ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.077.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 77

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
15 ta' Marzu 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 077/01

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

1

2014/C 077/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 077/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 077/04

Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5, ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11, ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14, ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31, ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14, ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12, ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13, ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5, ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26; ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6; ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8)

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

2014/C 077/05

Sejħa pubblika għall-proposti – GP/RPA/ReferNet-FPA/002/14 – ReferNet – In-Netwerk Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop

27

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

2014/C 77/01

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li bħalissa huma magħżulin fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) u fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li jkun irrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet bħalissa magħżulin fl-Annessi msemmijin hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u l-entitajiet.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat/i Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness X għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għall-bżonnijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 26 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel il-15 ta' April 2014 flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

2014/C 77/02

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 359/2011 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran. Ir-raġunijiet għall-elenkar ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Il-persuni u l-entitajiet kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel l-1 ta' April 2014, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011, tal-lista ta' persuni u entitajiet elenkati.


(1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.

(2)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Marzu 2014

2014/C 77/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3884

JPY

Yen Ġappuniż

140,63

DKK

Krona Daniża

7,4633

GBP

Lira Sterlina

0,83665

SEK

Krona Żvediża

8,8676

CHF

Frank Żvizzeru

1,2124

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3075

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,358

HUF

Forint Ungeriż

314,55

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,2423

RON

Leu Rumen

4,5118

TRY

Lira Turka

3,1040

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5382

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5393

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7816

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6270

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7569

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 487,99

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,9400

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,5385

HRK

Kuna Kroata

7,6556

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 731,14

MYR

Ringgit Malażjan

4,5541

PHP

Peso Filippin

62,021

RUB

Rouble Russu

50,9305

THB

Baht Tajlandiż

44,829

BRL

Real Brażiljan

3,2849

MXN

Peso Messikan

18,4553

INR

Rupi Indjan

84,9562


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/4


Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5, ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11, ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14, ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31, ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14, ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12, ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13, ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5, ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26; ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6; ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8)

2014/C 77/04

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 82, 30.3.2010

Permessi ta’ residenza skont l-Artikolu 2(15)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen:

I.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002

Aufenthaltstitel ‘Niederlassungsnachweis’ im Kartenformat ID1 entsprechend den Gemeinsamen Maßnahmen aufgrund der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige (in Österreich ausgegeben im Zeitraum 1. Januar 2003 bis 31. Dezember 2005)

(Permess ta' residenza “prova ta' stabbiliment” f'forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2005))

Aufenthaltstitel in Form der Vignette entsprechend den Gemeinsamen Maßnahmen aufgrund der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige (in Österreich ausgegeben im Zeitraum 1. Januar 2005 bis 31. Dezember 2005)

(Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker li skont l-azzjonijiet konġunti abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz – maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2005))

Aufenthaltstitel „Niederlassungsbewilligung“, „Familienangehöriger“, „Daueraufenthalt- EG“, „Daueraufenthalt-Familienangehöriger“ und „Aufenthaltsbewilligung“ im Kartenformat ID1 entsprechend den Gemeinsamen Maßnahmen aufgrund der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige (in Österreich ausgegeben seit 1. Januar 2006).

Permessi ta' residenza li jaqgħu taħt “awtorizzazzjoni għall-istabbiliment” (Niederlassungsbewilligung), “membru tal-familja” (Familienangehörige), “residenza permanenti - UE” (Daueraufenthalt- EG), “residenza permanenti - membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger), kif ukoll “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung), fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi – maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-1 ta' Jannar 2006).

Il-permess ta' “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jindika l-iskop speċifiku li għalih ikun inħareġ.

Permess ta' “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jista’ jinħareġ għall-iskopijiet li ġejjin: rotazzjoni tal-impjieg ta' ħaddiem, ħaddiem ippostjat, persuni li jaħdmu għal rashom, artist, każijiet speċjali ta’ impjieg, tifel tal-iskola, studenti, fornitur ta' servizzi soċjali, riċerkaturi, riunifikazzjoni tal-familja u t-Taqsima 69a tal-Att ta’ Stabbiliment u Residenza (NAG).

Il-permess ta' residenza “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jista’ jinħareġ mingħajr iktar dettalji jew għall-iskopijiet li ġejjin: l-ebda attività bi qligħ u dipendenti.

Permessi ta’ residenza “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) kienu maħruġa fl-Awstrija sat-30 ta’ Ġunju 2011 għall-kategoriji ta’ ħaddiema ewlenin, illimitati u limitati.

Der Aufenthaltstitel „Rot-Weiß-Rot - Karte“, „Rot-Weiß-Rot - Karte plus“ und „Blaue Karte EU“ im Kartenformat ID1 entsprechend den Gemeinsamen Maßnahmen aufgrund der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige (in Österreich ausgegeben seit 1. Juli 2011)

(Il-'kard ħamra-bajda-ħamra’ (Rot-Weiß-Rot-Karte), il-kard plus ħamra-bajda-ħamra (Rot-Weiß-Rot-Karte plus) u l-“kard blu tal-UE” (Blaue Karte EU) fil-forma ta’ kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi inħarġu fl-Awstrija mill-1 ta’ Lulju 2011.)

II.   Il-karti ta’ residenza maħruġa skont id-Direttiva 2004/38 (mhux f’format uniformi)

„Aufenthaltskarte für Angehörige eines EWR-Bürgers“ gemäß der Richtlinie 2004/38/EG für Drittstaatsangehörige, die Angehörige von unionsrechtlich aufenthaltsberechtigten EWR-Bürgern sind, zur Dokumentation des unionsrechtlichen Aufenthaltsrechts für mehr als drei Monate — entspricht nicht dem einheitlichen Format der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige.

(Il-permess ta' residenza skont dritt ta’ residenza fl-Unjoni ta’ aktar minn tliet xhur għall-familjari ta’ ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi.)

„Daueraufenthaltskarte“ gemäß der Richtlinie 2004/38/EG für Drittstaatsangehörige, die Angehörige eines EWR-Bürgers sind und das Recht auf Daueraufenthalt erworben haben, zur Dokumentation des unionsrechtlichen Rechts auf Daueraufenthalt - entspricht nicht dem einheitlichen Format der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige.

(Il-kard tal-permess tar-residenza permanenti biex jiġi dokumentat dritt ta’ residenza permanenti fil-Komunità ta’ aktar minn tliet xhur għall-familjari ta’ ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma tikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi.)

Dokumenti oħra li jagħtu d-dritt ta’ soġġorn jew inkella d-dritt ta’ dħul mill-ġdid fl-Awstrija (skont l-Artikolu 2(15)(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen:

Lichtbildausweis für Träger von Privilegien und Immunitäten in den Farben rot, gelb und blau, ausgestellt vom Bundesministerium europäische und internationale Angelegenheiten

(Kard tal-identità b’ritratt għall-persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet ta’ lewn aħmar, isfar u ikħal, maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali)

Lichtbildausweis im Kartenformat für Träger von Privilegien und Immunitäten in den Farben rot, gelb, blau, grün, braun, grau und orange, ausgestellt vom Bundesministerium für europäische und internationale Angelegenheiten

(Kard tal-identità b’ritratt f'format ta' kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet, ta’ lewn aħmar, isfar, ikħal, aħdar, kannella, griż u oranġjo, maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali)

„Status des Asylberechtigten“ gemäß § 7 AsylG 1997 in der Fassung BGBl. I Nr. 101/2003 (zuerkannt bis 31. Dezember 2005) — in der Regel dokumentiert durch einen Konventionsreisepass in Buchform im Format ID 3 (in Österreich ausgegeben im Zeitraum 1. Januar 1996 bis 27. August 2006)

(“Persuna intitolata għall-istatus ta’ asil” skont it-Taqsima 7 tal-Att dwar l-Asil tal-1997 kif ippubblikat fil-Ġurnal Leġiżlattiv Federali I Nru 101/2003 (mogħti sal-31 ta’ Diċembru 2005) – normalment dokumentat minn dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali fil-format ta’ ktejjeb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006).)

„Status des Asylberechtigten“ gemäß § 3 AsylG 2005 (zuerkannt seit 1. Jänner 2006) — in der Regel dokumentiert durch einen Fremdenpass in Buchform im Format ID 3 (in Österreich ausgegeben seit 28. August 2006)

(“Persuna intitolata għal stat ta’ asil” skont l-Artikolu 3 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 (mogħti mill-1 ta’ Jannar 2006) – normalment dokumentat minn passaport tal-barranin f’format ta’ ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006))

„Status des subsidiär Schutzberechtigten“ gemäß § 8 AsylG 1997 in der Fassung BGBl. I Nr. 101/2003 (zuerkannt bis 31. Dezember 2005) — in der Regel dokumentiert durch einen Konventionsreisepass in Buchform im Format ID 3 (in Österreich ausgegeben im Zeitraum 1. Januar 1996 bis 27. August 2006)

(Persuni li għandhom “status ta’ protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Asil tal-1997 kif ippubblikat fil-Ġurnal Leġiżlattiv Federali I Nru 101/2003 (mogħti sal-31 ta’ Diċembru 2005) – normalment dokumentat minn dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f’format ta’ ktejjeb ID3 b’ċippa elettronika integrata (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006).)

„Status des subsidiär Schutzberechtigten“ gemäß § 8 AsylG 2005 (zuerkannt seit 1. Jänner 2006) – in der Regel dokumentiert durch Fremdenpass in Buchform im Format ID 3 mit integriertem elektronischen Mikrochip (in Österreich ausgegeben seit 28. August 2006) oder durch eine Karte für subsidiär Schutzberechtigte gemäß § 52 AsylG 2005

(Persuna li jkollha “status ta’ protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 (mogħti mill-1 ta’ Jannar 2006) – normalment dokumentat minn passaport tal-barranin f’format ta’ ktejjeb ID 3 b’ċippa elettronika integrata (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006) jew permezz ta' kard għal persuni li għandhom “status ta’ protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 52 AsylG 2005)

Liste der Reisenden für Schülerreisen innerhalb der Europäischen Union im Sinne des Beschlusses des Rates vom 30. November 1994 über die gemeinsame Maßnahme über Reiseerleichterungen für Schüler von Drittstaaten mit Wohnsitz in einem Mitgliedstaat

(Lista ta' parteċipanti fi vjaġġ skolastiku fl-Unjoni Ewropea skont it-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta rigward faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal tfal tal-iskola minn pajjiżi terzi li huma residenti fi Stat Membru).)

„Beschäftigungsbewilligung“ nach dem Ausländerbeschäftigungsgesetz mit einer Gültigkeitsdauer bis zu sechs Monaten in Verbindung mit einem gültigen Reisedokument.

(“Permess għall-impjieg” skont l-Att dwar l-Impjieg tal-Barranin, validu għal perjodu sa sitt xhur, flimkien ma’ dokument tal-ivvjaġġar validu.)

Unbefristeter Aufenthaltstitel – erteilt in Form eines gewöhnlichen Sichtvermerks gemäß § 6 Abs. 1 Z. 1 FrG 1992 (von Inlandsbehörden sowie Vertretungsbehörden bis 31. Dezember 1992 in Form eines Stempels ausgestellt)

(Permess ta’ residenza indefinit – maħruġ fil-forma ta’ viża ordinarja skont it-Taqsima 6(1)(1) tal-Att dwar il-Barranin tal-1992 (FrG) (maħruġ sal-31 ta' Diċembru 1992 mill-awtoritajiet lokali Awstrijaċi u minn awtoritajiet rappreżentanti fil-forma ta’ bolla)

Aufenthaltstitel in Form einer grünen Vignette bis Nr. 790.000

(Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker aħdar san-Nru 790.000)

Aufenthaltstitel in Form einer grün-weißen Vignette ab Nr. 790.001

(Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker aħdar u abjad minn Nru 790.001)

Aufenthaltstitel in Form der Vignette entsprechend der Gemeinsamen Maßnahme 97/11/JI des Rates vom 16. Dezember 1996, Amtsblatt L 7 vom 10. Januar 1997 zur einheitlichen Gestaltung der Aufenthaltstitel (in Österreich ausgegeben im Zeitraum 1. Januar 1998 bis 31. Dezember 2004)

(Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-Azzjoni Konġunta tal-UE 97/11/ĠAI tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996, il-Ġurnal Uffiċjali L 7, tal-10 ta' Jannar 1997, dwar format uniformi għal permessi ta' residenza (maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2004))

BULGARIJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 153, 6.7.2007

Il-permessi ta' residenza lil ċittadini ta' pajjiżi terzi jinħarġu skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz u skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 380/2008 tat-18 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1030/2002.

Fid-29 ta' Marzu 2010, tnediet sistema ta' informazzjoni awtomatika Ċentralizzata b'personalizzazzjoni deċentralizzata ta' dokumenti ta' identità Bulgari għar-residenza u liċenzji għas-sewqan kif ukoll, għall-ewwel darba, inħarġu dokumenti ta' identifikazzjoni biometriċi.

I.   Għall-barranin residenti fir-Repubblika tal-Bulgarija jinħarġu d-dokumenti ta’ residenza li ġejjin

1.

Permess ta’ residenza għal barranin li huma residenti b'mod permanenti fir-Repubblika tal-Bulgarija – maħruġ mill-Ministeru tal-Intern b’validità sa sena. Dan id-dokument jinħareġ fuq il-bażi tal-Liġi għall-Barranin fir-Repubblika tal-Bulgarija – il-mudell Nru 700591161.

2.

Permess ta’ residenza għall-barranin li jirrisjedu fit-tul – maħruġ mill-Ministeru tal-Intern b’validità ta’ 5 snin. Dan id-dokument jinħareġ skont l-Artikolu 24d tal-Liġi għall-Barranin fir-Repubblika tal-Bulgarjia, il-liġi ewlenija li tittrasponi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul – il-mudell Nru 700591237.

fuq il-permess ta' residenza għall-barrani li jirrisjedi fit-tul fl-UE, li kien detentur tal-Karta Blu tal-UE, fil-kaxxa tal-“Kummenti,” jidhru l-kliem “eks-detentur tal-Karta Blu tal-UE fis-seħħ mill-1 ta' Ġunju 2011” – il-mudell Nru 700591254.

fuq il-permess ta’ residenza ta’ barrani li jirrisjedi fit-tul fl-UE fuq il-bażi tal-protezzjoni internazzjonali fir-Repubblika tal-Bulgarija, fil-kaxxa tal-“Kummenti” jidhru l-kliem “Protezzjoni internazzjonali mogħtija mir-Repubblika tal-Bulgarija fi … (data)” – il-mudell Nru 700591378.

fuq il-permess ta' residenza ta' barrani li jirrisjedi fit-tul fl-UE bi protezzjoni internazzjonali mogħtija minn Stat Membru ieħor tal-UE, fil-kaxxa tal-“Kummenti” jidhru l-kliem: “Protezzjoni internazzjonali mogħtija minn … ( l-Istat Membru) fi … (data)”.

3.

Permess ta' residenza għall-barranin li jirrisjedu b'mod permanenti fir-Repubblika tal-Bulgarija – maħruġ mill-Ministeru tal-Intern għal perjodu li jiddependi mill-validità tad-dokument ta' identità nazzjonali li bih il-barrani daħal il-Bulgarija. Dan id-dokument jinħareġ fuq il-bażi tal-Liġi għall-Barranin fir-Repubblika tal-Bulgarija – il-mudell Nru 700591196.

4.

Permess ta' residenza għal residenza b'mod permanenti għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE li ma eżerċitax id-dritt tiegħu tal-moviment liberu, immarkat bil-kliem “membru tal-familja – id-Direttiva 2004/38/KE, membru tal-familja skont id-Direttiva 2004/38/KE” – Dan id-dokument jinħareġ mill-Ministeru tal-Intern b'validità ta' 5 snin. Maħruġ skont l-Att dwar id-dħul, ir-residenza u l-ħruġ mir-Repubblika tal-Bulgarija taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-membri tal-familja tagħhom, filwaqt li jittrasponi t-testijiet tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri – il-mudell Nru 700591264.

5.

Permess ta' residenza għal residenza b'mod permanenti għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE li ma eżerċitax id-dritt tiegħu tal-moviment liberu, immarkat bil-kliem “membru tal-familja – id-Direttiva 2004/38/KE, membru tal-familja skont id-Direttiva 2004/38/KE” – maħruġ mill-Ministeru tal-Intern b'validità ta' 10 snin. Maħruġ skont l-Att dwar id-dħul, ir-residenza u l-ħruġ mir-Repubblika tal-Bulgarija taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-membri tal-familja tagħhom – il-mudell Nru 700591261.

6.

Permess ta' residenza għal barranin li jirrisjedu b'mod permanenti, immarkat bil-kliem “benefiċjarju skont l-Artikolu 3, il-paragrafu 2 tad-Direttiva 2004/38/KE” – maħruġ mill-Ministeru tal-Intern b'validità ta' 5 snin. Maħruġ skont l-Att dwar id-dħul, ir-residenza u l-ħruġ mir-Repubblika tal-Bulgarija taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-membri tal-familja tagħhom – il-mudell Nru 700591137.

7.

Permess ta' residenza għal barranin li jirrisjedu b'mod permanenti, immarkat bil-kliem “benefiċjarju skont l-Artikolu 3, il-paragrafu 2 tad-Direttiva 2004/38/KE” – maħruġ mill-Ministeru tal-Intern b'validità ta' 10 snin. Maħruġ skont l-Att dwar id-dħul, ir-residenza u l-ħruġ mir-Repubblika tal-Bulgarija taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-membri tal-familja tagħhom – il-mudell Nru 700591347.

8.

Permess ta’ residenza tat-tip “Karta Blu tal-UE” — maħruġ mill-Ministeru tal-Intern għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena. Il-kaxxa tal-"Kummenti" tindika l-kundizzjonijiet ta' aċċess għas-suq tax-xogħol – fis-seħħ mill-1 ta' Ġunju 2011. Maħruġ skont il-Liġi għall-barranin fir-Repubblika tal-Bulgarija – id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin ġew trasposti fit-Tielet kapitolu “b” –il-mudell Nru 700591299.

9.

Permess ta’ residenza għal residenza permanenti ta' barrani bil-kliem “riċerkatur” – maħruġ mill-Ministeru tal-Intern għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena. Maħruġ skont il-Liġi għall-barranin fir-Repubblika tal-Bulgarija Art. 24b – id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta' Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka xjentifika ġew trasposti fit-testijiet tal-liġi –il-mudell Nru 700591312.

10.

Permess ta' residenza għal residenza permanenti u xogħol tat-tip “Permess ta' residenza u tax-xogħol uniku”. Dan id-dokument jinħareġ lill-barranin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-kisba ta' permess tax-xogħol skont l-Att dwar il-Promozzjoni tal-Impjiegi u li għandhom viża skont l-Artikolu 15 il-paragrafu 1 jew permess ta' residenza fuq bażi oħra skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz.

Il-permess ta' residenza u tax-xogħol tat-tip "Permezz ta' residenza u tax-xogħol uniku" jinħareġ wara d-deċiżjoni tal-Ministeru tax-Xogħol u l-Politika Soċjali (MLSP) għal perjodu ta' sena u jiġġedded għal raġunijiet ġustifikati kif meħtieġ. Jekk it-tul tal-perjodu tal-kuntratt tax-xogħol huwa inqas minn sena, il-permess jinħareġ għat-tul tal-perjodu tal-kuntratt.

Il-permess jinħareġ wara l-applikazzjoni ta' proċedura unika għall-applikazzjoni u skont l-ordni determinata mir-regolamenti għall-implimentazzjoni tal-liġi.

Lid-detentur ta' permess uniku jinħareġ permezz ta' residenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Lulju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz. Fil-kaxxa "Tip ta' permess" jiddaħħal il-kliem "Permess ta' residenza u ta' xogħol uniku" – il-mudell Nru 700591379.

II.   Lill-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE, membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Istati Partijiet tal-Ftehim taż-ŻEE, iċ-ċittadini tal-Konfederazzjoni Svizzera, li mhumiex ċittadini tal-UE, taż-ŻEE u tal-Isvizzera, li bis-saħħa ta’ ftehimiet internazzjonali konklużi mill-UE għandhom id-dritt tal-moviment liberu jinħarġu d-dokumenti li ġejjin għar-residenza:

1.

“Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni” lil membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE li jirrisjedi b'mod permanenti li mhuwiex ċittadin tal-UE u li jkun jeżerċita d-dritt tiegħu għall-moviment liberu – maħruġa mill-Ministeru tal-Intern valida għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin. Maħruġ skont l-Att dwar id-dħul, ir-residenza u l-ħruġ mir-Repubblika tal-Bulgarija taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-membri tal-familja tagħhom – il-mudell Nru 873000000.

2.

“Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni” lil membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE li jirrisjedi b'mod permanenti u li mhuwiex ċittadin tal-UE u li jkun eżerċita d-dritt tiegħu għall-moviment liberu – maħruġa mill-Ministeru tal-Intern valida għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin. Maħruġ skont l-Att dwar id-dħul, ir-residenza u l-ħruġ mir-Repubblika tal-Bulgarija taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-membri tal-familja tagħhom – il-mudell Nru 873000000.

Il-kaxxi ta' informazzjoni fuq il-parti ta' quddiem tad-dokument bil-kliem "Permess ta' residenza" skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 380/2008.

1.

Titolu tad-dokument – "Permess ta' residenza".

2.

In-numru tad-dokument – "000000000".

3.

Ismijiet – ismijiet f'konformità mad-dokument nazzjonali taċ-ċittadin tal-pajjiż terz.

4.

Validità sa – JJ. XX. SSSS.

5.

Il-post u d-data tal-ħruġ tal-permess tar-residenza.

Fil-każijiet ta' barranin b'kategorija ta' "permess ta' residenza permanenti jew fit-tul", il-post ta' ħruġ huwa MoI Sofia;

Fil-każijiet ta' barranin fil-kategorija "residenza fit-tul", il-post ta' ħruġ huwa s-settur/grupp "Migrazzjoni" fid-Direttorjat Metropolitan tal-Intern/id-Direttorat Reġjonali tal-Ministeru tal-Intern ta' Sofia.

6.

Tip ta’ permess – hawnhekk tiddaħħal il-kategorija tal-permess ta’ residenza: resident fit-tul, resident fit-tul li huwa detentur tal-Karta Blu tal-UE.

7.

Il-kaxxa "Kummenti" jkun fiha wieħed mill-elementi li ġejjin:

membru tal-familja - id-Direttiva 2004/38/KE, membru tal-familja skont id-Direttiva 2004/38/KE;

benefiċjaru skont l-Artikolu 3, il-paragrafu 2 tad-Direttiva 2004/38/KE/ benefiċjarju skont l-Artikolu 3/il-paragarafu 2 tad-Direttiva 2004/38/KE;

eks-detentur ta’ Karta Blu tal-UE/eks-detentur ta’ Karta Blu tal-UE;

riċerkatur;

il-kundizzjoni għall-aċċess tas-suq tax-xogħol – l-informazzjoni titressaq mill-Aġenzija tal-Impjiegi lill-MLSP;

F’każijiet oħra għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi — il-kaxxa tibqa’ vojta.

8.

Firma.

Il-kaxxi tal-informazzjoni fuq il-parti ta' wara tad-dokument “Permess ta’ residenza”:

9.

Data u post tat-twelid - għall-post tat-twelid jitniżżel il-pajjiż ta' twelid taċ-ċittadin tal-pajjiż terz.

10.

Nazzjonalità – ċittadinanza tal-persuna.

11.

Sess.

12.

12. Indirizz ta’ residenza – għal barranin residenti legalment l-indirizz hu l-indirizz permanenti tagħhom u għal barranin residenti b'mod permanenti – l-indirizz preżenti tagħhom.

13.

Fil-kaxxa tal-"Kummenti" jitniżżel:

“in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar nazzjonali”/in-numru tal-passport/;

in-numru tal-identità/personali.

REPUBBLIKA ĊEKA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 51, 22.2.2013

1.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Povolení k pobytu

(Permess ta’ residenza, stiker uniformi mwaħħla fuq dokument tal-ivjaġġar – maħruġ mill-1 ta’ Mejju 2004 lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal permanenza permanenti jew fit-tul (ir-raġuni rilevanti tar-residenza hija indikata fuq l-istiker) mill-4 ta' Lulju 2011 dawn il-permessi jistgħu jinħarġu bħala dokument proviżjonali (matul il-proċedimenti għal prolongazzjoni ta' residenza fit-tul preċedenti jew f'każijiet ta' emerġenza)

Povolení k pobytu

(Permess ta' residenza, kard b'mezz ta' ħżin tad-dejta li għandu l-istampa tal-wiċċ u żewġ stampi tal-marki tas-swaba tad-detentur - maħruġ mill-14 ta' Lulju 2011 lil ċittadini ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għal permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 380/2008 tat-18 ta' April 2008)

2.   Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa lil ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza

Průkaz o pobytu rodinného příslušníka občana Evropské unie

(Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE – maħruġa lil ċittadini ta' pajjiżi terzi – membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE għal residenza temporanja – librett ikħal, maħruġ mis-27 ta' April 2006 sal-31 ta' Diċembru 2012)

Pobytová karta rodinného příslušníka občana Evropské unie

(Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea – maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi – membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE għal residenza temporanja – librett ikħal, maħruġ mill-1 ta’ Jannar 2013)

Průkaz o povolení k trvalému pobytu

(Karta ta’ residenza permanenti, librett aħdar – maħruġa mis-27 ta’ April 2006 lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi – membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE; sal-21 ta' Diċembru 2007 dan id-dokument kien jinħareġ ukoll għal ċittadini taż-ŻEE/Svizzeri

Potvrzení o přechodném pobytu na území

(Ċertifikat ta’ residenza temporanja, dokument li jintewa – maħruġ mis-27 ta’ April 2006 lil ċittadini tal-UE/ŻEE/Svizzeri)

Povolení k pobytu

Permess ta’ residenza, stiker imwaħħla ma’ dokument tal-ivvjaġġar – maħruġ mill-15 ta’ Marzu 2003 sat-30 ta’ April 2004 lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti permanenti)

Průkaz o povolení k pobytu pro cizince

(Permess ta’ residenza, librett aħdar – maħruġ mill-1996 sal-1 ta’ Mejju 2004 lil ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti permanenti, mill-1 ta’ Mejju 2004 sas-27 ta’ April 2006 għal residenza permanenti jew temporanja ta’ membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE u lil ċittadini taż-ŻEE/Svizzeri u l-membri tal-familja tagħhom.)

Průkaz o povolení k pobytu pro cizince

(Permess ta’ residenza, librett aħdar – maħruġ mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka fiż-Żona Schengen lil ċittadini taż-ŻEE/l-Isvizzera u lill-membri tal-familji tagħhom.)

Průkaz povolení k pobytu azylanta

(Permess ta’ residenza għall-persuni mogħtija l-asil, librett griż – maħruġ lill-persuni li jkunu ngħataw l-asil; maħruġ mill-1 ta' Jannar 2001; mill-4 ta' Lulju 2011 dawn id-dokumenti qed jinħarġu biss f'każijiet ta' emerġenza)

Průkaz oprávnění k pobytu osoby požívající doplňkové ochrany

(Permess ta’ residenza għall-persuni mogħtija protezzjoni sussidjarja, librett isfar – maħruġ għall-persuni mogħtija protezzjoni sussidjarja; maħruġ mill-1 ta' Settembru 2006; mill-4 ta' Lulju 2011 dawn id-dokumenti qed jinħarġu biss f'każijiet ta' emerġenza)

Cestovní doklad Úmluva z 28. července 1951

(Konvenzjoni dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar tat-28 ta’ Lulju 1951 – maħruġa mill-1 ta’ Jannar 1995 (mill-1 ta’ Settembru 2006 bħala passaport elettroniku))

Cizinecký pas

(Passaport ta’ frustier – jekk jinħareġ għal persuna apolidi (immarkat fuq il-paġni ta’ ġewwa b’timbru uffiċjali bil-kliem "Úmluva z 28. září 1954/Konvenzjoni tat-28 ta’ Settembru 1954" – maħruġ mis-17 ta’ Ottubru 2004 (mill-1 ta’ Settembru 2006 bħala passaport elettroniku)

Seznam cestujících na školní výlet v rámci Evropské unie

(Lista ta’ parteċipanti ta’ żjara skolastika fl-Unjoni Ewropea, dokument tal-karti maħruġ mill-1 ta’ April 2006)

Identifikační průkazy vydané Ministerstvem zahraničních věcí:

(Karta tal-identità maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin)

Diplomatické identifikační průkazy s označením

(Karti tal-identità diplomatiċi bil-kodiċi li ġejjin)

D - pro členy diplomatického personálu diplomatických misí

(D – membri tal-persunal diplomatiku ta' missjonijiet diplomatiċi)

K - pro konzulární úředníky konzulárních úřadů

(K – uffiċjali konsulari tal-konsulati)

MO/D - pro úředníky mezinárodních vládních organizací, kteří požívají diplomatických výsad a imunit ve stejném rozsahu jako diplomatičtí zástupci.

(MO/D – uffiċjali ta' organizzazzjonijiet governattivi internazzjonali li jgawdu, taħt id-dispożizzjonijiet ta’ trattat internazzjonali jew leġiżlazzjoni domestika, l-istess privileġġi u immunitajiet bħall-persunal diplomatiku tal-missjonijiet diplomatiċi)

Identifikační průkazy s označením

(Karti tal-identità bil-kodiċijiet li ġejjin)

ATP - pro členy administrativního a technického personálu diplomatických misí

(ATP – membri ta’ persunal amministrattiv u tekniku ta' missjonijiet diplomatiċi)

KZ - pro konzulární zaměstnance konzulárních úřadů

(KZ – impjegati konsolari tal-konsolati)

MO/ATP - pro úředníky mezinárodních vládních organizací, kteří požívají diplomatických výsad a imunit ve stejném rozsahu jako členové administrativního a technického personálu diplomatické mise

(МО/ATP – uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet governattivi internazzjonali li jgawdu, taħt id-dispożizzjoniiet ta’ trattat internazzjonali jew leġiżlazzjoni domestika, l-istess privileġġi u immunitajiet bħall-persunal amministrattiv u tekniku tal-missjonijiet diplomatiċi)

MO - pro úředníky mezinárodních vládních organizací, kteří požívají výsad a imunit podle příslušné mezinárodní smlouvy

(MO – uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet governattivi internazzjonali li jgawdu immunitajiet u privileġġi taħt trattati internazzjonali rilevanti)

SP, resp. SP/K - pro členy služebního personálu diplomatické mise, resp. konzulárního úřadu

(SP jew SP/K – membri tal-persunal ta' servizz ta' missjonijiet diplomatiċi jew konsolati)

SSO, resp. SSO/K - pro soukromé služebné osoby členů personálu diplomatické mise, resp. konzulárního úřadu.

(SSO jew SSO/K –qaddejja personali ta’ membri ta’ missjonijiet diplomatiċi jew konsolati)

DANIMARKA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

1.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Permessi ta' residenza:

Kort C. Tidsbegrænset opholdstilladelse til udlændinge, der er fritaget for arbejdstilladelse

(Kard C. Permess ta' residenza temporanju għall-istranġieri li ma jeħtiġux permess tax-xogħol)

Kort D. Tidsubegrænset opholdstilladelse til udlændinge, der er fritaget for arbejdstilladelse

(Kard D. Permess ta’ residenza mingħajr limitu ta’ żmien għall-istranġieri li ma jeħtiġux permess tax-xogħol)

Kort E. Tidsbegrænset opholdstilladelse til udlændinge, der ikke har ret til arbejde

(Kard E. Permess ta’ residenza temporanju għall-istranġieri li ma għandhomx id-dritt li jaħdmu)

Kort F. Tidsbegrænset opholdstilladelse til flygtninge – er fritaget for arbejdstilladelse

(Kard F. Permess ta’ residenza temporanju għar-rifuġjati – li ma jeħtiġux permess tax-xogħol)

Kort J. Tidsbegrænset opholds- og arbejdstilladelse til udlændinge

(Kard J. Permess ta’ residenza u permess tax-xogħol temporanji għall-istranġieri)

Kort R. Tidsbegrænset opholdstilladelse og tidsbegrænset arbejdstilladelse med kortere gyldighed end opholdstilladelsen

(Kard R. Permess ta’ residenza temporaju u permess tax-xogħol temporanju b'durata iqsar mill-permess ta’ residenza)

Kort Z. Tidsbegrænset opholdstilladelse og begrænset arbejdstilladelse til studerende

(Kard Z. Permess ta’ residenza temporanju u permess tax-xogħol limitat għall-istudenti)

Qabel l-20 ta' Mejju 2011 is-Servizz tal-Immigrazzjoni Daniż ħareġ stikers ta' residenza li għandhom jitwaħħlu mal-passaporti, li fihom il-kliem li ġej:

Sticker B. Tidsbegrænset opholdstilladelse til udlændinge, der ikke har ret til arbejde

(Stiker B. Permess ta’ residenza temporanju għall-istranġieri li ma għandhomx id-dritt li jaħdmu)

Sticker C. Tidsbegrænset opholds- og arbejdstilladelse

(Stiker C. Permess ta’ residenza u tax-xogħol temporanji)

Sticker H. Tidsbegrænset opholdstilladelse til udlændinge, der er fritaget for arbjdstilladelse

(Stiker H. Permess ta' residenza temporanju għal barranin li ma jeħtiġux permess tax-xogħol)

Sticker Z. Tidsbegrænset opholds- og arbejdstilladelse til studerende

(Stiker Z. Permess ta’ residenza u tax-xogħol temporanju għall-istudenti)

Dawn l-istikers għadhom fiċ-ċirkolazzjoni u huma validi għall-perjodu indikat fuq l-istiker

Stikers ta’ residenza maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin:

Sa mill-1 ta' April 2008 il-Ministeru ħareġ l-istikers għall-permess ta’ residenza li ġejjin:

Sticker B. Tidsbegrænset opholdstilladelse til udlændinge, der ikke har ret til at arbejde

(Stiker B. Permess ta’ residenza temporanju għall-istranġieri li ma għandhomx id-dritt li jaħdmu. Maħruġ: lid-diplomatiċi, lill-persunal amministrattiv tekniku ssekondat, lill-impjegati domestiċi ta’ diplomatiċi li jkunu ssekondati, lill-persunal ta’ grad ekwivalenti fl-organizzazzjonijiet internazzjonali b’uffiċċji f’ Kopenħagen. Validu għar-residenza u għal dħul multiplu għad-durata tal-missjoni)

Stiker B maħruġ bħala permess ta’ residenza temporanju validu għall-Gżejjer Faeroe jew għall-Groenlandja fih rimarka fit-taqsima għall-kummenti tal-istiker li tgħid “Tilladelsen gælder kun på Færøerne” (permess ta’ residenza validu biss fuq il-Gżejjer Faeroe) jew “Tilladelsen gælder kun i Grønland” (permess ta’ residenza validu biss fil-Groenlandja). Maħruġ lid-diplomatiċi jew lill-persunal ta’ grad ekwivalenti fl-organizzazzjonijiet internazzjonali bl-Uffiċċju f'Kopenħagen li jivjaġġaw minn Kopenħagen lejn il-Gżejjer Faeroe jew lejn il-Groenlandja fuq missjoni uffiċjali u lura)

Sticker H. Tidsbegrænset opholdstilladelse til udlændinge, der er fritaget for arbejdstilladelse

(Stiker H. Permess ta' residenza temporanju għal barranin li ma jeħtiġux permess tax-xogħol. Maħruġ lil: membri tal-familja li jakkumpanjaw lid-diplomatiċi u lill-istaff tekniku u amministrattiv issekondat kif ukoll tal-istaff ta’ grad ekwivalenti f’organizzazzjonijiet internazzjonali b'uffiċċji f' Kopenħagen. Validu għar-residenza u għal dħul multiplu għad-durata tal-missjoni)

NB: Qabel l-1 ta' April 2008 il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ħareġ stikers roża ta' permessi ta' residenza parzjalment miktuba bl-idejn u mhux numerati:

Sticker E – Diplomatisk visering

(Permess ta’ Residenza Diplomatiku)

Sticker F – Opholdstilladelse

(Permess ta’ residenza)

Stiker S – qraba li jkunu qegħdin jakkumpanjaw inklużi fil-passaport,

Stiker G - viża diplomatika speċjali għall-Gżejjer Faeroe u l-Groenlandja).

Dawn l-istikers għadhom fiċ-ċirkolazzjoni u huma validi għall-perjodu indikat fuq l-istiker

Karti tal-identità għad-diplomatiċi, staff tekniku u amministrattiv, impjegati domestiċi eċċ. maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ma humiex prova ta’ permess sabiex wieħed jirrisjedi fid-Danimarka u ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jidħol fit-territorju mingħajr viża jekk meħtieġ.

2.   Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkollhom valur ekwivalenti għal permess ta' residenza.

Karti ta' residenza:

Kort K. Tidsbegrænset opholdskort til tredjelandsstatsborgere efter EU - reglerne)

(Kard K. Kard ta’ residenza temporanja għaċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi skont ir-regoli tal-UE)

Kort L. Tidsubegrænset opholdskort til tredjelandsstatsborgere efter EUreglerne)

(Kard L. Kard ta’ residenza mingħajr limitu ta’ żmien għaċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi taħt ir-regoli tal-UE)

NB: Fiċ-ċirkolazzjoni għad hemm xi permessi ta’ residenza qodma tat-tipi B, D u H li kienu inħarġu f’format ieħor. Dawn il-karti magħmula minn karta laminata, bil-qies bejn wieħed u ieħor ta' 9 ċm x 13 ċm u li għandha d-disinn tal-arma Daniża bl-abjad. Għall-Kard B, il-kulur tal-isfond huwa kafellatte, għall-Kard D huwa kafellatte ċar/roża u għall-Karta H lelà.

Permess għad-dħul mill-ġdid fil-forma ta’ stiker ta’ viża bil-kodiċi nazzjonali D

Permessi ta’ residenza validi għall-Gżejjer Faeroe jew għall-Groenlandja jkun fihom rimarka fit-taqsima tal-kummenti tal-kard ta’ residenza jew tal-istiker li tgħid "Tilladelsen gælder kun i Grønland" (permess ta’ residenza validu biss fil-Groenlandja) jew "Tilladelsen gælder kun på Færøerne" (il-permess tar-residenza validu biss fuq il-Gżejjer Faeroe).

L-istikers tar-residenza ma baqgħux jinħarġu mid-19 ta' Mejju 'l quddiem.

NB: Dawn il-permessi ta’ residenza ma jagħtu lid-detentur l-ebda dritt li jidħol fid-Danimarka jew f'xi Stati Membri oħra ta’ Schengen mingħajr viża (jekk meħtieġ), sakemm il-permess ta’ residenza bħala eċċezzjoni ma jkunx ukoll validu għad-Danimarka.

Lista ta’ persuni li jieħdu sehem f’ħarġa skolastika fl-Unjoni Ewropea.

UNGERIJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 198, 22.8.2009

1.   Lista tal-permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15)(a) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

a)   Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

TARTÓZKODÁSI ENGEDÉLY

Magyarországon bevándorolt és letelepedett külföldiek részére

PERMESS TA' RESIDENZA

Kodiċi iFADO: HUN-HO-02001

Format: stiker imwaħħal ma' passaport nazzjonali

L-ewwel maħruġ: fl-1 ta’ Lulju 2007

L-aħħar maħruġ: fid-19 ta’ Mejju 2011

Tul massimu ta' żmien ta' validità: 5 snin

Is-sezzjoni MEGJEGYZÉSEK (Kummenti) tniżżel it-tipi ta' status ta' residenza:

(a)

„bevándorlási engedély” - permess ta' immigrazzjoni;

(b)

„letelepedési engedély” - permess għad-domiċilju

(c)

„ideiglenes letelepedési engedély” - permess għad-domiċilju temporanju

(d)

„nemzeti letelepedési engedély” - permess għad-domiċilju nazzjonali

(e)

„huzamos tartózkodási engedéllyel rendelkező - EK” - KE permess għad-domiċilju fuq żmien twil

TARTÓZKODÁSI ENGEDÉLY

PERMESS TA' RESIDENZA

Kodiċi iFADO: HUN-HO-02001

Format: stiker imwaħħal ma' passaport nazzjonali

L-ewwel maħruġ: Il-21 ta’ Ġunju 2004

L-aħħar maħruġ: fid-19 ta’ Mejju 2011

Tul massimu ta' żmien ta' validità: 5 snin

TARTÓZKODÁSI ENGEDÉLY

PERMESS TA' RESIDENZA

Kodiċi iFADO: HUN-HO-06001

Format: Karta format ID-1 b'ċippa

L-ewwel maħruġ: fl-20 ta’ Mejju 2011

L-aħħar maħruġ: -

Tul massimu ta' żmien ta' validità: 3 snin

Is-sezzjoni MEGJEGYZÉSEK (Kummenti) tiddikjara l-iskop tal-permanenza: dover uffiċjali, riċerka, riunifikazzjoni tal-familja, trattament mediku, żjara, permanenza nazzjonali, studju, impjieg bi qligħ, xogħol volontarju, Karta Blu, oħrajn.

(b)   Il-karti ta' residenza maħruġa skont id-Direttiva 38/2004/KE

TARTÓZKODÁSI KÁRTYA EGT ÁLLAMPOLGÁR CSALÁDTAGJA RÉSZÉRE

KARTA TAR-RESIDENZA għall-membri tal-familja taċ-ċittadini taż-ŻEE

Kodiċi iFADO: HUN-HO-03001

Format: Miż-żewġ naħat, karta stampata format ID-2 bi protezzjoni laminata bis-sħana

L-ewwel maħruġa: fl-1 ta’ Lulju 2007

L-aħħar maħruġa: fl-1 ta’ Jannar 2013

Validità: massimu ta' 5 snin

Is-sezzjoni EGYÉB MEGJEGYZÉSEK (Kummenti oħrajn) tiddikjara: „Tartózkodási kártya EGT állampolgár családtagja részére” (karta tar-residenza għall-membri tal-familja ta' ċittadini taż-ŻEE)

TARTÓZKODÁSI KÁRTYA EGT ÁLLAMPOLGÁR CSALÁDTAGJA RÉSZÉRE

KARTA TAR-RESIDENZA għall-membri tal-familja taċ-ċittadini taż-ŻEE

Kodiċi iFADO: HUN-HO-07002

Format: Miż-żewġ naħat, karta stampata format ID-2 bi protezzjoni laminata bis-sħana

L-ewwel maħruġa: fit-2 ta’ Jannar 2013

L-aħħar maħruġa:

Validità: massimu ta' 5 snin

Is-sezzjoni EGYÉB MEGJEGYZÉSEK (Kummenti oħrajn) tniżżel: „Tartózkodási kártya EGT állampolgár családtagja részére” (karta tar-residenza għall-membri tal-familja ta' ċittadini taż-ŻEE)

TARTÓZKODÁSI ENGEDÉLY

PERMESS TA' RESIDENZA għal membri tal-familja ta' ċittadini Unġeriżi li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi

Format: Karta format ID-1 b'ċippa (maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002)

L-ewwel maħruġ: fl-20 ta’ Mejju 2013

Validità: massimu ta' 5 snin

Is-sezzjoni MEGJEGYZÉSEK (Kummenti) tniżżel: “Permess ta’ residenza maħruġ lill-membri tal-familja ta’ ċittadin Ungeriż (tartózkodási kártya magyar állampolgár családtagja részére)”

2.   Id-dokumenti ekwivalenti kollha għal permessi ta' residenza għal ċittadini ta' pajjiżi terzi

ÁLLANDÓ TARTÓZKODÁSI KÁRTYA

Karta ta’ residenza permanenti

Kodiċi iFADO: HUN-HO-03002

Format: Miż-żewġ naħat, karta stampata format ID-2 bi protezzjoni laminata bis-sħana

L-ewwel maħruġa: fl-1 ta’ Lulju 2007

L-aħħar maħruġa: fl-1 ta’ Jannar 2013

Validità: massimu ta' 10 snin

Nota: Għal ċittadini taż-ŻEE u għall-membri tal-familja tagħhom li jgawdu mid-dritt għal residenza permanenti, il-karta hija valida flimkien ma' karta tal-identità nazzjonali jew passaport nazzjonali. Għal ċittadini ta' pajjiżi terzi l-karta hi biss valida flimkien mal-passaport nazzjonali tagħhom

ÁLLANDÓ TARTÓZKODÁSI KÁRTYA

Karta ta’ residenza permanenti

Kodiċi iFADO: HUN-HO-07001

Format: Miż-żewġ naħat, karta stampata format ID-2 bi protezzjoni laminata bis-sħana

L-ewwel maħruġa: fit-2 ta’ Jannar 2013

L-aħħar maħruġa:

Validità: massimu ta' 10 snin

Nota: Għal ċittadini taż-ŻEE u għall-membri tal-familja tagħhom li jgawdu mid-dritt għal residenza permanenti, il-karta hija valida flimkien ma' karta tal-identità nazzjonali jew passaport nazzjonali. Għal ċittadini ta' pajjiżi terzi l-karta hi biss valida flimkien mal-passaport nazzjonali tagħhom

IL-LITWANJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 57, 1.3.2008

1.   Permessi ta’ residenza maħruġa skond il-format uniformi:

Leidimas laikinai gyventi Lietuvos Respublikoje

Leidimo tipas „LEIDIMAS GYVENTI“

(Permess ta’ residenza temporanju fir-Repubblika tal-Litwanja):

Kortelėje po užrašu „leidimo rūšis“ išgraviruojamas įrašas

„Leidimas laikinai gyventi“

(L-annotazzjoni fil-karta taħt "Tip ta’ permess"): Permess ta’ residenza temporanju)

Įrašas „Leidimas laikinai gyventi“ išgraviruojamas lietuvių kalba.

(L-annotazzjoni "Permess ta’ residenza temporanju" tidher bil-lingwa Litwana.)

Lietuvos Respublikos ilgalaikio gyventojo leidimas gyventi Europos Bendrijoje

(Permess ta’ residenza fuq terminu twil tar-Repubblika tal-Litwanja sabiex persuna tirrisjedi fil-Komunità Ewropea):

Kortelėje po užrašu „leidimo rūšis“ išgraviruojamas įrašas

„Leidimas nuolat gyventi“

(L-annotazzjoni fil-karta taħt "Tip ta’ permess": Permess ta’ residenza permanenti)

Įrašas „Leidimas nuolat gyventi“ išgraviruojamas lietuvių kalba.

(L-annotazzjoni "Permess ta’ residenza permanenti" tidher bil-lingwa Litwana.)

Dokumento išdavimo laikotarpis: 2006-12-16–2012-05-19.

(It-tul ta' żmien għall-ħruġ tad-dokument: 16-12-2006 – 19-05-2012)

Lietuvos Respublikos ilgalaikio gyventojo leidimas gyventi Europos Sąjungoje (išduodamas nuo 2012-05-20)

(Permess ta’ residenza fuq terminu twil tar-Repubblika tal-Litwanja sabiex persuna tirrisjedi fl-Unjoni Ewropea, maħuġ mill-20-05-2012)

Kortelėje po užrašu „leidimo rūšis“ išgraviruojamas įrašas

„Leidimas nuolat gyventi“

(L-annotazzjoni fil-karta taħt "Tip ta’ permess": Permess ta’ residenza permanenti)

Įrašas „Leidimas nuolat gyventi“ išgraviruojamas lietuvių kalba.

(L-annotazzjoni "Permess ta’ residenza permanenti" tidher bil-lingwa Litwana.)

Sąjungos piliečio šeimos nario leidimo gyventi šalyje kortelė, išduodama nuo 2012-01-05.

(Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, maħruġa mill-05-01-2012).

Kortelėje po užrašu „Pastabos“ išgraviruojamas įrašas

„Teisė gyventi laikinai“ arba „Teisė gyventi nuolat“.

(L-annotazzjoni fil-karta taħt "Kummenti": "Dritt għal residenza temporanja" jew "Dritt għal residenza permanenti")

Įrašai „Teisė gyventi laikinai“ ir „Teisė gyventi nuolat“ išgraviruojami lietuvių kalba.

(L-annotazzjonijiet "Dritt għal residenza temporanja" u "Dritt għal residenza permanenti" jidhru bil-lingwa litwana.)

Europos Sąjungos valstybės narės piliečio šeimos nario leidimas gyventi Lietuvos Respublikoje, buvo išduodamas iki 2012-01-04.

(Permess ta’ residenza fir-Repubblika tal-Litwanja ta’ membru tal-familja taċ-ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE, maħruġ sal-04-01-2012):

Kortelėje prie užrašo „leidimo rūšis“ įrašoma

(L-annotazzjoni fil-karta taħt "Tip ta’ permess"):

„Leidimas gyventi“ (galioja 5 m.) arba

(Permess ta’ residenza, validu għal 5 snin, jew)

„Leidimas gyventi nuolat“ (galioja 10 m.)

(Permess ta’ residenza permanenti, validu għal 10 snin)

Įrašai „Leidimas gyventi“ ir „Leidimas gyventi nuolat“ išgraviruojami lietuvių kalba.

(L-annotazzjonijiet “Permess ta’ residenza” u "Permess ta' residenza permanenti" jidhru bil-lingwa litwana.)

Europos Bendrijų valstybės narės piliečio leidimas gyventi

(Permessi ta’ residenza maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-UE):

Buvo išduodamas nuo 2004-11-15 iki 2007-10-31 (su įrašu „Leidimas gyventi nuolat“ ).

(Maħruġ mill-15-11-2004 sal-31-10-2007).

Buvo išduodamas nuo 2004-11-15 iki 2006-12-16 (su įrašu „Leidimas gyventi“ ).

(Maħruġ mill-15-11-2004 sas-16-12-2006).

Kortelėje prie užrašo „leidimo rūšis“ įrašoma

(L-annotazzjoni fil-karta taħt "Tip ta’ permess"):

„Leidimas gyventi“ (galioja 5 m.) arba

(Permess ta’ residenza, validu għal 5 snin, jew)

„Leidimas gyventi nuolat“ (galioja 10 m.)

(Permess ta’ residenza permanenti, validu għal 10 snin)

Įrašai „Leidimas gyventi“ ir „Leidimas gyventi nuolat“ išgraviruojami lietuvių kalba.

(L-annotazzjonijiet "Permess ta’ residenza" u "Permess ta' residenza permanenti" jidhru bil-lingwa Litwana.)

2.   Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa lil ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza

Asmens grįžimo pažymėjimas: asmenims be pilietybės, turintiems leidimą gyventi Lietuvos Respublikoje, ar trečiųjų šalių piliečiams, jeigu tai numatyta pagal Lietuvos Respublikos tarptautines sutartis ar Europos Sąjungos teisės aktus, išduodamas dokumentas, leidžiantis sugrįžti į Lietuvos Respubliką.

(Ċertifikat ta' ripatrijazzjoni: dokument maħruġ għall-persuni apolidi, li jkollhom permess ta’ residenza fir-Repubblika tal-Litwanja, jew iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jekk dan ikun previst mill-ftehimiet internazzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja jew l-atti legali tal-Unjoni Ewropea, li jawtorizzaw ir-ritorn lejn ir-Repubblika tal-Litwanja).

„A“ kategorijos akreditacijos pažymėjimas

(Ċertifikat tal-akkreditazzjoni, Kategorija "A"):

Išduodamas diplomatiniams agentams, konsuliniams pareigūnams ir tarptautinių organizacijų atstovybių nariams, kurie pagal tarptautinę teisę naudojasi diplomatinėmis privilegijomis ir imunitetais

(Maħruġ lill-aġenti diplomatiċi, l-uffiċjali konsolari u l-membri tal-uffiċċji rappreżentattivi ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, li jgawdu immunitajiet u privileġġi diplomatiċi skont il-liġi internazzjonali)

„B“ kategorijos akreditacijos pažymėjimas

(Ċertifikat tal-akkreditazzjoni, Kategorija "B"):

Išduodamas administracinio techninio personalo nariams ir konsuliniams darbuotojams.

(Maħruġ lill-membri tal-persunal amministrattiv u tekniku u lill-impjegati konsolari)

Tokios pačios formos kaip „A“ kategorijos pažymėjimas, tik šoninė juosta yra ne raudonos, o žalios spalvos

(Għandu l-istess format bħaċ-ċertifikat tal-Kategorija "A", l-unika differenza hija li l-istrixxa tal-ġenb hija ħadra minflok ħamra);

„C“ kategorijos akreditacijos pažymėjimas

(Ċertifikat tal-akkreditazzjoni, Kategorija "C"):

Išduodamas diplomatinių atstovybių aptarnaujančiojo personalo nariams ir privatiems diplomatų namų darbininkams.

(Maħruġ lill-persunal tas-servizz tal-missjonijiet diplomatiċi u l-qaddejja privati fid-djar diplomatiċi)

Tokios pačios formos kaip „A“ kategorijos pažymėjimas, tik šoninė juosta yra ne raudonos, o geltonos spalvos.

(Għandu l-istess format taċ-ċertifikat tal-Kategorija "A", l-unika differenza hija li l-istrixxa tal-ġenb hija safra minflok ħamra);

„D” kategorijos akreditacijos pažymėjimas

(Ċertifikat tal-akkreditazzjoni, Kategorija "D"):

Išduodamas užsienio valstybių garbės konsulams.

(Maħruġ lil konsli onorarji barranin)

„E“ kategorijos akreditacijos pažymėjimas

(Ċertifikat tal-akkreditazzjoni, Kategorija "E"):

Išduodamas tarptautinių organizacijų atstovybių nariams, kurie pagal tarptautinę teisę naudojasi ribotais imunitetais ir privilegijomis.

(Maħruġ lill-membri tal-uffiċċji rappreżentattivi tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, li jgawdu privileġġi u immunitajiet limitati skont il-liġi internazzjonali).

Tokios pačios formos kaip „A“ kategorijos pažymėjimas, tik šoninė juosta yra ne raudonos, o pilkos spalvos.

(Għandu l-istess format taċ-ċertifikat tal-Kategorija "A", l-unika differenza hija li l-istrixxa tal-ġenb hija griża minflok ħamra).

MALTA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 308, 18.12.2009

Karti ta' residenza maħruġa skont id-Direttiva 2004/38/KE

Karti ta' residenza maħruġa lil membri tal-familja li huma ċittadini ta' pajjiż terz, ta' ċittadini taż-ŻEE li qed iħaddmu Dritt tat-Trattat f'Malta b'konformità mad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom biex jiċċirkolaw u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, tinħarġilhom dokumentazzjoni fil-forma ta' kard tal-plastik, li jkollha l-istess karatteristiċi tal-format stipulat fir-Regolament (KE) 1030/2002. It-titolu tad-dokument, li huwa bl-Ingliż, huwa “Residence Documentation Permit” u l-ispazju riservat għal Tip ta' Permess jitħalla vojt. It-test li ġej jidħol fl-ispazju riżervat għal Rimarki:“Karta ta’ Residenza ta’ Membru tal-Familja ta’ Ċittadin tal-Unjoni — (Artikolu 10 — Direttiva 2004/38)”.

Permessi ta' residenza lil ċittadini terzi oħra

Il-permessi ta' residenza maħruġa lil ċittadini ta' pajjiżi terzi (għajr skont id-Direttiva 2004/38/KE) jinħarġu f'format uniformi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjizi terzi.

Fl-ispazju vojt ipprovdut f'kull dokument għal “Tip ta' Permess” qegħdin jintużaw il-kategoriji li ġejjin:

Xogħol

Benestant

Adozzjoni

Raġunijiet ta’ Saħħa

Reliġjuż

Skema- Residenza Permanenti

Imsieħeb

Karta Blu tal-UE

Temporanju

Persuni Eżenti — Membru tal-Familja

Residenti fit-Tul

Protezzjoni Intenazzjonali

Membru tal-Familja

Studju

Raġunijiet Umanitarji

POLONJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 198, 22.8.2009

I.   Lista ta’ dokumenti msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

1.

dokumenti ta' residenza maħruġa skont il-format uniformi stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza ta' ċittadini ta' pajjiż terz.

Karta pobytu (Karta ta' residenza)

Il-karti tar-residenza jinħarġu għal stranġieri li jkunu kisbu:

permess biex jirrisjedu għal perjodu speċifiku;

permess biex joqogħdu;

permess ta' residenza ta' resident tal-KE għal medda twila ta' żmien (maħruġ wara l-1 ta' Ottubru 2005). B'effett mit-12 ta' Ġunju 2012, it-terminu "KE" ġie sostitwit bit-terminu "UE";

stat ta' refuġjat;

protezzjoni sussidjarja;

kunsens għal permanenza tollerata.

2.

Karti tar-residenza maħruġa skont id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE. 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE

Karta pobytu członka rodziny obywatela Unii Europejskiej (Karta ta' residenza għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE);

Karta stałego pobytu członka rodziny obywatela Unii Europejskiej (Karta ta' residenza permanenti għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE).

II.   Lista ta’ dokumenti msemmija fl-Artikolu 2(15)(b) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

Ebda dokumenti ta' dan it-tip

IL-PORTUGALL

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

I.   Il-permessi ta’ residenza maħruġa skont format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002.

TÍTULO DE RESIDÊNCIA

Jagħti l-istatus ta’ residenti fil-Portugall għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi

 

Temporanju - validu għal sena mid-data tal-ħruġ u jista' jiġġedded għal perjodi suċċessivi ta’ sentejn

 

Permanenti - validu indefinittivament; irid jiġġedded kull ħames snin jew kull meta jkun hemm bidla fid-dettalji tal-identità tad-detentur.

 

Refuġjat - validu għal perjodu ta’ ħames snin

 

Raġunijiet umanitarji - validu għal perjodu ta’ sentejn

Permessi ta’ residenza elettroniċi nħarġu fil-kuntest ta' proġett pilota mit-22 ta' Diċembru 2008 sat-3 ta' Frar 2009. mid-data li fiha d-dokument intuża b'mod sħiħ fuq livell nazzjonali.

II.   Il-karti ta’ residenza maħruġa skont id-Direttiva 2004/38 (mhux f’format uniformi)

CARTÃO DE RESIDÊNCIA PERMANENTE Familiar de Cidadão da União Europeia, Nacional de Estado Terceiro

Dokument maħruġ lil membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jkunu legalment residenti flimkien maċ-ċittadin tal-Unjoni Ewropea fil-Portugall għal perjodu ta’ ħames snin konsekuttivi

Maħruġ wara li persuna jkollha Cartão de residência para familjari de Cidadão da União Europeia, Nacional de Estado terceiro (= karta ta’ residenza għal membru tal-familja li hu ċittadin minn pajjiż terz ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea) (validu għal ħames snin]

Validità massima – 10 snin

Maħruġ mill-01.01.2006

CARTÃO DE RESIDÊNCIA Familiar de Cidadão da União Europeia, Nacional de Estado Terceiro

Dokument maħruġ lil membri tal-familja minn pajjiżi terzi ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea li qed joqogħdu fil-Portugall għal aktar minn tliet xhur

Maħruġ lil membri tal-familja minn pajjiż terz ta’ ċittadin Portugiż

Validità massima - 5 snin

Maħruġ lil membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż tal-Unjoni Ewropea li mhux il-Portugall, b'data ta’ skadenza identika għal dik taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni miżmum mill-membru tal-familja inkwistjoni

Validità massima - 5 snin

Maħruġ lil membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż tal-Unjoni Ewropea li mhux il-Portugall li għandhom “Cartão de Residência Permanente de Cidadão da União Europeia” (karta ta’ residenza permanenti għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea)

Validità massima - 5 snin

Maħruġ mill-01.01.2006

CARTÃO DE RESIDÊNCIA PERMANENTE CIDADÃO DA UNIÃO EUROPEIA

Dokument maħruġ lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea li ilhom residenti legalment fil-Portugall għal aktar minn ħames snin

Validità massima – 10 snin

Maħruġ mill-01.01.2006

RUMANIJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 77, 5.4.2007

I.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002.

1.

PERMIS DE ȘEDERE (Permess tar-residenza) – tipul de permis (tip ta' permess):

PERMIS DE SEDERE PERMANENTA (Permess ta' residenza permanenti)

Dan id-dokument kien jinħareġ bejn l-2007 u l-2009 mill-produttur Bundesdruckerei u bejn l-2009 u l-2011 mill-Istamperija Nazzjonali, iżda għadu fl-użu u validu, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-perjodu ta' validità għal tali dokument huwa ta' 5 snin.

2.

PERMIS DE ȘEDERE (Permess tar-residenza) – tipul de permis (tip ta' permess):

PERMIS DE SEDERE PERMANENTA (Permess ta' residenza temporanju)

Dan id-dokument kien jinħareġ bejn Ġunju 2009 u Settembru 2011 mill-Istamperija Nazzjonali. Bħala regola ġenerali, kien jinħareġ għal sena, iżda hemm sitwazzjonijiet li jippermettu li ssir eċċezzjoni (għal attivitajiet kummerċjali importanti) u għalhekk il-permess inħareġ għal 5 snin. Bħala konsegwenza, għad hemm fl-użu u validi tali dokumenti għal detenturi li d-dritt tagħhom ta' residenza għadu ma skadiex.

3.

PERMIS DE ȘEDERE (Permess tar-residenza) – tipul de permis (tip ta' permess):

PERMIS DE SEDERE PERMANENTA (Permess ta' residenza temporanju)

Dan id-dokument beda jinħareġ minn Settembru 2011 mill-Istamperija Nazzjonali b’perjodu ta’ validità minn sena sa 5 snin, skont l-għan għall-ħruġ tad-dokument.

Id-dokument jinħareġ lil persuni barranin li d-dritt ta' residenza tagħhom kien mogħti jew ġie estiż jew lil persuni barranin li tingħatalhom forma ta' protezzjoni fir-Rumanija, skont il-Liġi dwar l-asil.

Taħt l-intestatura „Observatii” (rimarki) l-għan taż-żjara jista' jkun: „Angajare”(impjiegi),„Reintregire Familie” (riunifikazzjoni tal-familja), „Student” (student), „Membru de familie cetatean Roman” (membru tal-familja ta' ċittadin Rumen), „Specializare” (speċjalizzazzjoni), „Activitati religioase” (attivitajiet reliġjużi),„Activitati profesionale” (attivitajiet professjonali), „Acte comerciale” (atti kummerċjali), „Detasat” (persuna ssekondata), „Alte calitati Studii” (kwalitajiet oħra relatati mal-istudji), „Activitate cercetare stiintifica”(attività ta' riċerka), „Elev” (student), „Student an pregatitor” (student f'sena preparatorja), „Doctorand” (kandidat għal dottorat), „Alte scopuri” (finijiet oħra) jew „Fost posesor de Carte albastra a UE” (detentur preċedenti ta’ Karta Blu tal-UE), segwita minn numru ta' identifikazzjoni personali.

Fil-każ ta' dokumenti maħruġa lil barranin li jingħataw forma ta' protezzjoni fir-Rumanija, taħt l-intestatura “Observatii” (rimarki), l-iskop taż-żjara jista' jkun “Refugiat” (ta’ refuġjat) – valida għal 3 snin, jew “Protectie subsidiara” (protezzjoni sussidjarja - valida għal sena), segwita minn numru ta' identifikazzjoni personali.

4.

CARTEA ALBASTRA A UE (Karta Blu tal-UE) - skont id-Direttiva 2009/50

Dan id-dokument beda jinħareġ minn Settembru 2011 minn Imprimeria Nationala b’perjodu ta’ validità sa massimu ta’ sentejn, lil ċittadini ta' pajjiżi terzi mogħtija d-dritt ta’ residenza bħala impjegati bi kwalifiki għolja.

Taħt l-intestatura “Observatii” (rimarki) l-għan taż-żjara huwa “Inalt calificat” (kwalifiki għolja), segwita minn numru ta' identifikazzjoni personali.

5.

PERMIS DE ȘEDERE (Permess tar-residenza) – tipul de permis (tip ta' permess):

REZIDENT PE TERMEN LUNG CE (Residenti għat-tul – KE)

Dan id-dokument inħareġ b'seħħ mill-2011 għal barranin li ingħataw dritt ta' residenza fit-tul jew ġie estiż id-dritt ta' residenza u għandu validità ta' ħames snin (regolari) sa 10 snin (għal membri tal-familji taċ-ċittadini Rumeni).

Taħt l-intestatura “Observatii” (rimarki) hemm imdaħħal in-numru personali ta’ identifikazzjoni allokat għall-barrani.

II.   Il-karti ta’ residenza maħruġa skont id-Direttiva 2004/38 (mhux f’format uniformi)

1.

CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ (Karta ta' residenza permanenti).

Dan id-dokument f'forma ta’ kard (stampat minn naħa waħda) kien jinħareġ bejn l-2007 u l-2011 (Settembru) għal 10 snin / 5 snin fil-każ ta’ persuni taħt l-14-il sena — għal ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ekonomika Ewropea.

Ta’ min isemmi li d-data ta’ skadenza ma tkunx miktuba fuq il-karta.

2.

CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ (Karta ta’ residenza permanenti).

Dan id-dokument fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata) beda jinħareġ minn Settembru 2011 lil ċittadini UE/ŻEE/CH, għal perjodu ta' 10 snin, ħlief għal persuni taħt l-14-il sena (f'dan il-każ, il-perjodu ta' validità huwa ta' 5 snin).

3.

CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ PENTRU MEMBRII DE FAMILIE (Karta ta’residenza permanenti għall-membri tal-familja)

Dan id-dokument fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata)kien jinħareġ bejnl-2007 u l-2011 lil membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE/ŻEE/CH, għal perjodu ta' 10 snin, ħlief għal persuni taħt l-14-il sena (f'dan il-każ, il-perjodu ta' validità huwa ta' 5 snin).

Ta’ min isemmi li d-data ta’ skadenza ma tkunx miktuba fuq il-karta.

4.

CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ PENTRU MEMBRUL DE FAMILIE AL UNUI CETATEAN AL UNIUNII (Karta ta’ residenza permanenti għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni)

Dan id-dokument fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata) beda jinħareġ minn Settembru 2011 lil membru tal-familja ta' ċittadini tal-UE għal perjodu ta' 10 snin, ħlief għal persuni taħt l-14-il sena (f'dan il-każ, il-perjodu ta' validità huwa ta' 5 snin).

5.

CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ PENTRU MEMBRUL DE FAMILIE AL UNUI CETATEAN AL CONFEDERATIEI ELVETIENE (Karta ta’ residenza permanenti għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Konfederazzjoni Svizzera)

Dan id-dokument fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata) beda jinħareġ minn Settembru 2011 lil membri tal-familja ta' ċittadini tal-Konfederazzjoni Svizzera, għal perjodu ta' 10 snin, ħlief għal persuni taħt l-14-il sena (f' dan il-każ, il-perjodu ta' validità huwa ta' 5 snin).

6.

CARTE DE REZIDENȚĂ ELIBERATĂ MEMBRILOR DE FAMILIE AI CETĂȚENILOR ROMÂNI (Karta ta’ residenza maħruġ lill-membri tal-familja taċ-ċittadini Rumeni)

Dan id-dokument fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata) kien jinħareġ bejn l-2007 u l-2011 lil membri tal-familja ta' ċittadini Rumeni. Għalkemm ma jinħarġux aktar, għad hemm dokumentili li huma validi fil-pussess ta' detenturi li għandhom dritt ta’ reżidenza għal 5 snin.

7.

CARTE DE REZIDENȚĂ PENTRU MEMBRUL DE FAMILIE AL UNUI CETATEAN AL UNIUNII (Karta ta’ residenza għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni)

Dan id-dokument temporanju fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata) beda jinħareġ minn Settembru 2011 lil membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE għal massimu ta' ħames snin, iżda li ma jeċċedix id-dritt tar-residenza taċ-ċittadin tal-UE li tiegħu huwa membru tal-familja.

8.

CARTE DE REZIDENȚĂ PENTRU MEMBRUL DE FAMILIE AL UNUI CETATEAN AL CONFEDERATIEI ELVETIENE (Karta ta’ residenza għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Konfederazzjoni Svizzera)

Dan id-dokument temporanju fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata) beda jinħareġ minn Settembru 2011 lil membri tal-familja ta' ċittadini tal-Konfederazzjoni Svizzera għal massimu ta' ħames snin, iżda li ma jeċċedix id-dritt tar-residenza taċ-ċittadin tal-Konfederazzjoni Svizzera li tiegħu huwa membru tal-familja.

9.

CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ ELIBERATĂ MEMBRILOR DE FAMILIE AI CETĂȚENILOR ROMÂNI (Karta ta' Residenza Permanenti maħruġa għall-membri tal-familja ta' cittadini Rumeni)

Dan id-dokument fil-forma ta' kard (stampat minn naħa waħda) kien jinħareġ bejn l-2007 u l-2011 lill-membri tal-familja ta' ċittadini Rumeni. Għalkemm dan it-tip ta' dokument ma għadux jinħareġ, għad hemm dokumenti bħal dawn fil-pussess ta' detenturi li għadhom validi, li għandhom10 dritt ta' residenza.

IS-SLOVENJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 57, 1.3.2008

1.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Dovoljenje za prebivanje

(Permess ta' residenza)

Vrsta dovoljenja za prebivanje se označi na obrazcu dovoljenja (It-tip ta' permess ta' residenza huwa indikat fuq il-karta u jinħareġ bħala):

Dovoljenje za stalno prebivanje

(Permess ta' residenza permanenti)

Dovoljenje za začasno prebivanje

(Permess ta' residenza temporanju)

Dovoljenje za prvo začasno prebivanje

(Permess għall-ewwel residenza)

2.   Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkollhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza

Dovoljenje za prebivanje za družinskega člana državljana EGP

(Kard ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin taż-ŻEE (Is-sura tal-karta 91 x 60 mm))

Vrsta dovoljenja za prebivanje se označi na izkaznici in se izda kot:

(It-tip ta' permess ta' residenza huwa indikat fuq il-kard u jinħareġ bħala):

Dovoljenje za stalno prebivanje

(Permess ta' residenza permanenti)

Dovoljenje za začasno prebivanje

(Permess ta' residenza temporanju)

Dovoljenje za prebivanje za družinskega člana slovenskega državljana

(Kard ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin Sloven)

Vrsta dovoljenja za prebivanje se označi na izkaznici in se izda kot:

(It-tip ta' permess ta' residenza huwa indikat fuq il-kard u jinħareġ bħala):

Dovoljenje za stalno prebivanje

(Permess ta' residenza permanenti)

Dovoljenje za začasno prebivanje

(Permess ta' residenza temporanju)

Seznam potnikov za šolska potovanja znotraj Evropske unije

(Lista ta’ persuni li jieħdu sehem f’ħarġa skolastika fl-Unjoni Ewropea)

Permess ta' residenza speċjali maħruġ mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin:

Diplomatska izkaznica

(Karta tal-Identità Diplomatika)

Službena izkaznica

(Karta tal-Identità Uffiċjali)

Konzularna izkaznica

(Karta tal-Identità Konsulari)

Konzularna izkaznica za častne konzularne funkcionarje

(Karta tal-Identità Konsolari għall-Konsli Onorarji)

SPANJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 3, 8.1.2009

1.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Permiso de residencia expedido a nacionales de terceros países

(Permess ta’ residenza maħruġ liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi)

3.   2. Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkollhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza

Tarjeta de extranjeros "régimen comunitario" (expedida a familiares de ciudadanos de la Unión Europea)

(Kard taċ-ċittadini barranin ta’ “Reġim komunitarju” (maħruġa lill-qraba taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea)

NB: kards tat-tip ġodda jinħarġu mis-17 ta’ Mejju 2010, għalhekk il-kards tat-tip qodma jibqgħu fiċ-ċirkolazzjoni sad-data tal-iskadenza.

Tarjeta de extranjeros "estudiante"

(Kard għal “student” ta’ ċittadinanza barranija)

NB: kards tat-tip ġodda jinħarġu mis-17 ta’ Mejju 2010, għalhekk il-kards tat-tip qodma jibqgħu fiċ-ċirkolazzjoni sad-data tal-iskadenza.

Lista de personas que participan en un viaje escolar dentro de l'Unión Europea

(Lista ta’ persuni li jieħdu sehem f’ħarġa skolastika fl-Unjoni Ewropea)

Id-detenturi tal-kards tal-akkreditazzjoni li ġejjin maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni jistgħu jidħlu mingħajr visa: (ara l-anness 20)

L-ISVEZJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Permanent uppehållstillstånd

(Permess ta' residenza permanenti fil-forma ta' karta ID2 mill-20 ta' Mejju 2011 mingħajr ma hemm xi żmien limitat ta' validità)

Uppehållstillstånd

(Permess ta' residenza temporanju fil-forma ta' karta ID2 mill-20 ta' Mejju 2011 bi żmien limitat ta' validità)

It-tip ta' permess jidher fl-ispazjugħan-noti fuq il-karta ("PUT" għal premess ta' residenza permanenti u permess tax-xogħol, żjara temporanja, AT għall-permess tax-xogħol, il-Karta Blu tal-UE eċċ.) Il-Karta Blu tal-UE hija permess ta' residenza u xogħol flimkien għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li ġew jew kienu offruti impjieg kwalifikat fi Stat tal-UE. Dan ifisser li jingħataw kemm il-permess ta' residenza kif ukoll il-permess tax-xogħol iżda jissejjaħ il-Karta Blu tal-UE.

Uppehållskort

(Karta tar-residenza permanenti għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni)

Uppehållskort

(Karta tar-residenza għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni)

Regeringskansliet/Utrikesdepartementet

(Permess ta’ residenza fil-forma ta’ karta ID2 maħruġ mill-Uffiċċji tal-Gvern/il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għad-diplomatiċi barranin, il-membri tal-persunal tekniku/amministrattiv, il-persunal ta’ servizz u l-membri tal-familja tagħhom, u għal uffiċjali privati marbuta mal-ambaxxati jew ma' karigi konsulari fl-Isvezja) u għall-membri tal-persunal ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Isvezja.

L-ISVIZZERA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 298, 8.12.2009

Permessi ta' residenza skont l-Artikolu 2(15)(a) tar-Regolament (KE) Nru0562/2006 (kodiċi tal-fruntieri ta' Schengen) kif emendat bir-Regolament (UE) Nru0 610/2013 ( il-format uniformi kif jinsab fir-regolament (KE) Nru01030/2002)

Titre de séjour / Aufenthaltstitel / Permesso di soggiorno / Permess ta' residenza (L, B, C)

Titre de séjour / Aufenthaltstitel / Permesso di soggiorno, Permess ta' residenza (L, B, C) li jinkludi « membri tal-familja » għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi membri tal-familja ta' ċittadin Svizzeru

Titre de séjour / Aufenthaltstitel / Permesso di soggiorno (L, B, C) (permess ta' residenza) bl-annotazzjoni "membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE/tal-EFTA" għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta' ċittadin ta' Stat Membru tal-UE jew tal-EFTA li jkun qed jagħmel użu mid-dritt ta' moviment ħieles.

Permessi ta' residenza skont l-Artikolu 2(15)(b) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 (kodiċi tal-fruntieri ta' Schengen) kif emendat bir-Regolament (UE) Nru0 610/2013 (1)

Livret pour étrangers L / Ausländerausweis L / Libretto per stranieri L / ktejjeb għall-barranin L (awtorizzazzjoni ta' residenza għal perjodu qasir, permess L ta' kulur vjola );

Livret pour étrangers B / Ausländerausweis B / Libretto per stranieri B / Legitimaziun d'esters B / Ktejjeb għall-Barranin B (permess ta' residenza temporanja tat-tip B. Maħruġ fil-verżjonijiet ta’ tlieta jew erba’ lingwi, ta' kulur griż ċar);

Livret pour étrangers C / Ausländerausweis C / Libretto per stranieri C / Ktejjeb għall-barranin (permess ta' residenza temporanja tat-tip C, ta' kulur aħdar);

Livret pour étrangers Ci /Ausländerausweis Ci / Libretto per stranieri Ci / Ktejjeb għall-barranin Ci (permess ta’ residenza tat-tip Ci għall-konjuġi u t-tfal - sa 25 sena - tal-uffiċjali tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-membri tar-rappreżentanzi barranin fl-Isvizzera li jeżerċitaw attività ta’ qligħ fis-suq tax-xogħol Svizzeru, ta’ kulur aħmar);

Cartes de légitimation (titres de séjour) du Département fédéral des Affaires étrangères / Legitimationskarten (Aufenthaltsbewilligung) vom Eidgenössischen Departement für auswärtige Angelegenheiten / Carte di legittimazione (titoli di soggiorno) del Dipartimento federale degli affari esteri / Karti tal-identità (permessi ta' residenza) maħruġa mid-Dipartiment Federali tal-Affarijiet Barranin: (ara l-Anness 20)


(1)  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi membri tal-familja ta' ċittadini tal-Istati Membri tal-UE jew taż-ŻEE bħalissa jirċievu l-permessi ta' residenza tagħhom. Għaddejja emenda leġiżlattiva, li tipprevedi l-ħruġ tal-permessi ta' residenza bijometriċi (b'dikjarazzjoni speċjali) għal din il-kategorija.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/27


Sejħa pubblika għall-proposti – GP/RPA/ReferNet-FPA/002/14

ReferNet – In-Netwerk Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop

2014/C 77/05

1.   Objettivi u deskrizzjoni

Bil-għan li jkun stabbilit netwerk Ewropew għall-VET – ReferNet, din is-sejħa għandha l-iskop li tagħżel applikant wieħed mill-Greċja u mir-Rumanija, rispettivament (ara punt 3 hawn taħt, fil-kriterji ta’ eliġibbiltà), u li ma’ dan l-applikant Cedefop ser jikkonkludi ftehim qafas ta’ sħubija għal tmintax-il xahar; u ma’ kull applikant magħżul tiġi miftiehma għotja speċifika għal pjan ta’ ħidma ta’ sitt xhur li jrid isir fl-2014 (bidu fl-1 ta’ Lulju 2014).

Stabbilit fl-1975 u bbażat fil-Greċja sa mill-1995, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea (UE). Rikonoxxut bħala sors awtorevoli ta’ informazzjoni u kompetenza dwar il-VET, il-ħiliet u l-kompetenzi, il-missjoni tiegħu huwa li jappoġġa l-iżvilupp ta’ politika Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) u li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħha.

ReferNet huwa n-netwerk Ewropew ta’ Cedefop għall-VET. Il-missjoni ddedikata għal ReferNet hija li dan jappoġġa lil Cedefop billi jirrapporta dwar sistemi nazzjonali tal-VET u dwar żviluppi ta’ politika u billi jgħolli l-viżibbiltà tal-VET u tal-prodotti ta’ Cedefop. Huwa jinkludi 28 membru magħrufin bħala l-imsieħba nazzjonali ta’ ReferNet minn xi Stat Membru tal-UE, mill-Islanda u min-Norveġja. L-imsieħba nazzjonali ta’ ReferNet huma l-istituzzjonijiet ewlenin involuti fil-VET fil-pajjiż li jirrappreżentaw.

Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija jiġu implimentati permezz ta’ ftehimiet speċifiċi ta’ għotja. Għaldaqstant, l-applikanti mhux biss għandhom jissottomettu proposta għal sħubija qafas ta’ tmintax-il xahar (li, jekk tintgħażel, twassal għall-firma tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija għas-snin 2014 sal-2015) iżda wkoll l-applikazzjoni tal-għotja għall-azzjoni tal-2014 (li tista’ twassal għall-firma tal-Ftehim Speċifiku ta’ Għotja għal sitt xhur fis-sena 2014). L-applikant irid juri l-kapaċità li jwettaq l-attivitajiet mistennija matul il-perjodu ta’ tmintax-il xahar u jassigura kofinanzjament xieraq tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma.

2.   Baġit u tul tal-proġett

Il-baġit stmat li huwa disponibbli għat-tul tal-erba’ snin tal-ftehimiet qafas ta’ sħubija jammonta għal EUR 4 000 000, jiddependi mid-deċiżjonijiet annwali tal-Awtorità Baġitarja.

Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma annwali tal-2014 (dewmien tal-proġett: 12-il xahar) huwa ta’ EUR 980 000 għat-28 Stat Membru, l-Islanda u n-Norveġja.

L-għotja tvarja skont il-popolazzjoni tal-pajjiż u tingħata għat-twettiq ta’ pjan ta’ ħidma annwali. Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma tal-2014 sejjer jitqassam fuq bażi ta’ tliet gruppi ta’ pajjiżi skont il-popolazzjoni tal-pajjiż:

Grupp ta’ pajjiżi 1: Kroazja, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, is-Slovenja u l-Islanda. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 23 615.

Grupp ta’ pajjiżi 2: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka, l-Isvezja u n-Norveġja. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 33 625.

Grupp ta’ pajjiżi 3: Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, Spanja, ir-Renju Unit. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 43 620.

L-għotja tal-Unjoni hija kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż tal-benefiċjarju (u/jew tal-ko-benefiċjarji) li jridu jiġu ssupplimentati bil-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom stess u/jew kontribuzzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew privati. Il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż 70 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Cedefop jirriserva d-dritt li ma jagħtix il-baġit totali disponibbli.

3.   Kriterji ta’ eliġibbilità

Biex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jissodifaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu organizzazzjoni pubblika jew privata, bi status legali u b’personalità ġuridika (persuni fiżiċi, jiġifieri individwi, ma humiex eliġibbli).

(b)

ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

il-Greċja, ir-Rumanija.

4.   Data tal-għeluq

L-applikazzjonijiet għall-ftehim qafas ta’ sħubija u l-pjan ta’ ħidma għall-2014 irid jiġi sottomess mhux aktar tard mis-16 ta’ Mejju 2014.

5.   Aktar informazzjoni

Aktar informazzjoni ddettaljata fuq l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħiet għall-proposti, il-formola tal-applikazzjoni u l-annessi tagħha se jkunu disponibbli fuq is-sit tas-Cedefop mill-20 ta’ Marzu 2014 ’il quddiem f’dan l-indirizz:

http://www.cedefop.europa.eu/EN/working-with-us/public-procurements/calls-for-proposals.aspx

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-test sħiħ tas-sejħa u għandhom jiġu sottomessi fuq il-formoli uffiċjali pprovduti.

L-evalwazzjoni tal-proposti sejra tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.

L-applikazzjonijiet kollha sottomessi sejrin jiġu evalwati minn kumitat ta’ esperti fuq il-kriterji tal-eliġibbilità, tal-esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fil-verżjoni tat-test komplet tas-sejħa.