ta’ snin imgħoddija mir-revoluzzjoni “40 ANOS” (40 sena) u s-sena tal-ħruġ “2014”. Il-forma tal-ittri u tan-numri hija ispirata fuq dawk użati f’kartelluni u informazzjoni politika oħra ta' appoġġ 40 sena ilu, bħala simbolu tal-perjodu ewforiku li kien hemm eżatt wara l-avveniment.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li jridu joħorġu:

Id-data tal-ħruġ: April 2014


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/8


Il-wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2014/C 88/05

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-Żona kollha tal-Euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jridu jkunu muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Il-Portugall

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-Sena Internazzjonali tal-Biedja mill-Familji

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Fil-parti ċentrali tad-disinn hemm rappreżentati għodod tipiċi li jintużaw fl-agrikoltura tradizzjonali, flimkien ma' prodotti tal-biedja: tiġieġa fiċ-ċentru, imdawwra minn qargħat ħomor, basket patata, u ħaxix u fjuri oħra. Fin-naħa tax-xellug, f'nofs ċirku, is-suġġett tal-kommemorazzjoni “AGRICULTURA FAMILIAR” (Biedja mill-Familji) u fin-naħa tal-lemin, f'nofs ċirku, l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ: “IL-PORTUGALL” segwit mis-sena tal-ħruġ “2014”. Fin-naħa ta' isfel tax-xellug il-marka taz-zekka “INCM”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li jridu joħorġu:

Id-data tal-ħruġ: Otturbru 2014


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/9


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

2014/C 88/06

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:

EPSO/AD/278/14 – Amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin:

(1)

Il-forensika diġitali

(2)

L-analiżi operattiva

L-avviż tal-kompetizzjonijiet huwa ppubblikat f'24 lingwa f’Il-Ġurnal Uffiċjali C 88 A tas-27 ta' Marzu 2014.

Għal aktar tagħrif ikkonsulta l-websajt tal-EPSO http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/


PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/10


SENTENZA TAL-QORTI

tal-15 ta’ Novembru 2013

fil-Kawża E-10/13

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda

(Nuqqas minn Stat ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu – Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid))

2014/C 88/07

Fil-Kawża E-10/13, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqset, fiż-żmien preskritt, milli tadotta miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni korretta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 (1) (a) - (d) u 2 (2) (a) - (b) tal-Att imsemmi fil-punt 21 b tal-Anness XVIII għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju għal opportunitajiet indaqs u trattament ugwali għan-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta' impjiegi u x-xogħol (tfassil mill-gdid), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll I tiegħu, l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligu tagħha skont l-Att, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Rapporteur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, taw is-sentenza tagħhom fil-15 ta' Novembru 2013, li l-parti operativa tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li, billi naqset milli timplimenta b'mod korrett l-Artikolu 2 (1) (a) - (d) u l-Artikolu 2 (2) (a) - (b) tal-Att imsemmi fil-punt 21 b tal-Anness XVIII mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dan l-Att.

(2)

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.


27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/11


SENTENZA TAL-QORTI

tal-15 ta’ Novembru 2013

fil-Kawża E-9/13

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja

(Nuqqas ta' Stat EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu – Direttiva tal-Kummissjoni 2010/48/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq

2014/C 88/08

Fil-Kawża E-9/13, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA v ir-Renju tan-Norveġja – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqset milli tadotta, jew tinnotifika lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA minnufih kull miżura meħtieġa sabiex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 16a tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/48/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt (fiż-żewġ każijiet ħlief għall-paragrafu 3 tal-Anness II għad-Direttiva dwar ċertifikati li jgħidu li vettura hija tajba għat-triq, li għandha tiġi implimentata biss sal-31 ta’ Diċembru 2013), ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Rapporteur), Imħallfin, taw is-sentenza tagħhom fil-15 ta' Novembru 2013, li l-parti operativa tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li billi naqset milli tadotta kull miżura meħtieġa sabiex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 16a tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/48/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt, (ħlief, fiż-żewġ każijiet, għall-paragrafu 3 tal-Anness II għad-Direttiva dwar iċ-ċertifikati li jgħidu li vettura hija tajba għat-triq, li għandha tiġi implimentata biss sal-31 ta’ Diċembru 2013), ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE.

(2)

Tordna lir-Renju tan-Norveġja biex iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.


27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/12


SENTENZA TAL-QORTI

tal-15 ta’ Novembru 2013

fil-Kawża E-11/13

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda

(Nuqqas minn Parti Kontraenti li tissodisfa l-obbligi tagħha – Direttiva 2002/92/KE tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar medjazzjoni fl-assikurazzjoni)

2014/C 88/09

Fil-Kawża E-11/13, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li, billi naqset milli timplimenta b'mod korrett l-Artikolu 9, paragrafi 1 u 2, u l-Artikolu 10 tal-Att imsemmi fil-punt 13 b tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar medjazzjoni fl-assikurazzjoni), kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw minn dak l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President u Imħallef-Rapporteur, Per Christiansen u Páll Hreinsson, Imħallfin, taw is-sentenza tagħhom fil-15 ta' Novembru 2013, li l-parti operativa hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li, billi naqset milli timplimenta b’mod korrett l-Artikolu 9, paragrafi 1 u 2, u l-Artikolu 10 tal-Att imsemmi fil-punt 13b fl-Anness IX mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt, l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE.

(2)

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.


27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/13


SENTENZA TAL-QORTI

tas-27 ta’ Novembru 2013

fil-Kawża E-6/13

Metacom AG v Rechtsanwälte Zipper & Collegen

(Libertà tal-avukati biex jipprovdu servizzi transfruntiera – Direttiva 77/249/KEE – Awtorappreżentanza – Ħtieġa ta' Notifika fil-liġi nazzjonali – Konsegwenzi ta' nuqqas ta' notifika)

2014/C 88/10

Fil-Kawża E-6/13, Metacom AG v Rechtsanwälte Zipper & Collegen – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja minn Fürstliche Landgericht des Fürstentums Liechtenstein (Il-Qorti Prinċipeska tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein), dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-22 ta' Marzu 1977 biex tiffaċilita l-eżerċizzju minn avukati tal-libertà li jipprovdu servizzi, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Rapporteur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, taw is-sentenza taħghom fis-27 ta' Novembru 2013, li l-parti operativa tagħha hi kif ġej:

(1)

Avukat li jressaq proċedimenti fl-isem tiegħu stess fi Stat ŻEE ieħor minbarra dak li huwa stabbilit fih jista' jserraħ fuq il-libertà li jipprovdi servizzi u d-Direttva 77/249/KEE jekk ikun qed jaġixxi fi kapaċità professjonali, u jekk l-ordni legali nazzjonali tal-Istat ospitanti jipprevedi li avukat jista' jaġixxi f'ismu stess fil-kapaċità ta' avukat fi proċedimenti legali.

(2)

Regola nazzjonali bħall-Artikolu 59 tal-Att dwar l-Avukati ta' Liechtenstein, li jistipula li avukat stabbilit fi Stat ŻEE ieħor huwa meħtieġ, fiċ-ċirkostanzi kollha u fuq inizjattiva proprja, mhux biss jipprovdi dokumentazzjoni biex jistabilixxi l-kwalifiki tiegħu, iżda wkoll li jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti qabel ma jipprovdi servizzi f'dak l-Istat, u biex iġedded in-notifika annwalment, hija kuntrarju għall-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 77/249/KEE u l-Artikolu 36 ŻEE.

(3)

Nuqqas ta' konformità ma' regola nazzjonali bħall-Artikolu 59 tal-Att dwar l-Avukati ta' Liechtenstein ma tistax tkun kunsiderazzjoni rilevanti fir-rigward tal-possibbiltà ta' ħlas għal spejjeż legali relatati mal-forniment transfruntier ta' servizzi minn avukat.


27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/14


SENTENZA TAL-QORTI

tas-6 ta' Diċembru 2013

fil-Kawża E-15/13

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda

(Nuqqas minn Stat taż-ŻEE biex jissodisfa l-obbligi tiegħu – Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur)

2014/C 88/11

Fil-kawża E-15/13, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li bin-nuqqas ta' adozzjoni, jew ta' notifika lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA minnufih bil-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att imsemmi f'punt 7d tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur), kif adattata mill-Ftehim bi Protokoll 1 tagħha, fiż-żmien preskritt, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, tat is-sentenza fis-6 ta' Diċembru 2013, li l-parti operattiva tagħha hija kif imiss:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att imsemmi f'punt 7d tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

(2)

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.


27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/15


SENTENZA TAL-QORTI

tas-6 ta' Diċembru 2013

fil-Kawża E-16/13

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda

(Nuqqas minn Parti Kontraenti biex tissodisfa l-obbligi tagħha – Nuqqas ta' implimentazzjoni – Direttiva 2008/122/KE dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' ċerti aspetti ta' kuntratt ta' timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju)

2014/C 88/12

Fil-Kawża E-16/13, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA vs Ir-Repubblika tal-Islanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att imsemmi fil-punt 7b tal-Anness XIX dwar il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar il-protezzjoni ta' konsumaturi fir-rigward ta' ċerti aspetti ta' kuntratti ta' timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju) kif adattata għall-Ftehim bi Protocol 1 tagħha, fiż-żmien preskritt, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, u Imħallef-Relatur, Per Christianses u Páll Hreinsson Imħallfin, tat is-sentenza tagħha fis-6 ta' Diċembru 2013, li l-parti operattiva tagħha hija s-segwenti:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li, billi naqset milli timplimenta b'mod korrett l-Att imsemmi f'punt 7b tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' ċerti aspetti ta' kuntratti ta' timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju) kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

2.

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/16


SENTENZA TAL-QORTI

tas-6 ta' Diċembru 2013

fil-Kawża E-17/13

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda

(Nuqqas minn Parti Kontraenti biex tissodisfa l-obbligi tagħha – Direttiva 2009/44/KE – Nuqqas ta' implimentazzjoni)

2014/C 88/13

Fil-kawża E-17/13 l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqqset, fiż-żmien preskritt li taddotta jew li tinnotifika lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA minnufih bil-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 2 tal-Att imsemmi f'punt 16b, l-ewwel inċiż, tal-Anness IX u punt 4, l-ewwel inċiż, ta' Anness XII tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, li hija Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità tas-saldu fil-ħlas u s-sistemi ta' pagament u titoli u Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu, kif adattata għall-Ftehim bi Protokol 1 tagħha, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 taż-ŻEE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur), u Páll Hreinsson Imħallfin, tat is-sentenza fis-6 ta' Diċembru 2013, li l-parti operattiva tagħha hija kif imiss:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f'punt 16b, l-ewwel inċiż, ta' Anness IX u punt 4, l-ewwel inċiż, ta' Anness XII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità tas-saldu fil-ħlas u s-sistemi ta' pagament u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu), kif adattati għall-Ftehim bi Protokol 1 tagħha, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqqset milli taddotta l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 2 tal-Att fiż-żmien preskritt.

(2)

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.


27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/17


SENTENZA TAL-QORTI

tas-6 ta' Diċembru 2013

fil-Kawża E-18/13

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda

(Nuqqas minn Parti Kontraenti biex tissodisfa l-obbligi tagħha – Direttiva 2001/81/KE – Nuqqas ta' implimentazzjoni)

2014/C 88/14

Fil-kawża E-18/13 l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqqset, fiż-żmien preskritt li taddotta jew li tinnotifika lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA minnufih bil-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att imsemmi f'punt 21ar tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, li hija Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, kif adattata għall-Ftehim bi Protokol 1 tagħha, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 taż-ŻEE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur), u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fis-6 ta' Diċembru 2013, li l-parti operattiva tagħha hija kif imiss:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f'punt 21ar tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet għal ċerti inkwinanti atmosferiċi) kif adattati għall-Ftehim bi Protokol 1 tagħha, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqqset milli taddotta l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt.

(2)

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.


27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/18


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Staatsgerichtshof des Fürstentums Liechtenstein datata d-29 ta' Ottubru 2013 fil-kawża tal-Casino Admiral AG vs. Wolfgang Egger

(Kawża E-24/13)

2014/C 88/15

Saret talba lill-Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra datata s-6 ta’ Novembru 2013 minn Staatsgerichtshof des Fürstentums Liechtenstein (il-Qorti tal-Istat tal-Prinċipat tal-Liechtenstein), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fit-8 ta’ Novembru 2013, għal opinjoni konsultattiva fil-kawża tal-Casino Admiral AG vs. Wolfgang Egger, dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

1.

X'inhuma r-rekwiżiti ġenerali tal-liġi taż-ŻEE u tal-liġi Ewropea (b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 49 KE u l-obbligi ta' trasparenza derivati minnhom) rigward il-proċedura għall-għoti ta' konċessjonijiet ta' każinòs?

2.

Il-liġi taż-ŻEE jew il-liġi Ewropea jirrikjedu li awtorità li tkun qed tfittex li tagħti konċessjoni tistqarr f'dak iż-żmien li fih tippubblika l-avviż tagħha għal sejħa tal-offerti, kif beħsiebha tissupplimenta u tispeċifika f'aktar dettall ir-rekwiżiti stabbiliti fl-att u fir-regolament?

3.

B'mod partikolari, fil-kuntest tal-proċedura tal-offerti, hemm obbligu ġenerali li jingħata avviż minn qabel tal-importanza relattiva li ser tingħata għall-kriterji ta' għoti meta tingħata l-konċessjoni? Jekk din il-mistoqsija titwieġeb b'iva, x'inhuma r-rekwiżiti li jimponu l-liġi taż-ŻEE u l-liġi Ewropea fir-rigward tas-sustanza tal-informazzjoni li għandha tingħata f'dak l-avviż minn qabel?

4.

Fil-każ preżenti, ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-liġi taż-ŻEE u tal-liġi Ewropea?

5.

Jekk il-Qorti tal-EFTA ssib li l-proċedura tal-offerti ma kinitx konformi mar-rekwiżiti tal-liġi taż-ŻEE u tal-liġi Ewropea:

(a)

Il-liġi taż-ŻEE u l-liġi Ewropea jistabbilixxu konsegwenzi legali speċifiċi fil-każ ta' żbalji proċedurali ta' dan it-tip?

(b)

Żbalji proċedurali ta' dan it-tip jistgħu jitranġaw? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

(c)

Fil-każ preżenti, ġew issodisfati r-rekwiżiti biex titwarrab il-proċedura kollha tal-offerti u tal-għoti tal-konċessjonijiet?


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7153 – BNPP/LaSer)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 88/16

1.

Fit-18 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-intrapriża BNP Paribas SA (“BNPP”, Franza), permezz tal-azjenda tagħha BNP Paribas Personal Finance (“BNPP PF”, Franza), takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-kumpanija LaSer SA (“LaSer”, Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma. Il-kumpanija LaSer taqa' taħt il-kontroll konġunt ta' BNP PF u tal-kumpanija Galerie Lafayette SA

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

il-grupp BNP Paribas: attiv fis-swieq tal-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur u s-servizzi finanzjarji (li minnhom jifforma parti BNPP PF), fis-servizzi ta' finanzjament u investimenti, kif ukoll fil-ġestjoni ta' assi u ta' assigurazzjoni, fuq livell dinji,

il-kumpanija LaSer: prinċipalment speċjalizzata fl-offerti ta' self, bħal approprjazzjonijiet, self personali u self rinnovabbli, kif ukoll fl-offerti ta' skemi ta' pagamenti, fi Franza, il-Polonja, ir-Renju Unit, id-Danimarka, in-Norveġja u l-Pajjiżi l-Baxxi. Hija wkoll attiva bl-istess mod fit-tħaddim tal-programmi ta' fiduċja u fl-offerti tas-servizzi tal-kummerċjalizzazzjoni relazzjonali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7153 – BNPP/LaSer, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/20


Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50 (2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2014/C 88/17

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

TALBA GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikolu u l-oġġetti tal-ikel  (2)

TALBA GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“COPPA PIACENTINA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0117-01102-08.04.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta maż-żona ġeografika

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandhom jiġu speċifikati)

2.   Tip ta’ emenda

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sommarju

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrata, li għaliha la d-dokument uniku u lanqas is-sommarju ma ġew ippubblikati

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtiġx emendi tad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta minn miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda (emendi)

Deskrizzjoni tal-prodott

Għandha titneħħa s-sentenza li tipprovdi li għandhom jintużaw koxox tal-majjal għall-produzzjoni tal-Coppa Piacentina, li tidher fis-sommarju tal-prodott (punt 4.2. Deskrizzjoni). L-emenda għandha l-għan li tirranġa l-inkonsistenza bejn is-sommarju ppubblikat fuq il-ĠUUE Serje C311/20 tas-16 ta’ Novembru 2010 u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Fil-fatt ir-rekwiżiti dwar il-materja prima li għandha tintuża għall-produzzjoni tal-Coppa Piacentina, deskritti fl-Artikolu 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, minn dejjem kienu jipprovdu għall-użu tal-muskoli tal-parti ta’ fuq tal-għonq tal-majjal tqil Taljan u mhux il-koxox tal-majjal kif wieħed jista’ jifhem mis-sommarju.

Metodu ta’ produzzjoni

L-emenda li permezz tagħha jitneħħa l-obbligu li l-muskolu tal-għonq jiġi iżolat bis-sħana –li jitħalla bħala għażla-, tippermetti li din il-proċedura ssir ukoll f’faċilitajiet ta’ tqattigħ speċjalizzati li jassiguraw l-aħjar riżultati fil-kisba tal-materja prima meħtieġa għall-manifattura.

L-introduzzjoni tal-użu tan-nitriti, dejjem skont il-kwantitajiet stabbiliti mil-liġi, hija meħtieġa peress li l-preżenza tagħhom, flimkien man-nitrati, tipprovdi effikaċja aqwa kontra l-patoġeni u kontra l-ossidazzjoni waqt il-fażijiet ta’ produzzjoni tal-Coppa Piacentina DPO.

Hija mitluba l-introduzzjoni taz-zokkor fit-taħlita għat-tmelliħ li tiżgura stabbilizzazzjoni aqwa tal-prodott waqt li jkun qed isir. Il-kontenut massimu ta’ zokkor permess huwa ta’ 1,5 kg għal kull 100 kg ta’ laħam frisk.

L-emenda li tippermetti l-użu ta’ kisi li ġej mill-majjal u mhux aktar tad-dijaframma addominali tal-majjal biss għall-kisi tippermetti l-użu ta’ kisi adattat għall-finijiet tal-produzzjoni u tissodisfa l-kundizzjonijiet reali mibdula tas-suq li jagħmluha ferm diffiċli (u f’ċerti sitwazzjonijiet tas-suq, saħansitra impossibbli) li jinstabu t-tipi speċifiċi ta’ kisi pprovduti qabel.

Inħasset il-ħtieġa li tiddaħħal il-possibbiltà li tintuża xibka minbarra l-irbit bl-ispag biex il-prodott jinxef b’mod aktar uniformi u b’hekk jinkisbu livelli ogħla tal-kwalità.

L-introduzzjoni ta’ marġni ta’ tolleranza ta’ + 10 % għall-parametri tal-umdità tal-post ta’ maturazzjoni tikkontribwixxi għat-titjib fil-kwalità tal-prodott DPO. Illum qiegħda tikber id-domanda għal prodotti aktar maturi, saħansitra aktar mill-minimu previst mill-ispeċifikazzjoni. F’dawn il-każijiet kien innutat li l-maturazzjoni fit-tul tista’ tikkawża d-dħul tal-arja li twassal għall-ossidazzjoni tal-prodott jekk il-post ma jkunx umdu biżżejjed. Għal dawn ir-raġunijiet huwa xieraq li tingħata aktar flessibbiltà għall-parametri tal-umdità tal-post ta’ maturazzjoni.

Jitqies xieraq li jiġi pprovdut ukoll li l-fażi ta’ maturazzjoni tista’ titkompla anki f’postijiet oħrajn minflok kantini, sakemm il-kundizzjonijiet ambjentali jkunu ideali u tkun assigurata ċirkolazzjoni adegwata tal-arja. Fil-fatt in-nuqqas ta’ tqegħid tal-prodott fil-kantini – għal perjodu li lanqas biss huwa speċifikat – ma jippreġudikax ir-riżultati eċċellenti tal-maturazzjoni tradizzjonali. L-element li jikkaratterizza l-fażi tal-maturazzjoni tal-Coppa Piacentina huwa d-dewmien ta’ din il-fażi, li ddum għal mill-inqas sitt xhur: tul dan il-perjodu ta’ żmien, l-effett tal-umdità taż-żona u l-ħila tal-produtturi li jidentifikaw f’dan il-perjodu l-kundizzjonijiet korretti ta’ umdità u ta’ temperatura f’kull fażi, filwaqt li jivvalutaw l-effett fuq ir-raffinatezza tal-prodott, jippermettu li jintlaħqu r-riżultati ta’ din id-DPO. L-esperjenza tal-produtturi taż-żona tassigura l-aqwa kundizzjonijiet ta’ maturazzjoni irrispettivament mill-fatt li l-prodott ma jinżammx f’kantina u fl-istess waqt tassigura r-rabta kostanti mal-ambjent.

Fl-aħħar nett, it-tnaqqis tal-minimu tal-irmied minn 4 % għal 1 % qed isir b’konformità mal-livell minimu ta’ melħ permess u li minnu jiddependi ħafna l-irmied u barra minn hekk dan huwa konsistenti mat-tendenza kostanti tat-tnaqqis tal-melħ fl-ikel.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikolu u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“COPPA PIACENTINA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0117-01102-08.04.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Coppa Piacentina”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew l-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Kategorija 1.2 –

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1

Il-“Coppa Piacentina” hija prodott tal-laħam tal-majjal, immellaħ u mmaturat b'mod naturali, ippreżervat nej. Tiġi prodotta mill-muskoli tan-naħa ta' fuq tal-għonq. Il-prodott finali għandu forma ċilindrika ftit irqaq fit-trufijiet, b'konsistenza kompatta mhux elastika; meta tinqata’, il-biċċiet huma omoġenji, b’kulur aħmar bi strixxi bojod fir-roża qishom irħam.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-Coppa Piacentina ġejja mill-majjali mwielda, imrobbija u maqtula fl-Emilia Romagna u fil-Lombardia. Id-denominazzjoni Coppa Piacentina tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Għandhom jiġu segwiti regoli dettaljati dwar l-użu u l-kompożizzjoni tar-razzjon tal-għalf. It-tmigħ tal-majjali huwa maqsum f’żewġ stadji u huwa bbażat prinċipalment fuq il-produzzjoni taċ-ċereali li ġejjin mill-makrożona definita fil-punt 3.3. Ir-razzjon medju tal-ikel tal-majjali huwa magħmul l-iktar minn maxx tal-qamħ u mbagħad xgħir, nuħħala, sojja, u supplimenti ta’ minerali. Il-prodotti sekondarji tal-ħalib (ix-xorrox, il-baqta u x-xorrox tal-butir) jiġu pprovduti fil-parti l-kbira mill-imħaleb li jinsabu fiż-żona ġeografika definita.

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika indikata

L-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ikkurar, tal-irbit, tat-tnixxif u ta’ maturazzjoni tal-Coppa Piacentina jseħħu fiż-żona indikata fil-punt 4 li ġej.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

L-attivitajiet ta’ ppakkjar, tiflil u tqattigħ f’porzjonijiet għandhom isiru taħt is-superviżjoni tal-awtorità ta’ kontroll maħtura, u esklussivament fiż-żona tal-ipproċessar indikata fil-punt 4. Biex jinżammu l-karatteristiċi oriġinali u partikolari tal-prodott jeħtieġ li l-attivitajiet ta’ ppakkjar, tiflil u tqattigħ f’porzjonijiet isiru fiż-żona ġeografika ta’ produzzjoni minn ħaddiema li għandhom għarfien speċifiku tal-prodott. Il-kuntatt mal-arja u l-espożizzjoni tal-prodott imfellel jew imqatta’ f’porzjonijiet mingħajr il-kisi tiegħu f’kundizzjonijiet ambjentali mhux magħrufa aktarx li jwassal għall-ossidazzjoni u għalhekk il-flieli jew il-wiċċ li jitqatta’ jiswiedu, b’riżultat li jintilef il-kulur aħmar jgħajjat karatteristiku tad-dgħif, ix-xaħam jitranġat u tinbidel it-togħma.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar

Il-prodott li jitqiegħed għall-bejgħ għandu jkollu l-kliem “Coppa Piacentina”.

Id-denominazzjoni “Coppa Piacentina” għandha tkun miktuba fuq it-tikketta b'ittri ċari u li ma jitħassrux, li jintgħarfu sew minn kull kitba oħra li hemm fuq it-tikketta u għandhom ikunu segwiti mill-ewwel mill-kitba “Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini”.

Kull deskrizzjoni mhux permessa espliċitament hija pprojbita.

Madankollu, tista' ssir kwalunkwe referenza għal ismijiet jew ditti jew marki privati sakemm dawn ma jkollhomx l-għan ta’ tifħir jew ikunu maħsuba biex iqarrqu bil-konsumatur, kif ukoll l-isem tal-impriżi tat-trobbija tal-ħnieżer minn fejn ikun ġej il-prodott.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta' produzzjoni tal-Coppa Piacentina tinkludi t-territorju kollu tal-provinċja ta’ Piacenza, iżda biss dawk il-partijiet b’altitudni taħt id-900 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Il-produzzjoni tal-Coppa Piacentina tmur lura għal żmien ir-Rumani u baqgħet tintiret maż-żmien filwaqt li kkonċentrat fiż-żona ġeografika tal-provinċja ta’ Piacenza.

L-importanza taż-żona ta’ produzzjoni tal-Coppa Piacentina hija assoċjata mal-iżvilupp ta’ kultura rurali tipika tal-Padania kollha, li mit-territorju tagħha toħroġ il-materja prima (l-Emilia Romagna u l-Lombardia). Fiż-żona tal-provvista tal-materja prima, l-iżvilupp tat-trobbija tal-annimali huwa marbut mal-kultivazzjoni estensiva ta’ ċereali u mas-sistemi tal-ipproċessar tal-prodotti tal-ħalib, partikolarment speċjalizzata, li ddeterminaw il-ħajra lokali għat-trobbija tal-majjali.

Fil-provinċja ta’ Piacenza ġiet żviluppata u baqgħet tintiret il-kapaċità speċifika tal-produtturi lokali fl-għażla u l-ipproċessar tal-qatgħat tal-laħam. L-operaturi huma meħtieġa li jkollhom kompetenzi partikolari biex inaddfu u jorqmu kif suppost il-qatgħat tal-laħam biex ineħħu x-xaħam żejjed u l-biċċiet irqaq tad-dgħif. Din l-operazzjoni tipprepara l-qatgħat tal-muskoli kif xieraq għall-operazzjonijiet sussegwenti ta’ maturazzjoni u ta’ rbit.

Il-preżenza ta’ widien friski u mogħnija bl-ilma, u l-għoljiet miksija bil-boskijiet huma riflessi b’mod pożittiv fil-kundizzjonijiet tal-postijiet ta’ maturazzjoni.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Il-Coppa Piacentina hija kkaratterizzata mill-forma ċilindrika li tirqaq ftit fit-trufijiet. Għandha konsistenza kompatta u mhux elastika. It-togħma ħelwa u delikata titjieb aktar ma ddum timmatura. Il-parti ta’ barra hija miksija minn saff irqiq ta’ moffa li tiżviluppa tul il-perjodu ta’ maturazzjoni. Meta jinqata’ l-felli jkollu kulur aħmar bi strixxi bojod fir-roża qishom irħam.

Il-qatgħa tal-muskolu użat għall-produzzjoni tal-Coppa Piacentina ġejja mill-majjal tqil Taljan.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Ir-rekwiżiti tal-“Coppa Piacentina” jiddependu mill-kundizzjonijiet ambjentali u mill-fatturi naturali u umani. B'mod partikolari, il-karatterizzazzjoni tal-materja prima hija marbuta strettament maż-żona ġeografika ta’ provvista definita, li fiha żviluppaw tekniki tat-trobbija tal-majjal tqil Taljan iddeterminati mill-kwalità tal-qatgħat tal-laħam użat għall-produzzjoni tal-“Coppa Piacentina”.

Barra minn hekk, l-ipproċessar tal-Coppa Piacentina fiż-żona tal-provinċja ta’ Piacenza huwa marbut mal-operaturi lokali li maż-żmien żviluppaw għarfien speċifiku fl-operazzjonijiet ta’ tirqim tal-qatgħa tal-laħam li jħejju l-prodott biex ikollu l-forma karatteristika aktar irqiqa fit-truf.

Il-ħiliet tekniċi tal-produtturi fl-operazzjonijiet ta’ tmelliħ flimkien mal-għarfien ta’ ġestjoni tal-fażijiet ta’ maturazzjoni jkomplu juru r-rabta tal-“Coppa Piacentina” mat-territorju ta’ produzzjoni tiegħu.

Il-fatturi ambjentali huma marbuta sew mal-karatteristiċi taż-żona ta’ produzzjoni u b’mod partikolari l-klima, li taffettwa b’mod determinanti l-karatteristiċi tal-prodott lest, billi tikkontribwixxi għar-riżultat tajjeb tal-istadji ta’ maturazzjoni tal-prodott.

B’hekk “il-materja prima – il-prodott – id-denominazzjoni” flimkien huma marbutin ukoll mal-iżvilupp soċjoekonomiku speċifiku taż-żona konċernata, b’karatteristiċi li ma jinsabu mkien ieħor.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fuq il-websajt:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew

billi tidħol direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Agrikultura, l-Ikel u l-Forestrija (http://www.politicheagricole.it), u tikklikkja fuq “Qualità e sicurezza (Kwalità u Sigurtà) (fuq in-naħa tal-lemin tal-iskrin) u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE” (Regolamenti ta’ Produzzjoni għall-evalwazzjoni tal-UE).


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.


27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/25


Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50 (2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2014/C 88/18

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

TALBA GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikolu u l-oġġetti tal-ikel  (2)

TALBA GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“SALAME PIACENTINO”

Nru tal-KE: IT-PDO-0117-01104-08.04.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta maż-żona ġeografika

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandhom jiġu speċifikati)

2.   Tip ta’ emenda

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sommarju

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrata, li għaliha la d-dokument uniku u lanqas is-sommarju ma ġew ippubblikati

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtiġx emendi tad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta minn miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda (emendi)

Deskrizzjoni tal-prodott

Għandha titneħħa l-frażi dwar l-użu ta’ koxox friski tal-majjal għall-produzzjoni tas-Salame Piacentino, u li tinsab fis-sommarju tal-prodott (punt 4.2. tad-Deskrizzjoni). L-emenda għandha l-għan li tirranġa l-inkonsistenza bejn is-sommarju ppubblikat fuq il-ĠUUE Serje C 122/17 tal-11.5.2010 u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Fil-fatt ir-rekwiżiti dwar il-materja prima li għandha tintuża għall-produzzjoni tas-Salame Piacentino, deskritti fl-Artikolu 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, minn dejjem kienu jipprovdu għall-użu ta’ qatgħat differenti tal-laħam tal-majjal tqil Taljan u mhux il-koxox tal-majjal kif wieħed jista’ jifhem mis-sommarju.

Metodu ta’ produzzjoni

L-introduzzjoni tal-użu tan-nitriti, dejjem skont il-kwantitajiet stabbiliti mil-liġi, hija meħtieġa peress li l-preżenza tagħhom, flimkien man-nitrati, tipprovdi effikaċja aqwa kontra l-patoġeni u kontra l-ossidazzjoni waqt il-fażijiet ta’ produzzjoni tas-Salame Piacentino DPO.

Teħtieġ l-introduzzjoni tan-noċemuskata fit-taħlita tat-tmelliħ biex jerġa’ jibda jintuża ingredjent li kien jintuża fir-riċetta antika tradizzjonali tal-produzzjoni.

L-emenda li tawtorizza l-użu ta’ kulturi ta’ fermentazzjoni għandha l-għan li tiżgura t-tħaffif tal-proċess ta’ fermentazzjoni, li llum hija dejjem aktar diffiċli minħabba li hawn inqas preżenza ta’ flora batterika fl-ambjenti minħabba l-ħtiġijiet attwali ta’ iġjene.

Għandu jiddaħħal il-limitu massimu tad-daqs tas-salami Piacentino biex ikun iggarantit il-ħarsien kostanti tat-tradizzjoni tal-produzzjoni tas-Salame Piacentino DPO. Is-Salame Piacentino tradizzjonalment huwa ta’ daqs żgħir. Għaldaqstant jitqies xieraq li tiddaħħal restrizzjoni dwar id-daqs massimu tas-salami, sabiex iż-żmien ta’ maturazzjoni pprovdut mill-ispeċifikazzjoni jkun l-aħjar għal dan id-daqs tradizzjonali, li jippermetti maturazzjoni omoġenea u ideali. Barra minn hekk, jekk wieħed jistabbilixxi d-daqs massimu tal-prodott, ikun jista’ jiġi żgurat li ż-żieda għal 2 kg tal-piż massimu permess għall-prodott li jrid jitqatta’ bl-ebda mod ma jibdel il-karatterisitiċi tal-kwalità tal-istess prodott biex b’hekk jiġi żgurat li s-salami maħsub għat-tqattigħ ikollu l-istess dehra tal-felli u l-istess uniformità ta’ maturazzjoni bħall-prodott li jkun ser jinbiegħ sħiħ.

Għall-prodott maħsub għat-tqattigħ huwa previst l-użu ta’ xibka ta’ spag li jiġġebbed. Dan l-ispag jiffaċilita t-tqattigħ għaliex huwa aktar faċli biex jitneħħa qabel jibda t-tqattigħ.

L-introduzzjoni ta’ marġni ta’ tolleranza ta’ + 10% għall-parametri tal-umdità tal-post ta’ maturazzjoni tikkontribwixxi għat-titjib fil-kwalità tal-prodott DPO. Illum qiegħda tikber it-talba għal prodotti aktar maturi, saħansitra aktar mill-minimu previst mill-ispeċifikazzjoni. F’dawn il-każijiet kien innutat li l-maturazzjoni fit-tul tista’ tikkawża d-dħul tal-arja li twassal għall-ossidazzjoni tal-prodott jekk il-post ma jkunx umdu biżżejjed. Għal dawn ir-raġunijiet huwa xieraq li tingħata aktar flessibbiltà għall-parametri tal-umdità tal-post ta’ maturazzjoni.

Inħasset il-ħtieġa li jiżdied il-piż massimu permess għall-prodott li jrid jitqatta’ sabiex jiġu eliminati xi problemi marbuta mal-ammont ta’ skart li jiġi ġġenerat u mar-rendiment baxx li jinkiseb meta jitqatta’ prodott żgħir.

It-tnaqqis tal-minimu tal-irmied minn 4 % għal 1,5 % qed isir b’konformità mal-livell minimu ta’ melħ permess u li minnu jiddependi ħafna l-irmied u barra minn hekk dan huwa konsistenti mat-tendenza kostanti tat-tnaqqis tal-melħ fl-ikel.

It-tnaqqis tal-pH fil-prodott lest minn 5,4 għal 5,2 huwa konsistenti mal-introduzzjoni tal-għażla li jintużaw kulturi li jħaffu l-proċess ta’ fermentazzjoni kif deskritt aktar ’il fuq. Il-bidla minima ta’ 0,2 fil-pH ma taffettwax il-kwalità jew il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikolu u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“SALAME PIACENTINO”

Nru tal-KE: IT-PDO-0117-01104-08.04.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Salame Piacentino”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew l-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Kategorija 1.2 –

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1

Is-“Salame Piacentino” jappartjeni għall-prodotti mmellħin u mmaturati b’mod naturali, miksija b’borża magħmula mill-imsaren tal-majjal (imsejħa “diritto”), li jittieklu nejjin. Għall-produzzjoni tas-“Salame Piacentino” jintuża d-dgħif tal-majjal flimkien max-xaħam tal-majjal fi proporzjon ta’ 10 % għal 30 %. Il-prodott lest għandu forma ċilindrika, il-lewn tal-felli huwa aħmar jgħajjat imlaqqax b’tikek ta’ xaħam abjad fir-roża, it-togħma hija tipika, qawwija ħafna, pjuttost ħelwa, b’riħa karatteristika tal-laħam magħmul zalzett.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Is-Salame Piacentino ġej mill-majjali mwielda, imrobbija u maqtula fl-Emilia Romagna u fil-Lombardia. Id-denominazzjoni Salame Piacentino tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Għandhom jiġu segwiti regoli dettaljati dwar l-użu u l-kompożizzjoni tar-razzjon tal-għalf. It-tmigħ tal-majjali huwa maqsum f’żewġ stadji u huma bbażat prinċipalment fuq il-produzzjoni taċ-ċereali li ġejjin mill-makrożona ddefinita fil-punt 3.3. Ir-razzjon medju tal-ikel tal-majjali huwa magħmul l-iktar minn maxx tal-qamħ u mbagħad xgħir, nuħħala, sojja, u supplimenti ta’ minerali. Il-prodotti sekondarji tal-ħalib (ix-xorrox, il-baqta u x-xorrox tal-butir) jiġu pprovduti fil-parti l-kbira mill-imħaleb li jinsabu fiż-żona ġeografika definita.

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika indikata

L-istadji kollha tal-produzzjoni, tat-tmelliħ, tat-taħlit, tat-tqegħid fl-imsaren, tat-tnixxif, u ta’ maturazzjoni tas-Salame Piacentino jseħħu fiż-żona indikata fil-punt 4 li ġej.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

L-attivitajiet ta’ ppakkjar, tiflil u tqattigħ f’porzjonijiet għandhom isiru taħt is-superviżjoni tal-awtorità ta’ kontroll maħtura, u esklussivament fiż-żona tal-ipproċessar indikata fil-punt 4. Biex jinżammu l-karatteristiċi oriġinali u partikolari tal-prodott jeħtieġ li l-attivitajiet ta’ ppakkjar, tiflil u tqattigħ f’porzjonijiet isiru fiż-żona ġeografika ta’ produzzjoni minn ħaddiema li għandhom għarfien speċifiku tal-prodott. Il-kuntatt mal-arja u l-espożizzjoni tal-prodott imfellel jew imqatta’ f’porzjonijiet mingħajr l-imsaren f’kundizzjonijiet ambjentali mhux magħrufa aktarx li jwassal għall-ossidazzjoni u għalhekk il-flieli jew il-wiċċ li jitqatta’ jiswiedu, b’riżultat li jintilef il-lewn aħmar jgħajjat karatteristiku tad-dgħif, ix-xaħam jitranġat u tinbidel it-togħma.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar

Il-prodott li jitqiegħed għall-bejgħ għandu jkollu l-kliem “Salame Piacentino”.

Id-denominazzjoni “Salame Piacentino” għandha tkun miktuba fuq it-tikketta b'ittri ċari u li ma jitħassrux, li jintgħarfu sew minn kull kitba oħra li hemm fuq it-tikketta u għandhom ikunu segwiti mill-ewwel mill-kitba “Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini”.

Kull deskrizzjoni mhux permessa espliċitament hija pprojbita.

Madankollu, tista' ssir kwalunkwe referenza għal ismijiet jew ditti jew marki privati sakemm dawn ma jkollhomx l-għan ta’ tifħir u ma jkunux maħsuba biex iqarrqu bil-konsumatur, kif ukoll fir-rigward tal-isem tal-impriżi tat-trobbija tal-ħnieżer minn fejn ikun ġej il-prodott.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta' produzzjoni del Salame Piacentino tinkludi t-territorju kollu tal-provinċja ta’ Piacenza, iżda biss dawk il-partijiet b’altitudni taħt id-900 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Il-produzzjoni tas-Salame Piacentino tmur lura għal żmien ir-Rumani u baqgħet tintiret maż-żmien filwaqt li kkonċentrat fiż-żona ġeografika tal-provinċja ta’ Piacenza.

L-importanza taż-żona ta’ produzzjoni tas-Salame Piacentino hija assoċjata mal-iżvilupp ta’ kultura rurali tipika tal-Padania kollha, li mit-territorju tagħha toħroġ il-materja prima (l-Emilia Romagna u l-Lombardia). Fiż-żona tal-provvista tal-materja prima, l-iżvilupp tat-trobbija tal-annimali huwa marbut mal-kultivazzjoni estensiva ta’ ċereali u mas-sistemi tal-ipproċessar tal-prodotti tal-ħalib, partikolarment dik speċjalizzata, li ddeterminaw il-ħajra lokali għat-trobbija tal-majjali.

Fil-provinċja ta’ Piacenza ġiet żviluppata u baqgħet tintiret il-kapaċità speċifika tal-produtturi lokali fl-għażla u l-ipproċessar tad-dgħif u x-xaħam. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ widien friski u mogħnija bl-ilma, u l-għoljiet miksija bil-boskijiet huma riflessi b’mod pożittiv fil-kundizzjonijiet tal-postijiet ta’ maturazzjoni.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Is-Salame Piacentino huwa kkaratterizzat mit-togħma ħelwa u qawwija li tiżviluppa waqt il-maturazzjoni. Id-dgħif tal-felli huwa ta’ lewn aħmar jgħajjat b’tikek ta’ xaħam ta’ lewn abjad. Il-materja prima użata għall-produzzjoni tas-Salame Piacentino tikkonsisti f’qatgħat differenti tal-laħam imnaddfa u magħżula sew u li ġejjin mill-majjali li għandhom il-karatteristiċi tipiċi tal-majjal tqil Taljan.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Ir-rekwiżiti karatteristiċi tas-“Salame Piacentino” jiddependu mill-kundizzjonijiet ambjentali u mill-fatturi naturali u umani. B'mod partikolari, il-karatterizzazzjoni tal-materja prima hija marbuta strettament maż-żona ġeografika ta’ provvista definita, li fiha żviluppaw tekniki tat-trobbija tal-majjal tqil Taljan iddeterminati mill-kwalità tal-qatgħat tal-laħam użati għall-produzzjoni tas-Salame Piacentino.

Barra minn hekk, l-ipproċessar tas-Salame Piacentino fiż-żona tal-provinċja ta’ Piacenza huwa marbut mal-operaturi lokali li maż-żmien żviluppaw għarfien speċifiku fl-għażla ta’ qatgħat ta’ dgħif u fit-taħlit tagħhom max-xaħam u mal-ħwawar. Il-kapaċitajiet tekniċi tal-produtturi fl-ipproċessar u t-tħin tal-laħam flimkien mal-esperjenza fil-ġestjoni tal-maturazzjoni tas-Salame Piacentino jkomplu juru r-rabta tas-Salame Piacentino mat-territorju ta’ produzzjoni tiegħu.

Il-fatturi ambjentali huma marbuta sew mal-karatteristiċi taż-żona ta’ produzzjoni u b’mod partikolari l-klima, li taffettwa b’mod determinanti l-karatteristiċi tal-prodott lest, billi tikkontribwixxi għar-riżultat tajjeb tal-istadji ta’ maturazzjoni tal-prodott.

B’hekk “il-materja prima – il-prodott – id-denominazzjoni” flimkien huma marbutin ukoll mal-iżvilupp soċjoekonomiku speċifiku taż-żona konċernata, b’karatteristiċi li ma jinstabu mkien ieħor.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fuq il-websajt:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew

billi tidħol direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Agrikultura, l-Ikel u l-Forestrija (http://www.politicheagricole.it), u tikklikkja fuq “Qualità e sicurezza” (Kwalità u Sigurtà) (fuq in-naħa tal-lemin tal-iskrin) u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE” (Regolamenti ta’ Produzzjoni għall-evalwazzjoni tal-UE).


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.


Rettifika

27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/30


Rettifika għall-Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 50 tal-21 ta’ Frar 2014 )

2014/C 88/19

F’paġna 12, it-test li jirreferi għall-Għajnuna mill-Istat Nru SA.37391 huwa imħassar u mibdul b’li ġej:

“Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, ħlief għal prodotti li jaqgħu taħt l-Anness I tat-Trattat)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

18.11.2013

Għajnuna Nru

SA.37391 (2013/N)

Stat Membru

Il-Latvja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation of RDP measure ‘Natura 2000 payments (to forest owners)’

Il-bażi legali

Ministru kabineta noteikumu projekts “Noteikumi par valsts un Eiropas Savienības lauku attīstības atbalsta piešķiršanu, administrēšanu un uzraudzību vides un lauku ainavas uzlabošanai”

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Pagamenti Natura 2000 u pagamenti marbuta mad-Direttiva 2000/60/KE

Il-forma ta’ l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

L-intensità

0 %

It-tul ta' żmien

1.1.2014 - 31.12.2014

Setturi ekonomiċi

AGRIKOLTURA, FORESTRIJA U SAJD

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Lauku atbalsta dienests

Republikas laukums 2 LV-1981

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm”