ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.080.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 80

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
19 ta' Marzu 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2014/C 080/01

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2014 dwar proposta għal regolament dwar il-posponiment tad-data tal-migrazzjoni lejn is-SEPA (CON/2014/3)

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 080/02

Rata tal-kambju tal-euro

5

2014/C 080/03

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

6

2014/C 080/04

Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ April 2014(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

7

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 080/05

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

8

MT

 


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

19.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ Jannar 2014

dwar proposta għal regolament dwar il-posponiment tad-data tal-migrazzjoni lejn is-SEPA

(CON/2014/3)

2014/C 80/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-14 ta’ Jannar 2014, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012 fir-rigward tal-migrazzjoni lejn trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti mal-Unjoni kollha (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE sabiex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 3.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaqgħu fl-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE, b’mod partikolari b’konnessjoni mal-kompitu bażiku tal-Eurosistema taħt l-Artikolu 127(2) tat-Trattat li jippromwovi l-operat bla xkiel ta’ sistemi ta’ pagament. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta‘ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Skop u kontenut tar-regolament propost

Fid-9 ta’ Jannar 2014 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ir-regolament propost, li għandu jemenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bl-introduzzjoni ta’ perjodu tranżitorju addizzjonali ta’ sitt xhur. Taħt ir-regolament propost, “klawsola ta’ anterjorità” tippermetti li l-banek u l-fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament jipproċessaw il-ħlasijiet li mhumiex konformi mar-Regolament (UE) Nru 260/2012 sal-1 ta’ Awwissu 2014, biex jiżguraw li l-parteċipanti tas-suq li ma jikkonformawx mar-Regolament (UE) Nru 260/2012 sa Frar 2014 jistgħu jkomplu jagħmlu ħlasijiet u jevitaw kull inkonvenjenza għall-konsumaturi.

1.    Osservazzjonijiet ġenerali

1.1.

Immedjatament wara l-pubblikazzjoni tar-regolament propost, l-Eurosistema rrikonoxxiet fi stqarrija (3) l-isforzi tal-migrazzjoni b’saħħithom u ta’ suċċess li twettqu mill-partijiet interessati fiż-żona tal-euro. L-istqarrija semmiet li l-iktar informazzjoni riċenti mill-kommunitajiet nazzjonali taż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro (SEPA) tissuġġerixxi li r-ritmu tal-migrazzjoni huwa għoli u mgħaġġel, li jindika li l-maġġoranza vasta tal-partijiet interessati ser ilestu l-migrazzjoni fil-ħin.

1.2.

Ir-regolament propost wassal għal konfużjoni fis-swieq dwar l-iskadenza għall-migrazzjoni u għalhekk hemm bżonn urġenti għal gwida ċara. Tħassib ulterjuri huwa n-nuqqas ta’ ċertezza legali fil-każ li r-regolament propost huwa adottat biss wara l-iskadenza attwali, jiġifieri l-1 ta’ Frar 2014. Dan it-tħassib se jkun parzjalment indirizzat mill-applikazzjoni retroattiva proposta tar-regolament propost, jiġifieri mill-31 ta’ Jannar 2014. Kemm jista’ jkun, għandha tiġi evitata sitwazzjoni fejn matul iż-żmien fejn tapplika l-iskadenza attwali għall-migrazzjoni sakemm jiġi adottat ir-regolament propost, is-swieq ikunu inċerti fir-rigward tal-adozzjoni tar-regolament propost.

1.3.

Huwa għalhekk ta’ importanza kbira li tiġi introdotta mill-ġdid iċ-ċertezza legali, titnaqqas il-konfużjoni fis-swieq u tingħatalhom gwida ċara dwar l-iskadenza. Dawn l-oġġettivi jistgħu jiġu żgurati l-aħjar permezz ta’ adozzjoni mgħaġġla tar-regolament propost mill-Kunsill u mill-Parlament, mingħajr alterazzjonijiet ulterjuri fl-elementi ewlenin tiegħu.

2.    Osservazzjonijiet speċifiċi

Bil-ħsieb tal-oġġettivi imsennija aktar 'il fuq, u sal-punt li tippermetti l-proċedura leġiżlattiva rapida, il-BĊE jipproponi bidliet li għandhom l-għan li (a) jikkjarifikaw l-iskop tar-regolament propost (l-introduzzjoni ta’ perjodu tranżitorju addizzjonali, permezz ta’ deroga) u l-ġustifikazzjoni tiegħu (huwa improbabbli li l-migrazzjoni lejn is-SEPA titlesta kollha sal-1 ta’ Frar 2014); (b) it-terminoloġija tar-regolament propost tiġi allinjata ma’ dik tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, u (ċ) jiġi żgurat li l-effett tal-perjodu tranżitorju fuq l-impożizzjoni tal-penalitajiet jiġi ċċarat.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, qed jiġu stipulati fl-Anness proposti speċifiċi tal-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmula fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2013) 937 final.

(2)  Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).

(3)  Stqarrija għall-istampa tad-9 ta’ Jannar 2014. Disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 6

“(6)

Mill-1 ta’ Frar 2014, il-banek u l-fornituri oħrajn tas-servizzi ta’ pagamenti se jkollhom jirrifjutaw li jaċċettaw l-ipproċessar ta' trasferimenti ta' kreditu jew debiti diretti li mhumiex konformi mas-SEPA minħabba l-obbligi ġuridiċi tagħhom, għalkemm, hekk kif attwalment huwa diġà l-każ, huma teknikament jistgħu jipproċessaw dawn il-pagamenti billi jkomplu jużaw skemi ta’ pagamenti antiki eżistenti flimkien ma’ SCT u SDD. Fin-nuqqas ta’ migrazzjoni sħiħa lejn SCT u SDD, ma jistgħux jiġu esklużi inċidenti li jinvolvu pagamenti li jwasslu għal dewmien f’dawn il-pagamenti. L-utenti kollha ta’ servizzi ta’ pagament u partikolarment l-SMEs u l-konsumaturi jistgħu jkunu affettwati.”

“(6)

Mill-1 ta’ Frar 2014, il-banek u l-fornituri oħrajn tas-servizzi ta’ pagamenti se jkollhom jirrifjutaw li jaċċettaw l-ipproċessar ta' trasferimenti ta' kreditu jew debiti diretti li mhumiex konformi mas-SEPA minħabba l-obbligi ġuridiċi tagħhom taħt ir-Regolament (UE) Nru 260/2012, għalkemm, hekk kif attwalment huwa diġà l-każ, huma teknikament jistgħu jipproċessaw dawn il-pagamenti billi jkomplu jużaw skemi ta’ pagamenti antiki eżistenti flimkien ma’ SCT u SDD. Fin-nuqqas ta’ migrazzjoni sħiħa lejn SCT u SDD, ma jistgħux jiġu esklużi inċidenti li jinvolvu pagamenti li jwasslu għal dewmien f’dawn il-pagamenti. L-utenti kollha ta’ servizzi ta’ pagament u partikolarment l-SMEs u l-konsumaturi jistgħu jkunu affettwati.”

Spjegazzjoni

It-terminu “obbligi ġuridiċi” huwa wieħed vag u għandha ssir referenza għar-Regolament (UE) Nru 260/2012.

Emenda 2

Premessa 7

“(7)

Huwa essenzjali li jiġi evitat tfixkil żejjed ta’ pagamenti li jirriżulta mill-fatt li l-migrazzjoni lejn is-SEPA ma tkunx kompletament lesta sal-1 ta’ Frar 2014. (…) Għalhekk għandu jiġi introdott perjodu tranżitorju li jippermetti l-kontinwazzjoni ta’ tali pproċessar parallel ta’ pagamenti f’formati differenti. (…) Matul il-perjodu tranżitorju, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli japplikaw penalitajiet għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagamenti li jipproċessaw pagamenti mhux konformi u għall-utenti tas-servizzi ta’ pagamenti li għadhom ma emigrawx.”

“(7)

Huwa essenzjali li jiġi evitat tfixkil żejjed ta’ pagamenti li jirriżulta mill-fatt li l-migrazzjoni lejn is-SEPA ma tkunx li hija improbabbli li tkun kompletament lesta sal-1 ta’ Frar 2014. (…..) Għalhekk għandu jiġi introdott perjodu tranżitorju addizzjonali li jippermetti l-kontinwazzjoni ta’ tali pproċessar parallel ta’ pagamenti f’formati differenti. (…) Għandu jiġi kkjarifikat b’mod ċar illi M matul il-perjodu tranżitorju addizzjonali, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli japplikaw penalitajiet għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagamenti li jipproċessaw pagamenti mhux konformi u għall-utenti tas-servizzi ta’ pagamenti li għadhom ma emigrawx.”

Spjegazzjoni

Il-frażi “il-fatt li l-migrazzjoni lejn is-SEPA ma tkunx kompletament lesta sal-1 ta’ Frar 2014” hija kontradetta mill-premessa 5 li taqra “huwa għalhekk improbabbli ħafna li l-parteċipanti kollha tas-suq se jkunu konformi mas-SEPA sal-1 ta’ Frar 2014”. Iż-żewġ premessi għandhom jiġu ssimplifikati. Barra minn dan, it-terminoloġija “perjodu tranżitorju addizzjonali” għandha tiġi applikata b'mod konsistenti. Finalment, għall-finijiet taċ-ċertezza legali, in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-penalitajiet matul u bħala riżultat tal-perjodu tranżitorju addizzjonali trid tiġi ddikjarata bħala fatt.

Emenda 3

Artikolu 1(1)

“1.   Minkejja l-Artikolu 6(1) u (2), il-PSPs jistgħu jkomplu, sal-1 ta’ Awwissu 2014, jipproċessaw tranżazzjonjiet ta’ pagamenti f’euro f’formati li huma differenti minn dawk meħtieġa għat-trasferimenti ta’ kreditu SEPA u għad-debiti diretti SEPA.”

“1.   Minkejja Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 6(1) u (2), il-PSPs jistgħu jkomplu, sal-1 ta’ Awwissu 2014, jipproċessaw tranżazzjonjiet ta’ pagamenti f’euro f’formati antiki li huma differenti minn dawk meħtieġa għat-trasferimenti ta’ kreditu SEPA u għad-debiti diretti SEPA taħt dan ir-Regolament.”

Spjegazzjoni

It-terminu “permezz ta’ deroga” huwa meħud mit-test attwali tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 u huwa legalment preċiż. It-terminu “trasferimenti ta’ kreditu SEPA” u “debiti diretti SEPA” mhumiex iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 260/2012. Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, l-iskop ta’ din id-deroga irid ikun ċar.

Emenda 4

Artikolu 1(1), it-tieni paragrafu

“L-Istati Membri japplikaw ir-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-Artikolu 6(1) u (2), stabbiliti skont l-Artikolu 11, biss mit-2 ta’ Awwissu 2014.”

“L-Istati Membri japplikaw ir-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-Artikolu 6(1) u (2), stabbiliti skont l-Artikolu 11, biss mit-2 ta’ Awwissu 2014u fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta' pagamenti mibdija nhar jew wara t-2 ta' Awwissu 2014 biss.”

Spjegazzjoni

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, irid jiġi ċċarat illi l-penalitajiet għa tranżazzjonijiet ipproċessati matul il-perjodu tranżizzjonali addizzjonali huma esklużi.

Emenda 5

Artikolu 1(1), it-tielet paragrafu

“B’deroga mill-Artikoli 6(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta’ Frar 2016, iħallu lill-PSPs biex jipprovdu lill-PSUs, b’servizzi ta’ konverżjoni għall-pagamenti nazzjonali, li jippermettu lill-PSUs li jkunu konsumaturi jkomplu jużaw BBAN minflok l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness bil-kundizzjoni li l-interoperabilità tiġi żgurata billi jiġi konvertit il-BBAN ta’ min iħallas u tal-benefiċjarju b’mod tekniku u sikur fl-identifikatur tal-kont ta’ pagament rispettiv speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness. (…)”

“B’deroga mill-Artikoli 6(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta’ Frar 2016, iħallu lill-PSPs biex jipprovdu lill-PSUs, b’servizzi ta’ konverżjoni għall għat-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti nazzjonali, li jippermettu lill-PSUs li jkunu konsumaturi jkomplu jużaw BBAN minflok l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness bil-kundizzjoni li l-interoperabilità tiġi żgurata billi jiġi konvertit il-BBAN ta’ min iħallas u tal-benefiċjarju b’mod tekniku u sikur fl-identifikatur tal-kont ta’ pagament rispettiv speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness. (…)”

Spjegazzjoni

Allinjament mat-terminoloġija tar-Regolament (UE) Nru 260/2012.


(1)  It-tipa skura fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Marzu 2014

2014/C 80/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3902

JPY

Yen Ġappuniż

141,10

DKK

Krona Daniża

7,4639

GBP

Lira Sterlina

0,83830

SEK

Krona Żvediża

8,8226

CHF

Frank Żvizzeru

1,2162

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3050

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,411

HUF

Forint Ungeriż

311,52

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,2092

RON

Leu Rumen

4,5050

TRY

Lira Turka

3,0885

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5255

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5355

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7971

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6138

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7583

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 487,97

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,9281

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6083

HRK

Kuna Kroata

7,6580

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 718,74

MYR

Ringgit Malażjan

4,5550

PHP

Peso Filippin

62,322

RUB

Rouble Russu

50,5525

THB

Baht Tajlandiż

44,671

BRL

Real Brażiljan

3,2726

MXN

Peso Messikan

18,3367

INR

Rupi Indjan

85,0052


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/6


Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

2014/C 80/03

Il-Kummissjoni qiegħda tiddikjara li għandha l-intenzjoni li timplimenta l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – is-settur tat-trasport f'konformità mal-ammonti indikattivi skont il-prijoritajiet ta' fondi li jinsabu fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2013) 940) (1), mingħajr ħsara għall-flessibbiltà neċessarja meħtieġa għall-implimentazzjoni baġitarja.

L-ammonti indikattivi jistgħu jiġu riveduti wara l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li se tiġi mħejjija mill-Kummissjoni qabel il-31 ta' Diċembru 2017, kif iddikjarat fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (2).


(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-bini tan-Netwerk Ewlieni tat-Trasport: Il-Kurituri tan-Netwerk Ewlieni u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” COM(2013) 940.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (UE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013).


19.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/7


Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ April 2014

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

2014/C 80/04

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta' referenza u ta' tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta' referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f'din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta' tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta' 100 punt bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda r-regolament ta' implimentazzjoni (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f'deċiżjoni speċifika, ir-rata ta' rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punt bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

Abbozz tat-test ippubblikat fil-ĠU C 53, 25.2.2014, p. 26.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.4.2014

0,53

0,53

2,96

0,53

0,58

0,53

0,78

0,53

0,53

0,53

0,53

0,53

1,83

2,92

0,53

0,53

0,69

0,53

0,53

0,53

0,53

2,75

0,53

3,72

1,06

0,53

0,53

0,88

1.3.2014

31.3.2014

0,53

0,53

2,96

0,53

0,71

0,53

0,78

0,53

0,53

0,53

0,53

0,53

1,83

3,45

0,53

0,53

0,69

0,53

0,53

0,53

0,53

2,75

0,53

3,72

1,29

0,53

0,53

0,88

1.1.2014

28.2.2014

0,53

0,53

2,96

0,53

0,71

0,53

0,78

0,53

0,53

0,53

0,53

0,53

2,35

3,45

0,53

0,53

0,69

0,53

0,53

0,53

0,53

2,75

0,53

3,72

1,29

0,53

0,53

0,88


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

19.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/8


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2014/C 80/05

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel  (2)

“CEBULARZ LUBELSKI”

Nru tal-KE: PL-PGI-0005-01092-07.02.2013

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Cebularz lubelski”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Polonja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 2.4:

Ħobż, prodotti tal-għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1)

Iz-“Cebularz lubelski” huwa ftira ċatta u tonda, b'dijametru ta' bejn 5 cm u 25 cm u bi ħxuna ta' madwar 1,5 cm, magħmula minn għaġina tad-dqiq tal-qamħ ta' kwalità għolja, li tipikament ikun fiha darbtejn aktar zokkor u marġerina jew butir mill-għaġina tad-dqiq tal-qamħ normali. Il-wiċċ tagħha għandu saff mili magħmul minn basal imqatta' oħxon, imħallat ma' żrieragħ tal-pepprin, melħ u żejt veġetali. Il-mili għandu lewn dehbi, b'togħma u aroma karatteristiċi tal-basal moqli. Ix-xifer tal-madwar għandu ħxuna ta' bejn 0,5 cm u 1,5 cm, b'qoxra tqarmeċ, lewn id-deheb ċar jagħti kemxejn fl-ismar. L-ilbieba hija ċara, ratba, u kemxejn niedja. Il-mili jfuħ b'aroma tipika ta' basal li għadu kif inqela. Jekk iz-“Cebularz lubelski” jkun inħema fuq qiegħ tan-nuħħala, tidher in-nuħħala tal-qamħ fuq in-naħa t'isfel tiegħu.

Iz-“Cebularz lubelski” jista' jittiekel sa 48 siegħa wara li jkun inħema.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Għaġina

dqiq tal-qamħ ta' kwalità tajba għall-ikel (ħieles minn elementi kontaminanti organiċi jew inorganiċi, b'numru tal-waqgħa (falling number) ta' mill-inqas 220, u kontenut ta' gluten ta' mill-anqas 25 %) – 100 kg

zokkor – 2 kg

marġerina jew butir – 3 kg

ħmira – 4 kg

ilma – 50 l

melħ – 1 kg

Mili

basal – 30 kg

żejt veġetali – 1 l (żejt tal-kolza, żejt tal-ġirasol jew taħlita tat-tnejn li huma)

żerriegħa tal-pepprin blu – 3 kg

melħ – 1,5 kg

3.4.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Kull stadju fil-produzzjoni għandu jsir fiż-żona ġeografika ddefinita:

it-tħejjija tal-mili;

it-tħejjija tal-għaġina;

it-tqassim tal-għaġina;

it-tiswir tal-biċċiet;

il-ħami.

3.5.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar eċċ.

Iz-“Cebularz lubelski” jista' jinbiegħ mingħajr ippakkjar.

Jista' jitqiegħed f'ippakkjar individwali biss wara li jkun bired. L-ippakkjar tal-prodott qabel ma jkun bired iwassal għal żieda fl-indewwa u jtellef malajr il-kwalità tqarmeċ.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

Jekk jintuża ppakkjar, it-tikketta taz-“Cebularz lubelski” għandha tinkludi s-simbolu tal-indikazzjoni ġeografika protetta.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-provinċja ta' Lubelskie, kif iddefinita mill-konfini amministrattivi tagħha.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

It-tradizzjoni tal-furnara ta' Lublin tmur lura għall-Medjuevu, filwaqt li l-ewwel referenza għall-ftira ċatta taz-“Cebularz lubelski”– kif ukoll għar-riċetta tagħha li ntirtet minn ġenerazzjoni għall-oħra– tmur lura għas-seklu 19. Is-“Cebularz lubelski” nħema għall-ewwel darba mil-Lhud li kienu jgħixu fil-Kwartier Antik ta' Lublin. Maż-żmien, billi r-riċetta kienet sempliċi u l-ingredjenti kienu rħas, din it-tip ta' ftira nxterdet mar-reġjun kollu ta' Lublin. Karatteristika tipika tar-reġjun għal bosta sekli kienet it-tlaqqigħ ta' tradizzjonijiet differenti tal-furnara, u magħha l-iskambju ta' riċetti u ta' modi ta' użu ta' ċerti ingredjenti minn furnara tas-sengħa ġejjin minn kulturi differenti. B'riżultat ta' dan ġiet stabbilita t-tradizzjoni tal-ħami taz-“Cebularz lubelski”, li sar imfittex ħafna mill-konsumaturi, tant li ntrabat mill-qrib ħafna mar-reġjun ta' Lublin.

Mit-tifkiriet tar-residenti ta' Lublin tul is-snin ta' bejn iż-żewġ gwerer (1919-1939), nafu li z-“Cebularz lubelski” kien prodott mill-aktar mifrux, li kien jinħema f'ħafna fran tal-Lhud. Seta' jinxtara wkoll direttament mill-qfief li l-bejjiegħa tat-triq kienu jġorru ma' spallejhom. L-eqdem residenti ta' Lublin jiftakru l-preżenza kbira li kellhom dawn il-prodotti moħmija, kif ukoll ir-riħa tfuħ tagħhom, it-togħma delikata u l-prezz baxx, li tant kienu jħajru li ma kellhomx bżonn riklamar.

In-nies b'rabta mas-settur tal-furnara, inkluż is-sid tal-ewwel forn li fetaħ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, huma l-aqwa għajn ta' tagħrif dwar iz-“Cebularz lubelski”. Illum dan il-forn huwa mmexxi mit-tielet ġenerazzjoni ta' furnara. Is-sid jiftakar li l-firxa ta' prodotti li kienu jinbiegħu mill-forn meta reġa' fetaħ wara l-ħerba tal-gwerra kienet limitata, iżda z-“Cebularz lubelski” kien wieħed mill-prodotti għall-bejgħ fl-ewwel milied ta' wara l-gwerra.

Karatteristika tipika tar-reġjun ta' Lublin hija s-settur żviluppat ħafna tal-furnara. Ħafna mill-ifran attivi llum huma negozji tal-familja, immexxija bis-sengħa minn ġenerazzjoni wara l-oħra. Kien hekk li l-għarfien u l-esperjenza baqgħu jintirtu b'mod naturali. Barra minn hekk, illum il-ġurnata, element bażiku tat-taħriġ vokazzjonali għall-furnara fil-provinċja Lubelskie huwa li jaħkmu l-arti tal-produzzjoni taz-“Cebularz lubelski”. Din hija karatteristika tipika ta' dan ir-reġjun biss.

Iz-“Cebularz lubelski” sar ukoll parti importanti u stabbilita tad-dieta tal-poplu tar-reġjun, billi din kienet iddominata minn platti sempliċi magħmula mill-iktar uċuħ tar-raba' disponibbli, bħaċ-ċereali, il-basal, il-pjanti għaż-żejt taż-żerriegħa (kolza u kittien) u ż-żerriegħa tal-pepprin blu.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-karatteristiċi li ġejjin jagħżlu b'mod partikulari z-“Cebularz lubelski” minn prodotti oħra tal-furnara żviluppati fl-istess żona ta' produzzjoni:

l-użu ta' għaġina tad-dqiq tal-qamħ ta' kwalità għolja;

it-tiswir tal-prodott bl-idejn;

il-forma ta' ċirku;

xifer tal-għaġina mixwi, b'qoxra tqarmeċ;

mili ta' basal mingħajr trattament termali, b'żerriegħa tal-pepprin; u

ilbieba ċara, ratba, kemxejn niedja u tfuħ.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-kwalità jew karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Ir-rabta bejn iz-“Cebularz lubelski” u r-reġjun tissejjes fuq l-ispeċifiċità tiegħu, kif deskritta fil-punt 5.2., kif ukoll fuq ir-reputazzjoni tiegħu.

L-isem “Cebularz lubelski” jixhed l-użu ta' mili bil-basal. Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, il-ftajjar bil-basal kienu jinħmew mil-Lhud li kienu jgħixu f'Lublin, Kazimierz Dolny u Zamość. Wara l-gwerra, ir-riċetta nxterdet malajr mar-reġjun kollu ta' Lublin. Prodott b'karatteristiċi uniċi, iz-“Cebularz lubelski” inħoloq permezz tal-ispeċifiċità taż-żona ġeografika. L-iskambju ta' tradizzjonijiet tal-furnara wassal, fost l-oħrajn, għall-iżvilupp ta' dan il-prodott bażiku tal-ħobż.

Il-karatteristiċi speċifiċi taz-“Cebularz lubelski” ġejjin mir-rabta mill-qrib ħafna maż-żona ta' produzzjoni. Ir-rabta toħroġ biċ-ċar, qabelxejn, fil-ħiliet tal-furnara lokali. Dawn il-ħiliet isibu l-espressjoni tagħhom, ngħidu aħna, fil-mod preċiż kif jipproduċu z-“Cebularz lubelski”, inklużi l-għażla ta' basal b'togħma ħelwa u moderata, is-sengħa fil-mod uniku ta' tħejjija tal-mili mingħajr ma jissaħħan, u l-iżgurar tat-tul ta' żmien u tal-kundizzjonijiet xierqa għall-maturazzjoni. Il-ħila fit-tħejjija tal-għaġina tad-dqiq tal-qamħ ta' kwalità għolja, fejn huwa importantissmu li jiġi rrispettat il-proporzjon preċiż tal-ingredjenti, it-tiswir taz-“Cebularz lubelski” bl-idejn, u t-tqassim uniformi tal-mili mal-wiċċ kollu tal-għaġina sabiex jinħoloq xifer kemxejn mixwi madwar il-prodott, huma kollha essenzjali. Ta' min wieħed jisħaq ukoll fuq il-fatt li z-“Cebularz lubelski” qatt ma ġie prodott barra mir-reġjun ta' Lublin.

Iz-“Cebularz lubelski” huwa mfaħħar ħafna mill-konsumaturi tiegħu, tant li huwa preżenti f'kull avveniment, kompetizzjoni, festival u fiera tas-settur tal-furnara fil-Polonja u barra minnha, fosthom il-festivals tal-ħsad ta' Lublin u Radawiec Duży, il-festival tal-ħobż Święto Chleba fil-Mużew Miftuħ ta' Lublin, il-Fiera tal-Prodotti Reġjonali Ewropej f'Zakopane, il-Fiera Internazzjonali tal-Ħobż f'Jawor, Polagra Food f'Poznań, the il-Jiem tal-Ikel Naturali “Natura Food”, u l-fiera internazzjonali tal-ikel “Food & Taste” fi Frankfurt an der Oder. Iz-“Cebularz lubelski” jinbiegħ u jista' jiddewwaq f'kull wieħed minn dawn l-avvenimenti u f'oħrajn simili. B'riħet hekk, sar wieħed mis-simboli promozzjonali ewlenin għall-provinċja Lubelskie. Iz-“Cebularz lubelski” ikun preżenti wkoll kull fejn issir kompetizzjoni biex jinstab l-aqwa prodott gastronomiku tar-reġjun ta' Lublin. Waħda mill-aktar kompetizzjonijiet importanti fuq livell nazzjonali huwa Nasze Kulinarne Dziedzictwo – Smaki Regionów, imtellgħa mill-Kamra Pollakka tal-Prodotti Reġjonali u Lokali. Barra minn hekk, l-għan ta' waħda mill-kompetizzjonijiet ewlenin għall-furnara tas-sengħa waqt il-festival tal-ħobż Święto Chleba, imtellgħa kull sena fil-Mużew Miftuħ ta' Lublin mill-Fergħa Reġjonali ta' Lublin tal-Għaqda Pollakka tal-Furnara tas-Sengħa u l-Għaqda tal-Artiġjani tal-Ikel ta' Lublin, huwa li jsib l-aqwa “Cebularz lubelski”.

Iz-“Cebularz lubelski” jiġi servit ukoll f'bosta avvenimenti u attivitajiet imtellgħin fil-provinċja Lubelskie, bħal pikniks tal-familja (eż. il-Piknik Rodzinny fi Czerniejów), l-ewwel “Laqgħa onomastika f'Lublin għall-irġiel bl-isem ta' Zbigniew”, u l-“Laqgħa tan-nisa tas-settur tal-furnara” organizzata mill-Kamra tas-Snajja' u tal-Intrapriżi ta' Lublin.

Iz-“Cebularz lubelski” ddaħħal fil-“Mappa gastronomika tar-reġjun ta' Lublin”, inizjattiva konġunta tal-gazzetta lokali “Dziennik Wschodni” u tal-awtoritajiet tal-provinċja ta' Lubelskie, li timmira li tippreżenta l-gastronomija multikulturali tar-reġjun.

Ir-reputazzjoni u s-sinfikat qawwi taz-“Cebularz lubelski” għall-komunità lokali jixhidhom il-fatt li l-midja spiss tiddedikalu programmi tat-televixin u tar-radju, artikli tal-istampa u pubblikazzjonijiet, eċċ.:

“Cebularz jest lubelski”, Przegląd Piekarski i Cukierniczy, Settembru 2007;

“Lubelski cebularz – historia regionalna”, Biuletyn Izby Rzemiosła i Przedsiębiorczości w Lublinie, Mejju/Ġunju 2010;

“Jak cebularz, to tylko lubelski”, Kurier Lubelski, l-20 ta' Awwissu 2010 u l-10 ta' Settembru 2010;

“Cebularz super star”, Dziennik Wschodni, is-26 ta' Marzu 2011.

Għadd ta' artikli fuq dan is-suġġett ġew ippubblikati fuq l-internet.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.minrol.gov.pl/pol/Jakosc-zywnosci/Produkty-regionalne-i-tradycyjne/Zlozone-wnioski-o-rejestracje-Produkty-regionalne-i-tradycyjne/OGLOSZENIE-MINISTRA-ROLNICTWA-I-ROZWOJU-WSI-z-dnia-7-wrzesnia-2012-roku


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.