ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.085.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 85

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
22 ta' Marzu 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 085/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 78, 15.3.2014

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 085/02

Kawża C-292/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Appell — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kkonstatat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Pagamenti ta’ penalità — Talba għal ħlas — Tħassir tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tat lok għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri adottati mill-Istat Membru sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali)

2

2014/C 085/03

Kawża C-67/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/91/KE — Prestazzjoni tal-enerġija tal-bini — Artikoli 3, 7 u 8 — Traspożizzjoni inkompleta)

2

2014/C 085/04

Kawża C-176/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Association de médiation sociale vs Union locale des syndicats CGT et al (Politika soċjali — Direttiva 2002/14/KE — Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 27 — Issuġġettar tal-ħolqien ta’ istituzzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal għal ċerti limiti ta’ ħaddiema impjegati — Kalkolu tal-limiti — Leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni — Rwol tal-qorti nazzjonali)

3

2014/C 085/05

Kawża C-226/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Oviedo — Spanja) — Constructora Principado S.A. vs José Ignacio Menéndez Álvarez (Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kuntratt ta’ bejgħ ta’ immobbli — Klawżoli inġusti — Kriterji ta’ evalwazzjoni)

3

2014/C 085/06

Kawża C-270/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Jannar 2014 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Regolament (UE) Nru 236/2012 — Bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ skambju ta’ inadempjenza tal-kreditu — Artikolu 28 — Validità — Bażi legali — Setgħat ta’ intervent mogħtija lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq f’ċirkustanzi eċċezzjonali)

4

2014/C 085/07

Kawża C-300/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Düsseldorf-Mitte vs Ibero Tours GmbH (Taxxa fuq il-valur miżjud — Tranżazzjonijiet ta’ aġenti tal-ivvjaġġar — Għoti ta’ roħs lil vjaġġaturi — Determinazzjoni tal-valur taxxabbli tas-servizzi pprovduti fil-kuntest ta’ attività ta’ intermedjarju)

4

2014/C 085/08

Kawża C-328/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Ralph Schmid (li jaġixxi bħala likwidatur fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ falliment fir-rigward tal-beni ta’ Aletta Zimmermann) vs Lilly Hertel (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Proċedimenti ta’ falliment — Azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment — Domiċilju tal-konvenut fi Stat terz — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru taċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur)

5

2014/C 085/09

Kawża C-371/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli — l-Italja) — Enrico Petillo, Carlo Petillo vs Unipol (Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabblità ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur — Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE, 90/232/KEE u 2009/103/KEE — Inċident tat-traffiku — Dannu mhux materjali — Kumpens — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu metodi ta’ kalkolu relattivi għall-inċidenti tat-traffiku, inqas favorevoli għall-vittmi minn dawk previsti mis-sistema komuni tar-responsabbiltà ċivili — Kompatibbiltà ma’ dawk id-direttivi)

5

2014/C 085/10

Kawża C-378/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London — ir-Renju Unit) — Nnamdi Onuekwere vs Secretary of State for the Home Department (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 16(2) u (3) — Dritt ta’ residenza permanenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ priġunerija ta’ dawn iċ-ċittadini)

6

2014/C 085/11

Kawża C-400/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London — Ir-Renju Unit) — Secretary of State for the Home Department vs M.G. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 28(3)(a) — Protezzjoni kontra t-tkeċċija — Metodu ta’ kalkolu tal-perijodu ta’ għaxar snin — Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ priġunerija)

7

2014/C 085/12

Kawża C-423/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen — l-Isvezja) — Flora May Reyes vs Migrationsverket (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/38/KE — Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri — Dritt ta’ residenza fi Stat Membru ta’ ċittadin ta’ Stat terz li jkun dixxendent dirett ta’ persuna li għandha dritt ta’ residenza f’dan l-Istat Membru — Kunċett ta’ persuna dipendenti)

7

2014/C 085/13

Kawża C-429/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Siegfried Pohl vs ÖBB Infrastruktur AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 45 TFUE — Direttiva 2000/78/KE — Differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età — Determinazzjoni tad-data ta’ referenza għall-finijiet ta’ avvanz fl-iskala tas-salarju — Terminu ta’ preskrizzjoni — Prinċipju ta’ effettività)

8

2014/C 085/14

Kawża C-481/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — il-Litwanja) — UAB Juvelta vs VĮ Lietuvos prabavimo rūmai (Moviment liberu tal-merkanzija — Artikolu 34 TFUE — Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Kummerċjalizzazzjoni ta’ xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjużi — Boll — Rekwiżiti imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ importazzjoni)

9

2014/C 085/15

Kawża C-558/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014 — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) vs riha WeserGold Getränke GmbH & Co. KG (li qabel kienet Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG), Lidl Stiftung & Co. KG (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark verbali WESTERN GOLD — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali, internazzjonali u Komunitarja WeserGold, Wesergold u WESERGOLD)

9

2014/C 085/16

Kawża C-45/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Andreas Kainz vs Pantherwerke AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Responsabbiltà minħabba prodott difettuż — Merkanzija prodotta fi Stat Membru u mibjugħa fi Stat Membru ieħor — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq — Post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu)

10

2014/C 085/17

Kawża C-371/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Lulju 2013 — SC Schuster & Co Ecologic SRL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu

10

2014/C 085/18

Kawża C-654/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-10 ta’ Diċembru 2013 — Delphi Hungary Autóalkatrész Gyártó Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Nyugat-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (NAV)

10

2014/C 085/19

Kawża C-656/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit-12 ta’ Diċembru 2013 — L vs M, R u K

11

2014/C 085/20

Kawża C-658/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Diċembru 2013 — Wilhelm Spitzner, Maria-Luise Spitzner vs TUIfly GmbH

12

2014/C 085/21

Kawża C-665/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Trabalho de Lisboa (il-Portugall) fis-16 ta’ Diċembru 2013 — Sindicato Nacional dos Profissionais de Seguros e Afins vs Via Directa — Companhia de Seguros SA

12

2014/C 085/22

Kawża C-666/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2013 — Rohm Semiconductor GmbH vs Hauptzollamt Krefeld

12

2014/C 085/23

Kawża C-668/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Suceava (ir-Rumanija) fis-16 ta’ Diċembru 2013 — Casa Județeană de Pensii Botoșani vs Evangeli Paraskevopoulou

13

2014/C 085/24

Kawża C-669/13 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2013 minn Mundipharma GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża T-328/12 — Mundipharma GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

13

2014/C 085/25

Kawża C-672/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék Gazdasági Kollégiuma (l-Ungerija) fis-17 ta’ Diċembru 2013 — OTP Bank Nyrt. vs Magyar Állam u Magyar Államkincstár

14

2014/C 085/26

Kawża C-680/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Diċembru 2013 — Condor Flugdienst GmbH vs Andreas Plakolm

14

2014/C 085/27

Kawża C-684/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fit-23 ta’ Diċembru 2013 — Johannes Demmer vs Fødevareministeriets Klagecenter

14

2014/C 085/28

Kawża C-691/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2013 — Les Laboratoires Servier SA vs Ministre des affaires sociales et de la santé, Ministre de l’Économie et des Finances

16

2014/C 085/29

Kawża C-5/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Jannar 2014 — Kernkraftwerke Lippe-Ems GmbH vs Hauptzollamt Osnabrück

16

2014/C 085/30

Kawża C-25/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-20 ta’ Jannar 2014 — Union des syndicats de l’immobilier (UNIS) vs Ministre du travail, de l’emploi, de la formation professionnelle et du dialogue social, Syndicat national des résidences de tourisme (SNRT) et

17

2014/C 085/31

Kawża C-26/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-20 ta’ Jannar 2014 — Beaudout Père et Fils SARL vs Ministre du travail, de l’emploi, de la formation professionnelle et du dialogue social, Confédération nationale de la boulangerie et boulangerie-pâtisserie française, Fédération Générale Agroalimentaire — CFDT et

17

2014/C 085/32

Kawża C-29/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

17

2014/C 085/33

Kawża C-36/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

18

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 085/34

Kawża T-642/13: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Wolverine International vs UASI — BH Stores (cushe)

20

2014/C 085/35

Kawża T-678/13: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2013 — AEMN vs Il-Parlament

20

2014/C 085/36

Kawża T-679/13: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2013 — AEMN vs Il-Parlament

21

2014/C 085/37

Kawża T-689/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 — Bilbaina de Alquitranes et vs Il-Kummissjoni

21

2014/C 085/38

Kawża T-27/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2014 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

22

2014/C 085/39

Kawża T-30/14: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2014 — Laverana vs UASI (BIO — INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX — PROPRE FABRICATION)

22

2014/C 085/40

Kawża T-79/14: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2014 — Secop vs Il-Kummissjoni

23

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 085/41

Kawża F-65/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Frar 2014 — Armani vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Dritt għall-benefiċċju tal-allowance għall-ulied dipendenti — Wild dipendenti — Wild tal-konjuġi tar-rikorrent)

25

2014/C 085/42

Kawża F-73/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2014 — Bodson et vs BEI (Servizz Pubbliku — Persunal tal-BEI — Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol — Riforma tas-sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ progressjoni salarjali tal-BEI)

25

2014/C 085/43

Kawża F-83/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2014 — Bodson et vs BEI (Servizz Pubbliku — Persunal tal-BEI — Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol — Remunerazzjoni — Riforma tas-sistema ta’ primjums tal-BEI)

26

2014/C 085/44

Kawża F-97/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 — ZZ vs FRA

26

2014/C 085/45

Kawża F-112/13: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 — ZZ vs ENISA

26

2014/C 085/46

Kawża F-3/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA)

27

2014/C 085/47

Kawża F-5/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs Il-Kummissjoni

27

2014/C 085/48

Kawża F-6/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs Il-Kummissjoni

28

2014/C 085/49

Kawża F-7/14: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs Il-Kummissjoni

28

2014/C 085/50

Kawża F-8/14: Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs BEI

28

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/1


2014/C 85/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 78, 15.3.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 71, 8.3.2014

ĠU C 61, 1.3.2014

ĠU C 52, 22.2.2014

ĠU C 45, 15.2.2014

ĠU C 39, 8.2.2014

ĠU C 31, 1.2.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-292/11 P) (1)

(Appell - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kkonstatat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Pagamenti ta’ penalità - Talba għal ħlas - Tħassir tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tat lok għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri adottati mill-Istat Membru sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Limiti - Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali)

2014/C 85/02

Lingwa tal-proċedura: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, P. Costa de Oliveira u M. Heller, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. Arsénio de Oliveira, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Bantou u I. Pouli, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, A. Adam, J. Rossi u N. Rouam, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Noort, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar u B. Majczyna, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Marzu 2011 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (T-33/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)7419 finali, tal-25 ta’ Novembru 2008 — Talba għall-pagamenti ta’ penalità dovuti b’eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Jannar 2008, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-70/06, Ġabra p. I-1)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Portugiża fil-proċedura preżenti.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-67/12) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/91/KE - Prestazzjoni tal-enerġija tal-bini - Artikoli 3, 7 u 8 - Traspożizzjoni inkompleta)

2014/C 85/03

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u I. Galindo Martin, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González u S. Centeno Huerta, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew milli jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 3, 7 u 8 tad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 168) moqrija flimkien mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, p. 13)

Dispożittiv

(1)

Peress li ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 3, 7 u 8 tad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont dawn id-dispożizzjonijiet.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 21.04.2012.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Association de médiation sociale vs Union locale des syndicats CGT et al

(Kawża C-176/12) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 2002/14/KE - Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 27 - Issuġġettar tal-ħolqien ta’ istituzzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal għal ċerti limiti ta’ ħaddiema impjegati - Kalkolu tal-limiti - Leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni - Rwol tal-qorti nazzjonali)

2014/C 85/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Association de médiation sociale

Konvenuti: Union locale des syndicats CGT, Hichem Laboubi, Union départementale CGT des Bouche-du-Rhône, Confédération générale du travail (CGT)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Franza) — Interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad- Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea — Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq ir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 27, 51, 52 u 53 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) u (3) TUE — Invookabbiltà tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq f’kawża bejn individwi bil-għan li tiġi vverifikata l-konformità ta’ miżura nazzjonali ta’ traspożizzjoni tad-direttiva — Ammissibbiltà ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li teskludi mill-kalkolu tal-ħaddiema tal-kumpannija, partikolarment sabiex jiġu ddeterminati l-limiti legali għall-implementazzjoni ta’ istituzzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal, l-impjegati li għandhom ċertu il-kuntratti ta’ x-xogħol

Dispożittiv

L-Artikolu 27 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, waħdu jew flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/14 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2003, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, bħall-Artikolu L. 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali Franċiż, tirriżulta inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, dan l-artikolu tal-Karta ma jistax jiġi invokat f’kawża bejn individwi sabiex titwarrab id-dispożizzjoni nazzjonali.


(1)  ĠU C 184, 23.06.2012


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Oviedo — Spanja) — Constructora Principado S.A. vs José Ignacio Menéndez Álvarez

(Kawża C-226/12) (1)

(Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ bejgħ ta’ immobbli - Klawżoli inġusti - Kriterji ta’ evalwazzjoni)

2014/C 85/05

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Oviedo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Constructora Principado S.A.

Konvenuta: José Ignacio Menéndez Álvarez

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincial de Oviedo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) — Kunċett ta’ żbilanċ sinjifikattiv — Kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-eżistenza ta’ “żbilanċ sinifikanti” ma teħtieġx neċessarjament li l-ispejjeż imposti fuq il-konsumatur bi klawżola kuntrattwali jkollhom fil-konfront tiegħu effett ekonomiku sinjifikattiv fid-dawl tal-ammont tal-operazzjoni inkwistjoni, iżda tista’ tirriżulta mis-sempliċi fatt ta’ preġudizzju suffiċjentement serju għas-sitwazzjoni legali li fiha dan il-konsumatur, bħala parti għall-kuntratt, jinsab skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli, kemm jekk fil-forma ta’ restrizzjoni għall-kontenut tad-drittijiet li, skont dawn id-dispożizzjonijiet, huwa għandu skont dan il-kuntratt kif ukoll jekk fil-forma ta’ ostakolu għall-eżerċizzju tagħhom jew ukoll tal-impożizzjoni fuqu ta’ obbligu supplimentari, li ma huwiex previst mir-regoli nazzjonali;

huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-possibbiltà tal-eżistenza ta’ żbilanċ sinjifikattiv, tieħu inkunsiderazzjoni n-natura tal-beni jew tas-servizz li jkun is-suġġett tal-kuntratt, b’riferiment għaċ-ċirkustanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt, kif ukoll għall-klawżoli l-oħra kollha tiegħu.


(1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Jannar 2014 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-270/12) (1)

(Regolament (UE) Nru 236/2012 - Bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ skambju ta’ inadempjenza tal-kreditu - Artikolu 28 - Validità - Bażi legali - Setgħat ta’ intervent mogħtija lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq f’ċirkustanzi eċċezzjonali)

2014/C 85/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: A. Robinson, aġent assistit minn J. Stratford QC, u minn A. Henshaw, barrister)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard u R. Van de Westelaken kif ukoll minn D. Gauci u A. Gros-Tchorbadjiyska, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Legal u A. De Elera kif ukoll minn E. Dumitriu-Segnana, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u E. Ranaivoson, aġenti), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn F. Urbani Neri, avvocato dello Stato), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. van Rijn, B. Smulders u C. Zadra kif ukoll minn R. Vasileva, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annullament — Validità tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2012, dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, p. 1) — Bilanċ istituzzjonali — Ksur tal-kundizzjonijet stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-delega tas-setgħat lill-aġenziji — Ksur tal-Artikoli 290 u 291 TFUE — Ksur tal-Artikolu 114 TFUE — Għoti ta’ setgħat ta’ intervent lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) — Marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-AETS f’dak li jirrigwarda n-neċessità tal-intervent tagħha u l-miżuri li għandhom jiġu adottati — Natura tal-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-AETS

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 273, 8.9.2012.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Düsseldorf-Mitte vs Ibero Tours GmbH

(Kawża C-300/12) (1)

(Taxxa fuq il-valur miżjud - Tranżazzjonijiet ta’ aġenti tal-ivvjaġġar - Għoti ta’ roħs lil vjaġġaturi - Determinazzjoni tal-valur taxxabbli tas-servizzi pprovduti fil-kuntest ta’ attività ta’ intermedjarju)

2014/C 85/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Düsseldorf-Mitte

Konvenuta: Ibero Tours GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11Ċ(1) u tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tranżazzjonijiet tal-aġenziji tal-ivvjaġġar — Għoti ta’ roħs lil min jivvjaġġa, li jwassal għal tnaqqis fil-kummissjoni tal-aġenzija tal-ivvjaġġar — Determinazzjoni tal-valur taxxabbli tas-servizz ta’ intermedjarju

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prinċipji ddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs (C-317/94) dwar id-determinazzjoni tal-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud ma japplikawx meta aġenzija tal-ivvjaġġar, waqt li taġixxi fil-kwalità ta’ intermedjarja, tagħti lill-konsumatur finali, fuq inizjattiva u bi spejjeż tagħha stess, tnaqqis tal-prezz fuq is-servizz prinċipali pprovdut mill-organizzatur tal-ġiti turistiċi.


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Ralph Schmid (li jaġixxi bħala likwidatur fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ falliment fir-rigward tal-beni ta’ Aletta Zimmermann) vs Lilly Hertel

(Kawża C-328/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Proċedimenti ta’ falliment - Azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment - Domiċilju tal-konvenut fi Stat terz - Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru taċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur)

2014/C 85/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ralph Schmid (li jaġixxi bħala likwidatur fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ falliment fir-rigward tal-beni ta’ Aletta Zimmermann)

Konvenuta: Lilly Hertel

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191) — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru taċ-ċentru prinċipali tal-interess tad-debitur għal deċiżjonijiet li jirriżultaw direttament mill-proċedura ta’ insolvenza — Azzjoni ta’ revoka bbażata fuq l-insolvenza (Insolvenzanfechtungsklage) u intiża kontra persuna li għandha r-residenza tagħha fi Stat terz

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jinfetħu l-proċedimenti ta’ falliment għandhom ġurisdizzjoni biex jisimgħu azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment kontra konvenut li ma huwiex residenti fit-territorju ta’ Stat Membru.


(1)  ĠU C 303, 06.10.2012.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli — l-Italja) — Enrico Petillo, Carlo Petillo vs Unipol

(Kawża C-371/12) (1)

(Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabblità ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE, 90/232/KEE u 2009/103/KEE - Inċident tat-traffiku - Dannu mhux materjali - Kumpens - Dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu metodi ta’ kalkolu relattivi għall-inċidenti tat-traffiku, inqas favorevoli għall-vittmi minn dawk previsti mis-sistema komuni tar-responsabbiltà ċivili - Kompatibbiltà ma’ dawk id-direttivi)

2014/C 85/09

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Tivoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Enrico Petillo, Carlo Petillo

Konvenuta: Unipol

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Tivoli — Interpretazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10), tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3), tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249), u 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, p. 11) — Assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili marbuta mal-karozzi — Determinazzjoni tad-danni neċessarjament koperti mill-assigurazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, fil-każ ta’ inċident stradali, għal ammont ta’ kumpens għad-danni morali inqas mill-ammont previst mis-sistema komuni tad-dritt ċivili

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, u l-Artikolu 1(1) u (2) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendata bid-Direttiva 2005/14 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għal sistema partikolari ta’ kumpens għad-danni mhux materjali li jirriżultaw minn feriti ta’ natura ħafifa kkważati mill-inċidenti tat-traffiku li jillimitaw il-kumpens għal dawn id-danni meta mqabbel ma’ dak li huwa ammess fil-qasam tal-kumpens ta’ danni identiċi li jirriżultaw minn inċidenti li ma humiex inċidenti tat-traffiku.


(1)  ĠU C 295, 29.09.2012


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London — ir-Renju Unit) — Nnamdi Onuekwere vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-378/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 16(2) u (3) - Dritt ta’ residenza permanenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ priġunerija ta’ dawn iċ-ċittadini)

2014/C 85/10

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nnamdi Onuekwere

Konvenut: Secretary of State for the Home Department

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London — Interpretazzjoni tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 5, p. 46) — Dritt ta’ residenza permanenti — Kunċett ta’ residenza legali matul perijodu ta’ ħames snin fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti — Possibbiltà ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodu ta’ priġunerija

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodi ta’ priġunerija fl-Istat Membru ospitanti ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun kiseb id-dritt ta’ residenza permanenti f’dan l-Istat Membru matul dawn il-perijodi, ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kisba, minn dan iċ-ċittadin, tad-dritt ta’ residenza permanenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

(2)

L-Artikolu 16(2) u (3) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kontinwità tar-residenza hija interrotta minn perijodi ta’ priġunerija fl-Istat Membru ospitanti ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun kiseb id-dritt ta’ residenza permanenti f’dan l-Istat Membru matul dawn il-perijodi.


(1)  ĠU C 295, 29.09.2012.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London — Ir-Renju Unit) — Secretary of State for the Home Department vs M.G.

(Kawża C-400/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 28(3)(a) - Protezzjoni kontra t-tkeċċija - Metodu ta’ kalkolu tal-perijodu ta’ għaxar snin - Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ priġunerija)

2014/C 85/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for the Home Department

Konvenuta: M.G.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London — Interpretazzjoni tal-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Deċiżjoni ta’ tkeċċija meħuda għal raġunijiet gravi ta’ sigurtà pubblika kontra ċittadin Ewropew li jkun residenti għall-għaxar snin preċedenti fl-Istat Membru ospitanti u li jkun ġie kkundannat għal piena ta’ priġunerija — Kunċett ta’ soġġorn għal perijodu ta’ għaxar snin fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti — Possibbiltà li jittieħed inkunsiderazzjoni perijodu ta’ priġunerija — Kalkolu tat-tul obbligatorju ta’ soġġorn jew mill-bidu tas-soġġorn, jew, retroattivament, mid-deċiżjoni ta’ tkeċċija — Impatt, f’dan l-aħħar każ, ta’ priġunerija preċedenti

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu ta’ għaxar snin imsemmi f’din id-dispożizzjoni għandu, bħala prinċipju, ikun kontinwu u kkalkolat b’lura, sa mid-data tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tal-persuna kkonċernata.

(2)

L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li perijodu ta’ priġunerija tal-persuna kkonċernata huwa, bħala prinċipju, ta’ natura li jinterrompi l-kontinwità tar-residenza, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u jaffettwa l-għoti tal-protezzjoni msaħħa li hija tipprevedi, inkluż fil-każ fejn din il-persuna tkun irrisjediet fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin ta’ qabel l-inkarċerament tagħha. Madankollu, din iċ-ċirkustanza tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni matul l-evalwazzjoni globali meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-rabtiet ta’ integrazzjoni stabbiliti preċedentement mal-Istat Membru ospitanti ġewx interrotti jew le.


(1)  ĠU C 331, 27.10.2012.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen — l-Isvezja) — Flora May Reyes vs Migrationsverket

(Kawża C-423/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/38/KE - Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri - Dritt ta’ residenza fi Stat Membru ta’ ċittadin ta’ Stat terz li jkun dixxendent dirett ta’ persuna li għandha dritt ta’ residenza f’dan l-Istat Membru - Kunċett ta’ persuna “dipendenti”)

2014/C 85/12

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Flora May Reyes

Konvenuta: Migrationsverket

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46). — Dritt ta’ residenza fi Stat Membru ta’ ċittadin ta’ Stat terz li għandu iktar minn 21 sena, dixxendenti dirett ta’ persuna li għandha dritt ta’ residenza f’dan l-Istat Membru — Kunċett ta’ “dipendenti” — Obbligu tad-dixxendent dirett li jipproduċi provi li fittex mingħajr suċċess għal xogħol, jew talab lill-amministrazzjonijiet tal-Istat Membru ta’ oriġini għal sostenn finanzjarju sabiex jiġu sodisfatti xi bżonnijiet, jew li fittex li jaqla’ l-għajxien tiegħu b’mod ieħor.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil Stat Membru jeżiġi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex ikun jista’ jitqies li huwa dipendenti u b’hekk jaqa’ taħt id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “membru tal-familja” imsemmi f’din id-dispożizzjoni, id-dixxendent f’linja diretta ta’ età ta’ 21 sena jew iktar jistabbilixxi li pprova għalxejn ifittex xogħol jew li jirċievi għajnuna għall-għixien mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u/jew ipprova b’kull mezz ieħor jiżgura s-sussistenza tiegħu.

(2)

L-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li membru tal-familja, minħabba ċirkustanzi personali bħall-età tiegħu, il-kwalifiki professjonali tiegħu u l-istat ta’ saħħa tiegħu, jitqies li għandu opportunitajiet raġonevoli li jsib impjieg u, barra minn hekk, għandu l-intenzjoni jaħdem fl-Istat Membru ospitanti ma għandux effett fuq l-interpretazzjoni tar-rekwiżit li wieħed ikun “dipendenti”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Siegfried Pohl vs ÖBB Infrastruktur AG

(Kawża C-429/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 45 TFUE - Direttiva 2000/78/KE - Differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età - Determinazzjoni tad-data ta’ referenza għall-finijiet ta’ avvanz fl-iskala tas-salarju - Terminu ta’ preskrizzjoni - Prinċipju ta’ effettività)

2014/C 85/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Innsbruck

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Siegfried Pohl

Konvenuta: ÖBB Infrastruktur AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Innsbruck — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) TUE, tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 45 TFUE kif ukoll tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis — Perijodu qabel l-adeżjoni — Remunerazzjoni tal-impjegati fis-settur tat-trasport bil-ferrovija — Leġiżlazzjoni nazzjonali u ftehim kollettiv li jeskludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ attività mwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ nofs il-perijodi ta’ attività mwettqa wara li l-impjegat jagħlaq it-18-il sena, ħlief fil-każ ta’ esperjenza professjonali miksuba fi ħdan kumpannija nazzjonali “kważi pubblika” jew fi ħdan il-kumpannija nazzjonali tal-ferroviji — Terminu ta’ preskrizzjoni

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ effettività, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tletin sena, li jibda jiddekorri mill-konklużjoni tal-ftehim li abbażi tiegħu d-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz ġiet stabbilita, jew mill-klassifikazzjoni għal skala tas-salarju żbaljata, id-dritt għal impjegat li jitlob evalwazzjoni mill-ġdid tas-snin ta’ servizz li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-istabbiliment ta’ din id-data ta’ referenza.


(1)  ĠU C 9, 12.01.2013


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — il-Litwanja) — UAB “Juvelta” vs VĮ “Lietuvos prabavimo rūmai”

(Kawża C-481/12) (1)

(Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 34 TFUE - Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Kummerċjalizzazzjoni ta’ xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjużi - Boll - Rekwiżiti imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ importazzjoni)

2014/C 85/14

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Juvelta”

Konvenuta: VĮ “Lietuvos prabavimo rūmai”

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — Interpretazzjoni tal-Artikoli 34 u 36 TFUE — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Boll imqiegħed fuq xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjuż — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi li x-xogħlijiet ikollhom boll partikolari tal-organu indipendenti awtorizzat — Protezzjoni tal-konsumaturi — Projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ xogħlijiet li jkollhom il-boll tal-pajjiż ta’ oriġini li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti nazzjonali — Preżenza ta’ boll supplimentari li jipprovdi l-informazzjoni neċessarja iżda li ma tqiegħedx mill-organu indipendenti awtorizzat

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha, sabiex jiġu kkummerċjalizzati fis-suq ta’ Stat Membru, xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjużi importati minn Stat Membru ieħor, li fih il-kummerċjalizzazzjoni tagħhom hija awtorizzata u li ġew immarkati b’boll skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan it-tieni Stat Membru, għandhom, meta l-indikazzjonijiet dwar il-finezza ta’ dawn ix-xogħlijiet li jinsabu fuq dan il-boll ma jkunux skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, jiġu mmarkati mill-ġdid, minn organu ta’ kontroll indipendenti awtorizzat minn dan l-aħħar Stat Membru, permezz ta’ boll li jikkonferma li l-imsemmija xogħlijiet ġew ikkontrollati u li jindika l-finezza tagħhom skont l-imsemmija stipulazzjonijiet.

(2)

Il-fatt li mmarkar addizzjonali ta’ xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjużi importati, intiż li jipprovdi indikazzjonijiet dwar il-finezza ta’ dawn ix-xogħlijiet f’forma li tinftiehem għall-konsumaturi tal-Istat Membru ta’ importazzjoni, ma sarx minn organu ta’ kontroll indipendenti awtorizzat minn Stat Membru huwa irrilevanti għar-risposta mogħtija lill-ewwel domanda, peress illi boll ta’ finezza kien tqiegħed qabel fuq l-imsemmija xogħlijiet minn uffiċċju ta’ kontroll indipendenti awtorizzat mill-Istat Membru ta’ esportazzjoni u li l-indikazzjonijiet ipprovduti minn dan l-immarkar jikkorrispondu ma’ dawk li jinsabu fuq dan il-boll.


(1)  ĠU C 9, 12.01.2013


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014 — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) vs riha WeserGold Getränke GmbH & Co. KG (li qabel kienet Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG), Lidl Stiftung & Co. KG

(Kawża C-558/12 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali WESTERN GOLD - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali, internazzjonali u Komunitarja WeserGold, Wesergold u WESERGOLD)

2014/C 85/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Polmann, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: riha WeserGold Getränke GmbH & Co. KG (li qabel kienet Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG) (rappreżentant: T. Melchert, avukat), Lidl Stiftung & Co. KG (rappreżentanti: M. Wolter u A. K. Marx, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Settembru 2012, Wesergold Getränkeindustrie vs UASI — Lidl Stiftung (T-278/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Marzu 2010 (Każ R 770/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG u Lidl Stiftung & Co. KG — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “WESTERN GOLD” bħala trade mark Komunitarja — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade marks verbali nazzjonali, internazzjonali u Komunitarja “WeserGold”, “Wesergold” u “WESERGOLD” — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Settembru 2012, Wesergold Getränkeindustrie vs UASI — Lidl Stiftung (WESTERN GOLD) (T-278/10), hija annullata.

(2)

Il-kawża hija rrinvijata lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 32, 02.02.2013.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Andreas Kainz vs Pantherwerke AG

(Kawża C-45/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Responsabbiltà minħabba prodott difettuż - Merkanzija prodotta fi Stat Membru u mibjugħa fi Stat Membru ieħor - Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq” - Post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu)

2014/C 85/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Andreas Kainz

Konvenuta: Pantherwerke AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Responsabbiltà minħabba prodott difettuż — Merkanzija prodotta fi Stat Membru u mibjugħa fi Stat Membru ieħor — Post fejn seħħ jew jista’ jseħħ il-fatt li jikkawża d-dannu — Sitwazzjoni fejn il-post fejn seħħ id-dannu (“Erfolgsort”) jinsab fl-Istat ta’ produzzjoni tal-merkanzija — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu” (“Handlungsort”)

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li tiġi kkontestata r-responsabbiltà ta’ manifattur minħabba prodott difettuż, il-post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu huwa l-post fejn ġie mmanifatturat il-prodott inkwistjoni.


(1)  ĠU C 147, 25.05.2013.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Lulju 2013 — SC Schuster & Co Ecologic SRL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu

(Kawża C-371/13)

2014/C 85/17

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Schuster & Co Ecologic SRL

Konvenuta: Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu

Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Novembru 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li hija manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domanda magħmula mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija).


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-10 ta’ Diċembru 2013 — Delphi Hungary Autóalkatrész Gyártó Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Nyugat-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (NAV)

(Kawża C-654/13)

2014/C 85/18

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Delphi Hungary Autóalkatrész Gyártó Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Nyugat-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (NAV)

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KEE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), b’mod partikolari l-Artikolu 183 tagħha, kif ukoll l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni u prattika nazzjonali li jeskludu l-ħlas ta’ interessi moratorji fuq l-ammont tal-VAT li ma kienx irkuprat minħabba kundizzjoni legali li fil-frattemp ġiet iddikjarata kuntrarja għad-dritt Komunitarju f’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minkejja li l-leġiżlazzjoni nazzjonali timponi abitwalment il-ħlas ta’ interessi fil-każ ta’ rimbors tardiv tal-VAT li tista’ tiġi rkuprata?

(2)

Għandu jiġi kkunsidrat bħala kontra l-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza prattika ta’ qrati nazzjonali li jwarrbu l-possibbiltà li jinkiseb rimedju b’mezz amministrattiv — peress li l-persuna taxxabbli leża ma għandhiex għażla oħra ħlief li tagħmel azzjoni għad-danni li l-eżitu tagħha fl-ordinament ġuridiku nazzjonali madankollu huwa fil-prattika eskluż — biss għar-raġuni li ma teżisti ebda dispożizzjoni konkreta li tista’ tiġi applikata, għal dan il-għan, għal dan il-każ speċifiku, minkejja li t-trattament ta’ lmenti simili fir-rigward ta’ interessi, kif ukoll il-likwidazzjoni ta’ dawn tal-aħħar, jaqgħu taħt il-kompetenza tal-amministrazzjoni fiskali?

(3)

Jekk ir-risposta mogħtija għat-tieni domanda hija pożittiva, il-qrati nazzjonali huma obbligati li jinterpretaw u li japplikaw ir-regoli eżistenti tad-dritt intern, fil-prinċipju mhux rilevanti għal dan il-każ speċifiku, b’mod konformi mad-dritt Komunitarju sabiex tiġi ggarantita l-posssibbiltà ta’ rimedju ekwivalenti u effettiv?

(4)

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komuntarju ċċitati fl-ewwel domanda għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt ta’ ġbir ta’ interessi fuq taxxa miġbura, miżmuma jew mhux irrimborsata bi ksur tar-regoli tad-dritt Komunitarju huwa dritt tal-persuna taxxabbli li jirriżulta direttament mid-dritt Komunitarju stess u li din il-persuna taxxabbli tista’ tikseb sodisfazzjoni billi tibbaża direttament fuq id-dritt Komuntarju quddiem il-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali, inkluż fil-każ fejn id-dritt intern ma jimponix il-ħlas ta’ interessi f’dan il-każ konkret, u li huwa suffiċjenti, sabiex din l-allegazzjoni tiġi sostnuta, li tiġi prodotta l-prova tal-ksur tad-dritt Komunitarju, kif ukoll tal-ġbir, taż-żamma, jew tan-nuqqas ta’ rimbors tat-taxxa?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit-12 ta’ Diċembru 2013 — L vs M, R u K

(Kawża C-656/13)

2014/C 85/19

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L

Konvenuti: M, R u K

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (1), tas-27 Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (iktar il quddiem ‘ir-Regolament Brussell IIa’) għandu jiġi interpretat fis-sens li jibbaża ġurisdizzjoni għal proċedura ta’ responsabbiltà tal-ġenituri anki meta ma hemm ebda proċeduri relatati pendenti (jiġifieri “proċedimenti minn barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1”)?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

(2)

L-Artikolu 12(3) tar-Regolament Brussell IIa għandu jiġi interpretat fis-sens li aċċettazzjoni espressa jew b’xi mod mhux ekwivoka tfisser ukoll sitwazzjoni fejn il-parti li ma bdietx il-proċeduri tippreżenta l-att promotur tagħha fl-istess kawża, iżda sussegwentement, waqt l-ewwel att li għandha tagħmel, issostni n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni fil-proċeduri mibdija qabel mill-parti l-oħra?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Diċembru 2013 — Wilhelm Spitzner, Maria-Luise Spitzner vs TUIfly GmbH

(Kawża C-658/13)

2014/C 85/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wilhelm Spitzner u Maria-Luise Spitzner

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċirkustanza straordinarja li tikkawża dewmien ta’ titjira tikkostitwixxi wkoll ċirkustanza straordinarja fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni għal titjira segwenti fil-każ fejn il-konsegwenza ta’ din iċ-ċirkustanza li tkun ikkawżat dewmien taffettwa t-titjira sussegwenti sempliċement minħabba l-organizzazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru?

(2)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ natura evitabbli ma jikkonċernax iċ-ċirkustanzi straordinarji fihom infushom, iżda d-dewmien jew l-annullament tat-titjira li jirriżultaw minn tali ċirkustanzi straordinarji?

(3)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasportaturi tal-ajru li jwettqu t-titjiriet tagħhom fil-kuntest ta’ sistema msejħa ta’ rotazzjoni għandhom raġonevolment jipprevedu ħin ta’ riżerva minimu bejn it-titjiriet, li t-tul tagħhom jikkorrispondi għal dak previst fl-Artikolu 6(1)(a) sa (c) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004?

(4)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasportaturi tal-ajru li jwettqu t-titjiriet tagħhom fil-kuntest ta’ sistema msejħa ta’ rotazzjoni għandhom raġonevolment jirrifjutaw jew jipposponu t-trasport ta’ passiġġieri li t-titjira tagħhom ġarrbet dewmien sostanzjali minħabba ċirkustanza straordinarja, sabiex jiġi evitat dewmien tat-titjiriet sussegwenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Trabalho de Lisboa (il-Portugall) fis-16 ta’ Diċembru 2013 — Sindicato Nacional dos Profissionais de Seguros e Afins vs Via Directa — Companhia de Seguros SA

(Kawża C-665/13)

2014/C 85/21

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal do Trabalho de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sindicato Nacional dos Profissionais de Seguros e Afins

Konvenuta: Via Directa — Companhia de Seguros SA

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li minnu tirriżulta l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli għall-ħaddiema tas-settur pubbliku?

(2)

L-impożizzjoni unilaterali, mill-Istat, tas-sospensjoni tal-ħlas tar-remunerazzjonijiet, meta tiġi applikata biss għal kategorija speċifika ta’ ħaddiema, dawk tas-settur pubbliku, tikkostitwixxi diskriminazzjoni, fid-dawl tan-natura ġuridika tar-relazzjoni ta’ xogħol?


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2013 — Rohm Semiconductor GmbH vs Hauptzollamt Krefeld

(Kawża C-666/13)

2014/C 85/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rohm Semiconductor GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Krefeld

Domandi preliminari  (1)

(1)

Il-fatt li merkanzija jkollha funzjoni individwali fis-sens tal-intestatura 8543 tan-Nomenklatura Maqgħuda għandu bħala konsegwenza li, minkejja l-kompożizzjoni tagħha, din il-merkanzija ma tkunx tista’ tibqa’ tiġi kklassifikata taħt l-intestatura 8541?

(2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva: taħt liema kundizzjonijiet moduli li jitrażmettu/jirċevu [intiżi għat-trasferiment ta’ data minn telefon ċellulari lejn telefon ċellulari ieħor jew lejn apparat eletroniku ieħor bħal laptop, printer jew apparat fotografiku diġitali permezz tar-raġġi infra-ħomor], li għandhom funzjoni individwali fis-sens tal-intestatura 8543, għandhom jiġu kkunsidrati bħala partijiet ta’ magni, apparat jew tagħmir koperti minn din l-intestatura?


(1)  Dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana (ĠU L 290 p. 1).


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Suceava (ir-Rumanija) fis-16 ta’ Diċembru 2013 — Casa Județeană de Pensii Botoșani vs Evangeli Paraskevopoulou

(Kawża C-668/13)

2014/C 85/23

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Suceava

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Casa Județeană de Pensii Botoșani

Konvenut: Evangeli Paraskevopoulou

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ftehim bilaterali konkluż bejn żewġ Stati Membri qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament, li permezz tiegħu dawn l-Istati ftehmu fuq it-tmiem tal-obbligu relatat mal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali dovuti minn Stat liċ-ċittadini tal-Istat l-ieħor li kellhom l-istatus ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-ewwel Stat u li ġew irripatrijati fit-territorju tat-tieni Stat, inkambju għall-ħlas mill-ewwel Stat ta’ somma fissa għall-ħlas ta’ pensjonijiet u l-kopertura tal-perjodu li matulu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kienu tħallsu fl-ewwel Stat Membru, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/13


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2013 minn Mundipharma GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża T-328/12 — Mundipharma GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-669/13 P)

2014/C 85/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Mundipharma GmbH (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2013 (Kawża T-328/12);

tikkundanna lill-konvenut u lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellata, il-Qorti Ġenerali kienet ċaħdet l-eżistenza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni OXYGESIC u Maxigesic u, permezz ta’ dan, l-eżistenza ta’ kundzzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar it-trade mark Komunitarja”). Is-sentenza appellata hija bbażata fuq l-iżnaturament tal-fatti u tinkludi kontradizzjonijiet li jiksru r-regoli tal-loġika. Dan jirrappreżenta ksur tad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja. Permezz ta’ evalwazzjoni korretta, effettiva u mingħajr inkonsistenzi tal-fatti, il-Qorti Ġenerali kellha tasal għall-konstatazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni u għalhekk tilqa’ d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-23 ta’ Mejju 2012.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék Gazdasági Kollégiuma (l-Ungerija) fis-17 ta’ Diċembru 2013 — OTP Bank Nyrt. vs Magyar Állam u Magyar Államkincstár

(Kawża C-672/13)

2014/C 85/25

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék Gazdasági Kollégiuma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OTP Bank Nyrt.

Konvenuti: Magyar Állam u Magyar Államkincstár

Domandi preliminari

(1)

Għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat, u fl-affermattiv, bħala kompatibbli mas-suq intern il-garanzija tal-Istat mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tad-Digriet tal-Gvern Nru 12 tal-2001?

(2)

Jekk garanzija tal-Istat mogħtija fil-kuntest tal-imsemmi digriet tkun inkompatibbli mas-suq intern, liema rimedji huma disponibbli, abbażi tad-dritt Komunitarju, għall-eventwali preġudizzju għall-interessi tal-persuni kkonċernati?


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Diċembru 2013 — Condor Flugdienst GmbH vs Andreas Plakolm

(Kawża C-680/13)

2014/C 85/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Condor Flugdienst GmbH

Konvenut: Andreas Plakolm

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ kanċellazzjoni, iddefinit fl-Artikolu 2(l) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni f’din il-proċedura, huwa jkopri wkoll il-każ fejn it-titjira, minkejja li tkun inbdiet taħt in-numru ta’ titjira inizjali, ma tkunx twettqet kif previst inizjalment bħala titjira “non-stop”, iżda bil-kontra b’waqfa pprogrammata qabel it-tluq kif ukoll b’inġenju tal-ajru ieħor u b’kumpannija tal-ajru oħra taħt sub-charter?


(1)  Regolament (KE) Nru°261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fit-23 ta’ Diċembru 2013 — Johannes Demmer vs Fødevareministeriets Klagecenter

(Kawża C-684/13)

2014/C 85/27

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Johannes Demmer

Konvenuta: Fødevareministeriets Klagecenter

Domandi preliminari

(1)

Ir-rekwiżit li l-art agrikola ma tiġix “użata għall-attivitajiet agrikoli” (Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 1782/2003 (1)) u r-rekwiżit li l-art agrikola tintuża “għal attività agrikola jew […] użata predominatament għal attivitajiet agrikoli” (Artikolu 34(2)(a) tar-Regolament Nru 73/2009 (2)) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-għoti ta’ għajnuna hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-użu ewlieni tal-art ikun għal attività agrikola?

(a)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, liema huma l-parametri sabiex tiġi ddeterminata l-attività li tikkostitwixxi l-għan “ewlieni” ta’ art meta din, fl-istess ħin, tintuża għal raġunijiet differenti?

(b)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, dan iffisser li, jekk ikun il-każ, min-natura tagħhom stess u mill-użu tagħhom, il-meded ta’ art li jinsabu madwar ir-runway, il-karreġġjati u ż-żoni ta’ waqfien, li, minn naħa, jifformaw kollha parti mill-ajruport u huma suġġetta għal regoli u restrizzjonijiet partikolari, bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ, li jirregolaw l-użu tagħhom, iżda li, min-naħa l-oħra, huma wkoll użati għall-ġbir tal-ħaxix għall-produzzjoni ta’ gerbubin veġetali, jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna abbażi tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq?

(2)

Ir-rekwiżit li l-art agrikola għandha tifforma parti mill-“azjenda” tal-bidwi (Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 1782/2003 u Artikolu 34(2)(a) tar-Regolament Nru 73/2009) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-meded ta’ art li jinsabu madwar ir-runway, il-karreġġjati u ż-żoni ta’ waqfien, li, minn naħa, jifformaw kollha parti mill-ajruport u huma suġġetta għal regoli u restrizzjonijiet partikolari, bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ, li jirregolaw l-użu tagħhom, iżda li, min-naħa l-oħra, huma użati għall-ġbir tal-ħaxix għall-produzzjoni ta’ gerbubin veġetali, jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna abbażi tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq?

(3)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1(b) u/jew għad-domanda 2 tkun fin-negattiv, minħabba l-fatt li l-artijiet inkwistjoni, minbarra li jintużaw bħala mergħa permanenti għall-produzzjoni ta’ ħaxix għall-produzzjoni ta’ gerbubin veġetali, jikkostitwixxu wkoll meded ta’ art, f’ajruport, madwar ir-runway, il-karreġġjati u ż-żoni ta’ waqfien, hemm:

(a)

żbalji li setgħu raġonevolment jiġu identifikati mill-bidwi fis-sens tal-Artikolu 137 tar-Regolament Nru 73/2009, tad-drittijiet għal pagamenti li, minkejja dan, ġew allokati għall-imsemmija artijiet?

(b)

żball li seta’ raġonevolment jiġi identifikat mill-bidwi fis-sens tal-Artikolu 73(4) tar-Regolament Nru 796/2004 (3), tal-għajnuna li, minkejja dan, ingħatat għall-imsemmija artijiet?

(c)

pagament indebitu li fir-rigward tiegħu l-benefiċjarju ma jistax jitqies li aġixxa in bona fide fis-sens tal-Artikolu 73(5) tar-Regolament Nru 796/2004, tal-għajnuna li, minkejja dan, ingħatat għall-imsemmija artijiet?

(4)

Liema mument għandu jittieħed inkunsiderazzjoni biex jiġi evalwat:

(a)

jekk hemmx żbalji li setgħu raġonevolment jiġu identifikati mill-bidwi, fis-sens tal-Artikolu 137 tar-Regolament Nru 73/2009?

(b)

jekk hemmx żball li raġonevolment seta’ jiġi identifikat mill-bidwi, fis-sens tal-Artikolu 73(4) tar-Regolament Nru 796/2004?

(c)

jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna jistax jitqies bħala li aġixxa in bona fide fis-sens tal-Artikolu 73(5) tar-Regolament Nru 796/2004?

(5)

L-evalwazzjoni msemmija fid-domanda 4(a) sa (c) għandha ssir għal kull sena kkonċernata jew għall-pagamenti kollha kemm huma?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 4, p. 269)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad- 19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243)


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2013 — Les Laboratoires Servier SA vs Ministre des affaires sociales et de la santé, Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-691/13)

2014/C 85/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Les Laboratoires Servier SA

Konvenuti: Ministre des affaires sociales et de la santé, Ministre de l’Économie et des Finances

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (1) jeżiġu l-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ inklużjoni u ta’ tiġdid ta’ l-inklużjoni fil-lista tal-prodotti mediċinali li jagħtu d-dritt għar-rimbors mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard li, billi jirrestrinġu fir-rigward tal-applikazzjoni ppreżentata l-indikazzjonijiet terapewtiċi li jagħtu d-dritt għar-rimbors, jew billi jissuġġettaw lil dan tal-aħħar għal kundizzjonijiet li jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-kwalifiki tat-tobba li jiktbu r-riċetta, l-organizzazzjoni tal-kura jew is-segwitu tal-kundizzjoni tal-pazjenti, jew bi kwalunkwe mod ieħor, jagħtu d-dritt għar-rimbors mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard biss lil xi wħud mill-pazjenti li jistgħu jibbenefikaw mill-prodott mediċinali jew biss f’ċerti ċirkustanzi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 345.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Jannar 2014 — Kernkraftwerke Lippe-Ems GmbH vs Hauptzollamt Osnabrück

(Kawża C-5/14)

2014/C 85/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kernkraftwerke Lippe-Ems GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Osnabrück

Domandi preliminari

(1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 267, moqrija flimkien mal-punt (b) tal-ewwel sentenza tiegħu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tawtorizza lil qorti ta’ Stat Membru tagħmel domandi, li jsirulha fir-rigward tal-legalità ta’ liġi nazzjonali, marbuta mal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, anki meta l-qorti nazzjonali jkollha mhux biss dubji dwar il-konformità tal-liġi mad-dritt tal-Unjoni, minn naħa, iżda tkun ukoll konvinta li l-liġi nazzjonali tmur kontra l-kostituzzjoni nazzjonali, min-naħa l-oħra, u li, għal din ir-raġuni, hija diġà adixxiet, fi proċedura parallela, il-Qorti Kostituzzjonali — li hija l-unika kompetenti, skont id-dritt nazzjonali, sabiex tiddeċiedi dwar il-inkostituzzjonalità tal-liġijiet — li d-deċiżjoni tagħha għadha madankollu mhux mogħtija?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tingħata fl-affermattiv, il-Finanzgericht Hamburg titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta għad-domandi li ġejjin:

(2)

Id-Direttivi 2008/118/KE (1) u 2003/96/KE (2), adottati sabiex jiġu armonizzati d-dazji tas-sisa u li jikkonċernaw il-prodotti tal-enerġija u tal-elettriku fil-kuntest tal-Unjoni, jipprekludu l-introduzzjoni ta’ taxxa nazzjonali miġbura fuq il-kombustibbli nukleari użati għall-produzzjoni industrijali tal-elettriku? Dan jiddependi mill-possibbiltà prevedibbli li t-taxxa nazzjonali tiġi mgħoddija fuq il-konsumatur permezz tal-prezz tal-elettriku u, jekk ikun il-każ, x’għandu jinftiehem b’“mgħoddija”?

(3)

Impriża tista’ tikkontesta taxxa, miġbura minn Stat Membru, bl-għan li jiġi ġġenerat dħul, fuq l-użu ta’ kombustibbli nukleari għall-produzzjoni industrijali tal-elettriku, billi tallega li l-ġbir ta’ tali taxxa jikkostitwixxi għajnuna li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE?

Fil-każ li tingħta risposta fl-affermattiv għad-domandi preċedenti:

Il-liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kombustibbli nukleari li tapplika taxxa, bl-għan li jiġi ġġenerat dħul, biss fuq l-impriżi li jipproduċu elettriku fuq livell industrijali billi jużaw kombustibbli nukleari, tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE? Liema huma ċ-ċirkustanzi rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk impriżi oħra, li ma humiex suġġetti għal taxxa simili, jinsabu f’sitwazzjoni li hija fattwalment u ġuridikament komparabbli?

(4)

Il-ġbir tat-taxxa Ġermaniża fuq il-kombustibbli nukleari jmur kontra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Trattat KEEA)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU 2009 L 9, p. 12).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-20 ta’ Jannar 2014 — Union des syndicats de l’immobilier (UNIS) vs Ministre du travail, de l’emploi, de la formation professionnelle et du dialogue social, Syndicat national des résidences de tourisme (SNRT) et

(Kawża C-25/14)

2014/C 85/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Union des syndicats de l’immobilier (UNIS)

Konvenuti: Ministre du travail, de l’emploi, de la formation professionnelle et du dialogue social, Syndicat national des résidences de tourime (SNRT) et

Domanda preliminari

L-osservanza tal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta mill-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea hija kundizzjoni minn qabel obbligatorja għall-estensjoni, minn Stat Membru, fil-konfront tal-impriżi kollha ta’ fergħa, ta’ ftehim kollettiv li jagħti lil operatur uniku, magħżul mill-imsieħba soċjali, il-ġestjoni ta’ sistema ta’ previdenza kumplementari obbligatorja stabbilita favur l-impjegati?


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-20 ta’ Jannar 2014 — Beaudout Père et Fils SARL vs Ministre du travail, de l’emploi, de la formation professionnelle et du dialogue social, Confédération nationale de la boulangerie et boulangerie-pâtisserie française, Fédération Générale Agroalimentaire — CFDT et

(Kawża C-26/14)

2014/C 85/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Beaudout Père et Fils SARL

Konvenuti: Ministre du travail, de l’emploi, de la formation professionnelle et du dialogue social, Confédération nationale de la boulangerie et boulangerie-pâtisserie française, Fédération Générale Agroalimentaire — CFDT et

Domanda preliminari

L-osservanza tal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta mill-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea hija kundizzjoni minn qabel obbligatorja għall-estensjoni, minn Stat Membru, fil-konfront tal-impriżi kollha ta’ fergħa, ta’ ftehim kollettiv li jagħti lil operatur uniku, magħżul mill-imsieħba soċjali, il-ġestjoni ta’ sistema ta’ previdenza kumplementari obbligatorja stabbilita favur l-impjegati?


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/17


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-29/14)

2014/C 85/32

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Gheorghiu u M. Owsiany-Hornung)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem (1), taħt l-Artikoli 3(b), 4(2) u 7 u tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE, tat-8 ta’ Frar 2006, rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli uman (2), kif ukoll taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE, tal-24 ta’ Ottubru 2006, li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja u ċerti kondizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani (3), billi eskludiet iċ-ċelluli riproduttivi u t-tessuti embrijoniċi u fetali mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali intiżi għat-traspożizzjoni ta’ dawn id-direttivi.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont ir-rikorrenti, it-traspożizzjoni mwettqa mill-Polonja fl-ordinament ġuridiku Pollakk tad-Direttivi 2004/23, 2006/17 u 2006/86 hija inkompleta, peress illi la fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi tal-1 ta’ Lulju 2005 dwar il-kisba, il-ħażna u t-trapjantazzjoni ta’ ċelluli, tessuti u organi, li permezz tagħha dawn id-Direttivi huma inkorporati fl-ordinament ġuridiku intern u lanqas fil-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni adottati skont din il-liġi ma huma inklużi ċ-ċelluli riproduttivi u lanqas it-tessuti embrjoniċi u fetali.

Bħala konsegwenza, id-dispożizzjonijiet għat-traspożizzjoni tad-Direttivi 2004/23 u 2006/86 ma humiex inkorporati fid-dritt Pollakk, sa fejn dawn jirreferu għall-imsemmija ċelluli riproduttivi u t-tessuti embrijoniċi u fetali.

Minbarra dan, ma ġewx trasposti d-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 2006/17 li jirreferu għaċ-ċelluli riproduttivi, jiġifieri, l-Artikoli 3(b) u 4(2) u l-AnnessIII.

Dan ifisser li, fil-proċedura amministrattiva qabel dik ġudizzjarja, ir-Repubblika tal-Polonja kkonfermat li l-imsemmija dispożizzjonijiet ma humex inkorporati fid-dritt nazzjonali, filwaqt li ssostni dan li ġej: “Fl-ambitu taċ-ċelluli riproduttivi, kif ukoll tat-tessuti embrijoniċi u fetali, id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi japplikaw fil-parti l-kbira fil-prattika klinika ta’ kuljum, fejn dawn ġew trasposti mill-ispeċjalisti […]”.

Il-Kummissjoni ssostni li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni kellhom jiġu trasposti fl-intier tagħhom permezz ta’ regoli legali vinkolanti.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 291.

(2)  ĠU L 330M, p. 162

(3)  ĠU L 314M, p. 272


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/18


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-36/14)

2014/C 85/33

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u M. Patakia)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika tal-Polonja implementat miżuri sproporzjonati u mhux konformi mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (1) u b’hekk naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3(1) flimkien mal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva sa fejn ipprovdiet għal intervent mill-Istat li ma huwiex limitat ratione temporis b’tali mod li l-impriżi li joperaw fis-settur tal-enerġija huma obbligati japplikaw il-prezzijiet awtorizzati mill-president tal-awtorità regolatorja fil-qasam tal-enerġija fir-rigward tal-provvista ta’ gass naturali, filwaqt li (i) id-dritt nazzjonali ma jobbligax lill-organi tal-awtorità nazzjonali jeżaminaw f’perijodi regolari l-ħtieġa u l-mod tal-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri fis-settur tal-gass fid-dawl tal-livell ta’ żvilupp f’dan is-settur, u (ii) dawn il-miżuri japplikaw għal numru llimitat ta’ utenti mingħajr distinzjoni bejn il-klijenti u mingħajr distinzjoni skont is-sitwazzjoni tal-individwi fil-kuntest ta’ gruppi differenti;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-obbligu, previst fl-Artikolu 47 tal-Liġi dwar l-enerġija u infurzat bl-impożizzjoni ta’ multa, li l-prezzijiet għall-provvista ta’ gass naturali jiġu approvati mill-president tal-awtorità regolatorja fil-qasam tal-enerġija, sa fejn japplika għall-impriżi tal-enerġija kollha fir-rigward tal-provvisti lil klijenti li ma jkunux klijenti tad-dar, jikkostitwixxi intervent mill-Istat fil-forma tal-imsemmija prezzijiet irregolati li jmur kontra r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u li għalhekk jikser l-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2009/73.

Fil-fatt, l-intervent mill-Istat ikkontestat ma jissodisfax l-istandards stabbiliti fis-sentenza Federutility et tal-Qorti tal-Ġustizzja (C-265/08), sa fejn id-dritt nazzjonali applikabbli (il-Liġi dwar l-enerġija tal-10 ta’ April 1997) jipprevedi obbligu li l-prezzijiet irregolati jiġu applikati b’mod li jmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-interess ekonomiku ġenerali inkwistjoni (protezzjoni kontra prezzijiet eċċessivi għall-gass). B’mod partikolari, l-obbligu li tintalab l-awtorizzazzjoni tal-prezzijiet għall-provvista ta’ gass naturali ma huwiex limitat ratione temporis u ma jiddependi minn ebda evalwazzjoni ta’ jekk is-sitwazzjoni fis-suq tal-gass tiġġustifikax tali intervent. Barra minn hekk, dan l-obbligu japplika bl-istess mod għall-impriżi tal-enerġija kollha li ma jkunux ġew speċifikament eżentati mill-president tal-awtorità regolatorja fil-qasam tal-enerġija, mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tal-gass u mingħajr ma ssir distinzjoni fuq il-bażi tal-kategorija tal-klijenti tal-provvisti: klijenti finali li jkunu industriji, klijenti bl-ingrossa u klijenti tad-dar huma ttrattati bl-istess mod.


(1)  ĠU L 211, p. 94.


Il-Qorti Ġenerali

22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/20


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Wolverine International vs UASI — BH Stores (cushe)

(Kawża T-642/13)

2014/C 85/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wolverine International, LP (Grand Cayman, il-Ġżejjer Kajman) (rappreżentanti: M. Plesser u R. Heine, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BH Stores BV (Curaçao, l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Settembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1269/2012-4;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “cushe” għal prodotti fil-klassi 25 — Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 859 087 li tindika lill-Unjoni Ewropea

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: probabbiltà ta’ konfużjoni skont l-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u reġistrazzjoni internazzjonali kkontestata li tindika lill-Unjoni Ewropea ddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/20


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2013 — AEMN vs Il-Parlament

(Kawża T-678/13)

2014/C 85/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance Européenne des Mouvements Nationaux (AEMN) (Matzenheim, Franza) (rappreżentant: J. P. Le Moigne, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tal-partijiet

tannulla d-Deċiżjoni Nru 110655, tal-14 ta’ Ottubru 2013, li stabbiliet l-allokazzjoni definittiva, mogħtija mill-Parlament Ewropew lill-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux għas-sena 2012, għas-somma ta’ EUR 186 292,12 u konsegwentement iddeċiediet li l-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux għandha tirrimborsa s-somma ta’ EUR 45 476,00 peress li somma ta’ EUR 231 412,80 diġà ngħatat lill-assoċjazzjoni rikorrenti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew li jħallas l-ispejjeż kollha u li jħallas għal dan il-għan somma ta’ EUR 20 000,000 lill-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-inkompetenza tal-awtur tal-att, peress li l-firmatarju tiegħu ma kellu ebda delega sabiex jieħu, jiffirma u jinnotifika d-deċiżjoni kkontestata.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur ta’ rekwiżiti proċedurali, peress li l-Parlament ma tax lir-rikorrenti l-opportunità li jikkummentaw dwar l-irregolaritajiet ikkonstatati.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-istat tad-dritt, sa fejn:

il-kontribuzzjonijiet in natura huma metodu regolari ta’ finanzjament;

ir-rikorrenti sofra trattament diskriminatorju tal-baġit tagħha meta mqabbla mal-partiti politiċi Ewropej l-oħra;

id-dritt għal smigħ qabel l-adozzjoni ta’ miżura individwali sfavorevoli ma ġiex irrispettat.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, peress li l-Parlament uża restrizzjonijiet finanzjarji sabiex jillimita l-mezzi ta’ azzjoni ta’ partit politiku li uħud mill-membri tiegħu ma jaqblux mal-ideali tiegħu.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/21


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2013 — AEMN vs Il-Parlament

(Kawża T-679/13)

2014/C 85/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance européenne des mouvements nationaux (AEMN) (Matzenheim, Franza) (rappreżentant: J. P. Le Moigne, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewopew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2013, ritraskritta parzjalment bid-deċiżjoni tal-14 ta’ Ottubru 2013 u li stabbiliet l-allokazzjoni definittiva, mogħtija mill-Parlament Ewropew lill-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux għas-sena 2012, għas-somma ta’ EUR 186 292,12 u konsegwentement iddeċiediet li l-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux għandha tirrimborsa s-somma ta’ EUR 45 476,00 peress li somma ta’ EUR 231 412,80 diġà ngħatat lill-assoċjazzjoni rikorrenti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew li jħallas l-ispejjeż kollha u li jħallas għal dan il-għan somma ta’ EUR 20 000,000 lill-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-678/13, AEMN vs Il-Parlament.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/21


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 — Bilbaina de Alquitranes et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-689/13)

2014/C 85/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bilbaína de Alquitranes, SA (Luchana-Baracaldo, Vizcaya, Spanja); Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka); Industrial Química del Nalón, SA (Oviedo, Spanja); Koppers Denmark A/S (Nyborg, id-Danimarka); Koppers UK Ltd (Scunthorpe, ir-Renju Unit); Koppers Netherlands BV (Uithoorn, il-Pajjiżi l-Baxxi); Rütgers basic aromatics GmbH (Castrop-Rauxel, il-Ġermanja); Rütgers Belgium NV (Zelzate, il-Belġju); Rütgers Poland Sp. z o.o. (Kędzierzyn-Koźle, il-Polonja); Bawtry Carbon International Ltd (Doncaster, ir-Renju Unit); Grupo Ferroatlántica, SA (Madrid, Spanja); SGL Carbon GmbH (Meitingen, il-Ġermanja); SGL Carbon GmbH (Bad Goisern am Hallstättersee, l-Awstrija); SGL Carbon (Passy, Franza); SGL Carbon, SA (La Coruña, Spanja); SGL Carbon Polska S.A. (Racibórz, il-Polonja); u ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-att ikkontestat sa fejn dan jikklassifika CTPHT bħala H400 u H410;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013, tat-2 ta’ Ottubru 2013, li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (iktar ’il quddiem ir-“Regolament CLP”) (ĠU L 261, p. 5), sa fejn dan ikklassifika ż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja Nru°CAS 65996-93-2 (iktar ’il quddiem is-“CTPHT”) fil-kategoriji H400 (tossiċità akkwatika akuta 1) u H410 (tossiċità akkwatika kronika 1) (iktar ’il quddiem l-“att ikkontestat”).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tlett motivi:

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-att ikkontestat sa fejn dan tal-aħħar jikser id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti REACH u CLP dwar il-klassifikazzjoni tas-sustanzi abbażi tat-tossiċità tagħhom għall-ambjent akkwatiku u li jikkonċernaw l-istudji li għandhom jiġu aċċettati għal dan il-għan, u sa fejn l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament peress li l-awtur tiegħu ċaħad l-istudji mwettqa b’mod konformi mal-linji gwida fuq l-applikazzjoni tar-regolament REACH u dawk tal-OECD u talab ittestjar li ma huwa bbażat fuq ebda metodu standardizzat aċċettat.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-att ikkontestat sa fejn dan tal-aħħar huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li l-awtur tiegħu ma kkunsidrax il-proprjetajiet inerenti intrinsiċi tas-CTPHT li jammontaw b’mod partikolari għal varjabbli importanti fl-ittestjar bid-dawl UV u fl-applikazzjoni tal-metodu tas-somma, huwa stabbilixxa l-fatturi M għall-kostitwenti PAH mingħajr eżami adegwat tal-istudji li għalihom irrefera u ċaħad l-informazzjoni fornuta mir-rikorrenti mingħajr ġustifikazzjoni valida.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-att ikkontestat sa fejn dan tal-aħħar kiser il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni tat-trasparenza u tad-drittijiet tad-difiża.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/22


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2014 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-27/14)

2014/C 85/38

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla s-sejħa tal-Kummissjoni Ewropea C(2013) 7221 finali, tal-4 ta’ Novembru 2013 għall-irtirar tad-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Kummerċ u tal-Industrija tar-Repubblika Ċeka li tagħti deroga, għall-faċilitajiet ta’ ħażna tal-gass f’Dambořice, mir-regoli legali nazzjonali li jimplementaw id-Direttiva 2003/55/KE (1) dwar ir-regoli għall-aċċess ta’ terzi u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266(1) TFUE

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li meta l-Kummissjoni adottat d-deċiżjoni kkontestata, hija aġixxiet b’mod li jmur manifestament kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013, Globula vs Il-Kummissjoni, T-465/11.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE

Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata wara l-iskadenza tat-terminu previst fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE.


(1)  Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/22


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2014 — Laverana vs UASI (BIO — INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX — PROPRE FABRICATION)

(Kawża T-30/14)

2014/C 85/39

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger u M. Zöbisch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1749/2013-4 u tawtorizza l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 11 642 527 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1749/2013-4 u tibgħat lura l-każ quddiem l-Uffiċċju sabiex jadotta deċiżjoni ġdida;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1749/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad, li tinkludi l-elementi verbali “BIO — INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX — PROPRE FABRICATION” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 642 527

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/23


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2014 — Secop vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/14)

2014/C 85/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Secop GmbH (Flensburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Schnelle u C. Aufdermauer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013, Aiuto di Stato SA.37640, C(2013) 9119 finali — Aiuti per il salvataggio a favore di ACC Compressors S.p.A., Italia (Ġħajnuna mill-Istat SA.37640 C(2013) 9119 finali; għajnuna għas-salvataġġ favur ACC Compressors S.p.A., l-Italja), skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE.

Ir-rikorrenti ssostni nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Hija tafferma li l-Kummissjoni, minkejja li kienet taf biċ-ċirkustanzi tal-każ minħabba proċedura parallela ta’ kontroll ta’ inkorporazzjoni li tikkonċerna x-xiri ta’ attivi li kienu jappartjenu lil sussidjarja tal-benefiċjarja tal-għajnuna, ma ħaditx inkunsiderazzjoni konsegwenzi li jirriżultaw minn din iċ-ċirkustanza għall-eliġibbiltà tal-benefiċjarja tal-għajnuna u lanqas tal-effetti partikolari tad-deċiżjoni pożittiva fil-qasam ta’ għajnuna għar-rikorrenti.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati.

Ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE. F’dan ir-rigward, hija ssostni, fost l-oħrajn, li l-benefiċjarja tal-għajnuna għandha tiġi kklassifikata bħala mhux kompetittiva u bħala impriża ġdida li nħolqot bħala miżura ta’ ristrutturazzjoni. Il-benefiċjarja għall-għajnuna ġiet imċaħħda mill-attivi meħtieġa sabiex twettaq l-attivitajiet tagħha permezz tax-xiri, mir-rikorrenti, ta’ attivi ta’ kumpannija li tappartjeni għall-grupp tagħha, attivi li mingħajrhom hija la tista’ twettaq jew tkompli bl-attivitajiet tagħha.

Minbarra dan, hemm ksur tal-Artikolu 108(2) u (3) TFUE. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummisjsoni jmissha kkunsidrat li kienu jeżistu diffikultajiet sinjifikattivi dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni u li hija kellha tiftaħ il-proċedura ta’ eżami prinċipali.

Fl-aħħar nett, fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti sosstni l-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter

Ir-rikorrenti ssostni, f’dan il-motiv, li l-Kummissjoni għamlet lilha nnifisha ħatja ta’ użu ħażin ta poter peress li hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni punti ta’ fatt sinjifikattivi li huma essenzjali għall-eżami u għall-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, b’mod li hija adottat id-deċiżjoni tagħha fuq bażi fattwali inkompleta.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/25


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Frar 2014 — Armani vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/12) (1)

(Servizz Pubbliku - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Dritt għall-benefiċċju tal-allowance għall-ulied dipendenti - Wild dipendenti - Wild tal-konjuġi tar-rikorrent)

2014/C 85/41

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Armani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u V. Joris, bħala aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikkonċedix lir-rikorrent allowance tal-familja għal wild il-konjuġi tiegħu, imwieled minn żwieġ preċedenti.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tas-17 ta’ Awwissu 2011, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tirrikonoxxi d-dritt ta’ Armani għal allowance għall-ulied dipendenti fir-rigward ta’ wild il-konjuġi tiegħu, hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn Armani.


(1)  ĠU C 243, 11.8.12, p. 34


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/25


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2014 — Bodson et vs BEI

(Kawża F-73/12) (1)

(Servizz Pubbliku - Persunal tal-BEI - Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol - Riforma tas-sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ progressjoni salarjali tal-BEI)

2014/C 85/42

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean-Pierre Bodson et (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz, T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, P. E. Partsch, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fil-payslips, li tiġi applikata d-deċiżjoni ġenerali tal-Bank Ewropew tal-Investiment li tistabbilixxi progressjoni salarjali limitata għal 2.8 % għall-persunal kollu u d-deċiżjoni li tiddefinixxi skeda ta’ mertu li twassal għal telf ta’ 1 % tas-salarju u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-istituzzjoni għall-ħlas tad-differenza fir-remunerazzjoni kif ukoll għall-ħlas tad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

J.-P. Bodson u s-seba’ rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment.


(1)  ĠU C 295, 29.09.2012, p. 33.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/26


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2014 — Bodson et vs BEI

(Kawża F-83/12) (1)

(Servizz Pubbliku - Persunal tal-BEI - Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol - Remunerazzjoni - Riforma tas-sistema ta’ primjums tal-BEI)

2014/C 85/43

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean-Pierre Bodson et (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz, T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, P. E. Partsch, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jiġi applikat fir-rigward tar-rikorrenti primjum skont is-sistema l-ġdida ta’ prestazzjonijiet kif tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-14 ta’ Diċembru 2010 u mid-Deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija tad-9 ta’ Novembru 2010 u tas-16 ta’ Novembru 2011 u, min-naħa l-oħra, it-talba sussegwenti li l-konvenut jiġi kkundannat għall-ħlas tad-differenza fir-remunerazzjoni kif ukoll għall-ħlas tad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

J.-P. Bodson u s-seba’ rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment.


(1)  ĠU C 295, 29.09.2012, p. 34.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/26


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 — ZZ vs FRA

(Kawża F-97/13)

2014/C 85/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Laure, M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li jinħatar kandidat ieħor għall-pożizzjoni ta’ “Senior Programme Manager” fi ħdan il-FRA u d-deċiżjoni impliċita li ma tinħatarx ir-rikorrenti għal pożizzjoni oħra ta’ “Senior Programme Manager” imsemmija fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-5 ta’ Frar 2013, li biha r-rikorrenti ġiet infurmata li d-Direttur tal-FRA għażel li jaħtar kandidat ieħor għall-pożizzjoni ta’ ta’ “Senior Programme Manager — Social Research” (AD8) u, konsegwentement, li ma jaħtarx lilha għal din il-pożizzjoni;

jannulla d-deċiżjoni impliċita li hija mingħajr data, li ma tinħatarx għall-pożizzjoni l-oħra bħala ta’ “Senior Programme Manager” imsemmija fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti;

jannulla kull deċiżjoni meħuda abbażi ta’ dawn id-deċiżjonijiet illegali;

jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Lulju 2013, sa fejn din tiċħad l-ilment ifformulat mir-rikorrenti u li tirrifjuta li tagħti bidu għal investigazzjoni amministrattiva mmexxija minn investigatur li mingħajr dubju huwa indipendenti, imparzjali u oġġettiv, sabiex jiġu stabbiliti l-fatti;

jordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali mġarrab mir-rikorrenti, li l-ammont tiegħu huwa stmat għal EUR 550 651;

jordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti, li l- ammont tiegħu huwa stmat għal EUR 70 000;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/26


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 — ZZ vs ENISA

(Kawża F-112/13)

2014/C 85/45

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tal-ENISA li jirrexxindi l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment amministrattiv tiegħu kif ukoll kull att preċedenti illegali, inkluż l-att li permezz tiegħu l-ENISA keċċiet lir-rikorrent;

jordna l-ħlas lir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għad-dannu morali li sostna;

tikkundanna lil ENISA għall-ispejjeż.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/27


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA)

(Kawża F-3/14)

2014/C 85/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-EASA li ġġedded il-kuntratt tar-rikorrent għal sena waħda biss minflok ħames snin, bi ksur tal-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008/KE.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Marzu 2013 tal-Bord Amministrattiv li jġedded il-kuntratt tiegħu għal sena waħda biss;

konsegwentement, jannulla l-emenda Nru 2 għall-kuntratt ta’ xogħol tiegħu li ġġedded il-kuntratt għal perijodu ta’ sena;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/27


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-5/14)

2014/C 85/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent jitneħħa mill-pożizzjoni tiegħu skont l-Artikolu 9(1)(h) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni wara investigazzjoni interna li bdiet wara investigazzjoni mill-OLAF mibdija kontra impriża u talba għad-danni fir-rigward tad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni adottata fis-16 ta’ Ottubru 2013, innotifikata fid-dar tar-rikorrent fit-18 ta’ Ottubru ta’ wara mid-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, meħuda mill-Awtorità tal-Ħatra magħmula minn tliet partijiet fil-fajl CMS 12/042, li tipprovdi li “ZZ għandu jitneħħa mill-pożizzjoni tiegħu skont l-Artikolu 9(1)(h) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għal pensjoni” u li tidħol “fis-seħħ ix-xahar wara d-data tal-iffirmar tagħha”;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas, bħala kumpens għad-danni morali, mediċi, familjari, professjonali u materjali u għall-ħsara għall-karriera tar-rikorrent, li ġiet evalwata b’mod simboliku għal EUR 1, l-ammont ta’ EUR 30 000, bla ħsara għal kwalunkwe żieda jew tnaqqis li jistgħu jintalbu fil-mori tal-kawża;

fi kwalunkwe każ, jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 87(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/28


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-6/14)

2014/C 85/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: F. Van der Schueren, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrenti l-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti wara l-mewt tal-ex konjuġi tagħha.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Ottubru 2013 b’risposta għall-ilment tar-rikorrenti (Nru R/485/13), li tirrifjuta l-għoti ta’ pensjoni tal-manteniment tas-superstiti wara l-mewt tal-ex konjuġi tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/28


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-7/14)

2014/C 85/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas għal sentejn minflok tliet snin l-estensjoni tal-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Lulju 2013 li tnaqqas minn tliet snin għal sentejn l-estensjoni tal-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju mogħtija permezz ta’ deċiżjoni tat-23 ta’ Novembru 2011;

tistabbilixxi l-ammont ta’ EUR 45 000, flimkien mal-interessi moratorji, bħala l-ammont tal-kumpens li jkun dovut lir-rikorrenti f’każ li l-Kummissjoni tkun, legalment, fl-impossibbiltà li tintegrha mill-ġdid għal perijodu ta’ sena;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.


22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/28


Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs BEI

(Kawża F-8/14)

2014/C 85/50

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: A. Senes u L. Payot, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrent il-promozzjoni mill-kariga F għall-kariga E.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Attribuzzjoni tat-23 ta’ Ottubru 2013;

jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.