ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.CA2014.074.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74A |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
2014/C 074A/01 |
Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/276/14 — Amministraturi (AD 5) |
|
REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI
Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.
Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.
5 |
|
6 |
|
11 |
|
19 |
|
21 |
|
26 |
|
27 |
|
30 |
(PL) |
35 |
|
41 |
(DE/EN/FR) |
42 |
|
43 |
|
46 |
|
47 |
|
48 |
|
55 |
|
56 |
|
60 |
|
62 |
|
65 |
|
73 |
(DE/EN/FR) |
74 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
13.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 74/1 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI
EPSO/AD/276/14
AMMINISTRATURI (AD 5)
(2014/C 74 A/01)
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjoni ġenerali permezz ta' eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi (1).
L-għan ta' din il-kompetizzjoni hu li tinħoloq lista ta' riżerva maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti ta' uffiċjali fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 60 A tal-1 ta' Marzu 2014 kif ukoll fuq is-sit tal-Internet tal-EPSO.
Dan id-dokument, li jagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, jgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.
WERREJ
I. |
QAFAS ĠENERALI |
II. |
DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET |
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI |
IV. |
TESTIJIET TA' DĦUL |
V. |
ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI |
VI. |
LISTI TA' RIŻERVA |
VII. |
KIF TAPPLIKA? |
I. KUNTEST ĠENERALI
Numru ta' kandidati magħżula: 137
II. DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET
Il-grad AD 5 huwa l-grad li fih il-kandidati magħżula jidħlu fil-karriera ta' amministratur fl-istituzzjonijiet Ewropej. L-amministraturi impjegati f'dan il-grad jistgħu jwettqu, taħt superviżjoni, tliet tipi ewlenin ta' xogħol fl-istituzzjonijiet: it-tfassil tal-politika, il-funzjoni operattiva u l-ġestjoni tar-riżorsi. Aħna qed infittxu, b'mod partikolari, kandidati b'potenzjal ta' żvilupp fil-karriera.
Ir-rwol ġenerali tal-amministraturi huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità tagħhom.
Id-dmirijiet ewlenin tagħhom, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, huma notevolment:
— |
it-tfassil, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-kontroll tal-programmi u tal-pjanijiet ta' azzjoni, |
— |
il-ġestjoni tar-riżorsi, b'mod speċjali l-persunal, il-finanzi u t-tagħmir, |
— |
l-assistenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta' kontributi miktuba jew orali, |
— |
l-abbozzar ta' noti ta' analiżi tal-politika, |
— |
il-komunikazzjoni esterna kif ukoll ir-rappurtar u l-komunikazzjoni interna, |
— |
ir-relazzjonijiet ma' partijiet interessati esterni kif ukoll mal-Istati Membri, |
— |
il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni bejn is-servizzi u bejn l-istituzzjonijiet, f'dak li għandu x'jaqsam ma' linji politiċi, |
— |
il-koordinazzjoni ta' gruppi ta' ħidma stabbiliti mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati esterni, |
— |
l-abbozzar tal-kuntratti, il-preparazzjoni tas-sejħiet għall-proposti u s-sejħiet għall-offerti, u l-parteċipazzjoni fil-kumitati tal-evalwazzjoni tas-segwitu tal-proċeduri tal-għażla u tal-allokazzjoni tal-proposti. |
III. KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI
Fid-data tal-għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika, int għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha li ġejjin:
|
|||||||||
|
|||||||||
|
|||||||||
2.1 |
Kwalifiki Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin, iċċertifikati b'diploma. L-istudenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji universitarji jistgħu jipparteċipaw għall-kompetizzjoni sakemm ikunu kisbu l-kwalifiki tagħhom sal-31 ta' Lulju 2014. |
||||||||
2.2 |
Esperjenza professjonali L-ebda esperjenza professjonali ma hija meħtieġa. |
||||||||
2.3 |
Għarfien lingwistiku (2) |
||||||||
Lingwa 1 |
Il-lingwa ewlenija għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
||||||||
Lingwa 2 |
It-tieni lingwa (li bilfors trid tkun differenti mil-lingwa 1) għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana/il-Kummissjoni, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jixtiequ, fil-qafas tal-kompetizzjoni preżenti, jistqarru r-raġunijiet għal-limitu tal-għażla tat-tieni lingwa għal numru limitat ta' lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa aċċettati għal din il-kompetizzjoni ġew definiti b'konformità mal-interess tas-servizzi li jesiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu mal-ewwel u jikkomunikaw b'mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet jista' jiġi affettwat ħażin ħafna. Abbażi tal-prassi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni li ilha titħaddem fir-rigward tal-lingwi użati għall-komunikazzjoni interna u b'kunsiderazzjoni wkoll tal-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-ipproċessar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma l-lingwi sekondarji l-aktar użati fl-Unjoni Ewropea u dawk l-aktar studjati bħala lingwi sekondarji. Dan jikkonferma l-livell ta' edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jista' jistenna mill-kandidati f'pożizzjonijiet fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri l-għarfien ta' mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, meta wieħed iqabbel l-interess tas-servizz u l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tal-kandidati, meta jitqies il-qasam partikolari ta' din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati eżamijiet f'dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb mill-inqas waħda minn dawn it-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta' xogħol. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b'dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jevalwaw il-kapaċità tal-kandidati li jkunu jistgħu jaħdmu minnufih f'ambjent simili għal dak li jsibu fl-impjieg. Għall-istess raġunijiet, huwa indikat li tiġi ristretta l-lingwa ta' komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-istituzzjoni, inkluża l-lingwa li biha jitfasslu l-applikazzjonijiet. Din l-eżiġenza tiżgura l-omoġeneità tat-tqabbil u l-kontroll tal-kandidati fl-applikazzjonijiet tagħhom stess. Barra minn hekk, fl-interess ta' trattament ugwali tal-kandidati kollha, inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta, kulħadd huwa meħtieġ li jagħmel ċerti eżamijiet fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx it-tagħlim ulterjuri tat-tielet lingwa ta' ħidma, b'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
IV. TESTIJIET TA' DĦUL
It-testijiet ta' dħul isiru fuq il-kompjuter u huma organizzati mill-EPSO. Il-bord ta' selezzjoni jiddetermina l-livell ta' diffikultà tat-testijiet u japprova s-sustanza tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
|
Inti tiġi mistieden għat-testijiet jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek fil-ħin (ara t-Taqsima VII). Attenzjoni:
|
|||||||
|
Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla bil-għan li jiġu evalwati l-kapaċitajiet u l-kompetenzi ġenerali tiegħek fir-rigward ta' dawn li ġejjin: |
|||||||
Test a) |
ir-raġunament verbali |
marki: minn 0 sa 20 punt |
||||||
Test b) |
ir-raġunament numeriku |
marki: minn 0 sa 10 punti minimu meħtieġ: 5 punti |
||||||
Test c) |
ir-raġunament astratt |
marki: minn 0 sa 10 punti |
||||||
|
Il-minimu meħtieġ għat-testijiet a) u c) flimkien huwa ta' 15-il punt |
|||||||
Test d) |
il-valutazzjoni sitwazzjonali |
marki: minn 0 sa 40 punti minimu meħtieġ: 24 punt |
||||||
|
Lingwa 1: għat-testijiet a), b) u c) Lingwa 2: għat-test d) |
V. ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI
|
Int tkun mistieden għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni
It-test ta' dħul b) huwa eliminatorju iżda l-punti ma jingħaddux mal-punti tat-testijiet l-oħrajn biex jiġu identifikati l-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni. In-numru ta' kandidati mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor ma' darbtejn u nofs in-numru tal-kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni, u jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/). |
||||||||||||||
|
Iċ-ċentru ta' evalwazzjoni għandu l-għan li jevalwa l-kompetenzi (5) ġenerali tiegħek, li l-kontenut tagħhom huwa vvalidat mill-bord ta' selezzjoni, permezz tal-punti li ġejjin:
Int tiġi mistieden tieħu sehem fl-istudju ta' każ (6) (li huwa parti integrali miċ-ċentru ta' evalwazzjoni) u għall-elementi l-oħra fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni, li fil-prinċipju jsir Brussell u li jieħu jum jew jum u nofs. |
||||||||||||||
Kull kompetenza ġenerali tiġi eżaminata skont din l-iskema: |
|||||||||||||||
|
Studju ta' każ partikolari |
Eżerċizzju fi grupp |
Preżentazzjoni orali |
Intervista strutturata |
|||||||||||
Analiżi u soluzzjoni tal-problemi |
x |
|
x |
|
|||||||||||
Komunikazzjoni |
x |
|
x |
|
|||||||||||
Kwalità u riżultati |
x |
|
x |
|
|||||||||||
Tagħlim u żvilupp |
|
x |
|
x |
|||||||||||
Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni |
x |
x |
|
|
|||||||||||
Reżiljenza |
|
|
x |
x |
|||||||||||
Xogħol f'tim |
|
x |
|
x |
|||||||||||
Ħiliet ta' tmexxija |
|
x |
|
x |
|||||||||||
|
Lingwa 2 |
||||||||||||||
|
minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali minimu meħtieġ:
|
VI. LISTA TA' RIŻERVA
|
Il-bord ta' selezzjoni jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva
Il-verifika ssir, b'ordni dixxendenti ta' mertu, sakemm jintlaħaq in-numru ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni. Id-dokumenti ġustifikattivi tal-kandidati li jkunu ġew ikklassifikati taħt dan il-limitu ma jiġux eżaminati. Jekk minn din il-verifika jirriżulta li d-dikjarazzjonijiet (8) li jkunu saru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom ma jkunux ippruvati bid-dokumenti ġustifikattivi rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni. |
||||||
|
Il-lista tiġi stabbilita skont l-ordni alfabetika. |
VII. KIF TAPPLIKA?
|
Għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fil-websajt tal-EPSO, u b'mod speċjali fil-Manwal tal-Applikazzjoni. Data tal-għ eluq (inkluża l-validazzjoni): il-15 ta' April 2014 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell |
||
|
Jekk inti tkun fost il-kandidati ammessi għaċ-ċentru tal-evalwazzjoni, għandek iġġib miegħek (9) il-fajl tal-applikazzjoni komplut tiegħek (l-applikazzjoni elettronika tiegħek iffirmata u d-dokumenti ġustifikattivi) meta tmur fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni. Termini: ara l-punt 2.1.7 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali. |
(1) F'dan l-avviż, kull referenza għal persuna tas-sess maskil hija wkoll għal persuna tas-sess femminil.
(2) Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (QKER) — livell minimu meħtieġ: lingwa 1 = C1, lingwa 2 = B2
(http://europass.cedefop.europa.eu/europass/home/hornav/Downloads/CEF/LanguageSelfAssessmentGrid.csp)
(3) F'każ li, fl-aħħar post ikun hemm diversi kandidati li jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għall-eżamijiet taċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(4) Din l-informazzjoni tiġi verifikata, abbażi tad-dokumenti ta' prova, qabel ma tiġi stabbilita l-lista ta' riżerva (ara t-Taqsima VI, il-punt 1 u t-Taqsima VII, il-punt 2).
(5) Dawn il-kompetenzi huma mfissra fil-punt 1.2 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.
(6) Minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni, l-istudju ta' każ jista' jsir fiċ-ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri, indipendentement mill-eżamijiet l-oħra li jsiru fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(7) Fil-każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.
(8) Id-dikjarazzjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet ġenerali jiġu vverifikati mill-EPSO u dawk relatati mal-kundizzjonijiet speċifiċi jiġu vverifikati mill-bord tas-selezzjoni.
(9) Id-data tal-konvokazzjoni għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien xieraq permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO.