ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.078.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 78

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
15 ta' Marzu 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 078/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 71, 8.3.2014

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 078/02

Kawża C-372/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Polimeles Protodikio Athinon (il-Greċja) fit-2 ta’ Lulju 2013 — Warner-Lambert Company LLC u Pfizer Ellas AE vs SiegerPharma Anonimi Farmakeftiki Etairia

2

2014/C 078/03

Kawża C-462/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Polimeles Protodikio Athinon (il-Greċja) fis-6 ta’ Awwissu 2013 — Warner-Lambert Company LLC u Pfizer Ellas AE vs Minerva Farmakeftiki AE

2

2014/C 078/04

Kawża C-640/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

2

2014/C 078/05

Kawża C-655/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Diċembru 2013 — H.J. Mertens vs Raad van bestuur van het uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

3

2014/C 078/06

Kawża C-662/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-13 ta’ Diċembru 2013 — Surgicare — Unidades de Saúde SA vs Fazenda Pública

3

2014/C 078/07

Kawża C-687/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Diċembru 2013 — Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Regensburg

3

2014/C 078/08

Kawża C-688/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil no 3 de Barcelona (Spanja) fis-27 ta’ Diċembru 2013 — Gimnasio Deportivo San Andrés, S.L., partijiet oħra: Gemma Atarés París u Agencia Estatal de la Administración Tributaria

4

2014/C 078/09

Kawża C-690/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Efeteio Thrakis (il-Greċja) fis-27 ta’ Diċembru 2013 — Trapeza Eurobank Ergasias AE vs Agrotiki Trapeza tis Ellados AE (ATE) u Pavlos Sidiropoulos

5

2014/C 078/10

Kawża C-23/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sø- og Handelsretten (id-Danimarka) fis-16 ta’ Jannar 2014 — Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet

5

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 078/11

Kawżi magħquda T-23/10 u T-24/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 — Arkema France vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej tal-istabbilizzaturi termiċi tal-landa u tal-istabbilizzaturi termiċi ESBO/ester — Deċiżjoni li tikkonstata żewġ każijiet ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Multi — Tul tal-ksur — Preskrizzjoni — Interess leġittimu li jiġi kkonstatat ksur — Talba għal bidla — Ammont tal-multi — Tul tad-diversi ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa)

6

2014/C 078/12

Kawża T-27/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 — AC-Treuhand vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq ta’ stabilizzaturi termiċi tal-landa u ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri — Deċiżjoni li tikkonstata żewġ każijiet ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Impriża ta’ konsulenza li ma toperax fis-swieq inkwistjoni — Multi — Talba għal annullament — Kunċett ta’ impriża — Prinċipju ta’ nulla poena sine lege — Tul tal-ksur — Preskrizzjoni — Tul tal-proċeduri amministrattivi — Terminu raġonevoli — Drittijiet tad-difiża — Informazzjoni tardiva tal-proċeduri ta’ investigazzjoni — Limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Sanżjoni ta’ żewġ każijiet ta’ ksur f’deċiżjoni waħda — Kunċett ta’ ksur uniku — Talba għal bidla — Ammont tal-multi — Tul tal-ksur — Tul tal-proċeduri amministrattivi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Valur tal-bjegħ — Multa simbolika — Setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa)

6

2014/C 078/13

Kawża T-40/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 — Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi tal-landa u tal-istabilizzaturi termiċi ESBO/esters — Deċiżjoni li tikkonstata żewġ każijiet ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Multi — Talba għal annullament — Drittijiet tad-difiża — Informazzjoni tardiva tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni — Tul tal-proċedura amministrattiva — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha — Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti — Tul tal-ksur — Preskrizzjoni — Interess leġittimu li jiġi kkonstatat ksur li seħħ fil-passat — Multi imposti fuq il-kumpannija parent ta’ ammont differenti minn dawk imposti fuq is-sussidjarja — Ġurisdizzjoni sħiħa)

7

2014/C 078/14

Kawża T-342/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 — CEEES u Asociación de Gestores de Estaciones de Servicio vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tal-pompi tal-petrol — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji li saru obbligatorji b’deċiżjoni tal-Kummissjoni — Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura — Multi — Pagamenti ta’ penalità)

7

2014/C 078/15

Kawża T-604/11 u T-292/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 — Mega Brands vs UASI — Diset (MAGNEXT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade marks Komunitarji figurattiva MAGNEXT u verbali MAGNEXT — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAGNET 4 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

8

2014/C 078/16

Kawża T-127/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 — Free vs UASI — Noble Gaming (FREEVOLUTION TM) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FREEVOLUTION TM — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX u trade marks nazzjonali verbali preċedenti FREE u FREE MOBILE — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenza ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

8

2014/C 078/17

Kawżi magħquda T-174/12 u T-80/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 — Syrian Lebanese Commercial Bank vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Adattament tat-talbiet — Terminu — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Drittijiet tad-difiża)

9

2014/C 078/18

Kawża T-339/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 — Gandia Blasco vs UASI — Sachi Premium-Outdoor Furniture (Pultruna kubika) (Disinn jew mudell Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pultruna kubika — Disinn jew mudell preċedenti — Raġuni ta’ invalidità — Karattru individwali — Impressjoni globali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

9

2014/C 078/19

Kawża T-357/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 — Sachi Premium-Outdoor Furniture vs UASI — Gandia Blasco (Pultruna) (Disinn jew mudell Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pultruna — Disinn jew mudell preċedenti — Raġuni ta’ invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

10

2014/C 078/20

Kawża T-156/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Confederación de Cooperativas Agrarias de España u CEPES vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni Spanjola li tipprevedi miżuri favur kooperattivi agrikoli wara ż-żieda fil-prezz tal-karburant — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Assoċjazzjonijiet professjonali — Nuqqas ta’ interess individwali — Assenza ta’ rkupru — Tmiem tal-interess ġuridiku — Inammissibbiltà)

10

2014/C 078/21

Kawża T-596/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 — Bricmate vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Dumping — Importazzjoni ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Nuqqas ta’ interess individwali — Att leġiżlattiv li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni — Inammissibbiltà)

11

2014/C 078/22

Kawża T-141/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Pro-Duo vs UASI — El Corte Inglés (GO!) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

11

2014/C 078/23

Kawża T-468/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2014 — Faktor, B. i W. Gęsina vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata tar-rikors — Dewmien — Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu — Inammissibbiltà manifesta)

11

2014/C 078/24

Kawża T-168/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 — EPAW vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Persuna ġuridika rregolata taħt id-dritt privat — Assenza ta’ prova ta’ eżistenza ġuridika — Artikolu 44(5)(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà manifesta)

12

2014/C 078/25

Kawża T-670/13 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2013 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-23 ta’ Ottubru 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-93/12, D’Agostino vs Il-Kummissjoni

12

2014/C 078/26

Kawża T-681/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 — Colomer Italy vs UASI — Farmaca International (INTERCOSMO ESTRO)

13

2014/C 078/27

Kawża T-715/13: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2013 — Lidl Stiftung vs UASI — Horno del Espinar (Castello)

13

2014/C 078/28

Kawża T-28/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2014 — José Manuel Baena Grupo, SA vs UASI — Neuman u Galdeano del Sel (Rappreżentazzjoni ta’ persuna bilqiegħda)

14

2014/C 078/29

Kawża T-46/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2014 — Sales & Solutions vs UASI — Wattline (WATTLINE)

14

2014/C 078/30

Kawża T-48/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2014 — Pfizer vs Il-Kummissjoni u EMA

15

2014/C 078/31

Kawża T-50/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2014 — Demp vs UASI (TURBO DRILL)

15

2014/C 078/32

Kawża T-55/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2014 — Genossenschaftskellerei Rosswag-Mühlhausen vs UASI (Lembergerland)

16

2014/C 078/33

Kawża T-63/14: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2014 — Iran Insurance vs Il-Kunsill

16

2014/C 078/34

Kawża T-437/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2014 — Gap granen & producten vs Il-Kummissjoni

17

2014/C 078/35

Kawża T-658/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni vs UASI — Ten ewiv (TEN)

18

2014/C 078/36

Kawża T-659/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni vs European Alliance for Solutions and Innovations (EASI European Alliance Solutions Innovations)

18

2014/C 078/37

Kawża T-389/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2014 — EDF vs Il-Kummissjoni

18

2014/C 078/38

Kawża T-415/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 — Xeda International et vs Il-Kummissjoni

18

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 078/39

Kawża F-102/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2014 — Van Asbroeck vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Klassifikazzjoni fi grad — Kandidati inklużi fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni għal mogħdija fil-kategorija qabel id-dħul fis-seħħ tar-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal 2004 — Allowance kumpensatorja — Deċiżjoni li l-uffiċjali li jibbenefikaw minn din l-allowance kumpensatorja jiġu kklassifikati mill-ġdid)

19

2014/C 078/40

Kawża F-114/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2014 — Jelenkowska-Luca vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowance tal-espatrijazzjoni — Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Nazzjonalità tal-Istat li fit-territorju tiegħu jinsab il-post tal-impjieg — Residenza abitwali)

19

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/1


2014/C 78/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 71, 8.3.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 61, 1.3.2014

ĠU C 52, 22.2.2014

ĠU C 45, 15.2.2014

ĠU C 39, 8.2.2014

ĠU C 31, 1.2.2014

ĠU C 24, 25.1.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Polimeles Protodikio Athinon (il-Greċja) fit-2 ta’ Lulju 2013 — Warner-Lambert Company LLC u Pfizer Ellas AE vs SiegerPharma Anonimi Farmakeftiki Etairia

(Kawża C-372/13)

2014/C 78/02

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Polimeles Protodikio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Warner-Lambert Company LLC u Pfizer Ellas AE

Konvenuta: SiegerPharma Anonimi Farmakeftiki Etairia

Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) iddeċidiet permezz ta’ digriet motivat tat-30 ta’ Jannar 2014.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Polimeles Protodikio Athinon (il-Greċja) fis-6 ta’ Awwissu 2013 — Warner-Lambert Company LLC u Pfizer Ellas AE vs Minerva Farmakeftiki AE

(Kawża C-462/13)

2014/C 78/03

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Polimeles Protodikio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Warner-Lambert Company LLC u Pfizer Ellas AE

Konvenuta: Minerva Farmakeftiki AE

Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) iddeċidiet permezz ta’ digriet motivat tat-30 ta’ Jannar 2014.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/2


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-640/13)

2014/C 78/04

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet

tiddikjara li billi jillimita b’mod retroattiv id-dritt tal-persuni taxxabbli li jirkupraw it-taxxa li kienet imposta kontra l-liġi tal-Unjoni, ir-Renju Unit naqas milli josserva l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(3) TEU;

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni

L-Artikolu 107 tal-Finance Act 2007 iċaħħad b’mod retroattiv il-persuni taxxabbli mid-dritt li jirkupraw taxxa imposta illegalment.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-assenza ta’ kull dispożizzjoni tal-liġi tal-UE dwar din il-kwistjoni, hija l-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet proċedurali li jirregolaw r-rimedji ġudizzjarji intiżi biex jiżguraw id-drittijiet li ċ-ċittadini għandhom taħt il-liġi tal-UE. Madankollu, dik l-awtonomija proċedurali hija suġġetta għall-osservanza tal-prinċipji ta’ effettività u ekwivalenza u għall-prinċipji ta’ liġi oħra applikabbli ġeneralment, bħal ċertezza legali u l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. L-Artikolu 107 tal-Finance Act 2007 jonqos milli josserva dawk il-prinċipji u huwa għalhekk inkompatibbli mal-Artikolu 4(3) TEU.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Diċembru 2013 — H.J. Mertens vs Raad van bestuur van het uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

(Kawża C-655/13)

2014/C 78/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H.J. Mertens

Konvenuta: Raad van bestuur van het uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

Domanda preliminari

L-Artikolu 71(1)(a)(i) tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandu jiġu interpretat fis-sens li jipprekludi li ħaddiem transkonfinali li, immedjatament wara relazzjoni ta’ impjieg full-time ma’ persuna li timpjega fi Stat Membru, ikun impjegat għal sigħat inqas minn persuna oħra li timpjega fl-istess Stat Membru jitqies bħala ħaddiem transkonfinali parzjalment qiegħed?


(1)  Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35)


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-13 ta’ Diċembru 2013 — Surgicare — Unidades de Saúde SA vs Fazenda Pública

(Kawża C-662/13)

2014/C 78/06

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Surgicare — Unidades de Saúde SA

Konvenuta: Fazenda Pública

Domanda preliminari

F’kuntest fejn l-amministrazzjoni fiskali tissuspetta li teżisti prattika abbużiva intiża sabiex jinkiseb ir-rimbors tal-VAT u li fiha d-dritt Portugiż jipprovdi proċedura minn qabel obbligatorja applikabbli għall-prattiki abbużivi fil-qasam fiskali, hemm lok li jiġi kkunsidrat li din il-proċedura ma tistax tapplika fil-qasam tal-VAT, fid-dawl tal-oriġini Komunitarja ta’ din it-taxxa?


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Diċembru 2013 — Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Regensburg

(Kawża C-687/13)

2014/C 78/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Regensburg

Domanda preliminari

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat-12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1) huwa validu?


(1)  ĠU L 238, p. 1.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil no 3 de Barcelona (Spanja) fis-27 ta’ Diċembru 2013 — Gimnasio Deportivo San Andrés, S.L., partijiet oħra: Gemma Atarés París u Agencia Estatal de la Administración Tributaria

(Kawża C-688/13)

2014/C 78/08

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Mercantil de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gimnasio Deportivo San Andrés, S.L.

Partijiet oħra: Gemma Atarés París u Agencia Estatal de la Administración Tributaria

Domandi preliminari

(1)

Il-garanzija għal akkwirent ta’ impriża f’sitwazzjoni ta’ insolvenza, jew ta’ unità ta’ produzzjoni ta’ din l-impriża, li ma jaċċettax l-obbligi li jirriżultaw minn djun tas-siġurtà soċjali li seħħew qabel l-għoti tal-unità ta’ produzzjoni, jew obbligi li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ xogħol preċedenti meta l-proċedura ta’ insolvenza twassal għal protezzjoni tal-inqas ekwivalenti għal dik prevista fid-direttivi Komunitarji, tapplika biss u esklużivament għall-obbligi direttament marbuta mal-kuntratti jew relazzjonijiet ta’ xogħol jew inkella, fil-kuntest ta’ protezzjoni kompleta tad-drittijiet tal-ħaddiema u tal-ħarsien tal-impjieg, din il-garanzija għandha tiġi estiża għal djun li jirriżultaw minn kuntratti ta’ xogħol jew tas-siġurtà soċjali li seħħew qabel l-għoti lil terz?

(2)

Dejjem f’dan il-kuntest tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema, il-qorti li quddiemha titressaq il-kwistjoni tal-proċedura ta’ insolvenza u li hija responsabbli li tiddeċiedi dwar l-għoti tista’ tagħti din il-garanzija lill-akkwirent tal-unità ta’ produzzjoni mhux biss għad-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ xogħol, iżda wkoll għad-djun li seħħew qabel l-għoti li l-entita f’falliment setgħet kellha fir-rigward ta’ ħaddiema li l-kuntratt ta’ xogħol tagħhom intemm jew għal djun tas-siġurtà soċjali li seħħew qabel?

(3)

Meta operatur jakkwista impriża f’sitwazzjoni ta’ insolvenza, jew unità ta’ produzzjoni tagħha, u jintrabat li jżomm il-kuntratti ta’ xogħol kollha jew parti minnhom u jaċċetta l-obbligi li jirriżultaw minnhom, għandu jirċievi l-garanzija li ma jistax jintalab jew jiġu ttrasferuti lilu obbligi oħra tat-trasferent marbuta mal-kuntratti jew mar-relazzjonijiet li fihom ġie ssurrogat, b’mod partikolari obbligi li jirriżultaw minn kuntratti ta’ xogħol preċedenti jew minn djun tas-siġurtà soċjali?

(4)

Fl-aħħar nett, għal dak li jirrigwarda t-trasferiment ta’ unitajiet ta’ produzzjoni jew ta’ impriżi ddikjarati ġuridikament jew amministrattivament insolventi u fi stralċ, id-Direttiva 23/2001 (1) tista’ tiġi interpretata bħala li tiggarantixxi mhux biss il-protezzjoni tal-kuntratti ta’ xogħol, iżda wkoll iċ-ċertezza li l-akkwirent ma jkollux jagħmel tajjeb għal djun li seħħew qabel ma ġiet akkwistata l-imsemmija unità ta’ produzzjoni?

(5)

Tistaqsi jekk il-kliem tal-Artikolu 149(2) tal-Ley Concursal Española (Liġi Spanjola dwar l-insolvenza) sa fejn jirreferi għas-suċċessjoni ta’ impriża, jammontax għal miżura tad-dritt intern meħtieġa mill-Artikolu 5(2)(a) tad-Direttiva 23/2001 sabiex tkun tista’ tapplika l-eċċezzjoni??

(6)

Fis-sitwazzjoni fejn id-domanda preċedenti teħtieġ risposta pożittiva, id-digriet ta’ għoti mogħti mill-qorti tal-proċedura ta’ insolvenza u li jinkludi dawn il-garanziji u dawn il-protezzjonijiet għandu jorbot dejjem lill-qrati l-oħra jew lill-proċeduri amministrattivi li jistgħu jitressqu kontra l-akkwirent ġdid għal djun li seħħew qabel id-data tal-akkwist, b’mod li l-Artikolu 44 tal-Estatuto de los Trabajadores (Statut tal-ħaddiema) ma jkunx ta’ natura li jċaħħad l-Artikolu 149(2) u (3) tal-Ley Concursal minn kull effett?

(7)

Jekk, għall-kuntrarju, kellu jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 149(2) u (3) tal-Ley Concursal Española ma joperax bħala l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 5 tad-Direttiva, ir-regoli previsti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva jaffettwaw biss id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw strettament minn kuntratt ta’ xogħol jew minn relazzjoni ta’ xogħol fis-seħħ, sabiex id-drittijiet jew l-obbligi bħal dawk li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet tas-siġurtà soċjali jew minn obbligi oħra li jirrigwardaw kuntratti ta’ xogħol li ntemmew qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ma għandhomx għalhekk fl-ebda każ ikunu kkunsidrati bħala ttrasferiti lill-akkwirent?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Efeteio Thrakis (il-Greċja) fis-27 ta’ Diċembru 2013 — Trapeza Eurobank Ergasias AE vs Agrotiki Trapeza tis Ellados AE (ATE) u Pavlos Sidiropoulos

(Kawża C-690/13)

2014/C 78/09

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Efeteio Thrakis

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trapeza Eurobank Ergasias AE

Konvenuti: Agrotiki Trapeza tis Ellados AE (ATE) u Pavlos Sidiropoulos

Domandi preliminari

(1)

(a)

Il-privileġġi sostantivi u proċedurali mogħtija lil “A.T.E. A.E.” permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12 u 13(1) tal-Liġi 4332/1929, flimkien mal-Artikolu 26(1) tal-Liġi 1914/1990, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE?

(b)

Din ir-restrizzjoni tibqa’ applikabbli, anki jekk jiġi kkunsidrat li l-“A.T.E. A.E.” tibqa’ teżerċita, skont l-istatuti tagħha, attività “ta’ utilità pubblika”?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domandi 1(a) u (b), il-Greċja kellha ssegwi l-proċedura prevista fid-dispożizzjoni tal-Artikolu 108(3) TFUE sabiex dawn il-privileġġi jibqgħu fis-seħħ?

(3)

Il-qorti de quo hija obbligata li teskludi l-applikazzjoni f’dan il-każ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12 u 13(1) tal-Liġi 4332/1929, sa fejn eventwalment dawn imorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 107(1) u 108(3) TFUE?


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sø- og Handelsretten (id-Danimarka) fis-16 ta’ Jannar 2014 — Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet

(Kawża C-23/14)

2014/C 78/10

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Sø- og Handelsretten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Post Danmark A/S

Konvenuta: Konkurrencerådet

Parti oħra fil-proċedura: Bring Citymail Denmark A/S

Domandi preliminari

(1)

Liema linji gwida għandhom jiġu segwiti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-użu minn impriża dominanti ta’ sistema ta’ tnaqqis li tapplika limiti ta’ volum standardizzati, li għandha barra minn hekk il-karatteristiċi deskritti fil-punti 10 sa 11 tad-digriet tar-rinviju, jikkostitwixxix abbuż minn pożizzjoni dominanti bi ksur tal-Artikolu 82 KE?

Fil-kuntest tar-risposta tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tippreċiża l-importanza li għandu, fl-evalwazzjoni, il-fatt li l-iskali tas-sistema ta’ tnaqqis ikunu jew jkunux stabbiliti b’tali mod li s-sistema tkun applikabbli għall-parti l-kbira tal-klijenti fis-suq.

Fil-kuntest tar-risposta tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tippreċiża wkoll l-importanza li għandhom, skont il-każ, il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-impriża dominanti fl-evalwazzjoni ta’ tali sistema ta’ tnaqqis fir-rigward tal-Artikolu 82 KE (jiġifieri l-importanza tal-kriterju tat-tip “kompetitur daqstant effettiv”).

Parallelament, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tippreċiża l-importanza li għandhom f’dan ir-rigward il-karatteristiċi tas-suq, u b’mod partikolari jekk dawn jistgħux jiġġustifikaw ir-rikors għal eżamijiet u analiżi differenti minn kriterju tal-“kompetitur daqstant effettiv” sabiex jintwera l-effett ta’ esklużjoni (ara, f’dan ir-rigward, il-punt 24 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 82 tat-Trattat KE għal imġiba esklużjonarja abbużiva minn impriżi dominanti).

(2)

Sa liema punt l-effett antikompetittiv ta’ sistema ta’ tnaqqis li għandha l-karatteristiċi deskritti fil-punti 10 sa 11 tad-digriet tar-rinviju għandu jkun probabbli u gravi sabiex jiġġustifika l-applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE?

(3)

Fid-dawl tar-risposti mogħtija għall-ewwel u għat-tieni domandi, liema huma ċ-ċirkustanzi preċiżi li l-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tevalwa jekk sistema ta’ tnaqqis, f’kuntest bħal dak li huwa deskritt fid-digriet tar-rinviju (jiġifieri fid-dawl tal-karatteristiċi tas-suq u dawk tas- sistema ta’ tnaqqis), għandha jew jista’ jkollha konkretament effett ta’ esklużjoni fis-suq tali li jikkostitwixxi abbuż li jaqa’ taħt l-Artikolu 82 KE?

F’dan ir-rigward, huwa meħtieġ li l-effett ta’ esklużjoni fis-suq ikun notevoli ?


Il-Qorti Ġenerali

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/6


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 — Arkema France vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-23/10 u T-24/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Ewropej tal-istabbilizzaturi termiċi tal-landa u tal-istabbilizzaturi termiċi ESBO/ester - Deċiżjoni li tikkonstata żewġ każijiet ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Multi - Tul tal-ksur - Preskrizzjoni - Interess leġittimu li jiġi kkonstatat ksur - Talba għal bidla - Ammont tal-multi - Tul tad-diversi ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa)

2014/C 78/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arkema France (Colombes, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J. Joshua, barrister, u E. Aliende Rodríguez, avukat, sussegwentement J. P. Gunther u C. Breuvart, avukati) (Kawża T-23/10); u CECA SA (La Garenne-Colombes, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J. Joshua, barrister, u E. Aliende Rodríguez, avukat, sussegwentement J.-P. Gunther u C. Breuvart, avukati) (Kawża T-24/10)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mojzesowicz, F. Ronkes Agerbeek u J. Bourke, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.589 — Stabbilizzaturi termiċi), jew, sussidjarjament, talbiet għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħudin.

(2)

Arkema France u CECA SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/6


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 — AC-Treuhand vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-27/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq ta’ stabilizzaturi termiċi tal-landa u ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri - Deċiżjoni li tikkonstata żewġ każijiet ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Impriża ta’ konsulenza li ma toperax fis-swieq inkwistjoni - Multi - Talba għal annullament - Kunċett ta’ impriża - Prinċipju ta’ nulla poena sine lege - Tul tal-ksur - Preskrizzjoni - Tul tal-proċeduri amministrattivi - Terminu raġonevoli - Drittijiet tad-difiża - Informazzjoni tardiva tal-proċeduri ta’ investigazzjoni - Limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Sanżjoni ta’ żewġ każijiet ta’ ksur f’deċiżjoni waħda - Kunċett ta’ ksur uniku - Talba għal bidla - Ammont tal-multi - Tul tal-ksur - Tul tal-proċeduri amministrattivi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Valur tal-bjegħ - Multa simbolika - Setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa)

2014/C 78/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: AC-Treuhand AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Steinle u I. Bodenstein, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, relatata ma’ proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.589 — Stabbilizzaturi tas-sħana), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

AC-Treuhand AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 — Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-40/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi tal-landa u tal-istabilizzaturi termiċi ESBO/esters - Deċiżjoni li tikkonstata żewġ każijiet ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Multi - Talba għal annullament - Drittijiet tad-difiża - Informazzjoni tardiva tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni - Tul tal-proċedura amministrattiva - Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha - Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti - Tul tal-ksur - Preskrizzjoni - Interess leġittimu li jiġi kkonstatat ksur li seħħ fil-passat - Multi imposti fuq il-kumpannija parent ta’ ammont differenti minn dawk imposti fuq is-sussidjarja - Ġurisdizzjoni sħiħa)

2014/C 78/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Elf Aquitaine SA (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery, S. Thibault-Liger, A. Noël-Baron, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, J. Bourke u A. Biolan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.589 — Stabbilizzaturi termiċi), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Elf Aquitaine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 — CEEES u Asociación de Gestores de Estaciones de Servicio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-342/11) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tal-pompi tal-petrol - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji li saru obbligatorji b’deċiżjoni tal-Kummissjoni - Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura - Multi - Pagamenti ta’ penalità)

2014/C 78/14

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (CEEES) (Madrid, Spanja); u Asociación de Gestores de Estaciones de Servicio (Madrid) (rappreżentanti: A. Hernández Pardo, B. Marín Corral, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn S. Centeno Huerta u fl-aħħar nett minn A. Rubio González, abogados del Estado); u Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA (rappreżentanti: J. Jiménez-Laiglesia Oñate u S. Rivero Mena, avukati)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2994 finali, tat-28 ta’ April 2011, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni allegatament imwettqa minn REPSOL (Każ COMP/39.461).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (CEEES) u l-Asociación de Gestores de Estaciones de Servicio għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

(4)

Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 — Mega Brands vs UASI — Diset (MAGNEXT)

(Kawża T-604/11 u T-292/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade marks Komunitarji figurattiva MAGNEXT u verbali MAGNEXT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAGNET 4 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2014/C 78/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug (Zug, l-Isvizzera) [rappreżentanti: A. Nordemann, avukat (Kawża T-604/11) u T Boddien, avukat (Kawża T-292/12)]

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Diset, SA (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1695/2010-4) u tal-24 ta’ April 2012 (Każ R 1722/2011-4), dwar żewġ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diset, SA u Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-604/11 u T-292/12 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

(2)

Fil-Kawża T-604/11, id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-27 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1695/2010-4) hija annullata.

(3)

Fil-Kawża T-604/11, il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Fil-Kawża T-292/12, ir-rikors huwa miċħud.

(5)

Fil-Kawża T-604/11, l-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.

(6)

Fil-Kawża T-292/12, Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.


(1)  ĠU C 32, 04.02.2012.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 — Free vs UASI — Noble Gaming (FREEVOLUTION TM)

(Kawża T-127/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FREEVOLUTION TM - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX u trade marks nazzjonali verbali preċedenti FREE u FREE MOBILE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2014/C 78/16

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Free SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: Y. Coursin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Noble Gaming Ltd (Praga, ir-Repubblika Ċeka)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 2326/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Free SAS u Noble Gaming Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Free SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 9.6.2012.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 — Syrian Lebanese Commercial Bank vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-174/12 u T-80/13) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Adattament tat-talbiet - Terminu - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Drittijiet tad-difiża)

2014/C 78/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Syrian Lebanese Commercial Bank SAL (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentanti: P. Vanderveeren, L. Defalque u T. Bontinck, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u S. Cook, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali, l-ewwel nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 55/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplimenta l-Artikolu [32](1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 19, p. 6), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/37/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 19, p. 33), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK (ĠU L 330, p. 21), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1117/2012, tad-29 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 (ĠU L 330, p. 9), il-ħames nett, tal-“ittri deċiżjonijiet” tal-Kunsill, tal-24 ta’ Jannar 2012, u tat-30 ta’ Novembru 2012, li jinnotifikaw lir-rikorrent il-miżuri restrittivi li jikkonċernawh, is-sitt nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/109/PESK, tat-28 ta’ Frar 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/739/PESK (ĠU L 58, p. 8), is-seba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 111, p. 1), it-tmien nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn dawn l-atti jaffettwaw is-sitwazzjoni tar-rikorrent,

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Is-Syrian Lebanese Commercial Bank SAL huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 184, 23.6.2012


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 — Gandia Blasco vs UASI — Sachi Premium-Outdoor Furniture (Pultruna kubika)

(Kawża T-339/12) (1)

(Disinn jew mudell Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pultruna kubika - Disinn jew mudell preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Karattru individwali - Impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

2014/C 78/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gandia Blasco, SA (Valenza, Spanja) (rappreżentant: I. Sempere Massa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda (Estarreja, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Oehen Mendes u M. Paes, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Mejju 2012 (Każ R 970/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gianda Blasco, SA u Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Gianda Blasco, SA hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 295, 29.09.2012.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 — Sachi Premium-Outdoor Furniture vs UASI — Gandia Blasco (Pultruna)

(Kawża T-357/12) (1)

(Disinn jew mudell Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pultruna - Disinn jew mudell preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

2014/C 78/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda (Estarreja, il-Portugall) (rappreżentant: M. Oehen Mendes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gandia Blasco, SA (Valenza, Spanja) (rappreżentanti: I. Massa, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ April 2012 (Każ R 969/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gianda Blasco, SA u Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI).

(3)

Gianda Blasco, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 311, 13.10.2012


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Confederación de Cooperativas Agrarias de España u CEPES vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-156/10) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Leġiżlazzjoni Spanjola li tipprevedi miżuri favur kooperattivi agrikoli wara ż-żieda fil-prezz tal-karburant - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Assoċjazzjonijiet professjonali - Nuqqas ta’ interess individwali - Assenza ta’ rkupru - Tmiem tal-interess ġuridiku - Inammissibbiltà)

2014/C 78/20

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Confederación de Cooperativas Agrarias de España (Madrid, Spanja); u Confederación Empresarial Española de la Economía Social (CEPES) (Madrid) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd u M. Muñoz de Juan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Asociación de Empresarios de Estaciones de Servicio de la Comunidad Autónoma de Madrid (Aeescam) (rappreżentanti: R. Ortega Bueno u M. Delgado Echevarría, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/473/UE, tal-15 ta’ Diċembru 2009, rigward il-miżuri ta’ appoġġ lis-settur agrikolu implimentati minn Spanja bħala riżultat taż-żieda fil-prezz tal-fjuwil (ĠU 2010, L 235, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Il-Confederación de Cooperativas Agrarias de España u l-Confederación Empresarial Española de la Economía Social (CEPES) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

L-Asociación de Empresarios de Estaciones de Servicio de la Comunidad Autónoma de Madrid (Aeescam)għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/11


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 — Bricmate vs Il-Kunsill

(Kawża T-596/11) (1)

(Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjoni ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Nuqqas ta’ interess individwali - Att leġiżlattiv li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni - Inammissibbiltà)

2014/C 78/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bricmate AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Dackö, A. Willems u S. De Knop, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u A. Polcyn, sussegwentement minn A. Polcyn, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti); Cerame-Unie AISBL (Brussell, il-Belġju); Asociación Española de Fabricantes de Azulejos y Pavimentos Cerámicos (ASCER) (Castellón de la Plana, Spanja); Confindustria Ceramica (Sassuolo, l-Italja); Casalgrande Padana SpA (Casalgrande, l-Italja); u Etruria Design Srl (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: V. Akritidis u Y. Melin, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat-12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 238, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Bricmate AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

(4)

Cerame Unie AISBL, Asociación Española de Fabricantes de Azulejos y Pavimentos Cerámicos (ASCER), Confindustria Ceramica, Casalgrande Padana SpA u Etruria Design Srl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/11


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Pro-Duo vs UASI — El Corte Inglés (GO!)

(Kawża T-141/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2014/C 78/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pro-Duo NV (Ghent, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment T. G. Alkin, sussegwentement T. G. Alkin u C. Hall, barristers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.L. Rivas Zurdo, E. Seijo Veiguela u I. Munilla Muñoz, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Jannar 2012 (Każ R 1373/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Pro-Duo NV.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 165, 09.06.2012


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/11


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2014 — Faktor, B. i W. Gęsina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-468/12) (1)

(Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Dewmien - Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu - Inammissibbiltà manifesta)

2014/C 78/23

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Firma Handlowa Faktor B. i W. Gęsina, Gęsina Wojciech (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: H. Mackiewicz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Keppenne u M. Owsiany-Hornung, aġenti)

Suġġett

Annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 554/2012, tad-19 ta’ Ġunju 2012, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 166, p. 20).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Firma Handlowa Faktor B. i W. Gęsina, Gęsina Wojciech hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 71, 09.03.2013


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 — EPAW vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-168/13) (1)

(Rikors għal annullament - Persuna ġuridika rregolata taħt id-dritt privat - Assenza ta’ prova ta’ eżistenza ġuridika - Artikolu 44(5)(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà manifesta)

2014/C 78/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Platform Against Windfarms (EPAW) (rappreżentant: C. Kiss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment K. Herrmann u P. Oliver, sussegwentement L. Pignataro Nolin, K. Herrmann u J. Tomkin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, bit-titolu “L-Enerġija Rinnovabbli: attur ewlieni fis-suq Ewropew tal-enerġija”, tas-6 ta’ Ġunju 2012, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Jannar 2013 li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrent intiża sabiex hija teżamina mill-ġdid l-imsemmija komunikazzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

European Platform Against Windfarms (EPAW) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/12


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2013 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-23 ta’ Ottubru 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-93/12, D’Agostino vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-670/13 P)

2014/C 78/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Appellat: Luigi D’Agostino (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-23 ta’ Ottubru 2013 fil-Kawża F-93/12, D’Agostino/Commissioni;

tiċħad ir-rikors ippreżentat minn L. D’Agostino fil-Kawża F-93/12 bħala infondat;

tiddeċiedi li kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-proċedura odjerna;

tikkundanna lil D’Agostino għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tissospendi l-proċedura sal-għoti tas-sentenza fil-Kawża T-368/12 P, Il-Kummissjoni vs Macchia.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball materjali u fuq żnaturament tal-fatti, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku applika s-sentenza tiegħu tat-13 ta’ Ġunju 2012, Macchia vs Il-Kummissjoni (F-63/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) għas-sitwazzjoni ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt li ma talabx it-tiġdid tal-kuntratt tiegħu.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi, li jinqasam fi tliet partijiet ibbażati:

fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej (Kondizzjonijiet tal-impjieg) (fir-rigward tal-punti 56 sa 58 tas-sentenza appellata);

fuq żball ta’ liġi fid-definizzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-interess tas-servizz u l-prinċipju ta’ legalità (fir-rigward tal-punt 63 tas-sentenza appellata);

fuq ksur tal-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u fuq il-fatt li dan it-Tribunal għalhekk iddeċieda ultra vires (fir-rigward tal-punti 59, 60 u 63).

(3)

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (fir-rigward tal-punti 57 u 59 tas-sentenza appellata).


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/13


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 — Colomer Italy vs UASI — Farmaca International (INTERCOSMO ESTRO)

(Kawża T-681/13)

2014/C 78/26

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Colomer Italy SpA (Sala Bolognese, l-Italja) (rappreżentanti: M. Ricolfi, F. Tarocco u C. Mezzetti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Farmaca International SpA (Torino, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ dan ir-rikors, u tannulla konsegwentement id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tat-3 ta’ Ottubru 2013, innotifikata fis-17 ta’ Ottubru 2013, mogħtija fil-Każ R 1186/2012-1;

tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Farmaca International SpA għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “INTERCOSMO ESTRO”, sabiex tingħata din ir-reġistrazzjoni;

tordna r-rimbors tal-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura favur ir-rikorrenti

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Colomer Italy SpA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali INTERCOSMO ESTRO għall-prodotti fil-klassi 3

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Farmaca International SpA

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva mhux irreġistrata ESTRO għal prodotti “kosmetiċi tax-xagħar”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(4), tal-Artikolu 7(1) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/13


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2013 — Lidl Stiftung vs UASI — Horno del Espinar (Castello)

(Kawża T-715/13)

2014/C 78/27

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter, M. Kefferpütz u A. Marx, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Horno del Espinar, SL (El Espinar, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Ottubru 2013 mogħtija fil-Każ R 2338/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “Castello” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 819 941

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja Nru 4 199 907 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30, 35 u 39 u trade marks Spanjoli għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30, 35 u 39

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 75, 79 u 81(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/14


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2014 — José Manuel Baena Grupo, SA vs UASI — Neuman u Galdeano del Sel (Rappreżentazzjoni ta’ persuna bilqiegħda)

(Kawża T-28/14)

2014/C 78/28

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José Manuel Baena Grupo, SA (Santa Perpètua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel (Tarifa, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-UASI;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn Komunitarju rreġistrat taħt in-Nru 426 895-0002 għal “ornamentazzjoni għal teeshirts, ornamentazzjoni għal brieret, ornamentazzjoni għal stikers, ornamentazzjoni għal materjal stampat, inkluż materjal pubbliċitarju”.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: José Manuel Baena Grupo

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva Komunitarja Nru 1 312 651, għal prodotti fil-klassijiet 25, 28 u 32 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: rikors u t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

Motivi invokati: interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/14


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2014 — Sales & Solutions vs UASI — Wattline (WATTLINE)

(Kawża T-46/14)

2014/C 78/29

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sales & Solutions GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wattline GmbH (Ruderting, il-Ġermanja)

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Novembru 2013, fil-Każ R 1668/2012-4 fis-sens li l-oppożizzjoni tintlaqa’ b’mod sħiħ u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tiġi miċħuda;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Wattline GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “WATTLINE” għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 908 345

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali u figurattiva Ġermaniża u t-trade mark verbali u figurattiva Komunitarja “Watt” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u ksur tar-Regola 20(7)(c) u tar-Regola 50 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/15


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2014 — Pfizer vs Il-Kummissjoni u EMA

(Kawża T-48/14)

2014/C 78/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pfizer Ltd (Sandwich, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Bacon u M. Schaefer, Barristers, I. Dodds-Smith, C. Stothers u J. Mulryne, Solicitors)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u tal-EMA, li tinsab fl-ittri tal-11 u tal-15 ta’ Novembru 2013, li ma tinħariġx id-dikjarazzjoni ta’ konformità; u

tikkundanna lill-Kummissjoni u lill-EMA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-fatt li billi d-dikjarazzjoni ta’ konformità, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq li r-rikorrenti għandha għall-prodott mediċinali Vfend, ma tistax tinħareġ qabel issir evalwazzjoni tal-istudji previsti mill-pjan ta’ investigazzjoni pedjatriku (“PIP”) għall-finijiet ta’ dak li jikkonċerna l-indikazzjoni profilattika ġdida, l-EMA interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 28(3) tar-Regolament Pedjatriku (1).


(1)  Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, p. 1).


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/15


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2014 — Demp vs UASI (TURBO DRILL)

(Kawża T-50/14)

2014/C 78/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Demp BV (Vianen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Gehweiler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tat-22 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1254/2013-4 fir-rigward ta’ prodotti fil-klassi 6 (materjal tal-metall għall-bini, ironmongery, oġġetti żgħar tal-metall, muntaturi, materjal tal-immuntar, viti, partijiet u aċċessorji għall-prodotti kollha ċċitati iktar ’il fuq, il-prodotti kollha tal-metall ċċitati iktar ’il fuq) fil-klassi 19 (materjal tal-bini, muntaturi, materjal tal-immuntar, viti, partijiet u aċċessorji għall-prodotti kollha ċċitati iktar ’il fuq, il-prodotti kollha ċċitati iktar ’il fuq mhux tal-metall) u prodotti fil-klassi 20 (muntaturi, materjal tal-immuntar, viti);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TURBO DRILL” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 8, 19 u 20 ‒ Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 695 145

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/16


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2014 — Genossenschaftskellerei Rosswag-Mühlhausen vs UASI (Lembergerland)

(Kawża T-55/14)

2014/C 78/32

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Genossenschaftskellerei Rosswag-Mühlhausen eG (Vaihingen an der Enz, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Steffan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, tal-14 ta’ Novembru 2013, R 566/2013-1, rigward l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 11 134 947;

rigward id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, tal-14 ta’ Novembru 2013, R 566/2013-1, tobbliga lill-konvenut jirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Lembergerland” għal prodotti fil-klassi 33 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 134 947

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/16


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2014 — Iran Insurance vs Il-Kunsill

(Kawża T-63/14)

2014/C 78/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iran Insurance Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-paragrafu 2 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18);

tannulla l-paragrafu 2 tal-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3);

tiddikjara li l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1), kif emendata bl-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK (2), tat-23 ta’ Jannar 2012, u l-Artikoli 23(2)(d) u 46(2) tar-Regolament Nru 267/2012 (3), tat-23 ta’ Marzu 2012, inapplikabbli għar-rikorrenti;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq li r-raġuni speċifika li għaliha Iran Insurance Company titniżżel fl-elenku hija infondata. Ir-rikorrenti ċaħdet b’mod ċar li hija pprovdiet għajnuna finanzjarja lill-Gvern tal-Iran. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma pprovdietx għajnuna nukleari lill-Iran. Għaldaqstant ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20.1(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (kif sussegwentement emendata bl-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, l-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, u l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012), u r-rekwiżiti tal-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (kif sussegwentement emendat bl-Artikolu 1(11) tar-Regolament tal-Kunsill 1263/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2012) ma humiex issodisfatti.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq li billi impona sanzjonijiet fuq l-Iran Insurance Company abbażi biss li hija kumpannija li hija proprjetà tal-Gvern, il-Kunsill iddiskrimina kontra r-rikorrenti meta mqabbla ma’ kumpanniji oħra li huma proprjetà pubblika tal-Iran li ma ġewx imposti sanzjonijiet fuqhom. Filwaqt li jagħmel hekk, il-Kunsill kiser il-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ amministrazzjoni tajba.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kunsill ma ddikjarax b’mod adegwat ir-raġunijiet tad-deċiżjoni tiegħu li jżomm lir-rikorrenti fil-lista ta’ entitajiet li fuqhom ġew imposti sanzjonijiet. Filwaqt li jirreferi għall-“impatt tal-miżuri fil-kuntest tal-għanijiet politiċi tal-Unjoni”, naqas milli jispeċifika t-tip ta’ impatt li huwa jirreferi għalih kif ukoll kif il-miżuri għandhom jindirizzaw tali impatt.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li meta jżomm lir-rikorrenti fil-lista ta’ kumpaniji li fuqhom ġew imposti sanzjonijiet, il-Kunsill abbuża mill-poter tiegħu. Il-Kunsill irrifjuta fil-prattika li jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-12/11. Il-Kunsill immina l-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea u d-dritt tar-rikorrenti li tikseb ġustizzja u li din tiġi applikata. Il-Kunsill ħarab ukoll mir-responsabbiltajiet u mill-obbligi tiegħu taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, kif kienu speċifikati b’mod ċar lill-Kunsill mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha msemmija hawn fuq.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-Kunsill kiser il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi billi ma osservax sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fejn il-Kunsill kien parti kontra r-rikorrenti u li l-Kunsill tilef, billi naqas li jikkonforma ruħu mar-raġunijiet u mal-motivazzjonijiet tas-sentenza, billi għamel żball fattwali fir-rigward tan-negozju tar-rikorrenti u r-rwol preżunt tagħha lejn il-Gvern tal-Iran, billi ma għamilx l-iċken investigazzjoni dwar ir-rwol attwali u n-negozju tar-rikorrenti filwaqt li dan il-fatt kien ġie indikat mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala aspett importanti tas-sistema ta’ sanzjonijiet tal-Unjoni kontra l-Iran, u billi żamm is-sanzjonijiet lil hinn mill-20 ta’ Jannar 2014, data li fiha l-Unjoni qablet fuq attivitajiet li jiġġeneraw dħul għall-Iran, peress li l-Iran ma għadux jiġi kkunsidrat li jimpenja ruħu f’attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  :Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, p. 22)

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2014 — Gap granen & producten vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-437/10) (1)

2014/C 78/34

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni vs UASI — Ten ewiv (TEN)

(Kawża T-658/11) (1)

2014/C 78/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 98, 31.03.2012.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni vs European Alliance for Solutions and Innovations (EASI European Alliance Solutions Innovations)

(Kawża T-659/11) (1)

2014/C 78/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 58, 25.02.2012.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2014 — EDF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-389/12) (1)

2014/C 78/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 331, 27.10.2012.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 — Xeda International et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-415/12) (1)

2014/C 78/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/19


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2014 — Van Asbroeck vs Il-Parlament

(Kawża F-102/12) (1)

(Servizz pubbliku - Klassifikazzjoni fi grad - Kandidati inklużi fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni għal mogħdija fil-kategorija qabel id-dħul fis-seħħ tar-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal 2004 - Allowance kumpensatorja - Deċiżjoni li l-uffiċjali li jibbenefikaw minn din l-allowance kumpensatorja jiġu kklassifikati mill-ġdid)

2014/C 78/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: M. Van Asbroeck (Dilbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u S. Rodrigues, avukati)

Konvenut: Il-Parlament (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u S. Seyr, bħala aġenti, sussegwentement minn V. Montebello-Demogeot u M. Ecker, bħala aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi kklassifikat mill-ġdid fil-grad AST 5, skala 3 b’effett retroattiv.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Parlament Ewropew għandu jħallas l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż ta’ M. Van Asbroeck.


(1)  ĠU C 366, 24.11.12, p. 41.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/19


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2014 — Jelenkowska-Luca vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-114/12) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Nazzjonalità tal-Istat li fit-territorju tiegħu jinsab il-post tal-impjieg - Residenza abitwali)

2014/C 78/40

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: E. Jelenkowska-Luca (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: P. K. Rosiak, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: K. Herrmann u V. Joris, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha r-rikorrenti ġiet miċħuda l-għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

E. Jelenkowska-Luca għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 26, 26.01.13, p. 71.