ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.067.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 67

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
6 ta' Marzu 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

L-493 sessjoni plenarja tas-16 u s-17 ta’ Ottubru 2013

2014/C 067/01

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Is-sehem tas-settur privat fil-qafas tal-iżvilupp għal wara l-2015 (Opinjoni esploratorja)

1

2014/C 067/02

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-bidla sostenibbli f'soċjetajiet fi tranżizzjoni (Opinjoni esploratorja)

6

2014/C 067/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja: nagħmlu possibbli u nħeġġu l-inklużjoni taċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea (Opinjoni esploratorja mitluba mill-President tal-Litwanja)

11

2014/C 067/04

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ċittadinanza aktar inklużiva miftuħa għall-immigranti (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

16

2014/C 067/05

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Favur konsum aktar sostenibbli: it-tul tal-ħajja tal-prodotti industrijali u t-tiġdid tal-fiduċja permezz tal-informazzjoni tal-konsumaturi (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

23

2014/C 067/06

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ninċentivaw il-potenzjal għat-tkabbir tal-industrija Ewropea tal-birra (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

27

2014/C 067/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-immigrazzjoni irregolari bil-baħar fir-reġjun Ewro-Mediterranju (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

32

2014/C 067/08

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Niggarantixxu l-importazzjonijiet essenzjali għall-UE bil-politika kummerċjali attwali tal-UE u l-politiki relatati l-oħra

47

2014/C 067/09

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-Att dwar is-Suq Uniku – L-identifikazzjoni ta' miżuri neqsin (Opinjoni addizzjonali)

53

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

 

L-493 sessjoni plenarja tas-16 u s-17 ta’ Ottubru 2013

2014/C 067/10

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-KunsillCOM(2013) 520 final – 2013/0253 (COD)

58

2014/C 067/11

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li jikkonċerna l-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonaliCOM(2013) 468 final

63

2014/C 067/12

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoniCOM(2013) 348 final – 2013/0188(CNS)

68

2014/C 067/13

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu TwilCOM(2013) 462 final – 2013/0214 (COD)

71

2014/C 067/14

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ir-Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2012COM(2013) 257 final

74

2014/C 067/15

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja: nagħmlu possibbli u nħeġġu l-inklużjoni taċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni EwropeaCOM(2013) 449 final – 2013/0213 (COD)

79

2014/C 067/16

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni EwropeaCOM(2013) 404 final – 2013/0185 (COD) u il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-kwantifikazzjoni tad-dannu f'kawżi għad-danni bbażati fuq ksur tal-Artikolu 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni EwropeaC(2013) 3440

83

2014/C 067/17

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010COM(2013) 312 final – 2013/0164 (COD)

88

2014/C 067/18

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini sabiex twettaq attivitajiet ta' farmakoviġilanza fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedemCOM(2013) 472 final – 2013/0222 (COD)

92

2014/C 067/19

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-akkwist elettroniku minn tarf sa tarf għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblikaCOM(2013) 453 final

96

2014/C 067/20

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjonital-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-disponibbiltà fis-suq ta' apparat ta' pressjoni (Riformulazzjoni)COM(2013) 471 final – 2013/0221 (COD)

101

2014/C 067/21

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni EwropeaCOM(2013) 451 final – 2013/0218 (COD) u L-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni EwropeaCOM(2013) 452 final – 2013/0220 (COD)

104

2014/C 067/22

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati MembriCOM(2013) 460 final – 2013/0229 (NLE)

110

2014/C 067/23

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES)COM(2013) 430 final – 2013/0202 (COD)

116

2014/C 067/24

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – It-Tisħiħ tad-Dimensjoni Soċjali tal-Unjoni Ekonomika u MonetarjaCOM(2013) 690 final

122

2014/C 067/25

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (CCMI) dwar Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjentiCOM(2013) 542 final

125

2014/C 067/26

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar It-Teknoloġiji u l-Innovazzjoni fil-qasam tal-EnerġijaCOM(2013) 253 final

132

2014/C 067/27

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta Emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KECOM(2013) 329 final – 2011/0299 (COD)

137

2014/C 067/28

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Ċintorin Blu, Żona Unika tat-Trasport MarittimuCOM(2013) 510 final

141

2014/C 067/29

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Ftehim Internazzjonali tal-2015 dwar it-Tibdil fil-Klima: It-tfassil tal-politika internazzjonali dwar il-klima wara 2020COM(2013) 167 final

145

2014/C 067/30

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Linji gwida strateġiċi għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fl-UECOM(2013) 229 final

150

2014/C 067/31

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) – Insaħħu l-Kapital Naturali tal-EwropaCOM(2013) 249 final

153

2014/C 067/32

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-MediterranCOM(2013) 250 final – 2013/133 (COD)

157

2014/C 067/33

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klimaCOM(2013) 216 final

160

2014/C 067/34

Opinjoni Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 1829/2003, (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 1/2005, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 834/2007, (KE) Nru 1099/2009, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru […]/2013, u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE (Ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali)COM(2013) 265 final – 2013/0140 (COD), u dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tal-infiq relatat mal-katina alimentari, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/26/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005, id-Direttiva 2009/128/KE u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KE, 76/894/KEE u 2009/470/KECOM(2013) 327 final – 2013/0169 (COD)

166

2014/C 067/35

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013COM(2013) 480 final – 2013/0224 (COD)

170

2014/C 067/36

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Komponenti u s-Sistemi Mikro u NanoelettroniċiCOM(2013) 298 final

175

2014/C 067/37

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u b'mod partikolari l-MajottCOM(2013) 577 final – 2013/0280 (CNS)

181

2014/C 067/38

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar l-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali EwropewCOM(2013) 560 final – 2013/0271 (COD)

182

2014/C 067/39

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Abbozz ta' proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara aċċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika Abbozz imressaq skont l-Artikolu 31 tat-Trattat tal-Euratom għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew COM(2013) 576 ABBOZZ

183

2014/C 067/40

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2014 sal-2020COM(2013) 552 final – 2013/0266 CNS

184

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-493 sessjoni plenarja tas-16 u s-17 ta’ Ottubru 2013

6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/1


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Is-sehem tas-settur privat fil-qafas tal-iżvilupp għal wara l-2015” (Opinjoni esploratorja)

2014/C 67/01

Relatur: is-Sur VOLEŠ

F’ittra tad-19 ta’ April 2013 mill-Kummissarju Šefčovič, il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jħejji opinjoni esploratorja dwar

Is-sehem tas-settur privat fil-qafas tal-iżvilupp għal wara l-2015

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar il-25 ta' Settembru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’100 vot favur, 2 voti kontra u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Tisħiħ tal-pożizzjoni tas-settur privat fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp

1.1.1

Is-settur privat jista' jaqdi rwol essenzjali fil-ġlieda kontra l-faqar fid-dinja, għax joħloq l-impjieg, jipproduċi l-ġid u s-servizzi, jiġġenera d-dħul u l-benefiċċji u, permezz tat-taxxi li jħallas, jikkontribwixxi biex jiġu koperti l-ispejjeż pubbliċi, bil-kundizzjoni li jirrispetta l-prinċipji tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp rikonoxxuti fil-livell internazzjonali u li l-impjiegi li jinħolqu jkunu diċenti u skont l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO.

1.1.2

Il-Kumitat jitlob li s-settur privat jipparteċipa ħafna aktar fil-programm ta' żvilupp għal wara l-2015 u fis-sħubija dinjija ġdida. Is-sehem tas-settur privat fit-tfassil tal-għanijiet maħsubin għall-qerda tal-faqar u biex niksbu żvilupp sostenibbli u tkabbir ġust u inklużiv li jqis kemm il-kwantità kif ukoll il-kwalità, ser iwassal biex dan is-settur jerfa' l-parti ta' responsabbiltà tiegħu fit-twettiq ta' dawn l-għanijiet.

1.1.3

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jinnutaw mhux biss il-vantaġġi iżda anke r-riskji marbutin mal-azzjoni tas-settur privat: huwa għalhekk li l-għajnuna mis-settur privat fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandha tkun imsejsa fuq il-prinċipji ta' trasparenza, tal-ftuħ tal-akkwist pubbliku, tal-effiċjenza, tal-effikaċja tar-riżorsi investiti u tar-responsabbiltà tal-korpi pubbliċi lejn il-partijiet interessati għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' żvilupp adottata. Il-parti totali li qed tikber li qed tieħu l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp iddedikata għall-iżvilupp tas-settur privat m'għandhiex tnaqqas ir-riżorsi finanzjarji li jingħataw fil-qafas tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw l-aktar foqra.

1.2   Inħeġġu lis-settur privat għall-kisba tal-għanijiet ta' żvilupp

1.2.1

F'din l-opinjoni, is-settur privat jinkludi wkoll is-settur soċjali, huwa magħmul minn ħaddiema indipendenti, mikrointrapriżi, negozji żgħar u ta' daqs medju, kumpaniji multinazzjonali kbar, kooperattivi u intrapriżi oħrajn tal-ekonomija soċjali, u jinkludi lill-ħaddiema tal-intrapriżi privati u l-organizzazzjonijiet tat-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jikkooperaw fi proġetti privati. L-għajnuna lis-settur privat u l-kooperazzjoni ma' dan is-settur għandhom iqisu n-natura differenti ta' kull parti interessata. Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jeżisti wkoll settur privat informali kbir u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-impjieg informali kif ukoll is-sitwazzjonijiet li jħeġġuh.

1.2.2

Is-soċjetà ċivili għandha tkun involuta attivament fid-proċess tad-definizzjoni tar-rwol tas-settur privat u t-twaqqif ta' indikaturi tal-kontribut ta' dan tal-aħħar għall-kooperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp; il-ħolqien ta' pjattaforma wiesgħa fil-livell Ewropew għandha tgħin f'dan ir-rigward, anke bis-sehem tal-partijiet interessati kollha.

1.2.3

L-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp għandha tintuża bħala fattur multiplikatur biex il-kapital privat jingħaqad mal-investimenti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz tal-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi. Għaldaqstant l-għajnuna mogħtija tista' tingħata għanijiet definiti b'mod ċar, bħall-ħolqien ta' aktar impjiegi ta' kwalità, iż-żieda fil-kwalità tal-produzzjoni, it-trasferiment tal-għarfien dwar il-ġestjoni għas-settur privat, eċċ.

1.2.4

Is-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat jistgħu jsiru strument essenzjali għat-twettiq tal-istrateġiji ta' żvilupp, sakemm jiġi żgurat minn qabel li l-ammont ikun korrett u li jkun hemm komunikazzjoni tajba mal-partijiet interessati.

1.3   Appoġġ għall-ħolqien ta' ambjent intraprenditorjali favorevoli

1.3.1

Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex is-settur privat ikun jista' jaqdi r-rwol tiegħu fl-iżvilupp, jeħtieġ ambjent intraprenditorjali favorevoli li jinkludi r-rispett tal-prinċipji tad-demokrazija rikonoxxuti b'mod ġenerali, li jiffaċilita l-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi, inaqqas il-burokrazija, isaħħaħ it-trasparenza, iwaqqaf il-korruzzjoni omnipreżenti u jħeġġeġ l-investituri barranin u lokali.

1.3.2

Ir-responsabbiltà soċjali tal-intrapriżi għandha tkun inizjattiva volontarja tal-intrapriżi u s-sħubija tagħhom f'intraprenditorija etika. Għandu jiġi propost qafas definit sew għar-responsabbiltà soċjali tal-intrapriżi fil-qasam tal-iżvilupp, b'rispett tal-linji gwida tal-OECD għall-intrapriżi multinazzjonali (OECD Guidelines for Multinational Enterprises), u prinċipji oħrajn rikonoxxuti mad-dinja.

1.3.3

Waqt li jkun qed joħloq impjiegi ġodda, is-settur privat għandu jirrispetta d-drittijiet ekonomiċi u soċjali fundamentali, speċjalment il-konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO). Il-ħolqien ta' dawn l-impjiegi ġodda għandu jkun konformi mal-Aġenda għal Xogħol Diċenti tal-ILO.

1.4   Inħeġġu l-potenzjal ta' innovazzjoni tal-intrapriżi għall-iżvilupp

1.4.1

Il-programmi ta' żvilupp tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-amministrazzjoni tal-Istat fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom jitfasslu f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali u l-NGOs ikkonċernati li huma impenjati fl-għajnuna għall-iżvilupp, u jaqbel li jittejbu l-kundizzjonijiet li fihom in-negozji żgħar u medji b'mod speċjali jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom, għax huma dawn li għandhom l-ikbar potenzjal għall-ħolqien tal-impjiegi u għat-tnaqqis tal-faqar.

1.4.2

Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-organizzazzjonijiet tal-intraprendituri għandhom bżonn jiksbu ħiliet biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw influwenza pożittiva fuq l-ambjent intraprenditorjali. L-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom għandu jiġi appoġġjat, filwaqt li jsir użu mill-kontribut attiv ta' organizzazzjonijiet sħab fil-pajjiżi żviluppati. Il-programmi Ewropej tal-għajnuna esterna għalhekk għandhom jiffinanzjaw ukoll l-għajnuna teknika li l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-intraprendituri jipprovdu lill-imsieħba tagħhom fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jżidu l-motivazzjoni tagħhom.

1.4.3

L-għajnuna għall-iżvilupp għandha tappoġġja wkoll il-proġetti innovattivi u l-mudelli ta' intrapriżi li jiffavorixxu l-inklużjoni, inkluż l-appoġġ għal soċjetà bla ostakli, għax dan jgħin biex jinqered il-faqar ta' gruppi ta' ċittadini fir-riskju, bħall-persuni b'diżabbiltà, in-nisa, il-persuni mdaħħlin fl-età, eċċ.

1.4.4

Hemm lok biex tiġi appoġġjata l-kooperazzjoni tas-settur privat mal-NGOs, billi, pereżempju, jintużaw il-volontarji biex l-għarfien jiġi trasferit lill-intrapriżi lokali fl-oqsma tal-ġestjoni, tat-teknoloġiji, eċċ. Il-proġetti ta' intrapriżi innovattivi li jirnexxu ħafna jistħoqqilhom aktar pubbliċità u anke li din tkun sistematika.

1.4.5

L-iżvilupp tas-settur privat jeħtieġ li jiġu appoġġjati aktar it-taħriġ u l-kisba tal-għarfien tat-teknoloġiji essenzjali, speċjalment għal dawk il-ħaddiema bi kwalifiki baxxi.

1.4.6

Il-Kumitat jirrakkomanda li l-programm Erasmus għaż-żgħażagħ intraprendituri jitwessa' għal persuni interessati li jkunu ġejjin minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew li jinħoloq programm b'għanijiet simili u li jingħatawlu l-mezzi finanzjarji neċessarji.

1.4.7

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-settur tal-industrija tal-estrazzjoni u tal-materja prima fejn għandhom jiġu applikati b'mod strett ir-rekwiżiti fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent, il-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema u s-sostenibbiltà tal-iżvilupp ekonomiku tal-Istat.

1.4.8

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw sikwit ma jkollhomx strateġiji għall-iżvilupp tan-negozji żgħar u ta' daqs medju; għaldaqstant, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha tikkontribwixxi aħjar biex dan in-nuqqas jitranġa. L-esperjenza miksuba fl-Ewropa fil-qasam tal-għajnuna għan-negozji żgħar u ta' daqs medju għandha tingħadda lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod immirat u pertinenti.

2.   Punti ewlenin tal-Opinjoni

2.1

Is-Sur Šefčovič, Kummissarju Ewropew, indirizza ittra lill-President tal-KESE, li fiha jgħid li l-Kummisjoni qed tħejji xi proposti maħsubin biex is-settur privat jiġi involut aktar fis-sħubija dinjija għall-iżvilupp għal wara l-2015 u għaldaqstant talab li l-Kumitat iħejji Opinjoni esploratorja dwar ir-rwol tas-settur privat sabiex sadanittant jiżdied ir-ritmu tal-iżvilupp intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, li bħalissa qed jiġi diskuss fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti.

2.2

Fl-Opinjoni tiegħu REX/372 (1) dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli", il-KESE adotta sensiela ta' rakkomandazzjonijiet biex is-soċjetà ċivili tiġi involuta fit-twettiq u s-segwitu tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli għal wara l-2015 fil-livell dinji.

2.3

Fil-qafas tal-Opinjonijiet tiegħu (2), il-Kumitat ilu żmien jiddedika għadd ta' ħidmiet għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp u għall-kooperazzjoni esterna, u kiseb bosta esperjenzi u għarfien konkreti permezz tal-inizjattivi tiegħu stess dwar il-kwistjonijiet tal-pajjiżi AKP, il-Euromed, is-Sħubija tal-Lvant, in-negozjati kummerċjali internazzjonali u oqsma oħrajn b'rabta mal-problemi ta' żvilupp. Il-Kumitat għamel użu sħiħ minn dan il-korp ta' għarfien fit-tfassil ta' din l-Opinjoni.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Is-settur privat jista' jaqdi rwol essenzjali fil-ġlieda kontra l-faqar fid-dinja, għax joħloq l-impjieg, jipproduċi l-ġid u s-servizzi, jiġġenera d-dħul u l-benefiċċji u, permezz tat-taxxi li jħallas, jikkontribwixxi biex jiġu koperti l-ispejjeż pubbliċi, bil-kundizzjoni li jirrispetta l-prinċipji tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp rikonoxxuti fil-livell internazzjonali. Anke wara l-2015, l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp ser tibqa' xprun importanti tal-iżvilupp, iżda waħidha mhux ser tkun biżżejjed biex jinqered il-faqar (3).

3.2

L-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju kellhom bżonn ta' definizzjoni aktar ċara tal-mod kif dawn setgħu jintlaħqu. Kien hemm nuqqas ta' konnessjonijiet reċiproċi u ma qisux ir-rwol tas-settur privat fl-iżvilupp (4). Hemm bżonn li s-settur privat jiġi involut ħafna aktar fil-qafas futur tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għal wara l-2015 bħala msieħeb strateġiku u xprun ta' tkabbir sostenibbli għat-tliet pilastri li jsostnu lil dan it-tkabbir: l-ewwel pilastru ekonomiku, it-tieni wieħed soċjali u t-tielet wieħed ambjentali, u li huma bbażati fuq indikaturi mhux biss kwantitattivi, iżda anke kwalitattivi.

3.3

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (5) jiġbdu l-attenzjoni kemm fuq il-vantaġġi kif ukoll ir-riskji tas-sehem tas-settur privat fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Sabiex jitneħħew dawn ir-riskji, hemm bżonn li l-għajnuna lis-settur privat permezz tar-riżorsi mogħtija għall-iżvilupp tirrispetta l-prinċipji ta' trasparenza, effiċjenza, effikaċja tar-riżorsi investiti, tal-ftuħ tal-akkwist pubbliku u tar-responsabbiltà tal-korpi pubbliċi lejn l-atturi kollha milquta mit-twettiq tal-istrateġija ta' żvilupp adottata.

3.4

Is-settur privat iħaddan ħaddiema indipendenti, mikrointrapriżi, negozji żgħar u ta' daqs medju, kumpaniji multinazzjonali kbar, kooperattivi u intrapriżi oħrajn tal-ekonomija soċjali, u istituzzjonijiet finanzjarji. Jekk nieħdu t-terminu 'settur privat' fit-tifsira wiesgħa tiegħu, l-impjegati tal-kumpaniji privati u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jieħdu sehem fi proġetti privati wkoll jagħmlu parti minn dan is-settur. Minbarra l-intrapriżi privati li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jeżisti wkoll settur privat informali vast. Meta tingħata l-għajnuna għall-iżvilupp, jaqbel li ssir differenza bejn kull waħda minn dawn l-entitajiet privati u l-effetti tal-attivitajiet tagħhom fuq l-iżvilupp, skont id-daqs tagħhom, il-qasam ta' attività tagħhom u l-livell ta' żvilupp tal-Istat ikkonċernat (Stat inqas żviluppat, żviluppat sa livell medju, li qed jiżviluppa jew saħansitra vulnerabbli).

3.5

Is-settur privat, flimkien mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, għandu jieħu sehem fid-definizzjoni tal-ħtiġijiet għal dak li għandu x'jaqsam mal-iżvilupp f'kull Stat, u jikkontribwixxi għat-twaqqif ta' għanijiet ġodda ta' żvilupp sostenibbli għal wara l-2015, sabiex iġorr il-parti ta' responsabbiltà tiegħu fil-kisba tagħhom. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu marbutin mat-titwil tal-għanijiet ta' żvilupp tal-millennju, għandhom ikunu konkreti u li jistgħu jitkejlu u jinkludu l-oqsma tal-ilma, il-biedja, is-sigurtà tal-ikel, l-enerġija, l-infrastrutturi tat-trasport, l-edukazzjoni, is-settur tas-saħħa, l-ekonomija diġitali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ugwaljanza soċjali.

3.6

Is-settur privat għandu jiġi rikonoxxut bħala element kostituttiv essenzjali tas-sħubija dinjija ġdida għall-iżvilupp. Għandha tinħoloq pjattaforma li tgħaqqad flimkien lir-rappreżentanti tal-intraprendituri u lill-impjegaturi Ewropej li tkun miftuħa wkoll għal partijiet interessati oħra, anke r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili sabiex isir dibattitu mar-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet Ewropej u finanzjarji dwar il-parteċipazzjoni tas-settur privat fil-kooperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp.

3.7

Is-settur privat tal-Istati donaturi jieħu sehem fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp bħala fornitur tas-servizzi u ta' tagħmir imħallsin mill-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, bħala fornitur dirett tal-għajnuna għall-iżvilupp għal raġunijiet filantropiċi, fil-qafas ta' proġetti komuni mas-settur pubbliku u organizzazzjonijiet mhux governattivi, kif ukoll bħala investitur fil-proġetti li, minbarra l-interess għall-intrapriża, għandhom ukoll effetti sinifikanti fuq l-iżvilupp. Ikun tajjeb li l-ewwel u qabel kollox jiġu appoġġjati l-proġetti li jimmiraw għall-innovazzjoni permezz tat-twaqqif ta' kapaċitajiet ta' innovazzjoni, servizzi ta' konsulenza, inkubaturi tan-negozju u fergħat ta' intrapriżi fil-pajjiżi benefiċjarji. L-akkwist pubbliku għall-proġetti ta' żvilupp għandu jkun trasparenti u miftuħ.

3.8

Il-kontribut tas-settur privat għall-iżvilupp għandu wkoll jinkludi l-appoġġ għal soċjetà mingħajr ostakli, għax din tgħin biex jinqered il-faqar fost il-gruppi ta' ċittadini li jinsabu fir-riskju, bħall-persuni b'diżabbiltà, in-nisa, l-anzjani, jew il-persuni li huma temporanjament imweġġa'. F'dan ir-rigward, il-ftehim-qafas dwar is-suq tax-xogħol inklużiv konkluż mill-imsieħba soċjali Ewropej f'Marzu 2010 jista' jservi ta' ispirazzjoni biex din l-esiġenza tiġi integrata fil-qafas futur tal-iżvilupp.

3.9

Is-settur privat fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jeħtieġ għajnuna sistematika sabiex ikun jista' jaqdi r-rwol tiegħu fl-iżvilupp. Huwa għalhekk li qed tiżdied il-parti tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp iddedikata għall-iżvilupp tas-settur privat. Madankollu dan il-progress m'għandux isir għad-detriment tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp ipprovduta lill-pajjiżi inqas żviluppati, li mingħajrha dawn ma jistgħux isolvu l-problemi l-aktar urġenti tagħhom.

3.10

L-investimenti privati tal-kumpaniji multinazzjonali kbar fi proġetti li jkunu ta' interess għall-iżvilupp huma opportunità biex fit-twettiq tagħhom jiġu involuti l-SMEs lokali, li jeżistu diġà jew ġodda, sabiex dawn, permezz tal-kooperazzjoni mal-imsieħba tal-pajjiżi żviluppati, ikunu jistgħu jiksbu ħiliet tekniċi u jkollhom aċċess għat-teknoloġiji avvanzati adegwati. L-intrapriżi multinazzjonali għandhom jirrispettaw il-prinċipji rikonoxxuti min-NU, l-OECD u l-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħrajn (6).

3.11

Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fil-bqija tad-dinja, l-SMEs jikkostitwixxu l-potenzjal prinċipali għall-iżvilupp, u l-mikrokrediti u s-self sussidjat mill-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali tal-finanzjament tal-iżvilupp għandhom jikkontribwixxu biex jinħeles dan il-potenzjal. Barra minn hekk, it-trasferimenti tat-tfaddil u ta' mezzi finanzjarji oħrajn tal-emigranti huma sors importanti ta' investiment u hemm bżonn li dawn jitħeġġu jorjentawhom aktar lejn il-ħtiġijiet tal-iżvilupp tal-Istat ikkonċernat.

3.12

Il-Kumitat jinsab sodisfatt bl-ideat li tesprimi l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha "Lil hinn mill-2015: lejn approċċ komprensiv u integrat għall-finanzjament tal-qerda tal-faqar u tal-iżvilupp sostenibbli" (7) u jitlob li s-settur privat u s-soċjetà ċivili organizzata jiġu involuti fid-dibattitu propost dwar l-approċċ integrat tal-finanzjament.

3.13

L-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp għandha tintuża bħala fattur multiplikatur biex il-kapital privat jingħaqad mal-investimenti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-istrumenti ta' innovazzjoni bħall-"blending" (fejn jingħaqdu flimkien ir-riżorsi), il-varji mekkaniżmi ta' garanzija u r-rati ta' interess imnaqqsa għandhom iservu proprju għal hekk. Fil-kalkolu tat-total tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp għandhom jitqiesu l-garanziji tal-Istat għall-investimenti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Għaldaqstant l-għajnuna mogħtija lill-kapital privat tista' tintrabat ma' kundizzjonijiet u indikaturi definiti b'mod ċar li jqisu n-natura sostenibbli tal-iżvilupp, il-ħarsien tal-ambjent, l-ekonomija ekoloġika, il-ħolqien tal-impjiegi, iż-żieda fil-kwalità tal-produzzjoni, it-trasferiment tal-għarfien dwar il-ġestjoni għas-settur privat, eċċ.

3.14

L-investimenti għandhom jiġu orjentati aktar lejn it-tisħiħ tas-setturi tas-servizzi bħas-settur bankarju, l-assigurazzjonijiet, is-servizzi ta' telekomunikazzjoni, it-trasport u s-servizzi l-oħra li jgħinu lill-intrapriżi, u li mingħajrhom l-industrija u l-biedja ma jistgħux jiżviluppaw b'mod tajjeb. F'dan ir-rigward, l-Istat irid jissorvelja l-kompetizzjoni u jiżgura l-protezzjoni adegwata tal-investimenti.

3.15

Is-sħubijiet bejn is-setturi pubbliċi u privati jistgħu jsiru strument essenzjali għat-twettiq tal-istrateġiji ta' żvilupp, għax huma jgħaqqdu l-mekkaniżmu ta' sussidji tal-fondi pubbliċi u l-inizjattivi ta' investiment privati biex iwieġbu għall-ħtiġijiet ta' żvilupp tal-benefiċjarji finali. Is-suċċess ta' dawn il-proġetti jitlob informazzjoni trasparenti u komunikazzjoni miftuħa mal-partijiet interessati.

4.   Appoġġ għall-ħolqien ta' ambjent intraprenditorjali favorevoli

4.1

Fil-pajjiżi benefiċjarji li qed jiżviluppaw, hemm bżonn ta' għadd ta' kundizzjonijiet fundamentali biex is-settur privat ikun jista' jeżisti u jwettaq sewwa l-attivitajiet tiegħu sabiex jaqdi r-rwol tiegħu fl-iżvilupp. Għalhekk il-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha tkun orjentata aktar lejn it-titjib permanenti tal-ambjent intraprenditorjali, li jiffaċilita l-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi, inaqqas il-burokrazija, isaħħaħ it-trasparenza u b'hekk iwaqqaf il-korruzzjoni omnipreżenti. L-affermazzjoni tal-istat tad-dritt tistimola lill-investituri barranin u lokali u tikkontrobwixxi għad-diversifikazzjoni tal-ekonomiji lokali.

4.2

Il-ħolqien ta' ambjent intraprenditorjali b'saħħtu għandu jistrieħ fuq il-mekkaniżmi tas-suq, inklużi l-kompetizzjoni ekonomika, swieq finanzjarji li jimxu tajjeb, l-indipendenza tal-qrati, l-applikazzjoni mifruxa tal-liġijiet fis-seħħ, speċjalment fil-qasam kummerċjali, ir-rispett tar-regoli tal-kummerċ internazzjonali u r-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Ikun tajjeb li nirrispettaw il-kulturi lokali b'mod li ma jxekklux il-kompetizzjoni ekonomika u fejn ma jwasslux għall-korruzzjoni u għal distribuzzjoni mill-ġdid sterili tal-fondi.

4.3

Ir-responsabbiltà soċjali tal-intrapriżi fil-qafas tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha tkun inizjattiva volontarja tal-intrapriżi u s-sħubija tagħhom f'intraprenditorija etika. L-intrapriżi jagħżlu huma stess, fil-qafas fundamentali tal-prinċipji rikonoxxuti fil-livell dinji (8), id-dispożizzjonijiet li huma adegwati għall-attività ekonomika tagħhom. Id-definizzjoni ta' dan il-qafas ser twassal għall-garanzija ta' kompetizzjoni ġusta mal-intrapriżi l-oħrajn tas-settur.

4.4

Is-settur privat joħloq impjiegi u jista' wkoll jikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar; madankollu hemm bżonn li fl-istess ħin jirrispetta d-drittijiet ekonomiċi u soċjali fundamentali. Hemm bżonn jiġu applikati b'mod strett il-konvenzjonijiet prinċipali tal-ILO (il-libertà ta' sħubija f'union u ta' negozjati kollettivi, il-projbizzjoni tax-xogħol furzat, ix-xogħol tat-tfal u kull tip ta' diskriminazzjoni fil-qasam tax-xogħol).

4.5

L-impjiegi ġodda għandhom jinħolqu b'konformità mal-Aġenda għal Xogħol Diċenti tal-ILO li tgħid li l-impjieg irid jintgħażel b'mod liberu, il-ħaddiem għandu jgawdi minn protezzjoni soċjali, l-impjegatur għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema, u li jrid ikun hemm djalogu soċjali. L-investituri kollha, speċjalment dawk li jirrikorru għal għajnuna pubblika għall-iżvilupp, għandhom jirrispettaw b'mod strett dawn il-prinċipji waqt l-implimentazzjoni tal-proġetti tagħhom u f'dan is-sens jinfluwenzaw lill-imsieħba tagħhom b'mod pożittiv.

4.6

Il-programmi ta' żvilupp tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-amministrazzjoni tal-Istat fil-pajjiżi li jkunu qed jiżviluppaw għandhom isaħħu l-prinċipji tal-istat tad-dritt u jikkontribwixxu għat-titjib tal-ambjent tal-intrapriżi u biex ikabbru l-kapaċitajiet ta' assorbiment tal-intrapriżi lokali. Dawn il-programmi għandhom jitfasslu f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali kif ukoll mal-NGOs ikkonċernati.

5.   Kif is-settur privat jista' jiġi involut aħjar fl-iżvilupp

5.1

L-organizzazzjonijiet tal-intraprendituri bħall-kmamar tal-kummerċ, l-assoċjazzjonijiet u r-raggruppamenti professjonali, il-federazzjonijiet tal-impjegaturi u l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali tal-pajjiżi donaturi għandhom ikunu involuti attivament fil-programmi ta' għajnuna għas-settur privat tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw matul il-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-proġett. Għal dan hemm bżonn li jitfassal programm li jappoġġja lill-organizzazzjonijiet lokali inkarigati li jirrappreżentaw lill-intrapriżi żgħar u medji u jippermettu lil dawn jiksbu l-esperjenza, speċjalment fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni, tal-integrazzjoni fil-katini tal-provvista, taċ-ċertifikazzjoni, tal-loġistika, eċċ.

5.2

Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-organizzazzjonijiet tal-intraprendituri għandhom bżonn jiksbu l-ħiliet biex itejbu l-ambjent intraprenditorjali, isaħħu t-tmexxija demokratika tal-qrati tagħhom, iġibu membri ġodda u jikkomunikaw attivament magħhom. L-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom għandu jiġi appoġġjat, filwaqt li jsir użu mill-kontribut attiv ta' organizzazzjonijiet sħab simili fl-UE. Il-programmi Ewropej tal-għajnuna esterna għalhekk għandhom jiffinanzjaw ukoll l-għajnuna teknika li l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-intraprendituri jipprovdu lill-imsieħba tagħhom.

5.3

L-iżvilupp tas-settur privat għandu jinkludi programmi ta' taħriġ għall-intraprendituri, anke permezz ta' apprendistati f'pajjiż żviluppat. Il-Kumitat jirrakkomanda li tiġi studjata l-possibbiltà li l-programm Erasmus għaż-żgħażagħ intraprendituri jitwessa' għal persuni interessati li jkunu ġejjin minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew li jinħoloq programm b'għanijiet simili u li jingħatawlu l-mezzi finanzjarji neċessarji.

5.4

Għandhom jiġu appoġġjati aktar it-taħriġ u l-iżvilupp tal-għarfien marbutin mat-teknoloġiji essenzjali, speċjalment għall-ħaddiema bi kwalifiki baxxi. Il-bżonn ta' programmi ta' taħriġ professjonali ilu jinħass għal żmien twil u l-pajjiżi donaturi jagħtu prinċipalment boroż ta' studju għal edukazzjoni ogħla. Madankollu, fl-industrija u f'setturi oħrajn, is-settur privat għandu bżonn li l-ħaddiema jkollhom il-kompetenzi professjonali attwali li jinkisbu fil-qafas ta' tagħlim tradizzjonali, kif ukoll ċerti drawwiet tax-xogħol neċessarji meta persuna tkun impjegata minn investitur barrani jew minn intrapriża mħallta.

5.5

L-għajnuna għall-iżvilupp għandha tappoġġja l-ewwel lill-proġetti innovattivi u lill-mudelli ta' intrapriżi ġodda li jiffavorixxu l-inklużjoni, li joffru spazju kbir ta' kooperazzjoni tas-settur privat mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi. Hawnhekk nistgħu nsemmu l-eżempju tal-istazzjonar ta' esperti volontarji li jgħinu l-iżvilupp tal-intrapriżi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (9). Ħaġa oħra li tista' tikkontribwixxi għall-iskambju reċiproku tal-esperjenzi tal-Istati Membri hija żieda fir-reklamar ta' proġetti intraprenditorjali innovattivi favur l-iżvilupp li kienu ta' suċċess.

5.6

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-settur tal-industrija tal-estrazzjoni u tal-materja prima. Il-proġetti ta' investiment għandhom iqisu l-isfidi bħall-ħarsien tal-ambjent, il-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema u s-sostenibbiltà tal-iżvilupp. Is-servizzi tal-Istat u tal-awtoritajiet lokali tal-pajjiż benefiċjarju għandhom jiddefinixxu qafas adegwat għal kull settur ta' attività u jaraw li dan jiġi rispettat, speċjalment fil-qasam tal-konformità mal-obbligi fiskali. L-għajnuna għandha twassal biex jiġi adottat dan l-approċċ sistematiku, billi jiġu definiti regoli tajbin li jillimitaw il-piż amministrattiv eċċessiv u jipprevjenu l-firxa tal-korruzzjoni.

5.7

L-għajnuna għall-iżvilupp għandha tappoġġja biedja sostenibbli u lill-industriji lokali tal-ipproċessar sabiex jittejjeb l-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel u tal-materja prima. Ikun tajjeb li jitħeġġeġ il-ħolqien ta' assoċjazzjonijiet tal-bdiewa u ta' produtturi żgħar li jipproċessaw il-prodotti agrikoli u li jintegrawhom fil-katini tal-provvista.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar: Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli ĠU C 271, 19.9.2013, p. 144–150.

(2)  Ara l-Opinjonijiet tal-KESE dwar: L-istrateġija Konġunta UE-Afrika (2009) ĠU C 77, 31.3.2009, p. 148–156, Il-kummerċ u s-sigurtà alimentari (2010) ĠU C 255, 22.9.2010, p. 1–9, Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (2012) ĠU C 43, 15.2.2012, p. 82–88, Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla / L-approċċ futur għall-appoġġ baġitarju tal-UE għal pajjiżi terzi (2012) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 133–139, Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-politiki tal-iżvilupp tal-UE (2012) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 28–34, u Il-protezzjoni soċjali fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea (2013) (għad mhix ippubblikata fil-ĠU).

(3)  Huma biss ftit pajjiżi żviluppati li laħqu jew qabżu l-għan miftiehem li jagħtu 0,7 % tal-Prodott Domestiku Gross tagħhom lill-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp.

(4)  "Preliminary Perspectives for the Post-2015 Development Agenda", Frar 2013.

(5)  Konfederazzjoni internazzjonali tat-trejdjunjins: http://www.ituc-csi.org, Concord: http://www.concordeurope.org, Kumitat tad-donaturi għall-iżvilupp tal-intrapriżi: http://www.enterprise-development.org/page/french.

(6)  Il-prinċipji ewlenin tan-NU dwar l-intrapriżi u d-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji ewlenin tal-OECD dwar l-intrapriżi multinazzjonali, l-inizjattiva għat-trasparenza fl-industriji estrattivi, il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli.

(7)  COM(2013) 531 final tas-16 ta' Lulju 2013.

(8)  Pereżempju: l-istandard ISO 26000, l-inizjattiva tan-NU dwar is-sitt prinċipji għall-investiment responsabbli.

(9)  Ara pereżempju l-assoċjazzjoni ta' utilità pubblika Ex-Change: http://www.ex-change.be.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/6


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-bidla sostenibbli f'soċjetajiet fi tranżizzjoni” (Opinjoni esploratorja)

2014/C 67/02

Relatur: is-Sur GOBIŅŠ

Nhar il-15 ta’ April 2013, il-Presidenza Litwana ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-bidla sostenibbli f'soċjetajiet fi tranżizzjoni.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar il-25 ta' Settembru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'70 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 6 astensjonijiet.

Il-bidla biss hija kostanti - Eraklitu

1.   Rakkomandazzjonijiet

1.1

L-UE, l-Istati Membri u s-soċjetà ċivili tagħha huma sors inkredibbilment għani ta’ esperjenza ta' tranżizzjoni. Din l-esperjenza għandha tintuża aħjar biex tintlaħaq l-istabbiltà permezz ta’ bidla fi ħdan l-Ewropa, fil-pajjiżi ġirien tal-UE, u madwar id-dinja.

1.2

L-UE qegħda tieħu rwol ewlieni fid-dibattiti attwali tan-NU dwar l-aġenda għall-iżvilupp wara l-2015, u għandha tirrakkomanda passi konkreti 'il quddiem ibbażati fuq is-solidarjetà u l-politiki koerenti. Din l-Opinjoni u opinjonijiet tal-KESE preċedenti rilevanti għandhom jiġu kkunsdrati (1).

1.3

L-esperjenza ta’ tranżizzjoni disponibbli fl-UE u għall-UE għandha tintuża fil-prattika. Hemm bżonn sistematizzazzjoni aħjar tal-esperjenza tat-tranżizzjoni pożittiva u negattiva tal-UE, l-istrumenti ta’ appoġġ disponibbli u data dwar atturi rilevanti. Għandu jitfassal Pjan ta' Azzjoni dwar l-użu tal-esperjenza ta' tranżizzjoni fil-proċess ta' programmazzjoni. Il-Kompendju Ewropew dwar ir-Tranżizzjoni u suġġerimenti oħrajn minn dokumenti reċenti tal-UE għandhom jitħaddmu mingħajr dewmien.

1.4

Il-politika esterna tal-UE għandha ssir aktar b’saħħitha, iktar parteċipattiv u miftuħa, effettiva u koerenti. Il-politika għandha tkun maħsuba għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali (inklużi l-libertà tal-għaqda paċifika u tal-assoċjazzjoni), l-istat tad-dritt u sabiex tgħin fil-ħolqien ta' ambjent demokratiku u li jippermetti li l-individwi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jipparteċipaw fit-tfassil u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-politiki. Huwa neċessarju approċċ għal perjodu twil ta' żmien.

1.5

Is-soċjetà ċivili u politika tal-UE u l-pajjiżi msieħba fl-UE għandhom jaqdu rwol fundamentali. Il-ftehimiet ta’ sħubija, il-programmi ta’ appoġġ u l-għotjiet ma għandhomx jiġu approvati mingħajr djalogu strutturat mas-soċjetà ċivili, speċjalment is-soċjetà ċivili organizzata, skont il-prinċipju ta’ sħubija tal-UE. Għandha ssir enfasi partikolari fuq djalogu ma’, u l-inklużjoni ta’, gruppi soċjali differenti fil-pajjiżi msieħba, inklużi l-minoranzi u l-abitanti ta’ reġjuni remoti.

1.6

Fil-preżent, ħafna promoturi potenzjali ta’ żvilupp sostenibbli huma pprojbiti milli jirċievu l-appoġġ tal-UE minħabba regoli diskriminatorji, amministrattivi u oħrajn. Hemm bżonn diskriminazzjoni pożittiva (li ma tagħtix lok għal manipulazzjoni) u rekwiżit li l-imsieħba b'esperjenza reċenti ta’ tranżizzjoni għandhom ikunu involuti fil-proġetti ta’ żvilupp, biex ipoġġu fuq l-istess livell parteċipanti b'punteġġ ta' sfond iktar baxx f’evalwazzjonijiet attwali. Il-kwalità tal-proġetti u tar-riżultati għandhom jiġu l-ewwel.

1.7

Mekkaniżmi ġodda għall-kooperazzjoni għandhom jitniedu u dawk eżistenti għandhom jitwessgħu — ara b’mod partikolari l-punti 3.3.4, 3.3.6, 3.3.7 u 3.3.8 eżempju l-Ġemellaġġ, Taiex, Erasmus+, u pjattaforma ta' skambju ġdida, eċċ.

1.8

L-atturi affiljati ma’ reġimi awtoritarji u/jew prattiċi mhux demokratiċi (pereżempju GoNGOs, Yellow Unions, eċċ) għandhom jiġu esklużi mill-għajnuna.

1.9

B'mod ġenerali, kampjun wiesa’ tas-soċjetà fil-pajjiżi msieħba għandu jirċievi appoġġ komprensiv.

1.10

Bidla demokratika, żvilupp sostenibbli tkabbir ekonomiku inklużiv u suq stabbli, flimkien ma’ titjib fil-benefiċċji soċjali u l-impjiegi, jistgħu jkunu sostnuti l-aħjar permezz ta’ governanza tajba u approċċ b'saħħtu ibbażat fuq id-drittijiet. Il-prattika turi li soċjetà ċivili b’saħħitha, b’mod partikolari dik organizzata, hija l-aħjar garanzija għas-suċċess.

2.   Kuntest ġenerali

2.1

Il-KESE jaqbel mal-fehma wiesgħa tal-iżvilupp sostenibbli. Kif ġie nnutat mill-Kunsill tal-UE, dan jinkludi aspetti bħal ”l-governanza demokratika, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, il-benessri ekonomiku u soċjali, kif ukoll il-paċi u l-istabbiltà“ (2).

2.2

It-tranżizzjoni tista' fil-qosor tkun definita bħala l-istabbilizzazzjoni, l-appoġġ għad-demokrazija, il-bini ta’ istituzzjonijiet u l-kapaċità u l-konsolidazzjoni tar-riformi biex il-bidla tkun sostenibbli. Din hija bbażata fuq is-solidarjetà u l-azzjoni minn individwi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-gvern u atturi oħrajn.

2.3

Bosta aspetti ta’ kooperazzjoni ma’ soċjetajiet fi tranżizzjoni diġà kienu fuq l-aġenda tal-KESE (3). L-għan ta’ din l-Opinjoni huwa li tmur lil hinn minn sorsi eżistenti u wkoll biex tirrifletti l-interessi speċjali tal-Presidenza Litwana tal-Kunsill tal-UE u l-interess ġenerali tas-soċjetà ċivili Ewropea (inklużi bħala kontribut għas-Summit ta' Vilnius dwar is-Sħubija tal-Lvant f’Novembru 2013 u l-Jiem Ewropej għall-Iżvilupp).

2.4

Żviluppi ġodda fl-istati msieħba mal-UE huma raġuni oħra biex tiġi aġġornata l-politika eżistenti. Il-KESE jibqa’ mħasseb dwar is-sostenibbiltà tal-iżviluppi f’diversi ġirien tal-Lvant tal-UE, l-EuroMed u stati msieħba oħra. Diversi bidliet pożittivi jistgħu jiġu osservati fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent (filwaqt li ninnotaw l-importanza tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-UE).

3.   Nippermettu lill-UE taqsam l-esperjenza tagħha aħjar

Il-motivazzjoni u d-domanda interna tista' tkun xprun prinċipali tal-bidla demokratika u l-iżvilupp sostenibbli, bl-appoġġ minn politika tal-UE ċara "bil-bibien miftuħin" lejn l-istati kollha fl-Ewropa u privileġġi oħra għal stati u soċjetajiet barra l-Ewropa.

3.1   Koordinazzjoni aħjar tal-politiki tal-UE għat-tranżizzjoni

3.1.1

Biex tinħoloq bidla sostenibbli, il-politiki, il-programmi u l-attivitajiet differenti tal-UE li jimmiraw lejn l-istess reġjuni jew oqsma tal-politika għandhom ikunu kkoordinati aħjar, biex jinħolqu sinerġiji u tinżamm konsistenza. Għad hemm bżonn li l-kapaċità ta’ azzjoni esterna tal-UE tkun żviluppata aktar, sal-punt fejn il-valuri u l-għanijiet Ewropej komuni jistgħu jiġu appoġġjati b’mod effiċjenti fuq skala tassew Ewropea (4).

3.1.2

"Il-koerenza fil-politika għall-iżvilupp" (PCD) għandha tiġi żgurata u ssorveljata b’aktar reqqa. L-obbligu ta' PCD, kif stabbilit f'Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (kif emendat mit-Trattat ta' Lisbona) għandu jkun fil-qalba tat-tfassil tal-politika u l-implimentazzjoni fir-regolamenti kollha tal-istrumenti ta' azzjoni esterna u għaldaqstant għandu jiġi applikat b'mod espliċitu fil-politiki, il-programmi u l-attivitajiet kollha tal-UE. Il-konsistenza ta’ inizjattivi ġodda tal-UE għandha tiġi evalwata għall-każijiet kollha. Il-programmi kollha (inklużi l-evalwazzjoni u l-linji baġitaji tagħhom) għandhom jirriflettu l-impenji u l-obbligi internazzjonali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp (inkluż il-Fehim Komuni tan-NU dwar Approċċ Ibbażat fuq id-Drittijiet tal-Bniedem) u għandhom jiffokaw fuq dawk l-aktar marġinalizzati u vulnerabbli. Huwa importanti wkoll li jsir monitoraġġ dwar jekk, fil-proċess ta' tranżizzjoni u integrazzjoni mal-UE, l-iżviluppi pożittivi f'qasam wieħed ta' politika jkunux akkumpanjati minn żviluppi negattivi f'oħrajn.

3.1.3

Hemm bżonn pjattaforma konġunta mmexxija mill-UE jew l-Istati Membri tagħhabiex tingħata ħarsa ġenerali li faċli tinftiehem tal-istrumenti eżistenti (bħalma huma għotjiet, sejħiet għall-offerti u programmi, eċċ.), li għandhom impatt estern dirett jew indirett. Jista' jkun hemm xi xebħ/kooperazzjoni mal-Portal L-Ewropa Tiegħek. Għandhom isiru sforzi biex tingħata l-informazzjoni lill-organizzazzjonijiet iżgħar (anke sottoreġjonali). L-istituzzjonijiet fl-Istati Membri tal-UE u s-soċjetajiet ta’ tranżizzjoni għandhom ikunu gruppi fil-mira addizzjonali. Il-pjattaforma għandha tkun appoġġjata b’bullettin jew link għal Twitter, pereżempju.

3.1.4

L-UE għandha taspira li tiġbor, tikkoordina u toħloq sinerġiji bejn l-attivitajiet tal-UE u tal-Istati Membri tagħha fil-pajjiżi msieħba, u tevita kompetizzjoni interna eċċessiva. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jaqsmu r-responsabbiltajiet fl-iżvilupp ta’ forom ta’ kooperazzjoni esterna konġunta (koordinaturi tat-tranżizzjoni, ċentri tat-traduzzjoni, ċentri ta’ assistenza legali, stabbilimenti edukattivi eċċ.) fuq it-territorju tagħhom jew fil-pajjiżi msieħba.

3.2   L-involviment tal-partijiet interessati kollha bħala prerekwiżit għas-sostenibbiltà tal-bidla

3.2.1

Il-mekkaniżmi tal-azzjoni esterna tal-UE għandhom isiru kemm jista' jkun inklużivi, trasparenti u parteċipattivi sabiex jiġi żgurat il-pussess konġunt tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni. Attwalment jistgħu jiġu osservati nuqqasijiet. Il-potenzjal tal-Prinċipju tas-Sħubija li jgħaqqad is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi għandu jiġi esplorat pereżempju bħala prerekwiżit biex jingħataw għotjiet.

3.2.2

L-involviment mill-qrib, u preferibbilment strutturat, tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u politika huwa l-prerekwiżit għal impenn fit-tul favur ir-riformi. F'dan ir-rigward ara wkoll il-punt 1.5. L-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali kemm mill-UE kif ukoll mill-pajjiżi msieħba, huwa meħtieġ fil-programmazzjoni u t-twettiq tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni u żvilupp. Sħubiji eżistenti għandhom jissaħħu u oħrajn ġodda jiġu promossi.

3.2.3

Il-KESE huwa ħerqan li jikkontribwixxi, u l-imsieħba tiegħu madwar id-dinja huma riżorsa prezzjuża, kif jistgħu jkunu wkoll fora regolari eżistenti.

3.2.4

L-UE għandha żżid l-isforzi tagħha biex tiżviluppa l-kapaċità tal-atturi kemm tal-UE kif ukoll tal-imsieħba tagħha. Dan jista’ jsir permezz ta’ appoġġ finanzjarju, l-iskambju tal-esperjenza, id-disponibbiltà tal-edukazzjoni/it-taħriġ u b’mezzi jew programmi oħra.

3.2.5

Għandha tkun żgurata l-ugwaljanza ta’ opportunità għall-parteċipazzjoni ta' diversi atturi governattivi u mhux governattivi — kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi msieħba. Diskriminazzjoni diretta u indiretta persistenti ta’ kwalunkwe tip għandha tiġi eliminata, fosthom eleġibilità restrittiva wisq; id-daqs tal-proġett u tar-rekwiżiti tekniċi; diskriminazzjoni fir-regoli amministrattivi, inklużi differenzi fir-rimunerazjoni u/jew it-tassazzjoni ta’ esperti li jaħdmu fuq l-istess proġetti; rekwiżiti għal kofinanzjament (problemi tal-aċċettazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura); lobbying nazzjonali li jwassal għal riżultati distorti, eċċ. (5). F'dan ir-rigward ara l-punt 1.6.

3.2.6

Opportunitajiet teknoloġiċi tas-seklu wieħed u għoxrin, inklużi l-gvern elettroniku, għandhom jiġu użati u promossi b’firxa ikbar għad-djalogu u l-involviment. Għal dan il-għan jista' jitfassal programm speċjali ta' għajnuna għad-demokrazija 2.0.

3.3   Suġġerimenti oħra għall-programmi u l-azzjoni tal-UE

3.3.1

Is-sistema attwali tal-opportunitajiet ta’ finanzjament u appoġġ tal-UE u relatati mal-UE ta’ spiss hija kkritikati bħala kkumplikata iżjed milli meħtieġ. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-pjani mħabbra biex jiġu ssemplifikati u razzjonalizzati l-istrumenti tal-UE għall-fondi esterni, inkluż l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat mill-2014 ’il quddiem u jappoġġja l-ġbir flimkien ta’ fondi.

3.3.2

Il-kwalità l-ewwel u qabel kollox. Għarfien espert speċifiku relatat mat-tranżizzjoni u l-ħila li wieħed jifhem u jadatta għall-ħtiġijiet tal-pajjiż imsieħeb għandhom ikunu fil-qalba ta' valutazzjoni objettiva u għandhom jiksbu riżultati aħjar mill-esperjenza preċedenti relatata mal-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-UE.

3.3.3

L-esperjenza li kisbet l-UE fit-tranżizzjoni għandha tintuża aħjar meta jiġu żviluppati l-politiki esterni tal-UE (inklużi dawk dwar l-iżvilupp) (6). Is-suċċessi u t-tagħlimiet meħuda għandhom ikunu kompletament sistematizzati u analizzati fid-dettall. Il-konklużjonijiet għandhom jintużaw, jiddaħħlu kif ukoll jitħaddmu bis-sħiħ fiċ-ċiklu ta' programmazzjoni. Huwa meħtieġ segwitu tanġibbli, fost l-oħrajn, bl-użu ta' dan l-għarfien meta jitfasslu programmi operattivi u jiġu vvalutati u allokati għotjiet għall-proġetti u d-daqs tal-proġetti, eċċ.

3.3.4

Għandu jsir operattiv Kompendju Ewropew tat-Tranżizzjoni, inkluż għal skop ta' programmazzjoni, u għandu jitkabbar b'bażi tad-data ta’ esperti b’esperjenza ta’ tranżizzjoni, li ġejjin kemm mis-settur governattiv kif ukoll dak mhux governattiv. Għandu jkun attraenti għall-imsieħba biex ifittxu esperti u għandu jingħata promozzjoni, speċjalment fil-pajjiżi msieħba. Il-Kummissjoni Ewropea u l-SEAE għandhom iħejju lista ta' kontroll għad-delegazzjonijiet tal-UE dwar kif jużaw il-Kompendju fil-programmazzjoni (fost oħrajn, jista' jiġi stabbilit bħala sors vinkolanti ta' informazzjoni għall-esperti li jipparteċipaw f'attivitajiet tal-UE).

3.3.5

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tħejji Pjan ta' Azzjoni biex l-esperjenza rikka li l-UE għandha fit-tranżizzjoni tiġi applikata aħjar fil-programmazzjoni. Dan jgħin biex jiġi żgurat li l-esperjenza tintuża b'mod sistematiku fl-oqsma fejn hi rilevanti. Il-Kummissjoni Ewropea għandha talloka wkoll biżżejjed riżorsi amministrattivi għall-implimentazzjoni ta' dan il-pjan ta' azzjoni.

3.3.6

Meta jitqies li diġà hemm ammont kbir ta' għodod marbuta mal-iskambju tal-esperjenza ta' tranżizzjoni, huwa rakkomandat li l-Kummissjoni torganizza proċess ta' ġestjoni trasversali biex tiġborhom u tippreżentahom fl-istess post pereżempju billi tinħoloq pjattaforma jew struttura ta' qafas.

3.3.7

Għandha tiġi kkunsidrata firxa akbar tal-faċilitajiet ta' konsulenza tal-UE li huma bbażati fuq il-ħtiġijiet, bħalma huma SOCIEUX u MIEUX. Faċilitajiet bħal dawn huma għodda eċċellenti biex jingħata rispons immedjat għall-ħtiġijiet tal-pajjiżi msieħba. Iż-żona ġeografika tal-mekkaniżmi eżistenti bbażata fuq il-ħtiġijiet għall-iskambju tal-esperjenza u programmi oħra, partikolarment il-programm TAIEX, il-Ġemellaġġ u Erasmus+, iridu jinfetħu globalment (partikolarment għall-pajjiżi AKP), filwaqt li ma jitnaqqsux il-fondi ppjanati għall-proġetti mill-istati attwali ta' programm.

3.3.8

Il-kunċett ta' "ġemellaġġ/sħubija bejn tlieta" ta' NGOs għandu jitnieda, b'involviment ta' mill-inqas imsieħeb wieħed mill-UE-15, wieħed mill-UE-13 u wieħed mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew fi tranżizzjoni (7). L-iskambju ta’ esperjenza fost rappreżentanti tas-settur privat għandu jkun appoġġat ukoll.

3.3.9

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandu jagħti faċilità akbar għall-qsim tal-esperjenza tat-tranżizzjoni reċenti tal-Istati Membri tal-UE.

3.3.10

Sabiex l-esperjenza tagħhom ta’ tranżizzjoni tinbidel f'appoġġ effiċċjenti għat-trażizzjoni, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jiżguraw finanzjamenti u appoġġ pubbliku adegwati. Barra minn hekk, il-KESE jtenni li t-tranżizzjoni u r-rwol tal-individwi, tas-soċjetà ċivili u tal-istat għandhom ikunu aspetti tas-Sena Ewropea għall-Iżvilupp fl-2015.

4.   Appoġġ għar-riformi demokratiċi u l-iżvilupp sostenibbli.

L-esperjenza ta' trażizzjoni reċenti u rikka tal-Istati Membri tal-UE qed iżżid fl-importanza u l-użu lil hinn mill-ġirien tal-UE, b'użu akbar ta’ ”approċċ ibbażat fuq id-domanda“. L-appoġġ għad-demokrazija għandu jkun prijorità għall-UE.

4.1   Ir-rwol speċjali tal-UE fi ħdan id-diversi fażijiet ta’ tranżizzjoni

4.1.1

L-iżvilupp sostenibbli huwa kondizzjonali fuq li jintlaħaq l-usa’ kunsens possibbli fis-soċjetajiet msieħba. Appoġġ għad-demokrazija, il-governanza tajba, il-libertajiet fundamentali (inklużi l-libertà tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda paċifika, libertà tal-kelma, midja indipendenti, eċċ), l-edukazzjoni ċivika u t-tagħlim mhux formali u informali, il-ġustizzja u l-ġustizzja soċjali fl-oqsma kollha u fil-livelli kollha huma essenzjali.

4.1.2

Għandu jkun hemm fokus aktar b’saħħtu fuq l-effettività u r-riżultati tal-politika u l-proġetti. Il-proġetti għandhom ikunu akkumpanjati minn programmi operattivi u amministrattivi u miżuri ta’ appoġġ għall-individwi. L-effettività ma tistax tinkiseb mingħajr koordinazzjoni mtejba fil-pajjiżi msieħba. Għandhom ikunu offruti appoġġ u konsulenza għall-ippjanar.

4.1.3

In-nondiskriminazzjoni, it-trattament indaqs u l-impenn proattiv tal-imsieħba tal-UE kif ukoll ta' kull membru tas-soċjetajiet tagħhom (inklużi gruppi bħan-nisa, il-minoranzi eċċ.) huma essenzjali bħala prinċipju ġenerali u bħala prekondizzjoni għall-kredibbiltà tal-UE. Id-differenzjazzjoni tal-politika skont ir-rekwiżiti tal-pajjiż imsieħeb naturalment huwa essenzjali u hemm bżonn li jittejjeb. Fl-istess ħin, l-UE m’għandhiex tkun aktar laxka lejn pajjiżi "strateġikament importanti" sempliċiment minħabba sett limitat ta’ interessi li mhumiex relatati mal-iżvilupp sostenibbli. Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa qasam li fih l-UE u l-imsieħba tagħha għandhom jaħdmu flimkien.

4.1.4

Ir-rappreżentanti tal-UE għandhom jaġixxu kemm bħala “moderaturi/faċilitaturi” (b'analiżi tal-ħtiġijiet lokali u b’appoġġ/il-promozzjoni ta' djalogu fost il-partijiet interessati lokali) kif ukoll bħala “esperti” (bil-qsim tal-esperjenza tagħhom tal-passat u t-twassil tal-lezzjonijiet li ttieħdu mill-ħidma ta' tranżizzjoni).

4.1.5

Kampjun wiesa’tas-soċjetà fil-pajjiżi msieħba għandu jirċievi appoġġ komprensiv. Fil-mument, l-istituzzjonijiet governattivi, u f’xi każijiet l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (inklużi l-imsieħba soċjali), iż-żgħażagħ u r-riċerkaturi huma meqjusa bħala l-gruppi fil-mira prinċipali għall-għajnuna tal-UE. L-iżvilupp sostenibbli u l-bidla demokratika jeħtieġu appoġġ komprensiv u kooperazzjoni mill-qrib ma’ ”ambaxxaturi“, ”maniġers“ jew ”uċuħ ta’ bidla fit-tul“ mis-soċjetà ċivili u l-mexxejja u n-netwerks tagħha, iżda jeħtieġ ukoll li jmorru lil hinn minn dan. Hemm bżonn appoġġ universali, aċċessibbli b’mod wiesa’ u ġeneralment viżibbli għall-imsieħba u s-soċjetajiet tagħhom. L-integrazzjoni fl-UE u l-appoġġ għall-pajjiżi ġirien m’għandhomx jitqiesu bħala gwadann għal xi ftit pajjiżi biss. Titjib viżibbli f’oqsma bħalma huma l-edukazzjoni u x-xjenza (inklużi r-riformi tat-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali, attivitajiet immirati lejn it-tfal eċċ. (8)), l-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet, l-infrastruttura u s-servizzi pubbliċi u soċjali (inklużi l-ICT, is-saħħa, playgrounds eċċ.), opportunitajiet ta' xogħol deċenti u impjieg ta' kwalità, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, l-appoġġ għall-popli indiġeni u dawk vulnerabbli soċjalment u ekonomikament, il-movimenti soċjali u l-kundizzjonijiet li jippermettu l-iżvilupp tan-negozju (inklużi t-tisħiħ u l-involviment tal-imsieħba soċjali (9)), eċċ. ser irawmu bidla u kunsens akbar dwar l-orjentament favur l-Ewropa.

4.1.6

Fl-istati b'defiċit demokratiku, huwa possibbli li l-finanzjament ipprovdut lil jew permezz ta’ istituzzjonijiet uffiċjali jintefaq mhux fuq għanijiet soċjali iżda fuq appoġġ għar-reġim, u organizzazzzjonijiet tas-soċjetà ċivili bbażati lokalment li verament jirrapreżentaw il-valuri demokratiċi ma jingħatawx iċ-ċans li japplikaw. It-twaqqif tad-Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (DED) huwa, bla dubju, pass importanti u mistenni. Madankollu, dawn il-problemi wiesa' ma jistgħux jissolvew permezz tad-DED waħdu. Parti mis-soluzzjoni hi li "jiġu identifikati b’mod komprensiv l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili", u organizzazzjonijiet oħra li jirċievu l-għajnuna, fir-reġjun (10). Is-soċjetà ċiviliinformali/attiva fil-lokal u l-inizjattivi għandhom jiġu appoġġjati wkoll fil-biċċa l-kbira tagħhom — bosta Stati Membri tal-UE għandhom esperjenza fil-finanzjament flessibbli tal-proġetti. Fl-istess ħin, il-persentaġġ tal-għajnuna mqassma permezz tas-soċjetà ċivili għandu jiżdied, b’mod partikolari fil-każ ta' reġimi awtoritarji.

4.1.7

Għandha tingħata wkoll attenzjoni partikolari lis-sitwazzjonijiet ta' tranżizzjoni fil-pajjiżi Mediterranji tan-Nofsinhar u tal-Lvant, fejn id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tan-nisa jinsabu mhedda serjament, u lill-ħtieġa li jiġi żgurat appoġġ aktar b'saħħtu tal-UE lis-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tan-nisa.

4.1.8

B’mod ġenerali, l-UE teħtieġ li tanalizza bir-reqqa u tadatta għall-kapaċitajiet ta’ assorbiment u l-karatteristiċi speċjali differenti fost il-pajjiżi msieħba tagħha.

4.1.9

L-UE għandha taqsam l-esperjenza tagħha biex tiżgura appoġġ sostnut għall-iżvilupp estern u intern, fost l-oħrajn għas-soċjetà ċivili, wara li tgħaddi l-ewwel fażi ta’ tranżizzjoni u jintlaħaq benesseri komparattiv.

4.2   Tkabbir inklużiv — ir-rwol tal-intrapriżi u l-impjiegi f’soċjetajiet fi tranżizzjoni

4.2.1

It-tkabbir ekonomiku inklużiv u suq stabbli, flimkien ma’ benesseri u impjiegi mtejba u l-liberalizzazzjoni ekonomika intelliġenti għandhom jaqdu rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ soċjetajiet ta’ tranżizzjoni (f’konformità mal-kunċett ta’”trasformazzjoni ekonomika“ fid-dibattiti ta' wara l-2015). Għandu jitrawwem ambjent sikur u favorevoli għall-investiment u dan għandu jiġi mħares permezz ta’ ftehimiet internazzjonali fi ħdan l-oqfsa multilaterali bħad-WTO, l-OECD, eċċ..

4.2.2

Il-bażi tas-sostenibilità hija l-istat tad-dritt, sistema legali independenti li ma tistax tiġi sovvertita mill-korruzzjoni jew id-dittatorjat. Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li ma jġarrbux intimidazzjonijiet, l-aċċess għall-informazzjoni, il-protezzjoni soċjali u opportunitajiet għal impjiegi deċenti, kooperazzjoni xjentifika u teknika, l-effiċjenza/l-indipendenza tal-enerġija, u l-konservazzjoni ambjentali kollha huma vitali.

4.2.3

Il-kundizzjonijiet tal-kummerċ għandhom ikunu mtejba, u fejn huwa adegwat għandhom jintużaw ftehimiet ta’ kummerċ ħieles profondi u komprensivi, li għandhom l-għan li jmorru ”wara l-fruntieri“ sabiex jinkoraġġixxu tqarrib kontinwu mar-regoli, il-prinċipji u l-istandards tal-UE f’regolamenti tekniċi — u fl-implimentazzjoni tagħhom. L-għan għall-imsieħba tal-UE għandu jkun ekonomiji b’saħħithom u inklużivi li jnaqqsu b'mod kostanti d-dipendenza tagħhom fuq l-għajnuna esterna, u dan għadu qasam ieħor fejn l-iskambju ta’ esperjenza huwa vitali.

4.2.4

Id-djalogu mal-intrapriżi indipendenti u l-għajnuna għalihom (kif ukoll għat-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet l-oħra tas-soċjetà ċivili) għandhom jingħataw prijorità meta jkunu qed jitrattaw ma’ reġimi awtoritarji. Fil-każijiet kollha, l-SMEs għandhom jingħataw garanzija ta' rwol aktar importanti bħala aġenti għas-sostenibbiltà, l-istat tad-dritt u l-iżvilupp fl-ekonomija. Il-kunsilli tal-investituri barranin jew imsieħba oħra minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jista’ jkollhom rwol addizzjonali.

4.3   Noti addizzjonali dwar sħubijiet internazzjonali għall-iżvilupp

4.3.1

Il-KESE u korpi oħra diġà indikaw il-ħtieġa għall-kooperazzjoni mill-viċin u effiċjenti bejn l-UE, in-NU u korpi internazzjonali oħra fuq l-aġenda għall-iżvilupp ta’ wara l-2015.

4.3.2

L-UE trid ukoll tqis żviluppi reċenti oħra, inkluż it-twaqqif ta’ Sħubija ta' Gvern Miftuħ (inizjattiva ta’ rilevanza partikolari għall-KESE u waħda li tirrifletti l-prinċipju ta’ sħubija msemmi hawn fuq). L-impatt tas-Sħubija Trans-Atlantika għall-Kummerċ u l-Investiment ippjanata u ftehimiet bħal dawn, iridu jiġu ppjanati u mmonitorjati sew fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u t-tranżizzjoni.

4.3.3

Ir-rwol u l-potenzjal tan-negozji privati globali u l-investituri barranin li għandhom l-istess valuri tal-UE għandhom jiġu sfruttati u appoġġjati aħjar u f'termini ta' rispett għad-drittijiet ekonomiċi u soċjali fundamentali.

4.3.4

Għandu jiġi ppjanat studju komprensiv li jistudja l-aħjar prattiċi tal-fondazzjonijiet globali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-għodod li jużaw fil-pajjiżi fi tranzizzjoni.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  B'mod partikolari l-Opinjoni tal-KESE dwar "Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli", 23 ta' Mejju 2013 u Opinjonijiet rilevanti oħra.

(2)  Il-Konklużjonijiet tat-3218 Kunsill tal-Affarijiet Barranin (31.1.2013), Artikolu 19.

(3)  http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.eesc-opinions-highlights.

(4)  Opinjoni tal-KESE dwar "Ir-rwol u r-relazzjoni tal-UE mal-Asja Ċentrali u l-kontribut tas-soċjetà ċivili",ĠU C 248, 28.8.2011.

(5)  Pereżempju huwa rrakomandat l-istudju tal-Parlament Ewropew EXPO/B/AFET/2012/32 (2012).

(6)  Il-Konklużjonijiet tat-3218 Kunsill tal-Affarijiet Barranin (31.1.2013), Artikolu 19.

(7)  Opinjoni tal-KESE dwar "Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni", ĠU C 43, 15.2.2012.

(8)  Pereżempju l-Opinjoni tal-KESE dwar "Ir-rwol u r-relazzjoni tal-UE mal-Asja Ċentrali u l-kontribut tas-soċjetà ċivili",

ĠU C 248, 28.2.2011.

(9)  Opinjoni tal-KESE dwar "Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni", ĠU C 43, 15.2.2012.

(10)  Opinjoni tal-KESE dwar dwar il-”Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) u l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat“, ĠU C 11, 15.1.2013, p. 80. Ara wkoll Ir-Rapport ta' Informazzjoni dwar Ir-rwol tas-soċejtà ċivili fl-implimentazzjoni tas-Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Kondiviża fir-reġjun Ewro-Mediterranju (REX/356).


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/11


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja: nagħmlu possibbli u nħeġġu l-inklużjoni taċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea” (Opinjoni esploratorja mitluba mill-President tal-Litwanja)

2014/C 67/03

Relatur: is-Sur IULIANO

Nhar il-15 ta' April 2013, il-Presidenza Litwana ddeċiediet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja: nagħmlu possibbli u nħeġġu l-inklużjoni taċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea

(Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Litwana).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar il-25 ta' Settembru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'110 voti favur, u 2 astensjonijiet.

Introduzzjoni

Minn mindu twaqqaf, il-KESE dejjem ta attenzjoni speċjali lill-volontarjat fid-dawl tal-fatt li huwa l-espressjoni fil-prattika ta' ċittadini li jaġixxu favur is-solidarjetà, il-koeżjoni soċjali u t-titjib tas-soċjetà li fi ħdanha jwettqu l-attivitajiet tagħhom. Jingħad li l-volontarjat huwa "x-xhieda tar-rieda tajba eċċezzjonali ta' soċjetà partikolari" u jirrifletti fil-prattika l-valuri li fuqhom tissejjes l-Unjoni Ewropea.

Il-KESE indirizza kwistjonijiet relatati mal-volontarjat, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak ta' ħidma transkonfinali fil-livell tal-UE, f'diversi opinjonijiet u, fil-fatt, il-KESE kien l-ewwel istituzzjoni Komunitarja li pproponiet l-adozzjoni tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat. Barra minn hekk, il-KESE ħareġ opinjonijiet dwar ir-rwol tas-soċjetà ċivili fl-azzjoni esterna tal-UE u fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Għalhekk, fid-dawl tal-inklużjoni fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE ta' referenza speċifika fl-Artikolu 214(5) dwar il-ħolqien tal-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (EVHAC), li mbagħad beda jissejjaħ l-inizjattiva EU Aid Volunteers (Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE), u tal-proċess imniedi għall-adozzjoni futura ta' Regolament li jirregola l-implimentazzjoni ta' din l-inizjattiva, ikun tajjeb li l-KESE jadotta pożizzjoni li tippermetti li l-fehmiet tas-soċjetà ċivili Ewropea jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni futura tiegħu.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (EVHAC) jew l-inizjattiva EU Aid Volunteers, għaliex huwa tal-fehma li dan jippromovi l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini Ewropej fil-qasam umanitarju, b'mod partikolari permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħall-organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) speċjalizzati.

1.2

L-EVHAC għandu jkun strument li jħeġġeġ l-inklużjoni ta' dawk l-Istati Membri b'inqas esperjenza fil-ħidma umanitarja. Għal dan il-għan, il-KESE jipproponi li tiġi kkunsidrata t-tnedija ta' azzjonijiet speċifiċi li jistimulaw kemm il-parteċipazzjoni tal-voluntiera f'dawn il-pajjiżi, kif ukoll iħeġġu lill-organizzazzjonijiet soċjali u umanitarji tagħhom.

1.3

Bil-għan li jiġi promoss l-appoġġ taċ-ċittadini għall-azzjoni umanitarja u għar-rikonoxximent tar-rwol tal-volontarjat, il-KESE jirrakkomanda li jiġu kkunsidrati wkoll azzjonijiet ta' komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar dawn is-suġġetti għall-pubbliku inġenerali.

1.4

Il-KESE japprova u jappoġġja l-fehmiet espressi fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja dwar l-għanijiet u l-mezzi marbutin mal-għajnuna umanitarja, u jixtieq jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-għajnuna umanitarja tinkludi l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriżijiet umanitarji, il-ħarsien tad-dinjità tagħhom u r-rispett tad-drittijiet tagħhom.

1.5

Il-KESE jenfasizza dan il-kunċett wiesa' tal-azzjoni umanitarja, li jmur lil hinn mis-sempliċi provvediment tal-għajnuna, u jfakkar fil-ħtieġa li jiġu rispettati l-prinċipji umanitarji tal-umanità, l-imparzjalità, in-newtralità u l-indipendenza, u l-liġijiet li jirregolaw l-azzjoni umanitarja bħala aspett essenzjali.

1.6

Il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għan-natura ġenwina tal-volontarjat u l-periklu li dan jiġi konfuż ma' azzjonijiet oħra ta' natura professjonali. F'mumenti ta' kriżi ekonomika bħal dawk attwali, dan huwa aspett partikolarment rilevanti, kemm fi ħdan l-UE, kif ukoll fl-azzjoni esterna tagħha.

1.7

Il-KESE jenfasizza li l-eżistenza ta' leġislazzjonijiet differenti fil-qasam tal-volontarjat fl-Istati Membri diversi tista' taffettwa ħażin lill-inizjattiva EU Aid Volunteers.

1.8

Il-voluntiera għandhom jintużaw skont il-bżonn u wara li jsiru analiżi u valutazzjoni tas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet tal-komunitajiet milqutin minn diżastri jew kriżijiet kumplessi.

1.9

Il-Proposta għal Regolament (1) tenfasizza l-bżonn li jiġu stabbiliti standards għall-istadji kollha tal-parteċipazzjoni tal-voluntiera. Il-KESE jaqbel ma' dan u jissuġġerixxi li dawn l-istandards jissejsu fuq il-prattiki tajbin tas-settur umanitarju u l-inizjattivi ta' kwalità li diġà huma fis-seħħ.

1.10

Il-volontarjat isir permezz ta' organizzazzjonijiet soċjali u, b'mod inqas wiesa', l-istituzzjonijiet ċivili pubbliċi. Il-kwalità tal-istituzzjonijiet hija partikolarment importanti biex il-ħidma tirnexxi. Il-KESE jaqbel mal-bżonn li jiġu żviluppati mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet li jkunu msejsin fuq l-esperjenza u l-għarfien kollettiv tas-settur umanitarju. Il-kriterji ta' ċertifikazzjoni għandhom japplikaw ukoll – għalkemm iridu jiġu adattati – għall-organizzazzjonijiet benefiċjarji fil-pajjiżi milqutin.

1.11

Il-KESE jixtieq jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni jrid jissejjes fuq dawn l-esperjenzi kollha u li meta jiġi implimentat irid jinkorpora l-kriterji ewlenin tat-trasparenza, il-kompetizzjoni ħielsa u l-opportunitajiet indaqs, kif ukoll ir-responsabbiltà. L-inizjattiva għandha tagħmilha possibbli li l-NGOs tal-pajjiżi b'inqas esperjenza f'dan il-qasam jiġu involuti fiha.

1.12

Il-KESE jixtieq jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li flimkien mat-taħriġ tekniku u professjonali – ħaġa li naturalment hija importanti – għandhom jiġu inklużi u enfasizzati wkoll it-taħriġ fil-valuri, it-taħriġ fir-rispett tal-komunitajiet milqutin, id-dimensjoni kulturali, ir-rispett u l-aspetti psikosoċjali tal-għajnuna, f'kelma waħda ħafna mill-kwistjonijiet relatati mal-ħidma umanitarja, li jmorru lil hinn mill-aspetti tekniċi.

1.13

Il-KESE huwa tal-fehma li l-parteċipazzjoni ta' negozji li wkoll għandhom esperjenza ta' volontarjat korporattiv u tipi oħra għandha tiġi analizzata bir-reqqa, anke sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.

2.   Kummenti ġenerali

2.1

Għalkemm il-volontarjat u l-attivitajiet volontarji saru jagħmlu parti mill-acquis communautaire, u l-istituzzjonijiet Ewropej ilhom iniedu proġetti u programmi differenti ta' volontarjat għal għexieren ta' snin, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fih biss referenza speċifika waħda għall-volontarjat fl-Artikolu 214(5) fil-parti dwar l-għajnuna umanitarja. F'dan l-artikolu jiġi propost il-ħolqien ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (EVHAC) sabiex iż-żgħażagħ Ewropej jiġu involuti fl-għajnuna umanitarja.

2.2

Lil hinn mis-sorpriża li qanqlet din l-inklużjoni, għal għadd ta' raġunijiet – kienet l-unika referenza għall-volontarjat fit-Trattat; jista' jkun li l-qasam umanitarju huwa wieħed mill-iżjed oqsma professjonalizzati tal-kooperazzjoni; ma ssir l-ebda referenza għall-volontarjat f'setturi oħra li fihom diġà teżisti esperjenza Ewropea bħaż-żgħażagħ, il-qasam soċjali, eċċ. – il-fatt huwa li wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-istituzzjonijiet Komunitarji indirizzaw it-tnedija ta' din l-inizjattiva. Għalhekk, il-Kummissjoni nediet diversi studji dwar il-fattibbiltà u l-impatt potenzjali tal-inizjattiva u tnedew għadd ta' proġetti pilota biex jinsiltu tagħlimiet u jitpoġġew fil-prattika (2). Fost it-tibdil adottat insibu d-deċiżjoni li isimha jinbidel u jsir inizjattiva Aid Volunteers, u l-progress miksub fid-diskussjonijiet b'rabta ma' Regolament dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattiva.

2.3

Il-KESE jixtieq ifakkar li l-volontarjat minn dejjem kien jagħmel parti mill-attivitajiet ta' bosta organizzazzjonijiet soċjali Ewropej u huwa għalhekk li, fil-ħidma tiegħu, il-KESE ta attenzjoni lill-appoġġ, il-promozzjoni, eċċ. tiegħu.

2.4

Fl-istess ħin, il-KESE esprima l-pożizzjonijiet tiegħu permezz ta' diversi opinjonijiet dwar l-aspetti tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li għamel enfasi speċjali fuq oqsma marbutin mal-mandat tiegħu: ir-rwol tas-soċjetà ċivili u d-drittijiet soċjali u dawk relatati max-xogħol, fost l-oħrajn.

2.5

L-għajnuna umanitarja hija wieħed mill-komponenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u hija, preċiżament, wieħed mill-ambiti fejn il-parteċipazzjoni u r-rwol ewlieni tas-soċjetà ċivili Ewropea huma l-iżjed ċari. Iżjed minn 47 % tal-għajnuna umanitarja tal-Kummissjoni Ewropea tingħata permezz tal-NGOs (3), kif jiġri fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Barra minn hekk, hija waħda mill-iżjed politiki Komunitarji li tibbenefika mill-appoġġ taċ-ċittadinanza Ewropea, kif joħroġ fid-dieher mill-Ewrobarometri (4).

2.6

Mill-1996 'l hawn, wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1275/1996, il-Kummissjoni Ewropea għandha sisien sodi għall-ħidma umanitarja tagħha, li komplew jissaħħu permezz tal-adozzjoni tal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, iffirmat fl-2007 mit-tliet istituzzjonijiet (il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament) u li jistabbilixxi l-qafas ġenerali tal-politika fil-qasam tal-għajnuna umanitarja. It-test jiddefinixxi l-viżjoni komuni, l-għanijiet politiċi u l-prinċipji tal-għajnuna umanitarja tal-UE, u jippreżenta viżjoni tal-UE li twieġeb b'vuċi waħda u b'iżjed effettività għall-ħtiġijiet umanitarji. Jiddefinixxi wkoll ir-rwol tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet komuni. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 214 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi l-għajnuna umanitarja bħala politika indipendenti.

2.7

Il-KESE jappoġġja u jaqbel ma' dak li jintqal fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, jiġifieri li: "L-objettiv tal-għajnuna umanintarja tal-UE huwa li tipprovdi rispons ta' emerġenza bbażat fuq il-ħtiġijiet immirat lejn il-preservazzjoni tal-ħajja, il-prevenzjoni u t-tnaqqis tas-sofferenza umana u ż-żamma tad-dinjità umana fejn ikun meħtieġ jekk il-gvernijiet u l-atturi lokali jinsabu f'diffikultà, ma jkunux jistgħu jew ma jkunux iridu jaġixxu. L-għajnuna umanitarja tal-UE tikkonsisti f'operazzjonijiet ta' assistenza, għajnuna u protezzjoni biex tiġi salvata u ppreżervata l-ħajja fi kriżijiet umanitarji jew immedjatament warajhom, iżda wkoll azzjonijiet immirati lejn il-faċilitar jew l-akkwist ta' aċċess għal nies fil-bżonn u l-fluss liberu ta' assistenza. L-assistenza umanitarja tal-UE hija pprovduta bħala rispons għal kriżijiet magħmulin mill-bniedem (inklużi emerġenzi kumplessi) u għal diżastri naturali kif meħtieġ" (5). Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon kbir ir-referenzi għall-protezzjoni tal-vittmi u ż-żamma tad-dinjità umana, li fil-fehma tiegħu jieħdu 'l-għajnuna lil hinn mis-sens strett tal-kelma.

2.8

Għalhekk, il-KESE jenfasizza li lil hinn mid-definizzjonijiet tal-liġi umanitarja internazzjonali, li jiddefinixxu d-drittijiet tal-vittmi, jew l-istrumenti legali Ewropej imsemmijin hawn fuq, ċerti organizzazzjonijiet umanitarji rinomati bħat-Tobba Mingħajr Fruntieri (Médecins Sans Frontières) huma tal-fehma li l-azzjoni umanitarja hija ġest minn soċjetà ċivili għal oħra, li l-għan aħħari tagħha huwa li tippreżerva l-ħajja u ttaffi t-tbatija. Għall-kuntrarju ta' tipi oħra ta' għajnuna, ma għandhiex l-għan li tibdel soċjetà kwalunkwe iżda biss li tgħinha tissupera perjodu kritiku. Hija timpenja ruħha favur il-persuni, mhux l-Istati. Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-qasam umanitarju huwa fundamentali.

2.9

Il-KESE jixtieq josserva li l-kunċett tal-għajnuna umanitarja żviluppa f'dawn l-aħħar deċennji u sar jinkorpora aspetti preventivi u ta' tnaqqis tar-riskju, ta' assistenza, protezzjoni u riabilitazzjoni wara d-diżastri jew il-gwerer. L-Unjoni Ewropea stess, permezz tal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, kienet minn ta' quddiem nett f'dan il-qasam. Fl-istess ħin, l-għajnuna umanitarja mhux biss għandha l-għan li tissodisfa l-ħtiġijiet, iżda tinkludi wkoll aspetti tal-hekk imsejjaħ "approċċ ibbażat fuq id-drittijiet" u tfittex li trodd lura d-dinjità tal-persuni. Il-KESE jista' jagħmel kontribut uniku fil-kuntest ta' dan it-tip ta' approċċ.

2.10

Il-KESE jixtieq jenfasizza wkoll li l-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja jew l-inizjattiva EU Aid Volunteers jistgħu jikkontribwixxu billi jinvolvu lil ċerti Stati Membri b'inqas esperjenza fil-qasam tal-għajnuna umanitarja iżda b'potenzjal konsiderevoli biex jikkontribwixxu viżjonijiet ġodda, dinamiżmu u voluntiera. Wieħed mill-kontributi tal-inizjattiva EU Aid Volunteers għandu jkun il-promozzjoni tal-volontarjat fl-ambitu umanitarju fost iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea kollha.

2.11

Għalhekk, il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva EU Aid Volunteers u jixtieq jikkontribwixxi l-fehmiet tiegħu għall-proċess tat-tfassil ta' Regolament dwar din l-inizjattiva, b'enfasi partikolari fuq l-aspetti li huma marbutin l-iżjed mill-qrib mal-missjoni u l-esperjenza tiegħu bħala korp konsultattiv tas-soċjetà ċivili Ewropea.

3.   Il-volontarjat fl-għajnuna Ewropea

3.1

Il-KESE jaqbel mad-definizzjonijiet tal-volontarjat li jinstabu fil-Proposta għal Regolament, u li ġew inklużi f'opinjonijiet oħra. Il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għan-natura ġenwina tal-volontarjat u l-periklu li dan jiġi konfuż ma' azzjonijiet oħra ta' natura professjonali. F'mumenti ta' kriżi ekonomika bħal dawk attwali, dan huwa aspett partikolarment rilevanti, kemm fi ħdan l-UE, kif ukoll fl-azzjoni esterna tagħha. Għalhekk, il-KESE jipproponi li, f'ċerti każijiet, jiġi vvalutat l-impatt ekonomiku potenzjali tal-volontarjat Ewropew fil-pajjiżi benefiċjarji.

3.2

Il-KESE jixtieq ifakkar fil-bżonn ta' koerenza fil-leġislazzjoni dwar il-volontarjat fl-Unjoni Ewropea u, fuq kollox, dwar l-attivitajiet internazzjonali tal-voluntiera. Il-KESE jenfasizza li l-eżistenza ta' oqfsa legali differenti fil-qasam tal-volontarjat fl-Istati Membri diversi tista' taffettwa ħażin lill-inizjattiva EU Aid Volunteers (6).

3.3

Fl-istess ħin, il-KESE jinsab konvint li din ix-xorta ta' inizjattiva għandha sservi biex tippromovi l-inklużjoni tal-Istati Membri b'inqas esperjenza fil-volontarjat u l-għajnuna umanitarja. L-inizjattiva għandha tiżgura li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta' dawn il-pajjiżi u għandha tippromovi l-inklużjoni tal-voluntiera mill-UE kollha b'konformità mal-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs. Il-KESE jipproponi li jitwettqu azzjonijiet speċifiċi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni kemm tal-organizzazzjonijiet kif ukoll tal-voluntiera mill-Istati Membri li sa issa pparteċipaw inqas fis-settur umanitarju.

3.4

Għalkemm, fil-bidu, it-TFUE kien limitat għall-kwistjonijiet tal-għajnuna umanitarja, fil-fatt, bosta mill-proġetti pilota ffinanzjati u għadd konsiderevoli ta' kompiti allokati lill-voluntiera kienu jikkonċernaw kwistjonijiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, ir-riabilitazzjoni u l-bini mill-ġdid, il-mitigazzjoni, ir-reżiljenza, eċċ. Fil-fehma tal-KESE, dan l-aġġustament huwa loġiku u jipproponi li jiġi analizzat kif fil-futur il-volontarjat jista' jiżviluppa fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE.

3.5

Il-volontarjat fl-għajnuna umanitarja Ewropea u, b'mod ġenerali, fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandu jkun koerenti mal-bqija tal-azzjonijiet tal-istituzzjonijiet Komunitarji, jikkomplementahom u jiġi integrat magħhom. Fil-fehma tal-KESE, il-volontarjat jista' jkun utli għal oqsma oħra ta' kooperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp, iżda għandu jkun ibbażat fuq kriterji ta' prudenza u prekawzjoni ("do no harm") b'mod li jiġu limitati s-sitwazzjonijiet li fihom jiġu mobilizzati l-voluntiera.

3.6

Għalhekk, il-KESE jaqbel mal-fatt li l-Parlament Ewropew illimita l-parteċipazzjoni potenzjali tal-voluntiera f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt, theddid għas-sigurtà jew f'emerġenzi kumplessi. Is-sigurtà tal-benefiċjarji, il-voluntiera u l-persunal inġenerali għandha tiġi l-ewwel, l-iżjed f'sitwazzjonijiet fejn issir ħidma umanitarja.

3.7

F'dan il-kuntest, il-KESE jipproponi li tiġi rfinata iżjed id-definizzjoni tat-tipi ta' proġetti li huma l-iżjed adattati biex jieħdu sehem fihom il-voluntiera jew, tal-inqas, għandhom jiġu stabbiliti b'mod iżjed riġidu t-tipi ta' azzjonijiet li ma għandhomx jipparteċipaw fihom il-voluntiera tal-inizjattiva L-azzjoni umanitarja hija wiesgħa ħafna u diversa u għandhom jiġu identifikati dawk il-kuntesti li l-iżjed huma adattati għall-ħidma marbuta mal-volontarjat.

3.8

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon ukoll il-fatt li l-proposta tal-volontarjat taż-żgħażagħ stabbilit fit-Trattat inbidlet f'waħda iżjed realistika li tittratta d-diversi tipi ta' volontarjat, il-ħiliet meħtieġa, il-valuri differenti, eċċ. Il-KESE jemmen li tinħtieġ ħidma biex jiġi żgurat bilanċ adatt bejn l-irġiel u n-nisa fil-proġett.

4.   Sfidi għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva EU Aid Volunteers

4.1

L-istituzzjonijiet Komunitarji ħadu approċċ prudenti għall-implimentazzjoni fil-prattika tal-inizjattiva EU Aid Volunteers. Il-valutazzjoni tal-proġetti pilota u l-inizjattivi li kien hemm sa issa għandha tkun fundamentali biex jiġu stabbiliti u indirizzati xi wħud mill-isfidi tal-ġejjieni. Ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet għandhom jinqasmu fost il-partijiet interessati kollha u għandhom jiġu diskussi t-tagħlimiet misluta.

4.2

Il-voluntiera għandhom jintużaw skont il-bżonn u d-domanda u wara li jsiru analiżi u valutazzjoni tas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet tal-komunitajiet milqutin minn diżastri jew kriżijiet kumplessi. Huwa fundamentali li jkun hemm rabta mal-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni kemm f'livell Ewropew (COHAFA, mekkaniżmi tad-DĠ ECHO, eċċ.) kif ukoll f'livell internazzjonali, permezz tal-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA).

4.3

Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi ċari man-netwerks speċjalizzati fis-settur umanitarju (bħalissa), pereżempju l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar, VOICE (Voluntary Organisations on Cooperation in Emergencies – organizzazzjonijiet volontarji għall-kooperazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza) jew il-Kunsill Internazzjonali tal-Organizzazzjonijiet Volontarji (ICVA – International Council of Voluntary Agencies), fost oħrajn.

4.4

Il-Proposta għal Regolament tenfasizza l-bżonn li jiġu stabbiliti standards għall-istadji kollha tal-mobilizzazzjoni tal-voluntiera fil-pajjiżi terzi. Il-KESE jaqbel ma' dan u jissuġġerixxi li dawn l-istandards jissejsu fuq il-prattiki tajbin tas-settur umanitarju u l-inizjattivi ta' kwalità li huma rilevanti u diġà fis-seħħ (7).

4.5

Dawn l-istandards għandhom jagħtu importanza partikolari lill-kwistjonijiet ta' sigurtà u għandhom jiżguraw kundizzjonijiet li jagħmluha possibbli li l-voluntiera jwettqu l-attività tagħhom u jżidu l-valur tal-proġetti umanitarji.

4.6

Il-volontarjat isir permezz ta' organizzazzjonijiet soċjali u, b'mod inqas wiesa', l-istituzzjonijiet ċivili pubbliċi. Il-kwalità tal-istituzzjonijiet hija partikolarment importanti biex l-attivitajiet jirnexxu. Il-KESE jaqbel mal-bżonn li jiġu żviluppati mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet li jkunu msejsin fuq l-esperjenza u l-għarfien kollettiv tas-settur umanitarju. Għalhekk, il-KESE jipproponi li tiġi analizzata u vvalutata l-esperjenza li akkumula d-DĠ ECHO rigward il-kuntratti qafas ta' assoċjazzjoni mal-NGOs u l-aġenziji tan-NU (8).

4.7

Il-KESE jixtieq jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni għandu jissejjes fuq dawn l-esperjenzi kollha u li meta jiġi implimentat irid jinkorpora l-kriterji ewlenin tat-trasparenza, il-kompetizzjoni ħielsa u l-opportunitajiet indaqs, kif ukoll ir-responsabbiltà. L-inizjattiva għandha tagħmilha possibbli li l-NGOs tal-pajjiżi b'inqas esperjenza f'dan il-qasam jiġu involuti fiha. Għaldaqstant, il-KESE jipproponi li jiġu żviluppati azzjonijiet speċifiċi li jxerrdu l-inizjattiva EU Aid Volunteers u l-azzjoni umanitarja inġenerali f'dawn l-Istati Membri.

4.8

Il-kriterji ta' ċertifikazzjoni għandhom japplikaw ukoll – għalkemm iridu jiġu adattati – għall-organizzazzjonijiet benefiċjarji fil-pajjiżi milqutin. It-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji għandu jkun prijorità u jkollu l-appoġġ tekniku, loġistiku u finanzjarju tal-proġett. L-inizjattiva tista' tkun strument li jappoġġja l-organizzazjonijiet imsieħba fin-Nofsinhar u tista' tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-komunitajiet benefiċjarji. Il-KESE kien partikolarment sensittiv għal din il-kwistjoni u adotta diversi opinjonijiet dwar dan is-suġġett (9).

4.9

Il-KESE jenfasizza n-natura ċivili li għandu jkollhom l-istituzzjonijiet li jibagħtu u jilqgħu fi ħdanhom il-voluntiera, sabiex jiġi żgurat li jinżammu l-prinċipji u l-valuri umanitarji u li jiġu aċċettati mill-komunitajiet milqutin.

4.10

Il-KESE huwa tal-fehma li l-parteċipazzjoni ta' negozji li wkoll għandhom esperjenza ta' volontarjat korporattiv u tipi oħra għandha tiġi analizzata bir-reqqa sabiex jiġu proposti ċerti mekkaniżmi għal din il-parteċipazzjoni. Taħt kull ċirkustanza, il-KESE huwa tal-fehma li għandu jiġi promoss ukoll ir-rwol tal-SMEs u mhux biss, kif ġieli ġara, tal-korporazzjonijiet il-kbar b'dipartimenti tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji jew simili.

4.11

It-taħriġ tal-kandidati li jixtiequ jipparteċipaw fl-inizjattiva EU Aid Volunteers huwa essenzjali biex l-operazzjonijiet jaħdmu kif imiss. Il-KESE jixtieq jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li flimkien mat-taħriġ tekniku u professjonali – ħaġa li naturalment hija importanti – għandhom jiġu inklużi u enfasizzati wkoll it-taħriġ fil-valuri, it-taħriġ fir-rispett tal-komunitajiet milqutin, id-dimensjoni kulturali, ir-rispett u l-aspetti psikosoċjali tal-għajnuna, f'kelma waħda ħafna mill-kwistjonijiet relatati mal-ħidma umanitarja, li jmorru lil hinn mill-aspetti tekniċi. Jekk hemm ħaġa waħda li tiddistingwi l-azzjoni umanitarja, din hija l-enfasi fuq il-prinċipji u l-valuri, li għandha tkun essenzjali fit-taħriġ tal-voluntiera.

4.12

Għalhekk hemm bżonn li ssir ħidma mal-entitajiet li diġà għandhom esperjenza fil-qasam fid-diversi Stati Membri u man-netwerks ta' taħriġ fil-livell Ewropew, mhux biss dawk universitarji iżda wkoll netwerks mingħajr skop ta' qligħ. Il-valutazzjoni tal-attivitajiet marbutin mat-taħriġ inklużi fil-proġetti pilota li diġà ntemmu għandha tingħata attenzjoni speċjali. Il-KESE jħeġġeġ li jinġabru minnufih prattiki tajbin f'dan il-qasam b'mod li jservu ta' valuri ta' referenza (benchmarks) għall-proposti futuri.

4.13

Il-Proposta għal Regolament tikkunsidra l-ħolqien ta' bażi tad-data li fiha jistgħu jiġu inklużi l-voluntiera potenzjali li mbagħad jiġu mobilizzati permezz tal-organizzazzjonijiet akkreditati jew, possibbilment, is-servizzi tal-Kummissjoni. Il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-inklużjoni tal-voluntiera fl-organizzazzjonijiet ma tiddependix biss mir-rekwiżiti tekniċi iżda wkoll minn ċerta affinità mil-lat ta' valuri komuni u l-aċċettazzjoni tal-mandati u l-missjoni tal-istituzzjoni, fost affarijiet oħra. Għaldaqstant, ikunu xi jkunu l-arranġamenti finali tal-bażi tad-data tal-voluntiera li tistabbilixxi l-Kummissjoni, il-KESE huwa konvint li dan l-aspett għandu jiġi kkunsidrat.

4.14

L-implimentazzjoni tal-inizjattiva EU Aid Volunteers hija opportunità biex jitwessgħu l-azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' edukazzjoni taċ-ċittadini Ewropej dwar is-solidarjetà, il-ħtieġa li jinżammu l-flussi tal-għajnuna anke fi żminijiet ta' kriżi u l-promozzjoni tal-valuri universali. Lil hinn mis-sempliċi "viżibbiltà" tal-azzjonijiet, il-KESE jixtieq jenfasizza, kif għamel f'opinjonijiet oħra, il-ħtieġa li jissaħħu r-relazzjonijiet maċ-ċittadini. U l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li bosta minnhom huma rappreżentati fil-KESE, għandhom rwol fundamentali x'jaqdu f'dan il-kuntest. Il-KESE huwa tal-fehma li dawn l-azzjonijiet pubbliċi għandhom jiffukaw fuq dawk l-Istati Membri b'inqas esperjenza fil-qasam tal-azzjoni umanitarja.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja – EU Aid Volunteers (COM(2012) 514 final).

(2)  Id-DĠ ECHO kkummissjona tliet valutazzjonijiet dwar dan is-suġġett, fl-2006, l-2010 u l-2012: "Review concerning the establishment of a European Voluntary Humanitarian Aid Corps" (2006); "Review concerning the establishment of a European Voluntary Humanitarian Aid Corps – Final report" (2010) u "Impact Assessment on the establishment of a European Voluntary Humanitarian Aid Corps" (2012), li ppreżentaw diversi konklużjonijiet.

(3)  Data tal-ECHO, 2012, http://ec.europa.eu/echo/files/funding/figures/budget_implementation/AnnexV.pdf.

(4)  Skont l-Ewrobarometru ta' Marzu 2012 dwar din il-kwistjoni, 88 % taċ-ċittadini Ewropej huma favur li l-UE tiddedika riżorsi għall-għajnuna umanitarja. http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_383-384_fact_mt_mt.pdf

(5)  L-Artikolu 8 tal-Kunsens. ĠU C 25, 30.1.2008, p. 1-12. Il-Kunsens jirreferi wkoll għal inizjattivi bħall-Proġett Sphere, li jistabbilixxu d-drittijiet tal-persuni milqutin minn kriżijiet umanitarji u l-protezzjoni tagħhom. “Karta Umanitarja” u Standards Minimi tal-proġett Sphere.

(6)  Opinjoni tal-KESE dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Komunikazzjoni dwar il-Politiki tal-UE u l-Volontarjat: Ir-Rikonoxximent u l-Promozzjoni fl-UE tal-Ħidmiet Volontarji Transkonfinali. COM(2011) 568 final, ĠU, C 181, 21.6.2012, pp. 150-153.

(7)  Il-KESE jipproponi li jsir monitoraġġ speċifiku tal-Inizjattiva dwar l-Istandards Konġunti (Joint Standards Initiative – JSI), li tnediet minn tlieta fost l-iżjed inizjattivi importanti għat-titjib tal-azzjoni umanitarja: il-Proġett Sphere, l-inizjattiva HAP (Humanitarian Accountability Partnership – Sħubija għar-Responsabbiltà fil-Qasam Umanitarju) u l-Kodiċi ta' Prattika tajba ta' People in Aid.

(8)  Għandu jsir monitoraġġ ukoll tal-proposti tal-Kumitat ta' Tmexxija għar-Rispons Umanitarju li qed jiġu diskussi bħalissa, kif ukoll jiġu analizzati l-mekkaniżmi ta' akkreditazzjoni stabbiliti f'ċerti Stati Membri biex jinstabu approċċi koerenti u jiġu evitati d-dupplikazzjonijiet.

(9)  Opinjoni tal-KESE "Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-politiki tal-iżvilupp u tal-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea", ĠU, C 181, 21.06.2012, pp. 28-34.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/16


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ċittadinanza aktar inklużiva miftuħa għall-immigranti” (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2014/C 67/04

Relatur: is-Sur PARIZA CASTAÑOS

Nhar l-14 ta’ Frar 2013, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Ċittadinanza aktar inklużiva miftuħa għall-immigranti

(Opinjoni fuq inizjattiva proprja).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-3 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'176 vot favur, 10 voti kontra u 14 astensjoni.

1.   Rakkomandazzjonijiet u proposti

1.1

Il-KESE jinnota li fl-aħħar għaxar snin saru passi importanti ħafna fl-UE favur l-ugwaljanza tad-drittijiet, il-libertajiet u l-garanziji marbutin mal-istatus ta' ċittadinanza Ewropea, bit-tisħiħ tal-kriterju tar-residenza b'rabta ma' dak tan-nazzjonalità. Iċ-ċittadinanza Ewropea qed tiżviluppa lejn ċittadinanza ta' residenza, b'rabta mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-valuri u l-prinċipji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

1.2

Il-Kumitat jemmen li wasal il-waqt li ssir valutazzjoni u analiżi dwar liema ħidmiet ma tlestewx u l-ostakli li għadhom jippersistu sabiex ċittadinanza Ewropea aktar inklużiva, parteċipattiva u ċivika tkun miftuħa għall-inklużjoni ta' kull persuna li tgħix fl-UE b'mod stabbli.

1.3

L-Ewropej tas-seklu 21 iridu jħabbtu wiċċhom ma’ sfida kbira: it-twessigħ tal-bażijiet tad-demokraziji tagħna, bl-integrazzjoni ta’ ċittadini ġodda li jkollhom l-istess drittijiet u obbligi, u għalhekk id-dritt għan-nazzjonalità tal-Istati Membri u għaċ-ċittadinanza Ewropea għandu jinkludi lill-persuni kollha li jkunu ġejjin minn sfond ta’ immigrazzjoni u li joħolqu diversità nazzjonali, etnika, reliġjuża u kulturali kbira. Il-Kumitat jemmen li d-demokraziji Ewropej huma soċjetajiet liberi u miftuħa, u għandhom ikunu bbażati fuq l-inklużjoni taċ-ċittadini kollha, ikunu xi jkunu l-oriġini u r-referenzi tagħhom.

1.4

Il-KESE jipproponi li tinfetaħ diskussjoni dwar jekk il-bażijiet legali u politiki attwali tal-politika Ewropea ta' immigrazzjoni, ċittadinanza u integrazzjoni humiex biżżejjed għas-soċjetajiet Ewropej tal-lum, li kulma jmur qegħdin dejjem jiżdiedu u li huma mogħnija b'diversità kbira.

1.5

Il-kriżi ekonomika mbuttat 'il barra mill-aġenda politika 'l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, l-integrazzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Il-KESE jwissi dwar ir-riskji taż-żieda fl-intolleranza, ir-razziżmu u l-ksenofobija fir-rigward tal-immigranti u l-minoranzi. Biex dawn jiġu evitati, huwa importanti li l-politiċi, il-mexxejja soċjali u l-mezzi ta' komunikazzjoni jaġixxu b'responsabbiltà kbira u li jagħtu eżempju politiku u soċjali għall-prevenzjoni ta' dawn l-imġibiet, kif ukoll li l-istituzzjonijiet tal-UE jaġixxu b'mod deċiżiv favur il-ħarsien tad-Drittijiet Fundamentali.

1.6

Il-Kumitat jixtieq jibgħat messaġġ ċar lil dawk li, abbażi ta' nazzjonaliżmu li jeskludi, jiddefinixxu l-identità nazzjonali u l-identità Ewropea b'mod li ċċaħħad id-drittijiet ta' ċittadinanza lil miljuni ta' nies, u tħallihom bi status legali dgħajjef minħabba l-oriġini nazzjonali tagħhom. Għandha tittejjeb il-kwalità tad-demokrazija fl-Ewropa billi jitwessa' l-aċċess għan-nazzjonalità tal-Istati Membri u għaċ-ċittadinanza Ewropea.

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri:

1.7

Peress li ħafna Stati Membri għandhom leġislazzjonijiet restrittivi rigward l-aċċess għan-nazzjonalità, il-KESE jirrakkomanda li jiġu adottati liġijiet u proċeduri amministrattivi aktar flessibbli, biex iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom l-istatus ta' residenza għal żmien twil (1) ikollhom aċċess għan-nazzjonalità.

1.8

Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu ftehimiet mal-pajjiżi ta' oriġini tal-immigranti biex dawn ikunu jistgħu jkollhom nazzjonalità doppja.

1.9

L-Istati Membri jridu jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea dwar iċ-Ċittadinanza tal-1997, il-Konvenzjoni dwar is-sehem tal-barranin fil-ħajja pubblika fil-livell lokali tal-1992, kif ukoll jirrispettaw il-prinċipji ta' proporzjonalità, ħarsien legali effettiv u n-nondiskriminazzjoni fil-politiki tagħhom ta' aċċess għan-nazzjonalità u tat-telf tagħha.

1.10

Il-KESE jinnota l-ostakli li għad għandhom varji Stati Membri għad-drittijiet politiċi: id-dritt għall-vot, ta' sħubija u ta' parteċipazzjoni politika. Huwa jirrakkomanda li dawn il-liġijiet jinbidlu biex iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu fil-post b'mod stabbli jkollhom id-drittijiet politiċi.

Proposta għar-riforma tat-Trattat:

1.11

Il-Kumitat jipproponi lill-Unjoni Ewropea li, fil-ġejjieni, meta jsir proċess ġdid ta' riforma tat-TFUE, hija tibdel l-Artikolu 20 biex anke persuni minn pajjiżi terzi li joqogħdu b'mod stabbli u li jkollhom status ta' residenza għat-tul fl-UE jkunu jistgħu jsiru ċittadini tal-Unjoni.

1.12

Il-kriterju tar-residenza tal-persuni għandu jintuża biex tinkiseb iċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Kif il-KESE indika f'Opinjoni preċedenti (2), fil-liġi Ewropea r-residenza diġà hija kriterju għall-għoti ta' diversi drittijiet u libertajiet ekonomiċi, soċjali, kulturali u ċivili lil ċittadini ta' pajjiżi terzi. Ħafna minn dawn id-drittijiet huma simili għaċ-ċittadinanza Ewropea. Madankollu, xi drittijiet politiċi, bħad-dritt għall-vot, bħalissa huma esklużi. Il-KESE jixtieq itenni li "ir-residenza legali stabbli wkoll għandha tkun mod kif wieħed ikollu aċċess għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea" (3).

Proposta għall-istituzzjonijiet Ewropej:

1.13

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE hija vinkolanti u toħloq qafas ġdid għall-politiki Ewropej ta' immigrazzjoni, integrazzjoni u ċittadinanza. Il-Kummissjoni trid tanalizza kif il-Karta taffettwa l-istatus u d-drittijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, biex tkun tista' tniedi inizjattivi ġodda li jadattaw il-leġislazzjoni tal-immigrazzjoni għall-garanziji tal-Karta.

1.14

Il-Karta tistabbilixxi l-pedament għal kunċett ġdid ta' ċittadinanza ċivika (sett komuni ta' drittijiet u obbligi bażiċi) għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Il-Kumitat jipproponi li l-iżvilupp ta' din iċ-ċittadinanza għandha tkun waħda mill-prijoritajiet tal-programm politiku ġdid ta' wara l-Programm ta' Stokkolma mill-2014 'il quddiem.

1.15

L-UE għandha tadotta Kodiċi għall-Immigrazzjoni li jġib miegħu aktar trasparenza u ċarezza legali dwar id-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu fl-UE. Il-Kumitat jemmen li l-leġislazzjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni għandha tiggarantixxi t-trattament ugwali u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni.

1.16

Il-Kummissjoni għanda tevalwa l-problemi li għad fadal fil-prattika fl-Istati Membri għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, speċjalment rigward id-drittijiet soċjali, il-mobbiltà u l-aċċess għal ħarsien legali effettiv.

1.17

Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-ostakli li għad għandhom xi Stati Membri għall-applikazzjoni tal-istatus għat-tul u għall-Karta Blu (4), u tikkonkludi b'mod effettiv il-proċeduri ta' ksur kontra dawk l-Istati Membri li ma jirrispettawx il-leġislazzjoni Ewropea.

1.18

Fil-qafas tal-Aġenda għall-Integrazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-proċeduri u l-ostakli li għandhom l-Istati Membri għall-kisba u t-telf tan-nazzjonalità, u l-impatt tagħhom fuq iċ-ċittadinanza tal-Unjoni.

1.19

Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tfassal rapport dwar is-sitwazzjoni tad-dibattiti fl-UE rigward il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-ħarsien tal-ħaddiema migranti u l-familji tagħhom (5). Il-Kummissjoni għandha tħejji l-kundizzjonijiet għar-ratifika tagħha.

2.   Iċ-ċittadinanza Ewropea

2.1

Is-sena 2013 ġiet iddikjarata bħala s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija wieħed mill-aktar strumenti effettivi biex titrawwem identità komuni għall-Ewropej kollha. Il-Kumitat iqis li l-filosofija politika li fuqha twaqqfet l-UE, meta Jean Monnet qal li "mhux qed nagħmlu koalizzjoni ta' Stati, iżda qed ngħaqqdu lin-nies", għadha attwali ħafna.

2.2

Iċ-ċittadinanza Ewropea mhijiex kunċett bla tifsira, iżda jirrappreżenta status legali u politiku speċifiku magħmul minn drittijiet u libertajiet. Id-demokrazija, il-libertà, l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza u d-drittijiet tal-bniedem huma l-valuri fundamentali tal-Unjoni, imnaqqxin fl-Artikolu 2 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

2.3

Il-KESE jemmen li, f'dawn il-mumenti daqstant diffiċli, bil-kriżi ekonomika, soċjali u politika gravi li qed tagħfas lill-Ewropa, hemm bżonn li jinbdew strateġiji innovattivi għall-promozzjoni ta' ċittadinanza aktar miftuħa u inklużiva u t-tisħiħ tal-fiduċja ta' dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea.

2.4

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tieni rapport dwar iċ-ċittadinanza Ewropea "Ċittadini Ewropej: id-drittijiet tiegħek, il-ġejjieni tiegħek", li fih jiġu analizzati wħud mill-ostakli u l-problemi li jeżistu bħalissa. Il-KESE jilqa' dan ir-rapport bi pjaċir, iżda jinnota n-nuqqas ta' azzjoni politika b'rabta maċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom drittijiet u libertajiet Ewropej simili, iżda mhux ċittadinanza sħiħa.

2.5

Il-Kumitat qiegħed iniedi għadd ta' inizjattivi għall-promozzjoni ta' ċittadinanza Ewropea aktar attiva, iżda jiġbed l-attenzjoni għall-gravità tal-problema li ħafna żgħażagħ, li huma dixxendenti ta' immigranti tat-tieni jew it-tielet ġenerazzjoni, qed ibatu minn sitwazzjonijiet gravi ta' diskriminazzjoni u esklużjoni li jdgħajfu bil-kbir is-sentiment ta' appartenenza għal soċjetà li tqishom bħala "ċittadini tat-tieni klassi".

3.   L-aġenda Ewropea għall-integrazzjoni: is-sehem tal-immigranti fil-proċess demokratiku

3.1

Għaxar snin ilu l-KESE kien ippropona li l-integrazzjoni tagħmel parti fundamentali mill-politika komuni ta' immigrazzjoni u talab li tinbeda aġenda Ewropea. Fl-2004, il-Kunsill approva l-prinċipji bażiċi komuni għall-integrazzjoni, fosthom: "L-aċċess tal-immigranti għall-istituzzjonijiet kif ukoll għall-ġid u s-servizzi pubbliċi u privati, bl-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini nazzjonali u mingħajr diskriminazzjonijiet, huwa rekwiżit essenzjali għal integrazzjoni aħjar." u "Il-parteċipazzjoni tal-immigranti fil-proċess demokratiku u fit-tfassil tal-politiki u l-miżuri ta' integrazzjoni, speċjalment fil-livell lokali, tgħinhom biex jintegraw."

3.2

Il-Kummissjoni Ewropea, f'kollaborazzjoni mal-KESE, qed tiżviluppa l-aġenda Ewropea għall-integrazzjoni u tippromovi għadd kbir ta' attivitajiet ta' appoġġ għall-Istati Membri. Il-KESE u l-Kummissjoni stabbilixxew il-Forum Ewropew dwar l-Integrazzjoni (6) biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-immigranti u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

3.3

Il-Kumitat ikkontribwixxa għall-aġenda tal-integrazzjoni permezz tat-tfassil ta' diversi Opinjonijiet (7).

3.4

Il-Forum analizza l-importanza għall-integrazzjoni li għandha l-parteċipazzjoni tal-immigranti fil-proċess demokratiku u huwa tal-fehma li dawk l-Istati Membri li jiffaċilitaw l-aċċess għad-drittijiet ta' ċittadinanza għall-immigranti jtejbu l-integrazzjoni. Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda lill-Istati Membri biex fil-qafas tal-leġislazzjonijiet nazzjonali tagħhom jadottaw leġislazzjonijiet aktar flessibbli, biex iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom l-istatus ta' residenza għal żmien twil ikollhom aċċess għan-nazzjonalità.

3.5

Il-Kumitat japprezza li t-trejdjunjins, l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u l-NGOs għandhom attitudni favur l-integrazzjoni u li jiffaċilitaw is-sehem tal-immigranti fil-ħajja demokratika tal-organizzazzjonijiet tagħhom. Is-soċjetà ċivili tindirizza liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi biex dawn ikunu membri attivi tal-organizzazzjonijiet.

3.6

L-integrazzjoni hija proċess soċjali bidirezzjonali ta’ adattament reċiproku tal-immigranti u s-soċjetà ta’ akkoljenza, li għandu jiġi appoġġjat permezz ta’ governanza tajba fl-Unjoni Ewropea, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Approċċ komuni Ewropew għandu valur miżjud kbir billi jorbot l-integrazzjoni mal-valuri u l-prinċipji tat-Trattat, mat-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni, mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u mal-Aġenda Ewropa 2020.

3.7

Il-leġislazzjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni għandha tiggarantixxi t-trattament ugwali u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. F'dan ir-rigward, ta' min isemmi l-kwistjoni tad-drittijiet u l-possibbiltajiet lingwistiċi u reliġjużi. Il-Kumitat huwa tal-fehma li huwa pass pożittiv ħafna li l-Kummissjoni pproponiet Direttiva (8) dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema.

3.8

Iżda l-KESE ppropona li dawk kollha li jgħixu fl-UE għandhom jirċievu trattament ġust, indipendentement mill-istatus migratorju jew in-nazzjonalità tagħhom. Għaldaqstant għandhom jingħelbu xi wħud mir-restrizzjonijiet għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni li jeżistu bħalissa.

4.   Nazzjonalità, residenza u ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea

4.1

Il-Kumitat jixtieq li jaġġorna d-dibattitu dwar in-natura taċ-ċittadinanza Ewropea rigward iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu fl-UE legalment u b'mod stabbli. Hemm bżonn li nerġgħu lura għall-approċċ li kien ġie adottat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Tampere (9). It-trattament ġust u ndaqs bejn iċ-ċittadini Ewropej u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi definit f'Tampere (10) għadu s'issa waħda mill-prijoritajiet politiċi, peress li l-għanijiet ma ntlaħqux matul l-erbatax-il sena tal-iżvilupp tal-politika komuni tal-immigrazzjoni.

4.2

Huma l-Istati Membri li jridu jagħtu n-nazzjonalità abbażi tal-leġislazzjoni tagħhom, peress li t-Trattat bħalissa ma jagħti l-ebda kompetenza lill-UE għall-armonizzazzjoni leġislattiva; għaldaqstant dan huwa qasam ta' sovranità nazzjonali.

4.3

Iżda fl-Istati Membri kollha, l-organizzazzjonijiet tal-immigranti, it-trejdjunjins u l-NGOs qed iwettqu inizjattivi u dibattiti biex jitnaqqsu ż-żminijiet u biex il-proċeduri għan-naturalizzazzjoni u l-aċċess għan-nazzjonalità jkunu aktar flessibbli għall-immigranti, u tiġi faċilitata l-integrazzjoni, bil-fehim li s-soċjetajiet u l-Istati ma jrawmux l-integrazzjoni jekk jiċħdu t-trattament indaqs u d-drittijiet ta' parteċipazzjoni lil għadd ta' persuni li jgħixu hemm b'mod stabbli.

4.4

Il-kunċett ta' ċittadinanza Ewropea jinsab imnaqqax fil-fond fit-Trattati, fil-leġislazzjoni tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. It-Trattat (TFUE), b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu, jgħid li "Kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru hija ċittadina tal-Unjoni. Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni għandha tiżdied maċ-ċittadinanza nazzjonali u ma tissostitwixxihiex." In-nazzjonalità, li l-mod kif tinkiseb u tintilef jiġi determinat skont il-leġislaturi nazzjonali differenti, għalhekk hija l-"muftieħ universali" għall-aċċess għaċ-ċittadinanza tal-UE (11).

4.5

Ir-rabta mill-qrib bejn l-istatus ta' ċittadinanza Ewropea u n-nazzjonalità tal-Istati Membri kienet is-suġġett ta' diversi dibattiti u kritiki minn mindu twaqqfet iċ-ċittadinanza Ewropea fl-1992 bit-Trattat ta' Maastricht. Fil-prinċipju, din ir-rabta timplika l-esklużjoni formali taċ-ċittadinanza tal-Unjoni għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu fl-UE legalment, u huwa għalhekk li dawn in-nies baqgħu "inviżibbli" fid-dibattiti Ewropej dwar iċ-ċittadinanza, u fil-parteċipazzjoni fil-politika u fil-ħajja demokratika.

4.6

Interpretazzjoni restrittiva taċ-ċittadinanza tal-Unjoni tgħid li hemm grupp omoġenju u identifikabbli b'mod ċar ta' persuni msejħa ċittadini Ewropej u grupp ieħor ta' persuni kklassifikati bħala ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex meqjusa bħala ċittadini tal-Ewropa.

4.7

Iżda min huma dawn iċ-"ċittadini" Ewropej? Huwa tajjeb li nillimitaw l-ambitu personali taċ-ċittadinanza tal-Unjoni għal dawk in-nies li għandhom in-nazzjonalità tal-Istati Membri? Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom xi drittijiet u libertajiet li huma komparabbli għal dawk li għandhom iċ-ċittadini Ewropej? X'inhuma l-limiti u l-isfidi attwali taċ-ċittadinanza tal-Unjoni? X'inhu r-rwol tal-parteċipazzjoni politika u d-dritt għall-vot f'dan il-kuntest? Għaliex ħafna żgħażagħ dixxendenti ta' immigranti għadhom "ċittadini tat-tieni klassi"? Jekk il-parteċipazzjoni tal-immigranti fil-proċess demokratiku tiffaċilita l-integrazzjoni tagħhom, għaliex huma esklużi?

4.8

Sal-lum kienu l-Istati Membri li b'mod indirett iddeċidew min huwa ċittadin tal-Unjoni u min mhuwiex. Dan irid jinbidel biex iċ-ċittadinanza tal-Unjoni tkun fil-qalba tal-integrazzjoni Ewropea.

5.   Ċittadinanza Ewropea "ċivika"

5.1

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tistabbilixxi l-bażijiet ġenerali ta' kunċett ġdid ta' ċittadinanza ċivika, inklużiva u parteċipattiva, u l-Kumitat jemmen li hemm bżonn tiġi żviluppata.

5.2

Il-Kummissjoni stqarret li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali hija r-referenza għall-iżvilupp tal-kunċett ta' "ċittadinanza ċivika" għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi (b'sett komuni ta' drittijiet u obbligi bażiċi).

5.3

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE hija vinkolanti, b'valur legali simili għal dak tat-Trattati. Il-Karta ttrasformat u kkonsolidat il-karatteristiċi tal-istatus ta' ċittadinanza tal-Unjoni. L-ambitu personali ta' applikazzjoni tagħha jinkludi kemm iċ-ċittadini Ewropej kif ukoll iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. It-Titolu V huwa ddedikat għad-drittijiet taċ-ċittadini, iżda anke hawn l-Artikolu 41 (Id-dritt għal amministrazzjoni tajba) u l-Artikolu 45.2 (Il-libertà ta' moviment u ta' residenza) jinkludu wkoll lil ċittadini ta' pajjiżi terzi.

5.4

Il-KESE jemmen li l-bqija tad-dispożizzjonijiet tal-Karta japplikaw għal kulħadd, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom. Il-Karta tillimita s-setgħa ta' diskrezzjoni tal-Istati Membri rigward kwistjonijiet marbutin mas-sigurtà tar-residenza, ir-riunifikazzjoni mal-familja, it-tkeċċija u anke l-kisba u t-telf tan-nazzjonalità. Wieħed mill-aspetti fundamentali huwa l-Kapitolu VI dwar il-ġustizzja, li jinkludi d-dritt għal rimedju effettiv u l-protezzjoni legali effettiva jekk jinkisru xi drittijiet fundamentali u taċ-ċittadinanza.

5.5

Il-KESE jemmen li bejniethom, iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u l-Karta, jistgħu jħallu effetti profondi fuq it-twessigħ tal-ambitu personali tal-istatus taċ-ċittadinanza Ewropea. Waħda mill-ikbar sfidi li għad trid tiġi indirizzata hija dik li jiġi żgurat aċċess għal protezzjoni legali effettiva taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom ikunu ġew soġġetti għal eżenzjonijiet jew miksura mill-Istati Membri u l-awtoritajiet tagħhom fl-ambitu tal-liġi Ewropea (12).

5.6

Matul il-ħidmiet preparatorji tal-Konvenzjoni Ewropea, il-KESE adotta Riżoluzzjoni li fiha ppropona "… Hemm bżonn li jittejbu l-politiki ta' integrazzjoni tal-immigranti. Il-Kumitat jappella biex il-Konvenzjoni tanalizza l-possibbiltà li ċ-ċittadinanza tal-Unjoni tingħata liċ-ċittadini ta’ pajjiż terzi li jkollhom status ta’ residenti għat-tul…" (13).

5.7

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar politika tal-migrazzjoni għall-UE (14), il-Kummissjoni stabbilixxiet l-għan li jiġi żviluppat qafas legali Ewropew għall-ammissjoni u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u status legali komuni li jkun ibbażat fuq il-prinċipju li d-drittijiet u r-responsabbiltajiet jingħataw fuq bażi ta' ugwaljanza maċ-ċittadini Ewropej, iżda li ssir differenza fit-tul ta' żmien ta' kemm wieħed ikun ilu joqgħod.

5.8

Jekk l-emigranti jitħallew jiksbu ċ-ċittadinanza ladarba jkunu għaddew mill-inqas ħames snin fil-pajjiż, dan jista' jkun garanzija biżżejjed biex ħafna emigranti jistabbilixxu ruħhom tajjeb fis-soċjetà, jew jista' jkun l-ewwel pass lejn il-kisba tan-nazzjonalità tal-Istat Membru.

5.9

Fl-Opinjoni tiegħu dwar "L-aċċess għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea", il-KESE indika li din id-definizzjoni wiesgħa taċ-ċittadinanza Ewropea taqbel ma' dik adottata mill-Kummissjoni Ewropea u li ssejħet "ċittadinanza ċivika".

5.10

Il-KESE jaqbel li "ċittadinanza ċivika" fil-livell Ewropew għandha tinftiehem bħala "ċittadinanza parteċipattiva u inklużiva" għal kull min joqgħod b'mod stabbli fit-territorju tal-Unjoni, u fejn wieħed mill-prinċipji ewlenin ikun li kulħadd huwa l-istess quddiem il-liġi. Fl-Opinjoni tiegħu dwar "L-aċċess għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea" l-KESE diġà stqarr li b'hekk ser jintlaħaq "kompromess dwar it-trattament indaqs sabiex tiġi promossa u ffaċilitata l-integrazzjoni ċivika taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi stabbiliti b'mod stabbli u regolari f'xi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (ugwaljanza quddiem il-liġi)" u ser tkompli l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni attwali li jbatu ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi.

6.   Għaxar snin wara għadhom jippersistu l-problemi li jridu jiġu solvuti

6.1

Matul l-aħħar għaxar snin, l-Ewropa stabbilixxiet politiki, adottat leġislazzjonijiet u waqqfet każistika li huma rilevanti ħafna kemm għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni kif ukoll għall-istatus taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Dawn il-proċessi fissru espansjoni gradwali tad-drittijiet, il-libertajiet u l-garanziji taċ-ċittadinanza Ewropea, fuq il-bażi tar-residenza. Madankollu l-KESE jemmen li din l-espansjoni mhijiex kompleta u għandha wisq limitazzjonijiet.

6.2

Wieħed mill-aktar passi importanti fil-qasam legali kienet l-adozzjoni tad-Direttiva dwar iċ-ċittadinanza 2004/38, li armonizzat fi strument legali wieħed il-qafas regolatorju Ewropew dwar il-moviment liberu u r-residenza li qabel kien imferrex u maqsum. L-UE kienet partikolarment attiva fir-rikonoxximent tad-drittijiet u d-dispożizzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma qraba ta' ċittadini Ewropej. Id-Direttiva tirrikonoxxi espressament diversi drittijiet u libertajiet għall-qraba li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma simili għal dawk taċ-ċittadini Ewropej.

6.2.1

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li waħda mill-iktar sfidi importanti hija li d-drittijiet previsti fid-Direttiva jkunu aċċessibbli għal kulħadd fil-ħajja ta' kuljum, billi jitneħħew ċerti prattiki nazzjonali ħżiena, u billi tingħata protezzjoni legali effettiva lil dawk kollha li l-libertajiet ta' ċittadinanza tagħhom ikunu ġew miksura.

6.2.2

Filwaqt li dawn id-"drittijiet ta' ċittadinanza" jinbtu direttament mir-relazzjoni familjari, l-aċċess għalihom jista' jseħħ biss meta ċ-ċittadini Ewropej u l-familji tagħhom jeżerċitaw il-moviment liberu jew jemigraw lejn Stat Membru ieħor. L-eżerċizzju tal-mobbiltà intra-Ewropea għadu waħda mill-kundizzjonijiet biex il-qraba jingħataw il-protezzjoni mogħtija miċ-ċittadinanza Ewropea (15). Id-Direttiva tirrikonoxxi wkoll id-dritt ta' residenza permanenti għal dawn il-qraba wara perjodu ta' ħames snin ta' residenza.

6.2.3

Madankollu, il-KESE jqis li l-awtoritajiet nazzjonali għad għandhom liġijiet u prattiki li jxekklu l-libertà tal-moviment u tar-residenza tal-qraba taċ-ċittadini Ewropej. Barra minn hekk, għadhom jeżistu sitwazzjonijiet ta' diskriminazzjoni bil-maqlub li jsofru minnhom il-qraba ta' ċittadini Ewropej li huma barranin, li għandhom jiġu solvuti (16).

6.3

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE kienet attiva ħafna u kellha rwol pożittiv fil-ħarsien u l-interpretazzjoni b'mod proattiv tar-regoli u d-drittijiet individwali marbutin maċ-ċittadinanza Ewropea (17). Il-QĠUE stqarret li ċ-ċittadinanza Ewropea hija destinata li ssir l-istatus fundamentali taċ-ċittadini Ewropej (18).

6.3.1

Il-KESE jilqa' bi ħġaru l-każistika li nstiltet mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar iċ-ċittadinanza u jinnota li l-biċċa l-kbira tal-każistika tal-QĠUE ġiet inkorporata bl-adozzjoni tad-Direttiva, peress li ġabret flimkien is-sentenzi l-aktar rilevanti tagħha dwar is-suġġetti relatati mal-moviment liberu u ċ-ċittadinanza Ewropea sal-2004.

6.3.2

Il-QĠUE ipproduċiet ukoll każistika estensiva dwar il-prinċipji ġenerali tal-liġi Ewropea (19), bħal dawk b'rabta mal-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni, li jridu jiġu applikati għal kulħadd, indipendentement min-nazzjonalità jew l-istatus migratorju tagħhom, li jiġu affettwati minn azzjonijiet jew liġijiet tal-Unjoni. Il-każistika misset saħansitra l-kompetenzi tal-Istati Membri dwar kwistjonijiet tal-kisba jew it-telf tan-nazzjonalità, u l-implikazzjonijiet ta' dan fuq iċ-ċittadinanza Ewropea u d-drittijiet marbutin magħha.

6.3.3

Il-Qorti nnutat diversi drabi li, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha dwar kwistjonijiet ta' nazzjonalità, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jagħtu attenzjoni speċjali lill-konsegwenzi tal-leġislazzjoni u d-deċiżjonijiet tagħhom fil-qafas tal-liġi Ewropea dwar iċ-ċittadinanza u l-moviment liberu, b'mod partikolari, l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet u l-libertajiet marbutin maċ-ċittadinanza tal-Unjoni (20).

6.4

Sa mill-2003 hemm fis-seħħ pakkett ta' liġijiet Ewropej dwar l-immigrazzjoni, bi strumenti legali relatati mal-kundizzjonijiet tad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. Uħud mid-drittijiet u l-garanziji huma simili għal dawk taċ-ċittadinanza Ewropea. Id-Direttiva 2003/109  (21) dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul stabbilixxiet status legali komuni għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu b'mod legali u bla interruzzjonijiet fit-territorju tal-Istat Membru għal perjodu ta' ħames snin.

6.4.1

Il-KESE jinnota li l-approċċ tad-Direttiva kien it-tqarrib tal-istatus taċ-ċittadini Ewropej u dak ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti għat-tul, kif ukoll il-protezzjoni tas-sigurtà tar-residenza tagħhom fl-Unjoni. Madankollu, l-istatus komuni għadu ma joffrix ugwaljanza u ċittadinanza sħiħa lil dawn il-persuni, iżda "kważi ugwaljanza" jew "ugwaljanza ta' terza klassi" soġġetta għal għadd ta' kundizzjonijiet (22). Kif innutat il-Kummissjoni Ewropea fir-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva (23), filwaqt li l-Artikolu 11 tad-Direttiva jipprevedi trattament kważi ugwali bejn ir-residenti għat-tul u ċ-ċittadini, hemm nuqqas ta' informazzjoni dwar il-mod kif ser jiġi applikat, u dan joħloq problemi għall-implimentazzjoni effettiva tiegħu.

6.4.2

Min-naħa l-oħra, id-Direttiva tipprevedi, bħala wieħed mill-aspetti tal-valur miżjud tagħha, il-possibbiltà li jiġi eżerċitat il-"moviment liberu" jew il-mobbiltà lejn it-tieni Stat Membru u li jinkiseb trattament "kważi ugwali". L-inklużjoni ta' dimensjoni ta' mobbiltà intra-Ewropea jew moviment liberu tfakkarna fl-istess mudell ta' ċittadinanza tal-Unjoni li segwew il-liġijiet Ewropej taċ-ċittadinanza biex jippromovu l-mobbiltà intra-Ewropea.

6.5

Direttivi oħra marbutin mal-liġi Ewropea dwar l-immigrazzjoni wkoll jinkludu approċċ u dimensjoni ta' "mobbiltà intra-Ewropea" simili għal dawk tal-istatus għat-tul, biex is-swieq tax-xogħol Ewropej isiru aktar attraenti, bħad-Direttiva 2009/50 tal-Karta Blu għall-immigranti kkwalifikati ħafna.

6.6

Madankollu l-KESE jqis li, minħabba li ċerti Stati Membri japplikaw id-Direttivi b'mod ħażin, il-kundizzjonijiet u l-kriterji applikabbli għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-familji tagħhom biex jgħixu u jaħdmu fit-tieni Stat Membru li jkun differenti minn dak li kien tahom il-permess Ewropew għadhom 'il bogħod milli jkunu ekwivalenti għal-libertà tal-moviment transkonfinali taċ-ċittadini Ewropej.

6.7

Barra minn hekk, in-natura frammentata u settorjali tal-qafas leġislattiv fil-qasam tal-immigrazzjoni legali ma jgħinx it-trattament indaqs u biex ikun hemm qafas uniformi ta' drittijiet għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu u jixtiequ jeżerċitaw il-moviment liberu fl-UE (24).

7.   Id-djalogu mal-pajjiżi ta’ oriġini

7.1

F'Opinjonijiet oħra l-Kumitat ippropona li jittejjeb id-djalogu politiku u soċjali mal-pajjiżi ta' oriġini tal-immigranti li jiġu l-Ewropa. Il-KESE jilqa' l-fatt li ġew iffirmati diversi ftehimiet.

7.2

Dan id-djalogu għandu jinkludi wkoll id-drittijiet taċ-ċittadinanza. Il-Kumitat jemmen li l-ftehimiet bejn l-Istati li jippermettu n-nazzjonalità doppja huma pożittivi ħafna biex iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jkunu jistgħu jgawdu mid-drittijiet ċivili, soċjali u politiċi.

7.3

Iżda xi Stati Membri ma jagħtux id-drittijiet politiċi jekk dawn ma jkunux reċiproċi. Il-Kumitat jinnota li, għalkemm il-ftehimiet huma strument pożittiv, f'xi każijiet iwasslu għal limitazzjoni tad-drittijiet tal-persuni meta l-pajjiżi ta' oriġini ma jsegwux il-kriterju tar-reċiproċità.

7.4

Il-KESE jixtieq li l-politika esterna tal-UE tieħu l-impenn sħiħ li tħeġġeġ governanza dinjija tal-migrazzjoni internazzjonali fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) abbażi, fost strumenti legali internazzjonali applikabbli oħra, tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Internazzjonali tan-NU dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom (il-Kumitat ippropona (25) li l-UE tirratifika din il-Konvenzjoni), il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-konvenzjonijiet tal-ILO.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Direttiva 2003/109.

(2)  ĠU 208 C, 3.9.2003, p. 76 (mhux disponibbli bil-Malti).

(3)  ĠU 208 C. 3,9.2003, p. 76, punt 4.3 (mhux disponibbli bil-Malti).

(4)  Direttiva 2009/50.

(5)  Assemblea Ġenerali tan-NU tat-18.12.1990.

(6)  http://ec.europa.eu/ewsi/en/policy/legal.cfm

(7)  ĠU C 318, 29.10.2011, p. 69–75; ĠU C 48, 15.2.2011, p. 6–13; ĠU C 354, 28.12.2010, p. 16–22; ĠU C 347, 18.12.2010, p. 19–27; ĠU C 128, 18.5.2010, p. 29–35; ĠU C 27, 3.2.2009, p. 95–98; ĠU C 318, 23.12.2006, p. 128-136; ĠU C 125, 27.5.2002, p. 112-122

(8)  COM(2013) 236 final.

(9)  Kunsill Ewropew ta' Tampere, Konklużjonijiet tal-Presidenza, 15 u 16 ta' Ottubru 1999.

(10)  Il-punt 18 jgħid:

"L-Unjoni Ewropea għandha tiggarantixxi trattament ġust għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu legalment fit-territorju tal-Istati Membri tagħha. Politika ta' integrazzjoni aktar qawwija għandha timmira li tagħtihom drittijiet u obbligi simili għal dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni. Għandha wkoll trawwem in-nondiskriminazzjoni fil-ħajja ekonomika, soċjali u kulturali u tiżviluppa miżuri kontra r-razziżmu u l-ksenofobija."

Il-punt 21 tal-konklużjonijiet stabbilixxa l-prijorità li:

"L-istatut legali taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandu jqarreb għal dak taċ-ċittadini tal-Istati Membri. Il-Kunsill Ewropew jappoġġja l-għan li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu għexu legalment matul perjodu twil ta' żmien jingħataw il-possibbiltà li jiksbu n-nazzjonalità tal-Istat Membru fejn jgħixu."

(11)  De Groot, G.R. (1998), "The relationship between the nationality legislation of the Member States of the European Union and European Citizenship", kapitlu VI, f'M. La Torre (ed.), European Citizenship: An Institutional Challenge, The Hague: Kluwer International Law.

(12)  S. Carrera, M. De Somer u B. Petkova (2012), The Court of Justice of the European Union as a Fundamental Rights Tribunal: Challenges for the Effective Delivery of Fundamental Rights in the Area of Freedom, Security and Justice, CEPS Policy Brief, Centre for European Policy Studies, Brussell.

(13)  ĠU C 61, 14.3.2003, p. 170, punt 2.11 (mhux disponibbli bil-Malti).

(14)  COM(2000) 757 final.

(15)  Guild, E. (2004), The Legal Elements of European Identity: EU Citizenship and Migration Law, The Hague: Kluwer Law International, European Law Library.

(16)  Ir-Rapport Ewropew Annwali dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Ewropa 2010-2011, K. Groenendijk et al., Jannar 2012, Kummissjoni Ewropea, DĠ Impjiegi. Ara http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=475&langId=en.

(17)  Kostakopoulou, T. (2007), "European Citizenship: Writing the Future", European Law Journal, edizzjoni speċjali dwar iċ-ċittadinanza tal-UE, Vol. 13, nru 5, pp. 623-646.

(18)  C-184/99, Grzelczyk.

(19)  De Groot, G.R. (2005), "Towards a European Nationality Law", f'H. Schneider (ed.), Migration, Integration and Citizenship: A Challenge for Europe’s Future, Vol. I, pp. 13-53.

(20)  Ara pereżempju l-kawżi C-369/90,Micheletti, C-192/99, Kaur jew C-135/08, Rottmann. Ara J. Shaw (ed) (2012), Has the European Court of Justice Challenged Member States Sovereignty in Nationality Law?, EUI Working Paper RSCAS 2011/62, l-Osservatorju taċ-Ċittadinanza EUDO, Firenze.

(21)  Għal analiżi dwar id-Direttiva u l-oriġini tagħha, ara S. Carrera (2009), In Search of the Perfect Citizen? The intersection between integration, immigration and nationality in the EU, Martinus Nijhoff Publishers: Leiden.

(22)  Ara l-Artikolu 11 tad-Direttiva. Groenendijk, K. (2006), "The Legal Integration of Potential Citizens: Denizens in the EU in the final years before the implementation of the 2003 directive on long-term resident third country nationals", f'R. Bauböck, E. Ersboll, K. Groenendijk y H. Waldrauch (eds), Acquisition and Loss of Nationality, Volume I: Comparative Analyses: Policies and Trends in 15 European Countries, Amsterdam: Amsterdam University Press, p. 385-410.

(23)  COM(2011) 585: Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/109.

(24)  S. Carrera et al. (2011), Labour Immigration Policy in the EU: A Renewed Agenda for Europe 2020, CEPS Policy Brief, Ċentru għall-Istudji tal-Politika Ewropea, Brussell.

(25)  ĠU C 302, 7.12.2004, p. 49


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/23


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Favur konsum aktar sostenibbli: it-tul tal-ħajja tal-prodotti industrijali u t-tiġdid tal-fiduċja permezz tal-informazzjoni tal-konsumaturi” (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2014/C 67/05

Relatur: is-Sur LIBAERT

Korelatur: is-Sur HABER

Nhar l-14 ta’ Frar 2013, b’konformità ma’ l-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda li jħejji Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Favur konsum aktar sostenibbli: it-tul tal-ħajja tal-prodotti industrijali u t-tiġdid tal-fiduċja permezz tal-informazzjoni tal-konsumaturi (Opinjoni fuq inizjattiva proprja).

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha fis-26 ta' Settembru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-17 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’178 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

L-obsolenza ppjanata tidher li hija relatata ma' mod ta' produzzjoni industrijali li jirrikjedi livell minimu ta' tiġdid tal-prodotti tiegħu. Għalkemm dan it-tiġdid tal-prodotti jidher li huwa neċessarju għandhom jiġu miġġielda ċerti abbużi. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jagħmel distinzjoni bejn il-ħolqien deliberat ta' difetti interni u t-tħaffif tal-modi ta' konsum tagħna. Filwaqt li jeħtieġ li nistaqsu dwar il-prattiki ta' kummerċjalizzazzjoni li jippromovu innovazzjonijiet ewlenin mentri fil-fatt sikwit ikunu sekondarji, l-għan tal-opinjoni tagħna hu li jiġu kkontrollati każ b'każ l-aktar każijiet evidenti u li jittejbu l-garanziji għall-konsumaturi. L-għan hu li jingħata kontribut biex titjieb il-fiduċja fir-rigward tal-intrapriżi Ewropej tagħna. Il-proposti huma ta' natura teknika, kummerċjali, leġislattiva, edukattiva u informattiva. Dawn il-proposti jagħmlu parti minn qafas strateġiku ta' bilanċ aħjar, li huwa ġust u leali, fil-katina tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum.

1.2

Il-KESE jesprimi x-xewqa li jiġu projbiti għalkollox il-prodotti maħluqa b'difetti interni b'tali mod li jwasslu sabiex il-prodott ma jkunx jista' jibqa' jintuża aktar. Dawn il-każijiet rari iżda evidenti, bħall-każ li ġie kopert ħafna mill-mezzi tax-xandir tal-printers li ġew iddisinjati biex jieqfu jaħdmu wara ċertu żmien ta' użu, jistgħu biss irawmu l-isfiduċja tal-konsumaturi fir-rigward tal-intrapriżi.

1.3

Il-KESE jirrakkomanda lill-intrapriżi biex jiffaċilitaw it-tiswija tal-prodotti tagħhom. Dan għandu jsir bi tliet modi: il-possibbilitajiet tekniċi (pereżempju t-tablets bil-batteriji li jkunu ssaldjati fl-apparat b'tali mod li jkun impossibbli ssewwihom u b'hekk ikollhom jiġu sostitwiti bi prodotti ġodda), iż-żamma tal-possibbiltà li l-konsumaturi jakkwistaw il-komponenti meħtieġa għat-tiswija sa ħames snin wara minn meta jinxtara l-prodott u fl-aħħar, ix-xiri ta' prodott għandu jkun akkumpanjat minn informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta' tiswija u l-mod kif għandhom isiru t-tiswijiet. B'mod aktar ġenerali, permezz tal-Opinjoni tiegħu, il-KESE jħeġġeġ appoġġ b'saħħtu għad-dimensjoni soċjali u għas-settur tat-tiswija. L-approċċ sabiex tittejjeb il-fiduċja bejn l-intrapriżi u l-pubbliku tagħhom għandu jiġi kkunsidrat l-aktar fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' appoġġ għall-impjiegi li din tista' toħloq.

1.4

Huwa u jħares lil hinn mit-triq tar-regolamentazzzjoni vinkolanti, il-KESE jħeġġeġ approċċ volontarju ta' ċertifikazzjoni. Pereżempju, fis-settur tat-tagħmir tad-dar il-garanziji ta' 10 snin jew 20 sena fuq il-komponenti naturalment kienu punt b'saħħtu għall-bejgħ. Din il-garanzija tista' tiġi standardizzata fil-livell tal-UE u tkun applikabbli għall-prodotti kollha li jinxtraw fit-territorju tat-28 pajjiż tal-Unjoni sabiex ma jiġux ippenalizzati l-intrapriżi Ewropej. Bl-istess mod, il-manifatturi jistgħu jippubblikaw figuri dwar l-aktar ħsarat frekwenti peress li jafu liema huma l-aktar rikorrenti. Ikunu jistgħu jżommu stokk ta' dawk il-komponenti partikolari biss jew jipproduċuhom fuq talba jew isibu sottokuntratturi fin-netwerk tal-provvista tagħhom li jkunu lesti li jipproduċuhom. Dan jista' jirrappreżenta impenn kbir minn naħa ta' ċerti tipi ta' intrapriżi biex jiggarantixxu l-affidabbiltà tal-prodotti tagħhom u, lil hinn mir-relazzjonijiet tagħhom mal-konsumaturi, dan jikkorrespondi mal-idea ta' ċertifikazzjoni volontarja biex jiġu provduti l-mezzi għall-manutenzjoni tal-prodotti u biex dawn jibqgħu tajbin għal żmien itwal.

1.5

Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-parametri kontra l-obsolenza ppjanata fi ħdan il-politika tal-akkwist pubbliku tagħhom. Minħabba l-importanza tal-ordnijiet statali fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (16 % tal-PDG) l-awtoritajiet pubbliċi għandhom rwol importanti x'jaqdu u barra minn hekk għandhom ikunu ta' eżempju.

1.6

Il-KESE jemmen li t-titjib tal-kwalità u tas-sostenibbiltà tal-prodotti manifatturati ser joħloq impjiegi dejjiema fl-Ewropa u għaldaqstant għandu jitħeġġeġ. Dawn il-bidliet, jekk ikunu akkumpanjati mit-taħriġ adatt, jistgħu jgħinu għall-ħruġ mill-kriżi li laqtet lill-impjegati Ewropej b'mod kiefer ħafna.

1.7

Il-KESE jirrakkomanda li tiġi provduta informazzjoni dwar l-istima tat-tul tal-ħajja tal-prodotti jew in-numru ta' drabi li huwa stmat li jintużaw sabiex il-konsumatur ikun jista' jagħmel deċiżjonijiet informati huwa u jixtri l-prodotti. Jirrakkomanda li fuq bażi volontarja jiġu ttestjati modi kif jiġu espressi l-prezzijiet stmati fis-sena skont it-tul tal-ħajja fis-sena, sabiex jitħeġġeġ ix-xiri ta' prodotti dejjiema; din l-informazzjoni dwar l-istima tat-tul tal-ħajja għalhekk għandha tiġi kkontrollata sabiex jiġi evitat l-abbuż li jkunu vittma tiegħu l-konsumaturi. Il-konsumatur b'hekk ikun jista' jixtri prodotti aktar għaljin iżda li jżommu l-valur tagħhom aħjar maż-żmien. Dan żgur li jista' jħeġġeġ lill-intrapriżi tagħna biex jipproduċu prodotti aktar dejjiema. Din l-informazzjoni għandha tiffoka fuq dik l-informazzjoni rilevanti li jkollu bżonn il-konsumatur u għandha tvarja skont il-kategoriji tal-prodotti sabiex jiġi evitat li jkun hemm informazzjoni eċċessiva fuq ċerti tipi ta' pakketti.

1.8

Il-KESE jqis li jkun utli li tiġi implimentata sistema li tiggarantixxi tul ta' ħajja minimu tal-prodotti mixtrija. Bħalissa ma teżisti l-ebda leġislazzjoni dwar tul ta' ħajja minimu għall-prodotti, u lanqas ma jeżistu standards Ewropej li jkejlu dan it-tul ta' ħajja. Madankollu, qed jibdew jitniedu inizjattivi fir-rigward tat-tikkettar ambjentali. L-intrapriżi li jipproduċu jew jikkummerċjalizzaw il-prodott għandhom jinternalizzaw l-ispejjeż esterni tar-riċiklaġġ għall-prodotti b'tul ta' ħajja ta' anqas minn 5 snin, speċjalment jekk il-prodott ikun magħmul minn sustanzi li jagħmlu ħsara lill-ambjent.

1.9

Il-KESE jipproponi li l-garanziji marbuta max-xiri ta' prodott jinkludu garanzija minima ta' funzjonament, li matulha l-ispiża ta' kwalunkwe tiswijiet tiġġarrab mill-produttur.

1.10

Il-konsumatur iġarrab il-biċċa l-kbira tal-ispiża tat-tnaqqis tat-tul ta' ħajja tal-prodotti u tad-diffikultajiet b'rabta mal-fatt li ma jkunx jaqbel li jissewwew; il-konsumatur iġarrab ukoll il-politika tal-intrapriżi iżda wkoll dik ta' ċerti distributuri li xi kultant jipprovaw ibiegħu estensjonijiet ta' garanziji wara l-ewwel sena għalkemm il-garanziji ta' sentejn huma obbligatorji. Jidher li sikwit il-konsumatur ftit li xejn ikun infurmat dwar id-drittijiet tiegħu. Komunikazzjoni aħjar, speċjalment permezz tas-siti elettroniċi u n-netwerks soċjali, tista' ssaħħaħ is-sensibilizzazzjoni fost il-konsumaturi. Osservatorju Ewropew tal-Obsolenza programmata jista' jippermetti biex il-konsumaturi jkollhom viżjoni aħjar tal-prattiki kif ukoll biex jiggwidaw aħjar l-għażliet tagħhom.

1.11

Is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi hija neċessarja biex il-prodotti jintużaw sew u b'mod sostenibbli. Barra minn hekk, huwa importanti li l-konsumaturi jiġu mgħarrfa dwar it-tul ta' ħajja minimu tal-prodotti, għax dan huwa rilevanti meta tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar ix-xiri ta' prodott. F'dan il-kuntest, tintlaqa' tajjeb kull attività jew inizjattiva kummerċjali u min-negozji li ssir b'mod volontarju.

1.12

Il-konsumatur sikwit ikollu l-impressjoni li jrid jaffronta ġungla leġislattiva ta' vera. Għalkemm jeżistu bosta direttivi dwar l-obsolenza ppjanata (prattiki kummerċjali, skart, eċċ.) jidher li ftit hemm koordinazzjoni bejn it-testi kollha dwar is-suġġett u jeħtieġ li dawn jiġu armonizzati fil-qafas ta' pakkett leġislattiv.

1.13

Il-KESE jirrakkomanda li l-Istati Membri jħeġġu l-konsum responsabbli, speċjalment matul il-fażi edukattiva, sabiex il-konsumaturi jqisu l-impatt fuq l-ambjent mil-lat taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, l-impronta ekoloġika kif ukoll il-kwalità tal-prodotti. Il-Kumitat jirrakkomanda bis-sħiħ li r-rappreżentanti tal-konsumaturi jiġu involuti aktar fid-dibattitu li għaddej bħalissa dwar dan is-suġġett importanti u sensittiv peress li l-parteċipazzjoni tagħhom ser tiżgura approċċ aktar komprensiv.

1.14

Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea twettaq studji dwar is-suġġett sabiex tikkjarifika l-ammont kbir ta' informazzjoni, sikwit kontradittorja, li hija disponibbli. Dan jipprovdi stampa oġġettiva tal-impatt, b'mod partikolari dak ekonomiku u soċjali, tal-obsolenza ppjanata mhux biss mil-lat tal-benefiċċji li jkollha fuq ir-rotazzjoni tal-bejgħ tal-prodotti iżda wkoll fuq l-impjieg u l-bilanċ kummerċjali.

1.15

Il-KESE jipproponi li tiġi organizzata round table Ewropea ewlenija fl-2014 dwar dan is-suġġett. Din ir-round table għandha tiġbor lill-partijiet interessati kollha fis-suġġett: l-industrijalisti, l-atturi finanzjarji, id-distributuri, it-trejdjunjins, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, l-NGOs, l-Aġenzija għall-Istandardizzazzjoni, l-esperti, eċċ. Għandha tkun ukoll multisettorjali sabiex ma tiffokax biss fuq xi setturi industrijali. Fl-aħħar, magħha għandu jiġi organizzat forum miftuħ għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea sabiex titħeġġeġ kemm jista' jkun il-parteċipazzjoni pubblika, u n-netwerks soċjali ser ikunu wieħed mill-mezzi użati biex titħeġġeġ din il-parteċipazzjoni.

1.16

B'mod aktar ġenerali, il-KESE jirrakkomanda li jitħaffu r-riċerka u l-iżvilupp madwar tliet assi li jxekklu l-obsolenza ppjanata:

It-tfassil ekoloġiku tal-prodotti: dan l-approċċ jippermetti biex mill-bidu nett tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riżorsi li jintużaw filwaqt li jitqies l-impatt ambjentali tal-prodotti u taċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tagħhom.

L-ekonomija ċirkolari li għandha approċċ minn nieqa sa nieqa ("cradle to cradle") bil-għan li tittrasforma l-iskart ta' intrapriża f'riżorsi għal intrapriżi oħra.

L-ekonomija funzjonali li għandha l-għan li tiżviluppa l-użu tal-prodotti minflok is-sjieda tagħhom. F'din il-perspettiva, l-intrapriżi ma jbiegħux prodott iżda l-funzjonalità tal-prodott, li titħallas skont l-użu. Għaldaqstant, huwa fl-interess tal-industrijalisti li jiżviluppaw prodotti sodi, li jistgħu jissewwew, b'manutenzjoni faċli u li jiżguraw katina tal-produzzjoni u loġistika adatta li tkun fil-qofol tal-mudell ekonomiku tagħhom.

1.17

Il-KESE, permezz tas-sinjal li qed jibgħat fil-livell Ewropew, qed jesprimi x-xewqa tiegħu li jidħol f'fażi ta' tranżizzjoni ekonomika billi jgħaddi minn soċjetà ta' ħela lejn soċjetà sostenibbli u li t-tkabbir jiġi orjentat b'tali mod li jindirizza l-bżonnijiet tal-konsumaturi mill-perspettiva taċ-ċittadini u qatt bħala għan fih innifsu.

2.   Introduzzjoni u kontenut

2.1

L-obsolenza ppjanta hija suġġett preokkupanti għal diversi raġunijiet: minħabba t-tnaqqis tat-tul tal-ħajja tal-prodotti ta' konsum jiżdiedu l-konsum tar-riżorsi kif ukoll il-kwantità ta' skart ta' prodotti li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja tagħhom li jkollu jiġi trattat. L-obsolenza ppjanata għandha diversi forom u tintuża biex jiżdied il-bejgħ u jiġi appoġġjat it-tkabbir ekonomiku billi jinħolqu b'mod deliberat bżonnijiet u prodotti tal-konsum li jkunu ddisinjati b'tali mod li ma jkunux jistgħu jissewwew.

2.2

Dan jirriżulta fil-ħela ta' riżorsi u l-ħolqien ta' tniġġis dannuż li laħqu livelli tant gravi li s-soċjetà ċivili u xi rappreżentanti politiċi li jħarsu lejn dawn il-prattiki b'għajn kritika qed jieħdu passi biex jenfasizzaw u jiġġieldu l-inkonsistenzi tas-sistema (rikorsi kollettivi fl-Istati Uniti kontra Apple, ilmenti li jsiru fil-Brażil u t-tressiq ta' proposti leġislattivi fil-Belġju u Franza fil-bidu tal-2013).

2.3

Huwa komuni li ssir distinzjoni bejn tipi differenti tal-"obsolenza ppjanta" peress li din tista' tiġi definita bħala "d-deprezzament tal-materjal jew it-tagħmir qabel jitgħarraq materjalment" (Dizzjunarju: Le Petit Larousse) sal-punt fejn id-deprezzament jew l-obsolenza tiegħu ma jkunux relatati mad-deterjorazzjoni fiżika iżda mal-progress teknoloġiku u l-bidliet fl-imġiba, il-moda, eċċ.

2.4

Jistgħu jiġu divrenzjati diversi tipi ta' obsolenza:

L-obsolenza ppjanta fis-sens strett tal-kelma li tikkonċerna t-tfassil ta' prodott b'tali mod li jkollu tul tal-ħajja iqsar, jekk ikun hemm bżonn billi jiġi ddisijnat internament sabiex jaħdem għal numru limitat ta' drabi;

L-obsolenza indiretta ġeneralment isseħħ minħabba li l-komponenti meħtieġa għat-tiswija ta' prodott ma jkunux jistgħu jinkisbu jew għaliex il-prodott ma jkunx jista' jissewwa (pereżempju batteriji ssaldjati f'tagħmir elettroniku);

L-obsolenza minħabba inkompatibbiltà sseħħ pereżempju meta softwer ma jibqax jaħdem meta tiġi aġġornata s-sistema operattiva. Dan it-tip ta' obsolenza huwa relatat ma obsolenza ta' wara l-bejgħ li tħeġġeġ lill-konsumaturi jissostitwixxu pjuttost milli jsewwu prodott, parzjalemnt minħabba ż-żmien u l-ispiża meħtieġa għat-tiswija;

L-obsolenza psikoloġika minħabba l-kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni tal-intrapriżi bil-għan li l-konsumaturi jqisu l-prodotti eżistenti bħala antikwati. Huwa inutli li produttur tat-tablets jiġi obbligat jipproduċi prodotti li jkollhom tul tal-ħajja ta' għaxar snin jekk il-mod ta' konsum tagħna jfisser li nixtiequ nbiddluhom kull sentejn. Pereżempju, il-mowbajls jiġu sostitwiti fuq medja ta' kull 20 xahar (kull 10 xhur fil-grupp ta' dawk li għandhom bejn it-12 u s-17-il sena). Minkejja l-importanza ta' din il-kwistjoni l-opinjoni ser tindirizza biss l-ewwel tliet punti. Ir-raba' punt jistħoqqlu approċċ speċifiku li jikkonċerna t-tendenzi tal-konsum.

2.5

M'hemmx kunsens definittiv fir-rigward ta' dan. Dawn id-differenzi fit-tifsiriet kollha juru kemm hemm bżonn li jiġi definit il-kunċett ġenerali u li jiġu żviluppati miżuri divrenzjati skont l-aspetti oġġettivi (tekniċi) u suġġettivi (il-moda, il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti ġodda) tal-obsolenza. Jista' jkun hemm prodotti li l-karattru effimeru tagħhom ikollu vantaġġ ambjentali. Barra minn hekk, l-obsolenza tiddependi wkoll mill-imġiba tal-konsumaturi.

2.6

L-approċċ li jirrakkomanda l-KESE huwa wieħed varjat. L-għan mhuwiex li jiżdied it-tul tal-ħajja tal-prodotti kollha b'mod uniformi iżda li tiġi kkunsidrata l-kwistjoni f'termini tal-użijiet tal-prodott. Bl-istess mod, huwa jippreferi approċċ li jottimizza l-użu tagħhom, anke jekk dan mhux neċessarjament itawwal il-ħajja tagħhom. Il-KESE jixtieq jikkontribwixxi għal perċezzjoni aħjar tal-affidabbiltà tal-prodotti tal-intrapriżi Ewropej.

2.7

Hemm ħafna raġunijiet għala l-Unjoni Ewropea għandha tindirizza l-kwistjoni tal-obsolenza ppjanata - dawn huma ta' natura ambjentali, soċjali, tas-saħħa pubblika, kulturali iżda wkoll ekonomiċi. Fil-fehma tagħna għandhom jiġu kkunsidrati wkoll aspetti aktar tanġibbli iżda daqstant importanti – dawn huma l-aspetti simboliċi u etiċi.

2.8

Minn perspettiva ambjentali, fid-dawl tar-rata annwali attwali ta' konsum tagħna ta' materja prima li hija ta' madwar 60 biljun tunnellata, il-konsum tagħna ta' riżorsi naturali żdied b'madwar 50 % matul dawn l-aħħar 30 sena. Għaldaqstant, ċittadin Ewropew jikkonsma 43 kg ta' riżorsi kuljum, meta mqabbel mal-10 kg li jikkonsma ċittadin Afrikan. L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) stmat li, abbażi tal-livelli magħrufa għall-1999, "b'rata ta' tkabbir annwali tal-produzzjoni primarja tagħhom ta' 2 %, ir-riservi tar-ram, tan-nikil, tal-fidda, tal-landa u taż-żingu ser jispiċċaw fi 30 sena, u dawk tal-aluminju u l-ħadid ser jispiċċaw f'bejn 60 u 80 sena. L-era tal-iskarsezza għaldaqstant tapplika għal għadd dejjem akbar ta' materjali. Huwa stmat li l-Ewropa tiġġenera 8 miljun tunnellata (ċifri tal-2010) ta' skart minn tagħmir eletttroniku u elettriku fis-sena. Barra minn hekk, fl-Ewropa jiġu ġġenerati 10 miljun tunnellata ta' skart elettriku u elettroniku kull sena (ċifri tal-2012), u dan il-volum għandu jilħaq it-12-il miljun fl-2020. Apparti l-politiki ta' riċiklaġġ u ta' innovazzjoni, il-politiki ta' rkupru stabbiliti fid-Direttiva Ewropea l-ġdida li daħlet fis-seħħ fit-13 ta' Awwissu 2012 għandhom jiġu appoġġjati flimkien mal-ġlieda kontra l-obsolenza ppjanata.

2.9

Minn perspettiva soċjali, l-obsolenza ppjanta tirrappreżenta tliet tipi ta' problemi. L-ewwel nett, fil-kuntest tal-kriżi, il-loġika li ħolqot l-obsolenza ppjanata tal-prodotti ta' konsum ikkontribwixxiet għat-tħeġġiġ ta' xiri bi kreditu u b'rati ta' self bħal qatt qabel. Il-persuni li batew l-aktar mill-obsolenza huma dawk li ġejjin minn kategoriji soċjali żvantaġġati u li ma jistgħux iħallsu ħafna għal prodotti dejjiema u sikwit jikkuntentaw bi prodotti ta' livell inferjuri u ta' kwalità iktar baxxa. Imbagħad, hemm l-impjegati tal-intrapriżi tat-tiswija li kellhom iġarrbu l-konsegwenzi negattivi tal-obsolenza ppjanta. L-istatistika tar-rapport tal-ADEME (1) (2007) jikkonfermaw din it-tendenza: 44 % biss tat-tagħmir li ma jibqax jaħdem jissewwa. Fir-rigward tat-tagħmir b'garanzija skaduta id-distributuri jistmaw li 20 % tal-każijiet fejn tkun intalbet għajnuna jispiċċaw jissewew. L-istudju tal-ADEME (2010) juri wkoll tnaqqis konsiderevoli fl-attività ta' tiswija fi Franza bejn l-2006 u l-2009, b'mod partikolari fil-qasam tal-prodotti tad-dar. Is-settur tat-tiswija għandu l-vantaġġ li ma jistax jiġi rilokalizzat u fil-biċċa l-kbira tiegħu joffri impjiegi stabbli.

2.10

L-effetti f'termini ta' saħħa pubblika m'għandhomx jiġu injorati. Dawn huma ta' żewġ tipi. L-ewwel tip ta' konsegwenzi diretti jikkonċerna l-effetti tal-inċinerazzjoni għall-persuni li jgħixu fil-madwar minħabba l-fatt li l-komponenti elettroniċi huma tossiċi. It-tieni tip huwa fil-livell internazzjonali. Fil-fatt, tant hemm nuqqas ta' infrastruttura għat-trattament tal-iskart mis-settur tal-IT li bosta prodotti li m'għadhomx jaħdmu jiġu esportati illegalment lejn żoni ġeografiċi fejn jintremew bi spiża baxxa għall-aħħar iżda dan għandu diversi effetti fuq il-popolazzjonijiet lokali (ara l-eżempju tal-Gana fejn ir-ruttam ferruż jinġabar mill-iskart u jintbagħat lejn Dubai jew iċ-Ċina. Ħafna minn dan l-iskart jintbagħat fil-pajjiżi tan-Nofsinhar fejn joħloq problemi tas-saħħa u problemi ambjentali).

2.11

Il-konsegwenzi huma wkoll ta' natura kulturali. Sont xi studji, it-tul tal-ħajja medju tat-tagħmir tad-dar huwa ta' bejn 6 sa 8 snin filwaqt li l-medja kienet ta' bejn 10 u 12-il sena 20 sena ilu. Il-konsumaturi jistgħu jistaqsu b'mod leġittimu dwar it-tnaqqis tat-tul tal-ħajja tal-prodotti meta l-innovazzjoni qed tiġi promossa madwarhom. Il-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fir-rigward tal-industrija tagħhom tinbena fit-tul u tinqered bl-obsolenza. Fi żmien meta l-istħarriġ kollu tal-opinjoni pubblika jindika distanza enormi bejn l-Ewropej u l-industrija tagħhom, huwa ċar li l-idea ta' tmiem kmieni tal-ħajja jew l-impossibbiltà li prodott jissewwa mhumiex ser iqarrbu liċ-ċittadini Ewropej lejn l-intrapriżi tagħhom. Dan jispjega l-fatt li 92 % taċ-ċittadini Ewropej (2) jixtiequ li jiġi indikat it-tul tal-ħajja ta' prodott (jew l-ammont ta' drabi li jista' jintuża). Il-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej tiddependi wkoll mit-titjib tal-fiduċja tal-konsumaturi fir-rigward tal-intrapriżi.

2.12

Fl-aħħar, il-konsegwenzi huma wkoll ta' natura ekonomika. Il-biċċa l-kbira tal-intrapriżi akkużati huma fil-qasam tat-teknoloġija avvanzata u l-prodotti tagħhom sikwit jiġu importati fl-Ewropa. L-Unjoni Ewropea, hi u tindirizza din il-kwistjoni, toffri lill-kumpaniji tagħha mod kif jispikkaw mill-oħrajn billi jpoġġu s-sostennibbiltà effettiva fil-prattika tagħhom.

2.13

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa konxju wkoll ta' aspetti anqas tanġibbli iżda li xorta waħda huma importanti. Minn perspettiva simbolika, għalkemm il-ħidma tagħna hija bbażata fuq Rio+20 turi l-importanza li nagħtu lill-iżvilupp sostenibbli, nagħrfu wkoll li s-suġġett tal-obsolenza ppjanata huwa d-definizzjoni stess tal-iżvilupp sostenibbli hekk kif qed nippromovuh. Fil-fehma tagħna dwar ir-rwol li taqdi l-etika fis-soċjetà tagħna, inqisu li hija problematika li l-inġinieri jaħdmu biex jiżviluppaw prodotti li jiqdiemu b'mod mgħaġġel jew li dawk li jirreklamaw iniedu kampanji biex iħeġġu lill-konsumaturi jixtru prodotti filwaqt li jafu li dan mhux ser iżid il-livell ta' sodisfazzjon tagħhom.

Brussell, 17 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Agence de l’Environnement et de la Maîtrise de l’Energie (l-Aġenzija tal-Ambjent u tal-Ġestjoni tal-Enerġija).

(2)  Stħarriġ tal-Ewrobarometru. "Attitudes of europeans towards building the single market for green products". (L-attitudni tal-Ewropej fir-rigward tal-bini ta' suq uniku għall-prodotti ekoloġiċi). Kummissjoni Ewropea. Flash 367. Lulju 2013.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/27


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ninċentivaw il-potenzjal għat-tkabbir tal-industrija Ewropea tal-birra” (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2014/C 67/06

Relatur: is-Sur JÍROVEC

Korelatur: is-Sur CALLEJA

Nhar l-14 ta’ Frar 2013, il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Ninċentivaw il-potenzjal għat-tkabbir tal-industrija Ewropea tal-birra

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha fis-26 ta' Settembru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'47 vot favur, vot 1 kontra u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-birra hija xarba li ilha titgawda mill-komunitajiet madwar l-Ewropa għal diversi eluf ta' snin. Filwaqt li l-kulturi tal-birra jvarjaw b'mod sinifikanti madwar l-Ewropa, bi stili ta' birra u drawwiet ta' konsum differenti, il-birra għandha rwol importanti f'kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea u hija parti integrali mill-kultura, il-patrimonju u l-alimentazzjoni. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jenfasizza l-evoluzzjoni kontinwa tas-settur kif ukoll l-adattament u r-reżiljenza tiegħu anke fiċ-ċirkustanzi attwali ta' sfida. Jinnota kif is-settur huwa konformi mal-objettivi tal-Ewropa 2020 fl-oqsma differenti ta' prijorità dwar l-impjieg, is-sostenibbiltà, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali.

1.2

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri dwar il-politiki ewlenin li għandhom jiġu kkunsidrati bis-serjetà biex l-industrija Ewropea tal-birra tilħaq il-potenzjal ta' tkabbir kollu tagħha. B'mod speċifiku, il-KESE jrid li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet:

jiksbu progress fl-iżvilupp ta' ambjent regolatorju bilanċjat li jippermetti lill-birreriji Ewropej ta' kull daqs jipproduċu u jikkumerċjalizzaw il-birra fl-Ewropa u lil hinn minnha;

jinkludu l-birra bħala qasam ta' prijorità li jeħtieġ trattament reċiproku pożittiv fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles li qed jiġu diskussi mal-imsieħba kummerċjali tal-UE;

iħeġġu u jirreklamaw iżjed favur aktar involviment tal-birreriji u tal-assoċjazzjonijiet fil-programmi dwar ir-responsabbiltà soċjali, is-saħħa u l-edukazzjoni implimentati fil-livelli tal-UE u nazzjonali;

iqisu l-implikazzjonijiet tal-iżviluppi fil-politiki tal-innovazzjoni, tal-industrija u tal-agrikoltura għas-settur tal-birra.

1.3

Bl-istess mod il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jinkoraġġixxi l-azzjoni fil-livelli tal-Istati Membri u dawk reġjonali u lokali biex:

jitkompla l-iżvilupp ta' sħubija mal-industrija tal-birra u mal-NGOs bil-għan li tippromovi konsum responsabbli u tnaqqas il-periklu relatat mal-alkoħol, li jkun jinkludi kooperazzjoni favur ir-responsabbiltà fil-komunikazzjonijiet u l-bejgħ kummerċjali u kontra prattiki irresponsabbli;

tappoġġja l-inizjattivi tas-settur tal-birriera li huma mmirati lejn is-sostenibbiltà ambjentali matul il-katina kollha tal-provvista u tal-forniment fil-livell Ewropew u dak lokali;

jintużaw id-dinamiċi fis-settur tal-birriera biex jinħoloq l-impjieg, permezz tat-tneħħija tal-ostakli li jxekklu aktar tkabbir u permezz tal-iżgurar ta' reġim fiskali stabbli u prevedibbli għas-settur u l-katina tal-forniment tiegħu fil-livell tal-Istati Membri, u billi jiġu trattati d-distorsjonijiet tas-suq ikkawżati minn varjazzjonijiet fir-rati tat-taxxa. Titjib f'dan ir-rigward ikun fi spirtu ta' tkomplija tas-suq uniku;

tkompli tistħarreġ u tiżviluppa l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali f'aspetti differenti ta' proġetti li jinvolvu lill-kommunità u opportunitajiet ta' turiżmu tal-birra.

1.4

Fil-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew il-birreriji għandhom:

jidħlu għal parteċipazzjoni aktar attiva u responsabbli f'diversi attivitajiet ta' promozzjoni ta' prodotti tal-ikel li jinkoraġġixxu l-konsum ta' ikel tajjeb għas-saħħa ġewwa l-UE u f'pajjiżi terzi bl-appoġġ mill-Kmamar tal-Kummerċ, l-awtoritajiet reġjonali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea;

ikomplu għaddejjin bl-isforzi biex iħajru l-ġenerazzjonijiet aktar żgħażagħ għas-settur tal-birra bħala qasam ta' impjieg stabbli u mħallas b'mod ġust permezz tat-trawwim ta' programmi ta' apprendistat u skemi ta' taħriġ vokazzjonali;

ikomplu jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom mal-istituti tar-rirċerka u l-edukazzjoni, billi jipparteċipaw aktar fil-programmi tal-UE għall-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp flimkien mal-imsieħba tagħhom, kif ukoll fil-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ;

iżidu l-involviment tagħhom fid-diversi attivitajiet żviluppati permezz tal-fondi reġjonali, strutturali u dawk immirati lejn l-SMEs;

jestendu l-kooperazzjoni eżistenti u applikabbli għal tul ta' żmien medju jew twil mal-produtturi lokali tal-ħops, iċ-ċereali u prodotti oħra essenzjali għall-produzzjoni tal-birra;

iħeġġu favur l-aktar użu mifrux possibbli ta' valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja bħala għodda awtoanalitika fis-settur tal-birra, filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet ta' birreriji żgħar immexxija mill-familji minħabba restrizzjonijiet ta' kapaċità.

2.   Is-settur Ewropew tal-birriera

2.1

L-Unjoni Ewropea hija waħda mit-territorji l-aktar importanti fid-dinja għall-produzzjoni tal-birra. Fl-2011, il-volum tal-produzzjoni kien jaqbeż it-380 miljun ettolitru (1), magħmula minn madwar 4 000 birrerija mifruxin madwar l-Ewropa. Il-prodotti tagħhom jitqassmu mad-dinja kollha. F'termini ta' volum, l-UE hija attur ewlieni, u tipprovdi 'l fuq minn kwart tal-produzzjoni dinjija, u reċentament biss inqabżet miċ-Ċina, iżda xorta tgħaddi lill-Istati Uniti, lir-Russja, lill-Brażil u lill-Messiku (2).

2.2

L-industrija Ewropea tal-birra hija settur diversifikat ħafna f'termini ta' struttura. Hija prinċipalment komposta minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li jvarjaw minn mikrobirreriji sa birreriji li joperaw fil-livelli lokali, reġjonali jew nazzjonali u tinkludi erba' birriera importanti li huma bbażati fl-Ewropa (3) u li huma mexxejja globali fil-qasam tagħhom. Iż-żieda fl-għadd ta' mikrobirreriji u birreriji żgħar ġodda tul l-aħħar għaxar snin hija sinjal interessanti ħafna tal-potenzjal ta' innovazzjoni tas-settur, u punt pożittiv għall-objettiv tas-sostenibbilità.

2.3

Il-katina tal-provvista marbuta mas-settur tal-birra hija magħmula minn operaturi lokali però fost il-kumpaniji tal-produzzjoni tal-malt, il-produtturi tat-tagħmir u l-fornituri ta' servizzi tekniċi nsibu mexxejja globali wkoll. L-istituti Ewropej tal-produzzjoni tal-birra jxerrdu wkoll l-għarfien tagħhom mad-dinja kollha. Avvenimenti bħalma huma l-kungress tal-Konvenzjoni Ewropea tal-Birreriji jew konferenzi individwali dwar il-birra jattiraw viżitaturi mid-dinja kollha.

2.4

Il-birra hija prodott agrikolu pproċessat ewlieni, u tirrapreżenta 'l fuq minn EUR 2 biljun f'termini ta' valur ta' esportazzjoni (4). Hija koperta wkoll mill-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli (5), permezz tal-iskemi tagħha ta' DPO/IĠP (6), li jkopru aktar minn EUR 2,3 biljun f'termini ta' valur tal-bejgħ permezz ta' 23 indikazzjoni ġeografika (7). Madankollu, id-diversità ġeografika tal-birriera f'dawk l-iskemi hija waħda limitata, għaliex joriġinaw minn anqas minn terz tal-pajjiżi tal-UE.

2.5

Il-komponenti ewlenin tal-birra huma ta' oriġini naturali u jinkludu l-ilma, iċ-ċereali, il-ħops u l-ħmira. L-ilma huwa l-aktar materja prima importanti użata mis-settur tal-birra, u jirrapreżenta madwar 92 % tal-kontenut fil-birra. Il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art għalhekk hija ta' tħassib ewlieni. Minħabba l-bżonn taċ-ċereali (bħalma huma x-xgħir, qamħ jew oħrajn) li huma sors essenzjali ta' lamtu għall-birra, ir-relazzjoni mal-komunità agrikola hija kruċjali għall-birriera u dawk li jipproduċu x-xgħir tal-birra.

2.6

L-Unjoni Ewropea hija wkoll l-attur prinċipali fis-suq dinji tal-ħops li jitkabbru f'erbatax-il Stat Membru (8), li bejniethom jirrapreżentaw madwar terz taż-żona li tintuża għat-tkabbir tal-ħops madwar id-dinja (9), filwaqt li s-settur tal-produzzjoni tal-birra huwa l-klijent prinċipali tal-produtturi tal-ħops fl-Ewropa. Il-kompetizzjoni fost il-produtturi tal-ħops kif ukoll it-trattament difrenzjat fi ħdan il-politiki agrikoli li hemm fis-seħħ bejn l-Istati Membri tal-UE għandu mnejn jeħtieġu reviżjoni biex jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq li jistgħu jħallu impatt ħażin fuq il-birriera fuq perjodu ta' żmien twil.

2.7

Id-dipendenza tal-birriera fuq is-settur agrikolu għall-materji prima tagħhom kien ifisser li fis-snin reċenti l-industrija kellha tiffaċċja prezzijiet ogħla għall-materjali agrikoli li jintużaw fil-produzzjoni tal-birra, minħabba ħsad ta' kwalità li tvarja u minħabba l-volatilità tal-prezzijiet. Ir-relazzjoni bejn il-fornituri tal-materjali u l-birriera għandha tiġi ggwidata minn approċċ sostenibbli applikabbli għal perjodu ta' żmien twil fejn dan huwa possibbli u meħtieġ.

2.8

Fl-2010, il-bejgħ totali tal-birra kien jammonta għal EUR 106 biljun, inkluż il-VAT, li tirrapreżenta 0,42 % tal-PDG tal-UE. Huwa stmat li aktar minn 63 % tal-produzzjoni Ewropea tal-birra tinxtara fis-supermarkets jew fi ħwienet tan-negozju oħrajn ("mingħajr liċenzja"). Is-37 % l-oħrajn huma ikkonsmati fis-settur tal-ospitalità (eż. bars, ħwienet tax-xorb, ristoranti; tal-konsum fuq il-post).

3.   Ġestjoni tal-isfidi ekonomiċi tas-seklu 21

Tendenzi tas-suq u strutturali

3.1

F'dawn l-aħħar ħmistax-il sena s-suq Ewropew tal-birra kien soġġett għal żviluppi differenti f'termini ta' avvanzi tekniċi, investimenti, fużjonijiet, struttura ġdida tal-kumpaniji u attitudni tal-konsumatur. Il-waqgħa fil-konsum mill-2007 'l hawn qed ikollha impatt dirett fuq l-attivitajiet tal-birriera. Wara snin ta' tkabbir fl-Unjoni Ewropea l-produzzjoni tal-birra ġarrbet tnaqqis f'daqqa minn 420 miljun ettolitru għal 337 miljun ettolitru fl-2011. Minkejja dan, fis-snin li ġejjin huma mistennija rkupru u potenzjal għat-tkabbir, sakemm iċ-ċirkostanzi ekonomiċi u regolatorji jkunu favorevoli u jippermettu.

3.2

Il-kriżi ekonomika u l-waqgħa fil-konsum wasslu għar-ristrutturar tas-settur fl-Ewropa, li kien immexxi minn konsolidazzjoni tal-attivitajiet fuq il-kontinent u minn investiment barra l-UE mill-gruppi internazzjonali u nazzjonali li huma akbar. Fl-istess ħin, in-numru ta' birreriji iżgħar kiber fil-pajjiżi kollha, u dan żviluppa d-diversità tal-għażla għall-konsumatur u jikkonferma l-mentalità intraprendirojali tal-birriera b'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni għall-Intraprenditorija 2020 (10). Dan huwa żvilupp favorevoli fil-perspettiva ta' sostenibbiltà, peress li tipikament hemm effetti sekondarji fir-rigward tat-turiżmu reġjonali, kif ukoll ċrieki li ta' sikwit huma iżgħar ta' produzzjoni u konsum, li huwa ta' benefiċċju ambjentali.

3.3

Iċ-ċirkostanzi ekonomiċi wasslu wkoll biex il-birra tiġi kkonsmata aktar id-dar milli fil-bars jew fir-ristoranti, u b'hekk anqas impjiegi, anqas valur miżjud u anqas dħul għall-gvern iġġenerati minn kull litru ta' birra li tinxtorob fl-UE (11). Pressjonijiet li kienu aktar qawwija fuq il-prezzijiet fis-settur tal-bejgħ bl-imnut influwenzaw ukoll din ix-xejra.

3.4

In-numru dejjem jikber ta' birriera u l-innovazzjoni tal-prodotti wasslu wkoll biex joħorġu prodotti ġodda u minnhom igawdu l-konsumatur, is-soċjetà u l-ambjent. Permezz tad-diversifikazzjoni f'birer b'kontenut alkoħoliku baxx jew mingħajr alkoħol inħolqu wkoll opportunitajiet għall-birriera ta' kull daqs, u dan wassal għal żidiet fil-bejgħ, filwaqt li qed tiżdied ukoll b'mod konsistenti d-disponibbiltà ta' birer organiċi.

Aspetti ta' tassazzjoni

3.5

Is-settur tal-produzzjoni tal-birra jipprovdi benefiċċji sostanzjali għall-gvernijiet nazzjonali f'termini fiskali. Minħabba l-produzzjoni u l-bejgħ tal-birra, il-gvernijiet jirċievu ammonti sinifikanti ta' dħul mis-sisa, mill-VAT, minn taxxi relatati mad-dħul u minn kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali imħallsin mill-ħaddiema u dawk li jħaddmuhom fis-settur tal-birra kif ukoll f'setturi oħrajn relatati fejn l-impjiegi jistgħu jiġu attribwiti indirettament mas-settur tal-birra. Fl-2010 dan id-dħul kien jammonta għal madwar EUR 50,6 biljun (12).

3.6

Ir-reżiljenza tas-settur tal-birra għad-diffikultajiet ekonomiċi attwali ġiet ittestjata wkoll minn piż tat-taxxa li qed jiżdied, prinċipalment id-dazju fuq is-sisa, iżda wkoll mir-rati tal-VAT partikolarment fuq is-setttur tal-ospitalità. Dawk iż-żidiet komplew iħarrxu s-sitwazzjoni ekonomika skomda partikolarment f'pajjiżi bħall-Ungerija, il-Finlandja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit (13). Fil-perjodu 2008-2010, it-total tal-valur miżjud attribwit għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-birra fl-UE naqas b'10 % (14) u t-taxxa totali miġbura mis-settur tal-birra fl-UE naqset b'EUR 3,4 biljun.

3.7

Is-sistema ta' dazju fuq is-sisa fil-livell nazzjonali u tal-UE għandha tirrikonoxxi l-karatteristiċi uniċi tal-birra, inkluż il-kontenut tal-alkoħol ġeneralment baxx tagħha, il-proċess tal-produzzjoni u l-kontribut tas-settur tal-birra għas-soċjetà, il-ħolqien tal-impjiegi u l-ekonomija f'sens aktar wiesa'. Għal dan il-għan il-birra, bħala xarba ffermentata, għandu jkollha kundizzjonijiet indaqs u għaldaqstant, ir-rata minima ta' żero ewro applikabbli għall-inbid u xarbiet oħrajn ifferermentati għandha tiġi stabbilita għall-birra fil-leġislazzjoni tal-UE dwar is-sisa (15).

3.8

Politika bilanċjata dwar is-sisa fil-livell nazzjonali u użu aħjar tal-mekkaniżmi eżistenti għall-kooperazzjoni fi ħdan l-amministrazzjoni fiskali jistgħu jsiru strument biex jiġu evitati l-kummerċ immexxi mit-taxxa u l-prattiki relatati li jagħmlu ħsara, u b'hekk tkun qed tingħata għajnuna lis-settur tal-birra biex iżomm il-kompetittività tiegħu partikolarment f'żoni konfinali.

3.9

Minħabba l-importanza tas-settur tal-bejgħ tal-birra għall-konsum fuq il-post (16), il-politika tat-tassazzjoni tista' wkoll taqdi rwol bħala miżura li ttejjeb it-tkabbir għas-setturi tal-konsum fuq il-post u tal-produzzjoni tal-birra, b'impatt pożittiv għall-impjieg fil-livell lokali.

Kummerċ internazzjonali

3.10

Minkejja li qed tiffaċċja kundizzjonijiet ħżiena, l-industrija Ewropea tal-birra għadha reżiljenti u kompetittiva. Il-birriera lokali għadhom qed iżommu l-pożizzjoni tagħhom fis-swieq barra mill-fruntieri nazzjonali u dawk tal-UE. Minkejja li l-parti l-kbira tal-produzzjoni Ewropea hija kummerċjalizzata ġewwa s-suq uniku tal-UE, l-esportazzjonijiet lejn partijiet differenti tad-dinja żdiedu b'mod kostanti mill-2000 'l hawn, bi tkabbir ta' 30 % mill-2007 sal-lum. L-akbar destinazzjonijiet tal-esportazzjoni jinkludu l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Angola, iċ-Ċina, l-Isvizzera, it-Tajwan, ir-Russja u l-Awstralja (17). Barra dan, il-birriera fl-Ewropa huma wkoll investituri kbar fil-kontinenti kollha u jipparteċipaw ukoll f'diversi inizjattivi ta' kooperazzjoni ma' birriera lokali.

3.11

Madankollu, il-potenzjal li l-birra Ewropea għandha biex iżżomm u tkabbar il-preżenza tagħha f'pajjiżi terzi jista' jiġi mhedded minn regolamenti lokali li jirrapreżentaw ostaklu kummerċjali li jfixkel l-esportazzjonijiet u l-investimenti rigward il-birra. Minbarra t-tariffi, dawk l-ostakli jistgħu jirriżultaw minn miżuri relatati mal-leġislazzjoni bħal pereżempju d-definizzjoni tal-prodott (pereżempju fir-Russja) jew proċeduri amministrattivi fiskali (pereżempju fl-Albanija u fit-Turkija). Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mas-settur tal-birra, għandhom rwol ewlieni biex jindirizzaw dawn id-diffikultajiet u oħrajn li jfiġġu minn żmien għal ieħor fi swieq barranin.

3.12

Filwaqt li l-Unjoni Ewropea tapplika tariffa doganali ta' żero ewro għall-importazzjoni ta' birra fil-ftehimiet ta' kummerċ rispettivi, diversi pajjiżi jżommu d-dazji doganali biex jiskoraġġixxu l-importazzjoni minn Stati Membri tal-UE li joħolqu kompetizzjoni. In-negozjati li jinsabu għaddejjin dwar Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles ikopru dan l-aspett ukoll, u l-aktar ftehimiet reċenti (pereżmpju bejn l-UE u l-Korea t'Isfel) jaħsbu għal tnaqqis progressiv tad-dazji, skema li għandha tkompli tiġi estiża.

3.13

Il-prospetti ta' preżenza ta' marki tal-birra Ewropea fis-swieq barranin jiżdiedu wkoll permezz tal-avvenimenti ta' promozzjoni, bħal ngħidu aħna wirjiet u fieri, u l-iskemi ta' konsultazzjoni li jingħataw mill-Kummissjoni Ewropea f'pajjiżi terzi. Il-parteċipazzjoni tal-birriera fl-attivitajiet rispettivi ta' fuq il-post s'issa kienet pjuttost fqira minħabba għarfien limitat dwar il-benefiċċji li jistgħu jinkisbu u minħabba nuqqas ta' reklamar.

4.   Ħolqien ta' impjieg f’kull livell

4.1

Is-settur tal-birriera jmur lil hinn mill-produzzjoni tal-birra stess. Dan ikopri diversi attivitajiet li jibdew mill-materji prima agrikoli li jinsabu fil-qalba tal-proċess tal-produzzjoni tal-birra sal-industrija tal-ospitalità u s-settur tal-bejgħ bl-imnut. Il-birreriji fl-Unjoni Ewropea bejniethom jipprovdu aktar minn 128 800 impjieg dirett. Barra minn hekk aktar minn 2 miljun impjieg jistgħu jiġu attribwiti għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-birra, u jirrapreżentaw madwar 1 % tal-impjiegi kollha fl-UE biss (18), f'kapaċitajiet ta' impjieg li jvarjaw.

4.2

L-għanijiet tal-UE ta' ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva fl-Istrateġija tal-Ewropa 2020 għat-tkabbir jidhru fil-karatteristiċi tas-settur tal-birra. Il-birriera jinsabu fil-pajjiżi Ewropej kollha u jappoġġaw 'il fuq minn żewġ miljun impjieg minħabba l-infiq kbir fuq l-oġġetti u s-servizzi u minħabba l-introjtu ġġenerat fis-settur tal-ospitalità u tal-bejgħ bl-imnut. Aktar minn 73 % tal-impjiegi ġġenerati mill-birra huma fil-qasam tal-ospitalità.

4.3

Minħabba li s-settur tal-ospitalità jaqdi wkoll rwol fundamentali biex jiġu żgurati l-impjiegi u t-tkabbir, mhux biss direttament ġewwa l-intrapriżi assoċjati imma wkoll b'mod indirett għal partijiet kbar mill-ekonomija Ewropea, il-miżuri għall-iżvilupp tas-settur huma essenzjali għall-impjieg speċjalment fost ħaddiema żgħażagħ u li m'għandhomx ħiliet biex dawn jevitaw ix-xogħol prekarju u l-ħlas baxx.

4.4

Din il-varjetà unika tgħaqqad flimkien il-patrimonju, il-kultura u l-modernità, u b'hekk toffri diversi possibilitajiet biex isir użu mill-ħiliet tax-xogħol fi ħdan il-birreriji u madwarhom. Minbarra x-xogħol relatat mal-katina tal-provvista u l-forniment, il-potenzjal tal-esperjenza gastronomika u tat-turiżmu għandu jkompli jiġi żviluppat sabiex jiżdied l-impjieg permezz tal-attivitajiet tal-birriera nfushom, kif ukoll permezz ta' skemi ta' finanzjament nazzjonali u tal-UE.

4.5

L-industrija tal-produzzjoni tal-birra ħasset l-effetti tal-qagħda ekonomika globali u ġarrbet tnaqqis fl-impjieg dirett ta' 9 % bejn l-2008 u l-2010 minħabba tnaqqis fil-konsum tal-prodott. Minkejja t-tnaqqis fil-konsum b'riżultat taċ-ċirkostanzi ekonomiċi inwiegħra tal-Ewropa, in-numru totali ta' birreriji (inkluż il-mikrobirreriji) fl-Ewropa kien akbar fl-2010 (3 638) milli fl-2008 (3 071) u għadu għaddej minn żvilupp kontinwu, u b'hekk joffri potenzjal għal aktar impjiegi. Dan il-potenzjal m'għandux jiġi mhedded minn miżuri li jillimitaw il-bejgħ jew ta' natura fiskali detrimentali u għandu jkompli jiġi msaħħaħ permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u anke f'livelli ogħla biex jiġġenera impjiegi ta' kwalità ogħla fis-settur.

5.   Kontribut għall-għanijiet ta' sostenibbiltà ambjentali

5.1

L-industrija Ewropea tal-birra trid tirreaġixxi għal diversi objettivi relatati mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, u mat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 u fl-użu tar-riżorsi bħala parti mill-impenn tagħha għas-sostenibbiltà. L-investimenti li saru fis-snin reċenti qed iwasslu għal tnaqqis fl-użu ta' riżorsi naturali, għal tnaqqis fil-produzzjoni ta' skart u, b'mod konsistenti, għall-użu mill-ġdid ta' materjal sekondarju li joħroġ mill-proċess ta' produzzjoni tal-birra.

5.2

Il-birriera wrew ukoll impenn lejn l-ambjent billi ħadu passi u investew sabiex naqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, l-użu tal-enerġija, il-produzzjoni ta' skart ta' ilma u sabiex għamlu bidliet fl-imballaġġ. Is-settur tal-produzzjoni tal-birra żviluppa wkoll linji gwida għall-aqwa tekniki disponibbli, li jagħmlu enfasi fuq ir-rwol ta' ġestjoni sostenibbli u li jistgħu jservu ta' referenza għal impenji rigward objettivi ambjentali. L-użu ta' valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja bħala għodda awtoanalitika għandu jitħeġġeġ sabiex ikopri l-aktar firxa wiesgħa possibbli fl-industrija tal-birra, filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet ta' birreriji żgħar immexxija mill-familji minħabba restrizzjonijiet ta' kapaċità.

5.3

Bejn l-2008 u l-2010 s-settur tal-produzzjoni tal-birra kompla għaddej bl-isforzi tiegħu minkejja li l-qagħda tan-negozju kienet sejra għall-agħar, u r-riżultati juru tnaqqis fil-konsum tal-ilma ta' 4,5 % u tnaqqis fl-użu tal-enerġija ta' 3,8 % għal kull ettolitru ta' birra prodotta. Ġie stmat ukoll li l-emissjonijiet tas-CO2 tnaqqsu b'7,1 % (19).

5.4

Il-kwalità u l-konsum tal-ilma huma fatturi importanti fil-proċess tal-produzzjoni tal-birra. Għalhekk hija meħtieġa ġestjoni tal-ilma adegwata mill-fornituri tal-ilma u mill-birriera sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-birra. F'dan ir-rigward, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex l-esplorazzjonijiet tal-gassijiet tax-shale ma jniġġsux il-provvista tal-ilma ta' taħt l-art għall-konsumaturi, inklużi l-utenti industrijali. B'mod speċifiku fl-industrija tal-birra, il-KESE jinnota kif birreriji Olandiżi u Ġermaniżi diġà qed isegwu l-iżviluppi f'dan il-qasam bi tħassib kbir.

5.5

Hemm diversi prodotti oħra utli li jiġu ġġenerati (li jissejħu prodotti sekondarji) mill-materji prima meta jintużaw fil-proċess tal-produzzjoni tal-birra. Dawn huma apprezzati ħafna bħala materjali biex jintużaw fi proċessi industrijali oħrajn jew bħala materjali għal użi finali speċifiċi, pereżempju farmaċewtiċi, ikel tajjeb għas-saħħa, sorsi ta' enerġija rinnovabbli, applikazzjonijiet industrijali, għalf u prodotti agrikoli (20), kosmetiċi jew prodotti tal-ispa. Dawn il-materjali jilħqu standards ta' kwalità rigorużi u huma konformi ma' leġislazzjoni stretta dwar is-sigurtà tal-ikel/għalf u leġislazzjonijiet oħra. L-importanza u l-valur ta' dawn il-materjali sekondarji wassal biex il-birriera stabbilixxew għal żmien twil arranġamenti ta' forniment man-negozjanti u l-utenti finali.

6.   Attur responsabbli fil-komunità

6.1

Matul is-snin, kumpaniji u assoċjazzjonijiet tal-birra fil-pajjiżi Ewropej kollha ħadu inizjattivi maħsubin biex iqajmu kuxjenza dwar konsum responsabbli, itejbu l-għarfien tal-konsumatur, jiżguraw reklamar u kummerċ responsabbli, iwasslu messaġġi ta' prevenzjoni, u jbiegħdu lill-konsumaturi minn imġiba irresponsabbli. Ħafna minn dawk l-inizjattivi lokali twettqu permezz ta' sħubija u ġew rikonoxxuti mill-awtoritajiet nazzjonali bħala kontribut importanti għas-soċjetà. Ġew adottati ukoll fil-livell Ewropew fil-qafas tal-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa (21).

6.2

Biex ikomplu jiżviluppaw dawn l-attivitajiet, il-gvernijiet, il-birriera u operaturi ekonomiċi u gruppi tas-soċjetà ċivili oħrajn għandhom jaħdmu flimkien biex iwettqu kampanji li jippromovu konsum responsabbli tal-birra, li jistgħu jkunu kompletament kompatibbli ma stili ta' ħajja adulta b'saħħitha, u li jiskoraġġixxu l-abbuż mill-alkoħol.

6.3

Minħabba l-karrattru lokali tal-birra l-birriera Ewropej għandhom rabtiet sodi mal-komunitajiet lokali tagħhom u jappoġġaw firxa wiesgħa ta' attivitajiet. Fl-Unjoni Ewropea is-settur tal-birra jonfoq aktar minn EUR 900 miljun fis-sena f'għajnuna lill-komunità (22), permezz ta' firxa wiesgħa ta' attivitajiet ta' appoġġ fil-livelli lokali u reġjonali.

6.4

Hemm impenn qawwi mill-industrija u mill-partijiet interessati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' inizjattivi korporattivi u istituzzjonali favur ir-responsabbiltà sabiex jiġu indirizzati l-effetti ħżiena ta' konsum perikoluż. Dan l-impenn għandu jiġi rikonoxxut f'qafas bilanċjat dwar il-kummerċjalizzazzjoni u l-komunikazzjonijiet kummerċjali mwettqa mill-birriera (23).

6.5

Fid-dawl tar-rwol li taqdi l-birra fil-qasam tal-kultura, il-patrimonju u l-konsum, għandha tingħata kunsiderazzjoni lil inizjattiva tal-Unjoni Ewropea li tipprovdi l-mezzi finanzjarji għall-organizazzjoni ta' taħriġ speċjali għall-għalliema u l-edukaturi fil-livelli kollha, b'enfasi fuq l-aspetti tas-saħħa, dawk soċjali u kulturali tal-konsum ta' xorb fermentat.

7.   Żamma tar-rwol fir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni

7.1

Ir-rwol tal-edukazzjoni u r-riċerka huwa fattur kruċjali biex jinżamm l-involviment tas-settur. Dawn isiru permezz tal-universitajiet, l-iskejjel tal-birriera, l-istituti tat-teknoloġija tal-ikel u permezz ta' netwerks oħrajn. L-organizzazzjoni ta' fora għall-iskambju ta' informazzjoni għandha titkompla, sabiex l-Ewropa tibqa' tkun ċentru mexxej għall-investigazzjonijiet żviluppati mill-birriera, is-sħab tagħhom, ir-riċerkaturi u individwi oħrajn li jiġu attirati.

7.2

Il-kapaċità u l-potenzjal għar-riċerka għandhom jitrawmu, għaliex il-birriera jaqdu rwol importanti bħala sħab industrijali f'diversi oqsma relatati mat-teknoloġiji tal-ikel u tal-produzzjoni tal-birra, mal-aspetti tas-saħħa jew mal-prestazzjoni ambjentali. Iż-żieda fil-parteċipazzjoni fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka, fil-programm ta' Orizzont 2020 u fi pjattaformi teknoloġiċi oħrajn jtejbu l-potenzjal eżistenti (24).

7.3

L-appoġġ għall-isforzi mis-settur tal-birra biex jippromovu l-eċċellenza skont l-ogħla standards xjentifiċi fir-rigward tal-karatteristiċi tal-birra u l-effetti tagħha fuq is-saħħa u l-imġiba jistgħu jagħtu kontribut ukoll sabiex jittejbu l-informazzjoni u l-edukazzjoni f'dan il-qasam importanti. Parteċipazzjoni aħjar fl-iskemi ta' finanzjament tal-UE u ta' kooperazzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati mill-partijiet attivi kollha.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  The Brewers of Europe statistics, 2012 edition, October 2012. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  Canadean Global beer trends 2012. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(3)  ABInbev, Carlsberg, Heineken, SABMiller (fl-2013).

(4)  Kummissjoni Ewropea, DĠ għall-Intrapriża u l-Industrija.

(5)  http://ec.europa.eu/agriculture/quality/index_en.htm.

(6)  DPO (denominazzjoni protetta ta' oriġini), IĠP (indikazzjoni ġeografika protetta).

(7)  Kummissjoni Ewropea, DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

(8)  Kummissjoni Ewropea, DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Diċembru 2009; Pavlovic M., Frar 2012.

(9)  Kummissjoni Ewropea, DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

(10)  COM (2012) 795 final.

(11)  Ernst Young, The Contribution made by Beer to the European Economy, September 2011. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(12)  Ernst Young, September 2011.

(13)  Kummissjoni Ewropea, Tabelli tad-dazji fuq is-sisa, 2013.

(14)  Ernst Young, September 2011.

(15)  ĠU C 69, 21.7.2006, p. 10. (Mhix disponibbli bil-Malti)

(16)  Ernst Young, “The Hospitality Sector in Europe”, September 2013. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(17)  Kummissjoni Ewropea, DĠ għall-Kummerċ.

(18)  Ernst Young, September 2011.

(19)  CampdenBRI / KWA, The Environmental Performance of the European Brewing Sector, May 2012. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(20)  Bamforth, C. (2009) "Contraception, Charcoal and Cows: The World of Brewery Co-Products" Brew. Guardian, 138(1), 24-27. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(21)  The Brewers of Europe, European beer pledge: 1st year report, April 2013. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(22)  Sponsorship ideas, “Supporting local communities: Assessing the contribution of local brewers”, May 2011. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(23)  ĠU C 48, 21.2.2002, p. 130. (Mhix disponibbli bil-Malti.)

(24)  ĠU C 327, 12.11.2013, p. 82.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/32


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-immigrazzjoni irregolari bil-baħar fir-reġjun Ewro-Mediterranju” (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2014/C 67/07

Relatur: is-Sur GKOFAS

Korelatur: is-Sur MALLIA

Fis-17 ta' Settembru 2012, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

L-immigrazzjoni irregolari bil-baħar fir-reġjun Ewro-Mediterranju.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar il-25 ta' Settembru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'183 vot favur, 3 voti kontra u 11-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

L-immigrazzjoni irregolari hija suġġett li ġie analizzat mill-KESE f'diversi okkażjonijiet minn angoli differenti (1). Il-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari huwa wieħed kumpless li jmiss diversi aspetti u li jirrikjedi kemm miżuri għal perjodu ta' żmien qasir kif ukoll miżuri fit-tul. Din l-opinjoni ser tiffoka fuq il-punti mniżżla hawn taħt:

1.2

F'dan il-kuntest, il-Kumitat jesprimi sentimenti ta' dispjaċir kbir għall-mewt ta' mill-inqas 311 migrant Afrikan, u probabbilment ħafna aktar, lil hinn mill-kosta ta' Lampedusa f'żewġ inċidenti reċenti ta' nawfraġju. Filwaqt li m'hemmx kawża waħda għal din it-traġedja, il-Kumitat jemmen li dawn l-avvenimenti huma sintomatiċi tal-problema aktar wiesgħa tal-immigrazzjoni irregolari bil-baħar lejn l-UE, u li hemm rabta ta' kawża u effett bejn dawn iż-żewġ inċidenti u dak li jidher bħala n-nuqqas ta' kapaċità tal-UE li tistabbilixxi politiki sodisfaċenti u koerenti dwar l-immigrazzjoni irregolari bbażati fuq is-solidarjetà, fosthom politiki dwar it-tfittxija, is-salvataġġ u d-diżimbark. Il-Kumitat jappella lill-UE u lill-Istati Membri biex iqisu dawn l-inċidenti bħala twissija biex jistenbħu u jaġixxu issa fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta' din l-opinjoni qabel ma sseħħ traġedja oħra. It-traġedji ta' Lampeduża jsaħħu l-ħtieġa assoluta li l-UE titratta l-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari u s-superviżjoni tal-fruntieri bħala kwistjoni Ewropea.

1.3

Drittijiet tal-bniedem: il-Kumitat jinsab imħasseb huwa u josserva li fl-Ewropa qed jiżdiedu l-intolleranza, ir-razziżmu u l-ksenofobija kontra l-immigranti, kontra “l-oħrajn”, u jibża’ li l-effetti soċjali tal-kriżi finanzjarja se jikkontribwixxu sabiex dawn jiżdiedu. Jeħtieġ li l-politiċi, il-mexxejja soċjali u l-mezzi ta’ komunikazzjoni jaġixxu b’mod ferm responsabbli u b’pedagoġija politika u soċjali kbira sabiex jiġi evitat dan it-tip ta’ mġiba. Id-drittijiet tal-bniedem tal-immigranti irregolari jridu jitħarsu f'kull ħin, meta jiġu salvati jew detenuti, jingħataw l-istatus ta' protezzjoni, ikunu fil-qagħda irregolari ta' "persuni mingħajr dokumenti" jew jiġu rimpatrijati lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom.

1.4

Salvataġġ ta' persuni fil-baħar: kull min ikun fil-periklu fil-baħar jew isib ruħu f' sitwazzjoni oħra ta' periklu, irid jiġi salvat, u dan jgħodd ukoll għall-immigranti irregolari.

1.5

Żbark: l-UE trid tadotta politika ta' żbark li ma żżidx il-piż fuq l-Istati Membri li diġà qed jiffaċċjaw flussi sproporzjonati. Il-kwistjoni tal-iżbark trid tissolva fuq il-bażi tal-prinċipju tal-iżbark fl-eqreb post sikur biss jekk il-pajjiż inkwistjoni jikkonforma bis-sħiħ mal-konvenzjonijiet internazzjonali kollha dwar id-drittijiiet tal-bniedem u jkun suġġett għall-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.

1.6

Id-dritt għall-asil u l-għoti tiegħu: għandu jiġi ggarantit il-prinċipju ta’ non-refoulement fil-fruntiera u għandu jiġi żgurat li dawk kollha li għandhom bżonn protezzjoni internazzjonali jkunu jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom fl-UE u li dawn l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. F'dan il-kuntest, hemm bżonn li tinħoloq sistema iżjed effiċjenti biex jiġu eżaminati t-talbiet għall-asil. Il-KESE jappoġġja wkoll il-kollaborazzjoni mal-pajjiżi terzi sabiex jissaħħew is-sistemi tal-asil tagħhom u l-konformità mal-istandards internazzjonali.

1.7

Rimpatriju tal-immigranti irregolari: id-Direttiva dwar ir-Ritorn (2) tipprovdi qafas Ewropew ta’ garanziji legali u proċedurali ta’ protezzjoni (3), li huma apprezzati mill-KESE, bħar-rimedju effettiv li persuna tappella kontra d-deċiżjonijiet relatati mar-ritorn quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti jew korp kompetenti independenti, kif ukoll rappreżentanza u assistenza legali bla ħlas, ċerti garanziji waqt l-istennija tar-ritorn, il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni, eċċ. Il-Kumitat jipproponi li l-politika Ewropea dwar ir-ritorn għandha tkun imsejsa fuq approċċ volontarju u fuq l-ikbar konsiderazzjoni possibbli tal-valuri umanitarji. Il-leġittimità u l-kredibbiltà tal-politika Ewropea dwar l-immigrazzjoni fil-bqija tad-dinja jiddependu minn dan. L-Artikolu 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jipprojbixxi b'mod espliċitu tkeċċijiet kollettivi u jiżgura li ħadd ma jista’ jitneħħa, jitkeċċa jew ikun estradit lejn Stat fejn ikun hemm riskju serju li jkun suġġett għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal pieni jew trattamenti oħra inumani jew degradanti – il-prinċipju ta’ non-refoulement (Artikoli 4 u 19 tal-Karta).

1.8

Politika Ewropea globali dwar l-immigrazzjoni irregolari bbażata fuq is-solidarjetà: il-KESE huwa tal-fehma li, sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, għandha tissaħħaħ is-solidarjetà tal-UE ma’ dawk l-Istati Membri li, minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom, ikollhom jittrattaw ma’ ammonti kbar ta’ vittmi tan-netwerks tat-traffikar/il-kuntrabandu kriminali li jaslu b’mezzi irregolari. Il-fruntieri tal-UE, u dawn jinkludu l-fruntieri tal-baħar tal-Istati Membri tal-UE fil-Mediterran, huma l-fruntieri tal-Istati Membri kollha tal-UE u għaldaqstant, ir-responsabbiltà li jitħarsu tajjeb għandha tinqasam fost l-Istati Membri, b'konformità mat-Trattati. Dan ma jirrigwardax biss it-turija ta' solidarjetà, iżda li l-Istati Membri kollha jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom permezz ta' mekkaniżmi li jaqsmu l-piż li ġġib magħha l-immigrazzjoni irregolari. Għalhekk, is-solidarjetà u l-appoġġ għandhom jintwerew ukoll mal-Istati Membri li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-UE permezz ta' mekkaniżmi li jaqsmu l-piż li jippermettu li l- applikanti għall-asil jiġu risistemizzati fi ħdan l-UE. Il-KESE jappoġġja b'konvinzjoni l-implimentazzjoni ta' Koeffiċjent ta' Distribuzzjoni tal-UE kif deskritt fir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar it-titjib tas-solidarjetà fl-UE fil-qasam tal-ażil (2012/2032 INI).

1.9

Abbozzar ta' ftehimiet ma' pajjiżi terzi: l-għan prinċipali tad-djalogi dwar il-migrazzjoni u l-mobilità tal-UE ma’ pajjiżi terzi għandu jkun li tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni legali u ordnata, li tiġi żgurata l-liġi internazzjonali dwar l-asil, li titnaqqas l-immigrazzjoni irregolari u li jiġu miġġielda n-netwerks kriminali tat-traffikar tal-bnedmin. Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi hija spiss essenzjali bħala kundizzjoni għall-implimentazzjoni effikaċi tal-proċeduri tar-rimpatriju. Din il-kooperazzjoni trid titjieb biex tikseb riżultati aħjar. Fl-istess waqt trid tingħata assistenza lil ċerti pajjiżi ta' tranżitu biex huma jkunu jistgħu jiġġestixxu l-fruntieri tagħhom aħjar, u anke jkunu jistgħu jibnu l-kapaċità biex jagħtu ħarsien lil dawk li jeħtiġuh.

1.10

L-Aġenzija Ewropea għall-Fruntieri Esterni - Frontex: Frontex għandha tiġi ristrutturata f'aġenzija Ewropea ġenwina għall-fruntieri esterni, bi rwol ta' koordinazzjoni usa' rigward l-azzjoni konġunta tal-UE dwar il-fruntieri esterni tal-Istati Membri tagħha. F'dan ir-rigward hemm bżonn li jsir aktar xogħol fuq il-kunċett ta' Gruppi Ewropej għall-Għassa tal-Fruntieri, kif ġie enfasizzat fir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-Frontex (A7-0278/2011). L-ambitu tal-azzjoni għandu jitwessa' wkoll sabiex ikun jista' jsir aktar sforz fil-qasam tal-prevenzjoni. Huwa ċar li hemm bżonn ta' aktar riżorsi u mhux inqas jekk din l-aġenzija ser ikollha rwol effikaċi. Madankollu, l-operazzjonijiet konġunti koordinati mill-Aġenzija u r-riperkussjonijiet tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali u l-garanziji amministrattivi previsti fil-Kodiċi tal-Fruntieri għandu jsirilhom kontroll demokratiku min-naħa tal-Parlament u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA).

1.11

EASO: l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) beda jaħdem fi żmien relattivament reċenti. Għalhekk, huwa mistenni li jibda' jwettaq il-ħidma tiegħu b'mod sħiħ malajr, speċjalment rigward ir-rwol tiegħu li jfittex soluzzjonijiet sostenibbli u li jkun proattiv dwar is-solidarjetà fi ħdan l-UE, b'koerenza mal-obbligi tiegħu skont ir-regolament tal-EASO. L-EASO jrid ikun f’pożizzjoni li jidentifika b’mod ċar id-differenzi fil-prattiki tal-asil bejn l-Istati Membri, kif ukoll id-differenzi fil-leġislazzjoni tagħhom, u jipproponi l-bidliet meħtieġa.

1.12

Il-prevenzjoni tal-kuntrabandu uman u l-ġlieda kontrih: Il-KESE jisħaq ukoll li jrid isir kull sforz possibbli biex il-kriminalità organizzata tiġi miġġielda b'determinazzjoni. M'għandhom jinżammu l-ebda riżorsi milli jintużaw biex dawk li 'jiffaċilitaw' il-kuntrabandu tal-persuni jinqabdu u jitressqu quddiem il-ġustizzja. F'dan ir-rigward huwa essenzjali li tiġi mfittxija l-assistenza tal-gvernijiet minn pajjiżi terzi.

1.13

Finanzjar: il-KESE jixtieq jisħaq li l-kwistjoni tat-twaqqif u l-ġestjoni tal-flussi tal-immigrazzjoni hija waħda li tirrigwarda l-Komunità kollha, u li dan il-fatt irid jiġi rifless fid-distribuzzjoni tal-ispejjeż finanzjari tal-għodod meħtieġa biex tiġi implimentata politika effikaċi. Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Fond għas-Sigurtà Interna jkunu ġestiti b'mod iżjed flessibbli mill-2014 'il quddiem

2.   Introduzzjoni

2.1

Il-politika komuni dwar l-immigrazzjoni għandu jkollha approċċ globali li jqis diversi aspetti, bħas-sitwazzjoni demografika u s-swieq tax-xogħol, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni, il-leġislazzjoni dwar l-ammissjoni ta’ immigranti ġodda, is-sitwazzjoni tal-immigranti f'sitwazzjoni irregolari, l-akkoljenza u l-protezzjoni ta’ dawk li jfittxu asil, il-ġlieda kontra n-netwerks kriminali tat-traffikar illegali tal-bnedmin, il-kollaborazzjoni ma’ pajjiżi terzi, is-solidarjetà Ewropea, il-politika soċjali u l-integrazzjoni.

2.2

Matul l-aħħar snin kien hemm avvenimenti, dikjarazzjonijiet u deċiżjonijiet politiċi li dwarhom il-Kumitat jinsab dejjem iżjed imħasseb, għaliex qed tinfirex fostna lkoll marda antika u magħrufa sew tal-Ewropej: il-ksenofobija u n-nazzjonaliżmu li jeskludi lill-oħrajn. Il-minoranzi u l-immigranti qed jisfaw vittmi ta’ disprezz, tgħajjir u politiki aggressivi u diskriminatorji.

2.3

Is-suġġett tal-immigrazzjoni irregolari huwa wieħed partikolarment serju u kumpless, kif juru t-tabelli fl-appendiċijiet fl-aħħar tad-dokument. Barra minn hekk, din hija kwistjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) kollha u għandha tiġi trattata bħala tali. L-immigranti irregolari li jgħaddu mill-fruntiera tan-Nofsinhar dejjem ifittxu li jsibu sistemazzjoni f'pajjiżi oħra tal-UE.

2.4

Minħabba li fiż-żona Schengen ma jeżistux fruntieri interni, il-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari għandha implikazzjonijiet għall-Ewropa kollha u trid tiġi indirizzata b'politika Ewropea komuni u effikaċi.

2.5

Il-KESE studja s-suġġett tal-immigrazzjoni irregolari bir-reqqa u esprima l-fehmiet tiegħu f'għadd ta' opinjonijiet, adottati b'maġġoranzi wesgħin.

2.6

Dawn l-opinjonijiet fihom analiżi tal-kawżi tal-immigrazzjoni irregolari lejn l-UE, filwaqt li nnutaw in-nuqqas ta' politika globali tal-UE dwar l-immigrazzjoni irregolari u li l-progress qed isir bil-mod wisq sabiex l-UE jkollha politika komuni dwar l-immigrazzjoni u l-asil kif ukoll leġislazzjoni li għandha livell għoli ta' armonizzazzjoni. Hemm ukoll referenza estensiva għall-konsegwenzi tal-problema u jiġu proposti għadd ta' soluzzjonijiet.

2.7

Eluf ta' immigranti irregolari jidħlu fl-UE bil-baħar. Dan ifisser li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari bil-baħar, li skont il-Frontex tinsab l-aktar fir-reġjun Ewro-Mediterranju, trid tiġi trattata b'mod speċifiku.

2.8

L-għan ewlieni tal-opinjoni huwa li jiġi studjat il-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari bil-baħar, filwaqt li tirreferi għal xi wħud mill-kwistjonijiet ewlenin assoċjati mal-immigrazzjoni irregolari b'mod ġenerali, biex jitfittxew soluzzjonijiet globali li jiggarantixxu politika ta' immigrazzjoni li hija effikaċi, umana u finanzjarjament abbordabbli.

3.   Analiżi tal-problema

3.1   Id-drittijiet tal-bniedem

3.1.1

Id-drittijiet tal-immigranti irregolari għandhom jiġu rispettati totalment f'kull ħin, mill-mument li jiġu salvati jew detenuti sakemm jiksbu l-istatut ta' ħarsien, isibu ruħhom f'sitwazzjoni irregolari "mingħajr dokumenti" jew jiġu rimpatrijati fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom. Il-migrazzjoni irregolari bil-baħar spiss twassal għat-telf tal-ħajjiet. F'dan ir-rigward, il-KESE jisħaq fuq l-importanza li jiġu mħarsa d-drittijiet fundamentali tal-bniedem f'kull waqt. Il-KESE ppropona li l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tissorvelja wkoll l-azzjonijiet ta' kontroll tal-fruntieri u l-operazzjonijiet tal-Frontex. Il-Kumitat jappoġġja l-attivitajiet tal-Forum Konsultattiv tal-Frontex u jesprimi l-interess tiegħu fil-kooperazzjoni.

3.2   Salvataġġ tal-persuni mill-baħar

3.2.1

L-Istati Membri u l-bastimenti privati huma obbligati li jsalvaw lil kull minn huwa fil-periklu fil-baħar. Dan jinkludi lill-immigranti u t-traffikanti/kuntrabandisti li ħadu riskji b'mod konsapevoli. F'ħafna każijiet, in-netwerks tal-kriminali li jittraffikaw/jikkuntrabandaw il-persuni li qed ifittxu l-asil jew l-immigranti irregolari jesponu lil dawn il-persuni għal riskji kbar. L-aġenziji u l-NGOs indikaw li fil-Mediterran kull sena jmutu eluf ta' persuni f'ċirkostanzi bħal dawn u, f'xi każijiet, dawn il-persuni ma rċevewx għajnuna jew ma ġewx salvati mill-bastimenti li kienu għaddejjin qrib.

3.3   Żbark

3.3.1

Fl-aħħar snin kien hemm kontroversji legali u politiċi meta s-salvataġġ isir fl-ilmijiet internazzjonali fil-Mediterran, li poġġew f'riskju żejjed il-ħajja ta' ħafna persuni. Il-KESE jisħaq li l-kwistjoni tal-iżbark trid tissolva fuq il-bażi ta' żbark fl-eqreb post sikur bil-kundizzjoni li l-pajjiż inkwistjoni jikkonforma mal-konvenzjonijiet internazzjonali kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem u jkun suġġett għall-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem. Fil-każ tal-missjonijiet tal-Frontex, il-KESE ma jaqbel xejn li l-migranti dejjem iridu jittieħdu għand l-Istat Membru li jkun qed jospita l-missjonijiet. Politika bħal din toħloq tal-anqas żewġ problemi: (i) hija żżid il-pressjoni fuq l-Istati Membri li diġà qed jiffaċċjaw piżijiet kbar, sal-punt li ma tibqax vijabbli li l-Istati Membri li l-aktar li għandhom bżonn il-Frontex jospitaw xi missjoni Frontex; (ii) tagħmel ħsara lill-persuni salvati, peress li jridu jiġu trasportati t-triq kollha sal-pajjiż li jospita l-missjoni Frontex, aktar milli sal-post li jkun l-aktar adatt fiċ-ċirkostanzi (is-soltu l-aktar post sikur fil-viċin).

3.4   Id-dritt għall-asil u l-għoti tiegħu

3.4.1

Il-KESE jħeġġeġ lill-UE li tkompli tadotta sistema ta' asil komuni b'livell għoli ta' armonizzazzjoni leġislattiva. Ir-Regolament ta' Dublin jiddetermina r-responsabbiltà ta' kull Stat Membru inkarigat mill-eżami tal-applikazzjonijiet għall-asil. Il-KESE diġà wera li din is-sistema toħloq diversi problemi. Dak li jfittex l-asil għandu jiġi mistoqsi dwar liema Stat Membru jixtieq li jeżamina l-applikazzjoni tiegħu. Fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper (4), il-Kumitat irrakkomanda li “dak li jfittex l-asil ikollu l-libertà li jagħżel il-pajjiż li jkun irid iressaq l-applikazzjoni tiegħu quddiemu u li, f’din il-perspettiva, l-Istati Membri jkunu diġà mħeġġa sabiex japplikaw il-klawsola umanitarja prevista fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament.

3.4.2

Fil-qasam tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri nbdew numru ta’ attivitajiet li qed jitmexxew mill-Eurasil, grupp ta’ esperti nazzjonali mmexxija mill-Kummissjoni. Ġie stabbilit ukoll strument ta’ solidarjetà finanzjarja bil-ħolqien tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati. Mill-2014, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil ser ikollu aktar riżorsi kif ukoll aktar flessibbiltà għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

3.4.3

It-talbiet ta' dawk li jfittxu l-asil għall-protezzjoni jridu jiġu studjati fid-dawl tal-liġijiet Ewropej dwar l-asil u l-għoti ta' ħarsien internazzjonali. Dawk li verament jeħtieġu l-ħarsien għandhom jirċevuh.

3.4.4

Il-KESE jtenni li t-trattament u l-garanziji li jingħataw lil dawk li jfittxu l-asil fil-fruntieri jridu jkunu l-istess bħal dawk li jingħataw lil dawk li jippreżentaw it-talba tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru.

3.4.5

Il-Kumitat jappella li l-UE turi impenn akbar fil-ġlieda kontra n-netwerks kriminali li jittraffikaw il-bnedmin, iżda jqis li xi politiki dwar il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari qed iwasslu għal kriżi serja tal-asil fl-Ewropa. Il-KESE qal f’diversi Opinjonijiet (5) li l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari m’għandhiex toħloq problemi ġodda relatati mal-asil, u li l-uffiċjali responsabbli mill-kontroll tal-fruntieri għandhom jirċievu taħriġ xieraq biex jiggarantixxu d-dritt tal-asil.

3.4.6

Il-KESE jappoġġja l-proposti mressqa mill-UNHCR biex jitwaqqfu gruppi ta’ esperti dwar l-asil li jgħinu fl-operazzjonijiet kollha ta’ kontroll tal-fruntieri fl-UE.

3.4.7

Huwa importanti ħafna li jiġi indikat li iżjed minn eluf minn dawk li jidħlu fl-UE ma jitolbux l-asil peress li huma migranti ekonomiċi u l-aspirazzjoni ewlenija li jkunu daħlu biha fl-UE hija li jkomplu fi triqthom lejn pajjiżi Ewropej oħra, u mhux li jibqgħu fil-pajjiż fejn ikunu waslu fil-bidu.

3.4.8

Is-sħubijiet ta' mobbiltà m'għandhomx ifissru li l-pajjiżi msieħba jridu jħallsu l-ispejjeż kollha tal-proċeduri tal-asil għall-persuni li jkunu għaddejjin mit-territorju tagħhom. L-UE għandha turi l-appoġġ tagħha permezz tal-Fond għall-Ażil. Dan il-fond għandu jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi u strutturi li jippermettu li l-applikazzjonijiet għall-asil jiġu studjati u tittieħed deċiżjoni dwarhom fi żmien raġonevoli fil-kuntest tal-garanziji tal-liġi internazzjonali.

3.4.9

Il-KESE jħeġġeġ lill-UE li tkompli tadotta sistema ta' asil komuni b'livell għoli ta' armonizzazzjoni leġislattiva. It-talbiet għall-asil għandhom jiġu pproċessati mhux biss fil-pajjiżi ta' dħul, iżda wkoll mill-Istati Membri l-oħra. Kull applikant għall-asil għandu jiġi mistoqsi dwar liema Stat Membru jixtieq li jeżamina l-applikazzjoni tiegħu. Fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper (6), il-Kumitat rrakkomanda li “dak li jfittex l-asil ikollu l-libertà li jagħżel il-pajjiż li jkun irid iressaq l-applikazzjoni tiegħu quddiemu u li, f’din il-perspettiva, l-Istati Membri jkunu diġà mħeġġa sabiex japplikaw il-klawsola umanitarja prevista fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament” u b'hekk jitħaffef l-ipproċessar tat-talbiet u tittaffa l-konġestjoni burokratika fil-pajjiżi tad-dħul. Il-KESE jaqbel li l-UE taħdem flimkien ma' pajjiżi terzi biex jitjiebu s-sistemi tagħhom tal-asil li jsiru konformi mal-livelli internazzjonali. Fl-aspett estern tal-asil sar progress f’oqsma bħalma huma l-appoġġ tal-pajjiżi terzi li għandhom numru kbir ta’ refuġjati (il-Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali huma importanti ħafna) jew ir-risistemizzazzjoni tar-refuġjati fl-UE.

3.5   Rimpatriju tal-immigranti irregolari

3.5.1

Ir-ritorn tal-migranti li jkunu daħlu fl-UE b'mod irregolari jrid jiġi trattat b'attenzjoni. F'dan ir-rigward, ftehimiet ta' ritorn ma' pajjiżi terzi huma essenzjali biex jiġu assigurati li d-drittijiet tal-migranti li jkunu qed jirritornaw jiġu rispettati għal kollox.

3.5.2

Is-sħubijiet għall-mobbiltà għandhom jipprevedu proċeduri ta' ritorn li jkunu bbażati primarjament fuq ir-ritorn volontarju b'sistemi ta' appoġġ stabbiliti (7). Meta jiġu implimentati proċeduri ta' ritorn sfurzat, dawn iridu jsiru bl-ikbar rispett għad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni rimpatrijati, fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa (8).

3.5.3

Il-Kumitat jappella għal aktar trasparenza fir-rigward taċ-ċentri ta’ detenzjoni ġewwa u barra l-UE u jitlob li l-UNHCR tinżamm infurmata dwar is-sitwazzjoni tal-persuni li jinżammu f’dawn iċ-ċentri u li dawn il-persuni jingħataw assistenza adegwata mill-NGOs. Il-KESE jemmen li n-nisa tqal u l-minorenni għandhom jirċievu protezzjoni speċjali u għandhom jitpoġġew f'faċilitajiet adatti li għandhom jitwaqqfu bl-appoġġ finanzjarju tal-UE.

3.6   Politika Ewropea komprensiva dwar l-immigrazzjoni irregolari bbażata fuq "is-solidarjetà"

3.6.1

Il-KESE jisħaq li l-problema hija waħda Ewropea u mhux biss tal-pajjiżi tal-Mediterran; mhux l-anqas peress li mill-eżistenza tal-ftehim Schengen l-immigrazzjoni fir-reġjun tal-Mediterran trid tiġi indirizzata bi sforz Ewropew komuni. Dan ma jirrigwardax biss it-turija ta' solidarjetà komunitarja iżda wkoll li l-Istati Membri tal-UE jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom, permezz ta' politika Ewropea komuni li għandha tiġi proposta mill-Kummissjoni u approvata mill-Kunsill u l-Parlament.

3.6.2

Il-fruntieri tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u dan jinkludi l-fruntieri tal-baħar tal-Istati Membri tal-UE li jinsabu fix-xtut tal-Mediterran, huma l-fruntieri tal-Istati Membri kollha tal-UE, u l-Istati Membri kollha għandhom jaqsmu r-responsabbiltà biex iħarsuhom b'mod adegwat.

3.6.3

F'dan ir-rigward l-Istati Membri kollha għandhom jassistu u jipparteċipaw fi: (i) il-provvista tar-riżorsi meħtieġa għal salvataġġ mill-baħar u kontroll tal-fruntieri effikaċi (ii) l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-asil, fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom (iii) sitwazzjonijiet straordinarji, l-implimentazzjoni tal-proċeduri tar-rimpatriju u tal-espulsjoni (iv) it-trasferiment fi ħdan l-UE tal-migranti mill-Istati Membri ż-żgħar tal-Mediterran (v) il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar.

3.6.4

Ir-rilokazzjoni għandha sseħħ fuq il-bażi ta' mekkaniżmu stabbilit u permanenti. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tressaq il-proposta leġislattiva tagħha għal mekkaniżmu permanenti u effikaċi ta' rilokazzjoni ġewwa l-UE, bl-użu ta' koeffiċjent ta' distribuzzjoni tal-UE għar-rilokazzjoni dawk li japplikaw għall-asil, kif ġie deskritt fir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar it-titjib tas-solidarjetà fl-UE fil-qasam tal-ażil (2012/2032 INI). Biex jiġi aċċertat li dan il-mekkaniżmu jkun kemm jista' jkun effikaċi, din il-proposta leġislattiva għandha tqis ukoll l-esperjenza prattika miksuba mill-proġett pilota għal Malta EUREMA (9).

3.7   It-tfassil ta' ftehimiet ma' pajjiżi terzi li għandhom fruntiera mal-UE

3.7.1

L-Unjoni Ewropea għandha tuża l-influwenza politika u ekonomika kollha tagħha, partikolarment fil-pajjiżi li jibbenefikaw minn fondi importanti tal-UE, biex tikkonvinċihom jikkooperaw fil-kwistjonijiet tal-immigrazzjoni. Il-Kumitat jemmen li s-sħubijiet għall-mobilità għandhom jinkludu l-erba’ pilastri tal-Approċċ Globali: il-faċilitazzjoni u l-organizzazzjoni tal-migrazzjoni legali u l-mobilità; il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-migrazzjoni irregolari u t-traffikar tal-bnedmin; il-promozzjoni tal-protezzjoni internazzjonali u t-titjib tad-dimensjoni esterna tal-politika tal-asil; u l-massimizzazzjoni tal-impatt fuq l-iżvilupp tal-migrazzjoni u l-mobilità.

3.7.2

Is-soluzzjoni għall-problema trid tħares lil hinn mill-miżuri ta' għassa għal azzjoni preventiva li trid issir fil-pajjiżi terzi, filwaqt li jkun hemm enfasi akbar fuq l-iżvilupp ta' programmi ta' kooperazzjoni biex jappoġġjaw il-kultivazzjoni tal-art u t-trobbija tal-bhejjem, l-SMEs eċċ. L-UE trid turi li għandha s-saħħa politika li taħdem flimkien mal-pajjiżi li magħhom hija suppost qed tikkoopera u li qed jirċievu livelli għoljin ta' finanzjament biex issir ħidma konġunta fuq kwistjonijiet ta' sigurtà, il-kriminalità organizzata, u l-immigrazzjoni irregolari. Il-KESE jilqa’ l-ftehim reċenti mar-Renju tal-Marokk u l-inizjattiva li jiġu stabbiliti sħubijiet għall-mobilità bejn l-UE u t-Tuneżija, l-Eġittu u l-Libja. Madankollu, ser ikun hemm bżonn li ssir valutazzjoni dwar l-effikaċja u l-impatt tas-sħubijiet għall-mobilità li jeżistu bħalissa. Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tiżgura li s-sħubijiet għall-mobilità jkollhom mekkaniżmu effiċjenti ta’ valutazzjoni. Mill-banda l-oħra, is-sħubijiet għall-mobilità, li huma dikjarazzjonijiet politiċi konġunti li mhumiex legalment vinkolanti għall-Istati parteċipanti, għandhom isiru ftehimiet internazzjonali. Il-Kumitat iqis li l-UE u l-Istati Membri għandhom jikkonkludu ftehimiet ġodda ma' pajjiżi oħra tar-reġjun. Minħabba r-relazzjoni speċjali tal-UE mat-Turkija, il-kwistjonijiet fil-qasam tal-migrazzjoni għandhom jissaħħu bejn iż-żewġ partijiet, speċjalment dawk relatati mal-ġlieda kontra n-netwerks kriminali.

3.7.3

Sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri amministrattivi u legali jaħdmu tajjeb, huwa essenzjali li l-UE titlob lill-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti irregolari li jipprovdu d-dokumenti tal-ivvjaġġar malajr.

3.7.4

Din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata fi ħdan tal-konferenza Ewro-Mediterranja, peress li għadd sostanzjali tal-immigranti irregolari jidħlu fl-UE minn pajjiżi terzi fuq il-kosta tal-Mediterran.

3.7.5

Trid tingħata assistenza lil ċerti pajjiżi ta' tranżitu biex huma jkunu jistgħu jiġġestixxu l-fruntieri tagħhom aħjar, iwaqqfu strutturi ta' asil u anke jkunu jistgħu jibnu l-kapaċità biex jagħtu ħarsien huma stess lil dawk li jeħtiġuh.

3.8   L-Aġenzija Ewropea għall-Fruntieri Esterni - Frontex

3.8.1

Il-Frontex għandha tkompli tiġi ristrutturata f'aġenzija Ewropea tal-fruntieri esterni ġenwina, b'mandat usa' għall-koordinazzjoni u l-prevenzjoni. Għaldaqstant, trid tissaħħaħ b'riżorsi finanzjarji adegwati li jippermettulha tipprovdi l-assistenza meħtieġa lill-Istati Membri tan-Nofsinhar li qed jitħabtu biex ikampaw mal-flussi migratorji. Fl-istess waqt, l-għadd ta' persunal (fosthom gwardji tal-fruntiera) irid jiżdied u r-riżorsi għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni elettroniċi jitjiebu. F'dan ir-rigward irid isir aktar biex jissaħħaħ il-kunċett ta' Gruppi Ewropej tal-Għassa tal-Fruntieri, kif ġie enfasizzat fir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-Frontex (A7-0278/2011). Barra minn hekk, issa trid tiġi kunsidrata bis-serjetà l-possibbiltà li Frontex tuża l-kapaċitajiet il-ġodda tagħha (bħal dik li tixtri l-apparat).

3.8.2

In-Netwerk Ewropew tal-Pattulji li jipprovdu s-sigurtà għall-fruntieri reġjonali għandu jissaħħaħ, b'mod li jippermetti l-koordinazzjoni tar-riżorsi nazzjonali u l-miżuri Ewropej, u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-livelli nazzjonali u Ewropej.

3.9   EASO

3.9.1

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-Asil (EASO) irid ikun f’pożizzjoni li jidentifika b’mod ċar id-differenzi fil-prattiki tal-asil bejn l-Istati Membri, kif ukoll id-differenzi fil-leġislazzjoni tagħhom, u jipproponi l-bidliet meħtieġa. Irid ikollu wkoll is-setgħa li jfassal linji gwida komuni dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-aspetti proċedurali u ta’ sustanza differenti tal-acquis tal-UE dwar l-asil, kif ipproponiet il-Kummissjoni fil-Green Paper tagħha.

3.9.2

Dan l-Uffiċċju jista’ jsir ċentru importanti għall-iskambju ta’ prattiki tajbin, u għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ taħriġ dwar l-asil, b’mod partikolari għall-uffiċjali tal-fruntieri. Jista’ jkun ukoll ċentru għall-monitoraġġ u l-analiżi tar-riżultati tal-miżuri l-ġodda li l-UE qed tiżviluppa b’rabta mal-asil. Barra minn hekk jista’ jkun il-post fejn jiġu stabbiliti u ġestiti l-gruppi konġunti ta’ esperti dwar l-asil.

3.9.3

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-Asil (EASO) irid jaħdem f'netwerk, jikkollabora mal-Eurasil u jżomm rabtiet stretti mal-UNHCR u mal-NGOs speċjalizzati.

3.9.4

L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Asil beda jaħem fi żmien relattivament reċenti. Huwa mistenni li jibda' jwettaq il-ħidma tiegħu b'mod sħiħ mingħajr aktar dewmien, speċjalment rigward ir-rwol tiegħu li jfittex soluzzjonijiet sostenibbli u jiżgura li l-ispejjeż jiġu maqusma bejn l-Istati Membri, kif hemm deskritt fir-regolament tal-EASO. Fl-istess waqt l-EASO jrid ikun proattiv ukoll fir-rigward tas-solidarjetà fi ħdan l-UE b'koerenza mal-obbligi tiegħu skont ir-regolament tal-EASO.

3.10   Il-prevenzjoni tal-kuntrabandu uman u l-kriminalità organizzata u l-ġlieda kontrihom

3.10.1

L-immigrazzjoni irregolari bil-baħar hija perikoluża u tpoġġi ħajjet in-nies fil-periklu. Eluf ta' persuni tilfu ħajjithom filwaqt li qasmu l-Mediterran fuq bastimenti li ma kinux tajbin għall-baħar. Il-vjaġġi perikolużi huma organizzati miċ-ċrieki ta' kriminali li jdeffsu mijiet ta' persuni (fosthom nisa u tfal), mingħajr tagħmir u provvisti adegwati (l-anqas tagħmir għas-salvataġġ tal-ħajja), f'dgħajjes, li ħafna minnhom mhumiex tajbin għall-baħar. Ir-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (Riżoluzzjoni 1872(2012)) bit-titlu "Lives lost in the Mediterranean Sea – Who is responsible?" [Ħajjiet mitlufin fil-Baħar Mediterran – Min hu responsabbli?] tiddeskrivi r-rwol li għandhom it-traffikanti tal-migranti fl-organizzazzjoni ta' vjaġġi perikolużi fil-Mediterran b'mod iddettaljat ħafna u għandha titqies għall-iskop li tinftihem il-gravità tal-kwistjoni.

3.10.2

Il-proċedimenti kriminali u s-sentenzi kontra t-traffikanti u l-kuntrabandisti tal-persuni għandhom ikunu mill-aktar severi, b'penali li jinkludu l-ħabs għall-għomor. Il-persuni sfruttati mit-traffikanti għandhom dejjem jitqiesu bħala vittmi innoċenti.

3.10.3

It-traffikar tan-nies joħloq attività kriminali hekk kif iċ-ċrieki kriminali li jorganizzaw il-vjaġġi jiġbru l-ħlas għal kull persuna li tivjaġġa, spiss b'estorsjoni u l-użu ta' mezzi inumani. Il-KESE jenfasizza li l-UE għandha tikkoopera mal-pajjiżi ta' tluq u l-pajjiżi ta' oriġini, bil-għan li tkisser iċ-ċrieki kriminali involuti. Il-KESE jinsisti wkoll li l-UE trid taġixxi bl-aktar mod deċiżiv possibbli biex twaqqaf it-traffikanti tal-persuni milli joperaw u jpoġġu ħajjet in-nies fil-periklu.

3.10.4

L-UE għandha wkoll tikkunsidra li tiffirma ftehimiet ma' pajjiżi terzi dwar il-ħolqien ta' ċentri li jirċievu l-migranti u tipprovdi appoġġ finanzjarju biex dawn jitwaqqfu u jinżammu. Iċ-ċentri li jitwaqqfu f'dawn il-pajjiżi jistgħu jaħdmu flimkien ma' ċentri oħra ta' akkoljenza għall-iskopijiet ta' identifikazzjoni u ta' kura. L-IOM, l-UNHCR, l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali u l-NGOs speċjalizzati għandhom jissorveljaw il-mod kif joperaw dawn iċ-ċentri.

3.10.5

Barra minn hekk, l-UE trid twettaq inizjattivi ta' informazzjoni li permezz tagħhom immigranti irregolari potenzjali jiġu skuraġġuti milli jidħlu fl-UE b'mod illegali billi tissensibilizzahom dwar il-perikli u d-diffikultajiet inerenti għall-immigrazzjoni illegali. L-immigranti irregolari potenzjali jridu jiġu sensibilizzati wkoll għad-diffikultajiet enormi li jiltaqgħu magħhom biex isibu impjieg fl-Ewropa meta jidħlu mingħajr id-dokumenti meħtieġa.

3.10.6

L-organizzazzjonijiet li jaħdmu biex jissensibilizzaw lill-pubbliku fil-pajjiżi tat-tluq dwar il-kwistjonijiet li ġew imsemmija hawn fuq, biex jiskoraġġixxu l-migranti potenzjali milli jippruvaw li jagħmlu dan il-vjaġġ perikoluż, għandhom jingħataw appoġġ morali u finanzjarju.

3.10.7

Il-KESE jappella wkoll li tingħata attenzjoni lill-kawżi aktar profondi tal-problema li jridu jiġu indirizzati, u li huma relatati mal-livell tal-għajxien fil-pajjiżi tat-tluq. Għal dan il-għan għandhom jitwaqqfu programmi speċifiċi. Is-suġġett fit-totalità tiegħu għandu jkun fuq l-aġenda tal-konferenza Ewro-Mediterranja.

3.11   Finanzi

3.11.1

Hemm bżonn ta' finanzi biex jiġu evitati u mwaqqfa l-flussi ta' immigrazzjoni irregolari. Irridu noqgħodu attenti li fl-ippjanar taċ-ċentri tad-detenzjoni jiġi assigurat li l-migranti irregolari jinżammu separati mir-refuġjati li qed ifittxu asil. Il-minorenni u persuni vulnerabbli għandhom jingħataw akkomodazzjoni separata fi żmien 15-il jum. Skont riċerka Taljana provduta minn Frontex, l-ispiża ta' kuljum ta' immigrant irregolari hija fil-medja ta' EUR 48. Jekk din iċ-ċifra tiġi moltiplikata b'100 000 għan-numru ta' immigranti li jaslu kull sena (data tal-Frontex (10)) u b'365 għal kull ġurnata, l-ispiża totali hija ta' 'l fuq minn EUR 1,752 biljun għal kull sena li tgħaddi.

3.11.2

Il-KESE jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea sabiex tissemplifika l-istrumenti finanzjarji permezz tal-ħolqien ta’ żewġ Fondi, wieħed għall-Migrazzjoni u l-Ażil (11), u l-ieħor għas-Sigurtà Interna (12), li huma akkumpanjati minn regolament orizzontali, b’għadd ta’ regoli komuni dwar l-ipprogrammar, l-informazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-kontroll u l-evalwazzjoni (13). Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi ammont bażiku u ieħor varjabbli jew flessibbli meta jitqassmu r-riżorsi finanzjarji fost l-Istati Membri. Fir-rigward tal-ammont flessibbli, il-KESE jqis essenzjali li kull Stat Membru jfassal il-programm annwali tiegħu b’konformità mal-prijoritajiet tal-UE u jkun jinkludi l-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra. Il-Kumitat jappoġġja l-fatt li mill-2014, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil ser ikollu aktar riżorsi kif ukoll aktar flessibbiltà għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

3.11.3

Il-bidliet ippjanati ser jegħlbu l-problemi attwali peress li l-programmi ta' ġestjoni tal-flussi tal-migrazzjoni u dawk tal-istabbiliment taċ-ċentri ta' detenzjoni tal-UE jaħdmu fuq bażi annwali. L-istess japplika għall-finanzi u l-miżuri. Madankollu huwa kważi impossibbli li jiġu kompluti installazzjonijiet għall-akkoljenza u r-residenza fuq il-bażi ta' skeda annwali. Għaldaqstant, dawn it-tipi ta' programmi għandhom jiġu organizzati b'mod iżjed flessibbli.

3.11.4

Pajjiżi terzi li jinsabu fir-rotta mill-pajjiż ta' tluq inizjali għandhom jingħataw fondi biex iwaqqfu ċentri ta' akkoljenza u residenza.

Fid-dawl tal-eżempju ekonomiku msemmi hawn fuq, il-baġit tal-UE għandu jwarrab il-fondi biex isaħħaħ il-miżuri ta' monitoraġġ u ta' prevenzjoni (patrol boats, stazzjonijiet tal-gwardji tal-kosta, ħelikopters) u għandu jara li l-Frontex u l-EASO għandhom baġits annwali adegwati biex iwettqu l-ħidma tagħhom b'mod sħiħ. Il-finanzi jridu jiġu garantiti biex il-pajjiżi ta' dħul ikunu jistgħu jikkombattu ċ-ċrieki ta' kriminali b'mod effikaċi filwaqt li jipprovdu wkoll kundizzjonijiet ġusti għall-migranti li jidħlu.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  COM(2011) 248, is-Sur Pariza Castaños,

COM(2011) 743, is-Sur Pariza Castaños, is-Sinjura King,

COM(2011) 750,751,752,753, is-Sur Pariza Castaños,

COM(2008) 359, is-Sur Pariza Castaños, is-Sinjura Bontea.

(2)  Direttiva 2008/115/KE.

(3)  Pereżempju l-Artikolu 12(1) u 12(2), 13(1) u 13(2), 13(3) u 13(4), 14(1) u 14(2) tad-Direttiva.

(4)  Ara l-Opinjoni tal-KESE tat-12.3.2008 dwar il-“Green Paper dwar is-Sistema ta’ Ażil Komuni Ewropea tal-ġejjieni” (relatur: is-Sinjura Le Nouail Marlière, ĠU C 204, 9.8.2008, p. 77-84.

(5)  Ara l-Opinjonijiet tal-KESE:

tal-25.4.2002 dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar metodu miftuħ ta' koordinazzjoni għall-politika Komunitarja dwar l-immigrazzjoni” (relatur: is-Sur Pariza Castaños), ĠU C 221, 17.9.2002(mhux disponibbli bil-Malti);

tad-29.1.2004 dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Kunsill li joħloq Aġenzija Ewropea għall-amministrazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva fil-fruntieri esterni” (relatur ġenerali: is-Sur Pariza Castaños), ĠU C 108, 30.4.2004(mhux disponibbli bil-Malti);

tas-27.10.2004 dwar il-“Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 2002/463/KE li tadotta programm ta' azzjoni għal kooperazzjoni amministrattiva fl-oqsma ta' fruntieri esterni, viżi, ażil u immigrazzjoni (Programm ARGO)” (relatur, is-Sur Pariza Castaños), ĠU C 120, 20.5.2005(mhux disponibbli bil-Malti);

tat-12.3.2008 dwar il-“Green Paper dwar is-Sistema ta’ Ażil Komuni Ewropea tal-ġejjieni” (relatur: is-Sinjura Le Nouail Marlière), ĠU C 204, 9.8.2008.

(6)  Ara l-Opinjoni tal-KESE tat-12.3.2008 dwar il-“Green Paper dwar is-Sistema ta’ Ażil Komuni Ewropea tal-ġejjieni” (relatur: is-Sinjura Le Nouail Marlière, ĠU C 204, 9.8.2008, p. 77-84.

(7)  B'kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni.

(8)  Twenty Guidelines on Forced Return, CM(2005)40 [Għoxrin linja gwida dwar ir-ritorn sfurzat].

(9)  EUREMA huwa proġett pilota tal-UE għar-rilokazzjoni tal-benefiċċjarji tal-ħarsien internazzjonali minn Malta, approvat mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Ġunju 2009 (dok. 11225/2/09 CONCL 2).

(10)  Ara t-tabelli hawn taħt.

(11)  COM(2011) 751 final.

(12)  COM(2011) 750 final; COM(2011) 753 final.

(13)  COM (2011) 752 final.


Appendiċi

YEAR

Irregular immigrants arrested for irregular entry and residence by police authorities and the coastguard

Deported

Refoulements

(across the northern borders of our country)

Smugglers arrested by Police authorities and the coastguard

2002

58 230

11 778

37 220

612

2003

51 031

14 993

31 067

525

2004

44 987

15 720

25 831

679

2005

66 351

21 238

40 284

799

2006

95 239

17 650

42 041

994

2007

112 364

17 077

51 114

1 421

2008

146 337

20 555

48 252

2 211

2009

126 145

20 342

43 977

1 716

2010

132 524

17 340

35 127

1 150

2011

99 368

11 357

5 922

848

2012

76 878

17 358

4 759

726

4 MONTHS 2013

11 874

6 370

1 858

248

Source: Ministry of Public Order. Hellenic Police Statistics


IMMIGRANTS ARRESTED

2011

Main Nationalities

2012

Main Nationalities

1.

Afghanistan

28 528

1.

Afghanistan

16 584

2.

Pakistan

19 975

2.

Pakistan

11 136

3.

Albania

11 733

3.

Albania

10 602

4.

Bangladesh

5 416

4.

Syria

7 927

5.

Algeria

5 398

5.

Bangladesh

7 863

6.

Morocco

3 405

6.

Algeria

4 606

7.

Iraq

2 863

7.

Iraq

2 212

8.

Somalia

2 238

8.

Morocco

2 207

9.

Palestine

2 065

9.

Somalia

1 765

10.

Congo

1 855

10.

Palestine

1 718

Source: Ministry of Public Order. Hellenic Police Statistics


DETENTION CENTRES' CAPACITY IN RELATION TO THE NUMBER OF DETAINED IMMIGRANTS

PRE-REMOVAL CENTRES

CAPACITY

DETAINED IMMIGRANTS

COMPLETENESS PERCENTAGE

AMIGDALEZA

2 000

1 787

89 %

KOMOTINI

540

422

78 %

XANTHI

480

428

89 %

DRAMA (PARANESTI)

557

296

53 %

KORINTHOS

374

1 016

99 %

DETENTION CENTRES

CAPACITY

DETAINED IMMIGRANTS

COMPLETENESS PERCENTAGE

ORESTIADA (FILAKIO)

374

273

73 %

SAMOS

285

100

35 %

HIOS

108

95

88 %

TOTAL DETAINED

5 368

4 417

82 %

Source: Ministry of Public Order. Hellenic Police Statistics


HELLENIC READMISSION REQUESTS TO TURKEY

YEAR

READMISSION REQUESTS

NUMBER OF IRREGULAR IMMIGRANTS

ACCEPTED

DELIVERED

2006

239

2 251

456

127

2007

491

7 728

1 452

423

2008

1 527

26 516

3 020

230

2009

879

16 123

974

283

2010

295

10 198

1 457

501

2011

276

18 758

1 552

730

2012

292

20 464

823

113

2013

44

795

84

8

TOTAL

5 706

122 796

12 332

3 805

Source: Ministry of Public Order. Hellenic Police Statistics

Results of 2012 from FRONTEX:

In total, during the joint maritime operations 258 suspected facilitators were apprehended.

Across all the sea operations in 2012, there were 169 SAR cases and 5 757 migrants in distress were saved.

In addition, 382 suspected drug smugglers were apprehended. The amount of drugs seized was over 46 tonnes, worth EUR 72,6 million. The predominant part of this was hashish – almost 44 tonnes of drugs worth EUR 68 million.

Beside this, 38 cases of smuggled cigarettes/tobacco were detected during sea operations. The 2,4 million packets of contraband cigarettes intercepted were worth EUR 5,6 million.

ALL BELOW source: FRONTEX ANNUAL RISK ANALYSIS

Indicator 1A — Detections of illegal border-crossing between border-crossing points:

The number of third -country nationals detected by Member State authorities when illegally entering or attempting to enter the territory between border-crossing points (BCPs) at external borders only. Detections during hot pursuits at the immediate vicinity of the border are included. This indicator should not include EU or Schengen Associated Country (SAC) nationals.

Detections of illegal border-crossing between BCPs

Routes

2010

2011

2012

Share of total

% change on prev. year

Eastern Mediterranean route (Greece, Bulgaria and Cyprus)

55 688

57 025

37 224

51

–35

Land

49 513

55 558

32 854

 

–41

Afghanistan

21 389

19 308

7 973

 

–59

Syria

495

1 216

6 216

 

411

Bangladesh

1 496

3 541

4 598

 

30

Sea

6 175

1 467

4 370

 

198

Afghanistan

1 373

310

1 593

 

414

Syria

139

76

906

 

1 092

Palestine

1 500

128

408

 

219

Central Mediterranean route (Italy and Malta)

1 662

59 002

10 379

14

–82

Somalia

82

1 400

3 394

 

142

Tunisia

650

27 964

2 244

 

–92

Eritrea

55

641

1 889

 

195

Western Mediterranean route

5 003

8 448

6 397

8,8

–24

Sea

3 436

5 103

3 558

 

–30

Algeria

1 242

1 037

1 048

 

1,1

Morocco

300

775

364

 

–53

Chad

46

230

262

 

14

Land

1 567

3 345

2 839

 

–15

Not specified

1 108

2 610

1 410

 

–46

Algeria

459

735

967

 

32

Morocco

0

0

144

 

n.a.

Western Balkan route

2 371

4 658

6 391

8,8

37

Afghanistan

469

983

1 665

 

69

Kosovo (1)

372

498

942

 

89

Pakistan

39

604

861

 

43

Circular route frora Albania to Greece

35 297

5 269

5 502

7,6

4,4

Albania

32 451

5 022

5 398

 

7,5

fYROM

49

23

36

 

57

Kosovo (1)

21

37

34

 

–8,1

Apulia and Calabria (Italy)

2 788

5 259

4 772

6,6

–9,3

Afghanistan

1 664

2 274

1 705

 

–25

Pakistan

52

992

1 156

 

17

Bangladesh

12

209

497

 

138

Eastern borders route

1 052

1 049

1 597

2,2

52

Georgia

144

209

328

 

57

Somalia

48

120

263

 

119

Afghanistan

132

105

200

 

90

Western African route

196

340

174

0,2

–49

Morocco

179

321

104

 

–68

Gambia

1

2

39

 

1 850

Senegal

2

4

15

 

275

Other

3

1

1

0

0

Iran

0

0

1

 

n.a

Russian Federation

2

0

0

 

n.a

Somalia

0

1

0

 

– 100

Total

104 060

141 051

72 437

 

–49


Illegal border-crossing between BCPs

Detections by border type and top ten nationalities at the external borders

 

2009

2010

2012

2012

Share of total

% change on prev. year

All Borders

Afghanistan

14 539

25 918

22 994

13 169

18

–43

Syria

613

861

1 616

7 903

11

389

Albania

38 905

33 260

5 138

5 651

7,8

10

Algeria

4 487

8 763

6 157

5 479

7,6

–11

Bangladesh

551

1 647

4 923

5 417

7,5

10

Somalia

9 115

4 619

3 011

5 038

7,0

67

Pakistan

1 592

3 878

15 375

4 877

6,7

–68

Tunisia

1 701

1 498

28 829

2 717

3,8

–91

Eritrea

2 228

1 439

1 572

2 604

3,6

66

Morocco

1 710

1 959

3 780

2 122

2,9

–44

Others

29 158

20 218

47 656

17 460

24

–63

Total all borders

104 599

104 060

141 051

72 437

 

–49

Land Border

Afghanistan

2 410

22 844

20 396

9 838

20

–52

Syria

389

530

1 254

6 416

13

412

Albania

38 088

32 592

5 076

5 460

11

7,6

Bangladesh

305

1 506

3 575

4 751

9,7

33

Algeria

676

6 961

4 671

4 081

8,3

–13

Pakistan

1 328

3 675

13 781

3 344

6,8

–76

Not specified

565

1 304

2 747

1 817

3,7

–34

Somalia

259

4 102

1 498

1 558

3,2

4,0

Morocco

737

1 319

2 236

1 422

2,9

–36

Palestine

2 791

2 661

652

1 195

2,4

83

Others

9 892

12 306

13 993

9 301

19

–34

Total land borders

57 440

89 800

69 879

49 183

 

–30

Sea Border

Somalia

8 856

517

1 513

3 480

15

130

Afghanistan

12 129

3 074

2 598

3 331

14

28

Tunisia

1 643

711

28 013

2 283

9,8

–92

Eritrea

2 195

507

680

1 942

8,4

186

Pakistan

264

203

1 594

1 533

6,6

–3,8

Syria

224

331

362

1 487

6,4

311

Algeria

3 811

1 802

1 486

1 398

6,0

–5,9

Egypt

545

713

1 948

1 283

5,5

–34

Morocco

973

640

1 544

700

3,0

–55

Bangladesh

246

141

1 348

666

2,9

–51

Others

16 273

5 621

30 086

5 151

22

–83

Total sea borders

47 159

14 260

71 172

23 254

100

–67

Indicator 1B — Detections of illegal border-crossing at border-crossing points:

The number of third-country nationals detected by Member State authorities when entering clandestinely or attempting to enter illegally (such as hiding in transport means or in another physical way to avoid border checks at BCPs) the territory at border-crossing points (BCPs) at external borders only, whether they result in a refusal of entry or not. This indicator should not include EU or Schengen Associated Country (SAC) nationals.

Clandestine entries at BCPs

Detections reported by Member State and top ten nationalities at the external borders

 

2009

2010

2011

2012

Share of total

% change on prev. year

Border Type

Land

137

168

159

486

81

208

Sea

159

74

123

115

19

–6,5

Top Ten Nationalities

Afghanistan

18

8

58

190

31

228

Algeria

30

35

55

61

10

11

Turkey

73

93

24

41

6,8

71

Syria

2

3

6

36

6,0

500

Albania

3

7

9

35

5,8

289

Morocco

20

14

15

24

4,0

60

Pakistan

2

12

10

24

4,0

140

Palestine

14

4

17

24

4,0

41

Serbia

4

2

4

23

3,8

475

Philippines

0

8

1

17

2,8

1 600

Others

130

56

83

126

21

62

Total

296

242

282

601

 

115

FRONTEX · ANNUAL RISK ANALYSIS 2013

Indicator 2 — Detections of facilitators:

The number of facilitators intercepted by Member State authorities who have intentionally assisted third-country nationals in the illegal entry to, or exit from, the territory across external borders. The indicator concerns detections of facilitators at the following locations: (1) at the external border (both at and between BCPs, for land air and sea) and (2) inside the territory and at internal borders between two Schengen Member States provided that the activities concerned the facilitation of third-country nationals for illegal entry or exit at external borders. This indicator should include third-country nationals as well as EU and/or Schengen Associated Country (SAC) nationals.

Facilitators

Detections reported by Member State, place of detection and top ten nationalities (2)

 

2009

2010

2011

2012

Share of total

% change on prev. year

Border Type

Inland

5 901

5 918

5 146

5 186

67

0,8

Land

1 160

1 171

625

887

11

42

Land Intra EU

618

616

365

498

6,5

36

Sea

997

503

324

471

6,1

45

Air

277

300

367

358

4,6

–2,5

Not specified

218

121

130

320

4,1

146

Top Ten Nationalities

Italy

875

1 367

568

543

7,0

–4,4

Spain

286

285

320

498

6,5

56

Not specified

322

261

255

479

6,2

88

Morocco

475

413

390

461

6,0

18

Romania

292

398

268

364

4,7

36

France

230

365

404

352

4,6

–13

China

731

554

375

316

4,1

–16

Pakistan

245

245

237

286

3,7

21

Albania

670

430

221

243

3,1

10

Turkey

405

305

204

238

3,1

17

Others

4 640

4 006

3 715

3 940

51

6,1

Total

9 171

8 629

6 957

7 720

 

11

Indicator 3 — Detections of illegal stay:

The number of third-country nationals detected by Member State authorities while not fulfilling, or no longer fulfilling, the conditions for stay or residence in the Member State during the reference month, irrespective of whether they were detected inland or while trying to exit the territory. The category should include third-country nationals who are not in the possession of a valid visa, residence permit, travel document, etc or in breach of a decision to leave the country. It also includes third-country nationals who initially entered legally but then overstayed their permission to stay. This indicator should not include EU or Schengen Associated Country (SAC) nationals.

Illegal stay

Detections reported by Member State, place of detection and top ten nationalities

 

2009

2010

2011

2012

Share of total

% change on prev. year

Place of Detection

Inland

340 180

295 274

283 308

278 438

81

–1,7

Air

28 624

29 322

33 126

35 410

10

6,9

Land

6 351

7 011

17 640

19 883

5,8

13

Land Intra EU

17 594

12 996

9 230

5 832

1,7

–37

Sea

19 156

7 232

6 593

4 585

1,3

–30

Between BCPs

198

1 233

1 049

724

0,2

–31

Not specified

22

9

2

56

 

2 700

Top Ten Nationalities

Afghanistan

38 637

21 104

25 296

24 395

7,1

–3,6

Morocco

25 816

22 183

21 887

21 268

6,2

–2,8

Pakistan

9 058

10 508

12 621

18 334

5,3

45

Algeria

12 286

14 261

15 398

15 776

4,6

2,5

Tunisia

10 569

8 350

22 864

15 211

4,4

–33

Albania

28 810

20 862

10 207

13 264

3,8

30

Ukraine

10 021

8 835

12 847

13 081

3,8

1,8

Syria

3 838

3 160

3 746

11 967

3,5

219

Serbia

7 028

12 477

10 397

11 503

3,3

11

Russian Federation

9 526

9 471

10 314

11 486

3,3

11

Others

256 536

221 866

205 371

188 643

55

–8,1

Total

412 125

353 077

350 948

344 928

 

–1,7


(1)  This designation is without prejudice to positions on status, and is in line with UNSCR1244 and the ICJ Opinion on the Kosovo declaration of independence.

(2)  

®

Italy does not distinguish between facilitators of illegal border-crossing and facilitators of illegal stay.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/47


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Niggarantixxu l-importazzjonijiet essenzjali għall-UE bil-politika kummerċjali attwali tal-UE u l-politiki relatati l-oħra”

2014/C 67/08

Relatur: is-Sur PEEL

Matul is-sessjoni plenarja tiegħu tas-16 u s-17 ta’ Jannar 2013, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Niggarantixxu l-importazzjonijiet essenzjali għall-UE bil-politika kummerċjali attwali tal-UE u l-politiki relatati l-oħra

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar il-25 ta' Settembru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’105 voti favur, vot wieħed (1) kontra u astensjoni waħda (1).

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-kompetittività tal-UE, jekk mhux iż-żamma tal-istandard globali ta' għajxien u l-kwalità tal-ħajja tagħna, tiddependi mill-provvista regolari u sikura tal-importazzjonijiet essenzjali ewlenin. It-tieni Rapport tal-Attività tad-DĠ Kummerċ (1) jgħid li ftit ekonomiji huma awtosuffiċjenti meta niġu għall-provvista tal-materja prima minħabba l-ambitu wiesa' ta' kontributi meħtieġa minn ħafna mill-pajjiżi. Ir-Rapport juri li l-interdipendenza hija reali u inevitabbli għall-ekonomiji kollha. L-aċċess għal dawn il-materjali bi prezzijiet li jilħaqhom kulħadd huwa essenzjali għall-funzjonament sostenibbli tal-ekonomija tal-UE u tas-soċjetà moderna kollha kemm hi.

1.1.1

Dawn ir-riżorsi naturali ewlenin, jiġifieri art agrikola, ikel agrikolu, ilma, enerġija u ċerti metalli u minerali ewlenin, mhumiex mingħajr limiti u l-provvista tagħhom dejjem tonqos, iżda d-domanda għal dawn bħalissa hija l-ogħla li qatt kienet u dejjem tikber. Tweġiba inadegwata għat-tibdil fil-klima tista' tiggrava iktar is-sitwazzjoni. L-UE tibbenefika minn klima relattivament tajba u moderata għall-ikel, l-ilma u l-agrikoltura, iżda mhix awtosuffiċjenti la fl-enerġija u lanqas f'ħafna metalli u minerali strateġiċi ewlenin.

1.2

Għalhekk huwa essenzjali li l-UE tagħmel l-akbar enfasi fuq il-kisba tar-razzjonalizzazzjoni u l-effiċjenza massima tar-riżorsi, l-innovazzjoni u s-sostituzzjoni, speċjalment permezz tal-użu sostenibbli, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-enerġija u l-metalli u l-minerali strateġiċi ewlenin u riżorsi naturali oħra. Il-Kumitat jilqa' partikolarment l-enfasi dwar dan mis-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP) u mir-reviżjoni riċenti tal-Kummissjoni tal-Inizjattiva għall-Materja Prima (RMI) tagħha (2). Is-soċjetà ċivili għandha tkun involuta attivament u bis-sħiħ, mhux l-inqas bħala partijiet interessati, u l-konsumaturi għandhom rwol ċentrali u responsabbli x'jaqdu biex jiżguraw ir-rati massimi ta' użu mill-ġdid u riċiklaġġ, u t-tnaqqis għall-minimu tal-iskart.

1.3

Madankollu l-għan ta' din l-Opinjoni huwa li tfittex li tiżgura l-importazzjonijiet essenzjali permezz tal-kummerċ u l-politiki relatati.

1.4

L-approċċ tal-UE għall-kummerċ sostenibbli huwa iktar avvanzat minn dak tal-kompetituri prinċipali tagħha, iżda s-sostenibilità għandha tkun fundamentali għal kwalunkwe strateġija tal-UE għall-ksib ta' importazzjonijiet essenzjali. Din l-istrateġija għandha wkoll torbot bis-sħiħ mal-Programm għall-Iżvilupp tal-UE, b'referenza partikolari għall-AKP, il-pajjiżi l-inqas żviluppati, l-iżvilupp tal-SĠP u l-SĠP +, u n-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE), kif tirrikonoxxi bis-sħiħ il-Kummissjoni.

1.5

Kif tenna regolarment il-Kumitat, huma essenzjali li tkun żgurata koerenza bejn il-preservazzjoni tar-riżorsi naturali, il-ġlieda kontra l-faqar, il-produzzjoni sostenibbli u l-konsum. Għandhom jiġu stabbiliti proċessi ta' parteċipazzjoni sħiħa li jinvolvu lis-soċjetà ċivili, billi dawn u d-djalogu soċjali huma fatturi ewlenin li jiżguraw governanza tajba u jiġġieldu l-korruzzjoni.

1.6

Il-Kumitat jilqa' l-identifikazzjoni tal-"ġestjoni tal-assi tar-riżorsi naturali b'mod sostenibbli" bħala wieħed mit-12-il "Għan Illustrattiv" mir-rapport tal-Panel ta' Livell Għoli ta' Persuni Eminenti tan-NU, tat-30 ta' Mejju 2013. Il-Kummissjoni min-naħa tagħha ħarġet il-Komunikazzjoni importanti tagħha "Ħajja diċenti għal kulħadd" (3), li tkopri din l-inizjattiva tan-NU li torbot il-progress tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju mar-riżultat ta' "Rio +20", bil-għan li jiġu stabbiliti għanijiet ġodda ta' żvilupp sostenibbli (Sustainable Development Goals - SDGs) mill-2015. Kif din il-Komunikazzjoni tfakkarna, "tnejn mill-aktar sfidi urġenti li qed tiffaċċja d-dinja huma l-eradikazzjoni tal-faqar u l-iżgurar li l-prosperità u l-benesseri huma sostenibbli". Madankollu dawn l-għanijiet se jkunu ferm aktar diffiċli biex jinkisbu jekk id-dinja taffaċċja nuqqasijiet kritiċi tar-riżorsi strateġiċi ewlenin.

1.6.1

Il-Komunikazzjoni tenfasizza wkoll li "żewġ terzi tas-servizzi pprovduti min-natura – inklużi l-art għammiela, l-arja u l-ilma nadif – qed jonqsu u t-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità huma qrib il-limiti li jekk jinqabżu jkun hemm effetti irriversibbli fuq is-soċjetà umana u l-ambjent naturali". Il-Kumitat min-naħa tiegħu iddeskriva din il-Komunikazzjoni bħala "pass importanti", u enfasizza li "fid-dawl tan-natura finita tal-limiti fiżiċi ta' … ħafna riżorsi naturali … jeħtieġ li l-SDGs jinkludu għanijiet biex dawn ir-riżorsi jintużaw b'mod aktar effiċjenti u biex jinqasmu b'mod aktar ġust".

1.7

Il-Kumitat jilqa' l-progress li sar dwar l-Inizjattiva għall-Materja Prima tal-Kummissjoni. Madanakollu, l-immaniġġjar effettiv tar-riżorsi dinjin ewlenin għandu jiġi primarjament indirizzat fuq livell globali. Kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni "biex tkun żgurata provvista sostenibbli ta' materja prima l-iżvilupp ta' rispons koordinat tal-UE jew saħansitra internazzjonali huwa meħtieġ … biex ikunu promossi qafas internazzjonali aħjar u kooperazzjoni eqreb" (4). Il-problemi bħalissa huma aktar ġeopolitiċi milli ġeoloġiċi, iżda l-Kumitat huwa diżappuntant li t-tweġiba tal-UE tagħti l-impressjoni li hija iktar tilqit ta' inizjattivi speċifiċi milli strateġija globali kumplessiva. Madanakollu, il-Kumitat jilqa' l-kooperazzjoni mill-qrib li l-UE stabbilixxiet mal-Istati Uniti u l-Ġappun, is-sħubija strateġika ewlenija msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2011, "Naffrontaw l-Isfidi fis-Swieq tal-Prodotti Bażiċi u dawk marbuta mal-Materja Prima" (5), u mal-pajjiżi msemmija fir-revizjoni tal-Inizjattiva għall-Materja Prima. B'mod ġust din tenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni mal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana u mal-Afrika inġenerali.

1.7.1

Il-Kumitat jinkoraġixxi t-twettiq attiv tad-"Diplomazija dwar il-Materja Prima" tal-UE. Fuq kollox, jikkunsidra li hemm bżonn li jsiru sforzi iktar b'saħħithom u iktar kkoordinati fil-livell globali, prinċipalment permezz tal-G20 (li jinkludi ħafna pajjiżi li fihom tikkonċentra d-domanda għall-importazzjonijiet strateġiċi), fejn il-kwistjoni kienet diskussa b'inqas suċċess s'issa, iżda wkoll permezz tal-OECD u n-NU u l-aġenziji tagħha. "Tellieqa sal-qiegħ" ma tgħin lill ħadd.

1.7.2

L-iżvantaġġ prinċipali għal kwalunkwe approċċ globali integrat huwa n-nuqqas ta' mekkaniżmi ta' infurzar effettivi. Il-Kumitat għalhekk jirrakkomanda li, bħala parti mir-reviżjoni li suppost diġà ġiet ippubblikata tad-WTO, li għandha bażi fil-liġi internazzjonali, tiżdied kompetenza speċifika biex tkopri l-enerġija u l-materja prima u l-użu sostenibbli tagħhom. Enfasi akbar għandha wkoll titqiegħed fuq il-Forum annwali dwar il-Prodotti Bażiċi Globali tal-UNCTAD. Kwistjoni ewlenija hawnhekk hija l-vulnerabbiltà tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Għall-pajjiżi dipendenti mill-prodotti bażiċi, is-setturi tal-prodotti bażiċi spiss huma l-aktar sors importanti ta' qligħ u impjiegi. Madankollu, l-inkapaċità tagħhom li jsarrfu t-tkabbir immexxi mill-prodotti bażiċi fi tkabbir ekonomiku wiesgħa u iktar fit-tul u benefiċċji aħjar għall-foqra ippoġġi f'dubju l-mudell ta' żvilupp tagħhom. Jeħtieġ li tingħata konsiderazzjoni fundamentali b'mod urġenti, li tinvolvi bis-sħiħ lis-soċjetà ċivili, dwar liema bidliet huma meħtieġa fil-politiki, l-istituzzjonijiet u l-infrastruttura tagħhom li jorbtu d-dħul mill-prodotti bażiċi mal-kisba ta' riżultati ta' żvilupp, inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli futuri.

1.8

Ir-rwol tas-settur privat huwa wkoll importanti u kritiku, billi l-maġġorparti tal-estrazzjoni tal-minerali u tal-enerġija issa hija tranżazzjoni tas-suq. Billi l-estrazzjoni u l-ipproċessar għandhom bżonn kapital intensiv, dawn jiddependu ħafna fuq kumpaniji multinazzjonali kbar. Għalhekk huwa essenzjali li l-Konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO, "Guidelines for Multinational Enterprises" (Linji Gwida għall-Impriżi Multinazzjonali) tal-OECD u l-Guidance for Responsible Supply Chains (il-Gwida għall-Katini tal-Provvista Responsabbli) tal-OECD (6) jiġu implimentati u osservati b'mod sħiħ, inkluża l-kooperazzjoni attiva tal-imsieħba soċjali. Kif tisħaq il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni "L-Ewropa globali" huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni kummerċjali "jgħaddu għand iċ-ċittadini tagħna. Hekk kif nimxu fit-triq tal-ġustizzja soċjali u l-koeżjoni f'pajjiżna, għandna zkoll infittxu wkoll li nippromwovu l-valuri tagħna, fosthom dawk soċjali u ambjentali, madwar id-dinja." (7)

1.9

L-importazzjonijiet tal-UE tal-enerġija u tal-materja prima jammontaw għal terz tal-importazzjonijiet kollha tal-UE (EUR 528 biljun fl-2010) (8). Attwalment l-UE tindirizza l-ostakli għal dawn l-importazzjonijiet, bħal projbizzjonijiet ta' esportazzjoni, restrizzjonijiet ġodda, dazji tal-esportazzjoni żejda jew ipprezzar doppju, permezz tan-negozjati kummerċjali tagħha (il-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles, il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomiku, il-Ftehimiet ta' Sħubija u Kooperazzjoni u n-negozjati ta' adeżjoni mad-WTO), bl-aħħar tentattiv ikun Mekkaniżmu ta' Tilwim.

1.9.1

Madankollu, il-Kumitat jesprimi t-tħassib kbir tiegħu li dawn huma strumenti tattiċi tal-politika kummerċjali u ma jammontawx għal strateġija globali, u lanqas ma jkunu effettivi fi kriżi. Il-mekkaniżmi ta' tilwim jieħdu l-ħin biex jibdew jaħdmu u, kif jidher mill-każ tal-elementi terresti rari, huma suġġetti għal titwil. Insejħu għal proċedura ta' rispons ta' emerġenza jew ta' kriżi ċara tal-UE fil-każ li importazzjoni importanti f'daqqa waħda ma tibqax disponibbli, għal kwalunkwe raġuni.

1.10

B'kunsiderazzjoni speċifika għall-kwistjonijiet tal-enerġija, ir-Russja, in-Norveġja u l-Alġerija bejniethom jammontaw għal 85 % tal-importazzjonijiet tal-gass naturali tal-UE u kważi 50 % ta' żejt mhux raffinat. Sa ftit ilu l-produtturi ewlenin tal-enerġija kienu kajmana biex jingħaqdu mad-WTO, li bħala organizzazzjoni bbażata fuq regoli, tenfasizza stabbiltà u prevedibbiltà akbar. Il-Kumitat għalhekk iħeġġeġ li l-UE taħtaf l-opportunità offruta mill-adeżjoni tar-Russja mad-WTO fl-2012, biex tpoġġi dinamiżmu ġdid urġenti fin-negozjati għal ftehim ta' kummerċ u investiment ġdid UE-Russja, u tiżviluppa relazzjoni aktar xierqa u profonda.

1.10.1

Bl-istess mod il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tinkoraġġixxi kemm il-finalizzazzjoni tad-dħul tal-Każakstan fid-WTO, kif ukoll l-impetu miksub reċentament kemm mill-Alġerija u kif ukoll mill-Ażerbajġan fin-negozjati tagħhom għad-dħul fid-WTO. Hemm bżonn jingħata wkoll impetu ġdid lin-negozjati ta' adeżjoni fl-UE tat-Turkija, bħala ċentru kritiku ta' enerġija u pajjiż tranżitu.

1.11

Il-Kumitat iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tagħmel l-almu tagħha biex tgħin tiġi żgurata l-applikazzjoni separata u antiċipata (early harvest) tal-ftehim propost tad-WTO, fil-laqgħa Ministerjali tad-WTO li jmiss, dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ u kwistjonijiet oħra relatati mal-agrikoltura li ma jistgħux ikunu koperti faċilment minn ftehimiet bilaterali. Bl-imblokk tan-negozjati ta' Doha, anke dawn l-isforzi mixjin bil-mod ħafna. In-nuqqas li jinkiseb anki dan l-għan limitat jista' jirrifletti ħażin ħafna fuq ir-rwol tan-negozjati globali tad-WTO: falliment finali fuq livell multilaterali jista' potenzjalment ikollu konsegwenzi serji għas-sigurtà globali tal-ikel.

1.12

Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattiva tal-Kummissjoni għall-provvista responsabbli "tal-minerali ta' kunflitt" (dawk li ġejjin minn żoni ta' kunflitt jew b'riskju għoli), u għażliet oħra biex tassisti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom ħafna riżorsi u li tiffoka fuq it-trasparenza tal-katina tal-provvista tal-minerali. Madankollu, nibqgħu mħassbin li, peress li t-traċċabilità ta' spiss hija impossibbli li tiġi ddeterminata b'mod sħiħ, jew il-kummerċ ser jiġi "ddevjat" għall-pajjiżi ġirien jew il-kumpaniji jistgħu jirtiraw minflok jiffaċċjaw akkużi mhux mixtieqa. Approċċ volontarju bbażat fuq il-linji gwida tal-OECD għall-korporazzjonijiet multinazzjonali għandu jiġi kkunsidrat ukoll, filwaqt li inizjattivi, bħall-EITI (9), li tindirizza t-trasparenza tal-ħlasijiet, għandhom jiġu mħeġġa u appoġġjati bis-sħiħ. Hawnhekk ukoll, huwa essenzjali li jkun żgurat it-twettiq ta' proċess parteċipatorju sħiħ li jinvolvi lis-soċjetà ċivili.

2.   Importazzjonijiet essenzjali ewlenin - sfond

2.1   Ħafna fatturi flimkien qed joħolqu domanda esponenzjali għar-riżorsi naturali. Dawn jinkludu popolazzjoni dinjija li mistennija tilħaq id-9 biljuni, industrijalizzazzjoni u urbanizzazzjoni mgħaġġla b'iktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja issa tgħix fil-bliet u mill-2030, 2 biljun ruħ aktar ta' "klassi medja", li jitolbu (u jkunu kapaċi jħallsu għal) diversità u għażla ferm akbar ta' affarijiet li jixtiequ jikkunsmaw. Ebda pajjiż ma jista' jkollu pretensjoni prijorjitarja għal dawn ir-riżorsi: diġà hemm żieda esponenzjali tal-użu tal-mowbajls madwar id-dinja.

2.1.1   Il-problema spiss hija aggravata mill-fatt li ħafna minerali ewlenin jinsabu f'żoni ta' kunflitt, filwaqt li s-sorsi tal-enerġija ewlenin spiss jinsabu f'pajjiżi fejn hemm problemi politiċi oħra. Għalhekk huwa essenzjali li tittieħed azzjoni preventiva globali, qabel id-domanda tisboq sew il-provvista għall-materja prima prinċipali, kontra jew żieda esponenzjali fil-prezzijiet, li waħedha jista' jkollha effett devastanti fuq id-disponibbiltà immedjata ta' dawn il-materjali (biex ma nsemmux l-effett fuq il-faqar), jew ir-rikors għall-gwerra u kunflitti.

2.2   Enerġija

2.2.1

L-enerġija hija fattur strateġiku fundamentali fi kwalunkwe konsiderazzjoni tal-importazzjonijiet essenzjali għall-UE.,Hija komponent bażiku fiż-żamma kemm tal-istandard ta' għajxien kif ukoll tal-kwalità tal-ħajja tagħna. Madanakollu, is-suq internazzjonali tal-enerġija huwa kompetittiv ħafna u volatili. Minkejja li l-importazzjonijiet ikopru 55 % tat-taħlita tal-enerġija tal-UE (10), l-UE inġenerali timporta 60 % tal-gass tagħha u ’l fuq minn 80 % taż-żejt (11), bil-kompetizzjoni dejjem ikbar minn bnadi oħra, b’mod partikolari mill-ekonomiji emerġenti.

2.2.2

Id-domanda globali tal-enerġija tista’ tiżdied b’40 % fl-20 sena li ġejjin filwaqt li rispons inadegwat għat-tibdil fil-klima jista' jkompli jaggrava s-sitwazzjoni. Provvista tal-enerġija sikura u affidabbli hija kruċjali, mandanakollu ħafna Stati Membri jistgħu jiddependu biss minn għadd żgħir ta’ fornituri tal-enerġija u għalhekk huma suxxettibbli għal konġestjonijiet u volatilità fil-prezzijiet, b’mod partikolari fil-każ tal-gass u ż-żejt. Id-diversfikazzjoni tal-provvista tal-enerġija hija partikolarment urġenti għat-tliet Stati Baltiċi.

2.2.3

L-enerġija hija qasam ta' kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri, ikkumplikata minn kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità kummerċjali u sovranità nazzjonali. It-tweġiba tal-Kummissjoni kienet fuq żewġ linji. L-ewwel nett, qed jitwaqqaf mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni biex ikopri l-ftehimiet intergovernattivi tal-enerġija bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Dan, il-Kumitat laqgħu bħala "pass xieraq lejn l-implimentazzjoni effettiva ta' politika komuni tal-UE għall-enerġija esterna", f'konformità mal-Istrateġija 2020 tal-UE dwar l-Enerġija, u "jenfasizza li huwa essenzjali li l-Ewropa taġixxi b'vuċi magħquda sabiex tikseb provvista tal-enerġija adegwata, stabbli u sigura fil-futur prevedibbli".

2.2.3.1

S'issa l-ebda pajjiż fl-UE ma jista' jkollu stampa ġenerali dwar kwalunkwe sieħeb kummerċjali speċifiku, iżda dawk l-imsieħba kummerċjali ċertament għandhom. Hemm xi 30 ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi dwar iż-żejt, xi 60 dwar il-gass iżda inqas dwar l-elettriku.

2.2.4

It-tieni parti tal-istrateġija tal-Kummissjoni hija l-Pjan Direzzjonali dwar l-Enerġija għall-2050, li l-Kumitat laqa' wkoll. Dan jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati strateġiji tal-enerġija wara l-2020 u jħares lejn numru ta' xenarji li jinkludu miżuri sodi sew dwar l-effiċjenza enerġetika, il-prezzijiet tal-karbonju, l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli il-ġbir tal-karbonju u l-enerġija nukleari.

2.2.5

F'termini ta' garanzija tal-importazzjonijiet essenzjali, il-Kumitat sejjaħ għal strateġija komprensiva tal-UE dwar l-enerġija esterna (12) u biex il-politika barranija komuni tal-UE dwar l-enerġija tkun intensifikata progressivament u malajr (13). Dan it-tħassib jibqa'. Madanakollu, mil-lat speċifiku tal-politika kummerċjali, il-punt prinċipali huwa kemm li jiġu identifikati konġestjonijiet ta' provvista u ta' infrastruttura kif ukoll li tiżdied is-sħubija fid-WTO fost il-fornituri ewlenin tal-enerġija, mhux l-inqas biex jitħeġġu aktar stabbiltà u prevedibbiltà.

2.3   Ikel, art u ilma

2.3.1

Il-tieni qasam prinċipali ta' riżorsi naturali involuti fiż-żamma ta' standard u kwalità tal-ħajja deċenti jkopri l-art agrikola, l-ikel u l-ilma, bl-istess mod mhedda minn tweġiba inadegwata għall-bidla fil-klima.

2.3.2

L-UE tgawdi minn klima moderata, minkejja d-densità għolja tal-popolazzjoni u li biss parti minn tmienja tal-art tagħha hija adatta għall-produzzjoni tal-ikel. Iż-żieda fl-aridità hija theddida li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri tan-Nofsinhar iżda jekk ikun hemm bżonn importazzjoni tal-ilma din tiġi mill-UE stess.

2.3.3

Il-Kumitat diġà ta l-fehma tiegħu dwar is-sigurtà tal-ikel (14), jiġifieri l-problema globali u usa', bħala waħda mill-ixpruni prinċipali għar-riforma tal-PAK.

2.3.4

L-UE timporta aktar ikel minn pajjiżi inqas żviluppati milli l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun u l-Awstralja flimkien. Għalkemm Copa-Cogeca turi kummerċ negattiv fl-agrikoltura, il-Kummissjoni turi surplus ġenerali fl-2012 ta' EUR 12,6 biljun inkluża l-industrija tal-ipproċessar tal-ikel. L-importazzjoni ewlenija agrikola tal-UE hija s-soja għall-għalf, li mingħajrha l-produzzjoni tal-laħam u l-prodotti tal-ħalib jkunu f'riskju serju (il-limiti ĠM huma rilevanti hawnhekk). Prodotti oħra prodotti biss f'ammonti suffiċjenti x'imkien ieħor jinkludu ċerti żrieragħ taż-żejt, frott, kafè, kawkaw u te.

2.3.5

B'ebda theddida reali għar-restrizzjonijiet fl-importazzjonijiet lejn l-UE, il-kwistjonijiet kummerċjali ewlenin hawnhekk huma l-istandards soċjali u ambjentali differenti, inklużi t-traċċabbilità, l-SPS (saħħa) u l-benessri tal-annimali, u t-tħassib dwar il-Proprjetà Intellettwali. Għal ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-prodotti agrikoli huma l-esportazzjoni fundamentali - jekk mhux prinċipali - li għalihom l-UE titqies bħala suq prinċipali, fejn ħafna jemmnu li l-aċċess huwa indebitament ristrett minħabba s-sigurtà tal-ikel tal-UE u standards oħra.

2.3.6

L-agrikoltura hija parti ewlenija min-negozjati ta' Doha tad-WTO - tabilħaqq in-negozjati kellhom jibdew fl-1999, qabel tnedew dawk ta' Doha - iżda dawn ma waslu mkien. Il-Kumitat huwa mħasseb li n-nuqqas li saħansitra jiġi żgurat ftehim antiċipat u separat dwar il-Faċilitazzjoni Kummerċjali u kwistjonijiet oħra marbuta mal-agrikoltura fil-laqgħa Ministerjali li jmiss tad-WTO jista' jkollu konsegwenzi serji ħafna għad-WTO, iżda saħansitra agħar għas-sigurtà globali tal-ikel.

2.4   Minerali u materja prima strateġiċi ewlenin

2.4.1

L-aċċess għall-minerali u l-materja prima strateġiċi ewlenin huwa t-tielet qasam strateġiku fundamentali meta jiġu kkunsdrati l-importazzjonijiet essenzjali għall-UE.

2.4.2

Din il-materja prima ewlenija, tinkludi minerali metalliċi u industrijali, materjali tal-kostruzzjoni, u metalli bażi, bħall-kobalt, il-gallju, l-indju u firxa ta' elementi terrestri rari. L-użu tagħhom għandu impatt fuq il-ħajja ta' kuljum f'ħafna modi differenti, prinċipalment fil-karozzi, l-ajruplani u t-tagħmir informatiku. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2011, il-Kummissjoni telenka 14-il "materja prima kritika" ewlenija, b'rati ta' riċiklaġġ u sostituzzjoni, li bħalissa qed taġġorna biex tkopri l-iżvilupp tas-suq, dawk teknoloġiċi u oħrajn. Bla dubju, xi komponenti bażiċi jkunu diġà parti minn ħafna importazzjonijiet manifatturati minn qabel, u materjal strateġiku ieħor mhux kritiku bħalissa, iżda malajr jista' jispiċċa l-użu ta' tagħmir informatiku u tagħmir prinċipali ieħor u mbagħad jintrema.

2.4.3

Il-London Metal Exchange tistima li madwar 7 % tal-konsum totali tar-ram jiġi mis-settur tal-karozzi, iżda l-karozzi jinkludu wkoll l-azzar, l-aluminju, il-platinu (60 % tal-użu totali), il-palladju, ir-rodju, iċ-ċomb, il-landa, il-kobalt u ż-żingu. Bl-istess mod, mowbajl jew Ipad fih ir-ram, il-fidda, id-deheb, il-palladju u l-platinu. Is-sostituzzjoni regolari ta' dawn l-oġġetti, madwar kull sentejn, hija diġà ta' tħassib kbir, iżda ż-żieda globali fl-użu hija esponenzjali, bi stima ta' 2 biljun mowbajls li diġà qegħdin jintużaw fiċ-Ċina u l-Indja waħedhom. Huwa stmat li s-sehem taċ-Ċina fil-konsum tar-ram globali waħdu żdied minn 12 % għal 40 % f'10 snin.

2.4.4

Minħabba l-avvanzi teknoloġiċi, xi wħud mill-minerali l-iktar kruċjali mfittxija llum jistgħu ma jibqgħux essenzjali fil-futur qrib, iżda oħrajn, bħall-elementi terresti rari (li bħalissa pereżempju huma parti ewlenija tal-aktar mowbajls reċenti), jista' jkollhom domanda kritika f'daqqa. Pereżempju, iċ-Ċina, li hi stmata li għandha s-97 % tad-depożiti tal-elementi terresti rari, imponiet restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fejn s'issa ma kien possibbli la riċiklaġġ u lanqas sostituzzjoni, iżda l-UE kellha tniedi Bord ta' Tilwim tad-WTO għal darb'oħra, minkejja li ċ-Ċina tilfet l-ewwel wieħed.

3.   L-isfida strateġika tas-sostenibbiltà għall-UE

3.1

L-iżgurar ta' materja prima strateġika kien għan ewlieni tal-politika barranija matul l-istorja għall-istati u l-imperi - u issa wkoll għall-kumpaniji kbar u l-korporazzjonijiet. Kif imsemmi, ebda ekonomija mhi awtosuffiċjenti meta niġu għall-provvista tal-materja prima.

3.2

Jibqa' dejjem preżenti l-periklu ta' xokkijiet mhux previsti fuq żmien qasir, kemm jekk ġejjin mill-prezz kif ukoll minn kawżi oħra, min-nuqqasijiet fit-trasport jew l-infrastruttura, sa ostakli intenzjonati, kriżijiet ambjentali jew kriżijiet oħrajn bħalma ġara f'Fukushima. Eżempji reċenti jinkludu nuqqasijiet kbar ta' enerġija (fl-2006 u l-2009) minħabba l-interruzzjoni tal-provvista mir-Russja, u iktar kmieni, fis-snin 70 minħabba nuqqas ta' żejt.

3.2.1

Ħafna mir-rimedji disponibbli għall-Kummissjoni jittrattaw soluzzjonijiet fit-tul. Fil-fatt, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-kwistjoni fuq numru ta' snin. Hija tindirizza l-ostakoli permezz tan-negozjati kummerċjali tagħha u, filwaqt li l-Kumitat huwa assigurat li l-provvista tkun inkluża f'kull każ, jidher li hemm ftit enfasi fuq l-iżgurar tal-importazzjonijiet essenzjali f'emerġenza.

3.3

Il-kompetenza hawnhekk hija fost il-ħafna sfidi li qed tiffaċċja l-UE. L-UE għandha kompetenza fil-kwistjonijiet tal-kummerċ, iżda, kuntrarjament għall-Istati Uniti, l-Istati Membri individwali, l-organizzazzjonijiet militari jew anke kumpaniji individwali, hija ma tistax hija stess taħżen riżervi strateġiċi taż-żejt jew materja prima ewlenija oħra. Kif turi r-reviżjoni tal-RMI "l-ebda Stat Membru ma jappoġġja skema ta’ kumulazzjoni ta’ stokk bħala opzjoni politika."

3.3.1

L-UE tista' tuża biss il-persważjoni ("soft" power). L-isfida tagħha għandha tkun li tiżviluppa qafas strateġiku kumplessiv. Hawnhekk l-UE qegħda f'pożizzjoni tajba biex tieħu rwol ta' tmexxija fi tliet oqsma prinċipali: il-promozzjoni ta' qafas globali, il-promozzjoni tas-sostenibbiltà u l-iżgurar tal-involviment attiv u sħiħ tas-soċjetà ċivili. Billi ħafna rakkomandazzjonijiet koprew dawn il-kwistjonijiet, m'hemmx bżonn nirrepetu l-argumenti hawnhekk, iżda l-Kumitat jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni darbtejn (15) enfasizzat li s-settur tal-minjieri "jista' u għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli". Is-sostenibbiltà trid tkun fundamentali għal kwalunkwe strateġija tal-UE għall-ksib tal-importazzjonijiet essenzjali.

3.4

Ir-rwol tas-settur privat huwa importanti u kritiku: il-maġġorparti tal-estrazzjoni tal-minerali issa hija tranżazzjoni tas-suq. Dan jidher ċar fil-partijiet aktar miftuħa tad-dinja, inklużi l-UE, l-Istati Uniti, l-Awstralja, l-Afrika t'Isfel, il-Brażil u l-Indja u sa ċertu punt il-kumpaniji ewlenin tal-enerġija Russi. Hawnhekk il-Kumitat jilqa' b'mod partikolari l-impenn tal-Assoċjazzjoni tal-Minerali Industrijali tal-UE biex "taħdem attivament lejn titjib kontinwu fil-prestazzjoni ekonomika, ambjentali u soċjali".

3.4.1

Kif il-Komunikazzjoni tal-2011 tiddikjara speċifikament li "Is-sigurtà tal-provvista tal-materja prima hija essenzjalment il-kompitu tal-kumpaniji", u żżid li r-rwol tal-awtoritajiet pubbliċi "huwa li jiżguraw li jkun hemm kundizzjonijiet ta' qafas tajbin li jippermettu lill-kumpaniji li jwettqu dan il-kompitu".

3.5

B'kuntrast ma' dan hija ekonomija ċentralment ippjanata bħaċ-Ċina, fejn ħafna mil-lievi u l-atturi ekonomiċi huma taħt gradi varji ta' kontroll ċentralizzat. Iċ-Ċina għandha approċċ strateġiku iktar ċar u komprensiv biex jiżgura l-bżonnijiet ewlenin tagħha futuri fl-ikel u l-għalf, l-ilma, il-minerali u l-enerġija minn kwalukwe pajjiż ieħor, li b'attenzjoni partikolari għall-Afrika wassal għal tħassib mifrux. Kif sostnut mill-Kumitat, "hija u tfittex sorsi ġodda ta’ materja prima u investiment barrani, iċ-Ċina adottat sħubiji f’bosta pajjiżi Afrikani li jikkonċentraw fuq l-investiment bħala kummerċ milli bħala għajnuna għall-iżvilupp (16)".

3.5.1

Madankollu oħrajn jgħidu li ċ-Ċina għamlet trattati "ħżiena" u qed tħallas żejjed b'mod sinifikanti għall-materja prima tagħha, u li billi tittratta ma' pajjiżi li jistgħu jikkawżaw diffikultajiet politiċi għal oħrajn, fil-verità qed twessa' d-disponibbiltà ta' dawn il-minerali.

3.6

Għal ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom nuqqas ta' riżorsi, huwa diffiċli jiżguraw l-aċċess għall-materja prima. Pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom ħafna riżorsi u li jesportaw ukoll għandhom bżonn jeqirdu l-faqar. Għandhom bżonn jieħdu iktar valur miżjud mill-ipproċessar, kif ukoll jistabbilixxu sħubija ta' ħidma mas-settur privat.

3.6.1

Issemma t-tħassib dwar "il-minerali ta' kunflitt". Din l-inizjattiva tal-KE hija marbuta biss ma' żoni ta' kunflitt jew ta' wara gwerra, iżda bħal kif inhu ddikkjarat "l-estrazzjoni, it-tqandil, il-kummerċ u l-ipproċessar ta' minerali ġew assoċjati mal-użu ħażin tad-dħul finanzjarju, l-ostakli ekonomiċi, il-kunflitt politiku u l-fraġilità tal-Istat", enfasizzat mill-użu ħażin tad-dħul finanzjarju mill-partijiet li qed jiġġieldu, 'l hekk imsejħa "Saħta tar-Riżorsi".

3.6.2

Inizjattivi bħall-EITI għandhom ikunu mħeġġa u appoġġjati bis-sħiħ, u għandhom ikunu stabbiliti proċessi parteċipatorji sħaħ li jinvolvu s-soċjetà ċivili. Dan flimkien mad-djalogu soċjali huma fatturi ewlenin biex niżguraw governanza tajba u niġġieldu l-korruzzjoni. Ir-rwol ta' monitoraġġ stabbilit għas-soċjetà ċivili fi ftehimiet kummerċjali reċenti tal-UE joffri preċedent mill-aqwa, iżda s-soċjetà ċivili għandha tiġi involuta wkoll bis-sħiħ u b'mod attiv, u għandha tingħata kunsiderazzjoni dovuta lit-trasparenza f'kull stadju tan-negozjati dwar il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles, il-ftehimiet ta' sħubija ekonomika u l-ftehimiet ta' sħubija u kooperazzjoni qabel ma dawn jiġu konklużi. Billi s-settur privat għandu rwol prinċipali, il-vuċi tal-imsieħba soċjali ukoll huwa ta' importanza kbira.

4.   Minerali u materja prima strateġiċi ewlenin

4.1

Il-Kummissjoni (DĠ Intrapriża) nediet l-Inizjattiva għall-Materja Prima fl-2008. Din għandha tliet pilastri bbażati fuq l-ewwel nett kundizzjonijiet ugwali fl-aċċess għar-riżorsi f'pajjiżi terzi, it-tieni t-trawwim ta' provvista sostenibbli mir-riżorsi Ewropej u t-tielet billi tingħata spinta lill-effiċjenza tar-riżorsi / riċiklaġġ.

4.1.1

Dawn il-pilastri huma ta' importanza fundamentali iżda jaqgħu barra l-ambitu ta' din l-Opinjoni. Madankollu, il-Kumitat jistaqsi għaliex persentaġġ hekk kbir ta' skart tal-metalli riċiklabbli tal-UE huwa esportat barra mill-UE, meta fdalijiet tal-metall riċiklat spiss huwa konsiderevolment aktar prezzjuż u orħos mill-materja prima oriġinali: effettivament qed nissussidjaw liċ-Ċina.

4.2

Il-Komunikazzjoni tal-2011 tal-Kummissjoni adottat ir-rapport tal-Grupp ta' Ħidma Ad hoc dwar id-definizzjoni ta' materja prima kritika. Il-Kumitat kopra dan fl-Opinjoni tiegħu "Naffrontaw l-isfidi fis-swieq tal-prodotti bażiċi u dawk marbuta mal-materja prima" (17) li ħarset ukoll lejn ir-rwol tas-swieq finanzjarji.

4.2.1

Kif imsemmi, l-Komunikazzjoni elenkat 14-il materja prima kritika ewlenija, bir-rati ta' riċiklaġġ u sostituzzjoni tagħhom. Il-Kumitat jilqa' l-fatt li r-reviżjoni attwali qed issir b'konsultazzjoni sħiħa tal-partjiet interessati, minkejja li dawn ma eżaminawx għażliet ta' politika li f'pajjiżi bħall-Istati Uniti jew ir-Renju Unit mistennija jkollhom parti integrali.

4.2.2

Il-Kumitat jilqa' l-metodoloġija ġenerali u bir-reqqa ħafna li hija użata. Fost fatturi oħra, din tħares lejn minerali (u prodotti sekondarji) li huma ta' importanza ekonomika sinifikanti (filwaqt li tqabbel minerali bi proprjetajiet differenti ħafna u użati minn firxa ta' setturi wiesgħa ħafna), dawk li għandhom riskju għoli ta' provvista, u dawk b'nuqqas ta' sostituti lesti. Permezz tal-użu ta' indikaturi tal-Bank Dinji, il-pajjiżi sors huma identifikati b'governanza fqira jew riskju għoli ta' avvenimenti ta' sfrattu (mill-impożizzjoni arbitrarja ta' kwoti ta' esportazzjoni għall-gwerra ċivili), jew fejn hemm standards ambjentali baxxi. Ir-rati ta' riċiklaġġ potenzjali huma eżaminati wkoll, kif huma l-grad ta' kwalità, il-volatilità tal-prezzijiet u d-disponibbiltà ġeografika kontinwa. Din il-ħidma dettaljata tibqa' essenzjali.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-KumitatEkonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  EU Trade Policy for Raw Materials – Second Activity Report, (Il-Politika tal-Kummerċ tal-UE dwar il-Materja Prima - it-Tieni Rapport ta' Attività), Mejju 2012 (mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  COM (2008) 699 final u COM (2013) 442 final.

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli" (COM (2013) 92 final, 27 ta' Frar 2013; ĠU C 271, 19.09.2013, p. 144.

(4)  Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.

(5)  COM(2011) 25 final.

(6)  OECD Due Diligence Guidance for Responsible Supply Chains of Minerals from Conflict-Affected and High-Risk Areas: Second Edition 2012 (Il-Gwida tal-OECD għad-dover ta' diliġenza għall-katini responsabbli ta' provvista ta' minerali minn żoni ta' kunflitt jew b'riskju għoli: it-tieni edizzjoni 2012 - mhux disponibbli bil-MaltI)

(7)  COM (2006) 567, Final, l-4 ta' Ottubru 2006, punt 3.1.iii

(8)  Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġna.

(9)  Extractive Industries Transparency Initiative - Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi.

(10)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050, COM(2011) 885 final, ĠU C 229, 31.7.2012, p. 126–132,

(11)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2011) 540 final kif ikkowata fl-Opinjoni tal-Kumitat "Il-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija" - ĠU C 68, 6.3.2012.

(12)  Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar "Id-dimensjoni esterna tal-politika tal-enerġija tal-UE", ĠU C 182 4.8.2009, p. 8-12.

(13)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-provvista tal-enerġija: x’tip ta’ politika ta’ viċinat għandna bżonn biex niggarantixxu s-sigurtà tal-provvista għall-UE?” -ĠU C 132 3.5.2011, p 15-21.

(14)  Opinjoni tal-KESE dwar "Il-kummerċ u s-sigurtà alimentari", ĠU C 255, 2.9.2010.

(15)  Ara n-noti 2 u 5 f'qiegħ il-paġna.

(16)  Opinjoni tal-KESE "Lejn politika komprensiva ta’ investiment internazzjonali Ewropew", ĠU C 318, 29.10.2011.

(17)  ĠU C 318, 29.10.2011, p. 76-81


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/53


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-Att dwar is-Suq Uniku – L-identifikazzjoni ta' miżuri neqsin” (Opinjoni addizzjonali)

2014/C 67/09

Relatur: is-Sinjura FEDERSPIEL

Korelaturi: is-Sur SIECKER u s-Sur VOLEŠ

Nhar l-14 ta’ Frar 2013, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni dwar

L-Att dwar is-Suq Uniku - L-identifikazzjoni ta’ miżuri neqsin

(Opinjoni addizzjonali).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha fit-2 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'119-il vot favur, 4 voti kontra u 13-il astensjoni.

1.   Introduzzjoni

1.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ilu jsegwi mill-bidu tal-2010 l-inizjattivi tal-Kummissjoni sabiex jitnieda mill-ġdid is-Suq Uniku. Fl-Opinjoni tiegħu dwar L-Att dwar is-Suq Uniku I (1), huwa elenka għadd ta' miżuri li fil-fehma tiegħu kienu nieqsa mill-proposti tal-Kummissjoni (2). Għandhom jiġu kkunsidrati l-kummenti u l-konklużjonijiet tar-'Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE – Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE' (3). Il-KESE jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li llum hemm aktar ostakoli għas-Suq Uniku milli kien hemm meta twaqqaf (4).

1.2

Il-KESE huwa wieħed mill-imsieħba ewlenin fl-organizzazzjoni tax-Xahar tas-Suq Uniku. Il-kontribut tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huwa element indispensabbli sabiex tingħata attenzjoni adatta lill-miżuri meħtieġa għat-tnedija mill-ġdid tas-Suq Uniku, peress li dawn l-organizzazzjonijiet jintlaqtu minn dawn il-miżuri.

1.3

Il-linja ekonomika tal-UE trid tingħata direzzjoni mill-ġdid wara madwar 30 sena u għandu jitwaqqaf t-twemmin li s-suq ħieles huwa kapaċi jikkoreġi imġiba ħażina tas-suq. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja riċenti ħalliet impatt kbir ħafna fuq iċ-ċittadini: is-sagrifiċċji tagħhom iridu jwasslu għal perspettivi ġodda għax inkella l-appoġġ għall-integrazzjoni Ewropea se jonqos dejjem iżjed. F'dan ir-rigward, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-inizjattivi tal-Att dwar is-Suq Uniku I u II qed jitqiesu li qed jimxu bil-mod wisq.

1.4

Għandhom jittieħdu azzjonjiet konkreti għall-ġlieda kontra kull tip ta' faqar, eżempju fl-enerġija, fil-konsum, u fid-dejn żejjed eċċ, li huwa riżultat tal-kriżi finanzjarja u li jdgħajjef it-tkabbir u l-kisba tas-Suq Uniku.

1.5

Il-KESE tenna kemm-il darba fuq l-importanza tas-sjieda tal-Istati Membri permezz tal-implimentazzjoni u l-infurzar adatti sabiex ikun hemm Suq Uniku li jaħdem kif mixtieq. L-infurzar irid ikollu dimensjoni transkonfinali ġdida li tinvolvi l-kooperazzjoni. Suq Uniku li jista' jadatta għall-futur irid jinbena fuq ekonomija sostenibbli u kompetittiva ħafna bbażata fuq proċessi u prodotti sostenibbli, ambjent tax-xogħol diċenti u fuq l-innovazzjoni. Huwa importanti li l-Kummissjoni tqiegħed fil-qalba tas-Suq Uniku l-500 miljun ċittadin tal-UE. Huma jirrappreżentaw saħħa ekonomika importanti li l-infiq tagħhom huwa 56 % tal-PDG tal-UE, kif ġie espress fl-Aġenda tal-Konsumatur tal-Kummissjoni (5).

1.6

Is-Suq Uniku jrid ikun strument b'riżultati tanġibbli, konformi mal-acquis soċjali u ambjentali. Inizjattivi taħt l-SMA I u II iridu jiġu kkoordinati mal-miżuri u l-passi meħuda sabiex tissaħħaħ l-UEM (Patt Fiskali, ESM, Euro plus, eċċ.)/

1.7

In-negozjati dwar ftehimiet ta' kummerċ ħieles iridu jintużaw sabiex tiġi inforzata sitwazzjoni ta' kundizzjonijiet indaqs, bħal pereżempju r-reċiproċità tat-tariffi, filwaqt li jinżammu l-istandards għoljin tal-protezzjoni tal-konsumatur, kif ukoll il-ħarsien ambjentali u soċjali. Filwaqt li tikkompeti ma' atturi globali, l-UE trid tiżgura elementi li se jsaħħu l-kompetittività tagħha, bħal riżorsi tal-enerġija aċċessibbli, forza tax-xogħol b'ħiliet speċjalizzati u suq tax-xogħol flessibbli.

2.   Is-Suq Uniku diġitali

2.1   Ir-Regolament adottat riċentement dwar id-distribuzzjoni selettiva żamm id-diskriminazzjoni bejn kanali ta' distribuzzjoni "off-line" u "on-line" billi ppermetta li ċerti distributuri jkunu meħtieġa jkollhom ħanut jew uffiċċju mibnija (tal-ġebel) qabel ma jkunu jistgħu jwettqu attivitajiet ta' bejgħ onlajn. Ir-regolament il-ġdid mhux se jwaqqaf id-distribuzzjoni selettiva ta' prodotti ta' kuljum, li tista' tkun ta' ħsara għall-kompetizzjoni u l-għażla tal-konsumatur.

2.2   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tibqa' soda fil-pożizzjoni tagħha u tikkonferma l-prinċipju tan-newtralità tat-tiftix (search neutrality principle) li skontu l-magni tat-tiftix m'għandhomx jimmanipulaw r-riżultati naturali għall-interessi kummerċjali tagħhom. Mhumiex biżżejjed rimedji bbażati fuq it-tikkettar tar-riżultati tat-tiftix sabiex tingħata ħajja ġdida lill-kompetizzjoni, titwaqqaf l-imġiba anti-kompetittiva u jitħeġġeġ il-benessri tal-konsumatur.

2.3   Protezzjoni tad-data

2.3.1

Meta r-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data rivedut jiġi adottat, se jkun importanti li l-Istati Membri jingħataw linji gwida dwar dispożizzjonijiet speċifiċi, biex b'hekk jiġi żgurat li jiġu implimentati b'mod koerenti.

2.3.2

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-iżvilupp ta' notifiki ta' privatezza standard. Ir-regolament il-ġdid jinkludi dispożizzjoni li teħtieġ li l-politiki ta' privatezza jkunu trasparenti u faċli li jinftiehmu mill-konsumaturi. L-iżvilupp ta' notifiki ta' privatezza standard se jgħin biex jiġi żgurat li konsumaturi jkunu informati b'mod adatt dwar l-ipproċessar tal-informazzjoni personali tagħhom u li politiki ta' privatezza ma jibqgħux testi legali kumplessi. Għandu jiġi żgurat li n-negozji, speċjalment l-SMEs, ma jkunux soġġetti għal piż amministrattiv u spejjeż sproporzjonati.

2.4   Dritt tal-Awtur

2.4.1

Wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju ta' qabel, Vitorino, il-Kummissjoni Ewropea trid tadotta azzjoni ta' segwitu biex tiżugra li s-sistemi attwali ta' ħlas tad-dritt tal-awtur jiġu eliminati progressivament. Fuq medda qasira ta' żmien, is-sistema attwali għandha tkun riformata u għandu jiġi kkjarifikat li l-kontenut diġitali soġġett għal ftehimiet ta' liċenzjar m'għandux jintalab aktar ħlas għalih, minħabba li jittella' fil-cloud jew jinżamm fil-cloud minn fornitur tas-servizz. Huwa importanti wkoll li l-ħlas tad-dritt tal-awtur ikun viżibbli għall-utent aħħar, u li l-ħlasijiet jiġu kkalkolati abbażi tal-ħsara ekonomika kkawżata mill-ikkuppjar privat.

2.4.2

Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Awtur tal-2001 ma rnexxilhiex tilħaq l-objettiv ta' armonizzazzjoni tal-liġijiet dwar id-drittijiet tal-awtur fl-Istati Membri tal-UE. Jeżistu differenzi sinifikanti fir-rigward tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet li joħolqu inċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għal min joħloq il-kontenut. Ir-reviżjoni ta' din id-direttiva għandha tkun prijorità.

2.4.3

Is-sistema attwali għad-distribuzzjoni tal-kontenut awdjoviżiv, imsejsa fuq il-ħruġ fis-suq fuq pjattaforma u skont it-territorju, trid tiġi adattata għall-ambjent diġitali u tirrispondi għall-aspettattivi tal-konsumaturi. Il-ħruġ fis-suq kronoloġiku ta' films fuq midja (ċinema, DVD, Video on Demand) u f'territorji differenti għandu jitnaqqas u jippermetti għal ċertu ammont ta' flessibilità. Hemm spazju għal sperimentazzjoni b'mudelli ta' negozju innovattivi li jkunu jistgħu jippermettu data waħda għall-ħruġ fis-suq ta' kontenut awdjoviżiv f'pajjiżi bi tradizzjonijiet kulturali u lingwistiċi komuni.

2.5   Prodotti diġitali

2.5.1

Huwa neċessarju li jitkompla l-proċess ta' armonizzazzjoni li beda bid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur fl-2011 bir-revizjoni u l-aġġornament tad-Direttiva dwar il-Bejgħ lill-Konsumatur tal-1999 sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-ekonomija diġitali: huma meħtieġa b'mod urġenti rimedji f'każi ta' prodotti ta' kontenut diġitali li huma difettivi.

2.5.2

Il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar kundizzjonijiet kuntrattwali mhux ġusti (Direttiva 1993/13/KEE) f'kuntratti tal-konsumatur għall-provvediment ta' kontenut diġitali.

3.   Prodotti u servizzi

3.1

F'Settembru 2013 il-Kummissjoni Ewropea ressqet pakkett leġislattiv għall-ikkompletar tas-Suq Uniku tat-Telekomunikazzjonijiet. Il-KESE jinnota b'dispjaċir li l-proposta titlef l-opportunità li tkompli tnaqqas it-tariffi tar-roaming u b'hekk tkun qed ittejjeb is-Suq Uniku għaċ-ċittadini Ewropej. Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon ir-regoli proposti sabiex jiġi faċilitat il-bdil ta' operaturi mill-konsumaturi, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet kuntrattwali u prattiki kummerċjali aktar ġusti, u biex ikun hemm infurzar aħjar u aċċess għar-rimedju. Ir-regoli dwar in-newtralità tal-internet huma fid-direzzjoni t-tajba iżda hemm bżonn li jissaħħu.

3.2

Il-proporzjon ta' setturi armonizzati ma' dawk mhux armonizzati jilħaq il-ħtiġijiet bażiċi tal-ekonomija. Kwalunkwe attentat ieħor biex jiġu armonizzati setturi oħrajn tal-prodotti jrid ikun ibbażat fuq analiżi dettajata. Għal setturi mhux armonizzati koperti mill-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku, il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida dwar ir-rwol u l-istatus legali ta' korpijiet ta' testjar privati li ma jaċċettawx ċertifikati maħruġa minn korpi ta' testjar minn pajjiżi oħrajn. Għandha tiġi kompluta l-lista bilingwi ta' prodotti mhux armonizzati fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni Ewropea.

3.3

Għad m'hemmx Suq Uniku għas-servizzi finanzjarji bl-imnut għall-konsumaturi. Minħabba ostakoli tan-negozju u kummerċjali, bażikament huwa impossibbli għal konsumaturi li jixtru servizzi finanzjarji barra minn pajjiżhom. Id-differenzi kbar attwali f'termini ta' kwalità u prezz bejn kontijiet tal-bank, kontijiet ta' tfaddil u krediti ipotekarji, eċċ. bejn l-Istati Membri jista' jfisser li jkun interessanti għal konsumaturi li jixtru prodotti finanzjarji minn pajjiżi oħrajn. Il-KESE jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tanalizza din is-sitwazzjoni u tipproponi inizjattivi. Il-konsumaturi ġieli ma jingħatawx rakkomandazzjonijiet/pariri oġġettivi u indipendenti fir-rigward tad-deċiżjonijiet finanzjarji ewlenin tagħhom, marbuta mat-tfaddil għall-irtirar, investimenti oħrajn jew kreditu fit-tul. Għandhom jiġu promossi mudelli ta' pariri finanzjarji indipendenti u affordabbli.

3.4

L-infurzar f'relazzjoni mas-servizzi finanzjarji għadu mhux sodisfaċenti: xi Stati Membri m'għandhomx korp pubbliku responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur. U meta jeżistu dawn il-korpi għandhom poteri legali li sikwit huma limitati wisq. Barra minn hekk, l-Awtoritajiet ta' Superviżjoni Ewropej (EBA – l-Awtorità Bankarja Ewropea, ESMA – l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u EIOPA – l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbiliti sentejn ilu, m'għandhomx mandat b'saħħtu biżżejjed fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur. Il-kompetenzi tagħhom f'dan ir-rigward għandhom jiġu estiżi, u l-awtoritajiet għandhom ikunu jistgħu jikkoordinaw mal-awtoritajiet nazzjonali.

3.5

Is-Suq Uniku għas-Servizzi, inklużi s-servizzi tal-infrastruttura tan-netwerk (telekomunikazzjonijiet, elettriku, gass, trasport u assigurazzjoni), għandu l-ikbar potenzjal għal iktar titjib. It-titjib tal-prestazzjoni ta' punti ta' kuntatt waħdanin fl-Istati Membri kollha huwa prerekwiżit sabiex id-direttiva tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet regolatorji għat-tneħħija ta' ostakoli li joħorġu fid-dieher permezz tar-reviżjoni ta' bejn il-pari tal-implimentazzjoni tad-direttiva (6). Il-KESE jappella għal bażi tad-data kompleta tar-reġimi ta' permessi kollha sabiex jiġu identifikati l-aħjar prattiki u jiġu nnotati rekwiżiti inutli u mhux aċċettabbli tal-awtoritajiet li joħorġu l-permessi.

4.   Moviment liberu tal-ħaddiema

4.1

Il-KESE jappoġġja l-passi meħuda biex jitjieb il-moviment liberu tal-forza tax-xogħol, inkluż it-tneħħija ta' ostakoli bħall-għarfien tal-kwalifiki. B'mod speċjali huwa neċessarju li tiġi modernizzata u liberalizzata din is-sistema, tiżdied il-koordinazzjoni fis-settur tal-kura tas-saħħa sabiex jiġu evitati nuqqasijiet tal-forza tax-xogħol fil-pajjiżi li jibagħtu ħaddiema, tiġi approfondita l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u jinħoloq one-stop-shop sabiex jiġu faċilitati l-proċeduri ta' reġistrazzjoni (7).

4.2

Id-direttiva qafas ġenerali, id-direttivi assoċjati u l-monitoraġġ permanenti permezz ta' pjani strateġiċi pluriennali rriżultaw fil-konverġenza ta' regoli ta' sikurezza (inklużi rekwiżiti minimi) li huma rikonoxxuti mill-ħaddiema, inklużi dawk (temporanji u mobbli) f'sitwazzjonijiet transkonfinali. Mill-1978 'l hawn dan il-proċess twettaq b'mod kontinwu minn Pjani ta' Azzjoni suċċessivi. Meta l-aħħar wieħed wasal fi tmiemu f'Diċembru 2012 il-Kummissjoni ma bdietx Pjan ta' Azzjoni ġdid. Sabiex tkompli b'dan il-proċess ta' konverġenza, il-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta b'mod urġenti Strateġija ġdida tal-UE ta' Pjan ta' Azzjoni li jippromovi standards ta' sikurezza għoljin (kif enfasizzat mill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fil-Post tax-Xogħol) f'kooperazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali.

4.3

L-irtirar tar-regolament Monti II ma jsolvix il-problemi maħluqa mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha li huma bbażati fuq leġislazzjoni inadegwata tal-UE dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema (8) u l-implimentazzjoni tagħha. L-imsieħba soċjali Ewropej ma setgħux jilħqu ftehim dwar dan. Minkejja dan, il-Kummissjoni għanda tikkunsidra proposta lill-Istati Membri biex mat-Trattati Ewropej jiġi mehmuż protokoll ta' progress soċjali fejn ikun iddikjarat li d-drittijiet soċjali mhumiex subordinati għal-libertajiet ekonomiċi. Dan għandu jikkjarifika li s-Suq Uniku mhuwiex għan aħħari fih innifsu, iżda ġie stabbilit ukoll sabiex ikun hemm progress soċjali u prosperità għaċ-ċittadini kollha tal-UE (9).

4.4

Fejn ma jiġu rispettati d-drittijiet sostantivi tal-UE, il-ħaddiema, il-konsumaturi u n-negozji għandhom ikunu kapaċi jinforzaw id-drittijiet mogħtija lilhom mil-leġislazzjoni tal-UE. Madankollu, f'dan il-kuntest l-UE tirriferi biss għad-drittijiet tal-konsumaturi u tan-negozji. Hemm bżonn li l-ħaddiema ikollhom l-istess possibbiltà biex jinforzaw id-drittijiet mogħtija lilhom mil-leġislazzjoni tal-UE f'kunflitti transkonfinali relatati max-xogħol. Għalkemm ġieli jingħad li ħaddiema għandhom aċċess għal ġustizzja u jistgħu jfittxu rimedju, ir-rispett tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-dispożizzjonijiet legali permezz tal-qrati lokali fil-pajjiżi ospitanti, fil-prattika jintbagħtu lill-qrati f'pajjiżhom (10).

5.   Traspożizzjoni, implimentazzjoni u infurzar

5.1

Sfida ġdida għall-infurzar tad-drittijiet tal-konsumaturi tiġi mill-kumpaniji jew l-assoċjazzjonijiet internazzjonali l-kbar li japplikaw strateġiji ta' kummerċjalizzazzjoni madwar l-Ewropa kollha li ma jistgħux jiġu ttrattati minn kunċetti ta' infurzar nazzjonali. L-objettiv għandu jkun kooperazzjoni aħjar bejn awtoritajiet ta' infurzar nazzjonali u rwol iżjed prominenti għall-Kummissjoni Ewropea fil-koordinazzjoni konġunta ta' dawn l-azzjonijiet. Għandhom jiġu sfruttati aħjar sinerġiji bejn atturi ta' infurzar pubbliċi u privati, bħall-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi.

5.2

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' infurzar nazzjonali saret kwistjoni ewlenija iżda sal-lum ma kellhix ħafna suċċess. Il-Kummissjoni Ewropea għandu jkolha rwol iktar b'saħħtu fil-koordinazzjoni ta' attivitajiet ta' infurzar nazzjonali f'każi ta' ksur tal-liġi tal-konsumatur b'dimensjoni li tolqot l-Ewropa kollha. Barra dan, għandha tkompli ssir diskussjoni dwar l-għoti tas-setgħat lill-Kummissjoni Ewropea biex tinforza l-liġi tal-UE dwar il-konsumatur (bħal fil-każ tal-liġi tal-kompetizzjoni) (11).

6.   Kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-konsumatur

6.1   Il-KESE jiddispjaċih li ġiet proposta biss inizjattiva mhux vinkolanti dwar rimedju kollettiv wara dawn is-snin kollha u minkejja li twettqu erba' konsultazzjonijiet. Barra minn hekk, il-prinċipji mħaddna fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-konsumaturi u lanqas m'huma biżżejjed biex jilħqu l-istatus quo f'xi Stati Membri.

6.2   Prattiki kummerċjali mhux ġusti

6.2.1

L-objettiv għandu jkun l-infurzar aħjar tad-Direttiva dwar prattiki kummerċjali mhux ġusti, b'mod partikolari fl-ambjent diġitali: notevolment il-kummerċ elettroniku (pereżempju prattiki li jqarrqu lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom għal garanzija legali, u kundizzjonijiet kuntrattwali mhux trasparenti u mhux ġusti) u fis-settur tat-trasport bl-ajru fir-rigward tal-ibbukkjar onlajn, eċċ.

6.3   Standardizzazzjoni ta' informazzjoni prekuntrattwali għal kuntratti tal-konsumatur

6.3.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva proposta fl-Aġenda tal-Konsumatur tal-2012 dwar l-istandardizzazzjoni ta' informazzjoni prekuntrattwali, stabbilita fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur. Dan għandu jgħin biex informazzjoni prekuntrattwali tkun komprensiva, trasparenti u faċli li wieħed ikollu aċċess għaliha u jaqraha. Dan l-eżerċizzju jkun jeħtieġ l-għajnuna u l-appoġġ ta' assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u jieħu kunsiderazzjoni tar-riċerka dwar l-imġiba tal-konsumaturi lejn l-ammont ta' informazzjoni (pereżempju SWD(2012) 235 final, 19 ta' Lulju).

6.4   Kummerċ elettroniku u l-forniment transkonfinali

6.4.1

Huwa neċessarju li jiġu indirizzati l-problemi ta' prezzijiet għoljin/ogħla għall-forniment transkonfinali meta mqabbla mal-forniment domestiku u li jinħolqu swieq onlajn iktar kompetittivi. Il-prezz tal-forniment transkonfinali ta' sikwit tant ikun għoli li x-xiri barra mill-pajjiż mhuwiex vantaġġ reali għall-konsumatri, anke jekk il-prezz tal-prodott huwa irħas. Studju li sar għall-Kummissjoni Ewropea fl-2011 (12) ikkonferma li prezzijiet transkonfinali ppubblikati għal pakketti huma medja ta' darbtejn ogħla mill-prezzijiet ta' riferiment domestiċi.

6.5   Informazzjoni għall-konsumatur

6.5.1

Partijiet kbar mil-liġi Ewropea, kif ukoll dik nazzjonali, huma bbażati fuq l-idea li konsumaturi informati huma konsumaturi li għandhom is-setgħa li jagħżlu l-aħjar prodotti u servizzi possibbli. L-informazzjoni għall-konsumatur għadha waħda mill-għodda regolatorji ewlenin iżda l-limiti tagħha huma magħrufa tajjeb, peress li l-konsumaturi ta' spiss ma jaqrawx jew ma jifhumx l-informazzjoni kuntrattwali, li hija miktuba u ppreżentata b'mod inkomprensibbli. Il-Kummissjoni għandha tistudja u ssegwi b'miżuri ta' politika maħsuba biex itejbu l-informazzjoni għall-konsumatur u tinvolvi lin-negozji, lir-regolaturi u lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi.

6.5.2

Il-ħidma li bdiet il-Kummissjoni dwar prinċipji għal għodod ta' tqabbil, bħall-indipendenza u imparzjalità, għandha twassal b'mod urġenti għal miżuri ta' politika konkreti, inklużi linji gwida għal regolaturi u negozji.

6.6   Prodotti sostenibbli

6.6.1

Is-sostenibbilità u s-sikurezza tal-prodott minn naħa, u l-fiduċja tal-konsumaturi min-naħa l-oħra, huma żewġ uċuh tal-istess munita. L-iskadenza ppjanata ta' prodotti (limitazzjoni inkorporata tad-durabilità) bħala strateġija kummerċjali tikkontradixxi l-prinċipji tal-produzzjoni u l-konsum sostenibbli. Il-Kummissjoni Ewropea għandha teżamina ħtieġa possibbli li l-aspettattivi tal-konsumaturi fir-rigward tad-durabilità ta' prodott jintrabtu mal-perjodu tal-garanzija legali. Il-Kumitat jenfasizza li miżuri dwar id-durabilità u l-ħajja ta' servizz, is-servizz ta' wara l-bejgħ u inventarji ta' spare parts għandhom jippromovu l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli (13).

7.   Ambjent tan-negozju

7.1

Il-KESE jappella għal tnaqqis fil-piż amministrattiv, b'mod speċjali għall-SMEs, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li tiġi applikata regolamentazzjoni intelliġenti fil-livell tal-UE u nazzjonali (14). L-Istati Membri għandhom juru t-traspożizzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE onlajn u fil-ħin reali, jinvolvu lis-soċjetà ċivili fil-proċess ta' traspożizzjoni u jżidu l-għarfien tal-pubbliku dwar ir-regoli l-ġodda.

7.2

Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-karattersitiċi speċifiċi tal-kumpaniji żgħar u mikro fi ħdan il-grupp tal-SMEs meta tkun qed tipprepara valutazzjonijiet tal-impatt u tfassal testi leġislattivi; u li negozji mikro, żgħar u ta' daqs medju għandhom jiġu ttrattati bħala tliet gruppi separati u mhux bħala grupp wieħed definit bħala SMEs (15).

7.3

L-aċċess għall-finanzji huwa kruċjali, b'mod partikolari għall-SMEs. L-UE trid tappoġġja l-bidla minn finanzjament mill-banek (li ġeneralment jiddomina) għal prodotti kapitali oħrajn bħall-kapital tar-riskju u s-swieq kapitali. Sabiex dan jaħdem, l-investituri jridu jħossu li hemm ambjent ta' investiment stabbli bi strateġiji fit-tul.

7.4

Il-KESE jirrakkomanda l-valutazzjoni tal-possibilità tal-istabbiliment ta' fond finanzjarju garantit Ewropew li jipprovdi lill-SMEs li jikkwalifikaw skont ċerti kriterji bażiċi bil-mezzi finanzjarji permezz ta' sistema li tkun tippermetti li l-kumpanija eleġibbli jkollha aċċess faċli għall-kreditu mingħajr l-involviment ta' kollateral jew kundizzjonijiet oħrajn li s-soltu jintalbu mill-banek. Il-ġestjoni ta' din is-sistema għandha tinvolvi organizzazzjonijiet rappreżentattivi tan-negozju responsabbli għan-negozju kkwalifikat (16).

7.5

Iż-żieda fit-trasparenza u r-responsabbiltà għandha tkun l-ogħla prijorità sabiex is-Suq Uniku jikkontribwixxi b'mod effettiv għall-iżvilupp ta’ ambjent legali li jirrispetta l-interessi leġittimi tal-partijiet interessati kollha. Inizjattivi dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva għandhom ikopru l-abbuż possibbli tas-sottokuntrattar u l-esternalizzazzjoni, l-iżjed relatati mal-forniment ta' servizzi transkonfinali u/jew ir-reklutaġġ tal-ħaddiema. Strument legali tal-UE għandu jiġi kkunsidrat fil-ġlieda kontra l-abbuż minn u ta' kumpaniji hekk imsejħa "letterbox companies" li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni għall-SMEs, iduru mal-istandards tax-xogħol u jevitaw pagamenti statutorji. L-azzjoni legali kontra impriżi mhux ġenwini attivi madwar l-Ewropa trid tkun faċilitata mhux biss fil-pajjiż tal-oriġini iżda wkoll fl-Istati Membri l-oħra.

8.   Tassazzjoni

8.1

Hija meħtieġa kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u fil-livell globali dwar it-trasparenza u l-informazzjoni fir-rigward ta' kontijiet bankarji fl-UE sabiex tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, li tammonta għal triljun ewro fl-UE. Il-KESE jappella għal ftehim li jsir malajr dwar id-Direttiva tal-UE dwar it-Tfaddil u dwar mandati sabiex jiġu negozjati ftehimiet tat-taxxa iktar b'saħħithom mal-Isvizzera u ma' pajjiżi oħra.

9.   Netwerks

9.1   Enerġija

9.1.1

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Lejn suq intern tal-enerġija effiċjenti" ta' Novembru 2012 hija pass importanti lejn il-ħolqien ta' suq intern tal-enerġija sal-2014. Għandu jsir iktar progress billi jitqiesu r-realtajiet li jiffaċċjaw il-konsumaturi Ewropej tal-enerġija. Irid ikun faċilitat il-bdil tal-fornituri tal-enerġija u l-konsumaturi jridu jakkwistaw pariri indipendenti sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu x'inhu l-aħjar għalihom. Regolaturi nazzjonali proattivi, li għandhom is-setgħa meħtieġa biex jimmonitorjaw kontijiet, bdil u ilmenti tal-konsumaturi, huma ta' importanza ewlenija għas-Suq Uniku.

9.1.2

L-UE għandha tiddiversifika s-sorsi tagħha għall-importazzjoni tal-enerġija, u ssib alternattivi u toħloq netwerks. L-appoġġ għal xi sorsi ta' enerġija rinnovabbli jista' jwassal għad-distorsjoni tas-suq, u għalhekk dan it-tip ta' appoġġ għandu jitnaqqas b'mod gradwali. Għandhom jiġu stabbiliti one-stop-shops sabiex il-proċeduri għall-għoti ta' permessi jsiru iktar mgħaġġla, iktar trasparenti u sempliċi. Dan għandu jnaqqas b'mod sinifikanti l-piż fuq il-promoturi li lesti jinvestu fl-infrastruttura tal-enerġija.

9.2   Trasport

9.2.1

Il-proliferazzjoni ta' kundizzjonijiet mhux ġusti fil-kuntratti tat-trasport bl-ajru hija kwistjoni ta' tħassib dejjem ikbar madwar l-UE. Fis-snin riċenti, diversi organizzazzjonijiet tal-konsumaturi ħadu azzjoni legali kontra linji tal-ajru Ewropej ewlenin li wassal biex qrati nazzjonali ddikjaraw bħala mhux ġusti ħafna mill-kundizzjonijiet użati b'mod komuni mil-linji tal-ajru. Il-Kummissjoni Ewropea tilfet l-opportunità li tindirizza din il-kwistjoni fir-reviżjoni tagħha tar-regolament 261/2004 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport b-ajru. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tistabbilixxi lista vinkolanti ta' klawżoli mhux ġusti għal kuntratti ma' passiġġieri tat-trasport bl-ajru.

9.2.2

Għal funzjonament aħjar tas-Suq Uniku hemm bżonn li jiġu promossi servizzi u prodotti ferrovjarji u trasport multimodali (17). Għandhom isiru iktar sforzi sabiex jiġu adottati l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabilità (18).

9.2.3

It-trasportaturi ta' prodotti bit-triq għadhom restritti fl-operazzjonijiet transkonfinali tagħhom (kabotaġġ). Għad m'hemmx il-kundizzjonijiet biex ikun jista' jinfetaħ aktar is-suq tal-UE tat-trasport tal-merkanzija. Il-bidliet fir-regoli tal-UE dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport (inkluż il-kabotaġġ) għandhom jintrabtu mal-armonizzazzjoni fil-qasam tal-infurzar u fl-oqsma soċjali u fiskali. Mingħajr dawn il-prekundizzjonijiet, bidliet fir-regoli ta' kabotaġġ jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni ġusta u s-sostenibilità tas-settur. Ir-regoli eżistenti jridu jiġu infurzati fil-frattemp (19).

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  ĠU C 24, 28.1.2012, p. 99.

(2)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 47; ĠU C 24, 28.1.2012, p. 99; ĠU C 299, 4.10.2012, p. 165.

(3)  COM(2010) 603 final.

(4)  Ara l-Katalogu ta' ostakli għas-Suq Uniku ppubblikat mill-Osservatorju tas-Suq Uniku.

(5)  ĠU C 11, 15.01.2013, p. 54.

(6)  L-Osservatorju tas-Suq Uniku tal-KESE se jevalwa l-impatt tad-Direttiva tas-Servizzi fuq is-settur tal-kostruzzjoni f'għadd ta' Stati Membri mill-perspettiva tas-soċjetà ċivili.

(7)  C. Dhéret; A. Lazarowicz; F. Nicoli; Y. Pascouau; F. Zuleeg. Making progress towards the completion of the Single European Labour Market. Studju tal-EPC Nru 75, Mejju 2013.

(8)  Ara l-Opinjoni tal-KESE, ĠU C 76, 14.3.2013, p. 24.

(9)  Art. 3.3. TUE

(10)  http://www.uva-aias.net/uploaded_files/publications/WP118-Cremers,Bulla.pdf

(11)  http://europa.eu/rapid/press-release_IP-13-228_en.htm

(12)  Intracommunity cross-border parcel delivery – Studju għall-Kummissjoni Ewropea, FTI Consulting, Londra 2011.

(13)  ĠU C 66, 3.3.1997, p. 5.

(14)  Għażla possibbli tista' tkun il-prinċipju tar-Renju Unit "one-in/one-out" (bażikament, jekk tiġi introdotta regolazzjoni ġdida, oħra trid titneħħa).

(15)  Opinjoni tal-KESE dwar "Regolamentazzjoni intelliġenti: tweġiba għall-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju", ĠU C 327, 12.11.2013, p. 33.

(16)  Ara l-esperjenza tal-hekk imsejħa "karta Seczenyi" fl-Ungerija.

(17)  Ara l-opinjonijiet tal-KESE, ĠU C 143, 22.5.2012, p. 130 and ĠU C 24, 28.1.2012, p. 146.

(18)  COM(2013) 32 final: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-progress li sar sabiex tinkiseb l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja.

(19)  Kif ġie maqbul mill-imsieħba soċjali fid-djalogu soċjali settorjali,

http://www.iru.org/cms-filesystem-action/Webnews2012/CabotageStatement.E.pdf.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

L-493 sessjoni plenarja tas-16 u s-17 ta’ Ottubru 2013

6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/58


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”

COM(2013) 520 final – 2013/0253 (COD)

2014/C 67/10

Relatur: is-Sur MAREELS

Nhar it-3 ta' Settembru 2013 u l-10 ta' Settembru 2013, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

COM(2013) 520 final – 2013/0253 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-4 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-17 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'157 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' l-proposta biex jitwaqqaf Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (MUR) b'mekkaniżmu finanzjarju relatat li, wara l-proposti għall-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) u l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek (BRRD), huwa pedament importanti ġdid fit-twettiq tal-unjoni bankarja.

L-għan tal-MUR hu li fil-pajjiżi taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li jissieħbu fih b'mod volontarju jkun hemm mekkaniżmu ta' riżoluzzjoni fil-livell Ewropew biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jistgħu jwettqu ristrutturar u riżoluzzjoni fil-fond tal-banek falluti mingħajr ma tiġi mhedda l-istabbiltà ekonomika. Il-Fond għar-Riżoluzzjoni relatat għandu jkollu l-mezzi proprji neċessarji biex il-proċess ma jkollux jiġi ffinanzjat mill-fondi pubbliċi u l-kontribwenti tat-taxxa ma jkollhomx għalfejn jiġu involuti.

1.2

Minħabba l-kriżi u bħala tweġiba għaliha qed jiġi propost li ssir tranżizzjoni lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja iktar b'saħħitha, li tkun ibbażata fuq oqfsa integrati għas-settur finanzjarju, għall-affarijiet baġitarji u għall-politika ekonomika. B'hekk, qafas finanzjarju integrat, jew l-'unjoni bankarja', huwa parti essenzjali tal-miżuri ta' politika biex l-Ewropa terġa' taqbad it-triq lejn l-irkupru u t-tkabbir ekonomiku.

1.3

Il-KESE jqis lill-unjoni bankarja bħala prijorità u ta' importanza kruċjali fid-dawl tal-kontributi li tista' tagħti għall-irkupru meħtieġ tal-fiduċja taċ-ċittadini u l-intrapriżi u għall-finanzjament tajjeb tal-ekonomija. Hija tnaqqas il-frammentazzjoni attwali fis-suq intern u toħloq sitwazzjoni b'kundizzjonijiet indaqs fl-Unjoni, u fl-istess ħin issaħħaħ is-sistema bankarja Ewropea u tnaqqas ir-riskji ta' kontaġju.

1.4

Fil-fehma tal-Kumitat għandhom jiġu żviluppati d-diversi komponenti (MSU, MES, BRRD, MUR) tal-unjoni bankarja u fit-twettiq għandhom jiġu rispettati l-ordni loġika u l-koerenza interna tal-proposti. Il-Kumitat jitlob li tingħata attenzjoni wkoll lir-regolament li issa ġie rivedut għall-protezzjoni tal-faddala ż-żgħar permezz tal-iskema tal-protezzjoni tad-depożiti.

1.5

Il-proposti attwali tal-MUR ma jistgħux jitqiesu b'mod separat mill-proposti preċedenti għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (Direttiva BRRD) u l-ftehim li ntlaħaq dan l-aħħar fil-Kunsill u li diġà ġie kkunsidrat. Il-BRRD ser tintuża bħala manwal għar-riżoluzzjoni tal-banek fis-suq intern kollu u għalhekk isservi ta' appoġġ kbir għall-MUR. Il-Kumitat jitlob li ż-żewġ reġimi jiġu koordinati kemm jista' jkun sabiex tinħoloq sitwazzjoni b'kundizzjonijiet indaqs kemm jista' jkun estiża fl-UE kollha. Fil-fatt l-MUR għandu jiġi appoġġjat minn qafas kompletament armonizzat għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek u jiġi integrat fih.

1.6

Il-Kumitat jaqbel li l-MUR jmur lil hinn mill-BRRD u li għandhom jitwaqqfu korp u fond (ta' riżoluzzjoni) fil-livell Ewropew. B'hekk, apparti s-superviżjoni (MSU) tal-banek issa hemm ukoll ir-riżoluzzjoni tagħhom li tqiegħdet fl-istess livell ta' awtorità, ħaġa li tagħmel possibbli li jiġi adottat approċċ uniformi u koerenti. Bl-istess mod, il-Kumitat jilqa' l-fatt li fil-MUR hemm previst finanzjament mil-livell tal-UE.

1.7

Il-proċeduri ta' riżoluzzjoni previsti fl-MUR għandhom dejjem ikunu effiċjenti u deċiżivi, u jekk ikun hemm bżonn u b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza l-istrumenti previsti għandhom ikunu jistgħu jintużaw bil-veloċità meħtieġa kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll transkonfinali. Flimkien mal-miżuri previsti fil-BRRD dawn għandhom isawru pakkett sħiħ u effettiv u r-regoli għandhom jiġu applikati b'mod konsistenti. Fejn ikun possibbli għandu jsir sforz għas-semplifikazzjoni. Kull kwistjoni legali u kwistjonijiet oħra għandhom jingħataw risposta adatta.

1.8

Fir-rigward tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, li jaqdi rwol importanti fil-MUR, huwa ta' importanza kruċjali li l-membri tiegħu jkunu indipendenti u esperti kemm jista' jkun u li jiġi inkluż kontroll demokratiku tad-deċiżjonijiet tagħhom. Il-membri tal-Bord għandhom jingħażlu bl-ikbar attenzjoni u l-kompetenzi tiegħu għandhom ikunu ċari u definiti sew.

1.9

Il-Kumitat jaqbel mal-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek previst, li l-ewwel nett jieħu ħsieb l-istabbiltà finanzjarja, jiżgura l-effikaċja tad-deċiżjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni u jneħħi r-rabta bejn il-gvernijiet u s-settur bankarju. Il-Kumitat jitlob li tiġi ċċarata malajr il-bażi legali tiegħu u li kull sfida involuta fit-twaqqif ta' dan it-tip ta' fond (bħall-periklu morali) jiġu indirizzati minn qabel biex ikunu jistgħu jiġu evitati l-konsegwenzi mhux mixtieqa.

1.10

Jekk l-intervent tiegħu huwa previst biss għal stadju iktar tard fil-proċedura u l-mezzi tiegħu jistgħu jiġu applikati għal finijiet speċifiċi biss (il-garanzija tal-effikaċja tal-miżuri ta' riżoluzzjoni), fil-fehma tal-Kumitat huwa madankollu importanti li l-Fond ta' Riżoluzzjoni mħabbar ikollu l-mezzi finanzjarji meħtieġa u suffiċjenti biex ikun jista' jaqdi l-kompiti tiegħu b'mod adegwat. Fl-identifikazzjoni tal-livell immirat mill-Fond, appoġġjata mill-kontributi tal-banek, jistgħu jiġu kkunsidrati d-diversi miżuri f'oqsma differenti għall-irkupru tas-settur finanzjarju. Barra minn hekk, il-Kumitat mill-ġdid jieħu l-pożizzjoni li kien ħa dwar il-BRRD, jiġifieri li wara perjodu ta' żmien definit għandhom ikunu jistgħu jiġu riveduti l-kriterji previsti biex jiġu stabbiliti minn qabel il-kontributi tal-banek. Għandha tingħata attenzjoni lill-ispejjeż doppji li jistgħu jirriżultaw mid-duplikazzjoni fis-sistemi nazzjonali u tal-UE.

2.   Sfond

2.1

Il-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-twaqqif ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-riżoluzzjoni tal-banek  (1) tagħmel parti mill-evoluzzjoni lejn unjoni ekonomika u monetarja Ewropea, li tinkludi l-unjoni bankarja. Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE, li tagħmilha possibbli li jiġu identifikati liema miżuri jistgħu jwasslu għall-ħolqien u t-tħaddim tas-suq intern.

2.2

Din l-unjoni bankarja, li tħaddan l-Istati Membri kollha anke dawk li mhumiex fiż-żona tal-euro imma li jixtiequ jissieħbu, ser tiġi kompletata f'għadd ta' passi:

2.2.1

L-ewwel nett għandha tingħata prijorità lit-tlestija tal-proċeduri leġislattivi li fadal għat-twaqqif ta' Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) fejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jingħata s-setgħa li jimmonitorja l-banek fiż-żona tal-euro.

2.2.2

Imbagħad jiġi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) li permezz tiegħu l-banek ikunu jistgħu jirrikapitalizzaw wara li l-MSU jiġi implimentat, il-bilanċi tal-banek ikunu ġew investigati u l-assi legati definiti (2).

2.2.3

Barra minn hekk hemm il-proposti tal-Kummissjoni għal Direttiva tas-6 ta' Ġunju 2012 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (BRRD). Sadattant, il-Kunsill diġà laħaq ftehim dwar approċċ komuni għal dawn il-proposti, liema ftehim jifforma l-bażi tal-proposta attwali għal Regolament dwar l-MUR.

B'dawn il-proposti qed isir sforz għal qafas ta' politika effettiv biex il-fallimenti tal-banek jiġu ġestiti b'mod ordnat u jiġi evitat li istituzzjonijiet oħra jiġu affettwati billi l-awtoritajiet rilevanti jkunu mgħammra bi strumenti u setgħat effettivi biex jindirizzaw il-kriżi bankarja b'mod proattiv, jiggarantixxu l-istabbiltà finanzjarja u jnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskju li l-kontribwenti tat-taxxa jitilfu l-flus (3).

2.2.4

L-aħħar parti tal-proposti tikkonċerna l-proposta li saret fl-10 ta' Lulju 2013 għar-Regolament tal-MSU b'regolamenti ta' appoġġ adattati u effettivi.

2.3

Barra minn hekk, nistgħu nirreferu għall-proposti tal-Kummissjoni tal-2010 dwar l-armonizzazzjoni tal-iskemi nazzjonali ta' garanzija tad-depożiti. Dawn l-iskemi jimmiraw li jinnewtralizzaw l-effetti ta' falliment għall-faddala ż-żgħar għall-ewwel parti EUR 100 000 tad-depożiti tagħhom.

2.4

L-MSU għandu jaħdem hekk:

2.4.1

Il-BĊE, bħala regolatur, jindika meta bank ikun f'diffikultajiet finanzjarji u jrid jiġi riżolt.

2.4.2

Imbagħad Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, magħmul minn rappreżentanti tal-BĊE, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali involuti, ilesti għar-riżoluzzjoni tal-bank.

2.4.3

Fuq rakkomandazzjoni tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni dwar jekk u meta bank irid jiġi riżolt u fl-istess ħin tistabbilixxi qafas għall-użu tal-istrumenti ta' riżoluzzjoni u r-rikors għall-fondi.

Dawn l-istrumenti ta' riżoluzzjoni, stabbiliti fil-BRRD u adottati mill-ġdid fl-MUR, jinkludu:

il-bejgħ tal-operat,

it-twaqqif istituzzjoni tranżitorja,

is-separazzjoni tal-assi,

ir-rikapitalizzazzjoni interna.

2.4.4

Taħt is-superviżjoni tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jimplimentaw il-pjan ta' riżoluzzjoni. F'każ li awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni ma tikkonformax mad-deċiżjonijiet tiegħu, il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni jista' jindirizza miżuri ta' ġestjoni direttament għall-banek f'diffikultà.

2.5

Il-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni previst jaqa' taħt l-awtorità tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni. Dan il-Fond għandu jiżgura li l-appoġġ finanzjarju jkun disponibbli meta l-bank ikun qed jiġi ristrutturat.

2.5.1

Dan il-fond huwa komuni għall-pajjiżi kollha involuti fil-MUR. Il-finanzjament tiegħu jsir mill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha tal-pajjiżi parteċipanti. Darba fis-sena dawn iħallsu ammont miftiehem minn qabel u indipendentement minn kull miżura ta' riżoluzzjoni.

2.5.2

Il-Fond huwa intiż l-ewwel nett biex joħloq stabbiltà finanzjarja. L-iskop mhuwiex li jassorbi t-telf jew li jipprovdi l-kapital għal istituzzjoni li qed tiġi riżolta. Għalhekk, dan il-fond mhuwiex fond ta' salvataġġ. U lanqas mhuwa fond ta' garanzija ta' depożiti u mhux ser jissostitwih. Għall-kuntrarju, l-iskop tal-fond hu li jiggarantixxi l-effikaċja tal-miżuri ta' riżoluzzjoni.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Kif ġie indikat bosta drabi fl-2012, qafas finanzjarju integrat, jew l-unjoni bankarja, huwa parti essenzjali tal-miżuri ta' politika biex l-Ewropa terġa' taqbad it-triq lejn it-tkabbir lejn l-irkupru u t-tkabbir ekonomiku (4). Miżuri oħra, bħall-koordinazzjoni ekonomika akbar, għandhom jagħtu kontribut ukoll.

3.2

Il-Kumitat diġà enfasizza l-importanza tal-unjoni bankarja u indika li kien impossibbli li jibqa' jkollna għal żmien twil żona b'munita unika imma bi 17-il suq finanzjarju u tad-dejn, l-iktar jekk kriżi tkun ħarġet fid-dieher il-frammentazzjoni nazzjonali tal-istess ż-żona. Għalhekk, l-unjoni bankarja saret kruċjali u prijorità importanti meħtieġa għat-tqassim tar-riskju, il-protezzjoni tad-detenturi tad-depożiti (anke permezz tal-'proċedura ta' likwidazzjoni'), l-irkupru tal-fiduċja u biex jerġa' jkun hemm finanzjament għall-intrapriżi fl-Istati Membri kollha (5).

3.3

Bl-istess mod il-KESE kien diġà qal li l-Kummissjoni għandha tipproponi mill-iktar fis possibbli skeda taż-żmien u d-dettalji relatati għall-MSU. Dan jgħodd ukoll għal għanijiet oħra rilevanti, bħall-indirizzar tal-kriżijiet potenzjali permezz ta' azzjonijiet kondiviżi ta' superviżjoni. B'dan il-mod, l-unjoni bankarja ssir iktar kredibbli u tistabbilixxi bażi komuni għas-suq intern kollu kemm hu.

Sadattant, jidher li l-MSU u s-CRDIV/CRR ser jidħlu fis-seħħ fl-2014 u l-BRRD u l-MUR mill-2015 'il quddiem. Għalhekk jidher li l-Kunsill se japprova fil-ħin l-pakkett sħiħ.

3.4

Il-Kumitat jistqarr ukoll li għandu fiduċja sħiħa li aktar tard l-MSU jista' jaqdi rwol komplementari u jista' jgħin biex is-sitwazzjonijiet ta' kriżi jiġu indirizzati b'mod koordinat. Is-superviżjoni u l-iżvilupp madankollu għandhom imorru id f'id. Iżda mhuwiex l-iskop li Stat Membru jagħmel tajjeb għall-konsegwenzi ta' deċiżjoni Ewropea li bank jiġi riżolt u jkollu jħallas l-ispejjeż tad-depożiti (6).

3.5

L-abbozz ta' Direttiva BRRD, li ġie ppubblikat f'nofs l-2012, jipproponi qafas biex l-Istati Membri jindirizzaw il-kriżijiet bankarji b'mod preventiv, biex jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja u jtaffu l-piż fuq il-finanzi pubbliċi.

3.6

La tidħol fis-seħħ, id-Direttiva BRRD ser twassal biex ikun hemm ċertu livell ta' armonizzazzjoni fil-leġislazzjoni nazzjonali fir-rigward tar-riżoluzzjoni tal-banek u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni meta jindirizzaw il-fallimenti tal-banek, b'mod partikolari l-banek transkonfinali.

3.7

L-MUR imur lil hinn minn hekk. Jekk bid-Direttiva BRRD ma jintlaħqux deċiżjonijiet uniformi dwar ir-riżoluzzjoni u dwar l-użu ta' fondi identifikati fil-livell tal-UE, dan irid isir fl-MUR għall-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jkunu adottawh.

3.8

Il-Kumitat jaqbel li fit-twaqqif tal-MUR jiġu previsti korp u fond Ewropew, li jservu biex b'mod tajjeb u loġiku jikkomplementaw il-BRRD u l-MSU. Kemm is-superviżjoni kif ukoll ir-riżoluzzjoni għandhom jiġu implimentati fl-istess livell tal-awtoritajiet.

3.9

Id-Direttiva BRRD għandha sservi bħala manwal (rulebook) għar-riżoluzzjoni tal-banek fis-suq intern kollu kemm hu u b'hekk tappoġġja sew ir-Regolament. Peress li r-Regolament huwa estensjoni tal-BRRD, għandu jkun hemm ukoll koerenza tajba bejn iż-żewġ regolamenti, u l-inkonsistenzi għandhom jiġu evitati.

3.10

Il-Kumitat huwa tal-fehma wkoll li għall-ikkompletar tas-suq intern huwa kruċjali li d-Direttiva BRRD u r-Regolament MSU jiġu koordinatiu kemm jista' jkun bejniethom. Għandu jsir sforz biex ikun hemm armonizzazzjoni mill-ikbar mad-Direttiva BRRD. Sabiex tinħoloq sitwazzjoni b'kundizzjonijiet indaqs kemm jista' jkun u applikazzjoni konsistenti tar-regoli, id-Direttiva BRRD għandha tiġi applikata b'mod uniformi fl-Istati Membri differenti. Fl-iżvilupp tal-MUR għandhom jitqiesu wkoll kemm jista' jkun ir-riżultati tan-negozjati dwar il-BRRD.

3.11

Peress li l-proposti tar-Regolament MSU jikkonformaw mal-abbozz tad-Direttiva BRRD nistgħu nirreferu wkoll għall-mistoqsijiet li kien qajjem il-Kumitat f'dan ir-rigward. Fost affarijiet oħra, hu talab iktar ċarezza dwar uħud mill-istrumenti ġodda li għadhom ma ġewx testjati fi kriżijiet sistemiċi (7). Barra minn hekk, għandha tingħata attenzjoni lill-koerenza tar-Regolament mar-regoli eżistenti, biex tiġi żgurata ċ-ċarezza legali.

4.   Osservazzjonijiet speċifiċi dwar il-mekkaniżmu ta' riżoluzzjoni

4.1

Tkun ħaġa tajba li l-qafas sħiħ għall-unjoni bankarja javvanza malajr biex il-frammentazzjoni li hemm bħalissa fis-swieq finanzjarji tingħeleb u tingħata għajnuna biex ir-rabta eżistenti bejn il-finanzi pubbliċi u s-settur bankarju titneħħa.

4.2

Il-Kumitat mill-ġdid jikkonferma li l-qafas armonizzat għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek għandu jinħoloq mill-iktar fis possibbli. Dan il-qafas għandu jinkludi regoli transkonfinali biex tiġi żgurata l-integrità tas-suq uniku. L-MSU huwa komplement neċessarju ta' dan, u t-testi attwali għandhom jiġu milqugħa wkoll.

4.3

It-twettiq tal-MUR għandu jiġi appoġġjat minn qafas kompletament armonizzat għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek, li jservi bħala qafas bażiku għar-riżoluzzjoni tal-banek fl-UE kollha.

4.4

L-MUR m'għandux iservi biss bħala qafas komuni għar-riżoluzzjoni ta' banek li qed ifallu fl-unjoni bankarja u b'hekk joħloq sitwazzjoni b'kundizzjonijiet indaqs f'dan il-qasam, imma wkoll bħala strument sempliċi kemm jista' jkun, effiċjenti u deċiżiv li jekk ikun hemm bżonn u b'mod partikolari f'emerġenzi jkun jista' jiġi implimentat malajr bil-veloċità meħtieġa kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll transkonfinali.

4.5

Fir-rigward tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari l-indipendenza tiegħu, l-esperjenza u l-kontroll demokratiku tiegħu huma ta' importanza kruċjali. Dan il-Bord għandu jkollu bażi legali soda, u jinżamm responsabbli għad-deċiżjonijiet tiegħu biex jiġu garantiti t-trasparenza u l-kontroll demokratiku u biex id-drittijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jiġu protetti. Is-setgħat tiegħu għandhom jiġu separati b'mod ċar minn dawk tal-awtoritajiet superviżorji u l-kompożizzjoni tiegħu għandha tkun ibbilanċjata biex tirrifletti r-rappreżentanza tal-parteċipanti nazzjonali u l-partijiet interessati Ewropej. Il-Bord u l-membri tiegħu għandu jkollhom l-esperjenza meħtieġa fl-oqsma koperti.

4.6

It-twaqqif tiegħu għandu jitqies bħala pass kruċjali fl-iżvilupp tal-unjoni bankarja u l-MUR. Però m'għandux jiġi injorat il-kuntest usa' tat-twaqqif tal-MSU u l-BRRD, u x'aktarx ikun aħjar li ma jiġux antiċipati l-azzjonijiet f'dan il-qasam.

5.   Osservazzjonijiet speċifiċi dwar ir-regoli finanzjarji

5.1

Il-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek għandu jieħu ħsieb li l-appoġġ finanzjarju jkun disponibbli meta l-bank ikun qed jiġi ristrutturat. Il-Kumitat itenni l-approvazzjoni tiegħu għall-isforzi tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi sistema Ewropea tar-regoli finanzjarji, fost oħrajn permezz tal-MUR. Sistema bħal din tiżgura li l-istituzzjonijiet kollha fl-Istati Membri kollha jkunu soġġetti għal regoli ta' riżoluzzjoni finanzjarja li jkunu effettivi bl-istess mod u din hija ħaġa tajba għall-Isatti Membri kollha u s-suq finanzjarju intern għaliex b'hekk ikun hemm stabbiltà ikbar u kundizzjonijiet kompetittivi indaqs (8). Bl-istess mod, probabbilment il-protezzjoni tal-faddala ż-żgħar permezz tal-iskemi tal-protezzjoni tad-depożiti għandha tingħata attenzjoni.

5.2

Għalhekk, il-Kumitat huwa tal-fehma li l-mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni għandu jiġi appoġġjat minn mekkaniżmu ta' finanzjament speċifiku. Jekk il-finanzjament tar-riżoluzzjoni jsir l-ewwel permezz tar-rikapitalizzazzjoni interna (bail-in), biex l-azzjonisti u kredituri oħra jassorbu l-ewwel telf, u mbagħad permezz tal-istrumenti previsti mir-Regolament, il-mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni idealment jiġi kumplementat minn fond komuni, bil-għan li tinkiser ir-rabta li hemm bħalissa bejn il-gvern u s-settur bankarju.

5.3

Il-Kumitat jitlob li tiġi ċċarata minnufih il-bażi legali tal-Fond, inkluż jekk hemmx bżonn li jiġi modifikat it-Trattat.

5.4

Meta s-sitwazzjoni tiġi ċċarata għandu jsir sforz għat-twaqqif tal-fond, u dan mingħajr ma jiġu antiċipati l-iżviluppi u l-azzjonijiet fil-kuntest tal-MSU u l-BRRD.

5.5

L-introduzzjoni ta' sistema komuni ġġib magħha wkoll sfidi importanti u għandna noqogħdu attenti li jiġu evitati jew limitati kemm jista' jkun minn qabel il-konsegwenzi mhux mixtieqa u li l-problemi relatati jiġu solvuti minn qabel. Bħala eżempju nistgħu nieħdu l-periklu morali.

5.6

Anke jekk il-Fond jintervjeni fi stadju iktar tard bejn iż-żewġ mekkaniżmi, u b'mod partikolari wara li jittieħdu miżuri tar-rikapitalizzazzjoni interna, u jekk l-użu tal-mezzi jkun limitat għal miri speċifiċi, xorta huwa importanti li l-Fond ikun kbir biżżejjed u li l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha jkunu obbligati li jikkontribwixxu għalih.

5.7

Fit-twaqqif ta' livell mira (target level) tal-fond għandhom jiġu kkunsidrati l-qafas prudenzjali msaħħaħ eżistenti, il-miżuri preventivi u r-rwol tal-pjani ta' rkupru u riżoluzzjoni biex jiġu evitati l-kriżijiet, iż-żieda fil-buffers tal-kapital, u l-mekkaniżmi l-ġodda ta' riżoluzzjoni, inkluż l-istrument ta' rikapitalizzazzjoni interna, u miżuri oħra għall-irkupru tas-settur finanzjarju. Dawn il-miżuri u strumenti diġà għandhom l-għan li jillimitaw il-probabbiltà ta' falliment bankarju. Għalhekk, fir-rigward tal-MUR il-Kumitat itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar il-BRRD u b'mod partikolari li wara perjodu ta' żmien definit għandhom ikunu jistgħu jiġu riveduti l-kriterji previsti biex jiġu stabbiliti minn qabel il-kontributi tal-banek (9).

5.8

Għall-istess raġunijiet u sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi għaċ-ċittadini u l-intrapriżi, għandha tingħata attenzjoni lill-ispejjeż potenzjalment doppji għall-banek, b'konsegwenza tal-istruttura doppja ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali u awtorità ta' riżoluzzjoni Ewropea.

Brussell, 17 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  COM(2013) 520 final.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-ECOFIN u l-Kunsill Ewropew tas-27 ta' Ġunju 2013.

(3)  ĠU C 44, 15.2.2013, p. 68.

(4)  Dan kien il-każ fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar "Pjan Direzzjonali lejn Unjoni Bankarja", fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Pjan ta’ azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina: It-tnedija ta’ Dibattitu Ewropew" u fir-rapport tal-erba' presidenti "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina".

(5)  ĠU C 271, 19.9.2013, p. 8.

(6)  ĠU C 11, 15.1.2013, p. 34.

(7)  ĠU C 44, 15.2.2013, p. 68.

(8)  ĠU C 44, 15.2.2013, p. 68.

(9)  ĠU C 44, 15.2.2013, p. 68.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/63


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li jikkonċerna l-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali”

COM(2013) 468 final

2014/C 67/11

Relatur: is-Sur BARÁTH

Korelatur: is-Sur MALLIA

Nhar it-3 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li jikkonċerna l-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali

COM(2013) 468 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-4 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’mod unanimu.

1.   Introduzzjoni

1.1

F'April 2011, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni Ewropea tippreċiża l-prinċipji għat-tfassil tal-istrateġiji tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (minn issa 'l quddiem imsejħa "l-Istrateġija għall-Baħar Baltiku") u għar-Reġjun tad-Danubju (minn issa 'l quddiem imsejħa "l-Istrateġija għad-Danubju") sabiex jiġi evalwat il-valur miżjud ta' dawn l-istrateġiji u jitressaq rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew qabel Ġunju 2013. Fl-2012, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta strateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Adrijatiku u tal-Baħar Jonju qabel l-2014, skont ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni.

1.2

Fuq stedina tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fassal opinjoni b'konformità ma' dak li jissemma' hawn fuq, fejn ġie diskuss ir-rapport dwar "il-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali".

1.3

Loġikament, din l-opinjoni tal-KESE mhux ser tkopri t-tfassil ta' strateġiji makroreġjonali għall-kosta Atlantika (1) u r-reġjun Mediterranju (2) u lanqas il-proposti tal-Kumitat relatati ma' dan.

2.   Kummenti u konklużjonijiet

2.1

Il-KESE japprova l-konklużjonijiet prinċipali li jinsabu fir-rapport.

2.1.1

Il-kunċett ta' makroreġjun, li jistrieħ fuq prinċipju minn isfel għal fuq, jista' ġenwinament jindirizza l-isfidi li jiffaċċjaw ir-reġjuni. Il-prinċipji applikati fil-kuntest taż-żewġ esperjenzi tal-istrateġiji makroreġjonali li saru s'issa fl-Ewropa rriżultaw eċċellenti bħala għodda li tippermetti t-tisħiħ tal-koeżjoni u l-konverġenza soċjali, ekonomika u territorjali.

2.1.2

L-approċċ makroreġjonali, kemm fis-sens politiku, ambjentali u soċjoekonomiku, jista' jikkostitwixxi għodda prezzjuża biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi jew ir-reġjuni Ewropej, jittaffew it-tendenzi nazzjonalisti permezz ta' kunsens soċjali, rispett u aċċettazzjoni reċiproċi akbar u jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, permezz tal-valur miżjud Ewropew għall-gruppi ta' interess.

2.1.3

L-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jkunu strumenti utli biex jimtlew il-lakuni fir-rigward tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni pubblika. Il-popolazzjoni tal-lokalitajiet u r-reġjuni kkonċernati u l-intrapriżi rilevanti għandhom ikunu infurmati aħjar fir-rigward tal-programmi u l-proġetti li jkunu għaddejjin.

2.1.4

L-iżvilupp ta' approċċ strateġiku komuni fiż-żewġ makroreġjuni, l-implimentazzjoni ta' rabtiet istituzzjonali u l-ippjanar aktar kreattiv huma eżempji tajba tal-ewwel suċċess tal-kooperazzjoni makroreġjonali f'livell indaqs, karatteristika ġdida tal-politika Ewropea. Il-proġetti u l-inizjattivi l-ġodda kif ukoll is-suċċess miksub, li jmur lil hinn minn sempliċiment impressjoni, mill-azzjoni konġunta jixhdu l-isforzi li saru mill-atturi soċjoekonomiċi fi ħdan ir-reġjuni.

2.1.5

Il-KESE japprova l-konklużjonijiet prinċipali li jinsabu fir-rapport:

ikun aħjar jekk ikun hemm inqas prijoritajiet;

hemm bżonn ta' impenn politiku b'saħħtu;

aktar sorsi ta' finanzjament għandhom ikunu disponibbli;

huwa kruċjali li jissaħħaħ l-għarfien amministrattiv (ġestjoni, organizzazzjoni);

huwa kruċjali li jitkejlu u jiġu evalwati r-riżultati mil-lat kwantitattiv kif ukoll kwalitattiv;

jeħtieġ li jitnaqqas il-piż amministrattiv.

2.2

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kooperazzjoni makroreġjonali hija parti mill-proċess għat-tisħiħ tad-demokratizzazzjoni tal-UE u mit-tisħiħ tal-inizjattivi li jibdew mill-aktar livell baxx. Din il-kooperazzjoni hija katalista pożittiva, li tiddefendi u tikkompleta l-valuri fundamentali tal-UE.

2.3

Il-KESE jirrikonoxxi li r-rapport huwa sod metodoloġikament u jaqbel li l-evalwazzjoni approfondita kienet ġustifikata, partikolarment fid-dawl tal-metodoloġija li għadha mhux żviluppata tajjeb sabiex jiġu analizzati l-istrateġiji makroreġjonali u fin-nuqqas ta' indikaturi speċifiċi ta' statistika.

2.4

Il-KESE japprova l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Ġunju 2012, li skonthom jeħtieġ li jiġi approfondit is-suq intern u tiġi żviluppata l-kompetittività tal-UE. Huwa diżappuntanti li, apparti l-prinċipji ġenerali - integrazzjoni, koordinazzjoni, kooperazzjoni, governanza f'diversi livelli, sħubija - il-Kunsill ma jikkontribwixxix għat-twettiq tal-istrateġiji makroreġjonali permezz ta' strumenti addizzjonali ta' finanzjament.

2.5

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fehma tal-esperti li skonthom il-problema prinċipali hija n-nuqqas ta' koerenza bejn ir-rieda politika deċentralizzata u l-finanzjament.

2.6

Il-prijorità mogħtija lis-sostenibbiltà (pereżempju t-Tkabbir "Ikħal" u "Aħdar") u lill-iżvilupp tal-infrastruttura hija element naturali tal-ħsieb makroreġjonali. Din tiġġenera l-valur miżjud Ewropew.

2.7

Madankollu, immedjatament u fuq perjodu qasir, l-attivitajiet ekonomiċi jistgħu jwasslu għal żieda "fil-valur miżjud Ewropew" permezz tat-tkabbir tal-PDG u tal-impjiegi.

2.8

Skont il-KESE, ir-regola tar-"rifjut triplu" m'għadhiex tapplika: hemm finanzjament mill-qafas finanzjarju fuq perjodu medju 2014-2020, qed tiġi implimentata sistema amministrattiva u istituzzjonali sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni u l-qafas strateġiku komuni fih ir-regolamentazzjoni neċessarja. Fl-interess tat-tisħiħ tal-innovazzjoni, l-appoġġ tal-SMEs, in-netwerking u l-impjieg, għandu jkun hemm aktar fehim tal-prinċipju ta'"aċċettazzjoni tripla" għall-istrateġiji makroreġjonali waqt l-evalwazzjoni tal-politika ta' appoġġ.

2.9

Jeħtieġ li l-istrateġija makroreġjonali tingħata prijorità matul il-perjodu ta' programmar Ewropew 2014-2020, billi l-mudell il-"ġdid" ta' kooperazzjoni territorjali jiġi integrat fil-ftehim ta' sħubija u fil-programmi operattivi (FEŻR, FSE, FAEŻR u FEMS) u titpoġġa enfasi speċifika fuq il-kunċett ta' "żvilupp makroreġjonali mmexxi mill-komunità", li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

jiffoka fuq oqsma speċifiċi;

huwa mmexxi mill-komunità, jiġifieri minn gruppi ta' azzjoni makroreġjonali magħmula minn rappreżentanti tal-interessi ekonomiċi u soċjali, pubbliċi u privati;

jitwettaq fuq il-bażi ta' strateġji integrati u multisettorjali ta' żvilupp lokali

fit-tfassil tiegħu jqis il-bżonnijiet u l-potenzjal makroreġjonali.

2.10

L-"iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità" ser:

iħeġġeġ lill-komunitajiet makroreġjonali sabiex jiżviluppaw approċċi minn isfel għal fuq f'ċirkostanzi fejn ikun hemm bżonn li jiġu indirizzati l-isfidi li jappellaw għal bidliet strutturali;

isaħħaħ il-kapaċitajiet lokali u ser jistimula l-innovazzjoni (inkluża l-innovazzjoni soċjali), l-intraprenditorjat u l-kapaċità għall-bidla billi jħeġġu l-iżvilupp u l-iskoperta tal-potenzjal mhux sfruttat fi ħdan il-komunitajiet u t-territorji;

jikkontribwixxi għall-governanza f'diversi livelli billi joffri lill-komunitajiet makroreġjonali l-possibbiltà li jipparteċipaw bis-sħiħ fit-tħejjija tal-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-UE fl-oqsma kollha.

2.11

Fuq l-inizjattiva tiegħu, il-KESE jista' jikkunsidra li jfassal analiżi globali tal-importanza tal-istrateġiji makroreġjonali għall-ġejjieni tal-Ewropa u ser iressaq proposta dwar kif dawn l-istrateġiji għandhom jiġu aġġustati biex tinkiseb prattika uniformi fil-qasam tal-iżvilupp Ewropew.

3.   Riżultati

3.1

Ir-rapport tal-Kummissjoni jinnota li, skont ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji għall-Baħar Baltiku u għad-Danubju, l-istrateġiji makroreġjonali ppermettew l-iżvilupp ta' proġetti ġodda u ħaffu t-twettiq ta' proġetti transnazzjonali eżistenti. L-istrateġiji ffaċilitaw in-netwerking u ppermettew ukoll li jiġu mnedija inizjattivi konġunti fir-reġjuni kkonċernati. Il-proġetti "ewlenin" jistgħu jservu kemm ta' xpruni eċċellenti kif ukoll ta' proġetti eżemplari għar-reġjun.

3.1.1

Bħala l-ewwel strateġija makroreġjonali li għalhekk isservi ta' mudell, l-Istrateġija għall-Baħar Baltiku, bit-tliet għanijiet prinċipali u l-15-il prijorità tagħha, identifikat mill-bidu b'ċertezza għolja l-oqsma li jistgħu jikkostitwixxu l-għanijiet prinċipali tal-kooperazzjoni reġjonali filwaqt li kkontribwixxiet b'mod effikaċi għall-implimentazzjoni tal-politiki speċjalizzati u tal-politiki orizzontali Ewropej.

3.1.2

L-iżvilupp tas-settur marittimu, it-tisħiħ tar-rabtiet reġjonali, l-investiment fil-futur tal-persuni u favur it-tkabbir ekonomiku s'issa huma l-oqsma mmirati li kkontribwixxew għal approċċi oħra sabiex jiġu żviluppati l-makroreġjuni.

3.2

L-Istrateġija għad-Danubju, bħala t-tieni strateġija makroreġjonali li ġiet adottata u li tinkludi ħames għanijiet prinċipali u ħdax-il prijorità, tiffoka u ttejjeb ir-riflessjoni reġjonali u l-oqsma ta' azzjoni konġunta.

3.2.1

Bl-istess mod tal-oqsma tematiċi tal-Istrateġija għall-Baħar Baltiku, jiddominaw il-prijoritajiet ambjentali u tal-infrastruttura (konnessjonijiet bejn ir-reġjuni, protezzjoni tal-ambjent, tisħiħ tar-reġjuni) iżda l-proposti u l-proġetti marbutin mat-titjib tal-prosperità ekonomika u soċjali jirriflettu r-rieda politika sabiex ikun hemm konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020.

3.3

F'diversi studji l-KESE approva l-isforzi li saru mill-Unjoni sabiex ir-riżorsi disponibbli jintużaw bl-aktar mod effikaċi u effiċjenti possibli. Għal dan il-għan jeħtieġ li jiġu armonizzati l-istrumenti u jissaħħu l-azzjonijiet konġunti. Hemm bżonn ovvju li jintużaw ir-riżorsi "esterni". Anke f'dan il-qasam, l-inizjattivi makroreġjonali kisbu riżultati ġodda. (Pereżempju nistgħu nikkwotaw l-eżempji ta' Baden-Württemberg jew il-koordinazzjoni tal-fondi għall-kapital ta' riskju, imsemmija fir-rapport.)

3.4

Kemm iż-żewġ strateġiji li qed jiġu analizzati kif ukoll l-opinjonijiet fuq inizjattiva proprja li ġew adottati s'issa mill-KESE, b'mod partikolari dwar l-istrateġiji makroreġjonali għall-Mediterran u l-kosta Atlantika, enfasizzaw l-importanza tal-kooperazzjoni politika u ekonomika mal-pajjiżi terzi u ġibdu l-attenzjoni għall-potenzjal li jitnaqqsu numru ta' riskji relatati mal-politika ta' sigurtà, is-soluzzjoni ta' problemi relatati mal-immigrazzjoni illegali, eċċ.

3.5

Il-KESE jinsisti bis-sħiħ fuq l-importanza kruċjali tal-ftehimiet ta' sħubija li qegħdin jitħejjew u li ġew negozjati. Dawn għandhom iqisu l-kuntest makroreġjonali. Hemm bżonn ukoll ta' koordinazzjoni adegwata mal-imsieħba soċjali, l-armonizzazzjoni "orizzontali", bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, tal-proposti u l-proġetti li jidhru f'kull programm operattiv u l-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet interessati ekonomiċi, soċjali u tas-soċjetà ċivili.

4.   Proposti

4.1

Il-KESE jħoss li huwa indispensabbli u possibbli li l-prinċipji adotatti jiġu żviluppati aktar u estiżi.

4.2

Ikun żball li l-makroreġjuni jiġu indirizzati bħala fenomenu purament ġeografiku: jeħtieġ li jitqiesu wkoll ir-relazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u storiċi kumplessi.

4.3

L-espressjoni ta' "sfidi komuni" kif ukoll ta' "kooperazzjoni mtejba" f'termini ta' skopijiet ta' koeżjoni tnaqqas il-possibbiltà li interpretazzjoni funzjonali ta' makroreġjun lil hinn mill-fruntieri tiegħu kif ukoll tal-impatt tiegħu fuq il-proċessi ta' żvilupp u ta' koeżjoni fl-Ewropa kollha.

4.4

Il-kunċett ta' "valur miżjud" b'rabta mal-makroreġjuni ma ġiex definit fir-rapport. Skont il-KESE, il-kunċett ta' valur miżjud fil-każ tal-istrateġiji makroreġjonali jista' jirreferi biss għall-valur li r-reġjuni jew l-Istati Membri waħedhom ma jistgħux jipprovdu ħlief permezz ta' investimenti ogħla jew li huma inqas effikaċi.

4.5

Fi żmienu r-"rifjut triplu" kien jinftiehem, però issa m'hemm l-ebda dubju li dan jista' jwassal li jiġi abbandunat il-valur miżjud Ewropew fi żmien meta l-irkupru għadu fraġli u jeħtieġ jissaħħaħ.

4.6

Is-sitwazzjoni attwali tal-istrateġiji makroreġjonali tirrifletti l-approċċ Ewropew li skontu l-istrumenti u r-riżorsi disponibbli f'kull reġjun jistgħu jkunu aktar effikaċi permezz ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni adegwati fit-territorji tal-Istati Membri u tar-reġjuni parteċipanti (f'dan ir-rigward il-Kummissjoni Ewropea taqdi rwol pjuttost effikaċi). Il-valur miżjud Ewropew fil-livell tal-makroreġjuni qiegħed jiżdied.

4.7

Skont il-KESE, huwa probabbli li l-valur miżjud pan-Ewropew li jista' jiġi ġġenerat fil-livell tal-makroreġjuni jiżdied b'mod sostanzjali permezz tal-iżvilupp ta' strumenti addizzjonali, it-titjib tal-kapaċità legali u istituzzjonali u l-implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali.

4.8

Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tax-xenarji differenti għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea sal-2020 u ta' ċerti proposti ta' interess Ewropew, bħal, pereżempju, l-għanijiet u l-fondi distinti tal-mekkaniżmu "Nikkollegaw l-Ewropa", jeħtieġ li tintalab responsabbiltà fil-livelli kollha għal kull "valur miżjud" maħluq, kull darba li jkun hemm investiment jew żvilupp permezz tal-użu tal-fondi Ewropej.

4.9

L-estensjoni ta' strumenti bħal dawn fil-livell makroreġjonali hija kundizzjoni essenzjali sabiex tinkiseb l-Istrateġija Ewropa 2020.

4.10

Il-KESE huwa tal-fehma li l-estensjoni tal-oqfsa politiċi, istituzzjonali, legali u finanzjarji, apparti l-kontroll tal-"valur miżjud Ewropew":

tista' tikkontribwixxi sabiex jiġi aċċellerat il-proċess ta' rkupru mill-kriżi;

fir-rigward tal-futur tal-Ewropa u fil-kuntest tal-kontroll tar-riformi istituzzjonali u l-leġislazzjoni, tista' tippermetti li mill-qrib jiġi mmonitorjat sa fejn il-miżuri li ttieħdu minn kull Stat Membru jirrispettaw il-loġika Ewropea u huma konsistenti mal-prinċipji tal-"valur miżjud", anke meta l-iżvilupp jew l-investiment inkwistjoni ma jkunux saru direttament permezz tal-fondi Ewropej;

tista' tagħti valur addizzjonali importanti fl-interess tat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.

4.11

Il-KESE huwa tal-fehma li t-tisħiħ tal-governanza politika u li huwa bbażat fuq l-iżvilupp fl-ambitu tal-istrateġiji makroreġjonali joffri"valur miżjud"Ewropew sinifikanti. Huwa jqis li t-tensjonijiet politiċi ftit jew wisq qawwija bejn il-federalisti u n-"nazzjonalisti", li s'issa kkaratterizzaw l-istorja sħiħa tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jittaffew permezz tat-tisħiħ tal-livell intermedju ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni waqt li jitqiesu l-fruntieri storiċi u ġeografiċi u t-tradizzjonijiet.

4.12

Fil-fehma tal-KESE, huwa possibbli li l-makroreġjuni jiġu interpretati b'mod funzjonali. Permezz tan-netwerks innovattivi, l-iżviluppi u miżuri oħra transkonfinali ta' interess Ewropew isaħħu t-tkabbir tal-UE u l-koeżjoni.

4.13

Il-KESE jipproponi li jitwettaq progress politiku fir-rigward tal-indirizzar tal-makroreġjuni. Bi prinċipju, il-Kunsill għandu jiddikjara l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi li jibdew mill-aktar livell baxx kif ukoll appoġġ futur "laterali" u "li jibda mill-aktar livell għoli" tal-istituzzjonijiet kollha. B'mod ġenerali, abbażi tal-esperjenza preċedenti, dan jista' jiġi applikat għall-oqsma (funzjonijiet) li ġejjin:

a)

riċerka, edukazzjoni, tagħlim tal-lingwi, kooperazzjoni fil-kwistjonijiet ta' kultura u saħħa;

b)

kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija, il-protezzjoni tal-ambjent, il-loġistika, it-trasport, is-servizzi pubbliċi (ilma, dranaġġ, skart);

c)

pjanar konġunt mill-korpi pubbliċi, istituzzjonijiet reġjonali u awtoritajiet lokali u reġjonali;

d)

tisħiħ tal-involviment tas-soċjetà ċivili u tal-NGOs;

e)

kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u l-migrazzjoni;

f)

miżuri prattiċi għall-kompetizzjoni fis-suq (kooperazzjoni konkreta fis-suq tax-xogħol, appoġġ lill-SMEs, stabbiliment ta' fondi għall-iżvilupp);

g)

kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika.

4.14

L-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jagħtu kontribut prezzjuż lill-kooperazzjoni transkonfinali bejn il-bliet, lill-implimentazzjoni ta' netwerk ta' poli teknoloġiċi u lill-iżvilupp aktar rapidu tal-innovazzjoni.

4.15

Ħafna minn dawn huma oqsma fejn huma ġustifikati inizjattivi li jibdew prinċipalment mill-aktar livell baxx, u fejn il-kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali jistgħu jaqdu rwol miżjud. Ir-rapport ma jsemmix l-importanza li s-setturi ekonomiċi u soċjali jipparteċipaw u jiġu kkonsultati.

5.   Ħidma futura

5.1

Il-KESE jaqbel li l-parteċipanti fl-istrateġiji makroreġjonali għandhom iqisu li dawn l-istrateġiji huma responsabbiltà trasversali tal-gvernijiet tagħhom.

5.2

Il-KESE jqis li l-kompiti amministrattivi għandhom jitnaqqsu għall-minimu u li l-Kummissjoni Ewropea għandha tfassal u tipproponi metodi ġodda sabiex jiġi involut il-pubbliku, pereżempju permezz ta' għodod tad-demokrazija elettronika. Huwa essenzjali li tiżdied il-parteċipazzjoni kemm fil-livell tat-tħejjija kif ukoll f'dak tal-implimentazzjoni.

5.3

Jeħtieġ li jiġi appoġġjat il-prinċipju li skontu l-għanijiet makroreġjonali għandhom jiġu integrati fil-ftehimiet kollha ta' sħubija u fil-programmi operattivi kollha.

5.4

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tappoġġja l-applikazzjoni ta' prattiki tajbin fir-rigward tal-istrumenti eżistenti ta' programmar, inkluż fil-każ tar-reġjuni li għandhom qed jiżviluppaw jew li qed jiġu diskussi.

5.5

Skont il-KESE, in-nuqqas ta' kapaċità amministrattiva jista' jingħeleb biss jekk jintwera li dan l-approċċ huwa fl-interess ta' użu effiċjenti tar-riżorsi.

5.6

Il-KESE jqis neċessarju li jiġu introdotti miżuri u indikaturi realistiċi sabiex jiġi żgurat is-segwitu tal-progress. Iżda hija indispensabbli l-parteċipazzjoni attiva tal-Kummissjoni u ta' istituzzjonijiet Ewropej oħra, b'mod partikolari sabiex jitfassal l-indikatur tal-valur miżjur, minħabba n-natura multipla tiegħu.

5.7

Il-KESE huwa favur li jissaħħaħ l-approċċ minn isfel għal fuq, li s'issa ħalla l-frott, iżda jħoss li jkun tajjeb li jiġu assoċjati aktar mill-qrib l-imsieħba ekonomiċi, ambjentali, soċjali u lokali u li jiġu żviluppati relazzjonijiet trasversali mal-makroreġjuni li jkunu għadhom kif inħolqu.

5.8

Il-KESE huwa tal-fehma li jeħtieġ li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni tal-istrateġiji u jkun hemm l-għan li mhux biss tiġi ppreservata n-natura speċifika tagħhom iżda wkoll li tiġi estiża.

5.9

Il-KESE jissuġġerixxi li waqt li qed tfassal forom ġodda ta' ġestjoni, il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta wkoll għażla li tista' twassal għall-implimentazzjoni ta' ġestjoni "ta' livell intermedju" makroreġjonali u bbażata fuq l-iżvilupp fit-territorju tal-UE.

5.10

L-inizjattivi makroreġjonali jinkludu fundamentalment żewġ dimensjonijiet, waħda transnazzjonali u waħda Ewropea. Skont il-KESE, s'issa l-attenzjoni kienet esklussivament fuq il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-pajjiżi differenti. Waħda mill-konklużjonijiet l-aktar importanti tar-rapport huwa li jintlaqgħu tajjeb l-isforzi sabiex l-azzjonijiet konġunti jkollhom dimensjoni Ewropea u jwasslu għal valur miżjud Ewropew.

5.11

Skont il-KESE, jekk l-inizjattivi makroreġjonali b'dimensjoni Ewropea jkollhom l-appoġġ xieraq, dawn jistgħu jikkontribwixxu sabiex itejbu l-kredibbiltà politika tal-Unjoni u tiġi implimentata prattika ġdida ta' żvilupp permezz ta' aktar parteċipazzjoni mis-soċjetà.

5.12

Għal darb'oħra dan iwassal għall-mistoqsija jekk l-impenji politiċi meħuda fil-livell Ewropew li jridu jiġu żviluppati fil-livell lokali jistgħux jiġu kkomplementati permezz ta' impenji makroreġjonali li jridu jiġu implimentati fil-livell Eworpew. Il-"kooperazzjoni mtejba" imsemmija mill-Kummissjoni tista' wkoll timplika dan.

5.13

B'mod ġust il-Kummissjoni Ewropea tindika li l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji bbażati fuq il-baċiri tal-baħar jindirizzaw aspirazzjonijiet simili, iżda dan il-punt jirrifletti b'mod ċar id-diviżjonijiet interni fi ħdan il-Kummissjoni u r-riskji marbutin mal-frammentazzjoni tal-istrateġiji. Mhuwiex possibbli li l-elementi ta' "strateġija marittima" jiġu ppreżentati bħala elementi makroreġjonali jekk il-komponenti bħall-infrastruttura tal-kosti marittimi jew tal-oċean, l-urbanizzazzjoni, il-produzzjoni, eċċ., mhumiex marbuta jew ma jistgħux jintrabtu mal-kompiti tal-kapaċitajiet jew tal-perikli marittimi jew tal-oċean li għandhom ċertu importanza mil-lat tal-produzzjoni u l-protezzjoni.

5.14

Għalhekk għandhom jiġu approvati mingħajr riżervi l-konklużjonijiet tar-rapport li jindikaw li jeżistu possibbiltajiet oħra li għandhom ma ġewx sfruttati. Madankollu mhiex aċċettabbli l-pożizzjoni li skontha jista' jkun hemm aktar żviluppi u azzjoni intensifikata "mingħajr l-involviment tal-Kummissjoni, jew ibbażat[i] aktar esklussivament fuq programm transnazzjonali".

5.14.1

Dan huwa l-uniku punt fl-evalwazzjoni fejn il-Kummissjoni Ewropea tindika b'mod espliċitu li ma tixtieqx tipparteċipa fit-tħejjija jew l-implimentazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali jew li taqdi l-iċken rwol, minkejja li tħoss li jistgħu jiġu żviluppati u implimentati diversi paradigmi oħra. Iżda d-dokument ma jippreċiżax liema huma dawn il-paradigmi!

5.15

Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tkompli taqdi rwol ċentrali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali. Huwa jitlob ukoll li l-Kunsill jagħti lill-Kummissjoni l-għodod u r-riżorsi meħtieġa biex tkun tista' taqdi dan ir-rwol kif imiss.

5.16

Il-kunċett ta' programm transnazzjonali juri li l-programmi li għandhom valur miżjud Ewropew jistgħu jiksbu ċertu appoġġ, mingħajr ma joħorġu mill-qafas tar-rifjut triplu. Eżempju ta' dan huma l-programmi li jiżguraw konformità aħjar tad-dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-ambjent, tisħiħ tal-investimenti marbutin mal-UE jew massa kritika għall-innovazzjoni.

5.17

Ir-rapport ma fihx l-iċken informazzjoni dwar kif għandu jiġi sfruttat il-valur miżjud Ewropew, l-evalwazzjoni tiegħu, il-mod kif għandhom jintużaw ir-riżultati u inċentivi oħra.

5.18

Fil-fehma tal-KESE, il-kummenti li tqassru b'mod tassew qasir fil-"Konklużjonijiet" jistħoqqilhom li jitlaħħmu iktar biex jindirizzaw l-esiġenzi espressi fit-titolu. Il-kwistjoni tal-"governanza" bla dubju hija importanti, peress li hija l-Unjoni Ewropea li fl-aħħar mill-aħħar trid tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet ġenerali tal-governanza.

5.19

Il-perspettiva makroreġjonali, kemm fis-sens politiku u ambjentali kif ukoll f'dak soċjoekonomiku, tista' tikkostitwixxi għodda prezzjuża sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi jew ir-reġjuni Ewropej, jittaffew it-tendenzi nazzjonalisti permezz tal-kunsens soċjali, ir-rispett u l-aċċettazzjoni reċiproċi u tikkontribwixxi, permezz tal-ħolqien ta' valur miżjud Ewropew għall-komunitajiet ta' interess, sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020.

5.20

L-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jkunu strumenti utli biex jimtlew il-lakuni fir-rigward tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni lill-pubbliku. Il-popolazzjoni tal-lokalitajiet u r-reġjuni kkonċernati u l-intrapriżi għandhom ikunu infurmati aħjar fir-rigward tal-programmi u l-proġetti li jkunu għaddejjin.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar “Niżviluppaw Strateġija Marittima għaż-Żona tal-Oċean Atlantiku”, ĠU C 229, 31.7.2012, p. 24..

(2)  Opinjoni tal-KESE dwar "Lejn strateġija makroreġjonali tal-UE għall-iżvilupp tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-Mediterran" (ECO/342).


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/68


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni”

COM(2013) 348 final – 2013/0188(CNS)

2014/C 67/12

Relatur: is-Sur DANDEA

Amministraturi: is-Sur Klec, is-Sur Jantscher

Nhar is-27 ta’ Ġunju 2013, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

COM(2013) 348 final – 2013/0188 (CNS).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-4 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta’ Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’ 142 vot favur, 2 voti kontra u 6 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta għal Direttiva (1) li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (AEOI) u jemmen li tirrappreżenta pass importanti 'l quddiem fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa (2).

1.2

Fil-fehma tal-Kumitat din il-proposta ma tistax titqies b'mod separat mill-inizjattivi u żviluppi oħra, Ewropej u internazzjonali, li jippromovu skambju aħjar ta' informazzjoni bejn amministrazzjonijiet fiskali. Fost oħrajn nistgħu nsemmul-estensjoni ta d-Direttiva Ewropea dwar it-tfaddil tal-2005, ir-regolament FATCA, fejn għadd ta' pajjiżi Ewropej qed jippruvaw jilħqu ftehim mal-Istati Uniti biex, fost affarijiet oħra, iħarsu drittijiethom, u d-Direttiva eżistenti għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, li qed isir sforz biex tiġi estiża.

1.3

Peress li l-Istati Membri jitilfu biljuni ta' Euro kull sena bħala riżultat tal-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, il-KESE jqis li l-proposta tal-Kummissjoni biex jitħaffef il-proċess ta' implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/16/UE dwar l-AEOI hija ġustifikata.

1.4

Il-Kummissjoni tipproponi li jiżdiedu ħames kategoriji oħra ta' dħul li jkunu suġġetti għall-AEOI. Il-KESE jaqbel li dawn il-kategoriji l-ġodda ta' dħul għandhom jiġu inklużi peress li hemm possibbiltà akbar li jintlaqtu mill-frodi fiskali minn dawk li diġà jinsabu fid-Direttiva.

1.5

Peress li l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali huma kwistjonijiet globali, ma jistgħux jiġu miġġielda biss fi ħdan l-UE. Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-isforzi tagħhom ta' negozjar, fl-OECD u korpi dinija oħra, biex tiġi promossa l-AEOI bħala standard internazzjonali.

1.6

Il-KESE jħeġġeġ b'mod partikolari lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-istandard futur għall-AEOI jqis ir-rekwiżiti legali, l-esperjenza u l-għarfien espert tal-UE f'dan il-qasam. Jistieden lill-Istati Membri jadottaw pożizzjoni koordinata biex jilħqu dan sabiex il-pożizzjoni Ewropea fid-dibattiti internazzjonali tissaħħaħ.

1.7

Fir-rigward tal-inizjattivi internazzjonali u Ewropej, il-Kumitat huwa tal-fehma wkoll li għandu jsir sforz biex ikun hemm sitwazzjoni b'kundizzjonijiet indaqs bejn l-ikbar għadd possibbli ta' pajjiżi, sabiex kemm jista' jkun jiġu evitati l-iżvantaġġi ekonomiċi potenzjali u ta' tip ieħor għall-Unjon.

1.8

Il-KESE huwa tal-fehma li għal finijiet ta' semplifikazzjoni u effiċjenza, u mil-lat tal-iffrankar tal-ispejjeż, u bħala benefiċċju għal kulħadd, għandu jsir sforz biex is-sistemi differenti ta' skambju ta' informazzjoni li jappartjenu għal kull waħda mill-inizjattivi jiġu armonizzati u jsiru sistema waħda. Dan għandu jsir talinqas fil-livell Ewropew. B'mod ġenerali r-regoli bażiċi applikabbli għandhom ikunu ċari u proporzjonali fir-rigward tal-għanijiet li qed isir sforz għalihom.

1.9

Il-KESE jappella lill-Istati Membri biex jiżguraw li r-riżorsi umani, teknoloġiċi u finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-AEOI jkunu disponibbli, minħabba fil-kumplessità u l-volum tal-informazzjoni li jkunu suġġetti għat-trasferiment bejn l-Istati Membri mill-2015. It-taħriġ tal-uffiċjali li se jkunu responsabbli għall-iskambju tal-informazzjoni jrid ikun prijorità.

1.10

Biex l-istrumenti l-ġodda għall-ġlieda kontra l-vjolazzjonijiet fiskali jkunu effikaċi, il-KESE jemmen li kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri jridu jżidu l-isforzi tagħhom biex jissemplifikaw u jarmonizzaw il-leġislazzjoni tat-taxxa tagħhom.

2.   Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE

2.1

Fid-dawl taż-żieda fil-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa f'dawn l-aħħar snin, u l-impatt gravi li għandhom fuq id-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri, li qed ittellifhom bijuni ta' Euro fis-sena, il-Kummissjoni fasslet din il-proposta għal Direttiva li temenda ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/16/UE rigward l-iskambju awtomatiku obligatorju tal-informazzjoni fil-qasam tal-informazzjoni.

2.2

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li tespandi l-ambitu tal-AEOI fl-UE lil hinn minn dak li hu previst fis-sistema attwali.

2.3

Il-Kummissjoni qed tipproponi li temenda l-Artikolu 8 tad-Direttiva biex tintroduċi kategoriji ġodda ta' dħul li jiġu soġġetti għall-AEOI, filwaqt li titneħħa r-referenza għal-livell limitu li taħtu Stat Membru jista' jagħżel li ma jirċevix informazzjoni minn Stat Membru ieħor, u tħaffef l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva attwali dwar l-estensjoni tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni.

2.4

Il-kategoriji l-ġodda ta' dħul li għandhom jiġu soġġetti għall-AEOI huma: dividendi, qligħ kapitali, kwalunkwe introjtu ieħor iġġenerat fir-rigward tal-assi miżmuma f'kont finanzjarju, kwalunkwe ammont li fir-rigward tiegħu l-istituzzjoni finanzjarja hija l-obbligant, inkluż kwalunkwe ħlasijiet ta' fidi, u bilanċi tal-kontijiet. L-Istati Membri ser ikollhom jibagħtu informazzjoni dwar dan id-dħul mill-2015.

2.5

Fid-dawl tal-konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, il-Kummissjoni tipproponi li jitneħħa l-livell limitu li taħtu l-Istati Membri bħalissa jistgħu jagħżlu li ma jirċevux tip partikolari ta' informazzjoni, filwaqt li tindika li dan m'huwiex prattiku u li l-Istati Membri jaqblu li dan għandu jitneħħa.

2.6

Għall-kategoriji l-ġodda ta' dħul li jkunu suġġetti għall-AEOI, il-Kummissjoni ma żżommx il-kundizzjoni ta' disponibbiltà tal-informazzjoni li bħalissa hemm għall-kategoriji ta' dħul imsemmija f'Artikolu 8(1). Dan l-approċċ iħaffef l-estensjoni u l-implimentazzjoni tal-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni.

2.7

Il-proposta tal-Kummissjoni hija konformi mal-inizjattiva ta' xi Stati Membri li jikkonkludu ftehimiet mal-Istati Uniti b'rabta mal-Att FATCA - Foreign Account Tax Compliance Act (Konformità Fiskali tal-Kontijiet Barranin), biex b'hekk jiġu obbligati jipprovdu kooperazzjoni aktar estiża b'konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva mal-Istati Membri l-oħra.

3.   Kummenti Ġenerali

3.1

Din il-proposta għal Direttiva hija waħda mill-miżuri fil-pjan ta' azzjoni (3) biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa mressqa mill-Kummissjoni fl-aħħar tal-2012 fuq talba tal-Kunsill Ewropew. Fl-Opinjoni tiegħu (4), il-KESE laqgħa l-preżentazzjoni tal-pjan u esprima l-appoġġ tiegħu għall-Kummissjoni fil-ġlieda kontra dawn il-prattiki li jolqtu s-suq intern.

3.2

L-Istati Membri jitilfu biljuni ta' Euro kull sena bħala riżultat tal-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Peress li huma jnaqqru mill-bażi tat-taxxa u b'hekk jobbligaw lill-Istati Membri jżidu t-taxxi, il-Kumitat jemmen li l-frodi fiskali (5) u l-evażjoni tat-taxxa (6), barra milli huma illegali, huma prattiki immorali li jolqtu b'mod sinifikanti t-tħaddim tas-suq intern u jgħawġu l-ġustizzja tas-sistemi fiskali fir-rigward ta' dawk li jħallsu t-taxxa.

3.3

Il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa huma kwistjonijiet globali. Għalhekk, miżuri li jiġġielduhom fi ħdan is-suq intern għandhom jissaħħu bi ftehimiet mal-OECD, il-G8, il-G20 u korpi oħra, biex jiżviluppaw l-AEOI bħala standard internazzjonali. Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi ta' xi Stati Membri li diġà laħqu ftehimiet mal-Istati Uniti b'rabta mal-FATCA. B'konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva, dawn ser jagħtu lill-Istati Membri l-għażla ta' kooperazzjoni aktar mifruxa fil-qasam tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni. Madankollu, il-KESE jilqa' l-fatt li l-proposta għall-iskambju obbligatorju u estiż tal-informazzjoni toffri lill-Istati Membri bażi legali tal-UE uniformi li tiggarantixxi ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi kemm għall-awtoritajiet kompetenti kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi. Il-KESE jqis ukoll li huwa importanti li l-istandard globali futur għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni għandu jqis ir-rekwiżiti legali, l-esperjenza u l-għarfien espert tal-UE f'dan il-qasam.

3.4

Jista' jirriżulta li l-kumplessità kbira tas-sistemi fiskali tal-Istati Membri u differenzi kbar bejniethom ikunu ostakli kbar fl-implimentazzjoni tal-AEOI. Il-KESE jemmen li, biex jiġi żgurat li l-istrumenti l-ġodda għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa jaħdmu b'mod effiċjenti u effikaċi, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jissemplifikaw u jarmonizzaw il-leġislazzjoni fiskali.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1

Fil-proposta għal Direttiva, il-Kummissjonit tixtieq iddaħħal ħames kategoriji ġodda ta' dħul fl-AEOI: dividendi, qligħ kapitali, kwalunkwe introjtu ieħor iġġenerat fir-rigward tal-assi miżmuma f'kont finanzjarju, kwalunkwe ammont li fir-rigward tiegħu l-istituzzjoni finanzjarja hija l-obbligant, inkluż kwalunkwe ħlasijiet ta' fidi, u bilanċi tal-kontijiet. Il-KESE jaqbel li dawn il-kategoriji l-ġodda għandhom jiġu inklużi peress li, minħabba t-tip u l-iskala tagħhom, hemm possibbiltà akbar li jintlaqtu mill-frodi fiskali minn dawk li diġà jinsabu fid-Direttiva.

4.2

Għall-kategoriji l-ġodda ta' dħul li jkunu suġġetti għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, il-Kummissjoni ma żżommx il-kundizzjoni tad-disponibbiltà tal-informazzjoni. Għal dawn il-kategoriji ta' dħul, l-Istati Membri ser ikollhom iressqu d-data reġistrata mis-sena tat-taxxa 2014. Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni, li ser tħaffef l-implimentazzjoni tal-AEOI stabbilita fid-Direttiva 2011/16/UE.

4.3

L-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni dwar it-taxxa jirrikjedi li ammont sinifikanti ta' informazzjoni jasal għand kull Stat Membru mill-Istati Membri l-oħra kollha. Il-KESE jappella lill-Istati Membri biex jiżguraw li jkollhom ir-riżorsi umani, teknoloġiċi u finanzjarji meħtieġa biex jimplimentaw l-AEOI mill-2015.

4.4

Minħabba l-kumplessità tad-data li trid tiġi soġġetta għas-sistema tal-AEOI, il-KESE jappella lill-Istati Membri biex jipprovdu taħriġ lill-uffiċjali li se jkunu jaħdmu b'din is-sistema biex jiżguraw li taħdem b'mod effiċjenti.

4.5

Fil-proposta għal Direttiva, il-Kummissjoni m'għamlet l-ebda bidla għall-kundizzjoni ta' disponibbiltà tal-informazzjoni b'rabta mal-kategoriji tad-dħul imsemmija f'Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE. Il-KESE jirrakkomanda li l-Istati Membri jagħmlu sforz biex jiżguraw li din id-data tkun tista' tinġabar mill-2017, meta, b'konformità mad-dispożizzjonijiet attwali tad-Direttiva, din għandha tiddaħħal fis-sistema tal-AEOI.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  COM(2013) 348 final

(2)  COM(2012) 722 final

(3)  Idem.

(4)  ĠU C 198, 10.7.2013, p. 34.

(5)  Il-frodi tat-taxxa hija forma ta’ evażjoni intenzjonata tat-taxxa li ġeneralment tkun punibbli skont il-liġi kriminali. It-terminu jinkludi sitwazzjonijiet li fihom jiġu sottomessi dikjarazzjonijiet foloz jew jiġu ppreżentati dokumenti ffalsifikati intenzjonalment. (Definizzjoni meħudha mill-COM(2012 351 final).

(6)  L-evażjoni tat-taxxa ġeneralment tinkludi arranġamenti llegali fejn l-obbligazzjoni ta' taxxa tkun moħbija jew injorata, jiġifieri l-kontribwent iħallas inqas taxxa milli huwa legalment obbligat li jħallas billi jaħbi xi introjtu jew informazzjoni oħra mill-awtoritajiet tat-taxxa. (Definizzjoni meħudha mill-COM(2012 351 final).


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/71


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil”

COM(2013) 462 final – 2013/0214 (COD)

2014/C 67/13

Relatur: is-Sur SMYTH

Nhar l-4 ta' Lulju 2013 u nhar is-17 ta' Lulju 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil

COM(2013) 462 final – 2013/0214 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-4 ta' Ottubru.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’150 vot favur, 2 voti kontra u astensjoni waħda (1).

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa’ r-Regolament propost mill-Kummissjoni biex jistabbilixxi qafas transkonfinali għall-prodotti ta' investiment fuq terminu twil. L-introduzzjoni ta’ Fondi ta’ Investiment Ewropew fuq Terminu Twil (ELTIF) tgħin biex tistimola d-domanda tal-investituri għal assi importanti fuq perjodu ta’ żmien twil.

1.2

Il-fatt li l-ELTIFs jistgħu jiġu offruti biss taħt id-Direttiva dwar maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFMD) u jridu jinvestu mill-inqas 70 % tal-fondi fi proġetti fuq terminu twil eliġibbli, bħalma huma l-infrastrutturi fiżiċi u soċjali u l-SMEs għandu jiżgura l-ħolqien ta’ prodotti ta’ investiment stabbli.

1.3

Il-KESE jaċċetta l-parti kbira tal-analiżi tal-Kummissjoni tad-domanda mistennija għall-ELTIFs u tal-ostakli regolatorji li bħalissa jfixklu l-investiment istituzzjonali u individwali fi proġetti infrastrutturali transkonfinali ġodda. Ir-Regolament propost għandu l-potenzjal li jistimula suq uniku tal-investimenti tajjeb għal proġetti fit-tul.

1.4

Il-proposta tal-Kummissjoni li jiġu introdotti fondi magħluqa (closed-ended), miftuħa kemm għal investituri istituzzjonali kif ukoll għal dawk mhux professjonisti, x'aktarx huwa l-aħjar approċċ, speċjalment minħabba li probabbli jitfaċċa suq sekondarju f’unitajiet jew ishma fl-ELTIFs.

1.5

Billi r-Regolament propost jiftaħ orizzonti ġodda fi swieq Ewropej tal-investiment, hemm bżonn li l-implimentazzjoni tiegħu tiġi eżaminata bir-reqqa. Il-KESE jilqa’ l-proposta biex jissorvelja l-iżvilupp tas-suq ELTIF. Fil-każ li l-inizjattiva ma jirnexxilhiex tiżviluppa suq tal-investiment transkonfinali fuq terminu twil, ikun hemm bżonn aktar evalwazzjoni, valutazzjoni u riforma biex jindirizzaw in-nuqqasijiet u biex l-ELTIFs isiru iktar attraenti.

2.   Sfond għar-Regolament propost

2.1

Fis-26 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat proposta għal Regolament dwar fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil (ELTIF) flimkien ma’ valutazzjoni tal-impatt dettaljat (1). Il-Kummissjoni tistqarr li l-iskop ewlieni tal-ħolqien ta’ strument transkonfinali ta’ fondi ta’ dan it-tip huwa li jżid l-ammont ta’ finanzjamenti disponibbli minn sorsi oħra għajr banek, għall-kumpaniji fl-UE li jeħtieġu aċċess għal kapital fuq terminu twil għall-finijiet ta’ proġetti li għandhom x’jaqsmu ma’:

Infrastruttura bħal fil-qasam tat-trasport, il-komunikazzjoni, l-enerġija u l-edukazzjoni;

Investimenti f'kumpaniji mhux elenkati, l-aktar SMEs;

Investimenti f’assi ta' proprjetà immobbli, bħall-bini jew ix-xiri dirett ta’ assi infrastrutturali;

Investimenti fl-infrastruttura soċjali, l-infrastruttura tal-innovazzjoni u l-ħarsien tal-klima.

2.2

Il-proposti tal-Kummissjoni huma konsistenti mal-approċċ tal-Green Paper dwar il-finanzjament fuq terminu twil tal-ekonomija Ewropea (2) li ġiet approvata mill-KESE f’Lulju 2013 (3). Kif jidher mit-titolu tar-Regolament, l-enfasi qiegħda fuq l-istimolu u l-faċilitazzjoni ta’ volumi akbar ta’ investiment fuq terminu twil madwar l-Ewropa. Hemm il-ħtieġa li investimenti fuq terminu twil bħal dawn isiru aktar disponibbli b’mod wiesa’ u attraenti għall-investituri.

2.3

Hemm bżonn tittieħed azzjoni fil-livell Ewropew minħabba li r-riċerka tal-Kummissjoni tenfasizza anomaliji, inkonsistenzi u frammentazzjoni fil-forniment ta’ mezzi ta’ investiment fuq terminu twil madwar l-Unjoni. L-Anness 2 tal-valutazzjoni tal-impatt jistipula fid-dettall dawn l-inkonsistenzi f’sistemi ta’ fondi fuq terminu twil fil-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza, l-Irlanda, l-Olanda, l-Italja u l-Lussemburgu. Skont il-Kummissjoni ma hemmx sett ta’ standards transkonfinali miftiehma dwar x'inhuma assi u investimenti fuq terminu twil, għal min jistgħu jkunu adattati u kif jaħdmu.

2.4

Il-qafas transkonfinali eżistenti għall-investimenti – l-impriżi f’investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) – huwa marbut ma’ portafolji ta’ titoli likwidi trasferibbli bħall-bonds u l-ishma. Il-klassijiet ta’ assi li huma esklużi mill-UCITS, jiġifieri assi immobbli fuq terminu twil bħalma huma l-infrastruttura u l-proprjetà, huma essenzjali biex jiġi żgurat it-tkabbir sostenibbli. Strumenti ta’ investiment fit-tul ġeneralment huma nonlikwidi u mhumiex trasferibbli, mingħajr swieq sekondarji disponibbli u spiss jirrikjedu impenji kapitali inizjali sostanzjali. Dawn il-fatturi jistgħu igerrxu saħansitra l-akbar investituri istituzzjonali.

2.5

Il-Kummissjoni tidentifika tliet settijiet ta’ riskji komunement assoċjati ma' investimenti f’assi fuq terminu twil:

ir-riskju li l-investituri jkunu mqarrqa rigward in-natura tar-riskji ta’ assi fuq terminu twil;

ir-riskju assoċjat mal-illikwidità ta’ assi li jservu għal terminu twil; u

ir-riskju li l-fondi fuq terminu twil eżistenti m’għandhomx biżżejjed għarfien espert fl-għażla tal-assi, il-monitoraġġ tal-proġett u t-taqbil tal-profili ta’ redditu mal-ħtiġijiet tal-klijenti potenzali.

2.5.1

Prinċipalment minħabba dawn ir-riskji, il-fondi ta’ investiment fuq terminu twil ma kellhomx ħafna suċċess s’issa. Mhux dejjem żammew il-prestazzjoni mbassra tagħhom u l-investituri kienu mqarrqa dwar ir-redditu mistenni u hemm xi evidenza ta’ bejgħ ħażin ta’ fondi. Il-Kummissjoni tagħraf il-ħtieġa ta’ diliġenza xierqa u maniġment professjonali ta’ fondi ta’ investiment fuq terminu twil bħal dawn. Ir-Regolament ipoġġi enfasi kbira fuq it-tfassil ta’ informazzjoni u materjal tal-kummerċjalizzazzjoni xierqa. L-ELTIFs għall-konsumatur se jkunu pakkett ta' prodotti ta’ investiment għall-konsumatur u jeħtieġ li jkollhom Dokument bit-Tagħrif Ewlieni tal-Prodott ta' Investiment għall-Konsumaturi Aggregat (PRIP KID) għat-tqegħid fis-suq għall-konsumaturi. Twissijiet prominenti u ċari se jkunu meħtieġa għall-investituri mhux professjonisti fir-rigward tan-natura magħluqa tal-istrument, l-orizzont tal-investiment tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe tifdija bikrija.

2.6

Il-Kummissjoni tistma li hemm bżonn bejn EUR 1 500 biljun u EUR 2 000 biljun f'finanzjamenti ta’ proġetti infrastrutturali fl-Ewropa sal-2020 u li dan huwa prova tal-ħtieġa għal finanzjamenti fuq skala kbira. L-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni fit-tfassil tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni ġabar evidenza sostanzjali ta’ domanda għal fondi bħall-ELTIF fost l-investituri (kemm istituzzjonali u individwali).

3.   L-elementi prinċipali tal-Proposta

3.1

Ir-riżultat ta’ dan kollu kien l-iżvilupp u l-prestazzjoni subottimali tas-suq għal strumenti ta’ investiment fuq terminu twil, madwar l-UE kollha. Speċifikament, huwa sostnut li l-fondi huma inqas milli jistgħu jkunu, l-ispejjeż ta’ ġestjoni huma ogħla minn dak li għandhom ikunu u l-investituri mhux professjonisti għandhom għażla limitata ħafna ta' fondi mill-Istati Membri kollha. Hemm bżonn azzjoni fil-livell Ewropew biex tindirizza s-sitwazzjoni u l-Kummissjoni għalhekk tipproponi li toħloq suq uniku għall-fondi ta’ investiment fuq terminu twil.

3.2

Ġew identifikati seba’ għażliet ta’ politika fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom biex jindirizzaw dawn l-għanijiet operattivi. Dawn l-għażliet ivarjaw kif ġej: li jibqa' kollox kif inhu; it-tikkettar u l-ikkodifikar volontarju tal-prodott; l-espansjoni tal-UCITS biex tinkludi xi assi fuq terminu twil; it-tnedija ta’ prodott ta' investiment komuni magħluq fuq terminu twil immudellat fuq l-UCITS, miftuħ għall-investituri istituzzjonali biss; l-istess prodott imma miftuħ għal individwi ta’ valur għoli; fond ġdid b'regolament ta' ħarsien aħjar tal-investituri u mingħajr drittijiet tat-tifdija, miftuħ għall-investituri kollha inklużi investituri mhux professjonisti; u fl-aħħar nett, l-istess fond iżda bi drittijiet tat-tifdija wara perjodu inizjali ta’ permanenza obbligatorja.

3.3

Minn dawn is-seba’ għażliet, is-sitt għażla, jiġifieri fond ta’ investiment Ewropew fuq terminu twil ġdid (ELTIF) miftuħ għall-investituri kollha mingħajr drittijiet ta’ tifdija hija l-alternattiva ppreferuta. Din l-għażla hija simili għall-mudelli li jeżistu f’dawk l-Istati Membri li jippermettu investimenti ta’ investituri mhux professjonisti.

3.4

Skont il-proposti tal-Kummissjoni l-ELTIFs se joperaw bir-reġim tad-Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (AIFMD) bħala kategorija ġdida ta’ fondi magħluqa awtorizzati. Billi l-qafas leġislattiv tal-ELTIFs ser jieħu l-forma ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, se jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-UE mingħajr il-ħtieġa ta’ traspożizzjoni. Hemm ukoll diversi aspetti tar-reġim fejn l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) se tipproduċi standards tekniċi regolatorji.

3.5

L-ELTIFs huma maħsuba għall-investiment f’assi fuq terminu twil xierqa għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-fond. It-tfassil u l-orjentazzjoni ġenerali tal-istruttura se tkun lejn assi fuq terminu twil bħal proġetti ta’ infrastruttura. Il-Kummissjoni tistabbilixxi regoli dwar kif il-portafoll ta’ ELTIF jista' jiġi investit. Mill-inqas 70 % għandu jkun investit f’assi fuq terminu twil u mhux aktar minn 30 % f’assi eliġibbli għall-investiment minn UCITS. Il-limitu ta' 70 % għall-kompożizzjoni tal-portafoll ma japplikax matul l-ewwel 5 snin tal-ELTIF, matul il-kors tal-ELTIF għal 12-il xahar jekk l-iskema tfittex li ġġib kapital ġdid, u lejn tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, hekk kif jibda jbiegħ l-assi f’konformità mal-politika tat-tifdija tiegħu.

3.6

L-ELTIFs għandhom ikunu magħluqa b’terminu fiss. L-investituri mhux se jkunu jistgħu jitolbu li jifdu l-investiment tagħhom qabel it-tmiem ta’ dak it-terminu fiss. It-tul ta’ żmien fiss se jkun iddeterminat min-natura tal-assi li l-ELTIF jimmira li jakkwista u jżomm. Għalhekk hemm korrelazzjoni bejn l-orizzont tal-investiment tal-assi fuq terminu twil li għandhom jiġu akkwistati u l-orizzont ta' tifdija tal-ELTIF. L-ESMA għandha tiżviluppa standards regolatorji tekniċi biex tkompli tiċċara ċ-ċirkostanzi tat-tqabbil taċ-ċiklu tal-ħajja tal-ELTIF maċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull assi individwali.

3.7

L-Artikolu 17 tar-Regolament propost jipprevedi l-ħolqien ta’ suq sekondarju għal unitajiet jew ishma f’ELTIF. Dan għandu jipprovdi aktar likwidità lill-investituri li jixtiequ jifdu il-parteċipazzjoni tagħhom kollha jew parti minnha, u dan ma jaffettwax il-finanzjament tal-proġetti fl-ELTIF innifsu.

3.8

L-ELTIFs huma prodotti ta’ investiment skont it-tifsira tad-Direttiva dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji (MiFID) u għalhekk soġġetti għar-rekwiżiti kollha ta’ dik id-Direttiva rigward it-tqegħid fis-suq, il-bejgħ u l-iżvelar.

3.9

L-ELTIFs jidher li huma żvilupp pożittiv f’termini kemm tal-ħolqien ta’ tikketta ta' prodott ġdid kif ukoll bħala passaport għall-konsumaturi fis-settur tal-investimenti magħluqa fuq terminu twil u bħala sors potenzjali ta’ finanzjament għall-kumpaniji mhux elenkati tal-UE. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija li hemm domanda mingħand il-maniġers u l-investituri għal dan it-tip ta' prodott u dan se jkun ta’ interess għal dawk fis-settur tal-infrastruttura f’termini ta’ sors alternattiv ta’ finanzjament.

3.10

Minħabba n-natura innovattiva tar-Regolament propost, il-kwistjonijiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jassumu importanza ikbar. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi dan u tipproponi li tissorvelja t-tkabbir jew nuqqas ta' tkabbir fis-suq tal-ELTIFs fuq perjodu inizjali ta’ xi erba’ snin. L-indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin bħall-għadd ta’ fondi stabbilit li joperaw b’mod transkonfinali, id-daqs medju tal-ELTIFs, l-opinjonijiet tal-investituri u l-proporzjonijiet relattivi tal-finanzjamenti skont l-infrastruttura, il-proprjetà, l-SMEs eċċ. se jkunu jistgħu jagħtu valutazzjoni tas-suċċess jew le ta’ din l-inizjattiva. Fil-każ li l-inizjattiva ma jirnexxilhiex tiżviluppa suq tal-investiment transkonfinali fuq terminu twil, ikun hemm bżonn aktar evalwazzjoni, valutazzjoni u riforma biex jindirizzaw in-nuqqasijiet u biex l-ELTIFs isiru iktar attraenti.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  SWD(2013) 231 final (mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  COM(2013) 150 final/2.

(3)  ĠU C 327, 12.11.2013, p. 11-14.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/74


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2012”

COM(2013) 257 final

2014/C 67/14

Relatur: is-Sur MENDOZA CASTRO

Nhar it-3 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2012

COM(2013) 257 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-2 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'132 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 6 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Issa li għaddew għaxar snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament 1/2003, jeħtieġ li jiġi enfasizzat x'suċċess kbir kien, fid-dawl tal-fatt li ġab miegħu tibdil profond fil-politika tal-kompetizzjoni tal-UE.

1.2

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon ir-Rapport tal-2012 li, fost affarijiet oħra, jagħti dettalji tal-ħidma tal-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fil-qasam tal-prattiki tal-antitrust u l-ġlieda kontra l-kartelli (cartels).

1.3

Il-KESE talab kemm-il darba għall-ħolqien ta' qafas għall-protezzjoni legali tal-konsumaturi u, għalhekk, jenfasizza t-tfassil tal-Proposta għal Direttiva dwar l-azzjonijiet għad-danni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

1.4

Fil-fehma tal-Kumitat, huwa tajjeb li tibqa' titħaddan il-politika ta' status quo fil-qasam tal-kompetizzjoni, minkejja l-kriżi ekonomika. Madankollu, ma nistgħux ninjoraw il-fatt li s-setgħat ekonomiċi li jikkompetu kontra l-UE fis-swieq dinjin jagħmlu użu mingħajr ħabi tal-għajnuna mill-Istat u tal-prattiki restrittivi tal-kompetizzjoni.

1.5

L-għajnuna mill-Istat mogħtija bil-għan li ssalva s-settur pubbliku mill-falliment ħtieġet somom kbar ta' fondi pubbliċi, li l-piż tagħhom ser jibqa' jinħass mill-kontribwenti għal snin twal, u ser ikunu ġġustifikati biss jekk ir-riforma tas-sistema finanzjarja timpedixxi li, fil-ġejjieni, jerġa' jkun hemm l-imġiba irresponsabbli li wasslet għall-kriżi finanzjarja. Fid-dawl tal-bżonn li tintradd lura l-kredibbiltà tas-sistema finanzjarja, il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tagħti "l-ogħla prijorità" lill-investigazzjonijiet relatati mar-rati ta' riferiment tal-Euribor u t-Tibor.

1.6

Il-KESE jilqa b'sodisfazzjon il-pakkett dwar il-mezzi ta' pagament ippreżentat mill-Kummissjoni f'Lulju 2013 li fil-fehma tiegħu huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.

1.7

L-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali għal każijiet konkreti tagħmilha possibbli li jintwera jekk il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat u l-qafas il-ġdid dwar l-għajnuna mill-Istat għas-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali jwasslux għal applikazzjoni iżjed effettiva u ġusta tat-TFUE. Minħabba l-karatteristiċi speċjali tagħhom, is-servizzi postali jistħoqqilhom attenzjoni speċjali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.

Il-politika tal-għajnuna mill-Istat għandha tagħmilha possibbli li l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu għajnuna lill-intrapriżi li jikkontribwixxu għall-għanijiet ta' tkabbir tal-UE, filwaqt li tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

1.8

Jista' jkun hemm dubju dwar jekk il-liberalizzazzjoni – li hija l-għan ċentrali tal-politika tal-UE dwar l-enerġija – introduċietx livell ogħla ta' kompetizzjoni, swieq iżjed trasparenti u prezzijiet irħas għall-utenti, u jidher li l-Kummissjoni tirrikonoxxi dan.

1.9

Rigward is-suq tat-telekomunikazzjonijiet, il-KESE huwa tal-fehma li dawn li ġejjin għandhom ikunu għanijiet ċentrali: li jsir tnaqqis reali fit-tariffi telefoniċi għall-familji u l-intrapriżi, li tiġi stabbilita konnessjoni tal-broadband universali ta' kwalità tajba, li jiġu eliminati t-tariffi tar-roaming u li jiġi stabbilit regolatur uniku fl-UE.

1.10

Fl-intrapriżi ta' teknoloġija għolja, soġġetti għal innovazzjoni kontinwa, iż-żmien konsiderevoli li jgħaddi bejn il-bidu tal-proċedura u l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet jista' jwassal għall-għajbien tal-intrapriżi milqutin mill-prattiki antikompetittivi.

1.11

Il-KESE jissuġġerixxi li jiġi kkunsidrat livell ogħla ta' armonizzazzjoni fis-suq tal-kotba elettroniċi biex jiġi evitat l-arbitraġġ u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta' dan is-suq.

1.12

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon u jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tissanzjona l-użu abużiv ta' privattivi min-naħa ta' intrapriżi farmaċewtiċi ewlenin biex jimpedixxu l-aċċess tal-mediċini ġeneriċi għas-suq. Madankollu, fid-dawl tal-benefiċċji sostanzjali ta' dawn l-intrapriżi, il-multi diffiċilment ikunu dissważivi. Huwa tajjeb li jiġu kkunsidrati miżuri leġislattivi iżjed severi fil-każijiet ta' ksur tal-prinċipji tal-kompetizzjoni fis-suq tal-mediċini.

2.   Il-kontenut tar-Rapport tal-2012

2.1

Fl-2012, ħareġ fid-dieher ir-rwol li taqdi l-politika tal-kompetizzjoni fil-konsolidazzjoni tas-suq uniku. Bil-għan li jintlaħaq dan l-għan, il-Kummissjoni kkooperat mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u man-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni biex tikkoordina l-ħidma marbuta mal-implimentazzjoni tar-regoli kontra l-monopolju. L-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni ffukat l-iżjed fuq is-setturi "ta’ importanza trasversali sistemiċi għall-ekonomija", bil-għan li jinbnew is-sisien ta' tkabbir sostenibbli.

2.2

Ir-rapport janalizza l-politika tal-kompetizzjoni applikata f'erba' oqsma prinċipali: is-settur finanzjarju, l-għajnuna mill-Istat, l-industriji ta' netwerk (l-enerġija, it-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi tal-posta) u l-ekonomija tal-għarfien.

2.3

Tingħata attenzjoni wkoll lid-djalogu li sar ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE, l-iżjed il-PE, iżda l-KESE u l-KtR ukoll.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE wara li għaddew għaxar snin mill-implimentazzjoni tar-Regolament 1/2003

3.1.1

Ir-Regolament 1/2003 ġab bidla radikali fil-politika tal-kompetizzjoni tal-UE. Minn mindu daħal fis-seħħ, l-azzjonijiet marbutin mal-kompetizzjoni żdiedu bi tmien darbiet meta mqabblin mal-istess perjodu preċedenti. Huwa jenfasizza ż-żieda sostanzjali fl-attivitajiet tal-Istati Membri, li nbidlu fil-promoturi prinċipali tal-kompetizzjoni, meta wieħed iqis li adottaw 88 % tad-deċiżjonijiet f'dan il-qasam.

3.1.2

Ta' min isemmi wkoll il-funzjonament tan-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni, li kellu impatt fuq żewġ livelli. L-ewwel nett, u b'mod ġenerali, il-ħidma kondiviża bejn l-awtoritajiet nazzjonali differenti twettqet mingħajr problemi u l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni previsti fir-Regolament 1/2003 ħadmu tajjeb. It-tieni nett, bl-appoġġ tal-azzjoni politika tan-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni, l-implimentazzjoni tar-Regolament 1/2003 wasslet ukoll għal livell sostanzjali ta' konverġenza volontarja tal-leġislazzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-proċeduri u s-setgħat ta' sanzjoni.

3.1.3

Minkejja li d-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni ma żdidux b'mod sostanzjali mil-lat ta' kwantità (baqgħu lura mill-istennijiet li ġabet magħha r-riforma), kienu karatterizzati mil-lat tal-kwalità fid-dawl tal-importanza tal-każijiet trattati. B'hekk nistgħu nikkonkludu li r-Regolament 1/2003 kellu suċċess kbir fit-tilħiq tal-għanijiet ikkonċernati.

3.2   Ir-Rapport tal-2012

3.2.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon ir-Rapport tal-2012, li jixħet dawl fuq l-attività mwettqa f'waħda mill-politiki fundamentali tal-UE.

3.2.2

Il-Kumitat tenna kemm-il darba l-appoġġ tiegħu għad-deċiżjonijiet tal-antitrust u esprima wkoll il-fehma tiegħu li l-ġlieda kontra l-kartelli hija aspett essenzjali tal-politika tal-kompetizzjoni. B'rabta ma' dan il-qasam, fl-2012 il-Kummissjoni adottat miżuri importanti u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ħarġet sentenzi.

3.2.3

Il-Kummissjoni tafferma li matul il-kriżi attwali kompliet tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku "minkejja sejħiet li jkun hemm minn żmien għal żmien favur pożizzjoni anqas iebsa fir-rigward ta’ mġiba antikompetittiva minn ditti jew Stati Membri fid-dawl tal-kriżi ekonomika". Fil-fehma tal-Kumitat, din hija deċiżjoni ġusta.

3.2.4

Il-KESE minn dejjem ikkunsidra l-politika tal-kompetizzjoni bħala fattur essenzjali tas-Suq Intern, u jeħtieġ li dan jaffermah mill-ġdid issa li t-taqlib li ilu jolqot lill-ekonomija Ewropea sa mill-2008 qed jagħti prova tad-determinazzjoni tal-UE li tibqa' tħaddan din il-politika, peress li s-setgħat pubbliċi jistgħu jkunu iżjed lesti li jaċċettaw li l-irkupru għandu preċedenza fuq ir-rispett tat-Trattati. Jistgħu wkoll jaqgħu għat-tentazzjoni li jipproteġu setturi partikolari li jinsabu f'diffikultà jew jinjoraw prinċipji bażiċi li jipprojbixxu l-abbuż ta' pożizzjoni dominanti jew il-ftehimiet bejn intrapriżi bil-għan li jaqsmu s-suq.

3.2.5

Madankollu, l-implimentazzjoni stretta tal-politika tal-kompetizzjoni timplika sfida meta jkunu qed jinbnew is-sisien għall-irkupru u l-konsolidazzjoni ta' ekonomija b'saħħitha u kompetittiva meta pajjiżi jew blokok ekonomiċi li jikkompetu mal-UE fis-swieq dinjin ma jirispettawx dawn l-istess prinċipji. L-għajnuna mill-Istat taċ-Ċina lill-industrija tal-azzar tiegħu (flimkien ma' benefiċċji oħra, bħall-pagi baxxi) hija biss waħda mill-bosta eżempji li jistgħu jissemmew.

3.2.6

Il-KESE semma kemm-il darba l-ħtieġa li l-UE toħloq strumenti għall-protezzjoni legali tal-konsumaturi li jippermettulhom jitolbu kumpens għad-danni u l-ħsara kkawżati mill-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni. Apparti li joħolqu proċess għad-difiża tad-drittijiet patrimonjali taċ-ċittadini u l-intrapriżi, dawn l-azzjonijiet legali jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u Ewropej kontra l-prattiki tal-antitrust u l-kartelli. Għalhekk, jenfasizza l-fatt li, fil-11 ta' Ġunju 2013, tressqet il-Proposta għal Direttiva dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (1).

4.   Il-kompetizzjoni fis-settur finanzjarju

4.1

Fil-kuntest tal-kriżi, il-Kummissjoni approvat il-fużjonijiet bankarji b'iżjed għaġla mis-soltu u, bejn l-1 ta' Ottubru 2008 u l-1 ta' Ottubru 2012, hija awtorizzat l-għoti ta' għajnuna lis-settur finanzjarju għas-somma totali ta' EUR 5 058,9 biljun (40,3 % tal-PDG tal-UE), li minnhom intużaw EUR 1 615,9 biljun (12,8 % tal-PDG). F'perjodu kważi simili, l-għajnuna mill-Istat lill-ekonomija reali żdiedet għal EUR 82,9 biljun (0,7 % tal-PDG).

4.2

L-għajnuna temporanja mill-Istat – prevista fit-TFUE – salvat lis-settur finanzjarju milli jikkollassa u kienet essenzjali biex tiġi evitata ħsara gravi lill-ekonomija. Fl-Istati Membri benefiċjarji, din l-għajnuna ngħatat bil-kundizzjoni li l-banek jiġu organizzati u strutturati mill-ġdid. Iżda fl-aħħar mill-aħħar, l-użu ta' somom kbar ta' flus aspejjeż tal-kontribwenti Ewropej biex jiġi salvat is-settur finanzjarju huwa ġġustifikat biss jekk ir-riforma radikali tas-settur finanzjarja tevita li tiġi ripetuta l-imġiba irresponsabbli li wasslet għall-kriżi attwali.

4.3

Qed jinxteħet dubju serju fuq it-trasparenza, l-effikaċja u s-solidità tas-swieq finanzjarji fid-dawl tal-iskandli speċifiċi li affettwaw istituzzjonijiet bankarji ewlenin. Il-multi kbar imposti f'ċerti każijiet ma jaffettwawx b'mod sostanzjali r-rapporti tal-introjtu tal-ġganti tad-dinja finanzjarja li, f'xi każijiet, ġew salvati mill-falliment permezz ta' fondi pubbliċi. Wara l-"iskandlu tal-Libor", is-suspetti waqgħu wkoll fuq l-iżvilupp ta' rati ta' riferiment oħra, bħall-Euribor u t-Tibor. Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-ogħla prijorità lill-investigazzjoni ta' din il-kwistjoni fid-dawl tal-konsegwenzi serji għall-ekonomija.

4.4

Il-KESE jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda proċeduri ta' investigazzjoni fir-rigward tas-suq tas-CDS bil-għan li jiġi determinat jekk banek ewlenin (JP Morgan, Bank of America Merrill Lynch, Barclays, BNP Paribas, Citigroup, Commerzbank, Crédit Suisse First Boston, Deutsche Bank, Goldman Sachs, HSBC, Morgan Stanley, Royal Bank of Scotland, UBS, Wells Fargo Bank/Wachovia, Crédit Agricole u Société Générale) użawx prattiki restrittivi tal-kompetizzjoni fir-rigward ta' informazzjoni finanzjarja essenzjali biex joperaw f'dan is-suq (billi jgħadduha biss lill-Markit) u fir-rigward tas-sistema tal-ikklerjar (fil-każ ta' disgħa mill-istituzzjonijiet imsemmijin hawn fuq, ġiet ipprivileġġjata l-ICE Clear Europe).

4.5

Is-sistema ta' pagament elettroniku fiż-Żona Ekonomika Ewropea hija dominata minn żewġ kumpaniji kbar, Mastercard u Visa, li jistabbilixxu tariffi multilaterali tal-interkambju (MIF – Multilateral Interbank Fee) permezz ta' ftehim mal-banek. Fil-każ tal-Visa, il-karti tal-kreditu u d-debitu jirrappreżentaw 41 % tal-karti maħruġin fiż-ŻEE, li jfisser li din il-kumpanija għandha l-kontroll virtwali ta' suq li fi ħdanu, fl-2010, saru 35 000 miljun operazzjoni għal valur ta' EUR 1 800 biljun. Is-sistema tmur kontra l-prinċipji tal-kompetizzjoni u tagħmel ħsara lill-konsumatur. Mhijiex adattata għat-tibdil teknoloġiku u ma tiffavorixxix il-kummerċ transkonfinali. Is-sentenza maħruġa mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE li tikkonferma li l-MIF huma projbiti fir-rigward tal-Mastercard (2) għandha tinbidel fi kriterju ġenerali li japplika għall-mezzi ta' pagament.

4.6

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-pakkett ta' miżuri dwar sistemi ta' pagament li l-Kummissjoni ressqet fl-24 ta' Lulju 2013 li fih, fost affarijiet oħra, jiġu imposti limiti massimi rigward il-kummissjonijiet marbutin mal-karti tal-kreditu (0,3 %) u tad-debitu (0,2 %). Dan huwa pass 'il quddiem fid-direzzjoni t-tajba, għalkemm kien ikun aħjar kieku dawn il-kummissjonijiet tnaqqsu iżjed fil-każ tal-karti tal-kreditu, u kieku ġew eliminati għalkollox fil-każ tal-karti tad-debitu.

5.   Ir-riformi tal-għajnuna mill-Istat

5.1

L-applikazzjoni għall-każijiet konkreti tagħmilha possibbli li jiġi determinat jekk ir-riformi fir-regoli marbutin mal-għajnuna mill-Istat tiggarantixxix ġustizzja ikbar u livell ogħla ta' effikaċja f'dak li jirrigwarda r-rispett tal-prinċipji ġenerali tat-TFUE. B'mod ġenerali, il-KESE appoġġja l-qafas il-ġdid dwar l-għajnuna mill-Istat għas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) (3), li ġie approvat fl-2011, peress li fil-fehma tiegħu huwa iżjed diversifikat u proporzjonat għat-tipi differenti ta' servizzi pubbliċi. Madankollu, il-Kumitat enfasizza wkoll li l-effiċjenza ma għandhiex tieħu preċedenza fuq il-kwalità, ir-riżultati u s-sostenibbiltà tas-servizzi, l-iżjed fil-każ tal-prestazzjoni tas-servizzi soċjali u tas-saħħa. Barra minn hekk, għandhom jitqiesu wkoll l-ispeċifiċitajiet tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali (kooperattivi, mutwalitajiet, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet) (4).

5.1.1

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni adegwata tar-regoli ġenerali fil-każijiet konkreti, il-Kumitat ifakkar fil-karatteristiċi speċjali tas-SIEĠ li jokkupaw pożizzjoni importanti fost il-valuri komuni tal-Unjoni u jinkoraġġixxu d-drittijiet fundamentali, il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, u għaldaqstant huma kruċjali fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi fis-soċjetà, kif ukoll, kulma jmur dejjem iżjed, fl-iżvilupp sostenibbli.

5.2

Il-KESE ta wkoll l-appoġġ tiegħu għall-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat (SAM) (5); madankollu, huwa ppropona li l-limitu tal-għajnuna minima jiżdied, b'mod permanenti, minn EUR 200 000 għal EUR 500 000 bl-istess mod għal dak li ġie deċiż fil-każ tas-SIEĠ (6). L-implimentazzjoni sħiħa tal-proċess tal-modernizzazzjoni titlob riformi f'bosta regoli settorjali. Il-linji l-gwida ġodda fil-qasam tal-broadband – li ġew approvati lejn tmiem l-2012 (7) – huma ġusti fil-fehma tal-KESE peress li jiffaċilitaw il-finanzjament pubbliku tal-infrastrutturi essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda Diġitali.

5.3

Il-KESE huwa tal-fehma li l-politika tal-għajnuna mill-Istat għandha tagħmilha possibbli li l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu għajnuna lill-intrapriżi li jikkontribwixxu għall-għanijiet ta' tkabbir tal-UE, filwaqt li tillimita d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni.

5.4

Huwa jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Proposta għal Regolament (UE) tal-Kummissjoni, li tiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE (8), tirrappreżenta theddida serja għall-impjieg tal-persuni b'diżabbiltà f'ċerti Stati Membri. Il-KESE jirrakkomanda, b'mod partikolari, li l-għajnuna mill-Istat maħsuba għall-impjieg u t-taħriġ ta' gruppi vulnerabbli bħall-persuni b'diżabbiltà tiġi eżenta mill-applikazzjoni tal-limitu bbażat fuq il-PDG nazzjonali u valur assolut fid-dawl tal-fatt li dan mhu ser ikollu l-ebda effett fil-prevenzjoni tad-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni.

6.   It-tħeġġiġ tal-kompetizzjoni fl-industriji li jużaw netwerk, is-sinsla tas-suq uniku

6.1   L-enerġija

6.1.1

Mis-snin 90 'l hawn, l-UE wettqet ħidma leġislattiva intensa bil-għan li tilliberalizza s-swieq tal-enerġija. It-Tielet Pakkett (2011) huwa l-iżjed wieħed reċenti u l-iżjed wieħed importanti fost l-isforzi maħsuba biex jiġi stabbilit suq uniku tal-enerġija fl-2014. Madankollu, il-politiki Ewropej ma ġewx applikati b'determinazzjoni biżżejjed fl-Istati Membri, fejn insibu sitwazzjonijiet oligopolitiċi min-naħa ta' kumpaniji privati, li jagħmlu ħsara lill-konsumaturi u lill-utenti.

6.1.2

Jista' jkun hemm dubju dwar il-fatt li l-liberalizzazzjoni – li hija l-għan ċentrali tal-politika tal-UE dwar l-enerġija – introduċiet livell ogħla ta' kompetizzjoni, swieq iżjed trasparenti u prezzijiet irħas għall-utenti. Attwalment, il-prezzijiet għaljin tal-enerġija jimplikaw problemi serji għall-familji bi dħul baxx (periklu ta' faqar enerġetiku) u, fil-każ tal-kumpaniji, il-fatt li f'ħafna każijiet huma iżjed għaljin minn dawk tal-kompetituri tagħhom fis-swieq dinjin (il-Ġappun, l-Istati Uniti) huwa ta' żvantaġġ, l-iżjed fl-industriji b'konsum għoli ta' elettriku, bħal dik tal-ħadid u l-azzar, fost l-oħrajn. Il-Kummissjoni tafferma li l-politika tal-kompetizzjoni "ma tistax waħedha tintegra s-swieq tal-elettriku u tal-gass tal-UE, tiżgura prezzijiet kompettitivi u s-sigurtà tal-provvista". Din l-affermazzjoni tista' sservi ta' rikonoxximent espliċitu tal-bżonn ta' bidla fil-politika dwar l-enerġija.

6.2   It-telekomunikazzjonijiet. Ir-Rapport tal-2012 jindika li f'dawn l-aħħar 15-il sena sar progress kbir meta ġiet introdotta l-kompetizzjoni fis-suq tat-telekomunikazzjonijiet. Il-Kumitat jaqbel ma' din l-affermazzjoni, għalkemm il-karatteristika prinċipali għadha l-frammentazzjoni u l-kompetizzjoni ġenwina insuffiċjenti bejn l-intrapriżi. Minħabba f'hekk, f'ċerti Stati Membri, it-tariffi tat-telefown u tal-broadband huma konsiderevolment għaljin. Fil-fehma tal-Kumitat, politika Ewropea fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet għandha tfittex li tilħaq erba' għanijiet ċentrali:

it-tnaqqis reali tat-tariffi tat-telefown għall-familji u l-intrapriżi;

it-twaqqif ta' konnessjoni tal-broadband universali ta' kwalità tajba;

it-tneħħija tat-tariffi tar-roaming;

it-twaqqif ta' regolatur uniku fl-UE.

6.3   Is-servizzi postali. Il-Kummissjoni adottat riżoluzzjonijiet li jawtorizzaw għajnuna mill-Istat għas-servizzi postali fir-Renju Unit, Franza u l-Greċja, filwaqt li stipulat li jiġu rimborżati somom speċifiċi fil-każ tal-Bpost (EUR 417-il miljun) u d-Deutsche Post (bejn EUR 500 miljun u EUR 1 biljun); rigward dan l-aħħar każ, hija mistennija deċiżjoni ġudizzjarja. Fid-dawl tas-somom sostanzjali li jridu jiġu rimborżati, il-KESE – filwaqt li jfakkar fil-ħtieġa li s-servizz liberalizzat tal-posta jkun effikaċi, kompettiv u kapaċi jipprovdi servizz universali ta' kwalità għolja bi prezzijiet affordabbli (9) – jistaqsi dwar l-effett li sentenzi ġudizzjarji konfermattivi jista' jkollhom fuq l-impjieg u l-kwalità tas-servizz tal-intrapriżi milqutin.

6.3.1   Kumpaniji tat-tqassim tal-pakketti. Fir-rigward tal-interdizzjoni tal-akkwist tat-TNT Express mill-UPS, il-Kumitat jieħu nota tal-argumenti tal-Kummissjoni, fis-sens li l-għadd ta' intrapriżi fl-UE naqas u t-tneħħija ta' kompetitur seta' jkun ta' ħsara għall-klijenti.

7.   L-ekonomija tal-għarfien

7.1   Taħt it-titlu "Il-prevenzjoni ta' użu ħażin f'setturi diġitali li għadhom jitwieldu u li jinbidlu malajr", ir-rapport tal-Kummissjoni jirreferi għad-diversi miżuri relatati ma' mġiba antikompetittiva min-naħa ta' intrapriżi kbar li jikkontrollaw ishma sostanzjali tas-suq fil-qasam tat-telefonija (Samsung, Motorola), tal-magni tat-tiftix u attivitajiet oħra (Google) u tal-IT (Microsoft). Microsoft, kumpanija kkaratterizzata mill-preżenza qawwija tagħha fil-mezzi tal-komunikazzjoni, ingħatat multa ta' EUR 561 miljun, waħda mill-iżjed għoljin li qatt ngħataw (il-profitti gross ta' Microsoft fl-2012 kienu ta' USD 59,16 biljun). Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ id-deċiżjonijiet adottati li, f'termini ġenerali, jistħoqqilhom l-attenzjoni li tingħatalhom fil-punti li ġejjin.

7.1.1   F'ċerti każijiet, jgħaddi ħafna żmien bejn il-bidu tal-miżuri u d-deċiżjoni finali (disa' snin fil-każ tal-multa ta' EUR 497 miljun li ngħatat lil Microsoft f'Marzu 2004) minħabba l-kumplessità kbira tal-każijiet, il-bżonn li jiġu rispettati l-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji u l-qawwa finanzjarja tal-intrapriżi investigati. F'setturi teknoloġiċi li jiżviluppaw b'rata mgħaġġla, dan iwassal għall-għajbien tal-intrapriżi li huma vittmi tal-prattiki abużivi.

7.1.2   Min-naħa l-oħra, it-tneħħija potenzjali tal-kompetituri permezz ta' prattiki li jmorru kontra l-kompetizzjoni toħroġ iżjed fid-dieher fil-każijiet ta' abbuż ta' pożizzjoni dominanti milli f'li jiġu rifjutati fużjonijiet jew teħid ta' kontroll tal-intrapriżi, li jirreferu għal sitwazzjonijiet futuri. Rigward dawn l-ipoteżijiet tal-aħħar, il-Kummissjoni ġiet ikkritikata xi minn daqqiet għax adottat deċiżjonijiet għal raġunijiet "spekulattivi", iżda l-KESE mhuwiex ta' din il-fehma: hija s-soluzzjoni abitwali fil-politiki tal-kompetizzjoni u d-deċiżjoni hija ġġustifikata mir-rigorożità u s-serjetà tal-investigazzjoni, li fiha tipparteċipa l-parti milquta.

7.1.3   Kif tindika l-Kummissjoni, id-deċiżjonijiet ta' impenn adottati fil-qafas tar-Regolament 1/2004 tal-Kunsill jevitaw proċeduri twal u għaljin, u jsiru legalment vinkolanti wara li jiġu approvati. Madankollu, peress li huma konsegwenza ta' tranżazzjoni mal-intrapriżi investigati, dawn jiksbu kundizzjonijiet favorevoli jew inqas restrittivi. Taħt kull ċirkustanza, in-nuqqas eventwali li jiġu rispettati jista' jwassal għal sanzjonijiet.

7.2   Is-suq tal-kotba

7.2.1

Il-kotba elettroniċi. Id-deċiżjoni ta' impenn approvata f'Diċembru 2012 li tikkonċerna lill-Apple u erba' edituri għandha l-għan li tevita l-prattiki predatorji u li jagħmlu l-ħsara fil-konfront tal-edituri u l-kummerċ. Fost affarijiet oħra, permezz tad-deċiżjoni ta' impenn ġew previsti limiti għall-applikazzjoni tal-klawżola tan-"nazzjon l-iżjed favorit" fil-bejgħ bl-imnut. Jeħtieġ li jiġi enfasizzat il-fatt li l-Kummissjoni ħadmet flimkien mad-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti, fid-dawl tal-karatteristiċi globali tas-suq. Il-projbizzjoni ta' prattiki antikompetittivi fl-UE għandha d-diffikultà addizzjonali li fl-Istati Membri nsibu politiki differenti rigward il-prezzijiet u t-taxxi fil-qasam tal-kotba inġenerali u tal-kotba elettroniċi b'mod partikolari. Għalhekk, il-KESE jissuġġerixxi li jiġi kkunsidrat il-bżonn ta' livell ogħla ta' armonizzazzjoni biex jiġi evitat l-arbitraġġ u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-suq. Jeħtieġ li jiġi enfasizzat li s-suq tal-kotba elettroniċi huwa reċenti u l-informazzjoni disponibbli mhijiex biżżejjed, u għalhekk ikun utli li jkun hemm iżjed għarfien dwar kif jaħdem.

7.2.2

Il-bejgħ ta' kotba onlajn. Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li xi assoċjazzjonijiet tal-bejjiegħa fi Franza u r-Renju Unit irrapportaw li jista' jkun hemm kompetizzjoni inġusta min-naħa ta' Amazon f'dak li jirrigwarda l-iskontijiet.

7.3   Is-settur farmaċewtiku

7.3.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon u jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tissanzjona l-użu abużiv ta' privattivi biex jixxekkel is-suq tal-mediċini ġeneriċi. Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fil-każ ta' AstraZeneca (10) kkonfermat is-sanzjoni ta' EUR 60 miljun imposta mill-Kummissjoni. Anke l-Qorti Suprema tal-Istati Uniti kienet kontra ftehimiet simili u ftehimiet oħra tat-tip "pay-to-play". Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni bagħtet f'Lulju 2012 lil iżjed minn 14-il intrapriża involuti f'żewġ kawżi importanti juru li dawn huma prattiki frekwenti li jagħmlu ħsara serja lill-konsumaturi u r-riżorsi pubbliċi.

7.3.2

Bejn l-2003 u l-2012, il-11-il kumpanija li huma minn ta' quddiem nett fis-settur farmaċewtiku fil-livell dinji kisbu benefiċċji netti ta' USD 711,4 biljun, u għalhekk il-multi li jimponu l-awtoritajiet inkarigati mill-kompetizzjoni diffiċilment ikunu ta' natura dissważiva. Fil-prattika, mhijiex biss problema ta' kompetizzjoni għax taffettwa wkoll oqsma daqstant delikati bħal saħħet il-persuni, minbarra li tagħmel ħsara finanzjarja lill-familji u lis-sigurtà soċjali. Għalhekk, il-KESE jissuġġerixxi li jiġu kkunsidrati miżuri legali iżjed effikaċi fil-livell tal-UE għall-prevenzjoni ta' din ix-xorta ta' mġiba.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  COM(2013) 404 final.

(2)  Kawża T-111/08.

(3)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, 15 ta’ Novembru 2011. ĠU C 153, 31.5.2013

(4)  ĠU C 248, 25.8.2011 p. 149

(5)  COM(2012) 209 final.

(6)  ĠU C 11, 15.1.2013, p. 49.

(7)  IP/12/1424.

(8)  http://ec.europa.eu/competition/consultations/2013_gber/draft_regulation_mt.docx

(9)  ĠU C 168, 20.7.2007, p. 74

(10)  Kawża T-321/05.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/79


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja: nagħmlu possibbli u nħeġġu l-inklużjoni taċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea”

COM(2013) 449 final – 2013/0213 (COD)

2014/C 67/15

Relatur: is-Sur BARROS VALE

Nhar l-4 ta’ Lulju 2013 u nhar it-30 ta' Settembru 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku

COM(2013) 449 final – 2013/0213 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’130 vot favur, 2 voti kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa' b'sodisfazzjon il-Proposta għal Direttiva bħala sforz biex tiġi standardizzata d-data tal-fatturar elettroniku, u jappoġġja l-idea li s-CEN, il-Korp ta' Standardizzazzjoni Ewropew, jistabbilixxi mudell tad-data.

1.2

Meta wieħed iqis is-suq frammentat tal-lum, fejn ittieħdu passi fuq livell individwali sabiex ikun hemm użu mifrux ħafna tal-fatturar elettroniku, bl-użu ta' kriterji differenti ħafna biex b'hekk il-fatturi elettroniċi ma jistgħux jiġu skambjati fis-suq transkonfinali, il-ħolqien ta' standard Ewropew huwa għodda essenzjali għall-iżvilupp tas-suq uniku u pass importanti lejn l-eliminazzjoni tal-ostakli li jeżistu għall-parteċipazzjoni fis-suq.

1.3

F'Diċembru 2010, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Nisfruttaw il-vantaġġi tal-iffatturar elettroniku għall-Ewropa" (1), li dwarha l-Kumitat kellu l-opportunità joħroġ Opinjoni (2).

1.4

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' esperti dwar il-fatturar elettroniku, stabbilit mill-Kummissjoni biex janalizza l-ostakoli li jwaqqfu milli l-fatturar elettroniku jiġi adottat iktar malajr fl-Unjoni Ewropea (UE), għamlu referenza għall-"adozzjoni mill-parteċipanti kollha kemm fi ħdan is-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku ta’ kontenut standard komuni għall-fattura u ta’ mudell tad-data – il-verżjoni 2 tal-Cross Industry Invoice (CII) tal-UN/CEFACT". Wieħed għandu jinnota li ħafna minn dawk li kkontribwixxew matul il-konsultazzjoni pubblika qablu ma' din u ma' rakkomandazzjonijiet oħra li saru fir-rapport. Din id-data, kif ukoll speċifikazzjonijiet oħra (CWA 16356, CWA 16562 u l-fattura finanzjarja bbażata fuq il-metodoloġija pprovduta mill-ISO 20022), huma inklużi f'din il-proposta, u l-KESE jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet, li huma r-riżultat ta' ħidma twila mill-esperti.

1.5

Madankollu, il-KESE huwa sorpriż kif ukoll iddiżappuntat li ma saret l-ebda referenza għal data ta' skadenza għas-CEN biex iressaq l-istandard Ewropew propost għal mudell tad-data semantiku tal-fattura elettronika bażika. Hemm dispożizzjoni għall-istipular ta' data ta' skadenza fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, iżda minkejja dan, il-Proposta għal Direttiva tinjora għalkollox dan l-aspett, u tonqos milli tirrifletti l-importanza u l-urġenza li dan l-istandard jiġi stabbilit.

1.6

Barra minn hekk, fir-rigward tad-data ta' skadenza, il-Kumitat jixtieq jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Proposta għal Direttiva tipprovdi għal perjodu ta' traspożizzjoni ta' 48 xahar. Din id-data ta' skadenza, li hija wisq twila, ma tmurx biss kontra l-mira stabbilita għat-transizzjoni għal akkwist elettroniku sal-2016, iżda hija wkoll inadegwata meta wieħed iqis ir-realtà ta-sitwazzjoni u l-avvanzi teknoloġiċi attwali, u anke fir-rigward tax-xewqat tal-kummerċjanti. F'dan ir-rigward, dan jista' jwassal biex jikbru d-diverġenzi bejn l-Istati Membri tal-UE, u konsegwentement iwassal għal Ewropa fuq żewġ binarji (two-speed Europe). Din id-data ta' skadenza tista' wkoll twassal għal aktar ostakli ta' aċċess għas-suq sakemm tiġi adottata d-Direttiva mill-Istati Membri kollha. Sar progress sinifikanti fil-qasam tal-fatturar elettroniku, anke f'pajjiżi li qed jesperjenzaw kriżi ekonomika u finanzjarja serja ħafna, bħall-Italja u l-Portugall, li hija prova li dan il-proġett importanti jista' jsir f'perjodu ta' żmien iqsar. Huwa possibbli u anke mixtieq li l-iskadenzi jitqassru.

1.7

Kif argumenta preċedentement il-KESE (3), l-istandardizzazzjoni u l-interoperabilità tas-sistemi huma essenzjali għas-suċċess tal-proġett tal-fatturar elettroniku u għall-iżvilupp tas-suq intern li għandu l-għan li joħloq; għaldaqstant huwa dejjem iżjed urġenti li jiġi indirizzat l-istat frammentat attwali tas-suq. Barra minn hekk, l-iskadenza ta' għaxar snin proposta għall-analizzar tar-riżultati tal-implimentazzjoni tad-Direttiva fuq is-suq intern u fuq l-adozzjoni tal-fatturar elettroniku mhijiex adegwata u hija pjuttost inkonsistenti mal-ħeffa li biha jsiru żviluppi teknoloġiċi f'suq fejn l-iskadenza hija n-norma.

1.8

Il-Proposta għal Direttiva għandha l-għan li tiżgura biss li "l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti m’għandhomx jirrifjutaw li jirċievu fatturi elettroniċi li jikkonformaw ma’ tali standard komuni Ewropew" stabbilit mis-CEN. Il-Kumitat jistaqsi jekk ix-xogħol kollu li sar, li involva investiment konsiderevoli f'termini ta' riżorsi umani u finanzjarji, ma jiġġustifikax għan usa' ta' standardizzazzjoni reali ta' proċeduri u l-aċċettazzjoni universali mill-partijiet interessati kollha pubbliċi u privati ta' mudell ta' fatturar elettroniku li ser jiġi stabbilit. Dan il-għan jista' fil-fatt iservi l-ambizzjonijiet tal-iżvilupp tas-suq uniku u t-tilħiq ta' amministrazzjoni pubblika li ma tużax karta.

1.9

Il-KESE jappoġġja l-użu mifrux tal-fatturar elettroniku. Madankollu, il-potenzjal tiegħu jista' jintlaħaq biss jekk is-sistemi jkunu interoperabbli, biex b'hekk id-dokumenti jkunu jistgħu jiġu skambjati. Is-suq tal-akkwist pubbliku huwa meħtieġ sabiex jintwera livell ikbar ta' trasparenza u dixxiplina stretta mis-swieq l-oħra; għaldaqstant, għandu jservi bħala eżempju ta' prattika tajba u jkollu konsegwenzi indiretti fuq swieq oħra. Il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku u l-adozzjoni ta' proċeduri ta' akkwist hekk imsejħa "straight through" huma urġenti u mixtieqa. F'dan il-kuntest, il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu u jesprimi x-xewqa li jara li s-swieq elettroniċi tal-akkwist pubbliku jsiru konkreti "mill-bidu sal-aħħar", bħalma kellu l-okkażjoni li jippreċiża fl-Opinjoni tiegħu dwar dan is-suġġett (4).

1.10

L-istandards bażiċi għal fatturi elettroniċi diġà ġew studjati, b'mod partikolari taħt il-proġett PEPPOL (Pan-European Public Procurement Online) (5), iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea u li ppubblika r-Rapport Finali tiegħu f'Novembru 2012. Abbażi tal-ħidma li twettqet mill-Workshop BII tas-CEN (Business Interoperability Interfaces for Public Procurement in Europe), il-proġett PEPPOL fassal għadd ta' Speċifikazzjonijiet ta' Interoperabbiltà tan-Negozju (BIS), bħall-ispeċifikazzjonijiet għal mudell ta' fatturar elettroniku, li rċieva kunsens wiesa' fost il-membri tal-konsorzju PEPPOL. Il-Kumitat jappella sabiex isir użu mill-ħidma li diġà saret, li tmur lil hinn mid-definizzjoni biss tad-data tal-fatturar elettroniku, kif fil-fatt jidher li huwa mixtieq mill-parteċipanti tal-konsorzju. Dan se jevita jew jimminimizza r-riskju li x-xogħol ikollu jsir mill-ġdid u li r-riżorsi jinħlew fuq studji ġodda, u anke li investimenti jiġu dupplikati minn Stati Membri u operaturi ekonomiċi li mbagħad jaraw is-soluzzjonijiet tagħhom, li nħolqu abbażi tar-riżultati li nkisbu, isiru skaduti.

1.11

Billi s-suq Ewropew jikkonsisti l-iżjed minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), il-KESE jirrakkomanda li l-interessi tagħhom jiġu salvagwardati permezz tal-adozzjoni ta' soluzzjoni li hija affordabbli u faċli biex l-utenti kollha jadottaw, kemm f'termini tal-ispiża kif ukoll tat-teknoloġija użata. Dan se jkun pass ġenwin lejn l-eliminazjoni ta' ostakli li jeżistu għall-parteċipazzjoni fis-suq tal-SMEs. Huwa biss f'dak il-punt li l-effett ta' bidliet eventwali (trickle-down effect) jista' jkollu impatt reali, u din l-inizjattiva potenzjalment issir punt ta' riferiment importanti għall-kisba ta' ffrankar sinifikanti f'riżorsi monetarji u umani, il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, u perjodi ta' ħlas iqsar.

1.12

Kif diġà ġie nnotat (6), il-Kumitat jirrakkomanda wkoll li jitqiesu l-ħtiġijiet u l-interessi tal-konsumaturi peress li huma biss dawk li jifhmu t-teknoloġiji tal-informazzjoni li aktarx jistgħu jiksbu benefiċċju reali mill-akkwist elettroniku. Ifakkar fil-bżonn li fl-oqsma tal-ICT se jkollu jiġi pprovdut taħriġ mifrux.

1.13

Barra minn hekk fir-rigward tal-konsumaturi, il-Kumitat itenni t-tħassib tiegħu li jiġu salvagwardjati l-interessi ta' persuni b'diżabilità. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li d-dokument huwa mfassal b'mod li jqis l-aċċess universali u jikkunsidra l-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità, f'konformità mar-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni abbażi ta' diżabilità mħaddna fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, kif ratifikata mill-Unjoni Ewropea.

2.   Kuntest

2.1

Il-Proposta għal Direttiva għandha l-għan li tindirizza lakuna fil-leġislazzjoni meħtieġa sabiex amministrazzjoni li ma tużax karta ssir realtà. Din hija waħda mill-prijoritajiet tal-Aġenda Diġitali, waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020.

2.2

Il-Kummissjoni temmen li direttiva hija l-għodda adatta u proporzjonata għall-għan mixtieq, billi tobbliga lill-Istati Membri jilħqu ċertu objettiv filwaqt li tagħtihom il-libertà biex jiddeċiedu kif għandhom jagħmlu dan.

2.3

L-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika ġie magħżul bħala waħda mill-ħames prijoritajiet tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni fl-2012 u fl-2013. Ir-riforma tas-sistema tal-akkwist pubbliku, id-diġitizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u aktar trasparenza huma fatturi għal tkabbir u sabiex l-amministrazzjoni publika tidħol fid-dinja moderna u ssir iktar effiċjenti, b'benefiċċji ambjentali u ekonomiċi stmati li jilħqu total ta' EUR 2,3 biljun.

2.4

Għalkemm diġà jeżistu diversi metodi ta' fatturar elettroniku u diversi pjattaformi għall-akkwist elettroniku, għadhom ma bdewx jintużaw ħafna fil-maġġoranza tal-Istati Membri, u l-iffatturar elettroniku jirrappreżenta biss bejn 4 u 15 % tal-fatturi kollha maħruġa u riċevuti. Għaldaqstant, jidher ċar li s-suq intern elettroniku mhux qed jaħdem tajjeb.

2.5

Barra minn hekk, il-formats użati għall-pjattaformi tal-iffatturar elettroniku u l-akkwist pubbliku jvarjaw ħafna bejniethom u xi kultant huma wkoll inkompatibbli, li jfisser li l-operaturi ekonomiċi jkunu sfurzati jikkonformaw ma' rekwiżiti ta' ffatturar ġodda fi Stati Membri differenti fejn jixtiequ jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku, u b'hekk ikollhom spejjeż ta' adattament għoljin. Dan jikkostitwixxi ostaklu għas-suq ħieles, u jiskoraġġixxi xi operaturi ekonomiċi milli jieħdu sehem fi proċeduri ta' akkwist pubbliku.

2.6

It-twaqqif ta' standard Ewropew għall-iffatturar elettroniku u l-interoperabbiltià konsegwenti ta' sistemi ta' fatturar, kif ukoll l-istandardizzazzjoni ta' proċeduri ta' akkwist elettroniku hekk imsejħa "straight through" huma passi importanti lejn l-eliminazzjoni tal-ostakoli attwali għall-kompetizzjoni.

2.7

Ir-Rapport ta' Valutazzjoni tal-2010 dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Akkwist Pubbliku Elettroniku tal-2004 (7), li jakkumpanja l-Green Paper dwar l-espansjoni tal-użu tal-akkwist elettroniku fl-UE (8), jagħti parir li l-Kummissjoni timpenja ruħha biex timminimizza r-riskji ta' approċċ deċentralizzat u frammentat u jenfasizza xi punti importanti li għandhom jiġu kkunsidrati:

il-provvediment ta' ambjent legali ta' appoġġ: jistgħu jkunu meħtieġa iktar bidliet legali sabiex jiġu kjarifikati u definiti l-obbligi relatati mal-ħolqien u l-operat ta' dawn il-pjattaformi, pereżempju l-leġislazzjoni relatata mal-firem elettroniċi, mal-fatturar elettroniku u mal-VAT;

approċċ aktar pragmatiku, fejn huwa adatt, lejn kwistjonijiet tekniċi: sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn l-ispejjeż operattivi, is-sofistikazzjoni tal-pjattaformi u s-sigurtà li qed tiġi offerta. Ġew identifikati wkoll ċerti limiti għall-akkwist elettroniku hekk imsejjaħ "straight through", bħad-diffikultajiet fl-użu ta' approċċi awtomatiċi ta' valutazzjoni għal akkwisti kumplessi u l-assenza ta' sistema ta' ttimbrar tal-ħin li hija aċċettata fl-UE kollha;

aktar appoġġ għas-semplifikazzjoni amministrattiva u t-tibdil organizzattiv: li l-Istati Membri jiġu appoġġati fil-ġlieda kontra l-inerzja murija mill-operaturi ekonomiċi u l-entitajiet kontraenti. Fi ħdan din il-politika, għandhom jittieħdu passi sabiex jiġu introdotti sistemi ta' monitoraġġ aħjar kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew;

in-nuqqas ta' standardizzazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist elettroniku: peress li bħalissa l-pajjiżi differenti qed jiżviluppaw proċeduri bħal dawn b'mod individwali, l-operaturi ekonomiċi bħalissa qed jiffaċċjaw – u se jkomplu jiffaċċjaw fil-futur qrib – pjattaformi differenti li jużaw tekniki differenti, u inevitibbalment joħolqu ostakoli għall-aċċess u diffikultajiet akbar fl-iżvilupp tal-ħidmiet ta' kull waħda. Għalkemm sistema waħda mhijiex mixtieqa u lanqas intenzjonata, l-eżistenza ta' aspetti ewlenin komuni hija importanti, peress li din tiffaċilita l-interoperabbiltà u l-aċċess universali;

aċċess imtejjeb u inklużjoni usa': tista' tkun neċessarja azzjoni sabiex tiżgura li l-akkwist elettroniku huwa disponibbli għall-partijiet interessati kollha, inklużi l-SMEs.

3.   Elementi essenzjali tal-Proposta

3.1

Id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi standard Ewropew għal mudell semantiku tad-data (9) tal-fattura elettronika bażika (10) li hija newtrali mil-lat teknoloġiku, u tiżgura l-protezzjoni tad-data personali skont id-Direttiva 95/46/KE.

3.2

Il-mudell għandu jitfassal mill-korp ta' standardizzazzjoni Ewropew rilevanti, li huwa l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni.

3.3

Il-Proposta għal Direttiva ma tistipolax data ta' skadenza għat-talba mill-Kummissjoni lill-korp ta' standardizzazzjoni jew għat-tressiq tal-proposti minn dak il-korp. Dan huwa importanti, u huwa mixtieq.

3.4

L-Istati Membri huma mitluba jiżguraw li kemm l-entitajiet kontraenti kif ukoll il-partijiet kontraenti jaċċettaw fatturi elettroniċi, sakemm dawn jikkonformaw mal-istandard Ewropew li jiġi stabbilit.

3.5

L-Istati Membri huma mitluba jittrasponu d-Direttiva qabel id-data ta' skadenza ta' 48 xahar, u jimplimentaw kull liġi jew regolament nazzjonali meħtieġa għal dan il-għan.

3.6

It-30 ta' Ġunju 2023 hija d-data stabbilita biex jiġi ppreżentat ir-rapport li jevalwa kemm l-impatt tad-Direttiva fuq is-suq intern kif ukoll l-adozzjoni tal-iffatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan l-istudju ta' segwitu huwa ta' importanza essenzjali u għandhom jiġu żviluppati għodod ta' monitoraġġ sabiex jevalwaw l-impatt tal-adozzjoni tad-Direttiva, kemm f'termini tal-ispejjeż mġarrba fl-implimentazzjoni tagħha kif ukoll l-iffrankar li jiġi mill-użu tagħha.

4.   Kummenti

4.1

Xi Stati Membri diġà implimentaw is-sistema ta' fatturar elettroniku jew se jimplimentawha, biex b'hekk ikun obbligatorju li jinħarġu fatturi permezz ta' sistemi ta' fatturazzjoni kompjuterizzati. Fil-Portugall, pereżempju, il-ħruġ ta' fatturi permezz ta' sistemi ta' fatturar kompjuterizzati, ċertifikati mill-awtorità nazzjonali tat-taxxa, huwa obbligatorju għall-operaturi ekonomiċi kollha, barra minn dawk li d-dħul annwali tagħhom huwa inqas minn EUR 150 000 jew li joħorġu inqas minn 1 000 fattura fis-sena.

L-akkwist elettroniku sar obbligatorju fil-Portugall fl-2009. L-Isvezja, id-Danimarka u l-Finlandja jeħtieġu wkoll fatturar elettroniku għal xi proċeduri ta' akkwist pubbliku. Il-fatturar elettroniku qiegħed jiġi introdott fl-Awstrija u l-Italja, u dan se jsir obbligatorju fl-Italja mill-2014.

4.2

Stħarriġ li twettaq għall-INCI (Istitut tal-Kostruzzjoni u l-Proprjetà) mill-Assoċjazzjoni tal-Akkwist Pubbliku tal-Portugall, u ppubblikat f'Jannar 2011, jagħti għadd ta' suġġerimenti għat-titjib tal-proċeduri ta' akkwist elettroniku, u din l-analiżi għandha titqies meta jiġu żviluppati mudelli Ewropej ta' akkwist pubbliku u ta' fatturar elettroniku. L-istudju jenfasizza l-importanza li jiġi standardizzat l-operat tal-pjattaformi u ta' interoperabbiltà akbar bejn il-pjattaformi u servizzi oħra, barra mis-semplifikazzjoni tal-mekkaniżmi u r-rekwiżiti għal firem elettroniċi.

4.3

Għall-partijiet kontraenti, il-vantaġġi potenzjali ta' fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku huma:

id-dematerjalizzazzjoni ta' dokumenti, li tirriżulta fi tnaqqis fl-impatt ambjentali (kemm f'termini ta' konsum ta' karti kif ukoll il-marka ambjentali li tinħoloq minħabba karti li jintbagħtu bil-posta), u fi tnaqqis fl-ispejjeż għall-opportunitajiet u dawk operattivi;

faċilità ta' aċċess għal proċeduri ta' akkwist, kemm nazzjonali kif ukoll transkonfinali, permezz ta' pjattaformi elettroniċi mibnija apposta, li jnaqqsu d-diffikultajiet ikkawżati mill-post fejn issir il-proċedura ta' akkwist, kemm fil-pajjiż jew lil hinn mill-fruntieri tiegħu. F'dan ir-rigward, l-istandardizzazzjoni fil-livell tal-UE tista' tiffaċilita l-aċċess u tneħħi ostakoli għall-parteċipazzjoni fi proċeduri ta' akkwist billi jitnaqqsu l-problemi kkawżati mid-distanza;

tnaqqis fl-ispejjeż ta' parteċipazzjoni, li jippermetti li s-suq jinfetaħ għal iktar negozji, speċjalment l-SMEs.

4.4

Għall-entità kontraenti, il-vantaġġi potenzjali ta' fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku huma:

tnaqqis tal-burokrazija, tal-ispejjeż għall-opportunitajiet u l-impatt ambjentali;

proċeduri iktar mgħaġġla għal fornituri, proċessar ta' fatturi u proċeduri ta' pagamenti;

aktar trasparenza u dixxiplina stretta fl-akkwist pubbliku;

verifika iktar faċli ta' proċeduri;

aktar effiċjenza fl-amministrazzjoni pubblika permezz tal-ħolqien ta' konsegwenzi indiretti f'oqsma oħra fejn il-proċeduri se jiġu dematerjalizzati;

il-promozzjoni tal-aħjar użu ta' riżorsi finanzjarji, li hija essenzjali meta wieħed iqis il-kriżi li l-Ewropa qed tesperjenza bħalissa.

4.5

L-iżvantaġġi potenzjali jinkludu:

diġà saru investimenti sostanzjali, kemm mill-Istati Membri kif ukoll l-operaturi ekonomiċi, fis-sistemi diversi li diġà jeżistu. Bla dubju ħafna mis-softwer u anke l-ħardwer se jkollhom jiġu adattati, u l-ispiża ta' dan tista' tkun sinifikanti. F'dan ir-rigward, l-istandardizzazzjoni li issa hija mfittxija qed issir tard, u ppermettiet li kull Stat Membru jimxi bil-pass tiegħu;

is-sigurtà tad-data li hija skambjata peress li, minkejja li l-affidabbiltà tal-pjattaformi żdiedet b'mod esponenzjali, jidher li għad hemm ir-riskju li l-informazzjoni tintilef;

id-dipendenza, f'ċerti każijiet, minn servizzi mogħtija minn partijiet terzi: operaturi tat-telekomunikazzjonijiet u amministraturi ta' pjattaformi elettroniċi;

żvantaġġ potenzjali ieħor tal-fatturar elettroniku huwa li l-użu mifrux tiegħu jista' jirriżulta f'diffikultajiet ta' aċċess akbar għal persuni b'diżabilità, jekk ma jitqisux il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, b'garanziji għal aċċess universali, opportunitajiet ugwali u l-ebda diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilità.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  COM(2010) 712 final.

(2)  ĠU C 318, 29.10.2011, p. 105

(3)  ĠU C 318, 29.10.2011, p. 105

(4)  L-akkwist elettroniku minn tarf sa tarf għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika. (Ara paġna 96ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Grant Agreement number: 224974.

(6)  ĠU C 318, 29.10.2011, p. 105

(7)  SEC(2010) 1214 final.

(8)  COM(2010) 571 final.

(9)  It-tifsira ta' "mudell semantiku tad-data" hija sensiela stutturata u interrelata b'mod loġiku ta' termini u tifsiriet li jispeċifikaw il-kontenut skambjat f'fatturi elettroniċi.

(10)  It-tifsira ta' "fattura elettronika bażika" hija sensiela sekondarja ta' informazzjoni kontenuta f'fattura elettronika li hija essenzjali sabiex tippermetti l-interoperabbilità transkonfinali, inkluża l-informazzjoni neċessarja sabiex tiġi żgurata konformità legali.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/83


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea”

COM(2013) 404 final – 2013/0185 (COD)

u il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “l-kwantifikazzjoni tad-dannu f'kawżi għad-danni bbażati fuq ksur tal-Artikolu 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea”C(2013) 3440

2014/C 67/16

Relatur: is-Sinjura MADER

Nhar l-1 ta' Lulju u t-8 ta' Lulju 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea

COM(2013) 404 final – 2013/0185 (COD).

Nhar it-8 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kwantifikazzjoni tad-dannu f’kawżi għad-danni bbażati fuq ksur tal-Artikolu 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

C(2013) 3440.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-2 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’133 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Konklużjonijiet ġenerali

1.1.1

In-nuqqas ta' regoli nazzjonali li jirregolaw b'mod adegwat l-azzjonijiet għad-danni u, min-naħa l-oħra, id-disparità bejn il-liġijiet nazzjonali, ipoġġu lill-vittmi, iżda wkoll lill-awturi tal-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni, f'pożizzjoni ta' inugwaljanza.

1.1.2

Dan jista' jagħti wkoll vantaġġ kompetittiv lill-intrapriżi li kisru l-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), iżda li ma għandhomx is-sede tagħhom fi Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hija favorevoli, jew li mhumiex attivi f'dan l-istess Stat.

1.1.3

Dawn id-differenzi fir-reġimi ta’ responsabbiltà jaffettwaw b’mod negattiv il-kompetizzjoni u jxekklu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

1.1.4

Għalhekk, il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja u tagħmilha possibbli li l-vittmi jiksbu kumpens.

1.1.5

Madankollu, il-KESE huwa tal-fehma li t-test jipproteġi wisq l-interessi tal-intrapriżi li jibbenefikaw minn programmi ta' klemenza, u dan jagħmel ħsara lill-vittmi. Ċerti dispożizzjonijiet tal-Proposta għal Direttiva jillimitaw l-azzjoni tagħhom għax jissejsu fuq l-idea li dawk li jitolbu għal programmi ta' klemenza għandhom ikunu protetti bil-qawwa kontra l-azzjonijiet għad-danni.

1.1.6

Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jkun hemm approssimazzjoni bejn il-Proposta għal Direttiva u r-Rakkomandazzjoni dwar prinċipji komuni applikabbli għall-mekkaniżmi ta' azzjoni kollettiva ta' inġunzjoni u kumpens fl-Istati Membri f'każ ta' ksur tad-drittijiet mogħtija mil-Liġi tal-Unjoni (Commission Recommendation on common principles for injunctive and compensatory collective redress mechanisms in the Member States concerning violations of rights granted under Union Law) (1) peress li ż-żewġ testi jipprevedu li l-Istati Membri kollha għandu jkollhom mekkaniżmi nazzjonali ta' rimedju kollettiv, b'mod partikolari dwar l-azzjonijiet għad-danni.

1.2   Rakkomandazzjonijiet dwar il-Proposta għal Direttiva

1.2.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-Proposta għal Direttiva dwar l-azzjonijiet għad-danni fil-qasam tal-kompetizzjoni.

1.2.2

Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-aċċess għall-evidenza huwa kwistjoni essenzjali biex jiġu eżerċitati d-drittijiet ta' rikors u japprova d-dispożizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni biex jiġi awtorizzat aċċess proporzjonat għal informazzjoni rilevanti u meħtieġa għall-azzjoni, taħt kontroll ġudizzjarju.

1.2.3

Bħall-Kummissjoni, jappoġġja l-programmi ta' klemenza li jagħmluha possibbli li jiġu identifikati bosta każijiet ta' ksur u jemmen li l-intrapriżi ma għandhomx jiġu skoraġġuti milli jikkooperaw, filwaqt li jiġi kkunsidrat li dawn il-programmi ma għandhomx jipproteġu lill-intrapriżi lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ. B'mod partikolari, tali programmi ma għandhomx jeħilsuhom mill-obbligu li jħallsu d-danni lill-vittmi.

1.2.4

Il-KESE jappoġġja d-dispożizzjoni li għandha l-għan li tiżgura li ladarba deċiżjoni maħruġa minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jew korp ta' rikors issir definittiva ma jistax jinxteħet dubju fuqha mill-qrati li jittrattaw l-azzjoni għad-danni.

1.2.5

Bl-istess mod, japprova l-proposti tal-Kummissjoni dwar il-bidu tal-perjodu ta' preskrizzjoni li jinkludu r-rakkomandazzjonijiet li għamel fl-Opinjoni tiegħu dwar il-White Paper u jappoġġja d-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-iskadenzi meta jitressqu proċedimenti quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.

1.2.6

Il-KESE ħa nota tal-prinċipju tal-obbligazzjoni in solidum u tal-arranġamenti previsti f'każ ta' programmi ta' klemenza. Madankollu, jinsab imħasseb dwar l-implimentazzjoni tagħhom fil-prattika, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda d-diffikultajiet biex jiġi stabbilit il-livell ta' responsabbiltà ta' kull intrapriża.

1.2.7

Il-KESE jemmen li huwa indispensabbli li jiġu evitati sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal ħlasijiet mhux ġustifikati. Għalhekk, jilqa' b'sodisfazzjon id-dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment tal-ispejjeż żejda, li jiżguraw li l-kumpens jitħallas lill-persuna li verament tkun ġarrbet ħsara, u jtejbu b'mod sostanzjali l-possibbiltajiet għall-konsumaturi u l-intrapriżi ż-żgħar li jirċievu kumpens għall-ħsara mġarrba.

1.2.8

Il-KESE jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni dwar l-utilità li jista' jkollhom soluzzjonijiet straġudizzjarji, bil-kundizzjoni li jkunu ta' kwalità tajba, indipendenti u jibqgħu fakultattivi. Barra minn hekk, huwa tal-fehma li l-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ma jistgħux jipprovdu soluzzjoni kredibbli għall-vittmi sakemm ma jkunx hemm mekkaniżmi ta' soluzzjonijiet straġudizzjarji effettivi, b'mod partikolari azzjoni kollettiva.

1.2.9

L-approssimazzjoni bejn il-Proposta għal Direttiva u r-Rakkomandazzjoni dwar ir-rimedju kollettiv hija assolutament meħtieġa peress li ż-żewġ testi jipprevedu li l-Istati Membri jkollhom mekkaniżmi nazzjonali ta' rimedju kollettiv, b'mod partikolari għall-azzjonijiet għad-danni.

F'dan ir-rigward, il-Kumitat jilmenta dwar il-fatt li tneħħiet it-tnedija ta' azzjoni kollettiva li kellha tkun il-mekkaniżmu effettiv għall-konsumaturi, u minflok inħolqot rakkomandazzjoni li tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jkollhom mekkaniżmi ta' rimedju kollettiv li mhuwiex vinkolanti.

1.3   Rakkomandazzjonijiet dwar il-Komunikazzjoni

1.3.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni dwar il-kwantifikazzjoni tal-ħsara li jġarrbu l-vittmi ta' ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni.

1.3.2

Huwa tal-fehma li d-dritt għal kumpens għall-ħsara kollha kkawżata minn prattika antikompetittiva huwa dritt fundamentali u li l-azzjoni għad-danni tikkompleta b'mod utli l-azzjoni tas-setgħat pubbliċi u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni.

1.3.3

Fl-aħħar nett, il-Kumitat jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni dwar id-diffikultà li tiġi vvalutata l-ħsara. Huwa jemmen li l-orjentazzjonijiet miġburin fil-"gwida prattika" annessa mal-Komunikazzjoni għandhom jipprovdu għajnuna siewja għall-qrati u l-partijiet, filwaqt li jżommu l-indipendenza tal-maġistratura nazzjonali fir-rigward tar-regoli nazzjonali eżistenti.

2.   Il-proposti tal-Kummissjoni

2.1   Il-Proposta għal Direttiva

2.1.1

Wara proċedura ta' konsultazzjoni wiesgħa ħafna (2), fil-11 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea.

2.1.2

L-għan tal-Kummissjoni huwa li tiżgura li l-Artikoli 101 u 102 u l-liġijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni jkunu totalment effettivi billi tagħmilha possibbli li kulħadd, humiex konsumaturi, intrapriżi jew awtoritajiet pubbliċi, jitlob kumpens għal ħsara kkawżata minn prattiki kompetittivi, hi x'inhi n-natura tagħha.

2.1.3

Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għll-fatt li t-taħlita ta' azzjonijiet pubbliċi u privati hija meħtieġa u komplementari għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

2.1.4

Hija tenfasizza li bħalissa hemm bosta ostakli u anke inċertezza legali, b'mod partikolari minħabba d-differenzi fir-regoli fi ħdan l-Istati Membri, li qed idgħajfu l-effettività tal-liġi u l-funzjonament tajjeb tas-suq.

2.1.5

Sabiex jittaffew l-inugwaljanzi bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet garantiti mit-Trattat u n-nuqqas ta' qafas effettiv f'ċerti pajjiżi għall-kumpens tal-vittmi ta' ksur tal-Artikoli 101 u 102, hija tipproponi li jiġu stabbiliti standards komuni bil-għan li:

jittejjeb l-aċċess għall-evidenza, sabiex jiġi rispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet marbutin mal-proċeduri ta' klemenza u t-tranżazzjonijiet, li tagħhom hija tenfasizza l-importanza;

jiġi previst li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jidentifikaw ksur jikkostitwixxu awtomatikament evidenza tal-eżistenza tal-ksur quddiem il-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri;

jiġu żviluppati regoli dwar il-preskrizzjoni sabiex jiġi evitat li l-iskadenzi jinqabżu qabel ma l-vittmi jkollhom iċ-ċans jiddefendu d-drittijiet tagħhom;

jiġi stabbilit prinċipju tas-solidarjetà tal-intrapriżi filwaqt li jinzammu regoli iżjed favorevoli f'każ ta' klemenza sabiex jinżammu l-effetti pożittivi tal-kooperazzjoni;

jiġu sabbiliti regoli li jikkunsidraw it-trasferiment tal-ispejjeż;

tiġi stabbilita suppożizzjoni sempliċi ta' ħsara f'każ ta' kartell;

jitħeġġeġ ir-rikors għall-mekkaniżmi konsenswali ta' soluzzjoni għat-tilwim, billi tiġi prevista s-sospensjoni tal-preskrizzjonijijiet matul din il-fażi.

2.2   Il-Komunikazzjoni

2.2.1

Dan it-test jgħid li l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ta' ordni pubbliku bil-għan li jiżguraw li ma jkunx hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, u joħolqu wkoll drittijiet u obbligi għall-intrapriżi jew il-konsumaturi li huma protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.2.2

Il-Komunikazzjoni mbagħad tiffoka fuq id-diffikultà li tiġi kkwantifikata l-ħsara f'kawżi dwar il-kompetizzjoni u l-fatt li din ir-responsabbiltà tiġi fdata lill-qrati nazzjonali, li madankollu jistgħu jirreferu għal gwida prattika mħejjija mis-servizzi tal-Kummissjoni.

2.2.3

Sabbiex tikkomplementa l-Proposta għal Direttiva, il-Kummissjoni annessat gwida prattika mal-Komunikazzjoni dwar il-kwantifikazzjoni tal-ħsara.

2.2.4

Din il-gwida purament informattiva ma torbotx lill-maġistratura nazzjonali jew lill-partijiet. L-għan tagħha huwa li tagħmel disponibbli għall-ġurisdizzjonijiet nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati informazzjoni dwar il-metodi u t-tekniki użati biex jikkwantifikaw il-ħsara.

3.   Kummenti ġenerali dwar il-Proposta għal Direttiva

3.1

Fl-Opinjoni tiegħu dwar il-White Paper dwar azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust, il-KESE kien enfasizza l-bżonn li jiġu adottati miżuri bil-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet legali li taħthom il-vittmi ta' prattika antikompetittiva jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jitolbu kumpens għall-ħsara mġarrba. Għalhekk, jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li ser tikkontribwixxi biex jitneħħew l-ostakli identifikati.

3.2

Huwa tal-fehma li l-azzjoni għad-danni għandha tikkomplementa l-azzjoni tas-setgħat pubbliċi u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u li r-rwol dissważiv tagħha ser ikollu effett tajjeb.

3.3

Huwa jemmen li l-azzjoni għad-danni hija dritt fundamentali għall-vittmi, li jistgħu jkunu konsumaturi u/jew intrapriżi u għandha twassal għall-kumpens tal-ħsara kollha mġarrba minħabba l-prattiki antikompetittivi.

3.4

Fil-fatt, id-dritt li jintalab kumpens għall-ħsara mġarrba ġie affermat kemm-il darba mill-2001 'l hawn: il-Qorti tal-Ġustizzja ħarġet sentenza li kulħadd jista' jitlob kumpens għal tali ħsara (3). Barra minn hekk, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jirrikonoxxi d-dritt għal rimedju effettiv f'każ ta' ksur tad-drittijiet garantiti mil-liġi tal-Unjoni.

3.5

Bħall-Kummissjoni, il-Kumitat huwa tal-fehma li l-programmi ta' klemenza jgħinu biex jiġu identifikati bosta każijiet ta' ksur u jemmen li l-intrapriżi ma għandhomx jiġu skoraġġuti milli jikkooperaw. Madankollu, huwa tal-fehma li l-programmi ta' klemenza ma għandhomx jipproteġu lill-intrapriżi b'mod assolut, u ma għandhomx ixekklu d-dritt tal-vittmi li jirċievu kumpens.

3.6

Huwa ħa nota tal-fatt li l-Proposta għal Direttiva hija kkomplementata minn rakkomandazzjoni li tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkanizmi ta' rimedju kollettiv biex jiggarantixxu li l-persuni soġġetti għal proċess ġudizzjarju jkollhom aċċess effettiv għall-ġustizzja. Il-KESE jilmenta dwar il-fatt li l-proposta ma tindirizzax it-tnedija ta' proċedura ta' azzjoni kollettiva, l-uniku mekkaniżmu li jista' jiżgura l-effettività sħiħa tar-rimedju u li l-aċċess għal rimedju kollettiv jinsab f'rakkomandazzjoni li mhijiex vinkolanti. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni toħroġ liġijiet dwar din il-kwistjoni.

3.7

Fl-aħħar nett, il-Kumitat jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni dwar id-diffikultà li tiġi vvalutata l-ħsara. Huwa jemmen li l-orjentazzjonijiet miġburin fil-"gwida prattika" għandhom jipprovdu għajnuna siewja għall-qrati u l-partijiet ikkonċernati, filwaqt li jħallu lok għall-interpretazzjoni fir-rigward tar-regoli nazzjonali eżistenti.

4.   Kummenti ġenerali dwar il-Proposta għal Direttiva

4.1   L-aċċess għall-evidenza

4.1.1

Il-KESE jemmen li l-aċċess għall-evidenza huwa kwistjoni fundamentali biex ikun possibbli li l-fajls jiġu eżaminati.

4.1.2

Bl-istess mod, huwa jemmen li jeħtieġ li jiġi previst aċċess għall-evidenza b'mod li l-vittmi jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni rilevanti li għandhom bżonn għall-azzjoni tagħhom għad-danni.

4.1.3

Madankollu, huwa tal-fehma li dan l-aċċess għandu jibqa' taħt il-kontroll tal-ġurisdizzjonijiet u li d-divulgazzjoni għandha tkun proporzjonata sabiex jiġu ppreservati d-drittijiet tal-partijiet ikkonċernati.

4.1.4

L-istess bħad-Direttiva 2004/48/KE dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (4), il-Proposta għal Direttiva tiddefinixxi d-divulgazzjoni tal-evidenza billi tiggarantixxi li l-Istati Membri kollha jagħtu aċċess effettiv minimu għall-evidenza li l-prosekuturi u/jew id-difensuri għandhom bżonn biex ikollhom ġustifikazzjoni għat-talba tagħhom għad-danni, u/jew biex iressqu difiża.

4.1.5

Din id-definizzjoni tnaqqas l-inċertezza legali maħluqa mis-sentenza Pfleiderer (5), li skontha, fin-nuqqas ta' leġislazzjoni Ewropea dwar l-aċċess għall-informazzjoni miksuba minn awtorità nazzjonali fil-qafas ta' programm ta' klemenza, huwa f'idejn il-maġistratura nazzjonali li tiddetermina, skont il-każ u l-liġi nazzjonali, il-kundizzjonijiet li taħthom għandha tiġi awtorizzata jew rifjutata d-divulgazzjoni tad-dokumenti marbutin mal-proċedura ta' klemenza lill-vittmi ta' ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni.

4.1.6

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 6 tal-Proposta għal Direttiva jipprevedi protezzjoni assoluta għad-dikjarazzjonijiet korporattivi ta' klemenza u għas-sottomissjonijiet ta' ftehim.

4.1.7

Jipprevedi wkoll protezzjoni temporanja, sakemm tintemm il-proċedura, għad-dokumenti mħejjija speċifikament mill-partijiet ikkonċernati għall-ħtiġijiet relatati mal-infurzar pubbliku tal-liġi (tweġibiet għal talba għall-informazzjoni mill-awtorità tal-kompetizzjoni, dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet).

4.1.8

Il-KESE japprova li l-omissjoni, ir-rifjut li ssir divulgazzjoni jew il-qerda tal-evidenza jiġu sanzjonati b'mod effettiv, proporzjonat u dissważiv.

4.1.9

Id-dettalji inkwistjoni jikkonċernaw b'mod iżjed preċiż lill-intrapriżi involuti fi proċedura mibdija mill-awtorità tal-kompetizzjoni li tinvolvi l-fatti li kienu fl-għeruq tal-azzjoni għad-danni (element oġġettiv) u/jew li kienu jafu jew li kellhom ikunu jafu b'mod raġonevoli li l-każ kien qed jiġi trattat jew kien ser jiġi ttrattat mill-maġistratura nazzjonali.

4.2   L-effet tad-deċiżjonijiet nazzjonali: il-KESE jappoġġja d-dispożizzjoni li għandha l-għan li tiżgura li ladarba deċiżjoni maħruġa minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jew korp ta' rikors issir definittiva ma jistax jinxteħet dubju fuqha mill-qrati li jittrattaw l-azzjoni għad-danni.

4.3   Perjodi ta' preskrizzjoni

4.3.1

Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli dwar kif jiġu kkalkulati l-perjodi ta' preskrizzjoni bil-għan li jitħarsu d-drittijiet tal-vittmi.

4.3.2

Huwa japprova l-proposti tal-Kummissjoni dwar il-bidu tal-perjodu ta' preskrizzjoni li jinkludu r-rakkomandazzjonijiet li għamel fl-Opinjoni tiegħu dwar il-White Paper u jappoġġja d-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-iskadenzi meta jitressqu proċedimenti quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet jiggarantixxu lill-vittmi d-dritt ta' rimedju effettiv. Madankollu, il-Kumitat huwa tal-fehma li s-sospensjoni tista' tiżdied għal sentejn wara d-data li fiha d-deċiżjoni li tiddikjara ksur issir definittiva.

4.4   Responsabbiltà

4.4.1

Il-KESE ħa nota tal-prinċipju tas-solidarjetà li ma jistax jiġi kkontestat.

4.4.2

Huwa jistaqsi lilu nnifsu liema huma l-arranġamenti previsti f'każ li waħda mill-intrapriżi tkun ipparteċipat fi programm ta' klemenza, b'mod partikolari d-diffikultà li tingħata prova jew li tiġi stabbilita r-responsabbiltà ta' kull waħda minnhom u li jiġi vvalutat il-kontribut tagħhom fir-rigward tal-kapaċitajiet finanzjarji tagħhom.

4.5   Trasferiment tal-ispejjeż żejda

4.5.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Proposta għal Direttiva tipprevedi dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment tal-ispejjeż żejda dovuti għall-prattiki qarrieqa. Fil-fatt, jemmen li huwa indispensabbli li jiġu evitati sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal ħlasijiet mhux ġustifikati.

4.5.2

Huwa tal-fehma li l-preżunzjoni fl-Artikolu 13 dwar ix-xerrejja indiretti hija mezz importanti biex jiġi żgurat li l-kumpens jitħallas lill-persuna li verament tkun ġarrbet ħsara, u ttejjeb b'mod sostanzjali l-possibbiltajiet għall-konsumaturi u l-intrapriżi ż-żgħar li jirċievu kumpens għall-ħsara mġarrba.

4.5.3

Il-Kumitat jappoġġja l-prinċipju tal-kumpens sħiħ għall-ħsara kif definit fl-Artikolu 2 u ripetut fl-Artikolu 14.

4.6   Kwantifikazzjoni tal-ħsara

4.6.1

Il-KESE jappoġġja l-prinċipju tal-preżunzjoni tal-ħsara f'każ ta' kartell stabbilit, fis-sens li din il-preżunzjoni tneħħi ostaklu għall-azzjonijiet għad-danni, filwaqt li żżomm id-drittijiet tal-intrapriża li tkun wettqet il-ksur.

4.6.2

Huwa tal-fehma li s-semplifikazzjoni tal-evidenza trid tkun suffiċjenti b'mod li ma xxekkilx l-azzjonijiet għad-danni, fid-dawl tal-fatt li huwa dejjem diffiċli li tiġi stabbilita fil-qasam tal-kompetizzjoni.

4.6.3

Il-KESE jaqbel li tkun disponibbli "gwida prattika" bħal dik annessa mal-Komunikazzjoni peress li tagħti lill-partijiet ċerta sigurtà biex jiġi ffissat l-ammont tad-danni.

4.7   Soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim

4.7.1

Il-KESE jieħu nota tal-analiżi tal-Kummissjoni dwar l-interess li jistgħu jqanqlu s-soluzzjonijiet kunsenswali, li jagħmluha possibbli li tinstab soluzzjoni ġusta bi spiża inqas, u japprova d-dispożizzjonijiet proposti dwar is-sospensjoni tal-perjodi ta' preskrizzjoni u l-effetti tas-soluzzjonijiet kunsenswali dwar l-azzjonijiet ġudizzjarji, li ser jinkoraġġixxu r-rikors għal dawn is-sistemi.

4.7.2

Madankollu, huwa jfakkar li l-appoġġ għal dawn il-mekkaniżmi huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li jkunu ta' kwalità tajba, indipendenti u li jibqgħu fakultattivi, b'mod li ma jillimitawx ir-rikors għall-qrati taħt kwalunkwe ċirkustanza.

4.7.3

Barra minn hekk, kif enfasizza fl-Opinjoni tiegħu dwar il-White Paper, il-Kumitat huwa tal-fehma li l-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ma jistgħux jipprovdu soluzzjoni kredibbli għall-vittmi sakemm ma jkunx hemm mekkaniżmi ta' soluzzjonijiet straġudizzjarji effettivi, b'mod partikolari l-azzjoni kollettiva.

4.8   Valutazzjoni: il-Kumitat jappoġġja l-politika ta' valutazzjoni tal-Kummissjoni sabiex jinstiltu tagħlimiet minnha u, f'każ ta' bżonn, jiġu adottati l-miżuri meħtieġa.

5.   Kummenti dwar il-Komunikazzjoni

5.1

Il-vittmi ta' ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni li jitolbu danni għall-ħsara li jġarrbu jistgħu jiffaċċjaw bosta ostakli minħabba d-differenzi bejn ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar il-kwantifikazzjoni tal-ħsara.

5.2

Id-dritt għal rimedju effettiv ma għandux jixxekkel minn ostakli sproporzjonati li jżidu mad-diffikultà inerenti tal-kwantifikazzjoni tal-ħsara fil-kawżi tal-kompetizzjoni: fil-fatt, huwa impossibbli li jiġi ddeterminat preċiżament kif kienu jiżvolġu l-kundizzjonijiet u l-imġiba tal-atturi tas-suq fin-nuqqas ta' ksur. Nistgħu biss nimmaġinaw xenarju potenzjali.

5.3

Il-KESE huwa tal-fehma wkoll li l-gwida prattika tista' tkun għodda utli għall-maġistratura nazzjonali li l-indipendenza tagħha hija rispettata min-natura purament informattiva tal-gwida u l-fatt li mhijiex legalment vinkolanti.

5.4

Taħt kull ċirkustanza, hija l-liġi applikabbli li tiddetermina l-metodu tal-kwantifikazzjoni tad-danni fir-rigward taċ-ċikustanzi partikolari ta' kawża speċifika.

5.5

Il-qorti li tittratta l-kawża għandha wkoll tikkunsidra d-data disponibbli, ir-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħha rigward spejjeż u żmien, u tivvaluta l-proporzjonalità tagħhom rigward il-valur tat-talba għad-danni mressqa mill-vittma.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  ĠU L 201, 26.7.2013, p. 60.

(2)  Konsultazzjoniet dwar il-Green Paper tal-2005 u l-White Paper tal-2008.

(3)  Kawża C-453/99 (Courage u Crehan) u l-Kawżi Magħquda C-295 sa 298/04 (Manfredi, Cannito, Tricarico u Murgolo).

(4)  ĠU L 195, 30.4.2004, p. 45-86 (edizzjoni speċjali bil-Malti).

(5)  Kawża C-360/09.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/88


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010”

COM(2013) 312 final – 2013/0164 (COD)

2014/C 67/17

Relatur: is-Sur IOZIA

Nhar l-1 ta’ Lulju 2013 u nhar is-6 ta’ Settembru 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010

COM(2013) 312 final – 2013/0164 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta ta2-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’144 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010, li forsi waslet sena tard skont il-pjan direzzjonali ottimali relattiv għall-programm stabbilit fl-2011.

1.2

IL-KESE jinsab sodisfatt l-iżjed għaliex il-pożizzjoni b'saħħitha tiegħu favur id-dħul tal-programm GMES, li issa jissejjaħ il-programm Copernicus, fil-qafas finanzjarju pluriennali tal-finanzjament, ġiet milqugħa mill-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, u b'hekk il-programm jista' jiġi implimentat, anke jekk bi tnaqqis ta' madwar EUR 2 biljun mill-previżjoni inizjali. Dan it-tnaqqis jista' jhedded il-programm kollu. Il-Kummissjoni wriet flessibilità meta bidlet b'mod tant radikali il-fehma tagħha.

1.3

Il-KESE jisħaq dwar l-appoġġ qawwi u konvinċenti tal-programmi spazjali tal-Unjoni Ewropea. Galileo u Copernicus, żewġ programmi ewlenin li ddaħħlu fil-proġett Orizzont 2020, li jixhdu l-kapaċitajiet ta' innovazzjoni u l-iżvilupp tat-teknoloġija, u jippermettu li tinżamm il-pożizzjoni fuq quddiem nett tal-industrija spazjali Ewropea meta mqabbla mal-kompetitutri internazzjonali u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-iżvilupp ta' impjieg ta' kwalità, marbut mal-għarfien u r-riċerka.

1.4

Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni, ftit xhur qabel ma tintbagħat fl-ispazju l-ewwel satellita tal-formazzjoni Sentinel, biex tiddefinixxi b'ċarezza x'inhi l-governanza tal-programm Copernicus, li fil-qagħda attwali ftit li xejn tinftiehem. Fl-opinjoni tal-KESE, iż-żewġ atturi ewlenin tal-politiki tal-ispazju tal-Ewropa, l-ESA u l-Eumetsat, iridu jkunu assoċjati b'mod ċar fil-proċess ta' ġestjoni tal-programmi spazjali u meteoroloġiċi u fil-ġestjoni globali tal-programm. Dan mhuwiex spjegat b'mod ċar fil-kummenti tal-Kummissjoni. Il-punti 4 u 5 tal-Artikolu 12 tal-proposta għal Regolament iridu jinbidlu minn lingwaġġ inċert (tista' tafda) għal ton iktar assertiv (trid tafda).

1.5

Il-KESE jesprimi t-tħassib tiegħu, kif diġà għamel ħafna drabi oħra, dwar ir-rikors għal atti ddelegati li ma jirriflettux kompletament id-dispożizzjonijiet tat-TFUE fir-rigward tal-fakultà li tiġi eżerċitata d-delega għal perjodu limitat u għal atttivitajiet mhux essenzjali. Dawn l-atti ddelegati jridu jkun dettaljati b'tali mod li jagħtu qafas ta' referenza ċar għall-partijiet interessati kollha.

1.6

Il-KESE jirrakkomanda li jiġu dettaljati r-regoli tal-akkwist li se jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-impriżi fl-attivitajiet previsti mill-programm Copernicus. Dawn ir-regoli jridu jqisu l-esiġenzi tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, abbażi tal-impenji li jaqgħu taħt il-kappa tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (Small Business Act - SBA), u l-previżjonijiet ta' żvilupp tas-suq intern li ġew adottati bis-saħħa tal-Att dwar is-Suq Uniku. Se jkun importanti ħafna li jkollna qafas leġislattiv ċar u stabbli fir-rigward tal-investiment privat.

1.7

Il-KESE jaqbel dwar il-valutazzjoni tal-potenzjal ekonomiku li l-programm Copernicus jista' jiżviluppa u dwar il-koerenza tiegħu mal-objettivi tal-proġett Ewropa 2020, u jittama li jkun hemm approvazzjoni rapida tar-regolament inkwistjoni, sabiex ikunu jistgħu jitniedu minn Jannar 2014 l-attivitajiet previsti mill-qafas finanzjarju pluriennali. Jittama li jkun hemm tisħiħ sinifikattiv tal-attivitajiet ta' appoġġ għad-downstreaming tal-programm Copernicus, li attwalment huwa definit tajjeb fl-objettivi, izda mhux b'mod ċar fl-istrumenti li jridu jiddaħħlu fir-regolament, fejn jingħataw responsabbiltajiet speċifiċi lill-Kummissjoni.

1.8

Il-KESE jqis fundamentali li sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ta' għadd ikbar ta' impriżi, trid tiġi provduta pjattaforma li tippermetti l-iżvilupp effettiv ta' investiment, impjieg u żvilupp.B'hekk, iqis indispensabbli li d-data disponibbli tkun aċċessibbli u b'xejn għall-operaturi Ewropej kollha, u jsostni b'konvinzjoni l-ħtieġa li jinbdew negozjati ma' pajjiżi terzi sabiex jiġi definit reġim ta' reċiproċità totali mal-industriji ta' dawk il-pajjiżi li għandhom id-data disponibbli.Fin-nuqqas ta' dawn il-ftehimiet, il-KESE jħoss li huwa opportun li jiġi previst għall-industriji ta' dawk il-pajjiżi reġim ta' liċenzji, li jippermetti biss aċċess essenzjali għad-data tal-programm Copernicus.Ir-reġim ta' aċċess ħieles irid ikun garantit għall-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw u kull fejn hemm sitwazzjoni ta' emerġenza.

1.9

Fid-dawl tal-impenn finanzjarju konsistenti u s-sensibilità tad-data, il-KESE jaqbel li l-Unjoni Ewropea għandha tkun sid tas-sistema.Jinnota li l-proposta għal regolament ma tispeċifikax modalitajiet, spejjeż u responsabbiltajiet futuri għall-ġestjoni ta' din il-proprjetà, u għat-trasferiment tagħha.Jittama li jkun hemm iktar ċarezza fir-rigward ta' dan il-punt.

1.10

Il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa lill-istituzzjonijiet kollha Ewropej, b'mod partikolari lill-Parlament Ewropew, li baqagħlu biss ftit sessjonijiet utli qabel ma jxolji għall-elezzjonijiet li jmiss, sabiex japprovaw malajr ir-regolament, u jadottaw t-titjib issuġġerit u jippermettu l-implimentazzjoni tal-programm Copernicus.Hemm riskju reali u konkret li l-programm jista' jitneħħewlu l-fondi, fil-każ li ma jiġix approvat fiż-żmien adatt.

2.   Introduzzjoni

2.1

Ir-regolament inkwistjoni jistabbilixxi l-qafas ġuridiku adegwat għall-governanza u għall-finanzjament tal-programm Ewropew ta' osservazzjoni tad-Dinja, il-GMES (monitoraġġ globali għall-ambjent u s-sikurezza), fil-fażi operattiva ġdida tiegħu mill-2014 'il quddiem. Għal dan il-għan, iħassar ir-regolament (UE) Nru 911/2010, li stabbilixxa l-programm u li huwa fis-seħħ sa tmiem l-2013.

2.2

Il-programm GMES se jiġi msemmi mill-ġdid b'mod uffiċjali, permezz ta' dan ir-regolament, bħala Copernicus.

2.3

Fid-dawl tat-TFUE, b'mod partikolari l-Artikolu 189, il-proposta għal regolament ġdid tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tirrigwarda dawn il-punti li ġejjin:

1)

bidla fl-isem għal Copernicus;

2)

governanza fil-fażi operattiva tal-GMES bil-possibilità għall-Kummissjoni li tiddelega attivitajiet lil operaturi speċifiċi;

3)

finanzjament għall-perjodu 2014-2020.

2.4

Kif ġie spjegat fil-qosor fil-Komunikazzjoni, "Copernicus huwa strutturat f’sitt Servizzi: il-monitoraġġ tal-Baħar, tal-Atmosfera, tal-Art u tat-Tibdil fil-Klima kif ukoll l-appoġġ għas-servizzi ta' Emerġenza u ta' Sigurtà. Copernicus juża data minn satelliti u sensuri fil-post bħal bagi, blalen jew sensuri tal-ajru li jipprovdu informazzjoni u tbassir ta’ valur miżjud f’waqtu u affidabbli għas-sostenn ta’, pereżempju, l-agrikoltura u s-sajd, l-użu tal-art u l-ippjanar urban, il-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti, ir-reazzjoni għad-diżastri, it-trasport marittimu jew il-monitoraġġ tat-tniġġis tal-arja. Copernicus jikkontribwixxi wkoll għall-istabbiltà u t-tkabbir ekonomiku billi jagħti spinta lill-applikazzjonijiet kummerċjali (dawk li jissejħu servizzi downstream) f’ħafna setturi differenti permezz ta’ aċċess sħiħ u miftuħ għal data u permezz ta' prodotti ta’informazzjoni. Huwa wieħed mill-programmi li għandhom jiġu implimentati skont l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u ġie inkluż fl-inizjattiva tal-politika industrijali tal-Ewropa 2020 minħabba l-benefiċċji tiegħu għal firxa wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni".

2.5

L-istruttura spazjali ġiet finanzjata sal-lum il-ġurnata b'ċifra ta' madwar EUR 3,2 biljun, il-biċċa l-kbira minnha permezz tal-ESA, b'iżjed minn 60 % tal-ammont, u mill-fondi tal-UE, b'madwar 30 %, permezz tas-Seba' Programm Kwadru (FP7).

2.6

Il-finanzjament tal-fażi operattiva, li tipprevedi kemm l-isfruttar tad-data kif ukoll it-tiġdid tal-infrastruttura spazjali, ma jistax ikun ir-responsabbiltà ta' Stati Membri waħedhom minħabba l-ispejjeż involuti. Għaldaqstant, l-UE, permezz ta' dan ir-regolament, qed tieħu r-responsabbiltà tal-fażi operattiva ta' Copernicus/GMES, u l-piż tal-finanzjament tagħha għal EUR 3 786 miljun (prezzijiet tal-2011).

2.7

Fil-Komunikazzjoni "Baġit għall-Ewropa 2020" [COM(2011) 500 final tad-29.6.2011] il-Kummissjoni pproponist li teskludi l-finanzjament tal-GMES mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-perjodu 2014-2020.

2.8

Il-KESE ddikjara li huwa kompletament kontra din il-proposta tal-Kummissjoni li testernalizza, ġo fond ad hoc, il-finanzjamenti meħtieġa għall-iżvilupp u għat-tlestija tal-programm GMES (1).

2.9

Dik l-ewwel proposta għal finanzjament estern għalhekk ġiet miċħuda mill-Parlament, permezz tar-riżoluzzjoni P7_TA(2012)0062 tas-16 ta' Frar 2012. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta’ Frar 2013 dwar il-QFP jipprevedu li l-programm għandu jiġi ffinanzjat taħt is-subintestatura 1a tal-qafas finanzjarju, b'livell massimu ta' impenji ta' EUR 3 786 miljun (prezzijiet tal-2011) li jridu jiġu stabbiliti fir-Regolament tal-QFP.

2.10

Anke l-aġenziji spazjali nazzjonali għandhom is-sistemi tagħhom ta' osservazzjoni tad-Dinja. Il-Kummissjoni tinnota fil-komunikazzjoni tagħha li madankollu, dawn ma setgħux isibu mod kif jikkooperaw fir-rigward tal-finanzjament tal-programmi operattivi kontinwi fis-settur tal-monitoraġġ tal-ambjent. Il-bżonn li dawn l-osservazzjonijiet ikomplu jsiru huwa kruċjali, meta wieħed jikkunsidra kemm il-pressjoni politika dejjem ikbar fuq l-awtoritajiet pubbliċi sabiex jieħdu deċiżjonijiet informati fl-oqsma tal-ambjent, tas-sikurezza u tal-tibdil fil-klima, kif ukoll il-bżonn li jiġu rispettati l-ftehimiet internazzjonali.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

L-istruttura spazjali ta' Copernicus/GMES ġiet żviluppata mill-2005 sal-lum mill-ESA, finanzjata b'mod awtonomu bi kważi EUR 2 biljuni, u appoġġata mill-fondi tal-UE taħt it-titolu "Spazju" fis-Seba' Programm Kwadru, kif ukoll mill-fondi għall-operazzjoni inizjali b'madwar EUR 1 biljun ieħor, għal total ta' EUR 3 biljun li tnefqu sal-lum u ppjanati sa tmiem l-2013.

3.2

Fil-premessa (17) huwa nnutat li b'kunsiderazzjoni tad-dimensjoni tal-programm, ikun jaqbel li l-implimentazzjoni tal-programm tiġi ddelegata lil entitajiet b’kapaċità teknika u professjonali xierqa, li xi wħud minnhom jissemmew fil-premessa ta' wara (18). Għaldaqstant, biex il-fażi operattiva tirnexxi huwa neċessarju li, fil-ftehimiet ta' governanza msejsa fuq dan ir-regolament, jitqiesu l-kapaċitajiet effettivi preżenti fl-Ewropa fil-qasam tas-satelliti u fl-isfruttar tad-data li toħroġ. Il-premessa (18) jonqos milli jsemmi żewġ atturi prinċipali li għandhom il-kapaċità ta' proġett, u operattiva u ġestjonali, f'dak li jirrigwarda satelliti fl-Ewropa, jiġifieri l-ESA u l-Eumetsat.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1

Fis-settur spazjali, xi Stati Membri ngħaqdu f'żewġ organizzazzjonijiet kbar, l-ESA u l-Eumetsat. L-ESA, li għandha baġit ta' iżjed minn EUR 4 biljun fis-sena u ammont ta' persunal li jilħaq madwar l-2 250 (fl-2011), żviluppat u tiġġestixxi sensiela importanti ta' satelliti ambjentali (ERS, Envisat, Cryosat, SMOS, GOCE, SWARM) u żviluppat ukoll is-satelliti meteoroliġiċi Ewropej MeteoSat, MeteoSat Second Generation u Met-OP. L-ESA tarkivja u tiddistribwixxi anke d-data ta' sensiela twila ta' missjonijiet ta' msieħba oħra (Missjonijiet ta' partijiet terzi). L-Eumetsat, l-organizzazzjoni Ewropea għall-użu tas-satelliti meteoroliġiċi, b'baġit annwali ta' madwar EUR 300 miljun u ammont ta' persunal li jilħaq 280 (fl-2011), tanalizza u tiddistribwixxi b'mod speċifiku d-data meteoroloġika.

4.2

Flimkien ma' dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet kbar, hemm Aġenziji oħrajn tal-Unjoni Ewropea li huma involuti fil-politika spazjali Ewropea, kif inhu indikat fit-tabella (2).

Aġenzija

Attivitajiet ewlenin

Baġit u persunal (2007)

Aġenzija Ewropea GNSS (GSA)

Ġestjoni tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (pereżempju Galileo)

5,4 miljun (2009) – 50 persuna

Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (EUSC)

Appoġġ lill-UE fir-rigward tal-analiżi tax-xbihat mis-satellita

16-il miljun (2011) – 100 persuna

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)

Integrazzjoni ta' kwistjonijiet ambjentali fil-politiki ekonomiċi

41 miljun (2012) – 220 persuna

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)

Għajnuna teknika u xjentifika fl-iżvilupp tal-leġislazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà u s-sikurezza marittima u t-tniġġis tal-baħar

54 miljun (2010) – 200 persuna

FRONTEX

Koordinazzjoni operattiva tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-fruntieri

22 miljun (+13 riżerva) – 170 persuna

Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA)

Kooperazzjoni fil-qasam tal-kapaċitajiet ta' difiża u armamenti

31 miljun (2010) – 100 persuna

Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC)

Parti mill-FP7. Appoġġ għar-riċerka xjentifika u l-eċċellenza fl-Ewropa

32 miljun (2009) – 220 persuna

Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Valutazzjoni u ġestjoni ta' ħafna programmi fi ħdan l-FP7

31 miljun (2009) – 349 persuna

4.3

Iċ-ċifri hawn fuq huma sinteżi tal-kapaċitajiet operattivi fil-qasam satellitari li jeżistu fl-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea, fl-ESA u fl-Eumetsat. B'rabta mal-esiġenzi tal-programm, il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżorsi u l-ħiliet professjonali kollha disponibbli.

4.4

Fil-premessa (18), ma jiġux identifikati b'mod speċifiku l-ESA u l-Eumetsat fost l-atturi li jimplimentaw il-programm Copernicus. Huwa meqjus neċessarju li jiġu inklużi, fid-dawl tal-Artikolu 11 ta' wara.

4.5

Il-punti 4 u 5 tal-Artikolu 12 tal-proposta għal Regolament iridu jinbidlu minn lingwaġġ inċert (tista' tafda) għal ton iktar assertiv (trid tafda).

4.6

Fil-punt 1) b u fil-punt 4) b tal-Artikolu 2, il-Kummissjoni tidentifika l-objettivi tat-tkabbir ekonomiku u l-impjieg fost l-objettivi prinċipali tal-programm Copernicus.

4.7

Il-KESE jaqbel ma' dan, iżda huwa tal-fehma li għandhom jiġu previsiti inizjattivi speċifiċi u sinifikattivi sabiex dan iseħħ. B'mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri konkreti (downstreaming) li jiddeterminaw il-valur miżjud għall-attivitajiet produttivi. Azzjonijiet ta' disseminazzjoni, ta' tħeġġiġ tal-iżvilupp ta' applikazzjonijiet possibbli mid-data li toħroġ mis-sistema, ta' tixrid tal-għarfien dwar il-potenzjal ta' Copernicus, huma kollha atti essenzjali li jridu jiddaħħlu fir-regolament, b'referenza espliċita għall-attivitajiet li jridu jitwettqu sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  ĠU C 299, 14.10.2012, p. 72.

(2)  Sors: PACT-European Affairs.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/92


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini sabiex twettaq attivitajiet ta' farmakoviġilanza fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem”

COM(2013) 472 final – 2013/0222 (COD)

2014/C 67/18

Relatur: is-Sinjura HEINISCH

Nhar it-12 u l-1 ta' Lulju 2013, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikoli 114 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini sabiex twettaq attivitajiet ta' farmakoviġilanza fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

COM(2013) 472 final – 2013/0222 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-2 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'144 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa' l-Proposta tal-Kummissjoni li tagħti kontribut importanti biex ikomplu jittejbu s-sikurezza tal-prodotti mediċinali u t-trasparenza tal-proċessi ta' valutazzjoni. Il-Kumitat japprezza b'mod partikolari t-titjib li sar mill-ewwel abbozz tal-Kummissjoni, inklużi r-regoli speċjali għall-SMEs.

1.2

Il-Kumitat jilqa' l-prinċipju li d-detenturi ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq m'għadhomx jiġu ċċarġjati darbtejn għall-istess attività ta' farmakoviġilanza. Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li flimkien mal-introduzzjoni tat-tariffi l-ġodda jitneħħew it-tariffi nazzjonali għall-istess attivitajiet.

1.3

Il-KESE jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni rigward il-valutazzjoni tar-rapporti perjodiċi dwar l-aġġornament tas-sikurezza (PSURs) u l-istudji dwar is-sikurezza wara l-awtorizzazzjoni (PASS). Madankollu, il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni tipprevedi li tnaqqas aktar it-tariffi għall-prodotti mediċinali bi profil stabbilit sew ta' sikurezza.

1.4

Il-KESE huwa tal-fehma li l-iżvilupp ta' proċeduri ta' valutazzjoni fl-UE kollha abbażi tad-data ta' farmakoviġilanza (konsultazzjonijiet) huwa kompitu tal-awtoritajiet pubbliċi u m'għandux jiġi ffinanzjat biss mit-tariffi tad-detenturi ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. L-implimentazzjoni ta' dan it-tip ta' proċeduri ta' valutazzjoni hi kompitu importanti tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni, u fil-fehma tal-Kumitat għandha tiġi ffinanzjata – anke biex tinżamm l-indipendenza tal-valutazzjoni – mir-riżorsi tal-Unjoni Ewropea.

1.5

Il-KESE jilqa' l-proposta li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għandha tiċċarġja tariffa annwali fissa għall-attivitajiet ta' farmakoviġilanza pprovduti lid-detenturi ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Però l-Kumitat jinnota li bħalissa l-attivitajiet ta' farmakoviġilanza għadhom mhux disponibbli jew inkella huma disponibbli biss b'mod limitat. Il-Kumitat għalhekk jissuġġerixxi li t-tariffa fissa titneħħa sakemm is-servizzi msemmija jkunu disponibbli.

1.6

Il-Kumitat jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li t-tariffi jitqassmu b'mod kemm jista' jkun ġust bejn id-detenturi ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq kollha kkonċernati. Il-KESE jissuġġerixxi li jerġa' jiġi kkunsidrat l-approċċ propost ta' "unitajiet li jistgħu jiġu ċċarġjati".

2.   Introduzzjoni

2.1

Għall-parti l-kbira taċ-ċittadini, li jżommu jew jerġgħu jirkupraw "saħħithom" hija xi ħaġa importanti, u għal ħafna l-aktar ħaġa importanti.

2.2

Il-prodotti mediċinali flimkien mal-konsulenza u t-trattament mill-professjonisti tas-saħħa għandhom rwol ċentrali biex iċ-ċittadini jibqgħu b'saħħtihom jew jerġgħu jirkuprawha. Il-pazjenti bir-raġun jistennew li bħala ċittadini tal-Unjoni Ewropea jkollhom l-aqwa provvista ta' prodotti mediċinali effettivi u sikuri fl-Istati Membri kollha. L-interess tal-pazjenti għandu dejjem ikun fil-qalba ta' kull regolamentazzjoni fil-qasam tal-prodotti mediċinali.

2.3

Ir-riskji fl-użu tal-prodotti mediċinali għandhom kemm jista' jkun jiġu esklużi jew minimizzati, filwaqt li s-sikurezza għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox. Dan jirrikjedi valutazzjoni suffiċjenti qabel tingħata l-awtorizzazzjoni kif ukoll monitoraġġ kontinwu fil-fażi ta' wara l-awtorizzazzjoni. Din l-attività, magħrufa bħala farmakoviġilanza, hija r-responsabbiltà tal-partijiet interessati kollha, mid-detentur ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali sal-professjonisti tas-saħħa, il-pazjenti kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u fl-Unjoni Ewropea kollha.

2.4

Il-pazjenti jistennew li fil-każ ta' prodotti mediċinali awtorizzati f'diversi Stati Membri jittieħdu deċiżjonijiet uniformi fil-livell Ewropew fuq bażi xjentifika soda u li mbagħad dawn id-deċiżjonijiet jiġu kkomunikati b'mod uniformi u komprensibbli. L-EMA u l-korpi speċjalizzati tagħha għandhom rwol ċentrali x'jaqdu fil-koordinazzjoni tal-valutazzjoni xjentifika u fit-twassil ta' komunikazzjoni uniformi.

2.5

Sabiex tkun tista' twettaq dawn il-kompiti importanti, l-EMA trid tiġi ffinanzjata b'mod adegwat. Bħalissa l-EMA ma tistax tiċċarġja tariffa għal ħafna mill-attivitajiet marbutin mal-farmakoviġilanza. Din il-possibbiltà tinħoloq permezz tal-Proposta tal-Kummissjoni.

2.6

Bl-istabbiliment ta' tariffi ġodda wieħed irid jiżgura li l-produtturi tal-prodotti mediċinali jħallsu kontribuzzjoni finanzjarja adegwata għas-servizzi li toffri l-EMA.

2.7

Il-kontributzzjoni tal-produtturi tal-prodotti mediċinali għandha titfassal b'tali mod li l-pazjenti jibqa' jkollhom aċċess għall-prodotti mediċinali kollha fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-ħolqien tat-tariffi m'għandux jipperikola t-tqegħid fis-suq tal-prodotti minħabba raġunijiet ekonomiċi u għalhekk il-pazjenti ma jkunux jistgħu jiġu ttrattati b'mod adegwat.

2.8

Il-pazjenti jistennew li l-proċeduri ta' valutazzjoni tad-data tal-farmakoviġilanza fil-livell Ewropew jitwettqu biss minn perspettiva xjentifika u b'mod indipendenti mit-tariffi li jħallsu l-produtturi tal-prodotti mediċinali.

3.   Kuntest

3.1

F'opinjonijiet preċedenti l-Kumitat kemm-il darba saħaq kemm hu importanti li l-Ewropa jkollha industrija tal-prodotti mediċinali kompetittiva u innovattiva. Fl-aħħar 50 sena, din kienet industrija moderna b'livell teknoloġiku u rata ta' innovazzjoni mill-ogħla. Fl-Ewropa kollha mijiet ta' eluf ta' ħaddiema, fil-biċċa l-kbira tagħhom bi kwalifiki għoljin, huma impjegati f'dan il-qasam li joħloq valur miżjud kbir.

3.2

Madankollu, l-aspetti pożittivi tal-prodotti mediċinali jistgħu jkunu marbutin ma' effetti sekondarji mhux mixtieqa li jiġu kkawżati mill-iżbalji fl-amministrazzjoni jew il-preskrizzjoni tal-prodotti mediċinali, jew saħansitra mill-użu ħażin u/jew l-abbuż mill-prodotti mediċinali.

3.3

Għaldaqstant, l-użu tal-prodotti mediċinali huwa marbut ma' responsabbiltà kbira u jistħoqqlu attenzjoni kbira, għaliex dan jikkonċerna l-garanzija ta' saħħet iċ-ċittadini b'mod partikolari meta wieħed iqis li ħafna mill-effetti sekondarji ta' prodotti mediċinali ġodda jkunu jistgħu jiġu determinati biss wara l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq.

3.4

Bl-emenda ppubblikata fil-15 ta' Diċembru 2010 tad-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004, l-EMA ngħatat kompiti ġodda rigward il-farmakoviġilanza, fosthom il-proċeduri ta' farmakoviġilanza fil-livell tal-Unjoni, l-analiżi ta' każijiet fil-litteratura speċjalizzata, it-titjib tal-istrumenti tal-IT kif ukoll l-għoti ta' aktar informazzjoni lill-pubbliku. Barra minn hekk, il-leġislazzjoni dwar il-farmakoviġilanza tistipula li l-Aġenzija għandha tkun awtorizzata tiffinanzja dawn l-attivitajiet mit-tariffi ċċarġjati lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Għaldaqstant, għandhom jinħolqu kategoriji ġodda ta' tariffi sabiex ikopru l-kompiti ġodda u speċifiċi tal-Aġenzija.

3.5

Sabiex dawn l-attivitajiet jiġu ffinanzjati, il-leġislazzjoni riveduta dwar il-farmakoviġilanza tipprevedi tariffi li jiġu ċċarġjati lid-detenturi ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Dawn it-tariffi għandhom jiġu applikati għall-attivitajiet ta' farmakoviġilanza mwettqa fil-livell tal-UE, speċjalment fil-kuntest tal-proċeduri ta' valutazzjoni fl-UE kollha. Dawn il-proċeduri jinkludu l-valutazzjoni xjentifika mwettqa mir-relaturi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Dawn it-tariffi, għaldaqstant, mhumiex maħsubin biex ikopru l-attivitajiet ta' farmakoviġilanza mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'pajjiżhom. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jimponu tariffi għal dawn l-attivitajiet imwettqa fil-livell nazzjonali li, madankollu, m'għandhomx jikkoinċidu mat-tariffi stabbiliti f'din il-Proposta leġislattiva.

4.   Definizzjonijiet

4.1

Skont id-definizzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), il-kunċett ta' farmakoviġilanza jinkludi l-analiżi u l-prevenzjoni tar-riskji tal-prodotti mediċinali, l-attivitajiet għad-detezzjoni, il-valutazzjoni, il-fehim u l-prevenzjoni tal-effetti mhux mixtieqa jew problemi oħra relatati mal-prodotti mediċinali, il-ġestjoni tar-riskji, il-prevenzjoni tal-iżbalji terapewtiċi, l-għoti ta' informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali kif ukoll il-promozzjoni tal-użu razzjonali tal-prodotti mediċinali.

4.2

Il-kunċett ta' effetti sekondarji jew effetti mhux mixtieqa tal-prodotti mediċinali jirreferi għall-effetti negattivi mhux mixtieqa tat-trattament permezz ta' prodott mediċinali.

4.3

Ir-rapport perjodiku dwar l-aġġornament tas-sikurezza – bl-Ingliż Periodic Safety Update Report (PSUR) – jindika l-ġbir ta' ammonti kbar ta' data dwar l-użu u r-riskji ta' prodott mediċinali wieħed jew aktar f'perjodu twil ta' żmien, normalment aktar minn tliet snin, li d-detentur ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali jrid iressaq quddiem l-awtorità kompetenti tal-pajjiżi li għalihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.

4.4

Il-proċedura ta' valutazzjoni tad-data tal-farmakoviġilanza fil-livell tal-Unjoni (konsultazzjoni) hi proċedura regolatorja fil-livell Ewropew għall-konċiljazzjoni ta' pożizzjonijiet xjentifiċi differenti jew biex jitneħħew id-dubji b'rabta mal-awtorizzazzjoni tal-prodotti mediċinali.

4.5

L-istudju dwar is-sikurezza wara l-awtorizzazzjoni (Post-Authorisation Safety Study – PASS) hu studju xjentifiku dwar is-sikurezza tal-prodotti mediċinali. Dan jista' jinbeda b'mod volontarju mid-detenturi tal-awtorizzazzjoni jew jiġi impost mill-awtorità kompetenti wara l-awtorizzazzjoni ta' prodott mediċinali. L-aktar għan importanti ta' dan it-tip ta' studju hu li jiddetermina l-frekwenza tal-effetti sekondarji magħrufin f'kundizzjonijiet normali, jidentifika l-effetti sekondarji rari mhux magħrufin li ma jkunux ġew skoperti fit-testijiet kliniċi minħabba li l-każijiet ikunu rari, u li jistudja r-riskji possibbli meta prodott mediċinali jintuża ta' kuljum minn ċerti gruppi ta' pazjenti (pereżempju l-persuni mdaħħlin sew fiż-żmien, in-nisa tqal, il-pazjenti bi problemi tal-fwied, eċċ.).

4.6

EudraVigilance (European Union Drug Regulating Authorities Pharmacovigilance) hu netwerk ta' informazzjoni u sistema ta' ġestjoni operati bħala servizz ċentrali mill-EMA bil-għan li l-prodotti mediċinali jintużaw b'mod sikur fiż-Żona Ekonomika Ewropea. EudraVigilance jippromovi b'mod partikolari t-trażmissjoni elettronika tar-rapporti dwar l-effetti sekondarji qabel u wara l-awtorizzazzjoni ta' prodott mediċinali (anke każijiet suspettużi) u l-ġbir sistematiku tagħhom kif ukoll id-detezzjoni bikrija tar-riskji tal-prodotti mediċinali u l-adozzjoni ta' miżuri adegwati biex jiġu minimizzati r-riskji.

4.7

L-Extended EudraVigilance Medicinal Product Dictionary (xEVMPD) hu verżjoni estiża tad-dizzjunarju tal-prodotti mediċinali EVMPD adottat f'Lulju 2011. Fih id-detenturi ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq idaħħlu l-informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali kollha awtorizzati fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea, informazzjoni bħall-isem tal-prodotti, id-detentur ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u s-sistema ta' farmakoviġilanza użata, it-tip u l-istatus tal-awtorizzazzjoni, il-forma farmaċewtika u d-doża, il-mod kif jiġi applikat il-prodott u l-indikazzjoni, kif ukoll is-sustanzi attivi u l-eċċipjenti. Id-dizzjunarju tal-prodotti mediċinali tal-UE kellu jkun lest sat-2 ta' Lulju 2012, iżda s'issa jista' jintuża biss b'mod limitat.

4.8

"Unità li tista' tiġi ċċarġjata" tfisser kull entrata individwali fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 57(1)(l) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (xEVMPD) ibbażata fuq informazzjoni mil-lista tal-prodotti mediċinali kollha għall-użu mill-bniedem awtorizzati fl-Unjoni msemmija fl-Artikolu 57(2) tar-Regolament imsemmi.

5.   Bażi legali

5.1

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 u l-Artikolu 168(4)(c) tat-TFUE. Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE għaliex id-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi nazzjonali dwar il-prodotti mediċinali għandhom it-tendenza li jxekklu l-kummerċ fl-Unjoni u għaldaqstant jaffettwaw direttament l-operat tas-suq intern.

5.2

Barra minn hekk, il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 168(4)(c) tat-TFUE għaliex għandha l-għan li tappoġġja l-mira li jiġu stabbiliti standards għoljin ta' kwalità u sikurezza tal-prodotti mediċinali.

6.   Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità

6.1

L-EMA hija aġenzija deċentralizzata Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 726/2004 u għaldaqstant id-deċiżjoni dwar il-finanzjament tagħha u t-tariffi li tiċċarġja għandha tittieħed fil-livell tal-UE. Il-leġislazzjoni l-ġdida dwar il-farmakoviġilanza tipprovdi bażi legali biex l-Aġenzija tiċċarġja tariffi għall-farmakoviġilanza. Għaldaqstant, l-Unjoni biss tista' tawtorizza lill-Aġenzija tiċċarġja dan it-tip ta' tariffi. Din il-Proposta għal Regolament tapplika biss għall-attivitajiet tal-farmakoviġilanza li jitwettqu fil-livell tal-UE u jinvolvu lill-Aġenzija. Fir-rigward tal-attivitajiet ta' farmakoviġilanza li jitwettqu biss fil-livell nazzjonali, l-UE m'għandhiex kompetenza u għalhekk l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jiċċarġjaw it-tariffi nazzjonali.

6.2

Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-Proposta tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex tilħaq l-għan ġenerali mmirat, jiġifieri l-introduzzjoni ta' tariffi li jippermettu l-implimentazzjoni xierqa tal-leġislazzjoni dwar il-farmakoviġilanza li ilha applikabbli minn Lulju 2012.

7.   Kummenti ġenerali

7.1

Il-KESE jirrikonoxxi l-kontribut pożittiv u importanti tal-prodotti mediċinali għall-kwalità ta' ħajjet iċ-ċittadini u dejjem appoġġja l-inizjattivi kollha li jtejbu s-sikurezza tal-użu tal-prodotti mediċinali bħala kontribut importanti għall-protezzjoni tas-saħħa.

7.2

Il-KESE japprezza l-isforzi tal-Kummissjoni biex, permezz tar-riformulazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE u tar-Regolament (UE) Nru 726/2004, ittejjeb il-qafas leġislattiv tal-farmakoviġilanza u tissemplifikah fl-interess tal-pazjenti u tal-produtturi tal-prodotti mediċinali. B'dan il-mod il-Kummissjoni tagħti kontribut importanti sabiex ikompli jiġi mwettaq u approfondit is-suq intern f'settur kumpless u importanti bħal dak tal-prodotti mediċinali.

7.3

Il-Kumitat jirrikonoxxi wkoll il-kontribut importanti li l-EMA tagħti f'dan ir-rigward bħala korp ta' koordinazzjoni għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni uniformi u msejsa fuq ix-xjenza dwar ir-riskji tal-prodotti mediċinali, liema informazzjoni tkun maħsuba għall-pazjenti fl-Unjoni Ewropea.

7.4

Il-KESE jappoġġja l-intenzjoni tal-Proposta tal-Kummissjoni li l-EMA tingħata l-possibbiltà li tiċċarġja tariffi adegwati għas-servizzi ta' farmakoviġilanza tagħha.

8.   Kummenti speċifiċi

8.1

F'dan il-kuntest, fil-prinċipju l-KESE jilqa' l-istabbiliment tat-tariffi msemmijin fl-Artikoli 4 u 5. Kemm il-PSURs imsemmijin fl-Artikolu 4 kif ukoll l-istudji dwar is-sikurezza wara l-awtorizzazzjoni msemmijin fl-Artikolu 5 jagħtu kontribut estremament importanti għad-detezzjoni bikrija tar-riskji u għalhekk, mill-perspettiva tal-pazjenti għandhom jiġu appoġġjati mingħajr riżervi.

8.2

Il-Kumitat jassumi li fil-każ tal-prodotti mediċinali bi profil stabbilit sew ta' sikurezza, id-dokumenti li jridu jitressqu sew fil-qafas tal-PSURs u sew fl-istudji dwar is-sikurezza wara l-awtorizzazzjoni jridu ikunu inqas minn dawk meħtieġa fil-każ ta' prodotti mediċinali innovattivi. Għaldaqstant, huma għandhom joħolqu inqas xogħol relatat mal-ipproċessar u l-ittestjar min-naħa tal-EMA u r-relaturi involuti milli joħolqu l-prodotti mediċinali innovattivi ġodda. Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni tipprevedi li fil-każ tal-prodotti mediċinali bi profil stabbilit sew tnaqqas aktar it-tariffi għad-dokumenti mitluba fl-Artikoli 4 u 5.

8.3

Madankollu, il-Kumitat ma jaħsibx li t-tariffi għall-konsultazzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 6 tal-Proposta tal-Kummissjoni huma adegwati. Għall-kuntrarju, il-KESE huwa tal-fehma li dawn il-proċeduri ta' valutazzjoni għandhom isiru b'mod indipendenti mit-tariffi mħallsin mill-industrija tal-prodotti mediċinali u esklużivament fl-interess tal-pazjenti. Dawn in-nefqiet għandhom jiġu koperti mill-baġit tal-Unjoni.

8.4

Fil-prinċipju l-KESE jilqa' wkoll it-tariffa annwali fissa proposta fl-Artikolu 7. Madankollu, il-Kumitat jassumi li din it-tariffa ser tiġi applikata biss meta s-servizzi ta' farmakoviġilanza tal-EMA ffinanzjati permezz tagħha jkunu disponibbli b'mod sħiħ għall-intrapriżi li jridu jħallsu l-istess tariffa. Il-Kumitat ma jaħsibx li r-rabta proposta ma' unità li tista' tiġi ċċarġjata hi idea tajba.

8.5

Il-KESE jilqa' wkoll it-tnaqqis u l-eżenzjoni mit-tariffi proposti fil-każ tal-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi.

8.6

Bħalissa t-tariffa annwali fissa qed titħallas meta fil-fatt l-EMA tipprovdi biss parti mis-servizzi korrispondenti. Għaldaqstant, għalissa din it-tariffa għadha mhix ġustifikata b'mod sħiħ. Il-Kumitat għalhekk jissuġġerixxi li t-tariffa fissa tiġi sospiża sakemm is-servizzi msemmija jkunu disponibbli. Id-data meta s-servizzi jkunu disponibbli jista' jikkonfermaha l-Bord ta' Tmexxija tal-EMA b'konformità mat-tielet sentenza tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 1235/2010. Dan l-Artikolu jgħid hekk: "[i]l-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija għandu, fuq il-bażi ta' rapport indipendenti ta' verifika li jqis ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza, jikkonferma u jħabbar meta tkun intlaħqet il-funzjonalità sħiħa tal-bażi ta' data Eudraviġilanza".

8.7

Fir-rigward tal-"unità li tista' tiġi ċċarġjata", jista' jagħti l-każ, pereżempju, li minħabba ċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti f'pajjiż partikolari l-istess awtorizzazzjoni titqiegħed fis-suq b'lingwi differenti u għalhekk fil-bażi tad-data jkun hemm diversi entrati għal din l-awtorizzazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet tal-farmakoviġilanza huma bbażati fuq is-sustanza attiva u mhux fuq l-"unitajiet li jistgħu jiġu ċċarġjati", u għalhekk għandhom jiġu ċċarġjati b'mod korrispondenti. Il-Kumitat jissuġġerixxi għalhekk li l-unità li tista' tiġi ċċarġjata tkun ibbażata fuq numru ta' proċedura Ewropea. L-awtorizzazzjonijiet nazzjonali m'għandhomx jingħaddu diversi drabi.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/96


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-akkwist elettroniku minn tarf sa tarf għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika”

COM(2013) 453 final

2014/C 67/19

Relatur: is-Sur BARROS VALE

Nhar is-26 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-akkwist elettroniku minn tarf sa tarf għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika

COM(2013) 453 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-2 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’147 vot favur, 3 voti kontra u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) diġà ddikjara li huwa favur l-implimentazzjoni rapida tal-akkwist elettroniku (1) "minn tarf sa tarf" (2) u jtenni l-appoġġ tiegħu għall-ġeneralizzazzjoni ta' din il-prattika li tippermetti l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi.

1.2

L-akkwist elettroniku "minn tarf sa tarf" għandu jiġi kkunsidrat bħala mezz ta' modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, li jippermetti li tissaħħaħ l-effikaċja tagħha permezz ta' reqqa u trasparenza msaħħa marbutin ma' din il-prattika.

1.3

Din hija wkoll opportunità għall-intrapriżi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), peress li tiffaċilita l-aċċess għal opportunitajiet ġodda f'suq aktar miftuħ u trasparenti.

1.4

Madankollu, il-KESE jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tar-riżultati dgħajfa li nkisbu sal-lum il-ġurnata li jidhru li qed jikkompromettu t-twettiq tal-għan inizjali li t-tranżizzjoni lejn akkwist pubbliku elettroniku titlesta sal-2016.

1.5

Ta' min jinnota bi tħassib l-impenn dgħajjef f'dan ir-rigward min-naħa tal-Istati Membri li għadhom iżommu lura milli jadottaw prattiki li madankollu huma vantaġġużi għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-atturi ekonomiċi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tkompli twettaq ir-rwol tagħha ta' persważjoni favur l-adozzjoni tal-akkwist elettroniku "minn tarf sa tarf", kemm permezz tal-implimentazzjoni ta' din is-sistema ta' akkwist pubbliku fil-proċeduri tagħha kif ukoll billi toħroġ leġislazzjonijiet u xxerred il-prattiki tajba. Għaldaqstant, il-Kumitat jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qiegħdet is-soluzzjonijiet tagħha fir-rigward tal-akkwist pubbliku għad-dispożiżżjoni tal-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu minnhom.

1.6

Il-qasam tal-akkwist huwa frammentat: fl-istess ħin jeżistu diversi soluzzjonijiet u pjattaformi li fil-biċċa l-kbira tagħhom ma tfasslux b'tali mod li jkunu interoperabbli. In-nuqqas ta' orjentazzjonijiet strateġiċi u saħansitra n-nuqqas ta' rieda tal-Istati Membri li jimplimentaw soluzzjonijiet komuni għal aċċess universali jfixklu l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, nazzjonali u internazzjonali, u għaldaqstant jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni ħielsa. Il-Kummissjoni għandha taqdi r-rwol tagħha li tistabbilixxi standards billi tarmonizza l-eżiġenzi tekniċi meħtieġa, abbażi tal-ħidma li diġà saret, b'mod partikolari fil-qafas tal-proġett PEPPOL, u li ġiet appoġġjata b'mod ġenerali. L-armonizzazzjoni tikkostitwixxi pass 'il quddiem importanti fid-demokratizzazjoni ta' suq li jrid ikun trasparenti u aċċessibbli, f'termini ta' applikazzjoni stretta ta' fondi pubbliċi.

1.7

Il-KESE jqis ukoll li s-soluzzjonijiet proposti għandhom ikunu universalment aċċessibbli, imorru lil hinn mill-ostakli lingwistiċi u dawk li jikkonċernaw l-aċċess tal-persuni b'diżabbiltà. Barra minn hekk, jeħtieġ li jinżammu baxxi kemm jista' jkun l-ispejjeż tal-ħolqien jew tal-adattament tal-pjattaformi eżistenti kif ukoll tal-manutenzjoni tagħhom. Għaldaqstant, l-istandardizzazzjoni hija ta' importanza fundamentali.

1.8

Għad hemm diffikultajiet biex l-SMEs li mhumiex kbar biżżejjed jew m'għandhomx biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji jkollhom aċċess għall-akkwist pubbliku. Il-KESE jtenni l-pożizzjoni tiegħu li l-leġislazzjoni Ewropea dwar l-akkwist pubbliku għandha tappoġġja lill-SMEs b'tali mod li dawn ikunu jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa, f'termini ta' kapital u ta' esperjenza, b'mod partikolari permezz ta' konsorzji jew assoċjazzjonijiet temporanji ta' intrapriżi (3).

1.9

Din il-proposta għal Direttiva dwar il-fatturar elettroniku fil-qafas tal-akkwist pubbliku hija pass addizzjonali importanti biex jitwettaq iċ-ċiklu tal-akkwist elettroniku "minn tarf sa tarf". L-istandardizzazzjoni tal-kontenut tal-fattura li ser tippermetti l-interoperabbiltà ser toffri vantaġġi konsiderevoli. Il-KESE madankollu jqis li minkejja dawn il-vantaġġi l-iskadenzi għall-adozzjoni u l-ġeneralizzazzjoni previsti f'dan ir-rigward huma twal wisq. Fil-fatt, fi żmien meta l-evoluzzjoni teknoloġika hija kontinwa, l-isforzi għall-istandardizzazzjoni huma urġenti u mixtieqa inkella nispiċċaw b'soluzzjonijiet irrilevanti.

1.10

Bla dubju ta' xejn, huwa ta' min ifaħħar il-finanzjament mill-Kummissjoni tal-iżvilupp tal-infrastrutturi għall-akkwist elettroniku fl-Ewropa kollha permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, iżda t-tnaqqis drastiku tal-ammoniti allokati mill-Kunsill jixħet dubju fuq dan. Il-KESE jikkundanna dan it-tnaqqis li jwassal għal taqlib kbir fil-proġetti ta' interess komuni promossi mill-Kummissjoni, speċjalment fir-rigward tal-appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-akkwist elettroniku.

1.11

Il-KESE jenfasizza li f'dan il-qasam, bħal f'kull qasam ieħor li jimplika tibdil, it-taħriġ tal-persunal huwa ta' importanza fundamentali. Barra minn hekk, ta' min jilqa' l-possibbiltà ta' finanzjament tal-programmi ta' taħriġ mill-fondi strutturali 2014-2020. Iżda ma rridux ninsew it-taħriġ tal-atturi tas-settur pubbliku: huwa essenzjali li dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw kompetenzi tekniċi ġodda u li jiġu sensibilizzati dwar ir-realtajiet virtwali ġodda tax-xogħol.

1.12

Il-KESE jieħu din l-opportunità biex jitlob minnufih lill-Kunsill jistieden lill-Istati Membri jwettqu fil-prattika l-ideat imħabbra fid-dokumenti li tfasslu mill-Kummissjoni u l-korpi konsultattivi f'dan ir-rigward, sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-ħidma li twettqet.

2.   Kontenut essenzjali tad-dokument

2.1

Din il-Komunikazzjoni tagħmel enfasi fuq l-implimentazzjoni tal-akkwist elettroniku "minn tarf sa tarf" u toħroġ fid-dieher l-iżvilupp li sar fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar "Strateġija għall-akkwist elettroniku" (4).

2.2

Peress li r-riforma tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku, id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u t-titjib tat-trasparenza huma wkoll fatturi ta' tkabbir ekonomiku, il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika tagħmel parti mill-ħames prijoritajiet elenkati fl-2012 u mbagħad fl-2013 mill-Kummissjoni fl-analiżi annwali tagħha tat-tkabbir. Ix-xiri ta' oġġetti, ta' servizzi u ta' ħidmiet pubbliċi jirrappreżenta 19 % tal-PDG tal-UE (skont id-data tal-2011). Dan juri kemm huwa importanti li titwettaq riforma tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku sabiex tonqos in-nefqa pubblika, filwaqt li jiġu liberati riżorsi importanti li jistgħu jiġu investiti biex jitħeġġeġ it-tkabbir.

2.3

Ir-riforma tal-proċeduri tal-akkwist elettroniku u l-introduzzjoni tal-mudell tal-akkwist elettroniku "minn tarf sa tarf" jikkostitwixxu wkoll opportunità biex jiġu introdotti innovazzjonijiet fil-mudell organizzattiv tal-amministrazzjoni pubblika bil-għan li jissaħħu t-trasparenza u r-reqqa, u b'hekk jingħata kontribut għall-ksib tal-objettivi ta' tkabbir sostenibbli tal-Istrateġija Ewropa 2020.

2.4

L-aċċess għall-internet mill-SMEs bħalissa huwa ġeneralizzat: fl-2012, 4,6 % biss tal-SMEs kienu għadhom mhux konnessi (5). Għalhekk, il-biċċa l-kbira tal-SMEs huma mgħammra għall-akkwist elettroniku "minn tarf sa tarf". Barra minn dan, l-intrapriżi f'pajjiżi fejn din hija prattika ta' kuljum iqisu li din hija esperjenza pożittiva. Madankollu, jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-promozzjoni tas-servizzi ta' fatturar elettroniku u l-implimentazzjoni ta' proċeduri tal-akkwist elettroniku li ma jiswewx ħafna flus u li jkunu faċli biex jintużaw.

2.5

Minkejja l-użu ġeneralizzat tal-internet, l-akkwist elettroniku għadu fil-bidu; il-Kummissjoni pproponiet li jsir obbligatorju sa nofs l-2016. Fil-fatt, ir-rata ta' adozzjoni għat-tressiq elettroniku tal-proposti għadha baxxa wisq (madwar 10 %), u fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, il-preżentazzjoni tal-proposti b'mod elettroniku hija fakultattiva, ħlief fil-Portugall li għamel din il-prattika obbligatorja jekk jinqabeż ċertu livell. Il-fatturar elettroniku diġà huwa realtà f'ċerti każijiet, li jmorru lil hinn minn ċerti livelli, iżda skont l-istimi, 12 % biss tal-intrapriżi jużaw mezzi elettroniċi biex jibagħtu fatturi lill-awtoritajiet pubbliċi jew biex jirċivuhom.

2.6

It-triq li għandha tiġi segwita tikkonsisti fl-istandardizzazzjoni tal-akkwist elettroniku, billi l-fatturar elettroniku jsir ir-regola pjuttost milli l-eċċezzjoni fil-qafas tal-akkwist pubbliku, sabiex l-Istati Membri jitħeġġu jistabbilixxu strateġiji nazzjonali b'tali mod li jimplimentaw l-akkwist elettroniku u l-fatturar elettroniku u jaqsmu l-aħjar prattiki.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Il-Kumitat ifakkar li fir-rigward tal-akkwist pubbliku jqis li huwa importanti li ssir reviżjoni tal-qafas legali li twassal għall-virtwalizzazzjoni tal-proċedura filwaqt li l-akkwist elettroniku jsir gradwalment obbligatorju. Madankollu, iqis li l-progress li sar kellu effetti mhux mixtieqa, kif juru r-riżultati dwar l-użu tal-akkwist elettroniku.

3.2

Il-frammentazzjoni tas-suq tal-akkwist elettroniku ġiet enfasizzata peress li l-Istati Membri għażlu li jaħdmu għal rashom u dan wassal biex jinħolqu soluzzjonijiet u pjattaformi differenti li, peress li kien hemm nuqqas ta' viżjoni strateġika, ma tfasslux biex ikunu interoperabbli - kundizzjoni essenzjali għall-aċċess universali. Għalkemm fil-livell lokali ġiet irreġistrata żieda fin-numru ta' parteċipanti fis-sejħiet għall-offerti, li huwa sinjal ta' titjib fl-aċċess għas-suq, ma jistax jingħad l-istess għas-sejħiet għall-offerti transkonfinali, fejn l-SMEs għandhom diffikultajiet fir-rigward tal-aċċess mhux biss minħabba raġunijiet tekniċi iżda wkoll minħabba raġunijiet ekonomiċi - l-aċċess għas-sejħiet għall-offerti transkonfinali huwa possibbli biss għall-SMEs li jingħaqdu f'konsorzji, soluzzjoni li tista' u li għandha tiġi ppreżentata u titħeġġeġ fil-livell nazzjonali.

3.3

Il-KESE jqis li l-kwistjoni tal-interoperabbiltà hija essenzjali u jitlob li jinstab approċċ aktar deċiżiv f'dan ir-rigward. Huwa jaqbel mal-ħidma ta' standardizzazzjoni li saret u jqis li jeħtieġ li jinsiltu tagħlimiet mill-esperjenzi li nkisbu fil-pajjiżi fejn is-sistema hija aktar żviluppata.

3.4

L-akkwist elettroniku "minn tarf sa tarf" huwa strument importanti biex jiżdiedu r-reqqa u t-trasparenza f'settur li, peress li jikkonċerna lil kulħadd, għandu jkun ta' eżempju u jkun id-difensur tal-onestà u s-serjetà.

3.5

Il-vantaġġi li jistgħu jinsiltu huma dawn li ġejjin:

il-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa;

effikaċja akbar tas-suq minħabba tnaqqis konsiderevoli tal-ispejjeż operattivi u tal-opportunitajiet matul il-fażijiet differenti tal-kuntratt, kemm għall-entità aġġudikanti kif ukoll għall-parti kontraenti;

impatt pożittiv fuq l-ambjent minħabba l-virtwalizzazzjoni tad-dokumenti, kemm fir-rigward tat-tnaqqis fil-konsum tal-karti kif ukoll fit-tnaqqis tal-impronta ekoloġika inerenti għad-distribuzzjoni tad-dokumenti;

it-tqassir tal-iskadenzi tal-aġġudikazzjoni u tal-ħlas;

faċilità akbar biex tiġi kkontrollata l-proċedura;

l-integrazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern;

l-estensjoni tal-akkwist pubbliku għall-SMEs nazzjonali u internazzjonali minħabba li jonqsu d-diffikultajiet dovuti għad-distanza sal-post fejn issir is-sejħa għall-offerti, li jiffaċilita l-aċċess għas-sejħiet għall-offerti nazzjonali u internazzjonali;

peress li l-formola tas-sejħa għall-offerti timtela b'mod elettroniku u tinkludi fażi ta' validazzjoni, il-probabbiltà li jsiru żbalji fil-mili tal-formoli u r-riskju ta' esklużjoni mis-sejħa għall-offerti minħabba nuqqas ta' konformità jonqsu wkoll;

il-pjattaformi jistgħu jibagħtu twissijiet lill-provvedituri interessati dwar il-pubblikazzjoni tas-sejħiet għall-offerti;

l-opportunità biex tiġi modernizzata l-amministrazzjoni pubblika, li konsegwentement jimplika l-virtwalizzazzjoni ta' proċeduri oħra u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv;

it-tnaqqis tal-ispejjeż ta' negozjar;

opportunitajiet għall-intrapriżi li jipprovdu servizzi teknoloġiċi u ta' komunikazzjoni;

il-ħolqien ta' valuri ġodda għall-funzjonarji tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-impjegati tal-intrapriżi.

3.6

Fir-rigward tal-iżvantaġġi nistgħu nsemmu dawn li ġejjin:

l-ispejjeż kbar tal-ħolqien u l-manutenzjoni tal-pjattaformi tas-sejħiet għall-offerti elettroniċi li żgur jimplika investiment kbir iżda jiġġenera vantaġġi aktar importanti;

fil-pajjiżi fejn diġà sar investiment f'tali pjattaformi, l-ispejjeż għall-adattament tas-softwer, u saħansitra tal-materjal, jistgħu jkunu konsiderevoli kemm għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll għall-atturi ekonomiċi;

is-sikurezza tad-data li tidher fil-pjattaformi elettroniċi;

id-dipendenza mis-servizzi pprovduti minn partijiet terzi bħall-operaturi tat-telekomunikazzjoni u l-amministraturi tal-pjattaformi tas-sejħiet għall-offerti;

iż-żieda fl-għadd ta' regoli relatati mal-approċċ meħtieġ għall-proċess ta' aġġudikazzjoni (it-tressiq tal-offerti, il-provvediment ta' dokumenti, il-formoli li għandhom jimtlew) tista' twassal biex isiru aktar żbalji proċedurali li jistgħu jinvalidaw l-aġġudikazzjoni jew l-akkwist.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1

Din il-proposta għal Direttiva dwar il-fatturar elettroniku fil-qafas tal-akkwist pubbliku, li tistabbilixxi standard Ewropew għall-fatturar elettroniku, hija pass li hu ta' min ifaħħru lejn l-introduzzjoni tal-akkwist elettroniku "minn tarf sa tarf", mentri l-ħruġ u l-iskambju ta' fatturi elettroniċi għadhom fl-istadju inizjali. L-istandardizzazzjoni tal-informazzjoni fil-fattura ser tikkontribwixxi biex tiġi faċilitata l-interoperabbiltà transkonfinali mixtieqa. Il-Kumitat madankollu jqis li l-iskadenzi previsti huma twal wisq u ma jaqdux l-għan ta' ġeneralizzazzjoni rapida tal-użu tal-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku, prattika li tista' tipproduċi effett kaskata fuq l-akkwist l-ieħor.

4.2

Il-proposta mhijiex ambizzjuża biżżejjed peress li kulma tagħmel huwa li tipprojbixxi lill-korpi pubbliċi milli jirrifjutaw id-dokumenti mfassla skont l-istandard Ewropew.

4.3

Fid-dawl tal-ammont tal-investiment fl-infrastruttura miftiehem mill-Istati Membri, hemm bżonn li l-istandardizzazzjoni ssir mill-aktar fis sabiex l-investiment li diġà sar ikollu redditu u jiġi evitat li jsir investiment ġdid li sadanittant ma jkunx konformi mal-istandard il-ġdid.

4.4

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) ser jingħata mandat mill-Kummissjoni sabiex iwettaq il-ħidma ta' standardizzazzjoni. Il-KESE jqis li din il-ħidma għandha tibbaża fuq ir-riżultati miksuba mis-CEN fil-qafas tal-workshop "Business Interoperability Interfaces (BII)" li wassal għall-ħolqien ta' "profili standardizzati interoperabbli" kif ukoll fuq l-esperjenza tal-proġett PEPPOL (Pan-European Public Procurement Online - Akkwist Pubbliku Onlajn Pan-Ewropew) li fassal is-soluzzjonijiet tal-interoperabbiltà meħtieġa għall-konnessjoni tal-pjattaformi li jeżistu diġà fl-Istati Membri.

4.5

Fil-kuntest attwali ta' skarsezza ta' riżorsi finanzjarji, il-Kumitat jilqa' l-pjan tal-Kummissjoni bil-għan li tiffinanzja u tappoġġja l-iżvilupp tal-infrastrutturi għall-akkwist pubbliku "minn tarf sa tarf" permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (6). Madankollu, fid-dawl taċ-ċirkostanzi u t-tnaqqis tar-riżorsi disponibbli, minn EUR 9,2 biljun għal EUR 1 biljun biss, il-Kumitat jirrakkomanda li ma jiġix injorat l-investiment għat-tfassil ta' mekkaniżmi tal-akkwist elettroniku meta jkunu qed jiġu allokati r-riżorsi limitati.

4.6

Is-suċċess tal-implimentazzjoni tal-akkwist elettroniku "minn tarf sa tarf" ma kienx biss ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, ta' min ifakkar lill-Istati Membri fir-rwol tagħhom sabiex din il-prattika ssir realtà. Il-Kummissjoni mhux biss għandha tagħti eżempju billi taqleb għall-akkwist elettroniku iżda, hija u twettaq il-poter ta' standardizzatur tagħha, għandha wkoll tgħin lill-Istati Membri billi xxerred il-prattiki tajba u tħeġġeġ l-istabbiliment ta' strateġiji nazzjonali bil-għan li tiġi implimentata sistema ta' akkwist pubbliku aċċessibbli għal kulħadd, sistema kkaratterizzata mill-interoperabbiltà u l-aċċess universali. Element importanti ieħor tar-rwol tal-Kummissjoni huwa li tippubblika s-soluzzjonijiet ta' sorsi miftuħa (open source) li jeżistu.

4.7

Il-Kummissjoni tħabbar it-tnedija ta' studju li l-għan tiegħu hu li jelenka l-aktar strateġiji effikaċi fir-rigward tal-akkwist elettroniku u tal-fatturar elettroniku fl-Ewropa sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jivvalutaw huma stess il-politiki tagħhom. It-tixrid tal-prattiki tajba huwa kemm importanti kif ukoll mixtieq. Diġà saru diversi studji u r-riżultati tagħhom ġew ippubblikati, bħal pereżempju r-rakkomandazzjonijiet tal-gruppi ta' esperti dwar l-akkwist elettroniku, "The Golden Book of e-procurement" (Il-Ktieb tad-Deheb dwar l-Akkwist Elettroniku), (dawn l-istudji, għalkemm indipendenti, waslu għal konklużjonijiet simili) u r-rapport finali tal-proġett PEPPOL. Kull pajjiż għandu l-ispeċifiċitajiet tiegħu u għandu jiġi megħjun fit-tfassil tal-istrateġiji, iżda mhux bilfors permezz tal-pubblikazzjoni ta' studju ieħor; fil-fatt, dan il-mod ta' din il-proċedura jista' jkun kontroproduttiv, u saħansitra inutli.

4.8

Il-Kumitat jilqa' l-opinjoni tal-Kummissjoni favur il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-użu ta' ċertifikati elettroniċi permezz tal-Fajl tal-Kumpaniji Virtwali (Virtual Company Dossier - VCD) li saru fil-qafas tal-proġett PEPPOL, li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jressqu d-dokumenti meħtieġa lil kwalunkwe intrapriża aġġudikanti fl-Ewropa kapaċi li tinterpretahom u li taċċettahom.

4.9

Ta' min jilqa' wkoll l-intenzjoni li jiġu kkontrollati, fil-livell nazzjonali, l-ispejjeż marbuta mal-akkwist pubbliku kif ukoll l-indikaturi ta' prestazzjoni relatati. Hawnhekk ta' min isemmi l-eżempju tal-portal Portugiż "Base" (7) li diġà jippermetti li jiġu kkontrollati l-ispejjeż relatati mal-akkwist pubbliku u li jinkisbu diversi tipi ta' statistika.

4.10

Il-Kumitat jilqa' b'mod favorevoli l-possibbiltà li jiġi ffinanzjat il-ħolqien tal-programmi ta' taħriġ għall-intrapriżi billi jintużaw il-fondi strutturali għall-2014-2020 u jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu megħjuna b'mod partikolari l-SMEs. Madankollu, m'għandux jiġi injorat it-taħriġ tas-settur pubbliku u t-tfassil ta' programmi ta' taħriġ li jippromovu l-użu effikaċi tal-metodi l-ġodda, virtwali u li jiswew anqas. Il-possibbiltà ta' finanzjament tal-infrastrutturi hija importanti wkoll u din m'għandhiex tiffoka biss fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi, iżda għandha tiffoka wkoll fuq l-atturi ekonomiċi.

4.11

Kif diġà stqarr, il-Kumitat iqis li l-kwistjoni tal-interoperabbiltà u tal-aċċess universali hija ta' importanza assoluta u jilqa' b'mod favorevoli l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-prinċipji fundamentali li jirregolaw is-sistemi tal-akkwist elettroniku. Apparti t-tħassib tiegħu dwar il-faċilità ta' aċċess għall-fornituri transkonfinali u l-SMEs, il-Kumitat jinsisti li jiġu kkunsidrati l-ostakli lingwistiċi u d-diffikultajiet ta' aċċess li jesperjenzaw il-persuni b'diżabbiltà u f'dan ir-rigward ifakkar fir-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta' diżabbiltà stipulati fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà li ġiet irratifikata mill-Unjoni Ewropea.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  ĠU C 11, 15.1.2013, p. 44

(2)  L-akkwist elettroniku "minn tarf sa tarf" jinvolvi l-użu tal-komunikazzjoni elettronika u l-ipproċessar elettroniku tat-tranżazzjonijiet ta' akkwist ta' beni u servizzi minn entitajiet tas-settur pubbliku fl-istadji kollha tal-akkwist pubbliku mill-fażi ta' qabel il-proċedura ta' aġġudikazzjoni (il-pubblikazzjoni elettronika tal-avviżi, l-aċċess għad-dokumenti pubbliċi, il-preżentazzjoni tal-proposti, l-evalwazzjoni tal-proposti u l-aġġudikazzjoni tal-kuntratt) sal-fażi ta' wara l-aġġudikazzjoni (l-ordni, il-fatturar u l-ħlas).

(3)  ĠU C 11, 15.1.2013, p. 44

(4)  COM(2012) 179 final.

(5)  Data tal-Eurostat 2013.

(6)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 116-119.

(7)  www.base.gov.pt


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/101


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjonital-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-disponibbiltà fis-suq ta' apparat ta' pressjoni (Riformulazzjoni)”

COM(2013) 471 final – 2013/0221 (COD)

2014/C 67/20

Relatur uniku: is-Sur PEZZINI

Nhar l-4 ta’ Lulju 2013 u nhar is-16 ta’ Lulju 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-disponibbiltà fis-suq ta' apparat ta' pressjoni (Riformulazzjoni)

(COM(2013) 471 finali – 2013/0221 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-2 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta’ Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’142 vot favur, 2 voti kontra u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew japprezza l-ħidma li għamlet il-Kummissjoni biex tadatta r-regolamenti Ewropej, dwar l-apparat ta' pressjoni, għall-iżviluppi internazzjonali u l-qafas regolatorju intern il-ġdid, biex tissaħħaħ l-effikaċja u l-effiċjenza tas-suq u jiġu semplifikati l-proċeduri, billi jiġu stabbiliti r-rekwiżiti meħtieġa ta' sikurezza li magħhom iridu jikkonformaw l-apparati ta' pressjoni, biex jinħarġu fis-suq intern.

1.2

Il-KESE jaqbel mal-għażla li l-bidla sseħħ permezz ta' riformulazzjoni, jiġifieri permezz tal-adozzjoni ta' att legali ġdid li jintegra f'test wieħed il-modifiki sostanzjali, bil-għan li jiġi assigurat l-adattament tad-Direttiva 97/23/KE (PED) għall-qafas regolatorju l-ġdid.

1.3

Il-KESE jtenni għal darb'oħra l-importanza li jiġi assigurat it-tħaddim sħiħ tal-prinċipju tal-moviment ħieles ta' prodotti, sikuri u li jikkonformaw sabiex il-prodotti li jiġu kummerċjalizzati b'mod legali fi Stat Membru jkunu jistgħu jinbiegħu bla diffikultà fit-territorju kollu tal-UE, filwaqt li tiġi assigurata t-traċċabbiltà sħiħa tal-prodotti, u monitoraġġ tas-suq li jkun uniformi, effikaċi u effiċjenti.

1.4

Fil-fehma tal-KESE l-obbligi u l-proċeduri kollha tad-Direttiva l-ġdida PED iridu jiġu applikati fir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità tal-proċeduri u tal-piżijiet taċ-ċertifikazzjoni, speċjaliment għall-intrapriżi ż-żgħar u għal prodotti li ma jsirux bil-massa jew isiru fi kwantitajiet żgħar.

1.5

Il-KESE jqis li huwa daqstant ieħor importanti li jkun hemm monitoraġġ aktar effiċjenti u ġeneralizzat tas-suq u ekwivalenza akbar fil-livelli ta' kompetenza tal-korpi nnotifikati tal-valutazzjoni tal-konformità, li jridu jikkonformaw ma' kriterji vinkolanti u ta' livell għoli, u li jibbenefikaw minn appoġġ f'taħriġ.

1.6

L-applikazzjoni tad-Direttiva l-ġdida PED trid tiġi ssorveljata u jrid jitressaq rapport kull sentejn lill-Kunsill, 'il-Parlament u 'l-Kumitat minn esperti indipendenti.

1.7

Fil-fehma tal-Kumitat, iridu jissaħħu l-indikaturi, miġbura mir-RAPEX, li jagħmluha possibbli li jiġi ssorveljat it-tnaqqis fis-suq tal-għadd ta' prodotti li ma jikkonformawx u t-titjib tal-kwalità tas-servizzi ta' valutazzjoni tal-konformità mogħtija mill-korpi nnotifikati.

1.8

Ir-responsabbiltajiet tal-implimentazzjoni tad-Direttiva l-ġdida mogħtija lill-Kummissjoni, jridu jsibu ambitu ta' applikazzjoni li jkun ċar, trasparenti u fuq kollox jirrispetta d-dritt għall-informazzjoni u meta jkun il-każ, tal-konsultazzjoni tal-Parlament, il-Kunsill u kull Stat Membru.

2.   Kwistjonijiet ewlenin fil-kummerċjalizzazzjoni tal-apparat ta' pressjoni

2.1   L-armonizzazzjoni regolamentari u l-apparat ta' pressjoni

2.1.1

Il-kummerċ fi ħdan l-UE tal-prodotti ta' konsum jirrappreżenta madwar elf biljun Euro, bejn l-2008 u l-2010, u l-valur tas-setturi armonizzati fl-UE kemm għall-prodotti tal-konsum kif ukoll għal dawk b'użu professjonali, huwa stmat li jaqbeż EUR 2100 biljun

2.1.2

Il-moviment ħieles ta' prodotti sikuri u konformi hija waħda mill-pilastri fundamentali tal-Unjoni u l-monitoraġġ tas-suq huwa strument essenzjali għall-ħarsien tal-konsumaturi u l-utenti miċ-ċirkolazzjoni fis-suq ta' prodotti perikolużi u li ma jikkonformwawx.

2.1.3

L-introduzzjoni tad-Direttiva 97/23/KE dwar l-apparat ta' pressjoni - imsejħa d-"Direttiva PED" - kienet importanti ħafna:

biex jaħdem is-suq intern fis-settur, kemm b'mod effiċjenti kif ukoll b'mod effikaċi,

biex jitneħħew diversi ostakli għall-kummerċ,

biex jiġi garantit livell għoli ta' sigurtà tal-prodotti.

2.1.4

Il-KESE laqgħa b'mod favorevoli l-adattament tal-qafas regolatorju għar-regolamenti l-ġodda dwar il-mod li bih tiġi kummerċjalizzata l-merkanzija fis-suq intern (1), bl-approvazzjoni tar-regolament KE 765/2008 (2) fil-qasam tal-akkreditazzjoni u tal-viġilanza, imsejjaħ "ir-Regolament tal-Qafas Regolatorju l-Ġdid", u d-Deċiżjoni 768/2008/ KE li tistabbilixxi qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti, magħrufa bħala d-"Deċiżjoni tal-Qafas Regolatorju l-Ġdid", fik hemm indikat fil-"Pakkett tal-Merkanzija" li l-KESE kkummenta dwaru b'mod pożittiv (3).

2.1.5

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tadatta d-Direttiva 97/23/KE għar-Regolament (KE) nr. 1272/2008, tas-16 ta' Diċembru 2008, msejjaħ "ir-Regolament CLP", dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (4), skont il-klassifikazzjoni li hemm fiha, biex tqis il-periklu minħabba fil-pressjoni assoċjata mal-likwidi perikolużi.

2.2   Adattament għall-qafas ġdid regolatorju u l-koerenza legali

2.2.1

Il-problema tan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva PED b'mod ġenerali titqies mill-operaturi ekonomiċi kollha tas-settur, bħala fattur li jtellef il-kompetittività tal-intrapriżi li jirrispettaw ir-regoli.

2.2.2

Din hija forma ta' kompetizzjoni inġusta, li fil-parti l-kbira tirriżulta minn nuqqas ta' mekkaniżmi ta' sorveljanza tas-suq jew minn nuqqas tal-effikaċja tagħhom: nuqqas ta' effiċjenza tat-traċċabbiltà tal-prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi, nuqqas ta' kompetenza tal-korpi notikati (5), anke fir-rigward tal-applikazzjoni diretta tad-Deċiżjoni tal-Qafas Regolatorju l-Ġdid.

2.2.3

Barra minn hekk, il-valutazzjonijiet tal-impatt wrew li l-operaturi ekonomiċi jsibuha diffiċli jitrattaw ma' kuntest ta' regolamenti li qed isir dejjem aktar kumplikat.

2.2.4

Qed issir ħaġa aktar spissa li għall-istess prodott jiġu applikati diversi atti regolamentari, bħal fil-każ tar-Regolament CLP, dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet, li jdaħħal klassijiet u kategoriji ġodda ta' periklu, li jaqblu biss parzjalment ma' dawk li qed jintużaw bħalissa u li ser jibdew jintużaw mis-settur mill-1 ta' Ġunju 2015.

2.2.5

Fl-opinjoni (6) tiegħu dwar ir-Regolament u d-Deċiżjoni tal-Qafas Regolatorju l-Ġdid, il-KESE kien diġà ġibed l-attenzjoni li "ir-rinfurzar u l-aġġornar tar-rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti sikuri u ta' kwalità għolja huma fatturi ewlenin għall-konsumaturi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej".

2.2.6

F'dan il-kuntest, il-KESE esprima ruħu b'mod favorevoli dwar l-adattament tad-Direttiva PED għad-Deċiżjoni tal-Qafas Regolatorju l-Ġdid, biex tinkiseb l-aħjar kwalità legali permezz tat-teknika leġislattiva tar-riformulazzjoni, permezz ta' "l-adozzjoni ta’ att legali ġdid li jinkorpora f’test wieħed kemm l-emendi sostantivi li dan jagħmel għall-att ta’ qabel kif ukoll id-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta’ dak l-att. L-att legali l-ġdid jissostitwixxi u jħassar l-att ta' qabel" (7).

2.2.7

Bl-istess mod, il-Kumitat jivvaluta b'mod pożittiv l-adattament tad-Direttiva 97/23/KE għar-Regolament CLP, biex jiggarantixxi l-koerenza legali, f'dak li jirrigwarda il-klassifikazzjoni tal-apparat tal-pressjoni, fuq il-bażi tal-likwidu li jkun hemm fih, mill-1 ta' Ġunju 2015, meta d-Direttiva 67/548/KEE titħassar. Din is-sinkronizzazzjoni timplimenta fi ħdan l-UE s-sistema ta' armonizzazzjoni ġenerali tal-iklassifikar u t-tikkettar tal-prodotti kimiċi, adottata fil-livell internazzjonali fil-qafas tal-istruttura tan-Nazzjonijiet Uniti.

2.3   L-obbligi tal-operaturi ekonomiċi u r-rekwiżiti ta' traċċabbiltà

2.3.1

Għall-KESE huma partikolarment relevanti, id-dispożizzjonijiet rigward it-traċċabbiltà tal-prodotti u l-obbligi għall-operaturi ekonomiċi b'referenza partikolari għal:

l-obbligu għall-importaturi, ir-rappreżentanti awtorizzati u d-distributuri tal-verifika tal-marka CE li l-prodotti jkollhom id-dokumenti mitluba u l-informazzjoni dwar it-traċċabbiltà,

l-obbligu għall-fabbrikanti li jgħaddu istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sigurtà b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u l-untenti aħħarin,

it-traċċabbiltà tul il-katina tad-distribuzzjoni: fabbrikanti, rappreżentanti awtorizzati u importaturi,

għal kull operatur ekonomiku, l-obbligu li jindika, lill-awtoritajiet, mingħand min xtara il-prodott u lil min fornih.

2.3.2

Dawn il-garanziji ta' traċċabbiltà, għal kwalunkwe apparat ta' pressjoni li jinħareġ fis-suq, għandhom jiġu applikati fir-rispett sħiħ tal-prinċipju tal-proporzjonalità tal-proċeduri u tal-piżijiet taċ-ċertifikazzjoni, speċjaliment għall-intrapriżi ż-żgħar u għal prodotti li ma jiġux prodotti bil-massa jew fi kwantitajiet żgħar.

2.3.3

Huma daqstant ieħor importanti s-sorveljanza aktar effiċjenti tas-suq u ekwivalenza akbar fil-livelli ta' kompeteza tal-korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-konformità, bi rekwiżiti vinkolanti obbligatorji għal kulħadd, bil-għan li tiġi garantita l-akbar imparzjalità u effikaċja fl-UE kollha u kompetizzjoni ugwali għall-produtturi kollha.

2.3.4

L-indikaturi li jippermettu l-monitoraġġ tat-tnaqqis fis-suq tal-għadd ta' prodotti mhux konformi u t-titjib fil-kwalità tas-servizzi ta' valutazzjoni jridu jkunu bbażati fuq l-informazzjoni miksuba permezz tas-sistema RAPEX u l-proċeduri ta' notifka tal-klawsola tas-salvagwardja, stabbiliti b'konformità mad-Direttiva, u fuq il-bażi tad-data NANDO (8).

2.3.5

Il-Kumitat iqis li, fil-każ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni tad-Direttiva l-ġdida riformulata mill-Kummissjoni, b'konformità mar-regolament (UE) nru. 182/2011 tas- 16 ta' Frar 2011, dan isir b'rispett sħiħ tal-garanziji tal-informazzjoni tal-Kunsill u l-Parlament u jekk ikun il-każ tal-Istat Membru interressat.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon ir-riformulazzjoni tad-Direttiva PED tal-1997 u japprezza l-ħidma tal-Kummissjoni biex tadatta ir-regolamenti Ewropej dwar l-apparat ta' pressjoni għall-iżviluppi internazzjonali u l-qafas regolatorju intern il-ġdid.

3.2

Il-KESE jtenni l-importanza li jiġi assigurat it-tħaddim sħiħ tal-prinċipju tal-moviment ħieles ta' prodotti, sikuri u li jikkonformaw sabiex il-prodotti li jiġu kummerċjalizzati b'mod legali fi Stat Membru jkunu jistgħu jinbiegħu bla diffikultà fit-territorju kollu tal-UE, filwaqt li tiġi assigurata t-traċċabbiltà sħiħa tal-prodotti flimkien ma' monitoraġġ tas-suq li jkun applikat b'mod uniformi, effikaċi u effiċjenti.

3.3

Il-prinċipju tal-proporzjonalità tal-proċeduri u l-piżijiet taċ-ċertifikazzjoni, b'mod partikolari għall-intrapriżi ż-żgħar u għall-prodotti li ma jsirux bil-massa jew li jsiru f'ammonti żgħar jrid jingħata aktar attenzjoni. Il-KESE huwa tal-fehma li reviżjoni regolamentari bħal dik proposta, ikollha bżonn valutazzjoni tal-impatt speċifika għall-SMEs, li tmur lil hinn mill-analiżi tal-impatt u tal-konsultazzjonijiet li saru.

3.4

Sorveljanza ġeneralizzata tas-suq aktar effiċjenti u ekwivalenza akbar tal-kompetenzi tal-korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-konformità, m'għandhomx jinkisbu biss permezz ta' mekkaniżmi ta' sanzjonijiet, iżda wkoll, u fuq kollox, bl-appoġġ ta' azzjonijiet Ewropej ta' taħriġ li jkunu mirati.

3.5

Ir-regolamentazzjoni l-ġdida riveduta għandha tiġi verifikata u jsiru rapporti regolari lill-istituzzjonijiet tal-UE, msaħħa bl-indikaturi RAPEX dwar l-andament tal-ksur tal-konformità u tas-sigurtà ġenerali tal-apparati ta' pressjoni li jinħarġu fis-suq.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  ĠU C 120, 16.5.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30; ĠU C 120, 16.5.2008, p. 1.

(3)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 105.

(4)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(5)  Korpi notifikati = korpi (notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni) responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità li jittestjaw il-prodotti, jeżaminawhom u jiċċertifikawhom.

(6)  ĠU C 120, 16.5.2008, p. 1.

(7)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 105.

(8)  Cfr. http://ec.europa.eu/enterprise/newapproach/nando/


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/104


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea”

COM(2013) 451 final – 2013/0218 (COD)

u “L-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea”

COM(2013) 452 final – 2013/0220 (COD)

2014/C 67/21

Relatur ġenerali: is-Sur PEGADO LIZ

Nhar is-16 ta' Settembru 2013 u l-4 ta' Lulju 2013, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew iddeċidew, rispettivament, b'konformità mal-Artikolu 33, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 64(2), l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2)(b), l-Artikolu 168(4)(b), l-Artikolu 172, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 207 u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

COM(2013) 451 final – 2013/0218 (COD).

Nhar l-4 ta’ Lulju 2013, il-Parlament Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

COM(2013) 452 final – 2013/0220 (COD).

Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħatar lis-Sur Pegado Liz relatur ġenerali u adotta din l-Opinjoni b’110 voti favur u 6 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

L-għan taż-żewġ proposti għal Regolament COM(2013) 451 final u COM(2013) 452 tas-27 ta' Ġunju 2013, li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) intalab Opinjoni dwarhom, hu li jsir avvanz lejn "l-allinjament kollettiv" tar-reġim il-ġdid tal-atti ddelegati ta' 165 strument leġiżlattivli inizjalment kienu soġġetti għall-proċedura regolatorja bi skrutinju (PRS).

1.2

Dan l-eżerċizzju ntalab mill-Parlament Ewropew bl-appoġġ tal-Kunsill bil-għan li l-prattiki preċedenti tal-"komitoloġija" jiġu allinjati mal-proċedura ta' delega prevista fl-Artikolu 290 tat-TFUE.

1.3

Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni peress li hija meħtieġa għas-sigurtà tas-sorsi tal-liġi tal-Unjoni u timmira li tikseb l-għan tas-semplifikazzjoni u l-effikaċja.

1.4

Il-KESE jfakkar li r-rapport dettaljat tiegħu dwar il-proċedura ta' delega ġie adottat dal-aħħar u jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat biex din l-Opinjoni tinfiehem.

1.5

Dan l-allinjament kollettiv ta' 165 strument legali (regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet) li jolqtu tnax-il qasam differenti jqajjem bosta kwistjonijiet legali u prattiċi.

1.6

Ċerti elementi tal-proċedura ta' delega għadhom mhumiex ċari. Barra minn hekk, l-idea ta' "elementi mhux essenzjali" għad trid tiġi definita. Għad trid issir ukoll valutazzjoni preċiża tat-tħaddim tal-mekkaniżmu.

1.7

Uħud mill-proposti għal regolament għandhom għażliet li ma jqisux il-qafas stabbilit mill-atti leġiżlattivi bażiċi u jaslu biex jipprevedu li d-delega titwettaq matul perjodu indeterminat jew li jistabbilixxu skadenzi qosra ħafna għall-iskrutinju mill-Parlament u l-Kunsill.

1.8

Fid-dawl tal-osservazzjonijiet ġenerali u partikolari li għamel, il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tadatta l-eżerċizzju tagħha ta' "allinjament kollettiv" billi tqis iktar l-ispeċifiċitajiet ta' ċerti atti leġiżlattivi bażiċi.

1.9

Il-KESE jirrakkomanda wkoll lill-Kunsill u lill-Parlament li jkunu viġilanti kemm jista' jkun u li jevalwaw bir-reqqa l-atti kollha inklużi f'dan l-eżerċizzju ta' "allinjament".

2.   Introduzzjoni

2.1

It-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, stabbilixxa distinzjoni bejn is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' natura ġenerali li jikkomplementaw jew li jimmodifikaw ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv, prevista fl-Artikolu 290 tat-TFUE (proċedura ta' delega), u s-setgħa li tadotta atti ta' eżekuzzjoni prevista fl-Artikolu 291 tat-TFUE (proċedura ta' implimentazzjoni).

2.2

Dawn is-setgħat huma soġġetti għal oqfsa legali differenti.

2.2.1

L-implimentazzjoni tas-setgħa ta' delega hija prevista minn strumenti mingħajr ma tkun vinkolanti:

il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1);

il-ftehim dwar l-atti ddelegati (common understanding on delegated acts) miftiehem bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni;

l-Artikoli 87(a) u 88 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew, emendat mid-Deċiżjoni tal-10 ta' Mejju 2012 (2).

2.2.1.1

Il-Kumitat dan l-aħħar adotta rapport ta' informazzjoni dettaljat dwar il-proċedura ta' delega, u jirrakkomanda bil-qawwa li dan jinqara biex din l-Opinjoni tinfiehem b'mod sħiħ (3).

2.2.2

L-implimentazzjoni tas-setgħa ta' implimentazzjoni prevista fl-Artikolu 291 tat-TFUE taqa' taħt il-qafas tal-istrumenti legali vinkolanti:

ir-Regolament 182/2011 (4) (minn issa 'l quddiem ir-Regolament dwar il-komitoloġija) li jipprevedi żewġ proċeduri: il-proċedura konsultattiva u l-proċedura ta' eżami;

id-Deċiżjoni 1999/468/KE (5) (minn issa 'l quddiem id-"deċiżjoni dwar il-komitoloġija") kif ġiet modifikata fl-2006 sabiex tissaħħaħ is-setgħa tal-iskrutinju tal-Parlament u l-Kunsill, li tipprevedi l-proċedura regolatorja bi skrutinju (minn issa 'l quddiem "PRS").

2.2.3

Il-PRS tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jemendaw l-elementi mhux essenzjali tal-atti leġiżlattivi bażiċi. Il-kliem previst fl-Artikolu 5 tad-"Deċiżjoni dwar il-komitoloġija" (6) huwa qrib ħafna tad-definizzjoni tal-atti ddelegati. Att iddelegat bħal dak definit fl-Artikolu 290 tat-TFUE huwa att kważi leġiżlattiv adottat mill-Kummissjoni biex tikkompleta jew timmodifika l-elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv.

2.2.4

Kien minħabba f'din is-similarità li bejn l-2009 u l-2014 l-Artikolu 5(a) tad-deċiżjoni dwar il-komitoloġija u l-PRS baqgħu provviżorji, peress li l-għan tal-Kummissjoni kien li tuża dan il-perjodu limitat biex tadatta d-dispożizzjonijiet eżistenti li jipprevedu PRS għar-reġim tal-atti ddelegati.

2.2.5

Wara li saret "talba" mill-Parlament Ewropew (7), il-Kummissjoni nediet eżerċizzju ta' allinjament ta' xi regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet, bl-appoġġ tal-Kunsill (8).

L-għan tal-proposti tar-regolamenti omnibus, li l-Kumitat intalab konsultazzjoni dwarhom, hu li jipproċedu b'mod kollettiv lejn dan l-allinjament.

3.   Proposti tal-Kummissjoni

3.1

Il-Kummissjoni ppubblikat żewġ proposti għal regolament:

waħda tittratta "għadd ta' atti leġiżlattivi" COM(2013) 451 final;

l-oħra tikkonċerna "għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja" COM(2013) 452 final.

It-tielet pakkett ta' proposti għadu qed jiġi analizzat u għandu jitlesta dalwaqt.

3.2

Il-proposta dwar "għadd ta' atti leġiżlattivi" għandha l-għan li, b'mod kollettiv, tgħaddi 160 att leġiżlattiv (regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet) mill-PRS għall-proċedura ta' delega, minn 11-il qasam differenti:

in-netwerks ta' komunikazzjoni, kontenut u teknoloġiji;

impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni;

azzjoni klimatika;

enerġija;

intrapriża u industrija;

ambjent;

statistika;

suq intern u servizzi;

mobbiltà u trasport;

saħħa u konsumaturi;

tassazzjoni u unjoni doganali;

3.2.1

Hija tikkonsisti f'memorandum ta' spjegazzjoni, proposta għal regolament u anness li jelenka l-atti konċernati mill-trasferiment ta' PRS għall-proċedura ta' delega.

3.3

Il-proposta dwar "għadd ta' atti leġiżlattivi fil-qasam tal-Ġustizzja" hija ttrattata f'test separat peress li l-bażi ġuridika tagħhom tidher fil-Kapitolu V tat-TFUE u ma jikkonċernawx l-Istati Membri kollha. B'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-TFUE, dan l-Istat Membru ma jistax jiġi soġġett għar-regolament propost.

3.3.1

Il-proposta għal regolament li tipprevedi l-adattar tal-Artikolu 290 tat-TFUE tal-atti legali fil-qasam tal-ġustizzja tittratta ħames regolamenti dwar:

il-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili u kummerċjali;

l-Ordni Ewropea ta' infurzar għal talbiet mhux kontestati;

il-proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea;

il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar;

is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali;

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Il-Kummissjoni tipproponi regolamenti omnibus għall-allinjament kollettiv ta' ħafna regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet, minflok ma tadotta proposta għal regolament għal kull wieħed mill-istrumenti konċernati.

4.1.1

Il-Kummissjoni diġà użat dan il-metodu fl-2006 biex tintroduċi l-PRS. Hija kellha rikors għal komunikazzjoni biex tadatta b'urġenza 25 regolament, fosthom, b'mod partikolari, id-Direttiva 2005/1/KE tad-9 ta' Marzu 2005 intiża biex tiġi organizzata struttura ġdida tal-kumitati kompetenti fis-servizzi finanzjarji (9). Hemm ukoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2007 dwar l-adattar ta' għadd ta' atti speċifikati f'4 annessi għall-PRS (10). Il-KESE kien ħareġ osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar dan (11).

4.1.2

Il-Kummissjoni għadha qatt ma wettqet allinjament daqshekk kbir.

4.1.3

Il-Kumitat jinnota li l-proposti għal regolament juru t-tifrix tal-poteri tal-Kummissjoni peress li jipprevedu l-firxa, it-tifrix u l-perjodu ta' żmien li fihom il-Kunsill u l-Parlament jistgħu jressqu oġġezzjoni.

4.1.4

Din l-għażla hija loġika mil-lat tas-semplifikazzjoni u r-rapidità tal-proċedura, imma tqajjem bosta kwistjonijiet.

a)   Perjodu indeterminat

4.2

L-Artikolu 2 taż-żewġ proposti għal regolament jipprevedu li s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati f'dan l-eżerċizzju hija "konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat".

4.2.1

Il-Kumitat ifakkar li skont l-Artikolu 290 tat-TFUE l-perjodu ta' żmien tas-setgħa ta' delega għandu jiġi previst espliċitament mill-att leġiżlattiv bażiku u li s'issa, apparti eċċezzjonijiet rari, id-delegi, fil-prinċipju, jiġu stabbiliti għal perjodu determinat, jekk hemm bżonn b'tiġdid, permezz ta' rapport dwar l-implimentazzjoni tad-delega.

4.2.2

Huwa jinnota li l-Parlament (12) mhuwiex tal-istess fehma tal-Kummissjoni fir-rigward tal-preferenza għad-delegi ta' perjodu ta' żmien indeterminat (13). Barra minn hekk, il-proposta għal regolament omnibus tneħħi l-obbligu li jiġu preżentati rapporti perjodiċi dwar l-applikazzjoni ta' miżuri previsti fl-atti bażiċi (14).

4.2.3

Għalhekk, il-KESE jistaqsi jekk ir-regolamenti ta' allinjament proposti mill-Kummissjoni jistgħux jaslu biex jipprevedu li d-delega tingħata għal perjodu ta' żmien indeterminat fil-każijiet kollha, ikun xi jkun il-qasam konċernat.

b)   Skrutinju mill-PE u l-Kunsill

4.3

Barra minn hekk, kif speċifika l-Kumitat fir-rapport ta' informazzjoni tiegħu dwar l-atti ddelegati, id-delega tas-setgħa hija soġġetta għall-iskrutinju tal-Kunsill u l-Parlament li jistgħu jirrevokaw is-setgħa ta' delega f'kull ħin, jippreżentaw oġġezzjoni għall-att iddelegat adottat mill-Kummissjoni, fil-prinċipju fi żmien xahrejn minn meta l-Kunsill u l-Parlament jiġu notifikati dwar it-tali att iddelegat, jew jinfurmaw lill-Kummissjoni fl-istess żmien ta' xahrejn dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjoni. Dan il-perjodu ta' żmien ta' xahrejn fil-prinċipju jista' jiġi estiż fuq talba tal-Parlament jew tal-Kunsill.

4.3.1

L-Artikoli 5bis(3) sa (6), tad-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija, jipprevedu reġim kumpless ta' perjodi ta' żmien differenti skont jekk il-miżuri previsti mill-Kummissjoni humiex konformi jew le mal-Opinjoni tal-Kumitat u dawn jistgħu jinbidlu minn 4 xhur għal xahrejn, skont jekk huwiex ikkonċernat il-Kunsill jew il-Parlament Ewropew.

B'deroga minn dan ir-reġim "normali" l-Artikolu 5bis(5)(b) jistabbilixxi li dawn il-perjodi ta' żmien jistgħu jitqassru "jekk dan ikun ġustifikat minn raġunijiet ta’ effikaċja" iżda mingħajr ma jistabbilixxi skadenza preċiża.

Barra minn hekk, il-paragrafu 6 jipprevedi reġim speċjali ta' perjodu ta' żmien ta' xahar previst b'mod obbligatorju qabel l-att bażiku, għall-każijiet speċifikati fejn ir-reġim normali ma jkunx jista' jiġi applikat "għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza".

4.3.2

L-Artikolu 2(6) tal-proposta għal Regolament li jadatta għadd ta' atti legali għall-Artikolu 290 tat-TFUE jirreferi għal din il-possibbiltà ta' deroga imma jipprevediha biss f'każijiet eċċezzjonali ġustifikati, meta l-perjodu ta' żmien normali għal oġġezzjoni min-naħa tal-Kunsill u l-Parlament għal att iddelegat jista' jitnaqqas għal xahar (15).

4.3.3

Ir-reġim il-ġdid jidher li jillimita l-flessibbiltà li għandhom il-Kunsill u l-Parlament biex jeżerċitaw is-setgħat ta' skrutinju.

4.3.4

Il-Kumitat jistaqsi b'mod partikolari dwar kemm huwa possibbli li l-Kunsill u l-Parlament jeżerċitaw b'mod effettiv is-setgħat ta' skrutinju fuq 165 att iddelegat f'perjodi ta' żmien daqshekk qosra.

c)   Elementi mhux essenzjali

4.4

Il-Kumitat ifakkar, kif kien enfasizza fir-rapport ta' informazzjoni tiegħu, li l-proċedura ta' delega hija intiża għall-adozzjoni ta' atti ddelegati li jikkonċernaw elementi "mhux essenzjali" previsti f'atti leġiżlattivi adottati b'mod konġunt mill-Kunsill u l-Parlament.

4.4.1

Il-proposti għal regolament tal-Kummissjoni jikkonċernaw tnax-il qasam differenti.

4.4.2

Peress li n-natura legali eżatta tal-atti ddelegati hija pjuttost vaga u l-oqsma kkonċernati minn dawn il-proposti għal regolament huma kemm mifruxa kif ukoll sensittivi, jista' jkun hemm dubju, kif se nuru iktar 'l isfel, dwar il-karattru "mhux essenzjali" ta' ċerti miżuri.

4.4.3

Barra minn hekk, l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-idea ta' "miżura mhux essenzjali" tvarja skont l-oqsma kkonċernati. Nhar il-5 ta' Settembru 2012, l-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet li d-drittijiet fundamentali tal-persuna ma jaqgħux taħt il-prerogattivi tal-leġiżlatur u għalhekk qatt ma jistgħu jagħmlu parti minn delega lill-Kummissjoni (16).

4.4.4

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE għadha ma ħarġitx deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kompetenza ddelegata tal-Kummissjoni. Il-Qorti għadha kif intalbet għall-ewwel darba għal konsultazzjoni fl-hekk imsejħa kawża tal-bijoċidji, ta' rikors għal annullament introdott mill-Kummissjoni kontra l-Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) nru 528/2012 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-22 ta' Mejju 2012 (17).

Ir-rikors sar fid-19 ta' Settembru 2012 u l-Qorti għandha tiddeċiedi sal-aħħar tal-2013/bidu tal-2014, wara li tkun semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1

Fil-maġġoranza tal-proposti eżaminati f'din l-Opinjoni, il-Kummissjoni tadotta b'mod adegwat u raġonevoli l-PRS għar-reġim ta' atti ddelegati previst fl-Artikolu 290 tat-TFUE. Madankollu, xi sitwazzjonijiet jqajmu dubji u diffikultajiet partikolari.

a)   Impreċiżjonijiet fir-reġim

5.2

Il-maġġoranza tal-istrumenti legali konċernati għandhom referenza ċara għall-Artikolu 5bis tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 (18), id-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija, li tintroduċi l-PRS u tipprevedi l-bżonn ta' rikors għal din il-proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri ġenerali li l-għan tagħhom hu li jimmodifikaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku. Minkejja li din il-modifika tar-reġim ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni tat-28 ta' Ġunju 1999, ma daħlitx fis-seħħ qabel l-24 ta' Lulju 2006.

5.2.1

B'hekk, l-ebda strument legali intiż għall-eżerċizzju ta' allinjament qabel din id-data ma jispeċifika liema miżuri huma soġġetti għar-reġim tal-PRS. Fil-fatt, kien biss bid-Deċiżjoni ta' Lulju 2006 li żdied paragrafu ġdid nru 2 mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Ġunju 1999. Din tipprevedi għall-ewwel darba l-adozzjoni ta' miżuri ġenerali li l-għan tagħhom hu li jimmodifikaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku.

5.2.2

Għalhekk, kull att leġiżlattiv jinkludi biss frażijiet (19) bħal "ċerti miżuri għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999", "il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat" u "fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha".

5.2.3

Il-Kumitat ifakkar li t-trasferiment tal-PRS għar-reġim tad-delega jfisser li jitneħħew l-opinjonijiet tal-kumitati rekwiżiti fil-qafas tal-PRS. Għall-kuntrarju, dawn jinżammu għall-miżuri ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 291 tat-TFUE.

5.2.4

Għaldaqstant, tneħħa wieħed mill-istadji tal-iskrutinju ta' natura "mhux essenzjali" ta' "ċerti elementi" tal-att leġiżlattiv bażiku.

5.2.5

L-atti preċedenti tad-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija b'mod partikolari jidhru fil-lista annessa mal-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni. Madankollu, dawn kienu ġew ippubblikati qabel ma l-proċedura ta' komitoloġija ġiet sistemizzata, fejn ir-referenzi għall-miżuri kienu estremament vagi, bħal pereżempju l-adattar għall-progress tekniku (Direttiva tal-20 ta' Mejju 1975 dwar l-aerosols) (20).

b)   Identifikazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni

5.3

Għad hemm ħafna xi jsir fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5bis għall-"elementi mhux essenzjali" ta' ċerti atti leġiżlattivi bażiċi. Pereżempju, il-formulazzjoni ġenerali: "il-miżuri (…) mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament" fir-Regolament KE 661/2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, mingħajr l-ebda preċiżjoni oħra, mhijiex sodisfaċenti.

5.3.1

F'xi partijiet, l-Artikolu 5bis huwa applikat għal elementi li hemm id-dubji dwar kemm il-karattru tagħhom "mhux essenzjali". Dan huwa l-każ, pereżempju:

tar-Regolament KE 715/2009 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali (Artikolu 23);

tar-Regolament KE 714/2009 dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku;

tal-Artikoli 23(1) u (4) u 40(3) tad-Direttiva 2006/123 tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, li tippermetti li jiġi definit il-karattru adatt, fir-rigward tan-natura u l-firxa tar-riskju, tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà professjonali;

l-Artikoli 12, 34(1) u 35(2) tar-Regolament KE 1371/2007 tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji.

c)   Oqsma relatati mad-drittijiet fundamentali

5.4

Il-miżuri msejħa "mhux essenzjali", bħall-adattar tal-annessi tad-direttivi, madankollu jistgħu jqajmu d-dubji fir-rigward tal-konsegwenzi tagħhom dwar il-protezzjoni ta' ċerti drittijiet fundamentali.

5.4.1

Pereżempju nistgħu nikkwotaw:

l-annessi għar-Regolament KE 1338/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008, dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol (Artikolu 9 u 10(2);

it-temi li għandhom jiġu koperti fiċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar (Regolament KE 763/2008 tad-9 ta' Lulju 2008);

l-annessi għad-Direttiva 2006/126/KE tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan;

id-derogi għall-annessi għar-Regolament KE 183/2005 tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (Artikoli 28 u 31(2));

l-annessi għar-Regolament KE 852/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (Artikoli 13(2) u 14);

il-modifika tal-annessi li jinkludu formulazzjonijiet għall-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet, bħal pereżempju, fil-każ tal-Ordni Ewropea ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati (Regolament KE 805/2004 tal-21 ta' April 2004), il-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (Regolament KE 1896/2006 tat-12 ta' Diċembru 2006), il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (Regolament KE 861/2007 tal-11 ta' Lulju 2007) u s-servizz ta' dokumenti ġudizzjarji u ekstra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (Regolament KE 1393/2007 tat-13 ta' Novembru 2007).

5.4.2

Hemm każijiet iktar sensittivi li għandhom jiġu identifikati, bħal dawk li għandhom parti fundamentali fir-regolazzjoni ta' suġġett partikolari previst mill-atti ddelegati, bħal pereżempju:

il-proċedura li tirrigwarda l-ilmenti kontra "l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea", prevista mir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-21 ta’ April 2004;

jew id-definizzjoni ta' elementi tar-rata perċentwali annwali ta' imposta (APR) fil-qafas tal-ftehim ta' kreditu għall-konsumatur (Direttiva 2008/48/KE tat-23 ta' April 2008, Artikoli 19(5) u 25(2)).

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  COM(2009) 673 final, 9.12.2009.

(2)  Dok. A7-0072/2012.

(3)  Rapport ta' Informazzjoni dwar "Regolamentazzjoni aħjar: atti ta' implimentazzjoni u atti ddelegati" http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.int-opinions&itemCode=24245.

(4)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(6)  Imdaħħla mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). (Mhux disponibbli bil-Malti).

(7)  Riżoluzzjoni tal-PE tal-5 ta' Mejju 2010 (P7-TA (2010) 0127) punt 18.

(8)  Stqarrijiet tal-Kummissjoni ĠU L 55, 28.2.2011 p. 19.

(9)  COM(2006) 900 - 926 final.

(10)  COM(2007) 740 final, COM(2007) 741 final, COM(2007) 824 final, COM(2007) 822 final COM(2008) 71 final.

(11)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45 u ĠU C 224, 30.8.2008, p. 35.

(12)  Common Understanding punt IV.

(13)  COM(2009) 673 final, 9.12.2009, punt 3.2.

(14)  Pereżempju, tliet snin, fid-Direttiva 2006/21/KE tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni.

(15)  Għall-kuntrarju, il-proposta għal Regolament li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja għall-Artikolu 290 ma tipprevedix din il-possibbiltà.

(16)  Kawża C-355/10, il-Parlament vs il-Kunsill, dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar tal-Unjoni u s-setgħa tal-gwardji tal-fruntiera b'mod partikolari l-iżbark tal-persuni immigranti f'pajjiż terz f'każ li l-bastiment spezzjonat ikun telaq.

(17)  Kawża C-427/12, il-Kummissjoni Ewropea vs il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Kawża dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti bijoċidji, fid-dawl tal-adozzjoni ta' att ta' eżekuzzjoni f'termini tal-Artikolu 291 tat-TFUE, sabiex jiġu stabbiliti taxxi dovuti lill-Aġenzija Ewropea għall-prodotti kimiċi, u mhux b'att iddelegat b'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE. Skont il-Kummissjoni l-att li qed tintalab tadotta abbażi tal-Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fil-fatt hu meqjus bħala att iddelegat fis-sens tal-Artikolu 290 tat-TFUE, li huwa intiż biex jikkompleta ċertu elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv.

(18)  ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(19)  Ara pereżempju d-Direttiva 2006/25/KE, id-Direttiva 89/391/KEE jew id-Direttiva 2003/10/KE.

(20)  Wieħed mill-modi korretti għal referenza għal progress tekniku u xjentifiku jinsab fir-Regolament KE 1272/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar it-tikkettar u l-imballaġġ jew fid-Direttiva 2008/56/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/110


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri”

COM(2013) 460 final – 2013/0229 (NLE)

2014/C 67/22

Relatur: is-Sur TOPOLÁNSZKY

Nhar is-26 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikoli 19(1) u 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri

COM(2013) 460 final – 2013/0229 (NLE).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-17 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’135 vot favur, 4 voti kontra u 6 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill u jagħraf, filwaqt li jiddeplora, il-bżonn tas-sensiela ta' miżuri li ġġib magħha u li jistgħu jitqiesu wkoll bħala tip ta' programm minimu ta' implimentazzjoni.

1.2

Il-Kumitat jiddeplora wkoll li, bħal ma jindika l-memorandum ta' spjegazzjoni tar-rakkomandazzjoni, fit-twettiq tal-għanijiet tal-istrateġija qafas fil-livell Ewropew qed jiġu ffaċċjati kontinwament diffikultajiet serji fl-implimentazzjoni u l-impenn politiku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

1.3

Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għal-lakuni enfasizzati fid-dokumenti ta' analiżi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar l-istrateġija qafas u l-programmi strateġiċi nazzjonali. Huwa essenzjali li, abbażi tal-indikazzjonijiet provduti mill-partijiet interessati, dawn jittieħdu bis-serjetà u jiġu indirizzati billi jitfasslu u jiġu implimentati fi żmien qasir it-tweġibiet effikaċi u fil-livell tal-politika pubblika.

1.4

Il-KESE jqis li l-parti tal-Proposta dwar il-miżuri ta' politika orizzontali mhijiex miktuba sew u jistieden lill-Kunsill jiżviluppaha iktar, billi jiddefinixxi l-erba' oqsma msemmija b'mod iktar konkret, filwaqt li jappoġġja l-implimentazzjoni tagħhom bi preżentazzjoni tal-aħjar prattiki.

1.5

Il-Kumitat huwa tal-fehma li, fid-dawl tal-konklużjonijiet li nsiltu mir-raġunijiet għall-proposta għal rakkomandazzjoni (1) u d-deterjorament tas-sitwazzjoni soċjoekonomika minħabba l-kriżi, li l-Kunsill għandu juża s-setgħa tiegħu biex jadotta atti legali vinkolanti biex itaffi b'mod partikolari s-sitwazzjonijiet ta' miżerja u faqar kbir perikoluż għall-ħajja taċ-ċittadini u għall-ġlieda kontra l-iktar impatti estremi tad-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u s-sentimenti kontra ż-żingari.

1.6

Il-KESE jirrakkomanda, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' ħajja estremament żvantaġġati, li jiġu definiti oqfsa ċari ta' applikazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-ħolqien fit-tul tal-indiċi ta' referenza u indikaturi li jippermettu l-valutazzjoni ta' din ix-xorta ta' sitwazzjoni.

1.7

Il-Kumitat jirrakkomanda li gruppi ta' riċerkaturi indipendenti, li jkollhom il-mezzi legali u l-garanziji neċessarji fir-rigward tal-etika tar-riċerka, jipproċedu għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji u li l-finanzjament u t-trasparenza tal-użu tal-fondi jkunu żgurati.

1.8

Għandu jiġi żgurat it-tisħiħ, permezz ta' garanziji legali u oħrajn li huma neċessarji, it-tħaddim tal-awtoritajiet responsabbli għall-ugwaljanza tat-trattament, atturi ewlenin tal-politika tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, tal-punti ta' kuntatt nazzjonali li jaqdu rwol essenzjali fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji, u l-kooperazzjoni ta' dawn id-diversi atturi mal-gruppi tal-popolazzjoni konċernati.

1.9

Sabiex tiżdied l-effikaċja tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji u tiġi indirizzata l-fiduċja osservata fi ħdan l-ambjenti konċernati, huwa fundamentali li jiġu żgurati l-involviment u l-mobilizzazzjoni effettivi tar-Rom fl-oqsma kollha ta' intervent. Il-Kumitat jissuġġerixxi u jistenna t-twessigħ tal-qafas kunċettwali tal-kooperazzjoni, kultura ta' kunsens li tmur lil hinn minn sempliċi konsultazzjoni, u jifformula proposti f'dan is-sens.

1.10

Il-KESE jinsisti fuq il-bżonn li l-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet jitbiegħdu b'mod ċar mill-istqarrijiet preokkupanti fir-rigward tar-Rom, imniġġsa mir-razziżmu, il-vjolenza u li huma serjament diskriminatorji, u jisħaq fuq l-importanza li jiġu denunzjati u monitorjati bil-miftuħ u b'koerenza l-fenomeni ta' vjolenza razzista u d-diskors ta' mibegħda u li jħejju strumenti legali, amministrattivi, regolamentari u pubbliċitarji li jippermettu ġlieda effikaċi kontra dawn il-fenomeni.

2.   Storja

2.1

Nhar il-5 ta' April 2011, il-Kummissjoni adottat qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom għall-perjodu sal-2020 (2), li fl-aħħar, wara stennija twila, ħoloq il-possibbiltà li tittieħed azzjoni koordinata biex jitnaqqas il-faqar estrem u s-segregazzjoni li jolqtu lir-Rom. F'Ġunju 2011, il-Kunsill aċċetta dan id-dokument (3) u stieden lill-Istati Membri biex sal-2011 jadottaw strateġiji nazzjonali ta' integrazzjoni tar-Rom.

2.2

B'konformità mad-dispożizzjonijiet previsti mill-qafas, il-Kummissjoni stabbiliet rapport annwali dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji. Fl-2012, hija pproċediet għall-ewwel valutazzjoni (4) tagħha tal-istrateġiji preżentati mill-Istati Membri u adottat il-konklużjonijiet orizzontali, u f'dokument mehmuż, analizzat il-punti ta' saħħa u ta' dgħufija li jinsabu fl-istrateġija ta' kull Stat Membru (5).

2.3

L-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lir-Rom segwew bir-reqqa l-proċessi ta' tħejjija ta' dawn l-istrateġiji, taw il-fehma tagħhom jew il-punti ta' riżerva tagħhom f'bosta dokumenti u vvalutaw l-istrateġiji tagħhom (6).

2.4

Minn dawn l-analiżi kollha ħarġu fid-dieher lakuni importanti fl-istrateġiji tal-Istati Membri. Skont l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-kontenut orizzontali u n-nuqqasijiet tiegħu joħolqu problema kbira. Fost dawn il-lakuni nsibu pereżempu:

a)

l-insuffiċjenza ta' miżuri għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;

b)

in-nuqqas ta' miżuri għall-promozzjoni tal-"aċċess sħiħ";

c)

in-nuqqas ta' miżuri intiżi għar-rikonoxximent u t-tisħiħ tad-dinjità umana tar-Rom u tal-komunità tagħhom;

d)

in-nuqqas ta' miżuri intiżi biex inaqqsu d-disparitajiet u l-iżvantaġġi partikolarment serji fi ħdan is-soċjetà tar-Rom (pereżempju n-nuqqas ta' miżuri intiżi biex inaqqsu d-diffikultajiet partikolari li jolqtu lin-nisa u t-tfal Rom);

e)

in-nuqqas ta' miżuri ta' mobilizzazzjoni u inċentivi għar-Rom, il-komunitajiet tagħhom u l-organizzazzjonijiet tagħhom tas-soċjetà ċivili fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji tagħhom.

2.5

Id-dokumenti ta' analiżi kwotati mill-Kummissjoni Ewropea ma jagħmlux referenza għal-lakuni fundamentali notati fl-istrateġiji tal-Istati Membri. M'hemm kważi l-ebda kundanna, l-ebda appell biex jitnaqqsu jew biex jintemmu l-ħafna demostrazzjonijiet li huma fost l-ikbar żvantaġġi soċjali u soċjetali li kultant ma jirrispettawx id-drittijiet tal-bniedem. Pereżempju, m'hemmx insistenza biżżejjed fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem:

a)

it-trattament illegali ta' bnedmin li jirriżulta mill-tal-prostituzzjoni u l-problema tal-impjieg ta' persuni bħala "skjavi";

b)

id-dritt fundamentali tan-nisa Rom dwar l-użu ta' ġisimhom u li jkollhom aċċess liberu għall-ippjanar tat-tfal, kif ukoll l-isterilizzazzjoni forzata, li ssir mingħajr il-kunsens tal-persuna;

c)

il-forom estremi ta' miżerja u faqar li ma jirrispettawx id-drittijiet tal-bniedem, in-nuqqas ta' indirizzar tal-bżonnijiet vitali (pereżempju n-nuqqas ta' aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb, jew l-aċċess għall-infrastrutturi tal-iġjene jew l-aċċess għall-kura tas-saħħa għal dawk li jgħixu fiż-żoni periurbani jew fil-kampijiet, eċċ.);

d)

fl-aħħar mill-aħħar, l-għanijiet u l-miżuri tal-ġlieda kontra r-razziżmu, intiżi biex jiżguraw is-sigurtà tal-ħajja u tal-beni tar-Rom u l-komunitajiet tagħhom, kif ukoll drittijiethom, u biex tissaħħaħ il-protezzjoni kontra l-aggressjoni razzista, mhumiex suffiċjenti.

2.6

Il-KESE ddedika żewġ Opinjonijiet għall-istrateġija qafas u l-istrateġiji nazzjonali tal-integrazzjoni tar-Rom. L-Opinjoni preċedenti (7), li tittratta l-kwistjoni tal-awtonomizzazzjoni soċjali u l-integrazzjoni tar-Rom, tapprova l-istrateġija qafas, tindika, mil-lat tat-tfassil u l-implimentazzjoni addizzjonali, il-bżonn ta' approċċ triplu (politika ta' integrazzjoni newtrali dwar il-pjan tar-razza u l-etniċità, politika ta' appoġġ għall-awtonomizzazzjoni ta' persuni meqjusa li jagħmlu parti minn komunità Rom u l-progress tas-suċċess tagħhom fir-rigward tal-integrazzjoni soċjali, politika ġenerali antirazzista u pubbliċità) u tifformula proposti oħra.

2.7

Fl-Opinjoni addizzjonali, b'referenza għal studju li sar mill-Kummissjoni Ewropea fl-2012, il-KESE (8) jiġbed l-attenzjoni għat-telf ta' fiduċja li ntwera mill-persuni li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika fil-komunità tar-Rom u jressaq proposti b'mod partikolari dwar l-integrazzjoni tar-Rom u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Il-Kumitat jirrikonoxxi, filwaqt li jiddeplora, il-bżonn tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar is-sitwazzjoni tar-Rom, dwar l-impatt tal-kriżi u l-impenji varjati ħafna tal-Istati Membri, u japprova l-għanijiet tagħha; barra minn hekk, huwa jqis li l-miżuri li tinkludi jistgħu jitqiesu bħala tip ta' programm minimu ta' implimentazzjoni, u f'ċerti każijiet magħmulin ħażin wisq u li ftit li xejn jistgħu jitħaddmu biex ikunu jistgħu jinkisbu l-għanijiet previsti mid-dokument.

3.2

Skont ir-raġunijiet mogħtija fil-Proposta tal-Kummissjoni, l-għan tagħha huwa li "tħaffef il-progress billi tiffoka l-attenzjoni tal-Istati Membri dwar għadd ta’ miżuri konkreti li huma kruċjali għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji tagħhom b’mod aktar effettiv". Il-Kumitat jiddeplora wkoll li dan ir-riżultat jagħti x'jifhem fl-istess ħin li fit-twettiq tal-għanijiet tal-istrateġija qafas fil-livell Ewropew qed jiġu ffaċċjati kontinwament diffikultajiet serji fl-implimentazzjoni u l-impenn politiku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

3.3

Il-Kumitat jirrimarka li jekk ma rridux nerġgħu nitilfu ċ-ċans għal politika favorevoli għall-integrazzjoni tar-Rom - riskju gravi kemm għall-għanijiet tal-Unjoni kif ukoll għall-iżvilupp tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-persuni konċernati - għandha tiġi adottata, bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tar-Rom u s-soċjetà ċivili konċernata u rilevanti, u fil-qafas ta' konsultazzjoni mifruxa, lista ta' rakkomandazzjonijiet appoġġjati minn sistema ta' analiżi ta' fatti, ambizzjuża b'mod raġonevoli u li tista' tiġi verifikata ġenwinament, li tkun magħmula minn elementi konkreti biżżejjed u operattivi u li tkun tista' tiġi evalwata.

3.4

Il-Kumitat iqis li r-rakkomandazzjonijiet ta' politika inklużi fil-Proposta huma utli u għandhom ikunu appoġġjati b'mod ġenerali bħala lista ta' intervent ristrett u li għandhom jiġu implimentati mingħajr kundizzjonijiet. Barra minn hekk, huwa jinnota li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiddefinixxu qafas ta' azzjoni ristrett wisq u mhumiex dejjem ambizzjużi biżżejjed; għalhekk, huwa jipproponi li minnufih tiġi żviluppata l-lista ta' rakkomandazzjonijiet u li din tiġi komplementata minn strumenti ta' monitoraġġ u segwitu.

3.5

Il-Kumitat iqis li l-parti tal-Proposta dwar il-miżuri ta' politika orizzontali hija magħmula ħażin u jistieden lill-Kunsill jiżviluppa iktar l-erba' oqsma msemmija (il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-protezzjoni tan-nisa u t-tfal Rom, it-tnaqqis tal-faqar u l-inklużjoni soċjali u l-awtonomizzazzjoni tar-Rom) u tiddefinixxi ħtiġiet ħafna iktar konkreti, filwaqt li f'dan il-kuntest jipprovdi indikazzjonijiet dwar l-aħjar prattiki mistennija.

3.6

Il-Kumitat iqis li mhumiex sodisfaċenti l-argumenti mressqa fid-dokument, li skonthom "l-għażla ta’ strument li ma jorbotx għandha l-għan li tipprovdi linji gwida prattiċi lill-Istati Membri fir-rigward tal-problema dwar l-inklużjoni soċjali tar-Rom, iżda mingħajr ma tistabbilixxi regoli vinkolanti stretti" peress li "skont is-sejbiet tal-Kummissjoni, għad m'hemmx miżuri b’saħħithom u proporzjonati fis-seħħ biex jiġu trattati l-problemi soċjali u ekonomiċi tal-parti l-kbira tal-popolazzjoni tar-Rom fl-UE". F'dan il-perjodu ta' kriżi, jekk din is-sitwazzjoni ma tiġix ġestita b'mod adatt u mmirat, il-gruppi tar-Rom li jintlaqtu b'mod partikolari mis-segregazzjoni, id-diskriminazzjoni u l-faqar estrem ser ibatu b'mod sproporzjonat mill-impatt tal-kriżi li diġà tirrappreżenta piż insupportabbli u intollerabbli; il-KESE jqis li din is-sitwazzjoni titlob li minn issa l-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet isibu soluzzjonijiet u interventi effikaċi, anke mil-lat li jiġu opposti l-liġijiet.

3.7

Għalhekk, il-Kumitat iqis li, fid-dawl tal-konklużjonijiet li nsiltu mir-raġunijiet għall-proposta għal rakkomandazzjoni (9), il-Kunsill għandu juża s0setgħa tiegħu biex jadotta atti legali vinkolanti għall-ġlieda kontra s-sitwazzjoni ta' miżerja u faqar perikoluż għall-ħajja taċ-ċittadini u biex jiġu miġġielda l-iktar impatti estremi tad-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u s-sentimenti kontra ż-żingari. Dawn il-miżuri huma meħtieġa minħabba nuqqasijiet ċari fil-livell tal-Istati Membri, fir-rigward tal-leġislazzjoni u l-ġurisprudenza (10).

4.   Proposti speċifiċi

4.1

Il-Kumitat jissuġġerixxi lis-servizzi kompetenti tal-Unjoni Ewropea li jevalwaw mill-ġdid il-missjonijiet tagħhom relatati direttament mal-applikazzjoni tad-drittijiet fundamentali tar-Rom u d-drittijiet tal-minoritajiet, u dan apparti mill-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq. F'dan ir-rigward, il-Kumitat iqis li hemm bżonn li:

a)

l-Unjoni tiddefinixxi bi preċiżjoni, fil-qafas tal-attributi tagħha, liema huma l-kriterji li abbażi tagħhom tista' tiddetermina ksur tad-drittijiet tal-bniedem tat-tieni u t-tielet ġenerazzjoni definiti min-NU, u tiċċara bl-istess mod, f'liema każ, meta jkun hemm suspett ta' ksur tad-drittijiet, hi beħsiebha tieħu azzjoni legali fil-qasam tal-kompetenzi proprji tagħha;

b)

tinterpreta u tadatta dawn id-drittijiet fundamentali u tal-minoritajiet skont is-sitwazzjoni u l-iżvantaġġi soċjali fejn hemm ir-riskju li r-Rom jintlaqtu iktar mil-medja;

c)

bil-parteċipazzjoni tal-Eurostat u bis-saħħa tal-interpretazzjoni tal-istatistika tal-UE dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-ħajja (qafas UE-SILC), tiddeffinixxi indikaturi ta' dħul u deprivazzjoni li ma jurux biss il-limiti tal-faqar estrem u l-miżerja imma anke l-eżistenza ta' kundizzjonijiet li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità umana;

d)

il-Kumitat iqis li hemm bżonn li jintużaw tekniki li s'issa ġew applikati biss b'eċċezzjoni f'dan il-qasam, pereżempju, minbarra l-analiżi tas-sitwazzjoni tal-popolazzjoni "fqira" bi dħul inqas minn bejn 50 u 60 % tad-dħul medju, issir analiżi wkoll tal-popolazzjoni bi dħul ta' 30 % (25 %), jew aħjar li jintużaw indiċi ta' diskriminazzjoni "aggregati" applikati attwalment, il-miżuri tad-diskriminazzjoni marġinali", li juru esklużjoni partikolarment serja fil-forma ta' deprivazzjoni bis-saħħa ta' indikaturi sensittivi ħafna (bħall-kumdità jew għadd eċċessiv ta' persuni f'dar waħda).

4.2

Il-Kumitat jipproponi li wara li l-istrateġiji jiġu analizzati mill-ġdid, tingħata prijorità lill-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet lingwistiċi u kulturali li jikkostitwixxu l-pedamenti tal-identità tar-Rom, kif ukoll l-appoġġ soċjali u baġitarju tagħhom.

4.3

Fil-fehma tal-Kumitat, sabiex jitwettqu l-istrateġiji nazzjonali tal-integrazzjoni tar-Rom, huwa kruċjali li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni b'mod partikolari lill-iskrutinju leġislattiv u legali tal-politiki marbuta mal-korrezzjonijiet li għandhom isiru fir-rigward tal-impatti li jistgħu jkunu antidiskriminatorji, u dan billi joħolqu mekkaniżmi effikaċi għal dan l-iskop.

4.4

Sabiex tiġi promossa l-integrazzjoni tar-Rom u l-indipendenza materjali tagħhom, il-KESE jistenna b'mod partikolari li l-Istati Membri jsibu soluzzjoni għall-ħtiġiet u joħolqu programmi li jippromovu l-impjieg, l-intraprenditorija u l-programmi ta' taħriġ professjonali. Huwa jistedinhom isaħħu l-mezzi legali li jistgħu jservu ta' inċentiv effikaċi biex l-intrapriżi jimpjegaw lir-Rom. Għall-komunitajiet ta' Rom segregati, li ilhom b'rata ta' impjieg baxxa sew u jbatu minn diskriminazzjoni mifruxa ħafna fis-suq tax-xogħol, jeħtieġ li titfassal politika innovattiva tal-impjieg, pereżempju għadd suffiċjenti ta' impjiegi temporanji adatti finanzjati mill-fondi pubbliċi.

Segwitu u valutazzjoni

4.5

Il-Kumitat jiddeplora li l-Aġenzija tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għadu ma rnexxilhomx jiddefinixxu l-indikaturi u l-punti ta' riferiment li jikkostitwixxu l-ewwel kundizzjoni għall-valutazzjoni tal-istrateġiji u l-programmi ta' intervent, u lanqas il-metodoloġiji u r-rekwiżiti f'dan ir-rigward, li jiddeterminaw il-ġbir tal-informazzjoni u kundizzjoni tal-postijiet adegwati u indipendenti (11). Il-prattiki attwali ta' monitoraġġ u valutazzjoni tal-Istati Membri ħafna drabi jkunu limitati għal rapporti li jinħarġu mingħajr metodu ġenwin ta' valutazzjoni, potenzjalment abbażi ta' xi informazzjoni, u mhix ħaġa rari li jipproduċu riżultat mingħajr l-ebda bażi.

4.6

Il-Kumitat jipproponi li l-missjonijiet ta' valutazzjoni jkunu limitati għal gruppi ta' riċerkaturi u istituti magħżula b'sejħa għall-offerti, professjonisti u mingħajr rabtiet politiċi, li l-indipendenza tagħhom għandha tkun imsaħħa wkoll permezz ta' diversi strumenti legali (pereżempju, bl-introduzzjoni ta' stqarrija ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess, regoli ta' trasparenza finanzjarja u dwar l-użu tal-fondi, l-iskrutinju tal-komunità xjentifika, is-sorveljanza tal-metodu ta' riċerka, eċċ) (12).

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

4.7

Lil hinn mill-finanzjament programmabbli, trasparenti u adatt tal-awtoritajiet għall-ugwaljanza tat-trattament, is-sitwazzjoni ġuridika ta' dawn l-istituzzjonijiet għandha tiġi msaħħa b'tali mod li l-awtoritajiet politiċi jkunu jistgħu jinfluwenzaw it-tħaddim tagħhom mill-inqas imma fl-istess ħin jiżguraw il-kundizzjonijiet. L-awtoritajiet għall-ugwaljanza tat-trattament għandhom jistabbilixxu wkoll rabtiet permanenti u mill-qrib mal-assoċjazzjonijiet pertinenti li jirrappreżentaw lir-Rom, apparti mill-punti ta' kuntatt għar-Rom.

4.8

Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għar-Rom għandhom jaqdu l-missjonijiet tagħhom bi trasparenza sħiħa, kemm fit-teorija u kemm fil-prattika. L-attività tagħhom hija kruċjali biex titwettaq l-istrateġija qafas. Id-drittijiet tal-punti ta' kuntatt għandhom jiġu garantiti legalment bħal dawk tal-korpi governattivi inkarigati mill-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki soċjali li jikkonċernaw ir-Rom sabiex ikunu jistgħu jservu bħala tip ta' "wens", jagħtu l-fehma tagħhom dwar il-proċeduri leġislattivi relatati mal-politiki governattivi li jolqtu lir-Rom, u jinfluwenzawhom, sabiex l-impatti tagħhom ma jdgħajfuhomx b'mod reċiproku. Il-punti ta' kuntatt tar-Rom għandhom obbligu li jinformaw lill-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili tar-Rom, ħaġa li tista' ssir pereżempju bil-pubblikazzjoni ta' rapporti annwali ta' stimaturi indipendenti, li l-kontenut tagħhom ma jkun soġġett għall-ebda influwenza politika, jew billi jiġu organizzati konferenzi speċjalizzati.

4.9

Il-Kumitat iqis li ser ikun diffiċli li jitwettaq l-għan stabbilit fil-punt 5.1 tal-proposta għal rakkomandazzjoni, jiġifieri li "l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni sa mhux aktar tard minn 24 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura li tittieħed skont din ir-Rakkomandazzjoni sa dik id-data"; għalhekk għandu jiġi evitat li l-Istati Membri jiġu eżentati mill-obbligu li jimplimentaw l-istrateġija qafas tal-UE u l-impenji proprji. Il-proposta attwali, fir-rigward tal-kontent, tirrappreżenta biss parti minn sistema ta' rekwiżiti iktar estiża definita mill-istrateġija qafas f'kuntest vast u li l-Kummissjoni hija mitluba tevalwa kull sena.

Integrazzjoni u parteċipazzjoni tar-Rom

4.10

Skont bosta esperti u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili - li jaqblu parzjalment mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f'dan ir-rigward - il-politiki u l-mekkaniżmi ta' għajnuna attwali tal-Istati Membri, f'ċerti każijiet, ma jippermettux li tiġi trattata l-kwistjoni tal-integrazzjoni tar-Rom b'effiċjenza biżżejjed u mhux dejjem ikollhom bħala prinċipju approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem (13). Sadattant, b'xorti ħażina, ġiet innotata żieda fl-esklużjoni tar-Rom f'bosta pajjiżi. Din is-sitwazzjoni hija prinċipalment minħabba d-diskriminazzjoni kontinwa fir-rigward tar-Rom, is-sentimenti profondi kontra ż-żingari, li ma jingħatawx attenzjoni adatta mill-entitajiet inkarigati mill-applikazzjoni tal-liġi. Kif indikat fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta għal rakkomandazzjoni: il-qalba tal-problema tinsab fir-relazzjoni mill-qrib bejn id-diskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali li jesperjenzaw ir-Rom (14).

4.11

Fil-fehma tal-Kumitat, it-tneħħija tal-impatti negattivi reċiproċi mill-mekkaniżmi għandha tkun l-għan prinċipali tal-politika kollha ta' inklużjoni. F'dan ir-rigward, l-istrumenti ewlenin huma prinċipalment l-integrazzjoni tar-Rom u t-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni tagħhom, kif ukoll l-awtonomizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet tar-Rom u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom. Dan mhuwiex possibbli ħlief fil-qafas ta' kultura miftuħa ta' aċċettazzjoni, fejn il-politika dwar ir-Rom tkun ibbażata b'mod effettiv fuq l-oqsma li huma fil-fatt konċernati, fejn ir-Rom mhumiex biss ikkunsidrati bħala benefiċjarji, imma bħala atturi tal-istess valur u li l-parteċipazzjoni tagħhom hija kruċjali. Jeħtieġ li jinbidel l-approċċ paternalista, fejn il-proċessi jkunu definiti mill-persuni li jfasslu l-opinjoni u l-persuni importanti li jieħdu deċiżjonijiet fis-soċjetà, u li r-Rom jiġu rikonoxxuti u aċċettati bħala membri tas-soċjetà responsabbli, kapaċi jinfluwenzaw id-destin tagħhom u lesti li jagħmluh.

4.12

Il-Kumitat jirreferi għal Opinjoni preċedenti (15), fejn, abbażi ta' studju, ħareġ fid-dieher nuqqas kbir ta' sodisfazzjon, ċertu frustrazzjoni u nuqqas ta' fiduċja fost għadd sew ta' rappreżentanti tal-komunità tar-Rom u fl-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti tagħhom. Skont din l-Opinjoni tal-KESE, minkejja l-intenzjonijiet iddikjarati, "l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persuni kkonċernati ma kinux involuti biżżejjed fl-ippjanar strateġiku, li l-mekkaniżmi fundamentali ta’ parteċipazzjoni ma nħolqux, jew saħansitra li l-proċessi attwali ma rnexxilhomx joħolqu l-fiduċja b’mod deċiżiv fost ir-rappreżentanti tal-persuni kkonċernati, minħabba, ta’ spiss, sekulari ta’ diskriminazzjoni u segregazzjoni." Studju li sar fl-istess żmien mill-ERPC wasal għall-istess konklużjonijiet (16).

4.13

Fir-rigward tat-tibdil fl-approċċ soċjali u tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-Kumitat jenfasizza li dan il-proċess ma kienx ikun previst mingħajr il-parteċipazzjoni tar-Rom u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li ħadmu magħhom fil-fażi tat-tfassil, fl-implimentazzjoni u fil-valutazzjoni tal-politiki fil-livelli kollha. Il-Kumitat iqis li hemm bżonn li jiġu definiti indikaturi li jippermettu li jitkejjel b'mod adegwat il-livell ta' integrazzjoni u parteċipazzjoni tar-Rom (pereżempju l-amministrazzjoni lokali jew ċentrali, informazzjoni dwar l-edukazzjoni, ir-rati ta' parteċipazzjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi, eċċ.).

4.14

Il-Kumitat jissuġġerixxi u jistenna t-tkabbir tal-qafas kunċettwali tal-kooperazzjoni, kultura ta' kunsens li tmur lil hinn minn sempliċi konsultazzjoni, l-ikkummissjonar tal-pjattaformi ta' djalogu permanenti (fil-livell lokali wkoll), il-ħolqien ta' mekkaniżmi organizattivi adegwati għall-parteċipazzjoni, trasparenza ikbar fid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi (fil-livell lokali), u l-ġustifikazzjoni tad-deċiżjonijiet (li jagħmlu parti wkoll mid-diverġenzi fl-opinjonijiet u r-riżultati tal-votazzjoni).

4.15

Il-Kumitat jipproponi li jiġi garantit, kif diġà indikat, fond ta' għajnuna (pereżempju bħala parti mill-programm "L-Ewropa għaċ-ċittadini") favur l-integrazzjoni u l-awtonomizzazzjoni tar-Rom u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà tagħhom. Il-programm operattiv tal-FSE, jew aħjar il-garanzija tal-programmi ta' appoġġ li jipprevedu assistenza teknika daqstant importanti għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-organizzazzjonijiet tar-Rom.

4.16

Il-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet għandhom ibiegħdu lilhom infushom b'mod ċar mill-istqarrijiet inkwetanti dwar ir-Rom li jkunu mniġġsa mir-razziżmu, il-vjolenza u diskriminattivi b'mod gravi, il-fenomeni tal-vjolenza razzista u d-diskors ħażin għandhom jiġu denunzjati u monitorjati b'mod miftuħ, u għandhom jitħejjew strumenti ġuridiċi, amministrattivi, regolamentari u pubbliċitarji li jippermettu li dawn il-fenomeni jiġu miġġielda b'mod effikaċi. F'dan ir-rigward, il-persuni li jinfluwenzaw l-opinjoni, b'mod partikolari l-ogħla livelli tal-politika u l-midja, għandhom responsabbiltà partikolari. Il-Kumitat jipproponi li jsiru riċerki sistematiċi dwar il-preġudizzji fil-qafas ta' metodoloġija uniformi u li jinħolqu strumenti adatti; fil-każ li r-riżultati juru tendenza negattiva, għandhom jitħeġġu politiki pubbliċi fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħhom, jew it-tisħiħ tal-isforzi.

4.17

Il-Kumitat jiġbed bil-qawwa l-attenzjoni tal-Istati Membri għall-fatt li biex tiġi indirizzata segregazzjoni u diskriminazzjoni antika ta' bosta ġenerazzjonijiet u li huma ta' piż għal kull dimensjoni tal-ħajja tal-persuni interessati, mhuwiex biżżejjed li jiġu implimentati programmi fil-forma ta' proġetti li jiffokaw fuq qasam problematiku partikolari. Illum il-ġurnata huwa indispensabbli li nagħżlu approċċ sistemiku biex jinkisbu l-għanijiet tal-istrateġija.

Brussell, 17 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  "…filwaqt li l-Istati Membri kellhom il-possibilità legali li jaġixxu biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-integrazzjoni tar-Rom, il-miżuri ppjanati s’issa m'humiex effiċjenti. Minħabba n-nuqqas ta’ approċċ ikkordinat mal-kwistjoni tal-integrazzjoni tar-Rom, hemm diskrepanzi li qegħdin jikbru fost l-Istati Membri."

(2)  COM(2011) 173 final.

(3)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020”.

(4)  COM(2012) 226 final.

(5)  SWD(2012) 133 final.

(6)  Analysis of National Roma Integration Strategies [Analiżi tal-istrateġiji nazzjonali ta' integrazzjoni tar-Rom], ERPC, Marzu 2012.

(7)  ĠU C 248, 25.8.2011, p. 16–21.

(8)  ĠU C 011, 15.1.2013, p. 21-26.

(9)  "…filwaqt li l-Istati Membri kellhom il-possibilità legali li jaġixxu biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-integrazzjoni tar-Rom, il-miżuri ppjanati s’issa m'humiex effiċjenti. Minħabba n-nuqqas ta’ approċċ ikkordinat mal-kwistjoni tal-integrazzjoni tar-Rom, hemm diskrepanzi li qegħdin jikbru fost l-Istati Membri."

(10)  "L-objettivi tal-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u għaldaqstant jistgħu jintlaħqu aħjar permezz ta' azzjoni koordinata fil-livell tal-UE minflok permezz ta' inizjattivi nazzjonali ta' kamp ta' applikazzjoni, ambizzjoni u effettività varjabbli." 2013/0229 (NLE), memorandum ta' spjegazzjoni.

(11)  Punt 4.4 tal-Proposta għal rakkomandazzjoni.

(12)  L-istimatur għandu jagħmel stqarrija ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess fejn jindika li ma kienx impjegat minn gvern u ma użax fondi pubbliċi, affarijiet li jistgħu jnaqqru mill-indipendenza tar-riżultati tal-valutazzjoni.

(13)  COM(2012) 226 final, SWD(2012)133 final, Analysis of National Roma Integration Strategies [Analiżi tal-istrateġiji nazzjonali ta' integrazzjoni tar-Rom], ERPC, Marzu 2012.

(14)  Il-koalizzjoni għal politika Ewropea fir-rigward tar-Rom (ERPC) tirrakkomanda li l-istrateġiji nazzjonali ta' integrazzjoni tar-Rom huma bbażati fuq element ċentrali mmirat lejn l-eliminazzjoni tas-sentimenti kontra ż-żingari. Għad li t-tneħħija tad-diskrepanzi fid-dħul, fis-saħħa u fl-edukazzjoni hija importanti, ma jista' jsir l-ebda progress jekk l-eliminazzjoni tas-sentimenti kontra ż-żingari ma ssirx prijorità tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom. Analiżi finali tal-ERPC.

(15)  ĠU C 011, 15.1.2013 p. 21-26.

(16)  “(…) a large majority of respondents across Member States described the drafting process of the NRIS as lacking transparency. In most of the cases, stakeholders’ participation, in particular the involvement of Roma, is still unclear with regard to implementation of the NRIS”. (Maġġoranza kbira tal-kontributuri fl-Istati Membri ddeskrivew il-proċess tal-abbozzar tal-NRIS bħala nieqes mit-trasparenza. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, b’mod partikolari l-involviment tar-Roma, għadha mhix ċara rigward l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni). (mhux disponibbli bil-Malti). Analysis of National Roma Integration Strategies [Analiżi tal-istrateġiji nazzjonali ta' integrazzjoni tar-Rom], ERPC, Marzu 2012.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/116


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES)”

COM(2013) 430 final – 2013/0202 (COD)

2014/C 67/23

Relatur: is-Sinjura DRBALOVÁ

Nhar l-1 ta’ Lulju u nhar it-8 ta’ Lulju 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 149 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES)

COM(2013) 430 final – 2013/0202 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-3 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-17 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’174 vot favur, vot wieħed (1) kontra u astensjoni waħda (1).

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE japprova l-proposta tal-Kummissjoni li jitwaqqaf Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) sabiex iservi bħala punt tat-tluq biex tiġi kkumparata l-prestazzjoni tagħhom fil-livell Ewropew, jiġu identifikati l-prattiki tajba u jiġu promossi l-proċessi ta' skambju tal-għarfien bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi kif ukoll l-effiċjenza tagħhom. Dan in-netwerk għandu jaqdi qabel kollox rwol konsultattivi u ta' koordinazzjoni.

1.2

Il-Kumitat jirrikonoxxi li fil-livell reġjonali diġà jeżistu strutturi li jaħdmu tajjeb, inklużi n-netwerks tal-osservatorji tas-suq tax-xogħol, u li jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-ksib tal-għanijiet komuni tal-UE dwar l-impjiegi stabbiliti mill-Istrateġija Ewropa 2020. Huwa jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu relazzjoni aktar koerenti mal-PES u l-osservatorji reġjonali filwaqt li jirrispettaw kif dovut is-sussidjarjetà u d-diversità madwar l-UE.

1.3

B'konformità mal-Aġenda għall-ħiliet il-ġodda u l-impjiegi, il-KESE jagħraf ir-rwol importanti li għandhom il-PES fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet maħsuba għat-tisħiħ ta' kull wieħed mill-erba' aspetti tal-flessigurtà.

1.4

Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni sabiex fid-dokument tagħha tispeċifika b'mod ċar ir-rabtiet bejn in-netwerk Ewropew tal-PES li għadu kif twaqqaf u l-Kumitat tal-Impjieg (EMCO), u sabiex tiddeskrivi b'ċarezza n-natura u l-għan tal-kunċetti ta' modernizzazzjoni mħejjija mill-PES, li m'għandhomx ikunu obbligatorji.

1.5

Il-KESE jqis li l-valutazzjoni komparattiva tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, li tibbaża fuq indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi maħsuba biex jivvalutaw il-prestazzjoni tal-PES, hija forma utli ta' kooperazzjoni. Il-KESE japprova, qabel kollox, li jintużaw indikaturi statistiċi tal-prestazzjoni u l-effiċjenza tas-servizzi tal-impjiegi u l-politiki attivi tal-impjiegi. Il-KESE madankollu jenfasizza li dan jista' jtejjeb l-adattabbiltà u r-reattività tal-ħaddiema bil-għan li jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol b'mod dejjiemi u jkun hemm trasferiment armonjuż fi ħdan dan is-suq.

1.6

Fir-rigward tal-adozzjoni tal-qafas ġenerali u tal-atti delegati, il-KESE jirrakkomanda sabiex il-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod ċar it-termini futuri ta' dawn l-atti fid-dokument tagħha. Il-KESE jissuġġerixxi li jiġi speċifikat b'mod aktar konkret il-kontenut tal-proposta sabiex jiġu elenkati l-indikaturi bażiċi tal-qafas ġenerali. L-atti delegati għandhom jikkompletaw l-anqas aspetti importanti ta' dawn l-indikaturi bażiċi, b'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE.

1.7

Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi b'mod ċar ir-rwol li għandu kull wieħed mill-imsieħba fil-kuntest tal-Artikolu 4 dwar il-kooperazzjoni. Il-proposta l-ġdida inkwistjoni m'għandhiex tnaqqas ir-rwol tal-imsieħba soċjali għal dak ta' "imsieħba assoċjati", anzi għandha ssaħħaħ l-influwenza tagħhom fil-kuntest tal-modernizzazzjoni tal-PES. Din il-proposta għandha tindirizza wkoll ir-rwol tas-soċjetà ċivili fuq il-bażi tal-prinċipju tas-sħubija.

1.8

Fl-istess waqt, il-KESE jirrakkomanda li l-atturi kollha kkonċernati jikkontribwixxu għall-konklużjonijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tan-netwerk Ewropew tal-PES.

1.9

Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri – dejjem jekk dawn beħsiebhom jadattaw b'suċċess il-mudelli organizzattivi, l-objettivi strateġiċi u l-proċeduri tal-PES għal ambjent li jiżviluppa malajr – sabiex jistabbilixxu l-qafas tekniku, uman u finanzjarju. Dan għandu l-għan li jżid il-kapaċitajiet tagħhom u jippermetti li jwettqu r-rwol multifunzjonali ġdid tagħhom.

1.10

Il-KESE huwa konvint li l-kompetenzi l-ġodda tal-PES, b'mod speċjali fil-kuntest tal-politiki tal-impjiegi attivi, għandhom jiġu riflessi f'kapaċitajiet u appoġġ finanzjarju adegwati. Il-fondi allokati għall-Programm EaSI (1) għandhom jinżammu u l-finanzjament għandu jkun sostenibbli.

1.11

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-konklużjonijiet u l-impenji tal-partijiet kollha li pparteċipaw fil-konferenza dwar l-impjieg taż-żgħażagħ fit-3 ta' Lulju 2013 f'Berlin.

2.   Introduzzjoni

2.1

L-Istrateġija Ewropa 2020 (2) stabbilixxiet għall-Istati Membri kollha l-għan komuni ambizzjuż li sal-2020 ir-rata tal-impjieg għan-nisa u l-irġiel bejn l-20 u l-64 sena tiżdied sa 75 %. Is-servizzi pubbliċi tal-impjieg (PES) għandhom rwol important x'jaqdu jekk irid jintlaħaq dan l-objettiv.

2.2

Il-linji gwida għall-politiki tal-impjiegi għall-2020 (3) jirrikonoxxu l-PES bħala atturi ċentrali li jaqdu rwol kruċjali fit-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet 7, "Iż-żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol", u 8, "L-iżvilupp ta' forza tax-xogħol b'kapaċitajiet". Il-konklużjonijiet adottati waqt il-laqgħa tal-kapijiet tal-PES f'Budapest fit-23 u l-24 ta' Ġunju 2011, bit-titlu "Making the employment guidelines work", jirrikonoxxu l-kontribut ta' dawn il-PES għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020.

2.3

Il-politika tal-impjiegi u tas-suq tax-xogħol għadha l-kompetenza tal-Istati Membri, li huma responsabbli wkoll mill-organizzazzjoni, il-persunal u l-funzjonament tal-PES tagħhom. Madankollu, l-arranġamenti attwali għall-kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri, li ġew implimentati fl-1997 bil-ħolqien ta' grupp konsultattiv informali (4) ta' PES, laħqu l-limiti tagħhom u m'għadhomx jikkorrispondu mal-ħtiġijiet u mal-isfidi attwali. Jeħtieġ mekkaniżmu li jippermetti li jidentifika malajr il-prestazzjonijiet batuti u l-problemi strutturali li jirriżultaw minnhom, tinħtieġ informazzjoni sistematika dwar ir-riżultati tal-metodi attwali ta' valutazzjoni komparattiva u l-iskambju tal-għarfien.

2.4

Barra minnhekk, id-diskussjonijiet informali tal-ministri tal-Kunsill għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EPSCO) f'Dublin fis-7 u t-8 ta' Frar 2013 (5), kienu waslu għall-konklużjoni li kooperazzjoni miżjuda u aktar immirati bejn il-PES għandha ttejjeb l-iskambju tal-aqwa prattiki, u kienu talbu lill-Kummissjoni biex tħejji proposta dettaljata dwar inizjattiva għal tagħlim komparattiv.

2.5

Nhar is-17 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tikkonforma mal-estensjoni tal-inizjattiva ewlenija "Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi" (6) u l-"Pakkett dwar l-Impjiegi" (7) tal-2012, u tipproponi li tiġi fformalizzata b'mod uffiċjali l-kooperazzjoni bejn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u li jitwaqqaf netwerk Ewropew ta' dawn is-servizzi.

2.6

Dan in-netwerk għandu jopera bejn l-2014 u l-2020, b'konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-funzjonament ta' dan in-netwerk għandu jiġi valutat u eżaminat mill-ġdid wara erba' snin. Il-finanzjament tan-netwerk għandu jiġi assigurat mill-krediti tal-Programm għall-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali (EaSI) u l-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi s-segretarjat tiegħu bir-riżorsi umani attwali tagħha.

2.7

L-azzjonijiet ta' inkoraġġiment imwettqa permezz tan-netwerk għandhom jikkontribwixxu:

għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-objettivi prinċipali tagħha fir-rigward tal-impjieg;

għal funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol fl-UE;

għat-titjib tal-integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol;

għaż-żieda fil-mobbiltà ġeografika u professjonali;

għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-integrazzjoni tal-persuni li huma esklużi mis-suq tax-xogħol.

2.8

Tul l-ewwel diskussjonijiet tal-Kunsill f'Lulju 2013, il-maġġoranza tal-Istati Membri laqgħet il-proposta tal-Kummissjoni u ħadet approċċ pożittiv għall-għanijiet stabbiliti. Ġew espressi dubji l-ewwel nett dwar ir-rabtit reċiproċi mal-ħidmiet tal-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) u d-duplikazzjoni possibbli, l-għadd wisq kbir ta' kompetenzi tal-Kummissjoni Ewropea, il-kontenut tal-atti delegati u l-impreċiżjonijiet fil-finanzjament.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

B'mod ġenerali l-KESE jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi kollha li ħadet il-Kummissjoni Ewropea sabiex tikseb l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 fil-qasam tal-impjiegi u s-suq tax-xogħol, issaħħaħ mill-ġdid il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, jiġu żviluppati l-kompetenzi u biex dawn jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-intrapriżi u tal-ħaddiema u biex tappoġġja l-mobbiltà ġeografika u professjonali.

3.2

Fid-dawl tal-urġenza tas-sitwazzjoni, b'mod partikolari f'ċerti Stati Membri, taż-żieda fil-qgħad, speċjalment il-qgħad fit-tul fost iż-żgħażagħ, il-KESE japprova l-proposta tal-Kummissjoni li jitwaqqaf Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi sabiex iservi bħala punt tat-tluq biex tiġi kkumparata l-prestazzjoni tagħhom fil-livell Ewropew, jiġu identifikati l-prattiki tajba u jiġu promossi l-proċessi ta' skambju ta' għarfien bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi kif ukoll l-effiċjenza tagħhom.

3.3

Għadd ta' Stati Membri, li jinsabu taħt pressjoni minħabba l-isfidi fuq medda twila ta' żmien marbuta mal-bidliet dinjija u teknoloġiċi, u ma' forza tax-xogħol li qed tixjieħ, iżda wkoll minħabba l-miżuri ta' urġenza fuq medda qasira ta' żmien sabiex jirrimedjaw għall-konsegwenzi tat-tnaqqis fir-ritmu tal-ekonomija, diġà qegħdin fil-proċess li jimmodernizzaw il-PES tagħhom (bi gradi differenti ta' suċċess), jirristrutturawhom billi jiċċentralizzawhom, jew bil-kontra jiddeċentraliżżawhom, iwessgħu l-kamp ta' azzjoni tagħhom u jippruvaw jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom.

3.4

Il-KESE jqis li l-PES għandhom jadattaw assolutament għall-eżiġenzi l-ġodda tal-forza tax-xogħol, l-espansjoni tal-ekonomija tal-anzjani u tal-ekonomija ekoloġika, il-kompetenzi l-ġodda u l-eżiġenzi l-ġodda tal-ġenerazzjoni żgħażugħa, l-iżvilupp tal-ICT u tal-innovazzjonijiet teknoloġiċi jew saħansitra ż-żieda fin-nuqqas ta' tqabbil bejn l-offerta u d-domanda tal-kompetenzi.

3.5

Fl-istess ħin, il-PES iridu jaffrontaw sfidi fuq medda qasira u twila ta' żmien. Iridu jirreaġixxu b'mod immedjat, flessibbli u kreattiv, għal evoluzzjoni tal-ambjent ġenerali tagħhom, u jikkombinaw interventi fuq medda qasira ta' żmien ma' soluzzjonijiet sostenibbli kif ukoll jantiċipaw ir-riskji soċjali.

3.6

Il-KESE huwa konvint li l-kompetenzi l-ġodda tal-PES, b'mod speċjali fil-kuntest tal-politiki attivi dwar l-impjiegi, għandhom jiġu riflessi f'kapaċitajiet u appoġġ finanzjarju adegwati. F'ħafna Stati Membri, is-sitwazzjoni ma tidhirx li sejra f'din id-direzzjoni, speċjalment f'perjodu ta' tnaqqis baġitarju u miżuri ekonomiċi. Għall-kuntrarju, bħalissa r-riżorsi previsti għall-funzjonament tal-PES għandhom jiżdiedu speċjalment fir-rigward tal-persunal sabiex tiġi żgurata l-istess kwalità li tiftaħ il-bieb għal opportunitajiet ta' impjieg. Il-PES li jistgħu jiftaħru li qed jaħdmu tajjeb fil-ġejjieni jistgħu jiġu trasformati f'ċentri ta' kompetenzi.

3.7

Fl-2010, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (EUROFOUND), fuq talba tal-KESE ħejjiet nota ta' informazzjoni bit-titlu "Finanzjament u applikazzjoni tal-programmi attivi tas-suq tax-xogħol waqt il-kriżi" (8), li fuq il-bażi tal-eżempji tal-għaxar Stati Membri magħżula, iddeskriviet il-varjazzjonijiet tal-interazzjonijiet bejn il-politiki attivi u passivi tal-impjiegi, id-deterjorazzjoni tal-evoluzzjoni tal-ispejjeż f'termini tal-PDG għall-promozzjoni tal-miżuri ta' attivazzjoni, b'mod speċjali fl-Istati Membri fejn il-qgħad qed jiżdied b'rata mgħaġġla.

3.8

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni hija li tippromovi, permezz ta' miżuri ta' inċentiv (skont l-Artikolu 149 tat-TFUE), il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, tiżgura t-titjib tal-integrazzjoni u l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol fl-UE, tikkontribwixxi għat-titjib tal-mobbiltà ġeografika u professjonali u tiġġieled l-esklużjoni soċjali.

3.9

In-netwerk il-ġdid ser jiffoka b'mod partikolari fuq l-inizjattivi li ġejjin: it-tħejjija u l-implimentazzjoni, fil-livell Ewropew, tas-sistemi ta' valutazzjoni komparattiva tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, l-organizzazzjoni ta' assistenza reċiproka, l-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' mudell ta' modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-PES fl-oqsma ewlenin u t-tħejjija ta' rapporti dwar il-qasam tal-impjiegi.

3.10

Il-proposta tal-Kummissjoni hija segwitu ta' attivitajiet preċedenti u studji dwar il-mudell ekonomiku tal-PES, is-sistemi ta' kejl tal-prestazzjoni tal-PES u r-rwol tal-PES fil-qasam tal-flessigurtà, l-antiċipar tal-kwalifiki u l-kapaċità li ċ-ċittadini jadattaw ruħhom għal professjonijiet ġodda.

3.11

Il-KESE jemmen li fil-ġejjieni, l-attività tal-PES ma tistax tibqa' sempliċement waħda ta' rutina (9). Il-PES għandhom jinbidlu gradwalment f'aġenziji multifunzjonali li jiffaċilitaw diversi tipi ta' transizzjoni, fis-suq tax-xogħol, bejn l-istudju u l-ewwel impjieg, bejn il-karrieri u fi ħdan l-UE. Dawn għandhom jiżguraw l-interazzjoni bejn l-atturi tas-suq tax-xogħol u jħeġġuhom jikkooperaw u jinnovaw, għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-imsieħba pubbliċi u privati tagħhom (10), u jiggarantixxu li l-atturi tas-suq tax-xogħol jikkonformaw mal-politiki f'dak l-istess qasam.

3.12

Il-KESE huwa tal-fehma li l-PES għandhom ikunu aktar orjentati lejn il-provvista tax-xogħol, madankollu mingħajr ma jixħtu dubju fuq ir-rwol tagħhom fir-rigward tal-ħlas tal-allokazzjonijiet, peress li min iħaddem qed ikollu aktar diffikultà jirrekluta l-ħaddiema li jeħtieġ. L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikolari, sikwit ikollhom bżonn ta' appoġġ akbar mill-PES u għal din ir-raġuni jeħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn dawn il-PES u l-intrapriżi.

3.13

Anki waqt perjodu ta' qgħad għoli, tippersisti diskrepanza bejn il-provvista tal-kompetenzi u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Perezz tan-netwerk HoPES (11), il-PES jipparteċipaw għad-dibattiti u l-konsultazzjonijiet dwar ir-rwol tal-kompetenzi fil-kuntest ekonomiku u soċjali. L-għan huwa li jkun hemm rabta bejn id-dinja tax-xogħol u dik tal-edukazzjoni u li tiġi stabbilita komprensjoni komuni tal-kwalifiki u l-kompetenzi. Għall-PES, dan jimplika li jiġu stabbiliti sħubiji mal-partijiet differenti interessati u jiġi żgurat il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-kwalifiki fil-kuntest ta' kumplessità miżjuda tas-swieq lokali tax-xogħol (12).

3.14

Il-KESE jirrikonoxxi r-rwol uniku li jaqdu s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi sabiex jimplimentaw kull wieħed mill-aspetti tal-flessigurtà. L-istudju dwar ir-rwol tal-PES fil-qasam tal-flessigurtà fis-swieq tax-xogħol Ewropej (13) wera, fuq il-bażi tal-eżempji tajba li ħarġu mill-istħarriġ, li l-PES huma konxji mill-ħtieġa ta' approċċ ġdid tas-servizzi tagħhom u li adottaw firxa kbira ta' strateġiji u miżuri biex jappoġġjaw il-flessigurtà. Il-PES għandhom ikomplu jirsistu li jsaħħu l-kapaċità tagħhom sabiex ikunu kapaċi jaqdu r-rwol tagħhom ta' intermedjarji u ta' evalwaturi tal-flessigurtà.

3.15

Il-KESE jqis li l-PES għandhom jagħtu prijorità lill-persuni jew lill-kategoriji tal-ħaddiema li għalihom huwa l-aktar diffiċli li jsibu xogħol u li għandhom bżonnijiet speċifiċi. Dawn huma dawk il-persuni li ilhom qiegħda għal żmien twil, il-ħaddiema avvanzati fl-età, in-nisa, iż-żgħażagħ, il-persuni b'diżabbiltà u l-migranti. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġu applikati bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, u li jiġi żgurat is-segwitu tagħha.

3.16

Fil-kuntest tal-ġlieda mwettqa madwar l-Ewropa kollha kontra l-qgħad li qed jiżdied fost iż-żgħażagħ, il-KESE jenfasizza wkoll ir-rwol importanti tal-PES fit-twettiq tal-inizjattiva ta' garanzija għaż-żgħażagħ, u jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn meħud mill-kapijiet tas-servizzi pubbliċi tal-impjieg waqt il-konferenza dwar l-impjieg taż-żgħażagħ fit-3 ta' Lulju 2013 f'Berlin sabiex ikollhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-impjieg taż-żgħażagħ fl-Ewropa, iżidu l-effiċjenza tal-azzjoni tagħhom u jsaħħu l-kooperazzjoni mal-partijiet interessati l-oħra (14).

4.   Osservazzjonijiet speċifiċi

4.1

Skont din il-proposta għal deċiżjoni, in-netwerk Ewropew għas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi għandu jikkooperaw mill-qrib mal-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) u jikkontribwixxi għal ħidmietu billi jressaqlu informazzjoni u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-politiki tal-impjiegi. Il-KESE huwa tal-fehma li d-deċiżjoni għandha tidentifika l-kompiti konsultattivi tan-netwerk u r-relazzjonijiet tiegħu mal-Kumitat tal-Impjiegi. In-netwerk għandu jkollu rwol konsultattiv u ta' koordinazzjoni u t-twaqqif tiegħu m'għandux jitqies bħala xi tip ta' miżura sabiex jiġu armonizzati l-istrutturi tal-PES jew is-sistemi soċjali.

4.2

Il-KESE ma jistax jinjora l-fatt li fil-livell reġjonali diġa jeżistu strutturi li jaħdmu tajjeb, inklużi n-netwerks tal-osservatorji tas-suq tax-xogħol reġjonali, u li jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-ksib tal-għanijiet komuni tal-UE dwar l-impjieg stabbiliti mill-Istrateġija Ewropa 2020.

Sabiex tiġi żgurata relazzjoni aktar koerenti bejn il-PES u l-osservatorji, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jkun hemm:

a)

arranġamenti b'tali mod li l-osservatorji tax-xogħol fis-settur pubbliku fil-livell reġjonali li jitħaddmu direttament mir-reġjuni jkunu jistgħu jipparteċipaw fin-netwerk Ewropew;

b)

rabta aħjar bejn in-netwerk Ewropew tal-osservatorji reġjonali tal-impjieg u n-netwerk Ewropew tal-PES;

c)

arranġamenti dwar is-sħubija u l-aċċess għan-netwerk Ewropew tal-osservatorji tal-impjieg fis-settur privat fil-livell reġjonali u l-osservatorji tal-impjieg fis-settur pubbliku fil-livell reġjonali li mhumiex ġestiti mir-reġjuni iżda joperaw taħt l-istruzzjonijiet tagħhom u jaħdmu favur l-għanijiet tagħhom;

d)

kwalunkwe azzjoni oħra biex jittejbu l-funzjonament u l-konnessjoni bejn l-istrutturi eżistenti kollha, bil-għan li jintużaw l-istrumenti disponibbli kollha sabiex jiġu involuti l-livelli kollha ta' governanza u tittieħed azzjoni fil-livelli kollha – nazzjonali, reġjonali u lokali.

4.3

Il-finanzjament allokat għat-tkabbir tal-kooperazzjoni bejn il-PES għandu jittieħed mill-fergħa PROGRESS tal-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) bejn l-2014 u l-2020. Il-proposta leġislattiva inkwistjoni hija newtrali mill-perspettiva baġitarja u ma teħtieġx riżorsi umani supplementari. Fir-rigward tal-proġetti żviluppati min-netwerk jew maħsuba għall-attivitajiet ta' skambju ta' għarfien, imbagħad attwalizzati fi ħdan il-PES differenti, l-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), u l-programm qafas Orizzont 2020. Għall-KESE, l-aktar ħaġa importanti hija li jinżammu r-riżorsi allokati fi ħdan il-fondi strutturali u li l-finanzjament ikun sostenibbli. Il-kompetenzi l-ġodda tal-PES, b'mod speċjali fil-kuntest tal-politiki attivi dwarl-impjiegi, għandhom jiġu riflessi f'kapaċitajiet u appoġġ finanzjarju adegwati.

4.4

L-Artikolu 3 tal-proposta tiddefinixxi l-inizjattivi tan-netwerk.

L-Artikolu 3(1)(a) jipprevedi li dan in-netwerk ser jiżviluppa u jimplimenta sistemi ta' valutazzjoni komparattivi bbażati fuq l-evidenza mal-Ewropa kollha fost is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi abbażi tal-użu tal-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi biex jivvalutaw il-prestazzjonijiet tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi u biex jiġbru evidenza bil-għan li jistabbilixxu mutur adegwat għat-tagħlim reċiproku.

Il-KESE japprova l-prinċipju ta' din il-formulazzjoni. Huwa jqis li l-valutazzjoni komparattiva tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, li tibbaża fuq indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi maħsuba biex jivvalutaw il-prestazzjoni tal-PES, hija forma utli ta' kooperazzjoni. Il-KESE japprova, qabel kollox, li jintużaw indikaturi statistiċi tal-prestazzjoni u l-effiċjenza tas-servizzi tal-impjiegi u politiki attivi dwar l-impjiegi. Jeħtieġ li l-indikaturi ta' input (bħal pereżempju l-baġit) jintużaw aktar bħala indikaturi ta' kuntest. Fost l-indikaturi l-oħra li l-KESE jqis bħala utli hemm pereżempju n-numru ta' persuni reġistrati (għal kull Stat Membru), l-għadd totali tal-intermedjarji u l-għadd tagħhom għal kull kandidat, ir-rata ta' ritorn, u ta' ritorn sostenibbli, għax-xogħol wara tliet jew sitt xhur, il-medda medja ta' żmien ta' qgħad, kemm tkun adegwata l-provvista meta mqabbel mad-domanda tal-impjiegi, it-tul ta' żmien li wieħed iqatta' f'impjieg u t-tip ta' xogħol li jinkiseb wara li jitlesta programm ta' politika attiva favur l-impjieg, il-persentaġġ ta' ħaddiema li jipparteċipaw f'azzjonijiet ta' taħriġ, l-ispejjeż li jiġġarrbu u saħansitra l-għadd ta' ħaddiema fl-UE u fil-pajjiżi terzi.

Għandha tingħata prijorità lil dawk li huma l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, u għandhom jiġu analiżżati u mqabbla r-riżultati miksuba mis-servizzi ta' impjieg ta' reġjuni b'kuntesti simili mil-lat tar-rata tal-qgħad u d-dinamika tal-ekonomija.

L-Artikolu 3(1)(c) jipprevedi li n-netwerk jadotta u jimplimenta mudell ta' modernizzar u t-tisħiħ tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi f’oqsma ewlenin.

Il-KESE jirrakkomanda li din il-formulazzjoni ssir aktar preċiża sabiex ikun ċar li n-netwerk tal-PES għandu funzjoni konsultattiva biss. Il-KESE jqis li jeħtieġ li jiġi ppreċiżat f'din id-dispożizzjoni x'għandu jkun il-karattru u l-għan tal-mudell ta' mmodernizzar tal-PES. Skont il-KESE, dawn m'għandhom taħt l-ebda kundizzjoni jkunu obbligatorji.

4.5

L-Artikolu 4 dwar il-kooperazzjoni jirreferi għall-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-atturi tas-suq tax-xogħol inklużi fornituri oħra tas-servizzi tal-impjieg. Il-KESE jemmen li jeħtieġ li f'dawn id-dispożizzjonijiet għandu jiġi definit b'mod aktar ċar ir-rwol ta' kull wieħed minn dawn l-atturi.

4.5.1

Il-KESE jinsisti li l-imsieħba soċjali huma l-atturi prinċipali tas-suq tax-xogħol u jaqdu rwol neċessarju fil-proċess ta' modernizzazzjoni tal-PES. Għal din ir-raġuni huma għandu jkollhom post adegwat fl-istruttura l-ġdida. Fid-dokument ta' ħidma tagħha dwar ir-rwol tal-imsieħba soċjali fil-proċess ta' ġestjoni tal-PES, b'mod speċjali f'perjodu ta' kriżi, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol turi biċ-ċar, fuq il-bażi tal-eżempju ta' erba' Stati Membri tal-UE, li t-tibdil fl-istrutturi tal-PES jinvolvi tibdil fir-rwol, il-parteċipazzjoni u l-influwenza tal-imsieħba soċjali. Filwaqt li fl-Awstrija kibru l-mezzi ta' azzjoni tagħhom, b'mod speċjali fil-livell reġjonali, fil-Ġermanja u d-Danimarka, l-influwenza tagħhom naqset u r-rwol tagħhom huwa aktar konsultattiv milli kodeċiżiv. Fir-Renju Unit, minħabba raġunijiet storiċi, l-imsieħba soċjali mhumiex attivi fil-parteċipazzjoni istituzzjonali (15). Din hija r-raġuni li għaliha l-KESE jilqa' b'sodisfazzjon għadd ta' inizjattivi tal-imsieħba soċjali Ewropej fil-kuntest tal-programmi ta' ħidma komuni tagħhom (16).

4.5.2

F'dan il-kuntest, il-KESE jinnota li hemm tendenza li sejra għall-agħar fir-rigward tad-deċiżjoni l-ġdida 2012/733/UE tal-Kummissjoni dwar il-EURES. Waqt il-laqgħa ta' April tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (17), ir-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali esprimew it-tħassib kbir tagħhom dwar il-fatt li r-rwol tal-imsieħba soċjali qed jonqos għal dak ta' imsieħba assoċjati.

4.5.3

F'għadd ta' opinjonijiet tiegħu, il-KESE approva t-talba li għamlet il-Kummissjoni għal sħubijiet bejn il-partijiet interessati kollha sabiex jappoġġjaw il-ħolqien tal-impjieg, jiżdied ix-xogħol, jiġu żviluppati l-kompetenzi u bħala ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. B'mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra l-qgħad li qed jiżdied fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa, il-KESE enfasizza r-rwol tal-istituzzjonijiet tat-tagħlim, l-aġenziji ta' konsulenza, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, movimenti tan-nisa, organizzazzjonijiet ta' appoġġ għal persuni b'diżabbiltà, eċċ.), tal-familji u tal-individwi, peress li dan huwa l-uniku mod kif tiġi indirizzata, b'mod konġunt u bis-sħiħ, is-sitwazzjoni fis-swieq tax-xogħol Ewropej.

4.5.4

Il-KESE jilqa' wkoll b'sodisfazzjoni l-iżvilupp tas-sħubija bejn is-servizzi tal-impjiegi (PARES) (18) għall-promozzjoni tad-djalogu fil-livell tal-UE sabiex jiġu faċilitati t-transizzjonijiet fis-suq tax-xogħol. Il-kumplessità tas-swieq tax-xogħol dejjem qed tikber u l-atturi kollha tas-servizzi tal-impjieg għandhom jikkooperaw. Il-KESE japprova wkoll il-programm tal-Kummissjoni Ewropea ta' djalogu bejn is-servizzi pubbliċi tal-impjieg, li huwa maħsub biex jappoġġja l-iskambju tal-aqwa prattiki.

4.6

Skont l-Artikolu 7 dwar l-Adozzjoni ta' qafas ġenerali, il-Kummissjoni ser tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 8 tal-proposta fir-rigward ta' qafas ġenerali għat-twettiq ta' attivitajiet ta' valutazzjoni komparattiva u ta' skambju ta' għarfien definiti fl-Artikolu 3(1). B'mod ġenerali, il-KESE jista' japprova r-rikors għal atti delegati sabiex jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-qafas ġenerali għat-twettiq ta' attivitajiet ta' valutazzjoni komparattiva u ta' skambju ta' għarfien. Madankollu, ser ikun meħtieġ li tingħata aktar informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu determinati l-kwistjonijiet li dawn l-atti delegati jistgħu jemendaw konkretament. Il-KESE jissuġġerixxi li jiġi speċifikat b'mod aktar konkret il-kontenut tal-proposta sabiex jiġu raffinati l-indikaturi bażiċi tal-qafas ġenerali. L-atti delegati għandhom jikkompletaw l-anqas aspetti importanti ta' dawn l-indikaturi bażiċi, b'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE.

4.7

Il-proposta tindika li dawn l-inizjattivi l-ġodda tal-Kummissjoni ser jiżdiedu mal-kooperazzjoni tal-PES fi ħdan il-EURES, skont l-Artikolu 45 u 46 tat-Trattat. Il-KESE huwa tal-fehma li l-formulazzjoni tat-test għandha turi biċ-ċar is-sinerġiji bejn in-netwerk il-ġdid tal-PES u l-EURES (19). In-netwerk il-ġdid tal-PES għandu jappoġġja mandat usa' tal-EURES u r-rwol tiegħu bħala strument ewlieni biex iqabbel il-kompetenzi mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol Ewropew, u biex titjieb il-mobbiltà fl-UE. In-netwerk jista' wkoll jikkoopera ma' organizzazzjonijiet oħra, bħall-aġenziji għall-orjentazzjoni professjonali.

Brussell, 17 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Programm għall-Impjiegi, u l-Innovazzjoni Soċjali, (EaSI) li jintegra u jestendi l-kopertura ta' tliet programmi eżistenti: PROGRESS, EURES u l-Fond Ewropew ta' Mikrofinanzjament, Progress.

(2)  COM(2010) 2020 final.

(3)  Deċiżjoni 2010/707/UE tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi.

(4)  Dan huwa l-grupp konsultattiv informali tal-Kummissjoni Ewropea HoPES ("Heads of Public Employment Services" - Kapijiet tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi).

(5)  Waqt il-laqgħa informali tal-EPSCO f'Dublin fis-7 u t-8 ta' Frar 2013.

(6)  COM(2010) 682 final.

(7)  COM(2012) 173 final.

(8)  Ara: John Hurly: "Finanzjament u applikazzjoni tal-programmi attivi tas-suq tax-xogħol waqt il-kriżi", EUROFOUND, 2010.

(9)  Ara: Il-Kontribut tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi għall-UE 2020, id-Dokument dwar il-Prestazzjoni tal-Istrateġija tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi 2020, 2012.

(10)  Il-Kummissjoni Ewropea nediet l-inizjattiva PARES, is-sħubija bejn is-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi tal-UE, li tikkostitwixxi azzjoni prijoritarja fil-qasam tal-komunikazzjoni li din ippubblikat fl-2011 dwar l-"Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi".

(11)  Ara The Case for Skilles: A Respons to the Recommendations regarding the Future Role of Public Employment Services under the New Skills for New Jobs Agenda, in-Netwerk Ewropew tal-Kapijiet tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg, Settembru 2011.

(12)  Ara R.A. Wilson, Anticipating skills needs of the labour force and equipping people for new jobs: which role for public employment services in early identification of skill needs and labour up-skilling? Rapport imħejji għall-Kummissjoni Ewropea. Danish Technological Institute/ÖSB Consulting/Warwick Institute for Employment Research, 2010.

(13)  "The role of the Public Employment Services related to ‘Flexicurity’ in the European Labour Markets" – rapport finali, "Policy and Business Analysis", Danish Technological Institute/ ÖSB Consulting/Tilburg University/Leeds Metropolitan University, Marzu 2009.

(14)  Konferenza dwar l-impjieg taż-żgħażagħ (Konferenz zur Jugendbeschäftigung), organizzata fit-3 ta' Lulju 2013 f'Berlin, bil-kontribut tan-netwerk HoPES.

(15)  J. Timo Weishaupt, Labour Administration and Inspection Programme: Social Partners and the Governance of Public Employment Services: Trends and Experiences from Western Europe, 2011.

(16)  Il-ftehim awtonomu dwar swieq tax-xogħol inklużivi (2010) jibbaża fuq l-analiżi komuni tal-fatturi prinċipali tas-suq tax-xogħol (2009).

(17)  Ara l-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema, 12 ta' April 2013, fi Brussell.

(18)  PARES huwa wieħed mill-miżuri ta' appoġġ tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-Aġenda għall-ħiliet il-ġodda u l-impjiegi, maħsub biex jappoġġja l-flessigurtà.

(19)  Ara ĠU L 328, 28.11.2012, p. 21–26.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/122


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – It-Tisħiħ tad-Dimensjoni Soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja”

COM(2013) 690 final

2014/C 67/24

Relatur ġenerali: is-Sur DASSIS

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu tas-16 u s-17 ta’ Ottubru 2013 (seduta tas-17 ta’ Ottubru) li jaħtar lis-Sur Dassis bħala relatur ġenerali, u adotta din l-Opinjoni b'157 vot favur, 3 voti kontra u 19-il astensjoni.

1.   Kummenti ġenerali

1.1

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja, li hija waħda mingħajr preċedent u li laqtet lill-Istati Membri taż-żona tal-euro b'mod partikolarment kiefer, esponiet ukoll dgħufijiet strutturali fl-Ewropa b'mod ġenerali. Hija ħarġet fid-dieher rabta ċara bejn rati għolja ta' qgħad, pressjoni fuq il-baġits nazzjonali, deterjorament soċjali u taqlib soċjali. Filwaqt li naċċettaw li l-baġits nazzjonali jridu jiġu bbilanċati, it-tnaqqis kellu impatt negattiv fuq l-edukazzjoni, il-politiki attivi tas-suq tax-xogħol u l-benefiċċji soċjali. Iż-żieda fil-qgħad u l-faqar qed ikollhom impatt negattiv fuq il-ħiliet u l-impjegabbiltà tal-forza tax-xogħol. Dan qed jaffettwa wkoll il-ħila tal-kumpaniji li jikbru u li joħolqu l-impjiegi, ħaġa li qed tfixkel l-irkupru.

1.2

L-Unjoni qed tara b'għajnejha l-provi f'uħud mill-pajjiżi li ntlaqtu l-iktar, fejn il-kriżi ekonomika u soċjali saret ukoll kriżi politika, u fejn il-movimenti estremisti u mhux demokratiċi qed jiżdiedu. Il-bżonn li tiġi kontrobilanċjata din it-tendenza hija tal-ikbar urġenza, permezz ta' azzjonijiet konkreti fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali.

1.3

Is-suq intern għandu jkun proġett ekonomiku u soċjali. Huwa kkontribwixxa biex jiżdiedu l-impjieg u l-prosperità fl-Istati Membri kollha tal-UE. L-ikkompletar tas-suq intern u t-titjib tal-effiċjenza u l-koeżjoni soċjali fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 huma kruċjali biex l-Ewropa tkun tista' toħroġ mill-kriżi iktar malajr.

1.4

Huwa f'dan il-kuntest li l-Kumitat eżamina b'interess konsiderevoli l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bħala l-ewwel kontribut għad-diskjussjonijiet li ġejjin fil-Kunsill Ewropew u d-deċiżjonijiet li ser jittieħdu dwar it-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja Ewropea.

1.5

Huwa jappella lill-Kummissjoni biex taġġorna u ssaħħaħ il-politika tagħha fid-dawl ta' dawn id-diskussjonijiet sabiex tagħmel iktar progress, l-iktar fl-użu proattiv tal-indikaturi tal-impjieg u l-inklużjoni soċjali.

1.6

Il-Kumitat, b'mod konsistenti, appoġġja l-miżuri għat-titjib tal-investiment soċjali, immirar aħjar tal-fondi Ewropej lejn politiki sodi għall-impjieg u dawk soċjali, inizjattiva dedikata għall-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-garanzija għaż-żgħażagħ, u mobbiltà transkonfinali aħjar. Għalhekk jilqa' ż-żieda fl-attenzjoni lil dawn l-oqsma ta' politika. Huwa jilqa' wkoll id-djalogu soċjali msaħħaħ previst bħala parti mill-proċess tas-Semestru Ewropew.

1.7

Il-Kumitat jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li jekk tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali dan jgħin lill-Istati Membri jiksbu l-potenzjal tagħhom f'termini ta' żieda fl-impjieg, titjib fil-koeżjoni soċjali u prevenzjoni ta' disparitajiet ikbar. Huwa jappoġġja b'mod partikolari l-idea li jissaħħaħ il-monitoraġġ mill-qrib tal-impjieg u l-iżbilanċi soċjali fl-UEM permezz ta' monitoraġġ sistematiku tar-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ, tad-dħul tal-familji, tal-faqar u tal-inugwaljanza.

1.8

It-tabella (scoreboard) proposta għall-impjieg u l-iżbilanċi soċjali, ibbażata fuq indikaturi ewlenin u livelli limiti għalhekk għandha tidentifika b'mod proattiv żviluppi asimetriċi u effetti sekondarji fil-prestazzjoni ekonomika ġenerali. Din is-sistema ta' monitoraġġ, fejn meħtieġ, għandha tixpruna mekkaniżmu ta' aġġustament u rispons ta' politika f'waqthom u effettivi, kif inhu l-każ għal żbilanċi ekonomiċi u finanzjarji simili. B'hekk, il-Kumitat jaqbel mal-fehma tal-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta’ Ġunju 2013 li l-qafas previst għall-indikaturi soċjali u dawk tal-impjieg huwa "l-ewwel pass" lejn dimensjoni soċjali iktar komprensiva tal-UEM (1).

1.9

Il-Kumitat qeda r-rwol konsultattiv tiegħu fl-evoluzzjoni tad-diskussjonijiet li ġejjin tal-Kunsill Ewropew permezz tal-Opinjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2013 (2) u jtenni l-appell tiegħu biex tkompli tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-UEM.

2.   Kummenti speċifiċi

2.1

Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi għadd ta' inizjattivi biex tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-UEM b'enfasi partikolari fuq tliet punti:

monitoraġġ imsaħħaħ tal-isfidi soċjali u dawk tal-impjieg u l-koordinazzjoni tal-politika

titjib fis-solidarjetà u l-azzjoni fir-rigward tal-impjieg u l-mobbiltà tax-xogħol

djalogu soċjali msaħħaħ.

2.2

Il-Kumitat jaqbel li hemm bżonn li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-UEM u jixtieq jenfasizza dawn il-punti:

Monitoraġġ imsaħħaħ tal-isfidi soċjali u dawk tal-impjieg u l-koordinazzjoni tal-politika

2.3

Il-konsolidazzjoni fiskali u l-governanza ekonomika tal-UE ma tistax tiġi sostnuta mingħajr forom ekwivalenti ta' konsolidazzjoni soċjali u governanza soċjali. Il-marġnijiet ('spreads') attwali fid-diverġenzi soċjali Ewropej qed ixekklu l-irkupru, it-tkabbir u l-koeżjoni. Il-KESE jressaq l-argument li s-Semestru Ewropew irid jinkludi punti ta' riferiment għall-impjieg u l-inklużjoni soċjali fi ħdan l-istess qafas ta' monitoraġġ bħal dak għall-koordinazzjoni ekonomika u r-riformi strutturali. L-impjieg kwantifikabbli u l-miri soċjali għandhom jitqabblu mal-miri għad-dejn u d-defiċits, b'mekkaniżmi simili għall-aġġustament u s-solidarjetà biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi soċjali u jiġi promoss l-investiment soċjali.

2.4

Il-KESE jagħraf li t-tiġdid ekonomiku u l-investiment soċjali mill-UE u l-Istati Membri jeħtieġu iktar minn strutturi ta' governanza formali u mekkaniżmi statutorji. Għal din ir-raġuni, is-soċjetà ċivili organizzata u ċ-ċittadini Ewropej individwali għandhom interess u rwol x'jaqdu minn jeddhom. Ir-responsabbiltà parteċipattiva tal-proġett Ewropew hija tal-ikbar importanza.

2.5

Madankollu, il-Kumitat jenfasizza wkoll li t-titjib soċjali sostenibbli jeħtieġ li l-problemi strutturali fl-Istati Membri jiġu indirizzati fis-sors. Il-kompetittività globali, it-tkabbir ekonomiku u dimensjoni soċjali b'saħħitha huma elementi ewlenin biex l-Ewropa toħroġ mill-kriżi. L-indikaturi li ġew proposti dan l-aħħar għall-politika soċjali għandhom jintużaw biex jissaħħu r-riformi fil-perjodu l-qasir u fit-tul.

Titjib fis-solidarjetà u l-azzjoni fir-rigward tal-impjieg u l-mobbiltà tax-xogħol

2.6

Kif targumenta l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha, il-mobbiltà transkonfinali tax-xogħol hija element importanti biex jiġu preservati l-impjieg u l-kompetittività u biex jinħolqu impjiegi ġodda biex jissostitwixxu dawk li ntilfu minħabba r-ristrutturar ekonomiku.

2.7

Sabiex ikomplu jitnaqqsu l-ostakli attwali għall-mobbiltà tax-xogħol għandhom jiġu adottati miżuri addizzjonali bil-għan li jkun hemm informazzjoni dwar il-liġi tax-xogħol u d-drittijiet soċjali li tkun tinftiehem faċilment u li tkun disponibbli għall-ħaddiema mobbli fil-lingwi nazzjonali rispettivi tagħhom. Il-ħaddiema għandhom ukoll dritt speċifiku għall-konsulenza. L-istrutturi ta' konsulenza rilevanti għandhom jikkollaboraw mill-qrib mal-imsieħba soċjali u l-EURES, b'tali mod li l-ħaddiema mobbli jkunu informati f'pajjiżhom dwar il-kundizzjonijiet soċjali u legali tal-pajjiż ospitanti qabel ma jitilqu mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom.

2.8

L-investiment soċjali jgħin liċ-ċittadini. Dan isaħħaħ il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom u jgħinhom jieħdu sehem fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol li, min-naħa tiegħu, iwassal għal benessri akbar, iħeġġeġ l-ekonomija u jgħin lill-UE toħroġ mill-kriżi aktar b’saħħitha, aktar magħquda u aktar kompetittiva.

2.9

L-investiment soċjali mmirat mhux biss iwassal għall-progress soċjali iżda fl-istess ħin iwassal ukoll għal żieda fil-kompetittività. Speċjalment fi żminijiet ta’ qgħad drammatiku u mingħajr preċedent u faqar li kulma jmur jiżdied, l-investiment fil-welfare state jaqdi rwol ċentrali wkoll fit-tisħiħ tal-koeżjoni u l-integrazzjoni soċjali kif ukoll fl-indirizzar tal-esklużjoni soċjali u l-faqar. Infiq f'investiment ta' dan it-tip irid jiggarantixxi l-effiċjenza.

2.10

Il-KESE jenfasizza b'mod ċar li d-dimensjoni soċjali tal-UEM teħtieġ strumenti, indikaturi u għanijiet kwalitattivi u kwantitattivi ċari li huma effettivi daqs l-obbligi ekonomiċi u finanzjarji tal-UEM. Huwa jagħti parir ukoll lill-Kunsill Ewropew li jekk ma jkunx hemm kunsens jew rieda politika suffiċjenti għal dimensjoni soċjali tal-UE b'nifs ġdid, il-KESE jipproponi l-għażla tal-kooperazzjoni msaħħa fl-UEM, b'riżorsi finanzjarji proprji, Fond Soċjali addizzjonali, Patt għall-Progress Soċjali u standards soċjali, għanijiet u mekkaniżmi ta' stabbiltà li jistgħu jitqabblu mal-mekkaniżmi ta' stabbiltà fiskali, baġitarja u monetarja.

Djalogu soċjali msaħħaħ

2.11

Il-Kumitat għandu fehma pożittiva fir-rigward tal-proposti mill-Kummissjoni biex jittejjeb l-involviment tal-imsieħba soċjali fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u dawk tal-impjieg fil-livell Ewropew. Id-djalogu soċjali jaqdi rwol importanti fil-livelli kollha. Dan jikkontribwixxi għal soluzzjonijiet li jirriflettu l-fehmiet kemm ta' min iħaddiem kif ukoll tal-ħaddiema u jibni wkoll fehim u fiduċja li huma kruċjali għar-riforma tas-swieq tax-xogħol Ewropej u t-tisħiħ tan-nisġa soċjali.

2.12

Il-Kumitat jinnota wkoll li l-ġejjieni tad-djalogu soċjali, inkluża l-kwistjoni tad-djalogu tripartitiku, diġà qed jiġi diskuss mill-imsieħba soċjali Ewropej.

Brussell, 17 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew - 27/28 ta’ Ġunju 2013, EUCO 104/13, punt 14(c).

(2)  ĠU C 271, 19.9.2013, p. 1-7.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/125


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (CCMI) dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti”

COM(2013) 542 final

2014/C 67/25

Relatur: is-Sur VAN IERSEL

Korelatur: is-Sinjura HRUŠECKÁ

Nhar it-3 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti

COM(2013) 542 final.

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-26 ta' Settembru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-17 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'172 vot favur, 23 vot kontra u 24 astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-Kunsill Ewropew dwar id-Difiża ta' Diċembru li ġej, li ser ikun ibbażat fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (1) u r-rapport tar-Rappreżentant Għoli/ il-Kap tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) (2). Dawn l-inizjattivi huma tweġiba urġenti u f'waqtha għall-isfidi interni u esterni, bil-għan li jitħeġġu l-prevedibbiltà u l-kredibbiltà għat-tul tad-difiża Ewropea.

1.2

Billi ħarsu lil hinn mit-tabujiet tradizzjonali, il-Komunikazzjoni u l-fehma (provviżorja) tar-Rappreżentant Għoli kkunsidraw il-qagħda attwali u l-azzjonijiet li jeħtieġ li jittieħdu mill-perspettiva ġusta.

1.3

Ir-rapport tar-Rappreżentant Għoli, b'mod partikolari, jargumenta b'mod konvinċenti li hija indispensabbli strateġija globali fil-qasam tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti Ewropej ta' difiża u sigurtà. Il-KESE jaqbel li l-PSDK ser tipprovdi l-iżjed qafas adatt għal kooperazzjoni effettiva fil-qasam tal-kapaċità militari iżda, barra minn hekk, jenfasizza li din il-kooperazzjoni ser tkun ukoll prerekwiżit għal PSDK kredibbli.

1.4

Sabiex din l-inizjattiva tirnexxi, jeħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet politiċi favorevoli. Peress li t-triq lejn tibdil sostanzjali fl-istrutturi tad-difiża (industrijali) Ewropea ser tkun twila u iebsa, u tinvolvi politiki relatati ma' xulxin, il-KESE huwa tal-fehma li l-iżjed kundizzjoni importanti biex ikun hemm il-progress tant meħtieġ huwa impenn konsistenti min-naħa tal-mexxejja tal-gvernijiet tal-UE.

1.5

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kunsill jadotta numru ta' azzjonijiet u miżuri konkreti biex isaħħu l-kompetittività u l-kooperazzjoni fis-settur tad-difiża Ewropea, li jkunu sinjal ċar għall-futur.

1.6

Il-KESE jappoġġja l-għan li tiġi sostnuta difiża Ewropea indipendenti li tirrifletti l-piż ekonomiku tal-Ewropa u interessi oħra fid-dinja. L-għanijiet għat-tul għandhom ikunu l-protezzjoni awtonoma taċ-ċittadini Ewropej, l-iżgurar li l-forzi militari jkunu pprovduti b'tagħmir modern fuq bażi kontinwa, u l-garanzija tal-valuri Ewropej (id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija) (3).

1.7

Il-fażi l-ġdida tat-tranżizzjoni qed ikollha impatt ukoll fuq id-difiża u s-sigurtà fl-Ewropa. Fi żmien ta' staġnar gravi tal-ekonomija u qgħad li jippersisti fi nħawi kbar tal-Ewropa, qed nesperjenzaw tibdil ġeopolitiku. B'mod parallel, qed jixirfu atturi ġodda fix-xena dinjija. L-iżviluppi fil-livell dinji qed isiru b'ritmu iżjed mgħaġġel mill-iżviluppi fl-Ewropew. Id-distakk qed jikber. L-Ewropa trid tadatta ruħha iżjed malajr biex tkun ras imb'ras pajjiżi oħra.

1.8

Barra minn hekk, il-bżonn ta' industrija kompetittiva kif ukoll it-tnaqqis fir-riżorsi finanzjarji jitolbu l-kosteffettività. L-approċċi Ewropej, li jfittxu li jissostwixxu l-irduppjar kontroproduttiv, il-politiki mhux koordinati u d-disparitajiet, iridu jħeġġu l-aħjar valur għall-flus li jintefqu, sabiex b'hekk ikun hemm inqas ħela ta' flejjes u prestazzjoni ikbar għall-benefiċċju tal-kontribwent.

1.9

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon l-analiżi preċiża u profonda fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni relattiva tal-Ewropa. Analiżi li tixbahha wasslet lill-KESE s-sena l-oħra biex jitlob għal bidla radikali fil-viżjoni Ewropea lejn kwistjonijiet ta' difiża komuni (4).

1.10

B'mod partikolari, il-KESE jaqbel mal-Kapitolu 9 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar elementi essenzjali għall-aġenda tal-Kunsill, li huma: kunċett Ewropew strateġiku, politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (5), u Strateġija Ewropea Industrijali għad-Difiża.

1.11

L-Ewropa teħtieġ sew "lingwa komuni fil-qasam tad-difiża". Dan jitlob tranżizzjoni minn riflessjoni fil-livell nazzjonali għal riflessjoni komuni Ewropea dwar il-bżonnijiet strateġiċi, liema ħaġa tippromovi l-idea li l-interessi nazzjonali jiġu ssodisfati permezz tat-tilħiq tal-għanijiet strateġiċi tal-UE.

1.12

Jinħtieġ ukoll impenn politiku u ċiviku biex jiġi żgurat li l-opinjoni pubblika tkun infurmata sew dwar l-importanza tal-interessi globali u industrijali strateġiċi Ewropej biex jitħeġġeġ l-appoġġ attiv taċ-ċittadini u l-kontribwenti. Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li industrija tad-difiża b'saħħitha bbażata fl-Ewropa ser tagħti wkoll kontribut sostanzjali għall-industrija Ewropea tal-manifattura inġenerali (6).

1.13

L-ikbar għadd possibbli ta' Stati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jintlaħaq dan l-għan ta' importanza kbira. Jekk mhux l-Istati Membri kollha juru r-rieda li jieħdu sehem, il-proċess għandu jitnieda għal dawk li huma lesti jagħmlu dan.

1.14

Il-KESE jenfasizza r-rwol tal-Kummissjoni u tal-EDA, li huma mistennijin jaħdmu flimkien mill-qrib fl-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni. Huwa jappoġġja b'mod wiesa' l-azzjonijiet rakkomandati mill-Kummissjoni. Fil-Kapitolu 6 ta' din l-Opinjoni, huwa jagħmel kummenti u rakkomandazzjonijiet addizzjonali għall-proposti.

1.15

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tiddiskutix politika industrijali proattiva. Għall-kuntrarju, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-pożizzjoni eċċezzjonali tas-settur tad-difiża f'100 % tas-swieq istituzzjonali fid-dinja. Politika industrijali proattiva f'oqsma magħżula, li tiġi implimentata mill-Istati Membri u/jew mill-Kummissjoni, hija indispensabbli biex ikun hemm produzzjonijiet moderni u kosteffettività. Il-kompetenzi kondiviżi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali kif ukoll l-interazzjoni u s-sinerġiji effettivi bejn il-proġetti u t-teknoloġija ċivili u militari ser iwasslu għal benefiċċji u kosteffiċjenza kbar.

1.16

Għandhom jiġu identifikati proġetti ġodda fi ħdan qafas Ewropew multilaterali mill-fażi kunċettwali 'l quddiem, filwaqt li jittieħed vantaġġ mill-EDA. Jistgħu jgħaddu deċennji qabel ma proġetti bħal dawn jibdew jaħdmu bis-sħiħ. Iżjed ma jibdew malajr iżjed aħjar.

1.17

Ir-R&Z pubbliċi u privati huma attivitajiet essenzjali. F'dan il-qasam, il-livell ta' investiment fid-difiża huwa l-iżjed baxx li qatt kien mill-2006 'l hawn (7). Il-kunċett globali għandu jipprevedi modi għat-titjib fil-kundizzjonijiet tal-investiment u l-implimentazzjoni tiegħu fi proġetti konkreti.

1.18

L-ikbar responsabbiltà hija tal-pajjiżi li l-iżjed jipproduċu, fil-kwalità tagħhom ta' xpruni tal-proċess. Għandha tiġi żgurata relazzjoni armonjuża bejn dawn il-pajjiżi u l-Istati Membri l-oħra. L-SMEs u l-faċilitajiet ta' riċerka fil-pajjiżi kollha għandhom ikunu konnessi ma' xulxin b'mod wiesa' sabiex ikun hemm l-akbar għadd ta' Stati Membri possibbli involuti favur strateġija Ewropea.

1.19

Fid-dawl tal-ansjetà fost dawk li jaħdmu fis-settur, minħabba riorganizzazzjonijiet mhux strutturati, hemm iżjed u iżjed bżonn ta' politiki predevibbli. Tinħtieġ ukoll koordinazzjoni fl-antiċapazzjoni tal-bidla sabiex jiġu żgurati kuntratti u prospetti ta' xogħol deċenti. Irid jinħoloq djalogu soċjali.

1.20

Din l-Opinjoni tiffoka l-iżjed fuq il-prinċipji ta' politika, u tirrakkomanda żvilupp urġenti f'qasam strateġiku li ma jistax jistenna. L-ewwel passi f'Diċembru għandhom iwittu t-triq għal segwitu b'suċċess. Il-Kunsill Ewropew, il-gvernijiet, il-Kummissjoni, l-EDA, il-parlamenti u l-industrija (inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati) għandhom jiġu involuti lkoll fit-tfassil ta' orjentazzjonijiet strateġiċi u proġetti konkreti.

2.   L-Ewropa qed tiffaċċja sfida

2.1

Il-Kummissjoni tgħid sewwa li: "Il-bilanċ tal-poter tad-dinja qed jiċċaqlaq hekk kif qegħdin jitfaċċaw ċentri ġodda ta’ gravità u l-Istati Uniti qiegħda tibbilanċja mill-ġdid l-attenzjoni strateġika tagħha lejn l-Asja". L-hekk imsejħa BRICS (grupp ta' nazzjonijiet emerġenti magħmul mill-Brażil, ir-Russja, l-Indja, iċ-Ċina u l-Afrika t'Isfel) qed jintensifikaw l-infiq militari tagħhom. Iċ-Ċina u r-Russja, b'mod partikolari, qed iżidu l-baġits tagħhom b'mod konsiderevoli sal-2015.

2.2

Il-pressjoni tal-Istati Uniti fuq l-Ewropa biex tagħti sehem sħiħ fl-infiq militari globali tad-dinja tal-Punent qed tiżdied bla waqfien. Minħabba restrizzjonijiet baġitarji, l-Istati Uniti qed tirrazzjonalizza d-difiża tagħha, u dan qed jaffettwa wkoll il-ftehimiet mal-Ewropej.

2.3

Id-distakk bejn l-Istati Uniti u l-Ewropa huwa enormi. Fl-2010, il-baġit totali tad-difiża Ewropea (ħlief id-Danimarka) kien ta' EUR 196 biljun, meta mqabbel mal-EUR 520 biljun tal-baġit Amerikan (8). Iżjed importanti minn dan, il-baġit Ewopew globali għar-R&Z huwa 1/7 tal-baġit Amerikan, u dan jaffettwa t-tagħmir u l-użu tal-persunal tal-forzi armati.

2.4

Sadattant, huma bosta t-theddidiet. It-tensjonijiet politiċi u militari mhux qed jonqsu, u qed ifeġġu tensjonijiet ġodda – xi wħud minnhom qrib ħafna tal-Ewropa. Sabiex atturi dinjin ġodda ambizzjużi jilħqu l-istess livell tas-setgħat tradizzjonali, għandhom jiżguraw li d-difiża nazzjonali tagħhom tirrifletti l-interessi ekonomiċi tagħhom u interessi oħra.

3.   Approċċi Ewropej

A.   Approċċi politiċi

3.1

L-Ewropej qed jiffaċċjaw żewġ kategoriji ta' problemi li huma marbutin mill-qrib ma' xulxin:

tnaqqis sostanzjali fl-infiq marbut mad-difiża, li joħloq disparitajiet u ħsara lill-kapaċitajiet u l-effettività nazzjonali ta' difiża, speċjalment minħabba t-tnaqqis kontinwu fl-infiq marbut mar-R&Z;

tibdil ġeopolitiku, li għandu jwassal għal kooperazzjoni Ewropea ħafna iżjed mill-qrib u livell ogħla ta' indipendenza fid-difiża u s-sigurtà.

Madankollu, l-istat tad-dibattitu Ewropew fuq dawn iż-żewġ oqsma konnessi ma' xulxin għadu fil-bidu nett tiegħu.

3.2

Id-dokumenti tal-gvern (9) kollha jirriflettu tnaqqis fl-infiq marbut mad-difiża (10). Huma jiffukaw l-iżjed fuq l-aġġustamenti fi ħdan qafas nazzjonali: kif tista' tinkiseb l-aqwa kosteffiċjenza possibbli filwaqt li jsir użu biżżejjed tal-kapaċitajiet. L-Istati Membri għadhom 'il bogħod minn viżjoni li tpoġġi l-kapaċitajiet nazzjonali tad-difiża b'mod naturali f'perspettiva Ewropea.

3.3

Is-sena li għaddiet il-KESE kkonkluda li: "Il-politika tad-difiża hija influwenzata mill-interessi strateġiċi tal-pajjiżi, (…) li fl-Ewropa huma definiti l-iżjed f’termini nazzjonali. Huwa evidenti li approċċi li għadda żmienhom iwasslu għal żieda fil-frammentazzjoni, lakuni, kapaċità eċċessiva u nuqqas ta’ interoperabbiltà fil-kapaċitajiet Ewropej fil-qasam tad-difiża" (11).

3.4

Sittin sena ta' integrazzjoni Ewropea u s-suq uniku wasslu għal strutturi ekonomiċi u korporattivi reżistenti li jiġġeneraw mudell b'saħħtu fil-livell tal-post ta' attivitajiet ekonomiċi. Madankollu, rigward viżjoni militari u tad-difiża, biex ma nsemmux l-organizzazzjoni, l-Ewropa għadha fil-bidu.

3.5

Id-difiża bħala funzjoni tal-politika estera, li għadha l-aqwa espressjoni tas-sovranità nazzjonali, titfassal, tiġi żviluppata u implimentata skont linji nazzjonali. Kwalunkwe kooperazzjoni multinazzjonali, kemm ma' msieħba Ewropej kif ukoll lil hinn mill-Ewropa, titqies minn dak l-angolu.

3.6

L-inizjattivi li ttieħdu biex jingħelbu l-ostakli inerenti sa issa fallew bil-kbir. Il-patt jew ftehim militari Anglo-Franċiż ta' St. Malo dwar il-kooperazzjoni fid-difiża fl-1998 kien mistenni jwassal għal passi sinifikanti fil-kooperazzjoni militari. Wara ħmistax-il sena, u minkejja negozjati oħra, ftit li xejn kien hemm riżultati.

3.7

Inizjattiva li ttieħdet minn sitt nazzjonijiet fl-1998 wasslet għal ittra ta' intenzjoni min-naħa tas-sitta l-iżjed pajjiżi tal-produzzjoni importanti – Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Italja, Spanja u l-Isvezja – l-hekk imsejħa pajjiżi LoI – ipproduċiet Trattat dwar ir-ristrutturar u l-operazzjoni tal-industrija tad-difiża. Għal perjodu twil ta' żmien, dan it-Trattat dwar l-ippjanar u l-kooperazzjoni mal-industrija kif ukoll dwar il-kapaċitajiet u r-riċerka ma pproduċiex riżultati tanġibbli.

3.8

Jeżistu wkoll forom oħra ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, pereżempju bejn il-Flotot Olandiżi u Belġjani, il-Kooperazzjoni Nordika tad-Difiża (id-Danimarka, il-Finlandja, l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvezja) u l-forzi tal-art Ġermaniżi u Olandiżi. Madankollu, dawn ma għandhomx jiġu konfużi mal-kooperazzjoni industrijali, li għadha lura bil-bosta.

3.9

L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża twaqqfet fl-2005, bil-ħsieb li jkun hemm kooperazzjoni strutturali b'rabta mad-difiża, idea appoġġjata wkoll mill-inizjattivi tal-Kummissjoni. Minkejja ċertu progress, sa issa ma tnediet l-ebda kooperazzjoni strutturali minħabba nuqqas ta' impenn mill-Istati Membri.

3.10

Biex jikkonkludi, il-KESE josserva li minkejja li hemm iżjed għarfien dwar il-bżonn ta' kooperazzjoni iżjed mill-qrib u viżjoni Ewropea dwar id-difiża, in-nuqqas ta' rieda politika, fehmiet tradizzjonali u interessi qawwija xekklu kwalunkwe progress.

B.   L-industrija

3.11

Ir-reazzjoni tal-industrija Ewropea tad-difiża għall-iżviluppi internazzjonali kienet pjuttost differenti:

Hija topera f'kuntest dinji. Hija neċessarjament marbuta mal-gvernijiet nazzjonali, iżda hija attiva ferm fis-swieq internazzjonali, li qed isiru dejjem iżjed bażi għal riżultati pożittivi.

Barra minn hekk, l-industriji ewlenin qed jaħdmu kemm fis-settur militari kif ukoll f'dak ċivili. Il-parti ċivili, li hija iżjed dinamika qed tiżdied minħabba t-tnaqqis fil-bejgħ u d-dħul militari, b'mod speċjali fl-Ewropa.

3.12

L-industrija ilha mħassba żmien twil dwar il-pożizzjoni kompetittiva tagħha. Il-pożizzjoni istituzzjonali tal-industrija tvarja ħafna minn pajjiż għal ieħor: minn kumpanija li huma kompletament tal-istat sa intrapriżi privati u kull tip ta' varjetà oħra. Il-fattur komuni huwa li kullimkien ir-rwol tal-gvernijiet huwa dominanti. Minkejja l-privatizzazzjoni (parzjali) r-rabta bejn l-industrija u l-gvernijiet għadha qawwija ħafna għaliex tiddependi mid-domanda u r-regolazzjoni (monopolistiċi) tal-gvernijiet, u mil-liċenzji għall-esportazzjoni.

3.13

Il-preferenza tal-industrija tkun konsolidazzjoni f'livell Ewropew, iżda s-suq huwa limitat wisq. BAE-Systems, Finmeccanica u, pjuttost b'mod inqas qawwi, Thales u EADS huma attivi ħafna fl-Istati Uniti. Madankollu, ma jistgħux joperaw b'mod ħieles fl-Ewropa minħabba li, fid-dawl ta' relazzjonijiet speċjali, il-gvernijiet nazzjonali għad għandhom ir-riedni ta' kwalunkwe deċiżjoni fl-industrija f'idejhom.

3.14

Id-dinamika tas-swieq issaħħaħ il-kompetizzjoni fid-dinja kollha. L-industrija Amerikana qed tkattar l-isforzi tagħha fl-esportazzjoni sabiex tikkumpensa għat-tnaqqis ta' ċerti swieq domestiċi. Atturi dinjin ġodda ser jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom dejjem iżjed. Ser jimmiraw ukoll lejn l-esportazzjoni u b'hekk jikkompetu mal-industrija Ewropea fis-swieq tal-pajjiżi terzi.

3.15

Fl-aħħar nett, l-industrija tieħu l-pożizzjoni li l-KESE enfasizza bil-qawwa s-sena li għaddiet, jiġifieri li industrija matura tad-difiża qatt ma jista' jkollha pożizzjoni internazzjonali kredibbli mingħajr bażi lokali soda. Fid-dawl tal-aspett teknoloġiku għoli tat-tagħmir militari, l-ebda suq nazzjonali jew baġit għad-difiża fil-livell nazzjonali ma għadu ta' volum biżżejjed. Is-sitwazzjoni ilha hekk għal għoxrin sena, u l-konsegwenzi ta' dan qed isiru iżjed u iżjed serji.

3.16

Fit-triq lejn difiża Ewropea indipendenti, il-KESE jenfasizza l-prijorità għolja tal-kapaċitajiet sovrani u l-investimenti b'valur miżjud għoli, li huma kruċjali għall-Ewropa biex taqdi rwol distintiv fid-dinja u ser jikkontribwixxu wkoll għal mod ta' ħsieb ġdid fost l-Ewropej.

3.17

Dan l-aħħar, l-industrija tenniet l-argumenti kollha tas-soltu favur teknoloġija stabbli u prevedibbli għat-tul xprunata mill-Ewropa, u skemi ta' produzzjoni fi kwalunkwe qasam importanti.

3.18

L-industrija qed tagħti l-allarm. L-alternattiva biex tibqa' ħajja u żżomm il-kapaċità ta' gwadann u l-impjieg tagħha hija li żżid il-produzzjoni ċivili. Madankollu, f'dak il-każ, l-Ewropa tkun nieqsa, b'mod ferm iżjed wiesa', minn industrija tad-difiża domestika, liema ħaġa taffettwa wkoll il-politika estera tagħha.

3.19

It-trejdjunjins, rappreżentati minn IndustriAll, jirriflettu l-istess sentimenti ta' ansjetà kbira. Fl-2011, 7330 00 persuna fl-Ewropa (12) kienu impjegati direttament mis-settur tal-ajruspazju u d-difiża u żewġ miljun persuna oħra ddependew minnu. F'dawn l-aħħar għaxar snin, il-manodopera tnaqqset b'mod sostanzjali, u tnaqqis baġitarju addizzjonali qed jhedded l-impjiegi. Iż-żgħażagħ mhumiex attirati biżżejjed lejn is-settur tad-difiża minħabba l-futur imprevedibbli tiegħu.

3.20

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-impjegati qed ipattu bil-qares għall-falliment tal-gvernijiet li jirristrutturaw l-organizzazzjonijiet tad-difiża tagħhom. Billi jipposponu r-razzjonalizzazzjoni tal-bażi militari, il-gvernijiet qed jitilfu l-opportunità li jinvestu b'mod effettiv fit-tiġdid tal-kapaċitajiet, li għandu impatt negattiv fuq il-manodopera.

3.21

Is-sitwazzjoni attwali ser tqanqal iżjed reżistenza, sakemm jibqgħu għaddejjin riorganizzazzjonijiet li la huma ppjanati u lanqas strutturati. Bit-tnedija ta' tibdiliet proattivi tal-politika, ser tkun meħtieġa l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-manodopera fil-livell korporattiv u territorjali sabiex jiġu evitati aġġustamenti għal għarrieda.

3.22

L-impjieg, forsi fuq skala iżgħar, ser jitlob ferm iżjed koordinazzjoni Ewropea fit-teknoloġija u l-produzzjoni. F'dan il-proċess, irid jiġi evitat l-impjieg prekarju permezz ta' ħiliet u kompetenzi ġodda sabiex jiġu żgurati bl-aħjar mod possibbli kuntratti u prospetti ta' xogħol deċenti. Jeħtieġ li jitnedew djalogi soċjali effettivi f'livelli diversi.

3.23

It-tnaqqis fil-produzzjoni Ewropea dovut għat-tnaqqisiet baġitarji jrid jiġi ġestit b'mod strutturat, bis-saħħa ta' djalogi soċjali deċenti li jkollhom l-għan li jżommu l-impjiegi ujsibu postijiet ġodda ta' impjieg għall-ħaddiema ssensjati. Kemm l-industrija kif ukoll il-persunal imorru aħjar fi ħdan kuntest Ewropew prevedibbli u xprunat mis-suq milli f'riorganizzazzjonijiet fuq perjodu qasir ta' żmien li jkunu ppjanati ħażin fuq bażi purament nazzjonali mingħajr għanijiet ċari (13).

4.   Kundizzjonijiet politiċi u prospetti potenzjali

4.1

Gradwalment, il-prospetti tal-industrija Ewropea tad-difiża tant ser isiru inċerti li jkun hemm bżonn ta' dibattitu fundamentali fost l-Ewropej – u jekk mhux fost kulħadd, tal-inqas fost dawk li juru li għandhom ir-rieda.

4.2

Hemm bżonn ta' mentalità ġdida u tal-iżvilupp ta' "lingwa komuni" bejn l-Istati Membri u fi ħdan l-UE, li jkollhom bħala punt ta' tluq tliet suppożizzjonijiet bażiċi:

ekonomija Ewropea integrata titlob approċċ komuni għad-difiża u s-sigurtà biex tħares u tipproteġi l-interessi tagħha, iċ-ċittadini tagħha u l-fehmiet tagħha fid-dinja;

hemm bżonn ta' analiżi komuni tal-iżviluppi dinjin attwali u mistennija (għat-tul) bħala punt ta' tluq biex jiġu żviluppati ideat u approċċi konkreti biex isostnu l-pożizzjoni globali tal-Ewropa fid-dinja;

jeħtieġ li ssir ir-rabta bejn il-politika estera, it-theddid, id-difiża u s-sigurtà, il-prospetti għat-tul u industrija sostenibbli tad-difiża, inkluż l-impjieg.

4.3

Il-KESE huwa konxju bis-sħiħ tal-impatt qawwi ta' dawn is-suppożizzjonijiet interkonnessi li għad mhux qed jiġu diskussi biżżejjed. Il-bosta inizjattivi li tnedew f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena bir-rieda t-tajba fallew minħabba li qatt ma nxteħet dubju fuq is-sovranità nazzjonali, jiġifieri l-perċezzjonijiet nazzjonali tat-theddid u l-pożizzjonijiet, espressi mill-politika estera nazzjonali. Għaldaqstant, bħalissa l-Ewropa qed tgħix b'firxa wiesgħa ta' pożizzjonijiet li, sa ċertu punt, mhumiex kompatibbli. Il-KESE huwa tal-fehma li hija illużjoni li ser ikun hemm progress serju sakemm ma tiġix aċċettata s-sovranità kondiviża fil-qafas tal-UE.

Id-dibattitu jrid jibda mill-ġdid għal proċessi ġodda u iżjed promettenti.

4.4

Fid-dawl tal-firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika involuti, il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-Kunsill Ewropew dwar id-Difiża ta' Diċembru li ġej. Sa issa, ir-responsabbiltà għad-difiża u s-sigurtà kienet l-iżjed f'idejn il-Ministri tad-Difiża, ġeneralment b'konformità mal-linji gwida ġenerali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin, u taħt is-sorveljanza stretta tal-Ministri tal-Finanzi.

4.5

Sadattant, il-kuntest qed jinbidel kompletament, minħabba restrizzjonijiet baġitarji drastiċi u l-bżonn tar-razzjonalizzazzjoni flimkien ma' paradigmi ġodda u, għaldaqstant, theddid ġdid. Fid-dawl, fost affarijiet oħra, tar-relazzjoni bejn it-teknoloġija u l-innovazzjoni ċivili u militari, u r-rabta bejn id-difiża u s-sigurtà pubblika, huma involuti wkoll partijiet oħra tal-politika governattiva. Dawn il-fatturi kollha jitolbu approċċ olistiku u globali.

4.6

Ħafna nies, b'mod partikolari l-industrijalisti u l-impjegati, qed jiddependu minn mentalità u azzjoni strutturali minn Diċembru 'l quddiem. Jekk l-UE titlef din l-opportunità, hemm mnejn jgħaddu snin qabel ma jirnexxielha twitti t-triq għal proċess pożittiv.

4.7

Il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru ser ikun l-ewwel Kunsill tal-UE li jindirizza l-kwistjoni tad-difiża minn perspettiva globali. Fid-dawl tal-kumplikazzjonijiet kbar involuti biex insalpaw lejn direzzjonijiet ġodda, il-KESE huwa tal-fehma li l-Kunsilli Ewropej sussegwenti ser ikunu indispensabbli biex jipprovdu direzzjoni viżibbli, kredibbiltà u prevedibbiltà.

5.   Il-politika industrijali

5.1

Il-KESE laqa' b'sodisfazzjon kbir il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Politika Industrijali (14) li għandha l-għan li tħeġġeġ kundizzjonijiet siewja, politiki u programmi għat-twaqqif, l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-attivitajiet industrijali fl-Ewropa. L-Ewropa trid tiżgura l-futur industrijali tagħha fi ħdan ambjent miftuħ.

5.2

Id-difiża hija settur predominanti u eċċezzjonali. Hija topera, min-natura tagħha, fi swieq dinjin li huma istituzzjonali mija fil-mija. Kemm is-settur kif ukoll il-faċilitajiet ta' riċerka jitwaqqfu u jiġu organizzati abbażi ta' kriterji nazzjonali. Il-pajjiżi ż-żgħar, li ma għandhomx il-produzzjoni industrijali proprja tagħhom, jixtru prodotti disponibbli fis-suq ("off the shelf", li, meta niġu għall-fatti, ifisser li jixtru mill-Istati Uniti.

5.3

Permezz tal-konsolidazzjoni fl-industrija – fużjonijiet u take-overs transkonfinali – u l-internalizzazzjoni, b'mod partikolari man-nisġa industrijali tal-Istati Uniti, il-kumpaniji l-kbar u l-SMEs madwar il-kontinent huma interkonnessi. L-esportazzjonijiet għadhom qed joperaw b'mod pożittiv. L-ikbar ostaklu huwa r-relazzjoni kkumplikata mal-gvernijiet Ewropej minħabba n-nuqqas ta' viżjoni komuni.

5.4

Flimkien mal-azzjonijiet tal-EDA, l-UE bdiet b'żewġ direttivi li jirrakkomandaw il-ftuħ tas-swieq intra-Ewropej (15). Id-data tal-għeluq għat-traspożizzjoni kienet is-sajf tal-2011 (16), iżda l-implimentazzjoni fil-prattika qed issir bil-mod.

5.5

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (17), li turi progress sostanzjali fl-analiżijiet u l-proposti. Il-Kummissjoni ġustament tenfasizza, fil-qafas ta' politika industrijali għas-settur tad-difiża, is-sinifikat tas-suq intern għall-prodotti tad-difiża, ir-R&Z, ir-rwol tal-SMEs, il-kontribut potenzjali tal-politika reġjonali, u l-iżvilupp ta' ħiliet adatti.

5.6

Madankollu, bħala kritika, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Kummissjoni ma tenfasizzax biżżejjed il-pożizzjoni eċċezzjonali tas-settur tad-difiża kif ukoll il-bżonn ta' politika industrijali proattiva. Dan ma jinvolvix biss il-ftuħ tas-swieq, għax dan irid jiġi definit b'mod adatt, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tad-difiża, inkluż l-Artikolu 346 tat-TFUE.

5.7

Jinvolvi wkoll il-ħolqien ta' bażi politika fl-Ewropa bil-għan li l-gvernijiet jaħdmu flimkien fuq id-destin komuni tagħhom fuq perjodu twil ta' żmien. B'hekk biss jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex jitnedew programmi komuni serji mill-fażi kunċettwali sal-punt ta' riċerka ffukata, innovazzjoni u produzzjoni fis-suq domestiku Ewropew fuq medda twila ta' żmien.

5.8

Ir-R&Z hija fundamentali fil-bidu tal-katina ta' valur li għandha tkun Ewropizzata (18). Dawn kienu r-raġunijiet għala ġiet enfasizzata l-kooperazzjoni fil-qasam tar-R&T (riċerka u t-teknoloġija) u r-R&Z fit-twaqqif tal-EDA, il-preċedessuri tagħha (WEAG u IEPG), kif ukoll fi ħdan in-NATO. Madankollu, għal darb'oħra, għad ma kienx hemm implimentazzjoni.

5.9

Għal tletin sena, il-falliment tal-kooperazzjoni kien ir-regola iżjed milli l-eċċezzjoni. Ċerti proġetti nbdew, bħall-NH-90 u l-A400M, iżda l-eżempji juru wkoll li r-rekwiżiti tas-sistema kienu ta' sikwit sempliċement is-somma tar-rekwiżiti nazzjonali, li l-fażijiet tal-iżvilupp kienu twal wisq, u li l-proġetti finali kienu għaljin iżżejjed.

5.10

Minbarra xi suċċessi relattivi, inizjattivi oħra fil-qasam tal-kooperazzjoni, bħall-NF-90, fallew u, b'mod parallel, ġiet implimentata firxa ta' programmi relatati mal-inġenji tal-ajru tal-ġlied (fighter aircraft) – Typhoon, Rafale, Grippen – filwaqt li bosta pajjiżi ssieħbu fil-programm US F-35 kif ukoll f'firxa wiesgħa ta' programmi tal-missili.

5.11

Bħalissa mhux qed jiġu implimentati programmi fuq skala wiesgħa u importanti, filwaqt li s-sistemi eżistenti qed jixjieħu u għadda żmienhom. Bħala eżempju, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-vetturi korazzati, is-sottomarini, il-ħelikopters tat-trasport u s-sistemi portabbli tad-difiża tal-ajru. F'każi bħal dawn, jidher li s-sistemi l-ġodda li jaħdmu b'mod awtomatiku joffru opportunità ideali biex jittieħdu inizjattivi komuni, iżda fil-prattika, għadu ma ħareġ l-ebda għan ta' dan it-tip. Possibbiltà oħra hija kooperazzjoni inqas ambizzjuża, bħall-istandardizzazzjoni tal-kapaċitajiet tar-riforniment ta' karburant fl-ajru (air-to-air refuelling).

5.12

Il-KESE jitlob li jitnedew programmi Ewropew, b'mod partikolari dwar il-ġenerazzjoni li jmiss tar-RPAS (remotely piloted aircraft systems), li jibnu fuq is-sinerġiji mal-Kummissjoni, u dwar komunikazzjonijiet siguri bis-satellita. Nistgħu neżaminaw ukoll l-oqsma għall-kooperazzjoni (mal-Amerikani), bħall-kapaċitajiet ta' rifiorniment ta' karburant fl-ajru, li huma qasam b'nuqqasijiet kbar u fejn l-EDA qed tanalizza l-possibbiltà ta' soluzzjonijiet Ewropej.

5.13

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropa ssemmi opportunitajiet li jitolbu appoġġ politiku sħiħ. F'dan ir-rigward, jidher li t-tnedija ta' kapaċità ta' sorveljanza mill-ispazju ta' riżoluzzjoni għolja f'livell Ewropew, li tipprovdi sistemi aġġornati vis-à-vis Helios, RadarSat, eċċ., tkun inizjattiva kruċjali. Kwistjoni prinċipali f'dan il-kuntest hija t-tlaqqigħ flimkien tal-għarfien espert tal-Istati Membri, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u ċ-Ċentri tar-Riċerka Konġunta. L-ebda pajjiż Ewropew ma jista' jagħmel dan waħdu.

5.14

Jeħtieġ li, fejn hemm bżonn, il-proġetti tad-difiża jkunu marbutin mal-programmi tal-UE fil-qasam tar-R&Z. L-FP7 diġà huwa involut fi proġetti b'użu doppju. Il-fatt li jiifavorixxi l-proġetti transkonfinali joħloq valur miżjud. Il-KESE jitlob li t-teknoloġiji b'użu doppju jiġu kkunsidrati b'mod iżjed sistematiku fil-qafas tal-Orizzont 2020.

5.15

Huwa kruċjali li l-politika industrijali fid-difiża tindirizza wkoll id-disparitajiet bejn il-pajjiżi li jipproduċu l-iżjed u pajjiżi oħra. Għandha tiġi promossa b'mod attiv il-parteċipazzjoni tal-industriji mill-pajjiżi kollha sabiex l-ikbar għadd possibbli ta' pajjiżu jimpenjaw ruħhom politikament u jkunu involuti ekonomikament. B'hekk, tintemm bil-mod il-mod il-kwistjoni tal-off-sets, li s-soltu tqanqal tant dibattitu u kritika. Dawn l-elementi għandhom isiru parti integrali ta' strateġija Ewropea globali fil-qasam tad-difiża.

5.16

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-kwistjoni taħraq tax-xiri ta' prodotti disponibbli fis-suq barra mill-UE. Politiki bħal dawn għandhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid fil-qafas ta' strateġija Ewropea tad-difiża. Din il-kwistjoni essenzjali u kkumplikati ħafna trid tiġi indirizzata fl-ogħla livell.

5.17

Settur Ewropew tad-difiża ġestit kif imiss joffri opportunitajiet ferm aħjar għal kooperazzjoni internazzjonali bbilanċjata, partikolarment mal-Istati Uniti. Meta nqisu li l-Amerika tipproteġi l-interessi strateġiċi tagħha, il-KESE jitlob li s-settur tad-difiża jiġi kkunsidrat bir-reqqa bħala settur eċċezzjonali fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku waqt in-negozjati dwar il-ftehim ta' kummerċ ħieles li jmiss.

5.18

F'dan il-qafas ukoll, jeħtieġ li tiġi żgurata l-kontinwità tal-provvista ta' parts kritiċi u sensittivi ta' oriġini Amerikana fil-katina ta' valur Ewropea. Pożizzjoni komuni Ewropea ser tiffaċilita wkoll in-negozjati mal-pajjiżi terzi dwar il-provvista ta' materja prima kritika.

5.19

Bl-istess mod, għandhom jiġu żgurati d-drittijiet Ewropej tal-proprjetà intellettwali meta jsiru esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

5.20

Il-kollaborazzjoni b'suċċess bejn l-industriji mill-pajjiżi varji ma għandhiex tiddgħajjef minn deċiżjonijiet unilaterali tal-Istati Membri dwar kontroll tal-esportazzjonijiet li jwasslu għal applikazzjoni ddiversifikata tal-kriterji marbutin mal-kontrolli tal-esportazzjonijiet fir-rigward tal-Pożizzjoni Komuni (19) kif ukoll bejn il-kriterji nazzjonali tal-Istati Membri.

6.   L-azzjonijiet tal-Kummissjoni

6.1

B'mod ġenerali, il-KESE jaqbel mal-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni. Huwa jqishom bħala pass sostanzjali 'l quddiem. Iżda, dwar ċerti kwistjonijiet, huwa jixtieq jagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin:

6.2

Il-kooperazzjoni mal-EDA hija kruċjali. Il-KESE huwa tal-fehma li l-koordinazzjoni u l-kombinazzjoni tal-ħidma tal-Kummissjoni ma' dik tal-EDA, kif propost fl-azzjonijiet differenti rakkomandati fil-Komunikazzjoni, huma kundizzjoni indispensabbli għall-progress u s-suċċess. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-promozzjoni tal-kapaċitajiet ta' użu doppju, bħall-kapaċitajiet tat-trasport bl-ajru.

6.3

Il-KESE jenfasizza li, sabiex tisfrutta l-potenzjal sħiħ tagħha, l-EDA teħtieġ bażi finanzjarja iżjed b'saħħitha u impenn sħiħ min-naħa tal-Istati Membri. Għandha tingħata rwol iżjed prominenti fl-ippjanar tad-difiża bil-għan li jiġu appoġġjati l-Istati Membri.

6.4

Il-KESE japprova bil-qawwa l-proposti tal-Kummissjoni dwar l-istandards u ċ-ċertifikazzjoni li ser jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni transkonfinali fl-industrija kif ukoll l-ispeċjalizzazzjoni reġjonali u n-netwerks tal-eċċellenza. Huwa jħeġġeġ is-sinerġiji bejn l-EDA u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA), l-iżjed fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni.

6.5

L-SMEs, li huma interkonnessi wkoll mal-kumpaniji l-kbar, huma importanti ħafna għall-innovazzjoni u l-produzzjoni tad-difiża Ewropea. Il-KESE jenfasizza l-bżonn ta' netwerks miftuħa bil-għan li jiġu appoġġjati l-azzjonijiet proposti. Għadd iżgħar ta' proġetti (Ewropej) iżda iżjed iffukati jista' jwassal għal opportunitajiet ġodda.

6.6

Is-sehem ta' firxa wiesgħa ta' SMEs mill-Ewropea ser jgħin ukoll biex jiġi involut l-ikbar għadd ta' pajjiżi possibbli. Is-sehem tagħhom jista' wkoll iservi ta' opportunità biex il-pajjiżi jiġu kkumpensati meta jagħmlu l-bidla mix-xiri ta' prodotti disponibbli fis-suq għal dawk Ewropej.

6.7

Il-KESE jappoġġja bil-qawwa l-azzjonijiet rakkomandati mill-Kummissjoni dwar il-ħiliet, li huma kruċjali. Huwa jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-kontribut pożittiv tal-Fond Soċjali Ewropew u l-Fondi Strutturali, u jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tal-EDA biex tissensibilizza lill-Istati Membri, biex tappoġġja l-iżvilupp ta' proġetti konkreti f'dawn l-oqsma.

6.8

Il-KESE jtenni l-appoġġ sod tiegħu għall-azzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-isfruttament attiv tat-teknoloġiji b'użu doppju.

6.9

Il-KESE jenfasizza r-rabta potenzjalment pożittiva bejn il-politiki spazjali u d-difiża għal proġetti eżistenti u dawk li ġew żviluppati dan l-aħħar (20).

6.10

Il-KESE jappoġġja l-azzjonijiet proposti fil-qasam tal-enerġija. Dawn ser jinvolvu wkoll għadd ta' SMEs.

6.11

Id-dimensjoni internazzjonali hija ta' importanza fundamentali, kif inhija wkoll il-Komunikazzjoni ppjanata dwar viżjoni għat-tul għall-kontrolli strateġiċi tal-UE fil-qasam tal-esportazzjonijiet. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-relazzjonijiet industrijali esterni jirnexxu biss jekk ikun hemm suq intern ġenwin.

6.12

Fl-aħħar nett, il-KESE japprova bis-sħiħ il-kunsiderazzjonijiet strateġiċi kollha msemmijin fil-Kapitolu 9.2 tal-Komunikazzjoni.

Brussell, 17 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti, COM(542) 2013 final.

(2)  Dan id-dokument għadu ma ġiex ippubblikat. Hija disponibbli fehma provviżorja tar-Rappreżentant Għoli.

(3)  ĠU C 229, 4.10.2012, p. 17

(4)  ĠU C 299, 4.10.2012, p. 17

(5)  Ara l-Artikolu 42 tat-TUE.

(6)  F'dan ir-rigward, eżempju li joħroġ dan biċ-ċar fl-industrija ċivili huwa l-iżvilupp b'suċċess u dinamiku tal-Airbus.

(7)  Ara d-data tal-2011 tal-EDA dwar id-difiża.

(8)  Sors: EDA, Jannar 2012.

(9)  Strategic Defence and Security Review, Renju Unit, Ottubru 2010. Livre Blanc sur la Défense et la sécurité nationale (White Paper dwar id-Difiża u s-Sigurtà Nazzjonali), Franza, Mejju 2013.

(10)  Il-kummenti kritiċi li l-Ministru Franċiż tad-Difiża, Jean-Yves Le Drian, qajjem f'diskors għall-Ecole militaire f'Pariġi fid-29 ta' April ta' din is-sena wrew b'mod miftuħ l-impatt ta' dan it-tnaqqis.

(11)  Ibid punt 1.2.

(12)  Rapport Annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Industriji tal-Ajruspazju u d-Difiża fl-Ewropa (ASD – AeroSpace and Defence Industries Association of Europe), 2012.

(13)  Ara wkoll "Twelve demands for a sustainable industrial policy", IndustriAll Europe Executive Committee, 12-13 ta' Ġunju 2013.

(14)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Politika Industrijali, (COM(2012) 582 final) u l-Opinjoni tal-KESE dwar din il-Komunikazzjoni.

(15)  Pakkett tad-Difiża, 2007.

(16)  Direttiva 2009/43/KE (ĠU L 146, 10.6.2009) dwar it-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża u 2009/81/KE (ĠU L 216, 20.8.2009) dwar il-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà. Il-Pakkett tad-Difiża kien jinkludi wkoll Komunikazzjoni dwar “Strateġija għal industrija tad-difiża Ewropea aktar b’saħħitha u kompetittiva”, COM(2007) 764, 5.12.2007.

(17)  Ara n-nota nru 1 f'qiegħ il-paġna.

(18)  B'konformità ma' bosta dokumenti. Ara wkoll ĠU C 299, 4.10.2012, p. 17

(19)  2008/944/PESK.

(20)  Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar l-ispazju, Settembru 2013.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/132


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-Teknoloġiji u l-Innovazzjoni fil-qasam tal-Enerġija”

COM(2013) 253 final

2014/C 67/26

Relatur: is-Sur WOLF

Korelatur: is-Sur COULON

Nhar it-2 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

It-teknoloġiji u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija

COM(2013) 253 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-30 ta' Settembru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’117-il vot favur, vot wieħed (1) kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Sommarju

1.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-miżuri proposti mill-Kummissjoni.

1.2

Il-KESE jtenni l-impenn tiegħu favur Komunità Ewropea tal-Enerġija u favur djalogu dwar l-enerġija fil-livell Ewropew.

1.3

Il-Kumitat jappoġġja l-għan ta' azzjoni konġunta, ikkoordinata, koerenti u kooperattiva mill-atturi involuti fil-politika dwar l-enerġija.

1.4

Meta jkunu qed jiġu implimentati l-miżuri, il-KESE jirrakkomanda li jiġu evitati b'mod assolut l-inflessibbiltà burokratika, l-averżjoni għar-riskju u d-distorsjoni tas-suq, jiġifieri kwalunkwe ostaklu li jxekkel l-innovazzjoni. Għandhom jitħeġġu l-ixpruni ta' ideat u kunċetti ġodda.

1.5

L-aktar kompitu importanti huwa l-iżvilupp tekniku u xjentifiku ta' teknoloġiji u innovazzjonijiet fil-qasam tal-enerġija. Dan jikkonċerna b'mod partikolari t-tkomplija u l-iżvilupp tal-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET) matul il-perjodu ta' finanzjament 2014-2020.

1.6

Għandhom jintużaw strumenti adatti biex jiġi żgurat il-bilanċ bejn, minn naħa, l-iżvilupp ta' proġetti ppjanati tajjeb u, min-naħa l-oħra, l-possibbiltà li jiġu adottati diversi approċċi ġodda u kompetittivi.

1.7

Huwa biss permezz tal-esperjenza u firxa wiesgħa ta' għażliet u kunċetti b'taħlita tal-enerġija ugwalment wiesgħa li jista' jiġi żgurat is-suċċess fit-tul tal-kompitu enormi li għandna quddiemna.

1.8

Fid-dawl tan-nuqqas ta' finanzjament mistenni fil-qafas tal-baġits tal-Kummissjoni għar-riċerka u l-iżvilupp fi ħdan l-Orizzont 2020 kif ukoll fil-baġits għar-riċerka u l-iżvilupp tal-Istati Membri, huwa aktar u aktar importanti li jintużaw il-Fondi Strutturali tal-UE, il-Fond Ewropew tal-Investiment kif ukoll id-dħul mill-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet, u b'mod partikolari li l-potenzjal ta' investiment tal-ekonomija jiġi orjentat lejn l-indirizzar ta' din l-isfida enormi.

1.9

Il-fondi pubbliċi għar-riċerka u l-iżvilupp għandhom jintużaw fejn l-għanijiet ta' riċerka jirrikjedu dan iżda l-industrija, b'mod raġonevoli, ma tkunx mistennija tagħmel l-investimenti rilevanti (ara punt 3.20).

2.   Sinteżi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

2.1

Fid-dawl tal-isfidi sal-2020 u lil hinn, il-Kummissjoni, bħala parti integrali mill-politika tagħha dwar l-enerġija, tippreżenta l-istrateġija tagħha li għandha toħloq teknoloġiji u innovazzjonijiet ġodda.

2.2

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ser:

tistabbilixxi pjan direzzjonali integrat fil-qafas tal-Pjan SET sa tmiem l-2013;

tfassal pjan ta' azzjoni għall-investiment flimkien mal-Istati Membri;

issaħħaħ is-sistema ta' rapportar flimkien mal-Istati Membri;

tistieden lill-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej biex jaġġustaw il-mandat, l-istruttura u l-kompożizzjoni tagħhom skont il-pjan direzzjonali integrat;

tistabbilixxi struttura ta' koordinazzjoni fi ħdan il-Grupp ta' Tmexxija tal-Pjan SET.

2.3

Barra minn dan, il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

isaħħu l-appoġġ tagħhom għall-Pjan SET;

japprovaw il-prinċipji u l-iżviluppi proposti;

jappoġġjaw il-fatt li r-riżorsi tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali, reġjonali u privati jintużaw b'mod adatt.

2.4

Il-Kummissjoni tistieden ukoll lill-Istati Membri u lir-reġjuni:

jikkoordinaw aktar mill-qrib il-programm ta' riċerka u innovazzjoni tagħhom fil-qasam tal-enerġija; jużaw ir-riżorsi tal-Fondi Strutturali tal-UE, tal-Fond Ewropew tal-Investiment u d-dħul mill-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet għal dan il-għan u jqarrbu l-programmi nazzjonali u reġjonali individwali lejn l-Alleanza Ewropea għar-Riċerka dwar l-Enerġija;

isaħħu l-ħidma fil-qafas ta' miżuri u clusters konġunti;

jappoġġjaw introduzzjoni aktar rapida fis-suq tat-teknoloġiji tal-enerġija sostenibbli.

3.   Kummenti ġenerali tal-Kumitat

3.1

Fid-dawl tal-bżonnijiet dejjem akbar fir-rigward tal-enerġija madwar id-dinja, is-sitwazzjoni kritika tar-riżorsi u l-problema klimatika, il-Kumitat f'diversi opinjonijiet ġibed l-attenzjoni għall-kompitu enormi li tiġi żgurata provvista tal-enerġija sostenibbli, sigura, li tirrispetta l-ambjent u li tkun ekonomikament vijabbli għall-Ewropa.

3.2

Il-Kumitat iqis li din il-Komunikazzjoni hija pass importanti ieħor fit-triq twila biex jinkiseb dan il-għan. B'hekk jappoġġja bis-sħiħ il-miżuri proposti mill-Kummissjoni.

3.3

Huwa biss permezz ta' approċċ komuni, ikkoordinat u kooperattiv mill-atturi involuti kollha, b'mod partikolari:

il-Kunsill Ewropew;

il-Parlament Ewropew;

il-Kummissjoni Ewropea u d-diversi oqsma ta' politika tagħha;

l-Istati Membri u l-korpi tagħhom;

l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

l-industrija, inklużi l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs);

l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-universitajiet;

il-partiti politiċi, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u ċ-ċittadini

li dan l-għan jista' jinkiseb b'mod sħiħ u bi spiża aċċettabbli.

3.4

Fil-fehma tal-Kumitat, il-miżuri mħabbra mill-Kummissjoni jmorru f'din id-direzzjoni u għaldaqstant huma appoġġjati bis-sħiħ. Fl-istess ħin, il-Kumitat jirrakkomanda wkoll li dejjem tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni internazzjonali u li tittieħed azzjoni f'kooperazzjoni mal-programmi rilevanti ta' pajjiżi barra mill-UE.

3.5

Il-Kumitat ifakkar fl-impenn tiegħu favur Komunità Ewropea tal-Enerġija (1) bħala qafas bżonnjuż sabiex dawn l-għanijiet jinkisbu bl-aktar mod effiċjenti. Itenni wkoll l-impenn tiegħu favur djalogu dwar l-enerġija (2) fil-livell Ewropew sabiex iċ-ċittadini jiġu involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-azzjoni fil-qasam bħala dawk ikkonċernati u bħala atturi tas-soċjetà ċivili.

3.6

Madankollu hemm bżonn ukoll tal-aqwa informazzjoni u trasparenza possibbli dwar il-possibbiltajiet li jeżistu, il-livell ta' żvilupp tagħhom, l-opportunitajiet li jipprovdu, ir-riskji, l-ispejjeż kif ukoll l-impatt tagħhom (3).

3.7

Għalkemm il-miżuri u l-kundizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni u appoġġjati mill-Kumitat huma meħtieġa wkoll, huma jinkludu għadd ta' aspetti li meta jiġu implimentati jistgħu jkunu problematiċi jew iqajmu kunflitti u dan għandu assolutament jiġi evitat.

3.8

Fost affarijiet oħra, dan jinvolvi t-tendenza ta' proċeduri wisq ċentralizzati, kumplessi u ekonomikament ippjanati, li jkunu kkaratterizzati minn regolamentazzjoni u burokrazija formali eċċessivi.

3.9

Fit-twissija tiegħu dwar il-periklu tal-kumplessità amministrattiva, l-ineffiċjenza u l-inflazzjoni l-Kumitat jirreferi fost affarijiet oħra għall-Opinjoni tiegħu dwar "Is-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi qafas tar-riċerka" (4). Il-Kumitat jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward u jirrakkomanda li dan l-approċċ jiġi adottat minnufih ukoll fit-tema kkonċernata hawnhekk.

3.10

Madankollu tista' titfaċċa karatteristika mhux mixtieqa oħra peress li min-naħa tal-istituzzjonijiet li jipprovdu u jirċievu l-appoġġ u l-atturi fi ħdanhom hemm it-tendenza li jevitaw ir-riskji. Dan jista' jwassal biex tingħata preferenza lill-promozzjoni ta' teknoloġiji diġà magħrufa. Dan hu dovut ukoll għall-fatt li sikwit ikun hemm nuqqas ta' esperti rikonoxxuti u bl-esperjenza fl-oqsma rilevanti fil-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

3.11

Madankollu, proċess ippjanat minn qabel ikun l-aktar adatt jekk tkun teżisti diġà bażi teknoloġika u ta' għarfien adegwata sabiex il-miżuri ġodda jkunu jistgħu jiġu definiti b'mod ċar u t-triq 'il quddiem tkun ċara għalkollox, b'tali mod li ma jkunux meħtieġa u saħansitra mhux mixtieqa bidliet jew innovazzjonijiet addizzjonali.

3.12

Madankollu, kif tiddikjara l-Kummissjoni - u l-Kumitat jappoġġjaha bis-sħiħ - dan mhuwiex il-każ fil-qasam tat-teknoloġiji tal-enerġija: jeħtieġ li nfasslu "strateġija b’saħħitha u dinamika dwar it-teknoloġija u l-innovazzjoni" . Din għandha tippromovi wkoll teknoloġiji li l-iżvilupp tagħhom jimplika riskju għoli, jekk il-potenzjal tagħhom ikun promettenti ħafna.

3.13

Dan jirrikjedi l-implimentazzjoni madwar l-UE tal-politiki u l-approċċi kooperattivi msemmija fil-punt 3.3. sabiex jiġu liberati u kkonsolidati l-forzi komuni. Iżda fl-istess ħin tinħtieġ pluralità kbira ta' approċċi u kunċetti ta' sistemi, kif ukoll flessibbiltà kbira fir-rigward tal-kunċetti innovattivi u l-karatteristiċi reġjonali, fi kliem ieħor għandhom jiġu stimolati l-ideat permezz tal-metodu "trial and error" kif ukoll li tkun possibbli u titħeġġeġ il-kompetizzjoni.

3.14

Dan il-bżonn għalhekk għandu jikkumplementa l-miżuri ta' koordinazzjoni u konsultazzjoni. F'dan ir-rigward, permezz ta' strumenti adatti għandu jiġi żgurat il-bilanċ bejn, minn naħa, l-iżvilupp ta' proġetti ppjanati tajjeb u, min-naħa l-oħra, l-possibbiltà li jiġu adottati għadd ta' approċċi ġodda. Il-Kumitat għaldaqstant jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-fatt li jeħtieġ li jinħolqu l-kundizzjonijiet qafas adatti għal dan il-għan, li jiggarantixxu l-flessibbiltà, l-innovazzjoni, it-teħid tar-riskji kif ukoll temi ġodda ta' riċerka. Għal dan il-għan jinħtieġu strumenti u strutturi governattivi speċifiċi.

3.15

Dan huwa l-każ b'mod partikolari tal-promozzjoni tal-proġetti orjentati lejn l-innovazzjoni fis-settur industrijali. Fil-fatt, hemm bosta eżempji li juru li l-aktar innovazzjonijiet importanti ma joħorġux mis-suq tal-aktar industriji dominanti iżda minn "barra", pereżempju mill-qasam tal-SMEs. Politika nazzjonali dwar l-innovazzjoni li tiffoka l-ewwel u qabel kollox fuq "is-suċċessi nazzjonali" tista' tkun fil-periklu li tivvaluta ħażin l-iżviluppi tekniċi u tissottovaluta l-importanza tagħhom. L-ajruplan ma ġiex ivvintat mill-industrija ferrovjarja jew dik tal-vapuri. Kif diġà ġie ddikjarat minn awturi oħra: l-elettriku ma żviluppax għax kompliet tiġi żviluppata x-xemgħa". Għalhekk mhijiex l-industrija tax-xemgħat li għandha tiġi privileġġjata, iżda għandna nżommu għajnejna miftuħin għal xpruni ta' ideat u kunċetti fundamentalment ġodda sabiex nippromovuhom b'mod speċjali.

3.16

Madankollu, il-proposti tal-Kummissjoni jistgħu joħolqu kunflitt ieħor - dak bejn l-innovazzjoni u t-tqegħid fis-suq. Minn naħa, l-innovazzjoni tirnexxi biss jekk tistabbilixxi ruħha fis-suq u tegħleb il-problemi frekwenti u tipiċi tal-bidu. Minkejja li l-għajnuna għat-tqegħid fis-suq (ara wkoll punt 3.26) jew saħansitra t-tariffi imposti (pereżempju liġijiet dwar il-feed-in tal-elettriku) jistgħu jkunu effikaċi ħafna f'dan il-każ, huma jistgħu jikkawżaw ukoll distorsjonijiet fis-suq fil-perjodu fit-tul għad-detriment tal-aktar soluzzjonijiet adatti. L-esperjenza fir-rigward tal-liġijiet dwar il-feed-in turi kemm huwa diffiċli li jiġu kkoreġuti fil-ħin l-iżbalji ladardba jkunu saru. Dan ifixkel l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet aħjar jew ta' miżuri aktar importanti. Għaldaqstant, fil-prinċipju l-għajnuna għat-tqegħid fis-suq ta' teknoloġiji ġodda għandha tingħata l-aktar l-aktar sakemm dawn jiksbu sehem raġonevoli fis-suq.

3.17

Il-Kumitat għaldaqstant jirrakkomanda li din il-kwistjoni tiġi analizzata fil-fond. L-istrumenti ta' għajnuna possibbli għat-tqegħid fis-suq għandhom assolutament jipprovdu qafas prevedibbli u stabbli għall-investiment, iżda hawn għandu jiġi żgurat li jiġu evitati l-iżvantaġġi għad-detriment tas-suq u ostili għall-innovazzjoni (ara wkoll il-punti 3.25 u 3.26), pereżempju billi jiġi inkluż tnaqqis gradwali suffiċjenti tal-għajnuna sa mill-bidu nett.

3.18

Madankollu, fil-fehma tal-Kummissjoni u l-Kumitat l-aktar kompitu importanti fil-qasam tal-enerġija huwa l-iżvilupp tekniku u xjentifiku tat-teknoloġiji u l-innovazzjonijiet. Dan jinvolvi l-interazzjoni u l-punti ta' tensjoni bejn ir-riċerka fundamentali, l-iżvilupp, id-demostrazzjoni u l-innovazzjoni, għall-kummerċjalizzazzjoni ta' suċċess tat-tekniki, il-proċeduri u l-modi ta' organizzazzjoni kollha meħtieġa għall-konverżjoni tal-provvista attwali tal-enerġija tagħna kif stabbilit fil-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050 u lil hinn, iżda li fil-biċċa l-kbira tagħhom għadhom mhux prevedibbli.

3.19

Dan jikkonċerna b'mod partikolari t-tkomplija u l-iżvilupp tal-Pjan SET (5) matul il-perjodu ta' finanzjament 2014-2020, li s'issa kien ta' suċċess kbir.

3.20

Fir-rigward tal-użu tal-fondi pubbliċi, jiġifieri r-riżorsi finanzjarji li ġejjin mit-taxxi (jew il-kontribuzzjonijiet obbligatorji) taċ-ċittadini jew tal-ekonomija, għandha ssir il-mistoqsija fundamentali: għal liema għanijiet ta' finanzjament għandhom jintużaw jew jiġu permessi u x'riżorsi ser jiġu provduti mis-settur privat? Il-Kumitat mhux beħsiebu jidħol fl-aspett legali ta' din il-kwistjoni iżda hawnhekk ser jiddiskuti l-aspetti tal-kontenut u dawk tematiċi. Huwa jqis li kwalunkwe appoġġ provdut mill-Kummissjoni (u b'hekk li ġej minn fondi pubbliċi) għandu jiffoka fuq il-missjonijiet li l-anqas li jibbenefikaw minn finanzjament privat. Dan jista' jkun minħabba r-raġunijiet tipiċi li ġejjin:

hemm riskju kbir b'rabta mal-iżvilupp tagħhom, b'kuntrast mal-benefiċċji potenzjali konsiderevoli f'każ li l-inizjattiva tirnexxi;

l-ispejjeż li jiġġarrbu huma għoljin ħafna u jistgħu biss jiġġarrbu b'mod konġunt minn diversi sorsi pubbliċi ta' finanzjament;

il-limitu ta' żmien sabiex jinkiseb vantaġġ siewi huwa twil wisq;

it-teknoloġiji kkonċernati jkunu teknoloġiji trasversali jew ewlenin (pereżempju materjali ġodda);

ir-riżultat ma jistax jitqiegħed fis-suq mill-ewwel iżda huwa bżonn soċjali jew ambjentali ġenerali.

3.21

Soġġett għall-osservazzjonijiet li saru hawn fuq, il-Kumitat jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li skontha "l-Pjan SET jeħtieġ aktar iffokar fuq l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, l-integrazzjoni ta’ attivitajiet tul il-katina tal-innovazzjoni, u koordinazzjoni akbar tal-EIIs u tal-EERA b’appoġġ għal dan" (6).

3.22

Il-Kumitat jemmen li l-iżvilupp adatt tal-EERA hu mod ta' organizzazzjoni importanti biex jinkisbu, fl-oqsma kollha relatati mal-enerġija, il-viżjoni komuni u l-effikaċja fil-livell Ewropew li sal-lum il-ġurnata wasslu pereżempju biex ir-riċerka Ewropea dwar il-fużjoni fil-qafas tal-programmi preċedenti EURATOM tirnexxi. Għaldaqstant jeħtieġ li l-EERA tingħata struttura governattiva adatta għar-riċerka u l-iżvilupp li tippermetti approċċ globali fir-rigward tas-suġġetti relatati mar-riċerka u l-iżvilupp u raggruppament tal-kompetenzi Ewropej. Għal dan il-għan, il-Kumitat itenni t-talba tiegħu li jiġi previst l-involviment kwalifikat, kompetenti u sinifikanti tal-Kummissjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet u t-tqassim tar-riżorsi finanzjarji rispettivi.

3.23

Fir-rigward tal-ispejjeż reali u l-baġit disponibbli għal dan il-għan fil-livell tal-Kummissjoni, il-Kumitat itenni d-dispjaċir tiegħu, kif diġà għamel diversi drabi, li l-pakkett previst għall-programm Orizzont 2020 fil-qafas finanzjarju 2014-2020 mhuwiex suffiċjenti meta jitqies id-daqs tal-kompitu u l-importanza tal-problema.

3.23.1

Minn naħa, huwa ħafna aktar importanti li jsir l-aħjar użu possibbli mill-fondi limitati għar-riċerka u l-iżvilupp tal-Orizzont 2020 (kriterji għad-distribuzzjoni ta' fondi), li dawn jaġixxu bħala lievi u inċentivi biex iħeġġu lill-Istati Membri u lis-settur privat biex jinvestu aktar fir-riċerka u l-iżvilupp.

3.24

Min-naħa l-oħra, jeħtieġ ukoll li, kif tipproponi l-Kummissjoni, jinstabu sorsi oħra ta' finanzjament, jiġifieri jintużaw il-Fondi Strutturali tal-UE, il-Fond Ewropew tal-Investiment kif ukoll id-dħul (li issa huwa baxx ħafna) mill-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet iżda b'mod partikolari li jiġi liberat il-potenzjal tal-investiment tal-ekonomija tas-suq u tal-industriji u li jiġi dirett lejn din l-isfida konsiderevoli.

3.25

Kif diġà stqarr il-Kumitat diversi drabi, biex jinkiseb dan il-għan madankollu jeħtieġ li tintemm il-konfużjoni tal-interventi nazzjonali fis-suq, li hija ta' ħsara għall-kompetizzjoni, u li minflok ikun hemm regoli (7) affidabbli u applikabbli fl-Ewropa kollha, sabiex l-investituri jkollhom sigurtà fir-rigward tal-ippjanar u l-inċentivi meħtieġa.

3.26

Eżempju partikolarment estrem ta' regoli li qed ifixklu l-innovazzjoni jikkonċerna għal darb'oħra l-effetti tar-regoli dwar il-feed-in li jeżistu f'xi Stati Membri u li jinvolvu sussidjar eċċessiv tas-sorsi tal-enerġija intermittenti. Għalkemm fil-bidu dan kien strument estremament effettiv biex jiġu appoġġjati n-negozji li jkunu għadhom kemm fetħu (start-ups) u t-tqegħid fis-suq, wara s-suċċess inizjali tiegħu dan l-istrument wassal għal sussidjar eċċessiv sproporzjonat li kultant jirriżulta fi tnaqqis tant qawwi fil-prezzijiet fis-suq tal-elettriku li l-kumpaniji ma jkunx jaqblilhom jipprovdu l-kapaċitajiet ta' riżerva u jkomplu jiżviluppaw it-teknoloġiji, u wisq anqas li jiżviluppaw it-teknoloġiji tant meħtieġa tal-ħżin u jinvestu fihom.

3.26.1

Barra minn hekk dan iwassal għas-sitwazzjoni paradossali u grotteska fejn il-konsumatur aħħari tal-enerġija elettrika jkollu jħallas għad-differenza konsiderevoli fil-prezz li hija r-riżultat tad-differenza bejn l-iktar prezzijiet baxxi (jekk mhux negattivi) fis-suq u u t-tariffa tal-feed-in li tosboq sew il-medja tal-livell tas-suq.

3.26.2

Il-prezzijiet eċċessivi li jħallsu l-konsumaturi għall-enerġija mhumiex biss problema ġenerali għall-ekonomija Ewropea iżda huma wkoll waħda mill-kawżi tal-faqar enerġetiku li ġew trattati mill-Kumitat f'Opinjoni (TEN/516) dwar dan.

3.27

Dan l-eżempju huwa intiż biex għal darb'oħra juri l-interazzjoni kumplessa li teżisti bejn l-innovazzjonijiet u l-kundizzjonijiet tas-suq. Għaldaqstant, il-Kumitat jerġa' jirrakkomanda li tinsab soluzzjoni mill-aktar fis għal din is-sitwazzjoni bil-għan li s-settur privat jingħata biżżejjed inċentivi biex jinvesti fl-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-proċeduri innovattivi li tant huma meħtieġa u jkollu l-opportunità li jirnexxi f'termini ekonomiċi. Inkella, jekk dan ma jseħħx, anke l-aktar kumpaniji innovattivi jispiċċaw jagħmlu telf, inevitabbilment ifallu u jgħibu mis-suq minħabba l-kompetizzjoni fil-forma ta' teknoloġiji privileġġjati mill-Istat u ssussidjati ħafna.

4.   Kummenti speċifiċi tal-Kumitat

4.1

Fid-dawl tal-kummenti ta' hawn fuq, il-Kumitat jappoġġja l-prinċipji fundamentali mħabbra mill-Kummissjoni, b'mod partikolari:

il-ħolqien ta' valur miżjud fil-livell tal-UE;

il-kunsiderazzjoni tas-sistema kollha tal-enerġija (il-produzzjoni, l-infrastruttura, is-servizzi, eċċ.) meta jiġu stabbiliti l-prijoritajiet;

ir-raggruppament tar-riżorsi u l-użu ta' firxa ta' strumenti finanzjarji;

l-idea li l-possibbiltajiet jibqgħu miftuħin filwaqt li ssir enfasi fuq l-aktar teknoloġiji promettenti lil hinn mill-2020.

Fil-fatt, huwa biss permezz tal-esperjenza u firxa wiesgħa ta' għażliet u kunċetti b'taħlita tal-enerġija ugwalment wiesgħa li jista' jiġi żgurat is-suċċess fit-tul tal-kompitu enormi li għandna quddiemna. Għal dan il-għan jinħtieġu prammatiżmu, realiżmu u paċenzja.

4.2

Fid-dawl tal-kummenti ta' hawn fuq, il-Kumitat jappoġġja wkoll l-għanijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar l-iżvilupp:

il-ksib tal-potenzjal kollu tal-effikaċja enerġetika;

il-provvista ta' soluzzjonijiet kompetittivi;

it-trawwim tal-innovazzjoni f'kundizzjonijiet reali u bbażati fuq is-suq.

4.3

B'mod partikolari fid-dawl tal-punti dgħajfa tal-enerġiji rinnovabbli intermittenti li ġew esposti f'Opinjoni esploratorja reċenti (8) dwar dan is-suġġett, il-Kumitat jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tenfasizza aktar l-iżvilupp ta' sistemi tal-enerġija nadifa biex tiżgura kapaċità bażika u provvista tal-enerġija adatta għall-klijenti, li, apparti provvista ta' enerġiji rinnovabbli bħal dik ġeotermali, tinkludi l-enerġija mill-fużjoni b'Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER) u l-programm ta' riċerka komplementari.

4.4

Barra minn hekk, il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ il-ħidma ta' riċerka u ta' żvilupp fil-qasam tal-użu tal-fissjoni nukleari, suġġett li mhux ser jindirizza aktar f'din l-Opinjoni peress li diġà pparteċipa b'mod attiv f'konferenza dwar is-suġġett (Simpożju: Benefits and limitations of nuclear fission for a low-carbon economy [Il-benefiċċji u l-limitazzjonijiet tal-fissjoni nukleari għall-ekonomija b'livell baxx ta' karbonju], Brussell, Frar 2013).

4.5

Il-provvista tal-enerġija naturalment tinkludi wkoll l-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-proċeduri adatti għall-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (CCS) - anke jekk dawn jaċċellaraw aktar il-konsum tar-riżorsi fossili limitati - sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun malajr l-emissjonijiet tas-CO2.

4.6

Barra minn hekk, fir-rigward tal-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli intermittenti, il-Kumitat itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li tingħata prijorità u jiġu enfasizzati aktar l-iżviluppi ffokati fuq l-elementi tas-sistema kollha li għadhom neqsin u li jippermettu li jkun hemm provvista tal-enerġija adatta u ffokata aktar fuq il-klijent.

4.7

Dan jikkonċerna l-ewwel u qabel kollox l-iżvilupp ta' sistemi ta' ħżin tal-enerġija b'kapaċità suffiċjenti li jkunu kemm jista' jkun effikaċi u bi prezz raġonevoli. Il-Kumitat jara li hemm bżonn partikolari li nirkupraw fil-qasam tal-iżvilupp u l-applikazzjoni adatti fuq skala kbira tal-elettrokimika u t-teknika tal-elettroliżi u l-materjali korrispondenti. Barra minn hekk, dan jippermetti wkoll li tiġi stabbilita rabta sistemika bejn l-enerġiji rinnovabbli intermittenti u s-settur tal-mobbiltà (kombustibbli jew ċelloli tal-fjuwil) fossili (gass jew likwidi), kif diġà huwa l-każ tal-vetturi elettriċi li jaħdmu bil-batteriji.

4.8

F'dan ir-rigward, il-Kumitat jirreferi wkoll għall-Opinjoni (9) li fassal fuq talba tal-Presidenza Irlandiża fejn wera t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u l-konsegwenzi tagħha fuq iċ-ċittadini u l-kompetittività. Sabiex ikun hemm aktar kompetizzjoni bbażata fuq is-suq, il-Kumitat ippropona li jiġi introdott prezz raġonevoli (skambju proporzjonat tal-emissjonijiet, taxxa jew affarijiet simili) għall-karbonju bħala l-unika miżura li tappoġġja l-enerġiji rinnovabbli fis-suq. Għalkemm dan iwassal għal żieda fil-prezz tal-enerġija fossili u b'hekk tal-elettriku mill-impjanti li jaħdmu bil-faħam, iż-żejt jew il-gass, fl-istess ħin jippermetti li jiġu eliminati d-diversi sussidji u miżuri ta' infurzar l-oħra għall-enerġiji rinnovabbli li jgħollu l-prezzijiet u jwasslu għal distorsjoni fis-suq. Id-dħul mill-allokazzjoni ta' drittijiet ta' emissjonijiet għalhekk fl-ebda każ m'għandu jidħol fil-fondi komuni tal-Istati Membri bħala dħul ġenerali addizzjonali, iżda għandu jintuża b'mod esklużiv għall-iżvilupp u l-użu ta' sistemi effikaċi futuri tal-enerġija. Il-proposta tal-Kummissjoni li saret f'dan ir-rigward għalhekk hija fit-triq it-tajba u hi appoġġjata bis-sħiħ mill-Kumitat.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  ĠU C 68, 6.3.2012, p. 15-20.

(2)  ĠU C 161, 6.6.2013, p. 1.-7.

(3)  ĠU C 198, 10.7.2013, p. 1-8.

(4)  ĠU C 48, 15.2.2011, p. 129.

(5)  ĠU C 21, 21.1.2011, p. 49-55.

(6)  COM(2013) 253 final, punt 2.8.

(7)  ĠU C 198, 10.7.2013, p. 1-8.

(8)  ibid.

(9)  ĠU C 198, 10.7.2013, p. 1-8.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/137


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta Emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE”

COM(2013) 329 final – 2011/0299 (COD)

2014/C 67/27

Relatur: is-Sur LEMERCIER

Nhar l-10 ta’ Ġunju 2013 u nhar l-14 ta' Ġunju 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta Emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE

COM(2013) 329 final – 2011/0299 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-30 ta' Settembru.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’121 vot favur, l-ebda (0) vot kontra u 2 astensjonijiet.

Din l-Opinjoni tkompli fuq is-sitt Opinjonijiet dwar "Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa" (CEF) u l-linji gwida dwarha li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea f’Ottubru 2011, ir-rapporti TEN/468  (1) dwar is-CEF (relatur: is-Sur Hencks, TEN/469  (2) dwar Linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej (relatur: is-Sur Longo), TEN/470  (3) dwar Linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (relatur: is-Sur Biermann), TEN/471  (4) dwar Linji gwidi għan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (relatur: is-Sur Back) u TEN/472  (5) dwar L-inizjattiva ta’ bonds tal-proġetti tal-Ewropa 2020 għall-proġetti infrastrutturali (relatur: is-Sur Duttine).

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Kif tenna f’diversi opinjonijiet, il-KESE huwa konvint li l-aċċess għall-broadband għal kulħadd huwa fattur importanti għall-iżvilupp tal-ekonomija Ewropea u li issa huwa element essenzjali għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda.

1.2

Barra minn hekk, fil-fehma tal-KESE, il-bini tas-suq uniku diġitali, li huwa wieħed mill-għanijiet prijoritarji tal-UE, jeħtieġ l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-networks nazzjonali. Huwa wkoll element essenzjali għall-aċċessibbiltà ta' ħafna territorji li huma ekonomikament u kulturalment żvantaġġati.

1.3

Madankollu, fit-8 ta' Frar 2013, permezz tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid. il-Kunsill naqqas il-baġit għas-CEF diġitali għal EUR 1 biljun. Il-proposta emendata tieħu inkunsiderazzjoni l-pożizzjonijiet l-aktar reċenti meħuda mill-Kunsill u mill-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.

1.4

Għaldaqstant, il-KESE jinnota b'dispjaċir li l-proposta riveduta tal-Kummissjoni tipprevedi li l-baġit li inizjalment ġie previst (EUR 9,2 biljun) tnaqqas sew għal EUR 1 biljun u jinnota b'dispjaċir li l-Kummissjoni jkollha tagħmel emendi sostanzjali għall-proġetti ta’ interess komuni għall-iżvilupp tan-netwerks tal-broadband u l-infrastrutturi tas-servizzi diġitali. Skont il-KESE, l-iffriżar inevitabbli ta' għadd ta' proġetti kkawżat minn din id-deċiżjoni jpoġġi fir-riskju l-avanz teknoloġiku li l-UE kienet kisbet f’ħafna setturi strateġiċi.

1.5

Il-KESE jenfasizza d-diffikultà enormi biex il-Kummissjoni talloka b’mod effettiv u ekwu l-fondi previsti mir-Regolament, minħabba t-tnaqqis drastiku tal-allokazzjoni oriġinali.

1.6

Madankollu, il-KESE jilqa’ l-fatt li l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, li huwa fundamentali għall-internet verament miftuħ, huwa affermat mill-ġdid. Il-KESE jfakkar li r-riżorsi jridu jintużaw għal soluzzjonijiet ta’ netwerks miftuħa u aċċessibbli fuq bażi mhux diskriminatorja bi spiża aċċessibbli għaċ-ċittadini u n-negozji.

1.7

Il-KESE jtenni t-talba tiegħu għall-iżvilupp ta’ mapep Ewropej, nazzjonali u reġjonali li jidentifikaw iż-żoni b'nuqqas ta’ kopertura u jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ inizjattivi ġodda, pubbliċi jew privati. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-ebda Stat Membru jew investitur mhu lest li jiffinanzja servizzi transkonfinali.

1.8

Barra minn hekk, il-ftuħ għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali huwa importanti biex tittejjeb l-interoperabbiltà bejn in-netwerks rispettivi tat-telekomunikazzjonijiet.

1.9

Fil-fehma tal-KESE, il-multiplikazzjoni ta’ operaturi alternattivi, għalkemm inkoraġġixxet l-innovazzjoni u prezzijiet aktar baxxi għall-konsumaturi, naqqset sew il-marġnijiet tal-operaturi pubbliċi u privati diġà stabbiliti u għalhekk illimitat jew saħansitra ġabet fix-xejn il-kapaċità ta' xi wħud minnom għall-investiment. Il-KESE jemmen li hija meħtieġa politika Ewropea ġdida fir-rigward tar-regolamentazzjoni tan-netwerks — msaħħa mill-kompetizzjoni virtuża — u li din għandha twassal għal involviment qawwi u komuni min-naħa tal-operaturi Ewropej ewlenin sabiex, mal-ħruġ mill-kriżi, ilaħħqu mad-dewmien tal-iżvilupp tal-broadband ta' veloċità għolja u veloċità għolja ħafna, u jwaqqfu n-nixfa diġitali.

1.10

Il-KESE jinnota b'dispjaċir li fuq suġġett daqshekk importanti, il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni m'għandhomx pożizzjoni unanima. Minħabba l-iskala tal-finanzjament il-ġdid, il-KESE jemmen li l-aċċess għall-internet għaċ-ċittadini kollha u l-iżvilupp tal-broadband u ta' pjattaformi ta' servizzi pan-Ewropej għadhom prijoritarji.

1.11

Il-Kumitat huwa mħassab li l-Kummissjoni, fuq talba tal-Kunsill skont rappreżentant tal-Kummissjoni, fit-test rivedut – l-Artikolu 8 – ħassar ir-referenza għall-Kumitat Ekonomiku u SoċjaliEwropew u għall- Kumitat tar-Reġjuni Il-Kumitat jixtieq li huwa jirċievi dan ir-rapport.

1.12

Fl-aħħar nett, il-Kumitat itenni li minn issa 'l quddiem huwa assolutament essenzjali li l-konnessjoni mal-internet issir parti mis-servizz universali.

2.   Il-punti prinċipali tal-Proposta riveduta tal-Kummissjoni

2.1

L-Aġenda Diġitali tal-UE għandha l-għan li timplimenta servizzi pubbliċi onlajn transkonfinali sabiex tiffaċilita l-mobbiltà tan-negozji u taċ-ċittadini. Għalhekk il-bini tas-suq uniku jirrikjedi l-interoperabbiltà ta’ dawn is-servizzi diġitali emerġenti.

2.2

L-UE stabbilixxiet miri ambizzjużi għat-tnedija u l-użu tal-broadband sal-2020. Fid-29 ta’ Ġunju 2011, il-Komunikazzjoni “Baġit għall-Ewropa 2020” marbuta mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss (2014-2020), ipproponiet, b'mod partikolari, il-ħolqien tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u li EUR 9,2 biljun jkunu ddedikati għan-netwerks u s-servizzi diġitali.

2.3

Iżda fit-8 ta’ Frar 2013, permezz tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, il-Kunsill naqqas il-baġit għas-CEF diġitali għal EUR 1 biljun. Fuq din il-bażi l-ġdida, il-proposta emendata tqis, sa fejn ikun possibbli, l-iktar pożizzjonijiet reċenti addottati mill-Kunsill u mill-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Il-Proposta għandha l-għan li terġa' tiffoka l-intervent tas-CEF fuq għadd iżgħar ta’ infrastrutturi tas-servizz diġitali, fuq il-bażi ta’ sett ristrett ta’ kriterji għall-prijoritizzazzjoni, u l-kontribuzzjoni limitata għall-broadband permezz ta' strumenti finanzjarji, sabiex timmobilizza l-investiment privat u l-investimenti minn sorsi pubbliċi oħra għajr is-CEF.

2.4

Minkejja l-kontribuzzjoni finanzjarja limitata prevista għall-broadband, il-Proposta tistabbilixxi qafas li jippermetti li n-negozji u l-atturi istituzzjonali, bħalma huma l-Bank Ewropew tal-Investiment, jipprovdu kontribuzzjonijiet ogħla.

2.5

L-għan ewlieni tar-Regolament huwa li t-trażmissjonijiet diġitali jsiru b'mod iżjed fluwidu u li jintemmu l-konġestjonijiet. Il-linji gwida huma akkumpanjati minn lista ta’ proġetti ta’ interess komuni għall-użu tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali u n-netwerks tal-broadband. Dawn il-proġetti ser jikkontribwixxu għat-titjib tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, b'mod partikolari tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs), għall-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà ta’ netwerks nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll l-aċċess għal dawn in-netwerks u ser jgħinu wkoll biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ suq uniku diġitali.

2.6

F'sitwazzjoni tas-suq diffiċli, l-interess ekonomiku li jsiru invesitmenti fin-netwerks tal-broadband, u li jiġu forniti servizzi essenzjali ta’ interess ġenerali jidher li huwa limitat anke jekk is-suq uniku diġitali għandu potenzjal konsiderevoli għat-tkabbir.

2.7

Huma ppjanati sussidji diretti għall-infrastrutturi tas-servizz diġitali biex jindirizzaw il-konġestjonijiet marbuta mal-użu tas-servizzi fi ħdan l-oqfsa interoperabbli. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn il-pjattaformi huma totalment iffinanzjati mill-UE, billi ma hemmx sidien fiżiċi ta’ infrastruttura Ewropea tas-servizz interoperabbli.

2.8

Issa huwa ċar li l-ebda Stat Membru jew investitur ma huwa lest li jiffinanzja servizzi transkonfinali. Għaldaqstant, il-valur miżjud tal-UE huwa għoli.

2.9

Kull sena, skont il-fondi disponibbli u l-prijoritajiet definiti, madankollu ser jibqgħu jintużaw l-infrastrutturi tas-servizz diġitali. Fid-dawl tal-kuntest baġitarju Ewropew, l-għajnuna pubblika ser tiġi minn sorsi oħra minbarra s-CEF, b’mod partikolari sorsi nazzjonali u l-Fondi Ewropej Strutturali u tal-Investiment (ESIF). Is-CEF tista' tiffinanzja biss numru limitat ta’ proġetti tal-broadband, iżda ser tiffaċilita l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi tal-ESIF, b’mod partikolari billi tuża fondi dedikati għall-programmi operattivi. Madankollu, dawn il-kontribuzzjonijiet jistgħu jintużaw biss fl-Istat Membru kkonċernat. Fil-qasam tal-broadband, din il-proposta hi limitata li tipprovdi għal mekkaniżmi biex jiġu allokati, b'mod partikolari, ir-riżorsi tal-Fondi Strutturali.

2.10

B'hekk inżamm il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika.

3.   Kummenti ġenerali tal-KESE

3.1

Il-proġetti “Konnessjonijiet bażi trans-Ewropej ta’ veloċità għolja għall-amministrazzjonijiet pubbliċi” u “Soluzzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal netwerks tal-enerġija intelliġenti u għall-forniment ta’ Servizzi tal-Enerġija Intelliġenti” tħassru.

3.2

L-iżvilupp ta' infrastrutturi ġodda ta' servizzi diġitali li jiffaċilitaw il-moviment minn pajjiż għall-ieħor, il-“Pjattaforma Ewropea għall-interkonnessjoni tas-servizzi tal-impjiegi u tas-sigurtà soċjali”, u “Pjattaformi ta' kooperazzjoni amministrattiva onlajn” ġew abbandunati.

3.3

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija tal-Parlament Ewropew żied infrastrutturi addizzjonali ta' servizzi diġitali dwar "L-użu ta' infrastrutturi fit-trasport pubbliku li jippermettu l-użu ta' servizzi ta' prossimità sikuri u interoperabbli", "Pjattaforma ta' Soluzzjoni Onlajn għat-Tilwim", "Pjattaforma Ewropea ta' Aċċess għar-Riżorsi Edukattivi", u "Servizzi ta' fatturar elettroniċi transkonfinali interoperabbli".

3.4

Madankollu, il-PE daħħal miri ta' veloċitajiet ta' trażmissjoni ambizzjużi ħafna ("1Gbps fejn possibbli u aktar").

3.5

L-għan tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa li timplimenta għal kulħadd infrastruttura diġitali tal-broadband b'veloċità għolja, permezz ta’ teknoloġiji fissi u teknoloġiji mingħajr fili, jitlob għal miżuri biex jiġu eliminati l-“konġestjonijiet diġitali”. Minħabba li l-baġit li inizjalment ġie previst (EUR 9,2 biljun) tnaqqas sew għal EUR 1 biljun, il-Kummissjoni kellha tagħmel emendi sostanzjali għall-proġetti ta’ interess komuni għall-iżvilupp tan-netwerks tal-broadband u l-infrastrutturi tas-servizzi diġitali.

3.6

Kif il-KESE tenna f’diversi opinjonijiet, huwa konvint li aċċess għall-broadband għal kulħadd huwa fattur ewlieni għall-iżvilupp tal-ekonomiji moderni, iżda wkoll dan sar element essenzjali għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, għal koeżjoni aħjar, għall-benesseri u għall-inklużjoni diġitali ta’ individwi u territorji sħaħ li huma ekonomikament u kulturalment żvantaġġati.

3.7

L-iffissar tal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-proġetti ta’ interess komuni żviluppati biex dan jitlaħaq jissodisfa rekwiżit essenzjali: l-użu tar-riżorsi finanzjarji bl-aħjar mod possibbli u t-tilħiq ta' għanijiet speċifiċi, filwaqt li jiġi evitat li l-finanzjament jixxerred wisq/ikun wisq frammentat.

3.8

Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, li huwa fundamentali għal internet verament miftuħ, huwa affermat mill-ġdid.

3.9

Il-KESE jfakkar li r-riżorsi jridu jintużaw għal soluzzjonijiet ta’ netwerks miftuħa u aċċessibbli fuq bażi mhux diskriminatorja bi spiża aċċessibbli għaċ-ċittadini u n-negozji. Madanakollu, il-KESE jenfasizza d-diffikultà enormi biex il-Kummissjoni talloka b’mod ekwu l-fondi previsti mir-Regolament, minħabba l-kollass tal-baġit.

3.10

Issa huwa ċar li l-ebda Stat Membru jew investitur ma huwa lest li jiffinanzja s-servizzi transkonfinali. Għaldaqstant, il-valur miżjud tal-UE huwa għoli. Il-KESE jtenni t-talba tiegħu għall-iżvilupp ta’ mapep Ewropej, nazzjonali u reġjonali li jidentifikaw iż-żoni b'nuqqas ta’ kopertura u jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ inizjattivi ġodda, pubbliċi jew privati. Barra minn hekk, il-ftuħ għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali huwa importanti biex tittejjeb l-interoperabbiltà bejn in-netwerks rispettivi tat-telekomunikazzjonijiet.

3.11

Fil-fehma tal-KESE, il-multiplikazzjoni ta’ operaturi alternattivi, għalkemm tat spinta lill-kompetizzjoni u naqqset il-prezzijiet għall-konsumaturi, naqqset sew il-marġnijiet tal-operaturi diġà stabbiliti u għalhekk illimitat il-kapaċità tagħhom għall-investiment. Għalhekk huwa importanti li jkun hemm riflessjoni dwar politika Ewropea ġdida għar-regolazzjoni tan-netwerk, li tippermetti l-involviment qawwi u komuni tal-atturi kollha Ewropej fis-settur, sabiex, mal-ħruġ mill-kriżi, ilaħħqu mad-dewmien tal-iżvilupp tal-broadband ta' veloċità għolja u veloċità għolja ħafna.

4.   Kummenti speċifiċi tal-KESE

4.1

Il-KESE jinnota b'dispjaċir li, fuq suġġett daqshekk importanti, hemm oppożizzjoni bħal din bejn il-Kunsill, il-PE u l-Kummissjoni.

4.2

Il-kwistjoni kienet sinifikanti meta l-pakkett tat-telekomunikazzjonijet kien għadu ta' EUR 9 biljun għall-broadband u l-pjattaformi ta’ servizzi. Minħabba l-iskala ta' dan il-finanzjament il-ġdid, jidher ġustifikat li jiġu ddedikati fondi għal proġetti li jikkostitwixxu l-bażi għal proġetti futuri li llum ġew posposti għal raġunijiet baġitarji.

4.3

Il-bini tas-suq uniku diġitali jeħtieġ l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-networks nazzjonali. F’dan il-kuntest ġdid ta’ baġit li qiegħed kulma jmur jonqos, il-Kummissjoni trid turi rigorożità mill-akbar dwar il-kriterji tal-għażla tal-proġetti li ser ikunu ffinanzjati billi tissorveljhom u tevalwhom bir-reqqa.

4.4

Il-KESE jfakkar li dawn il-proġetti jistgħu jgħinu lill-SMEs biex jaċċessaw l-ekonomija diġitali u biż-żmien joħolqu impjiegi sikuri. Il-Kumitat jitlob li jkun ippubblikat rapport perjodiku dwar l-użu ta’ dawn il-fondi.

4.5

Fl-aħħar nett, il-Kumitat itenni li minn issa 'l quddiem huwa assolutament essenzjali li l-konnessjoni mal-internet issir parti mis-servizz universali.

4.6

Minħabba r-relazzjonijiet interistituzzjonali, huwa ta' sorpriża li saret tħassib, li l-KESE sab li l-Kummissjoni ħassret l-Artikolu 8 fit-test rivedut – ir-referenza għall-KESE u l-KtR. Waqt id-deliberazzjonijiet u fil-Kumitat, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni spjega dan bħala talba mill-Kunsill. Jista' jkun li lużu tal-kelma "mibgħuta" kien problematiku. Jibqa' l-fatt li l-Kumitat jinsisti li jixtieq jirċievu r-rapport.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 116

(2)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 120.

(3)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 125

(4)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 130.

(5)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 134.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/141


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Ċintorin Blu, Żona Unika tat-Trasport Marittimu”

COM(2013) 510 final

2014/C 67/28

Relatur: is-Sur SIMONS

Nhar it-8 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Ċintorin Blu, Żona Unika tat-Trasport għat-Trasport Marittimu

COM(2013) 510 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-30 ta' Settembru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’124 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni li saru fil-Komunikazzjoni li l-għan tagħhom hu li joħolqu suq tat-trasport marittimu li jiffunzjona aħjar u jnaqqsu l-piż amministrattiv għas-settur marittimu biex b'hekk il-pożizzjoni kompetittiva tittejjeb. Fil-fatt huwa kien ittama li dawn il-proposti jinħarġu qabel.

1.2

Fil-fehma tal-Kumitat il-fattibbiltà tal-proposti tal-Kummissjoni tiddependi ħafna mill-viżjoni tal-awtoritajiet doganali, waħda mill-iktar atturi importanti f'dan il-kuntest. Huwa jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiddiskuti l-proposti mal-kumitat doganali mill-iktar fis possibbli.

1.3

Waħda mill-kundizzjonijiet biex jirnexxu l-proposti tal-Kummissjoni, kemm il-proposti dwar is-servizz regolari tat-trasport marittimu kif ukoll il-proposti li jaffettwaw l-eManifest, hi li s-sistemi tal-IT tal-Istati Membri għandhom ikunu kompletament interoperabbli għall-eManifest. Il-Kumitat jenfasizza li mill-esperjenza din mhix ħaġa faċli, anki jekk tibni fuq sistemi eżistenti.

1.4

Fl-eManifest għandu jidher b'mod ċar li dan għandu jintuża espressament għas-servizzi marittimi kollha.

1.5

Id-data li l-Kummissjoni għażlet għad-dħul fis-seħħ tal-eManifest, jiġifieri Ġunju 2015, għad li hija ottimista, hija adatta. Hekk jew b'hekk huma l-istess xahar u sena li fihom l-Istati Membri, huma obbligati jistabbilixxu l-punti uniċi ta' servizz, liema dati ġew stabbiliti minnhom stess. Servizz bħal dan huwa indispensabbli biex l-eManifest jiffunzjona sew, li inċidentalment it-tħejjijiet tekniċi għalih ma setgħux jibqgħu jistennew sena oħra.

1.6

Il-Kumitat jindika wkoll il-bżonn li tiġi provduta informazzjoni korretta lill-atturi kollha, imma b'mod partikolari lill-awtoritajiet doganali. Fil-prattika jidher li l-awtoritajiet doganali ma kinux konxji tal-fatt li l-intraprendituri jużaw manifest fuq il-karta, li huwa permess mil-liġi, imma li minkejja dan ma kinux qed jiġu validati jew aċċettati minn dawn l-awtoritajiet doganali.

1.7

Apparti l-attenzjoni lill-IT "konkreta" ("hard"), il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni lill-element inqas evidenti ("soft"), bħat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-persunal tad-dwana. B'xorti ħażina dan l-element ma jidhirx fil-proposti tal-Kummissjoni.

1.8

Iżda b'xorti tajba l-Kummissjoni tagħraf l-importanza ta' sistemi tajba ta' informazzjoni u monitoraġġ, li naturalment huma indispensabbli għal proċess tajjeb ta' teħid tad-deċiżjonijiet. Il-Kumitat jixtieq jenfasizza li l-EMSA tista' tkompli taqdi rwol importanti f'dan il-kuntest.

1.9

Il-Kumitat jista' jaqbel mal-fehma tal-Kumissjoni li matul ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-sistema ta' monitoraġġ tat-trasport marittimu għandhom jitqiesu r-rekwiżiti tal-eManifest.

1.10

Bħala konklużjoni, il-Kumitat iqis li huwa ferm importanti li wara l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-proposti tal-Kummissjoni jkun hemm djalogu regolari mal-awtoritajiet doganali, ir-rappreżentanti tas-settur tat-trasport marittimu, l-ispedituri u l-impjegati biex jiġu kkonsultati u infurmati dwar l-ostakli assoċjati mal-implimentazzjoni tal-proposti.

2.   Introduzzjoni

2.1

Fit-trasport marittimu għad m'hemmx suq intern għalkemm l-Artikolu 28 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirreferi b'mod ċar dwar moviment ħieles tal-prodotti tal-UE fi ħdan l-UE.

2.2

Dan huwa iktar u iktar il-każ peress li l-UE hija dipendenti mhux ftit fuq it-trasport marittimu għall-kummerċ mal-bqija tad-dinja u fis-suq tal-UE: 74 % tal-prodotti li jiġu importati jew esportati mill-UE u 37 % tal-iskambju tal-prodotti fl-Unjoni jgħaddu mill-portijiet.

2.3

It-trasport marittimu, u tabilħaqq anke t-trasport bil-passaġġi interni tal-ilma, meta mqabbel ma' modi oħra tat-trasport għandu spejjeż iktar baxxi għal kull unità ta' xogħol u għal kull unità trasportata għandu inqas konsegwenzi negattivi fuq l-ambjent. Dan il-mod tat-trasport għadu qed jitgħabba b'piż amministrattiv mhux meħtieġ, li minħabba fih ma jistax jiffunzjona sew.

2.4

Bħala eżempju nistgħu nieħdu s-sitwazzjoni frekwenti ħafna fejn il-bastimenti li jivvjaġġaw minn port fi Stat Membri tal-UE għal port fi Stat Membru ieħor, minħabba li joħorgu mit-12-il mil ta' ilma territorjali, ikollhom jimlew id-dokumenti uffiċjali doganali darbtejn, sakemm il-bastiment ma jaqax taħt ir-regoli għas-servizzi regolari tat-trasport marittimu. Il-prodotti abbord jitqiesu bħala prodotti minn barra l-Unjoni u huma soġġetti għal kontrolli doganali.

2.5

Għad li dawn il-proċeduri jiġu applikati minħabba kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà, sikurezza u finanzi, għandu jitqies li jġibu magħhom spejjeż addizzjonali u jwasslu għal dewmien fit-twassil tal-prodotti.

2.6

Jekk fuq il-bastiment issir differenza bejn il-prodotti tal-Unjoni, li jistgħu jitqiegħdu fis-suq intern mingħajr formalitajiet addizzjonali, u l-prodotti minn barra l-Unjoni, li għandhom ikunu soġġetti għall-formalitajiet doganali tas-soltu, dan jista' jkun il-bidu ta' soluzzjoni.

2.7

Għalhekk, fl-2010, il-Kummissjoni, appoġġjata mill-Kunsill, ħarġet bl-idea li jinħoloq Ċintorin Blu, li bl-Olandiż jintuża wkoll it-terminu Ingliż "Blue Belt", sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur tat-trasport marittimu billi l-bastimenti jitħallew joperaw mingħajr xkiel fis-suq intern tal-UE, b'piżijiet amministrattivi mill-inqas, li jinkludu s-semplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tar-regoli għat-trasport marittimu minn portijiet ta' pajjiżi terzi.

2.8

Il-kunċett ta' Ċintorin Blu huwa bbażat fuq il-proġett pilota li tnieda mill-Kummissjoni fl-2011f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) fejn intużat is-SafeSeaNet, is-sistema ta' monitoraġġ u informazzjoni tal-EMSA.

2.9

Għad li mill-proġett pilota ħarġet ħafna informazzjoni utli, l-awtoritajiet doganali ammettew li din l-informazzjoni kellha tiġi komplementata b'informazzjoni dwar il-prodotti trasportati, b'mod partikolari b'referenza għall-istatus tal-prodotti: oriġini mill-UE jew oriġini minn pajjiżi terzi.

2.10

Il-proċeduri għall-prodotti tal-UE jistgħu jsiru iktar flessibbli preċiżament abbażi ta' din l-aħħar differenza.

3.   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

3.1

Nhar it-8 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni dwar "Ċintorin Blu, Żona Unika tat-Trasport għat-trasport marittimu".

3.2

L-għan tal-proposta taċ-Ċintorin Blu, li rriżulta mill-proġett pilota Blue Belt, ġestit mill-EMSA fl-2011, huwa:

li tittejjeb il-kompetittività tat-trasport marittimu permezz tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv;

li jiġi stimulat il-ħolqien tal-impjiegi fit-trasport marittimu;

li jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent mit-trasport marittimu.

3.3

B'din il-Komunikazzjoni l-Kummissjoni qed timmira li toħloq qafas ta' politika bl-għan li jinkisbu l-għanijiet imsemmija hawn fuq billi tipproponi żewġ miżuri legali neċessarji li jemendaw id-Dispożizzjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali (CCIP). Waħda minnhom diġà tressqet quddiem il-Kumitat kompetenti f'Ġunju 2013, it-tieni waħda ser tiġi proposta mill-Kummissjoni sal-aħħar tal-2013.

3.4

L-ewwel miżura tinvolvi s-semplifikazzjoni addizzjonali tal-proċedura għat-tħaddim tas-servizzi regolari tat-trasport marittimu fl-UE. Din tinkludi regoli doganali għall-bastimenti li b'mod regolari jużaw l-istess portijiet tal-UE u jittrasportaw prinċipalment prodotti tal-Unjoni.

3.5

Is-semplifikazzjoni tinkludi t-tnaqqis tal-perjodu ta' konsultazzjoni għall-Istati Membri minn 45 ġurnata għal 15-il ġurnata. Fl-istess ħin l-intrapriżi jistgħu jipproċedu biex jitolbu awtorizzazzjoni minn qabel għall-Istati Membri fejn ikollhom ħafna kummerċ, sabiex jiġi ffrankat il-ħin jekk titfaċċa l-possibbiltà ta' trasport lejn dan l-Istat Membru.

3.6

It-tieni miżura għandha impatt ħafna ikbar peress li tagħmel ħafna iktar flessibbli l-formalitajiet doganali għall-bastimenti li jidħlu f'portijiet ta' pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni tixtieq tintroduċi sistema li ttejjeb b'mod konsiderevoli l-proċeduri doganali billi tagħmel differenza bejn il-prodotti abbord bastiment li huma tal-Unjoni u dawk li mhumiex tal-Unjoni, li jridu jsegwu l-proċeduri doganali normali.

3.7

Il-Kummissjoni tipproponi li tinħoloq dikjarazzjoni elettronika armonizzata għall-prodotti, l-eManifest, li permezz tagħha l-kumpaniji tat-trasport marittimu jkunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni kollha dwar l-istatus tal-prodotti, minn ġewwa u barra l-UE, lill-awtoritajiet doganali. Il-Kummissjoni tistenna li l-eManifest ser ikun qed jopera b'mod sħiħ minn Ġunju 2015 'l hemm.

3.8

Il-proposti tal-Kummissjoni, kif saru fil-Komunikazzjoni, huma marbuta direttament mar-Reviżjoni tal-Politika dwar il-Portijiet li ppubblikat fit-23 ta' Mejju 2013, li dwarha l-Kumitat ħareġ Opinjoni pożittiva fil-11 ta' Lulju 2013.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Il-Kumitat jappoġġja bil-qawwa t-tneħħija ta' ostakli għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u ċertament l-istess japplika għat-trasport marittimu li, kif tgħid il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha, huwa ta' importanza kruċjali għall-Unjoni. Fil-fatt, kif diġà stqarr (1), huwa kien ittama li l-proposti kienu ser jinħarġu qabel.

4.2

Fl-entużjażmu tagħha biex is-suq intern għat-trasport marittimu jsir realtà kemm jista' jkun malajr, il-Kummissjoni tiddikjara li għas-setturi l-oħra tat-trasport diġà hemm suq intern. Sfortunatament, il-Kumitat jinnota li l-Kummissjoni hija wisq ottimista hawnhekk. La fit-trasport tal-prodotti bit-triq (restrizzjonijiet tal-kabotaġġ) u lanqas bil-ferrovija (trasport nazzjonali tal-passiġġieri) għad m'hemm suq intern li twettaq kompletament.

4.3

Huwa ċar għall-Kumitat li sabiex it-trasport marittimu, b'mod partikolari tat-tip fuq distanzi qosra, isir alternattiva attraenti għandu jsir sforz biex jitnaqqsu l-formalitajiet doganali u jitnaqqas il-piż amministrattiv, u dan mingħajr ma jkun askapitu tas-sigurtà u s-sikurezza.

4.4

Il-Kumitat iqis għan importanti li t-trasport marittimu fuq distanzi qosra jsir iktar effiċjenti u irħas u jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni biex jitnaqqsu l-formalitajiet doganali u jitnaqqas il-piż amministrattiv.

4.4.1

Huwa jenfasizza li huwa ferm importanti li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li huma l-iktar atturi importanti f'dan il-kuntest, jaqblu wkoll. Bħala prova, waħda mill-kategoriji tat-trasport, jiġifieri l-intraprendituri li għandhom status ta' operaturi ekonomiċi awtorizzati, jistgħu jaqdu r-rwol ta' pijunieri meta dan jiddaħħal.

4.5

Il-Kumitat bi pjaċir jinnota li l-proċedura għas-servizzi regolari tat-trasport martitimu fl-UE tnaqqset minn 45 ġurnata għal 15-il ġurnata u li ddaħħlet il-possibbiltà biex l-awtorizzazzjonijiet jintalbu minn qabel.

4.6

Peress li l-Kummissjoni Ewropea ma tixtieqx tiddiskrimina bejn it-trasport li jsir purament fl-UE u t-trasport li jsir lejn pajjiżi terzi, l-eManifest huwa applikabbli għat-trasport marittimu kollu.

4.6.1

Fil-fatt, l-istess bħat-trasport bejn il-portijiet tal-UE u l-portijiet ta' pajjiżi terzi, apparti r-regoli applikabbli eżistenti, il-possibbiltà li jintuża l-eManifest trid tinkludi wkoll s-servizzi regolari u dawk mhux regolari li joperaw esklużivament bejn il-portijiet tal-UE, jekk jixtiequ jagħmlu dan.

4.6.2

Madankollu, fil-fehma tal-Kumitat huwa raġonevoli li l-applikazzjoni tal-eManifest tiġi spjegata b'mod ċar fil-proposti relatati tal-futur.

4.6.3

Huwa u jħares lejn l-impatt tal-proposti tal-Kummissjoni, il-Kumitat huwa tal-fehma li l-eManifest, id-dikjarazzjoni elettronika tal-prodotti armonizzata, li jipprovdi informazzjoni dwar l-istatus tal-prodotti abbord, għandu jiġi implimentat mill-iktar fis, wara konsultazzjoni mal-kumitat doganali kompetenti.

4.6.4

Għalhekk jenfasizza wkoll li wara tittieħed id-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tal-miżuri proposti, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-armonizzazzjoni fl-UE: is-sistemi tal-IT tal-Istati Membri għandhom isiru kompletament interoperabbli biex jaħdmu bl-eManifest.

4.6.5

F'dan il-kuntest, il-Kumitat huwa tal-fehma li d-data li l-Kummissjoni għażlet għall-eManifest, Ġunju 2015, għad li żgur hija ottimista, għandha tinżamm.

4.6.6

Naturalment, l-Istati Membri, minħabba d-Direttiva 2010/65/KE, diġà huma marbuta bid-data ta' Ġunju 2015 biex joħolqu l-punti ta' servizz uniku, pass importanti fit-triq lejn l-eManifest. Il-Kumitat għalhekk jenfasizza wkoll li l-Istati Membri kollha, għallinqas dawk li għandhom portijiet, għandhom iżommu mad-data li għażlu huma stess, inkella s-sistema tfalli qabel ma tibda.

4.6.7

Barra minn hekk, it-tħejjija teknika għall-ħolqien tal-eManifest m'għandhiex tinbeda iktar tard minn sitt xhur oħra.

4.6.8

Il-Kumitat jixtieq jenfasizza li l-informazzjoni li tiddaħħal fl-eManifest għandha tkun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha, jiġifieri l-gvernijiet, is-sidien tal-bastimenti u l-ispedituri.

4.7

Il-Kumitat jixtieq jindika li għalkemm mhuwiex armonizzat u ma jeżistix fl-Istati Membri kollha, bħalissa diġà hemm manifest fuq il-karta, ibbażat fuq rakkomandazzjoni mill-IMO, imma fil-prattika għadd ta' awtoritajiet doganali ma jafux b'dan il-manifest u/jew ma jridux jikkooperaw biex jivvalidaw jew jaċċettaw dan il-manifest. Għalhekk il-Kumitat jisħaq fuq il-bżonn li tingħata informazzjoni b'mod adatt lill-awtoritajiet doganali.

4.8

Il-Kumitat jixtieq jissottolinja li bl-espansjoni tas-semplifikazzjoni tal-proċedurji għat-trasport lejn portijiet ta' pajjiżi terzi jeħtieġ li jitħejjew sistemi ta' monitoraġġ u rappurtar rapidi u affidabbli.

4.8.1

B'rabta ma' dan, is-settur tat-trasport marittimu jista' jqis lilu nnifsu b'xortih li għandu l-EMSA, l-aġenzija li wriet il-valur miżjud tagħha għall-parti tal-eManifest b'rabta mat-trasport marittimu; issa huwa f'idejn l-awtoritajiet doganali Ewropej u dawk nazzjonali biex jimplimentaw l-element tal-"istatus tal-prodotti" fil-ħin.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1

Skont informazzjoni mill-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Trasport Marittimu (ECSA), is-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi ser iġġib magħha ffrankar ta' EUR 25 għal kull container, apparti l-iffrankar tal-ħin assoċjat, li ser ikollu impatt ferm ikbar.

5.2

Madankollu, il-Kumitat jenfasizza li fil-fehma tiegħu xorta hemm bżonn urġenti ta' proposti bilanċjati, sabiex anke l-iktar atturi importanti, jiġifieri l-awtoritajiet doganali Ewropej u nazzjonali, is-sidien tal-bastimenti u l-ispedituri, ikunu jistgħu jaqblu mal-proposti.

5.3

Punt wieħed li jixtieq iressaq il-Kumitat huwa li, fi kwalunkwe każ, is-sitwazzjoni m'għandhiex titħalla tiddeterjora. Dan jista' jkun il-każ jekk pereżempju r-rimborż tal-VAT fuq l-esportazzjoni jkun jiddependi fuq konferma li l-prodotti telqu miż-żona tal-Unjoni.

5.3.1

Peress li bħalissa t-tariffa tal-VAT hija 0 %, jista' jkun li l-introduzzjoni tal-kundizzjoni ta' rata ta' VAT ogħla twassal biex din tiġi rkuprata bi spejjeż ogħla u ħela ta' ħin. B'xorti tajba, il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, tagħti x'tifhem li f'tali sitwazzjoni r-rata tal-VAT se tibqa' kif inhi, jiġifieri 0 %.

5.4

Il-Kummissjoni tgħid li mhuwiex il-ħsieb tagħha li tiżviluppa sistema kompletament ġdida tal-IT, li naturalment iġġib magħha spejjeż għoljin, imma li tibni fuq is-sistemi eżistenti jew fuq sistemi li qed jiġu żviluppati bħalissa, bħas-sistemi nazzjonali ta' punt uniku ta' servizz. Il-Kumitat jista' japprova l-approċċ tal-Kummissjoni.

5.5

Fi kwalunkwe każ, il-Kumitat jixtieq jenfasizza l-importanza ta' persunal kwalifikat u mħarreġ sew fis-servizzi doganali u l-possibbiltajiet li jeżistu biex dan jinkiseb. Dan diġà semmieh f'Opinjoni preċedenti (2).

5.6

Il-Kumitat jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-sistema ta' monitoraġġ tat-trasport marittimu għandhom jitqiesu r-rekwiżiti tal-eManifest.

5.7

Jekk id-deċiżjoni dwar il-proposti tal-Kummissjoni, kif inhi fil-Komunikazzjoni, tkun pożittiva, il-Kumitat jixtieq jissottolinja li huwa ferm importanti li l-iktar atturi importanti, bħall-awtoritajiet doganali, is-settur tat-trasport marittimu, l-ispedituri u l-ħaddiema jiġu kkonsultati b'mod regolari u jiġu informati dwar il-progress u l-ostakli li se jiltaqgħu magħhom fl-implimentazzjoni.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar Ir-rotot fuq il-baħar fil-katina loġistika, ĠU C 151, 16.6.2008, p. 20.

Opinjoni tal-KESE dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea, ĠU C 211, 19.8.2008, p. 31.

Opinjoni tal-KESE dwar Żona Ewropea tat-trasport marittimu/Formalitajiet tar-rappurtar għal bastimenti, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 131.

Opinjoni tal-KESE dwar Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport (White Paper), ĠU C 24, 28.1.2012, p. 146.

Opinjoni tal-KESE dwar It-Tkabbir Blu, ĠU C 161, 6.6.2013, p. 87.

Opinjoni tal-KESE dwar Il-Qafas għall-politika futura tal-UE dwar il-portijiet, għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

(2)  Opinjoni tal-KESE dwar L-istat tal-Unjoni Doganali, ĠU C 271, 19.9.2013, p. 66.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/145


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Ftehim Internazzjonali tal-2015 dwar it-Tibdil fil-Klima: It-tfassil tal-politika internazzjonali dwar il-klima wara 2020”

COM(2013) 167 final

2014/C 67/29

Relatur: is-Sur ZBOŘIL

Nhar it-8 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Ftehim Internazzjonali tal-2015 dwar it-Tibdil fil-Klima: It-tfassil tal-politika internazzjonali dwar il-klima wara l-2020

COM(2013) 167 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-1 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta ta2-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'120 vot favur, 3 voti kontra u 9 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jirrakkomanda li b'konformità mal-Opinjoni tiegħu dwar "Ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju – Pjan Direzzjonali 2050" (1), l-impenn Ewropew għandu jkun proattiv, ambizzjuz u realistiku dwar x’ikun jista’ jitwettaq, u adattabbli għall-bidliet fl-ambjent globali. Għandu jirrifletti t-tliet pilastri tas-sostenibbiltà, it-trasparenza u r-responsabbiltà bħala prerekwiżiti għas-suċċess ta’ kull ftehim futur dwar il-klima. Unjoni Ewropea li hija kapaċi tlaħħaq ma’ sfidi esterni se tkun ukoll tista’ tipprovdi narrativa ġdida għaċ-ċittadini tagħha.

1.2

Id-dokument tal-Kummissjoni jipprovdi bażi komprensiva għad-diskussjoni dwar u l-preparazzjonijiet għan-negozjati li jmiss dwar it-tibdil fil-klima, bil-ħsieb li jinkiseb Ftehim globali plawżibbli fl-2015.

1.3

Il-Kumitat japprezza l-inizjattiva biex jiġu indirizzati l-prinċipji importanti tal-ftehim globali mistenni, jiġifieri li jkun universali, ambizzjuż, effikaċi, ġust u bilanċjat, trasparenti u legalment vinkolanti, u jappoġġja lill-Kummissjoni hi u twettaq aktar ħidma preparatorja meħtieġa biex jiġi stabbilit qafas għal dan il-Ftehim. In-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima għandhom ikunu forum fejn il-pajjiżi jħeġġu lil xulxin biex jimxu 'l quddiem, u ma jżommux lil xulxin lura.

1.4

Ħidma ulterjuri għandha tiffoka fuq l-aċċettazzjoni ġenerali tal-Ftehim globali tal-2015 billi l-mappa ġeopolitika u ekonomika globali nbidlet b’mod sinifikanti f’perjodu ta’ żmien qasir. Dawn il-bidliet profondi jridu jiġu kkunsidrati u r-rwol tal-UE fil-politika dwar il-klima u l-enerġija matul il-perjodu ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u fis-snin li ġejjin għandu jiġi eżaminat bir-reqqa. Il-KESE jtenni l-pożizzjoni li ħa fl-Opinjoni dwar Is-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali (2), jiġifieri li l-kawża kemm tal-kriżi finanzjarja u ekonomika kif ukoll tal-kriżi ekoloġika, li toħloq fost affarijiet oħrajn problemi klimatiċi, hi l-użu eċċessiv tar-riżorsi finanzjarji u naturali, u li dawn il-kriżijiet iridu jiġu indirizzati b'approċċ totalment ġdid, kif inhu stabbilit pereżempju fl-istrateġija tal-UE għall-iżvilupp sostenibbli. L-ekonomija tal-futur trid tkun ibbażata l-aktar fuq is-sorsi tal-enerġija mhux fossili. Għalkemm il-politika tal-UE tibqa' ambizzjuża, il-miri għandhom jiġu deċiżi pass pass f'konformità mal-ambjent globali u kwalunkwe kondizzjonalità għandha tkun definita b'mod ċar.

1.5

Is-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali u proċess ta' governanza aċċettat b'mod ġenerali fl-aħħar mill-aħħar se jiffurmaw id-diskussjoni dwar trattat globali futur dwar il-klima. Il-proċess ħa jitmexxa mis-setgħat ekonomiċi ewlenin. L-UE għandha tkun imħejjija sew għar-rwol globali tagħha ta' "mexxejja eżemplari". L-UE però trid toqgħod attenta wkoll li ma titlifx ir-rwol mexxej inkontestabbli tagħha fir-rigward tat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp teknoloġiku. Hija meħtieġa aktar analiżi (imparzjali) għall-valutazzjoni globali tal-Protokoll ta’ Kjoto, inklużi l-vantaġġi u l-iżvantaġġi kollha tiegħu, u l-esperjenza għandha tintuża għat-tfassil tal-Ftehim tal-2015. Ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-Bord ta’ Esperti Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC) li ġej ukoll se jkun ta' preparazzjoni għall-Ftehim.

1.6

Il-kunsens xjentifiku ġenerali bħalissa jibqa' li jkun totalment insostenibbli jekk it-temperaturi globali jitħallew jogħlew b'iktar minn 2 gradi fuq il-livelli tal-1990, u li l-livelli tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-atmosfera se jkollhom jiġu stabbilizzati fil-livelli attwali. Sabiex jinkiseb dan hemm bżonn li jonqsu bil-kbir l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. Madankollu, bħalissa il-livelli tal-gassijiet b'effett ta' serra qed ikomplu jogħlew sena wara l-oħra, u minkejja li b'xorti tajba l-isforzi biex jiġu limitati l-emissjonijiet qed jiżdiedu xorta waħda mhux qed jaslu li jilħqu l-istabbiltà meħtieġa. L-għan ġenerali tas-sensiela ta' negozjati ġodda għalhekk għandu jkun li tiddaħħal l-urġenza fil-proċess u li jiġu żgurati impenji ħafna iktar ambizzjużi u azzjoni mill-pajjiżi kollha u minn kull parti tas-soċjetà.

1.7

L-interessi tan-negozjaturi għandhom ikunu analizzati sew u jiġu identifikati sinerġiji fl-istadju preparatorju biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess potenzjali u biex ikomplu jibnu fuq is-sinerġiji. Miżuri u miri ambizzjużi u realistiċi għandhom jinbnew b’kunsens u permezz tal-interazzjoni ma’ dawk li se jimplimentaw l-azzjonijiet. Waqt li jiġu rakkomandati miżuri u miri, l-inċentivi pożittivi jistgħu jwasslu għal aċċettazzjoni ġenerali u jiżguraw implimentazzjoni tajba.

1.8

Dan jista’ biss jinkiseb permezz ta’ valutazzjoni trasparenti u eżawrijenti tal-effikaċja, l-ispejjeż u l-impatt pożittiv tal-politiki dwar il-klima għall-ekonomija u s-soċjetà inġenerali. Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni fid-dikjarazzjoni tagħha li l-Ftehim tal-2015, jeħtieġ li jkun inklużiv, billi jiżgura l-impenji li huma “applikabbli għall-pajjiżi kollha”, kemm dawk żviluppati kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw.

1.9

Attivitajiet u azzjonijiet meħuda fil-livell lokali (fil-komunitajiet, is-setturi) mingħajr il-ftehim ġdid globali dwar il-klima huma eżempju perfett ta’ approċċ proattiv tas-soċjetà ċivili inġenerali. Fil-fatt, is-soċjetà ċivili m'għandhiex tkun l-esponent ewlieni biss fit-twettiq tal-politiki u l-miri tal-Ftehim tal-2015. Hi għandha wkoll titlob impenn akbar fil-livell politiku u tara li jinżammu l-wegħdiet politiċi li tittieħed azzjoni aktar qawwija għall-ħarsien tal-klima (bħall-impenn li jitwaqqfu s-sussidji għas-sorsi tal-enerġija fossili). Din hija r-raġuni għala l-politiki adottati għandhom jissodisfaw it-talbiet ta' trasparenza u responsabbilizzazzjoni mistennija mis-soċjetà ċivili u jevitaw l-inġustizzji soċjali u ekonomiċi. Il-Ftehim tal-2015 jikkostitwixxi l-ewwel pass fil-mogħdija tat-tranżizzjoni tal-enerġija globali.

1.10

Biex tieħu r-rwol ta' mexxej u jkollha influwenza akbar fin-negozjati internazzjonali, l-UE trid tieħu impenn sod għal miri aktar ambizzjużi għall-2020 u l-2030 u turi kif l-implimentazzjoni ta' dawn il-miri hija parti integrali mill-pjani tagħha għall-irkupru tal-ekonomija u t-tranżizzjoni għal futur aktar sostenibbli. Għalhekk, il-Kumitat iżomm il-pożizzjoni tiegħu li jħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa tal-miri kollha attwali marbutin mal-karbonju għall-2020 u li jerġa' jiġi kkunsidrat li tiżdied il-mira għall-gassijiet b'effett ta' serra għall-2020 għal tnaqqis ta' 25 % fit-triq lejn it-tnaqqis miftiehem ta' 80-95 % sal-2050. Il-Kumitat ikompli jħeġġeġ lill-UE sabiex tadotta miri indikattivi għal tnaqqis ta' 40 % tal-gassijiet b'effett ta' serra sal-2030 u 60 % sal-2040 u sabiex issegwi dan il-pass b'politiki legalment vinkolanti li jwasslu sabiex jinkiseb dan it-tnaqqis. Hemm bżonn ta' miri indikattivi fuq perjodu twil bħala benchmarks li jagħtu sens ta' previdibbiltà u stabbiltà lill-investituri u lil dawk li huma responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Ewropa. Huma jkunu jipprovdu wkoll benchmarks b'saħħithom tal-livell ta' ambizzjoni fin-negozjati internazzjonali.

1.11

Huwa diffiċli li wieħed jimmaġina kif l-interessi differenti tal-atturi ewlenin biss jistgħu jiġu rikonċiljati man-negozjati eżistenti bis-sistema "cap and trade". Ħafna partijiet interessati qed jesprimu riżervi u jissuġġerixxi alternattivi ta' kif isiru n-negozjati fil-futur. Għandhom jiġu investigati għażliet oħra possibbli għal kunċett ġdid għal ftehim, ibbażati fuq proġetti bħall-"ibbaġitjar tal-karbonju" jew "imposta globali fuq il-karbonju" jew il-proposta mressqa mill-Indja li jkun hemm dritt tal-emissjoni għal kull bniedem fid-dinja, jew taħlita ta' dawn l-approċċi.

1.12

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Komunikazzjoni li ma nistgħux nistennew sakemm il-Ftehim tal-2015 jidħol fis-seħħ fl-2020: l-azzjonijiet li se nieħdu bejn issa u l-2020 se jkunu kruċjali biex il-politiki jitqiegħdu fit-triq it-tajba. Dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu maħsuba tajjeb u bbażati fuq il-kisbiet realistiċi u tanġibbli fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija u l-iżvilupp, kif wera l-KESE fl-Opinjoni tiegħu dwar "Ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju – Pjan Direzzjonali 2050" (3).

2.   Kontenut tad-dokument tal-Kummissjoni

2.1

Fl-2011 il-komunità internazzjonali nediet negozjati dwar ftehim internazzjonali ġdid biex taġixxi b’mod kollettiv għall-ħarsien tas-sistema tal-klima dinjija. Dan il-ftehim, li għandu jitlesta sal-aħħar tal-2015 u jibda japplika mill-2020 'il quddiem, bħalissa qed jiġi nnegozjat permezz ta' proċess magħruf bħala l-"Pjattaforma ta' Durban għall-Azzjoni Mtejba" (ADP).

2.2

Il-Ftehim tal-2015, sal-2020 se jkollu jlaqqa' flimkien it-taħlita attwali ta' ftehimiet vinkolanti u mhux vinkolanti skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-Konvenzjoni), f’reġim komprensiv uniku.

2.3

In-natura unilaterali jew “minn isfel għal fuq” tal-proċess tal-wegħdiet ta’ Kopenħagen-Cancun ippermettiet approċċ internazzjonali aktar inklużiv.

2.4

Fit-tfassil tal-Ftehim tal-2015 se jkollna nitgħallmu mis-suċċessi u n-nuqqasijiet tal-Konvenzjoni, il-Protokoll ta' Kjoto, u l-proċess Kopenħagen-Cancun. Se jkollna nimxu lil hinn mill-paradimma tat-Tramuntana-Nofsinhar li kienet tikkaratterizza d-dinja fis-snin disgħin lejn waħda bbażata fuq interdipendenza reċiproka u responsabbiltà kondiviża.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Il-KESE diġà saħaq fl-Opinjoni tiegħu dwar Is-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-UE (4) li jeżistu analoġiji bejn il-kriżi finanzjarja u dik ekoloġika: it-tnejn jirriżultaw mill-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi ekonomiċi jew naturali. Fl-Opinjoni msemmija l-Kumitat jitlob li "fil-każ tal-kriżi ambjentali jkun hemm reazzjoni bħal dik mogħtija bil-miżuri adottati fil-patt fiskali għall-ġlieda kontra l-kriżi finanzjarja: linji gwida u indikaturi ċari, kontrolli u sanzjonijiet". Dan issa japplika wkoll għan-negozjati futuri dwar il-klima li jridu jagħtu sinjal ċar favur l-iżvilupp ta' ekonomija dinjija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti.

3.2

Seħħew bidliet ġeopolitiċi importanti u jeħtieġ li jiġu kkunsidrati bi preparazzjoni għall-istrateġija tan-negozjati. F’perjodu ta’ żmien qasir, il-mappa ġeopolitika u ekonomika globali għaddiet minn bidliet ewlenin. Dawn il-bidliet profondi rriżultaw parzjalment mill-kriżi finanzjarja, li hija marbuta ma’ kriżi ekonomika fl-UE fejn ir-Rata ta' Investiment fin-Negozju naqset minn 23 punt (2008) għal 18,3 punti (2013, l-ewwel nofs) (Eurostat). Ir-rwol tal-politika dwar il-klima u l-enerġija tal-UE matul it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku għandu jkun eżaminat bir-reqqa meta jitfasslu n-negozjati li jmiss.

3.3

Dawn l-isforzi għadhom mhumiex biżżejjed. Ix-xenarju ekonomiku internazzjonali fl-aħħar mill-aħħar se jsawwar aktar diskussjoni dwar trattat globali għall-ġejjieni dwar il-klima, u l-proċess se jkun xprunat mill-potenzi ekonomiċi ewlenin: iċ-Ċina u l-Istati Uniti, imbagħad l-Indja u l-pajjiżi BRICS l-oħra (li flimkien huma responsabbli għal 61,8 % tal-emissjonijiet globali fl-2012). Fil-fatt, sal-2020 se jibnew l-ekwivalenti ta' 400-600 GWs f'impjanti ġodda ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija li jitħaddmu bil-faħam. L-UE tinsab f’nofs reċessjoni ekonomika li swiet 3,8 miljun impjieg u naqqset il-produzzjoni industrijali b’madwar 20 %, filwaqt li żdied l-għadd ta' impjegati fis-settur tal-enerġiji rinnovabbli u fil-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija.

3.4

Madankollu, hemm sinjali pożittivi fil-qasam tal-ħarsien tal-klima:

Fl-UE l-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli rrappreżentaw 71,3 % tal-installazzjonijiet il-ġodda fl-2011 (total ta' 32.0 GW ta' kapaċità ta' enerġija ġdida minn 44.9 GW); u fl-2012, l-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli kienu jirrappreżentaw 69 % tal-installazzjonijiet il-ġodda (31 GW minn total ta' 44.6 GW tal-kapaċità tal-enerġija l-ġdida). Fl-2011 bdew jintużaw impjanti ġodda li jaħdmu bil-faħam b'kapaċità ta' 2.1 GW, iżda ġew dekommissjonati impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam ta' 840 MW. Fl-2012, il-kapaċità ta' impjanti tal-faħam li ġew dekommissjonati (5.4 GW) saħansitra qabżet il-kapaċità tal-impjanti l-ġodda li jaħdmu bil-faħam (3.0 GW) kważi bid-doppju.

Il-livelli għoljin ta' emissjonijiet totali miċ-Ċina (26,7 % tal-emissjonijiet globali) iridu jitqiesu f'rabta mal-proporzjon tal-popolazzjoni dinjija (19 %). Meta mqabbla mal-UE (7 % tal-popolazzjoni, 11,5 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra) jew l-Istati Uniti (4,4 % tal-popolazzjoni u 16,8 % tal-gassijiet b'effett ta' serra), l-emissjonijiet taċ-Ċina għal kull ras għadhom relattivament baxxi. Irid jiġi rikonoxxut li ċ-Ċina wiegħdet li ssaħħaħ l-użu tal-enerġija mir-riħ u sorsi oħra rinnovabbli, billi żżid il-proporzjon ta' karburanti mhux fossili fit-taħlita enerġetika globali tagħha, peress li għandha l-ħsieb li tnaqqas l-intensità tal-emissjonijiet tal-karbonju għal kull unità tal-PDG b'40 % sa 50 % sal-2020.

Fl-Istati Uniti, l-enerġiji rinnovabbli qed jiżviluppaw b'rata mgħaġġla; fl-2012, għall-ewwel darba, l-enerġija mir-riħ saret l-ewwel sors tal-kapaċità l-ġdida tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-Istati Uniti, u tirrappreżenta madwar 43 % tal-addizzjonijiet elettriċi l-ġodda b'aktar minn 13 GW miżjuda mal-grid.

3.5

Id-dinja mhijiex miexja fit-triq it-tajba biex tilħaq l-għan miftiehem mill-gvernijiet, li tiġi limitata ż-żieda fit-temperatura medja globali għal 2 gradi Ċentigradi (°C) fuq medda twila ta’ żmien. L-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett ta' serra qed jiżdiedu b’mod rapidu, u f’Mejju 2013 il-livelli tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) fl-atmosfera qabżu l-400 partijiet għal kull miljun (ppm).

3.6

Il-politiki li diġà ġew implimentati, jew qed jiġu implimentati bħalissa, x’aktarx li jwasslu għal żieda fit-temperatura medja fit-tul ta' bejn 3,6 °C u 5,3 °C (meta mqabbla mal-livelli preindustrijali), b’ħafna miż-żieda isseħħ f'dan is-seklu (ibbażat fuq l-immudellar tal-klima).

3.7

Biex ikun possibbli li tintlaħaq il-mira ta’ 2 °C, hija meħtieġa azzjoni reali qabel l-2020, meta ftehim internazzjonali ġdid dwar il-klima mistenni jidħol fis-seħħ. L-enerġija hija fil-qalba ta’ din l-isfida: is-settur tal-enerġija jipproduċi madwar żewġ terzi tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, peress li aktar minn 80 % tal-konsum globali tal-enerġija huwa bbażat fuq il-fjuwils fossili.

3.8

Minkejja żviluppi pożittivi f’xi pajjiżi, l-emissjonijiet globali tas-CO2 b’rabta mal-enerġija żdiedu b’1,4 % u laħqu 31,6 gigatunnellata (Gt) fl-2012 — massimu storiku. Pajjiżi li mhumiex fl-OECD issa jipproduċu 60 % tal-emissjonijiet globali, żieda minn 45 % fl-2000. Fl-2012, iċ-Ċina ikkontribwiet l-iktar għaż-żieda fl-emissjonijiet globali tas-CO2, iżda dik iż-żieda kienet waħda mill-iktar baxxi fl-aħħar għaxar snin, dan it-titjib xprunat prinċipalment mill-użu tal-enerġija rinnovabbli u t-titjib sinifikanti fl-intensità tal-enerġija tal-ekonomija Ċiniża.

3.9

Fl-Istati Uniti, bidla mill-użu tal-faħam għall-gass fil-produzzjoni tal-enerġija għenet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet b’200 miljun tunnellata (Mt), li wassal biex jerġgħu lura għal-livell ta’ nofs is-snin 90. Minkejja ż-żieda fl-użu tal-faħam, l-emissjonijiet fl-Ewropa naqsu b’50 Mt minħabba t-tnaqqis ekonomiku, użu ikbar tal-enerġiji rinnovabbli u limitu fuq l-emissjonijiet mis-setturi industrijali u tal-enerġija. L-emissjonijiet fil-Ġappun żdiedu b’70 Mt, billi l-isforzi biex titjieb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ma kkumpensawx kompletament l-użu tal-fjuwils fossili biex jikkumpensaw għal tnaqqis fl-enerġija nukleari. Anki jekk wieħed jikkunsidra l-politiki li qed jiġu segwiti bħalissa, l-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett ta' serra marbuta mal-enerġija fl-2020 huma pproġettati li jkunu kważi 4 Gt ekwivalenti tal-CO2 (CO2-eq) ogħla minn livell meħtieġ għall-kisba tal-mira ta’ 2 °C, li juri l-iskala tal-isfida li għad trid tiġi affrontata biss biss f’dawn l-għaxar snin.

3.10

In-negozjati internazzjonali dwar il-klima rriżultaw f’wegħda biex jintlaħaq ftehim globali ġdid sal-2015, li jidħol fis-seħħ sal-2020. Iżda l-kriżi ekonomika kellha impatt negattiv fuq it-tnedija tal-użu tal-enerġija nadifa u fuq is-swieq tal-karbonju. Bħalissa, 8 % tal-emissjonijiet globali tas-CO2 huma soġġetti għal prezz tal-karbonju, filwaqt li 15 % jirċievu inċentiv ta’ $110 għal kull tunnellata fil-forma ta’ sussidji għall-fjuwils fossili (barra mill-pajjiżi tal-UE). Il-KESE jitlob lill-komunità internazzjonali biex il-Ftehim tal-2015 dwar it-Tibdil fil-Klima jimplimenta b'mod vinkolanti l-wegħda li saret fl-2012 fid-dokument finali tal-Konferenza Rio+20 tan-Nazzjonijiet Uniti, jiġifieri li jitwaqqfu s-sussidji għas-sorsi tal-enerġija fossili li jagħmlu ħsara lill-ambjent, li skont stimi tal-Bank Dinji jammontaw għal USD 780 biljun fis-sena.

3.11

Id-dinamika tal-prezzijiet bejn il-gass u l-faħam qed tappoġġa t-tnaqqis fl-emissjonijiet f’xi reġjuni iżda qed iddewimhom f’oħrajn, filwaqt li l-enerġija nukleari qed tiffaċċja diffikultajiet u l-ġbir u l-ħżin tal-karbonju fuq firxa wiesgħa jibqgħu wisq ’il bogħod. Minkejja l-momentum dejjem jikber biex titjieb l-effiċjenza tal-enerġija, għad hemm potenzjal ekonomiku kbir li għadu ma ġiex sfruttat. Sorsi rinnovabbli mhux mill-ilma, appoġġjati minn miri ta’ politika tal-gvern, qed igawdu minn tkabbir b’żewġ ċifri tal-kapaċitajiet installati. L-investiment fis-sorsi rinnovabbli jeħtieġ ambjent ekonomiku stabbli kemm għall-prezzijiet tal-karbonju u, eventwalment, fit-tassazzjoni f’pajjiżi fejn tintuża t-taxxa fuq il-karbonju.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1

Kif jista’ jitfassal il-Ftehim tal-2015 biex jiżgura li l-pajjiżi jkunu jistgħu jwettqu żvilupp ekonomiku u sostenibbli filwaqt li jħeġġiġhom jipparteċipaw b'mod ekwu u ġust fir-rigward tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet globali serra sabiex nilħqu l-għan taż-2 °C hawn taħt? L-ewwel nett, huwa diffiċli li wieħed jimmaġina kif l-interessi differenti tal-atturi ewlenin biss jistgħu jiġu rikonċiljati man-negozjati eżistenti bis-sistema "cap and trade", madankollu kontribuzzjonijiet ekwi u ġusti minn kull pajjiż huma kundizzjonijiet meħtieġa għal kwalunkwe ftehim futur. Għalhekk, mill-inqas għandhom jiġu żviluppati għażliet oħra possibbli, għal kunċett differenti ta' ftehim, u kwistjonijiet ta' governanza għandhom ikunu rikonoxxuti. Għandhom jinstabu mezzi biex ikun żgurat li l-azzjonijiet meħuda biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima jgħinu għat-tkabbir u l-iżvilupp soċjetali, ekonomiku u ambjentali. Dan jista’ biss jinkiseb permezz ta’ valutazzjoni trasparenti u eżawrijenti tal-effikaċja, l-ispejjeż u l-impatt pożittiv tal-politiki dwar il-klima għall-ekonomija u s-soċjetà inġenerali. Għandna nitgħallmu mill-Protokoll ta' Kjoto, bil-kumplessità u l-lakuni kollha tiegħu. Għandu jkun punt ta' tluq utli għal ħidma serja fuq kunċett ġdid. L-estenzjoni għall-Kjoto II u l-kopertura tal-emissjonijiet tiegħu huwa sinjal qawwi ħafna, li jitlob bidla kunċettwali.

4.2

Kif jista’ l-Ftehim tal-2015 jiżgura bl-aħjar mod il-kontribuzzjoni tal-ekonomiji prinċipali kollha u s-setturi u jnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju potenzjali tar-rilokazzjoni ta’ emissjonijiet tal-karbonju bejn ekonomiji kompetittivi ħafna? Ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju huwa fenomenu mhux biss marbut mal-industriji li jużaw ħafna enerġija, li potenzjalment qed jonqsu – huwa inerenti fil-kundizzjonijiet ġenerali tat-twettiq tan-negozju fiż-żona ekonomika individwali. Żbilanċ fil-kundizzjonijiet tal-karbonju, prinċipalment bejn l-aktar reġjuni kompetittivi, naqqas l-investiment fl-UE. Miżuri u miri ambizzjużi u realistiċi għandhom jinbnew b’kunsens u permezz tal-interazzjoni ma’ dawk li se jimplimentaw l-azzjonijiet. Għalhekk Ftehim sempliċi, ekwu u ġust għall-2015 huwa prekundizzjoni għal ambjent kummerċjali ekwu fir-reġjuni kollha tal-ekonomija globali.

4.3

Kif jista' l-Ftehim tal-2015 iħeġġeġ bl-aktar mod effettiv l-inklużjoni tat-tibdil fil-klima fl-oqsma kollha relevanti tal-politika? Kif jista’ jħeġġeġ il-proċessi u l-inizjattivi kumplimentari, inkluż dawk imwettqa minn atturi mhux statali? Ovvjament, l-aktar mod effettiv biex jiġi integrat il-Ftehim tal-2015 fl-oqsma kollha ta’ politika relevanti huwa li jkun sempliċi. Kull provvediment eċċessiv immirat għall-organizzazzjoni ta’ dan il-proċess se jagħmel il-Ftehim aktar diffiċli biex jiġi implimentat. Huwa importanti wkoll li l-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima f’oqsma oħra ta’ politika ssir b'valutazzjoni tal-impatt trasparenti. Meta t-tibdil fil-klima jkun inkluż f’oqsma oħra ta’ politika, huwa importanti li jiġi żgurat li dan isir bl-iktar mod kosteffettiv u prevedibbli, mingħajr ma jiġi impost piż amministrattiv mhux meħtieġ fuq il-partijiet interessati. Approċċi bbażati fuq is-suq għandhom jiġu privileġġati.

4.4

Liema kriterji u prinċipji għandhom jiggwidaw id-determinazzjoni ta’ distribuzzjoni ekwa ta’ impenji fil-konfront tal-mitigazzjoni tal-Partijiet għall-Ftehim tal-2015 flimkien ma' spettru ta' impenji li jirrifletti ċirkostanzi nazzjonali, huma meqjusa minn ħafna bħala ekwi u ġusti u li huma kollettivament suffiċjenti biex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas fl-ambizzjoni? Iż-żamma tal-"cap-and-trade" teħtieġ kriterji u prinċipji, u dejjem se tkun il-kaġun ta' sensazzjonijiet ta’ inġustizzja u trattament inġust. Madankollu, fil-każijiet kollha għandha tingħata konsiderazzjoni lid-dinamiċi tas-suq li jaffettwaw settur, ir-regolamenti dwar it-tibdil fil-klima eżistenti u proposti li jaffettwawh, u l-maturità tas-settur fir-rigward tal-isforzi tiegħu biex jillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u juża teknoloġiji b’użu effiċjenti tal-enerġija. Biex dan jirnexxi u jkun sostenibbli, irid ikun hemm ukoll inċentiv għall-parteċipanti kollha li jaħdmu biex jiksbu għanijiet, bħal pereżempju jillimitaw l-emissjonijiet, itejbu l-effiċjenza, jikkoperaw dwar ir-riċerka, jaqsmu l-prattiki tajba, eċċ. Imposta tal-karbonju, iżda, tista’ twassal għal-liffrankar tal-emissjonijiet u żżid il-finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp u l-adattament bl-aktar mod koordinat u effiċjenti.

4.5

X’għandu jkun l-irwol tal-Ftehim tal-2015 rigward l-indirizzar tal-isfida ta’ adattament u dan kif għandu jibni fuq ix-xogħol li għadu għaddej skont il-Konvenzjoni? Kif jista’ l-Ftehim tal-2015 jinċentiva aktar l-inklużjoni tal-adattament fl-oqsma relevanti kollha tal-politika? Fil-fatt l-adattament huwa mfassal tajjeb u huwa bbażat fil-biċċa l-kbira fuq programmi eżistenti ta’ mmaniġġjar tar-riskji. Filwaqt li l-adattament mhux se jelimina r-riskji kollha mill-impatt tat-tibdil fil-klima, jagħti kontribut importanti sabiex ikunu limitati r-riskji f’ħafna oqsma. It-tisħiħ tal-kapaċità tal-adattament jeħtieġ analizi ulterjuri, issettjar tal-prijoritajiet, ippjanar u azzjoni fil-livelli kollha tal-gvern, u jeħtieġ il-parteċipazzjoni tal-komunitajiet lokali u n-negozju. Bir-raġun, l-adattament mistenni li jkun wieħed mill-erba' prinċipji tal-Ftehim tal-2015 futur. B’mod partikolari, in-negozju għandu jkollu rwol permezz ta’ trasferiment teknoloġiku u l-qsim tal-aħjar prassi.

4.6

X’għandu jkun l-irwol futur tal-Konvenzjoni u b’mod speċifiku tal-Ftehim tal-2015 fl-għaxar snin ta' qabel l-2030 fir-rigward tal-finanzi, il-mekkaniżmi bbażati fuq is-suq u t-teknoloġija? Kif jista' jsir avvanz fuq l-esperjenza eżistenti u kif jistgħu l-oqfsa jittejbu aktar? Il-Konvenzjoni għandha ssir korp ta’ koordinament għall-miżuri klimatiċi ewlenin, li tissorvelja l-prestazzjoni tal-pajjiżi u l-flussi finanzjarji kbar u l-iskambju tat-teknoloġija. Il-kumpaniji huma prinċipalment responsabbli għat-teknoloġija u l-użu tat-teknoloġija. Permezz tal-Kumitat Eżekuttiv tat-Teknoloġija (TEC) u Ċentru u Netwerk tat-Teknoloġija tal-Klima (CTCN), il-Konvenzjoni tista’ tipprovdi analiżi esperta ta’ teknoloġiji u tagħti aċċess sħiħ għall-informazzjoni lin-nazzjonijiet, li b'hekk ikunu jistgħu jagħżlu l-aktar teknoloġiji xierqa.

4.7

Kif jista’ l-Ftehim tal-2015 itejjeb aktar it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-pajjiżi fuq livell internazzjonali? Safejn għandha tkun standardizzata globalment sistema ta’ kontabbiltà? Kif jistgħu l-pajjiżi jinżammu responsabbli meta jonqsu milli jissodisfaw l-impenji tagħhom? Fi kwalunkwe każ, is-sistema tal-kontabilità jeħtieġ li tkun standardizzata globalment, irrispettivament minn kif dan isir, billi informazzjoni korretta hija essenzjali fejn jidħol il-flus. Dan huwa wkoll ta’ importanza kbira sabiex tinkiseb ir-responsabilità fir-rigward tal-Ftehim tal-2015.

4.8

Kif jista’ l-proċess tan-negozjar tal-klima tan-Nazzjonijiet Uniti jittejjeb b'mod li jiffaċilita l-ksib ta' ftehim inklużiv, ambizzjuż, effettiv u ġust fl-2015 u jiżgura l-implimentazzjoni tiegħu? Huma meħtieġa parteċipazzjoni wiesgħa mill-partijiet interessati u proċess trasparenti biex jiżguraw li jintlaħaq ftehim b’mod sodisfaċenti u dan jiġi implimentat. In-negozji jistgħu joffru l-għarfien espert tagħhom għan-negozjati dwar il-klima dwar modi effettivi biex jonqsu l-emissjonijiet u jiġu żviluppati soluzzjonijiet għall-iżvilupp sostenibbli. Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-komunità tan-negozju b’mod ġenerali tista' wkoll tiżgura li l-isforzi jkunu jistgħu jitqabblu u li jkun hemm kundizzjonijiet indaqs. Il-Ftehim globali ġdid tal-2015 huwa biss l-ewwel pass u l-implimentzzjoni sħiħa tal-Ftehim jiddependi fuq is-soċjetà ċivili inġenerali. Għalhekk, il-proċess u r-riżultati tal-implimentazzjoni għandhom ikunu trasparenti u konvinċenti, sabiex jirbħu l-fiduċja fost iċ-ċittadini madwar id-dinja.

4.9

Kif tista’ l-UE tinvesti bl-aħjar mod u ssostni proċessi u inizjattivi barra mill-Konvenzjoni biex twitti t-triq għal ftehim ambizzjuż u effettiv fl-2015? Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon id-dibattitu li beda minn dan id-dokument tal-Kummissjoni. Analiżi esperta indipendenti tal-aspetti kollha tal-politika dwar il-klima hija ta’ importanza kbira, speċjalment fid-dawl tax-xenarju ġeopolitiku globali li nbidel u qed jinbidel. Xi analiżi hija diġà disponibbli, għalhekk mhuwiex meħtieġ li tinbeda ħidma mix-xejn. Wieħed jista' jibda mill-ittra li ntbagħtet lill-President tal-Istati Uniti mill-Kunsill ta’ konsulenti xjentifiċi tiegħu li ġabret il-kwistjonijiet mqajma mit-tibdil fil-klima. Il-lezzjoni mill-Ftehim ta' Kjoto u n-natura fit-tul tan-negozjati tan-NU jenfasizzaw ukoll il-ħtieġa għall-bidla qabel ma jkun tard wisq. Barra minn hekk, is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta’ esperti bħall-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija għandhom u jistgħu jkunu implimentati mingħajr dewmien eċċessiv. Ir-rapport tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija "Redrawing the Energy Climate Map" joffri approċċ prammatiku u fattibbli. Erba’ politiki bażiċi li jistgħu jintlaħqu stipulati fir-rapport huma: it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fil-bini, l-industrija u t-trasport; it-tnaqqis fil-bini u użu ta' impjanti tal-faħam mhux effiċjenti; it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan mill-produzzjoni taż-żejt u l-gass naturali u t-tħaffif gradwali ta’ xi sussidji tal-konsum ta’ fjuwils fossili.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  ĠU C 376, 22.12.2011, p. 110-116.

(2)  ĠU C 161, 6.6.2013, p. 77-81.

(3)  ĠU C 376, 22.12.2011, p. 110-116.

(4)  ĠU C 161, 6.6.2013, p. 77-81.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/150


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Linji gwida strateġiċi għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fl-UE”

COM(2013) 229 final

2014/C 67/30

Relatur: is-Sur ESPUNY MOYANO

Nhar id-29 ta' April 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Linji gwida strateġiċi għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fl-UE

COM(2013) 229 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-1 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'122 vot favur, 3 voti kontra u 6 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet

1.1

Il-KESE jemmen li l-akkwakultura tal-UE tista' u għandha tikkontribwixxi b'mod effettiv biex tnaqqas id-dipendenza Ewropea, li qiegħda dejjem tiżdied, mill-importazzjoni tal-prodotti akkwatiċi.

1.2

Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jippromovu miżuri ambizzjużi għall-irkupru tal-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej tal-akkwakultura.

1.3

Il-KESE jemmen li t-tul ta' żmien meħtieġ attwalment sabiex l-intrapriżi tal-akkwakultura jingħataw l-awtorizzazzjonijiet amministrattivi, li f'ħafna Stati Membri hu aktar minn sentejn jew tliet snin, mhuwiex aċċettabbli. Sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-akkwakultura Ewropea, il-KESE jemmen li hu essenzjali li l-proċeduri amministrattivi jkunu aktar rapidi u b'inqas spejjeż.

1.4

Huwa stmat li kull żieda ta' punt perċentwali fil-konsum tal-prodotti akkwatiċi magħmulin internament mis-settur tal-akkwakultura fl-UE tista' toħloq bejn 3000 u 4000 impjieg full-time, u dan huwa partikolarment apprezzat mill-Kumitat, aktar u aktar jekk l-impjiegi jkunu kwalifikati u offruti f'postijiet fejn l-alternattivi f'dak li hu xogħol huma skarsi ħafna.

1.5

L-implimentazzjoni inadegwata tar-regoli tat-tikkettar tal-prodotti akkwatiċi, speċjalment dawk mhux f'pakkett, bl-informazzjoni għall-konsumaturi fil-post fejn jinbiegħu, tinkwieta lill-KESE mhux biss għax hi prattika qarrieqa iżda wkoll għax toħloq kompetizzjoni inġusta fir-rigward tal-prodotturi Ewropej. Għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex fil-pjani strateġiċi jinkludu miżuri effettivi li jirrimedjaw dan in-nuqqas persistenti.

1.6

Il-KESE jilqa' l-organizzazzjoni ta' kampanji ta' komunikazzjoni sabiex il-konsumaturi Ewropej ikunu konxji tal-istandards għoljin tal-produzzjoni u l-kwalità tal-akkwakultura tal-UE. Dawn il-kampanji għandhom ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) futur.

1.7

Il-KESE jerġa' jħeġġeġ bil-qawwi li jissaħħu l-kontrolli tal-prodotti akkwatiċi li jiġu importati fl-Unjoni Ewropea sabiex jiġi żgurat li dawn huma traċċabbli b'mod sħiħ u jirrispettaw l-istandards.

1.8

Il-KESE jqis li għandu jiżdied, bi prijorità, il-finanzjament għall-proġetti ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni fl-akkwakultura, u li kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni għandhom jiffokaw il-programmi u l-pjani ta' investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-akkwakultura fuq il-ksib tal-għanijiet stabbiliti fid-dokument ta' viżjoni tal-Pjattaforma tat-Teknoloġija u l-Innovazzjoni fl-Akkwakultura Ewropea (EATIP), ippubblikat fl-2012.

1.9

Id-diversifikazzjoni ekonomika tal-akkwakultura (pereżempju billi jiġu offruti servizzi għat-turiżmu) għandha tiġi promossa u faċilitata bħala opportunità għall-produtturi tal-akkwakultura, sew kontinentali u sew marittimi, u b'mod partikolari għall-SMEs.

1.10

Il-KESE jisħaq fuq kemm hu importanti li jiġi rikonoxxut li l-Kunsill Konsultattiv tal-Akkwakultura (KKA) huwa wieħed Ewropew, għall-kuntrarju tal-kunsilli konsultattivi l-oħra li għandhom dimensjoni reġjonali. F'dan ir-rigward, hu jemmen li l-entitajiet li jipparteċipaw fih (b'rabta diretta mal-akkwakultura) għandu jkollhom dimensjoni Ewropea jew għall-inqas sopranazzjonali. Dan għandu jkun rifless fl-istruttura u l-finanzjament tagħhom.

1.11

Il-Kumitat jinnota li, minħabba n-natura multidixxiplinari tal-akkwakultura, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiggarantixxi li l-KKA jkollu relazzjoni diretta u prijoritarja mad-diversi direttorati ġenerali tagħha.

1.12

Peress li l-KKA għandu jwettaq l-ewwel kompiti mogħtija lilu fil-linji gwida strateġiċi tal-Kummissjoni Ewropea fl-ewwel xhur tal-2014, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jevitaw kull dewmien fit-twaqqif u l-operat tiegħu.

2.   Kuntest

2.1

Ir-riforma li qed issir bħalissa tal-Politika Komuni tas-Sajd tagħti rwol speċjali lill-akkwakultura u tagħti prijorità lill-promozzjoni ta' din l-attività.

2.2

Fil-Proposta tagħha dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li fil-qasam tal-akkwakultura jiġi stabbilit metodu miftuħ ta' koordinazzjoni mal-Istati Membri. Din is-sistema għandha tikkonsisti fi proċess volontarju ta' kooperazzjoni abbażi ta' linji gwida strateġiċi u pjani strateġiċi nazzjonali multiannwali li jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

3.   Sommarju tal-Proposta tal-Kummissjoni

3.1

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-linji gwida strateġiċi għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fl-UE fid-29 ta' April 2013 (COM(2013) 229 final). Dawn il-linji gwida mhumiex vinkolanti, iżda ser isawru l-bażi tal-pjani strateġiċi nazzjonali multiannwali. L-għan tagħhom hu li jgħinu lill-Istati Membri jiddefinixxu l-miri nazzjonali tagħhom filwaqt li jqisu l-pożizzjoni inizjali ta' kull wieħed minnhom, iċ-ċirkostanzi nazzjonali u l-arranġamenti istituzzjonali.

3.2

Dawn il-linji gwida strateġiċi jindirizzaw erba' oqsma ta' prijorità:

il-proċeduri amministrattivi,

l-ippjanar spazjali kkoordinat,

il-kompetittività,

u l-kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni.

3.3

Il-pjani strateġiċi nazzjonali multiannwali, li jrid ifassal kull Stat Membru kkonċernat mill-akkwakultura, għandhom jistabbilixxu għanijiet komuni u indikaturi biex jitkejjel il-progress li jsir. L-Istati Membri jridu jressqu dawn il-pjani strateġiċi quddiem il-Kummissjoni qabel tintemm l-2013.

3.4

Dawn il-pjani strateġiċi nazzjonali multiannwali għandhom iservu biex jippromovu l-kompetittività tas-settur tal-akkwakultura, jappoġġjaw l-iżvilupp u l-innovazzjoni tiegħu, jinkoraġġixxu l-attività ekonomika, jippromovu d-diversifikazzjoni, itejbu l-kwalità tal-ħajja fiż-żoni kostali u rurali, u jiggarantixxu kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi tal-akkwakultura fir-rigward tal-aċċess għall-ilmijiet u l-ispazju.

3.5

Ir-riforma proposta tal-Politika Komuni tas-Sajd tinkludi l-ħolqien ta' Kunsill Konsultattiv tal-Akkwakultura li l-missjoni tiegħu ser tkun li jippreżenta rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti lill-istituzzjonijiet Ewropej dwar kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tal-akkwakultura, kif ukoll li jinformahom dwar il-problemi tas-settur.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Is-suq tal-UE jikkonsma mat-13,2 miljun tunnellata prodotti akkwatiċi fis-sena, li 65 % minnhom jiġu importati, 25 % jiġu mill-attivitajiet tas-sajd tal-UE, u 10 % biss jiġu mill-akkwakultura Ewropea. Il-Kumitat jaqbel mal-fehma li dan l-iżbilanċ mhux sostenibbli, la mil-lat ekonomiku minħabba d-defiċit kummerċjali li jimplika, u lanqas mil-lat soċjali minħabba li qed jintilfu l-opportunitajiet ta' xogħol.

4.2

Il-KESE jilqa' l-fehma tal-Kummissjoni li kull żieda ta' punt perċentwali fil-konsum tal-prodotti akkwatiċi magħmulin internament mis-settur tal-akkwakultura fl-UE tista' toħloq bejn 3000 u 4000 impjieg full-time.

4.3

Għalhekk, il-KESE jaqbel mal-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni Ewropea li l-akkwakultura għandha tkun wieħed mill-pilastri tal-istrateġija tat-tkabbir blu tal-Unjoni Ewropea u li l-iżvilupp tagħha jista' jikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020. L-akkwakultura tista' twassal għall-iżvilupp u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni kostali u tax-xmajjar tal-Unjoni Ewropea fejn ftit jeżistu alternattivi ekonomiċi.

4.4

Il-konsumatur Ewropew qed jitlob dejjem aktar prodotti akkwatiċi. L-akkwakultura Ewropea toffrihom bi kwalità tajba, minbarra li tirrispetta l-aktar standards stretti tas-sostenibbiltà ambjentali, is-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni ta' saħħet il-konsumatur. Il-KESE jemmen li l-provvista ta' prodotti tal-ikel siguri, sani u sostenibbli fl-Unjoni Ewropea għandha titqies bħala waħda mill-isfidi prinċipali tal-għexieren ta' snin li ġejjin.

4.5

Minkejja dawn il-vantaġġi evidenti, il-produzzjoni tal-akkwakultura tal-Unjoni Ewropea ilha staġnata mis-sena 2000. Fl-istess ħin, din l-istess attività qed tirreġistra tkabbir konsiderevoli f'reġjuni oħra tad-dinja li jesportaw parti mill-produzzjoni tagħhom lejn l-Unjoni.

4.6

Il-KESE jirrikonoxxi li l-leġislazzjoni Ewropea dwar is-saħħa pubblika, il-ħarsien tal-konsumatur u l-ambjent tagħmel parti mill-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, din il-leġislazzjoni għandha riperkussjonijiet konsiderevoli fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-akkwakultura Ewropea, u huwa rari li dawn l-ispejjeż żejda jkunu jistgħu jiġu riflessi fil-prezzijiet tal-prodotti li fis-suq iridu jikkompetu ma' importazzjonijiet li huma eżentati minn dan it-tip ta' rekwiżiti.

4.7

Il-KESE ma jemminx li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hi biżżejjed sabiex jerġgħu jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ekwa bejn l-atturi ekonomiċi tal-UE u dawk ta' pajjiżi terzi. Jidher ċar li dan il-bilanċ mhux ser jerġa' jinkiseb sempliċement permezz ta' azzjonijiet li jiċċertifikaw il-livell ta' sigurtà u sostenibbiltà tal-prodotti tal-akkwakultura tal-UE u jikkomunikaw dan lill-pubbliku inġenerali, u dan ma jeħlisx lill-awtoritajiet pubbliċi milli jitolbu li l-prodotti importati jkollhom l-istess livell ta' sigurtà tas-saħħa bħalma hu mitlub mill-produzzjoni Ewropea, bi traċċabbiltà sħiħa "mill-farm sal-furketta".

4.8

Fil-fehma tal-KESE, l-iżbilanċ fis-suq tal-Unjoni Ewropea bejn il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-prodotti tal-akkwakultura Ewropea u dawk prodotti f'pajjiżi terzi u mbagħad esportati lejn l-Unjoni Ewropea hu ħafna aktar kumpless minn sempliċi kwistjoni ta' informazzjoni u deċiżjoni tal-konsumaturi. Għandhom jitqiesu kwistjonijiet oħra bħat-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi żejda, l-aċċess għall-ispazju jew in-nuqqasijiet fis-sistemi tat-traċċabbiltà.

4.9

Fil-prattika, l-informazzjoni obbligatorja li l-konsumatur għandu dejjem ikollu fil-post tal-bejgħ finali sikwit ma tkunx sħiħa u tkun ambigwa. Dan pereżempju jwassal biex minflok prodotti friski Ewropej jinbiegħu prodotti tal-friża importati mingħajr ma x-xerrejja jkunu konxji ta' dan. Din is-sitwazzjoni tillimita l-kapaċità tal-konsumaturi li jixtru b'mod responsabbli, filwaqt li tirrappreżenta kompetizzjoni inġusta fir-rigward tal-produtturi tal-UE.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-akkwakultura u l-industrija tal-ipproċessar tal-prodotti akkwatiċi tista' żżid il-ħolqien tal-impjiegi u ttejjeb il-kompetittività taż-żewġ setturi ekonomiċi.

5.2

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li hemm bżonn tittejjeb l-informazzjoni disponibbli dwar il-proċeduri amministrattivi fir-rigward tat-tul ta' żmien u l-ispejjeż marbutin mal-awtorizzazzjoni ta' farms tal-ħut ġodda fl-Istati Membri.

5.3

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-implimentazzjoni ta' pjani tal-ippjanar spazjali tista' tikkontribwixxi biex tnaqqas l-inċertezza, tiffaċilita l-investimenti, taċċellera l-iżvilupp intraprenditorjali u tippromovi l-ħolqien tal-impjiegi fil-qasam tal-akkwakultura.

5.4

Fil-fehma tal-KESE, l-akkwakultura kontinentali ma tirċevix biżżejjed attenzjoni fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, speċjalment b'rabta mal-ippjanar spazjali.

5.4.1

Il-KESE jissuġġerixxi lill-Kummissjoni Ewropea biex testendi t-tema tas-seminar dwar l-aħjar prattiki li ser isir fis-sajf tal-2014 b'mod li jinkludi l-koordinazzjoni tal-ippjanar taż-żoni tax-xmajjar (flimkien ma' dik marittima), bil-għan li l-Istati Membri jiġu megħjuna fl-ippjanar tagħhom.

5.5

Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza li l-attività produttiva tal-akkwakultura tiġi mfassla u kkontrollata b'mod adegwat sabiex jiġu evitati r-riperkussjonijiet ħżiena fuq l-ambjent. Fl-istess ħin, jifhem li l-ġestjoni settorjali tal-akkwakultura għandha ssegwi approċċ ekosistemiku.

5.6

Il-KESE jirrikonoxxi kemm hu importanti li l-iżvilupp tal-akkwakultura jkun imsejjes bis-sħiħ fuq ir-riċerka u x-xjenza.

5.7

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni dwar ir-rikonoxximent tas-servizzi ambjentali li tipprovdi l-akkwakultura estensiva bbażata fl-għadajjar, u dan hu eżempju ta' attività ekonomika li tista' tmur id f'id mal-ħtieġa li jiġu kkonservati l-ħabitats u l-ispeċijiet.

5.8

Il-KESE jqis li l-inizjattiva tal-Kummissjoni li toffri linji gwida biex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jimplimentaw aħjar u b'mod uniformi l-leġislazzjoni Ewropea (pereżempju dwar l-ambjent) hija waħda adegwata.

5.9

Il-KESE japprova r-rwol tal-Kunsill Konsultattiv tal-Akkwakultura u jemmen li dan jista' jgħin sabiex jintlaħqu l-miri tal-pjani strateġiċi nazzjonali u jiggarantixxi l-implimentazzjoni adegwata tagħhom. Madankollu, il-KESE jixtieq jagħmel enfasi fuq il-karatteristiki li jiddistingwuh mill-kunsilli konsultattivi l-oħra: l-ewwel nett, l-azzjoni tiegħu tikkonċerna riżorsa privata li hi tal-intrapriżi tal-akkwakultura, għall-kuntrarju tas-sajd fejn l-istokkijiet huma riżorsi naturali pubbliċi; it-tieni nett, l-azzjoni tiegħu ma tiffokax fuq il-livell reġjonali iżda fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/153


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) – Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa”

COM(2013) 249 final

2014/C 67/31

Relatur: is-Sur KIENLE

Nhar it-3 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa

COM(2013) 249 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-1 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'134 vot favur, u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-infrastruttura ekoloġika (IE) u l-għan tagħha li tippromovi l-proġetti tal-IE permezz ta' għadd ta' miżuri.

1.2

Il-Kumitat jirrakkomanda li l-esperjenzi bl-implimentazzjoni ta' dan il-pakkett ta' miżuri jintużaw biex tiġi żviluppata l-istrateġija għall-IE mħabbra fl-Istrateġija għall-Bijodiversità sal-2020.

1.3

Il-KESE jappoġġja l-għan li fil-proġetti tal-IE l-benefiċċju ekoloġiku jintrabat ma' dak ekonomiku u soċjali. L-għan hu li tinħoloq infrastruttura bi strutturi tal-pajsaġġ naturali, seminaturali, użati jew urbani li tikkontribwixxi għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u fatturi ambjentali oħra u fl-istess ħin tipprovdi servizzi rħas u sostenibbli għas-soċjetà. B'kuntrast man-netwerk Natura 2000, il-promozzjoni tal-IE ma timplikax strument legali; l-għan tal-inizjattiva tal-IE mhux li toħloq netwerk ieħor ta' protezzjoni tan-natura lil hinn min-netwerk Natura 2000.

1.4

Il-KESE jinnota li r-responsabbiltà ewlenija għall-proġetti tal-IE hi f'idejn l-Istati Membri, l-aktar l-awtoritajiet tal-ippjanar reġjonali u lokali. Ir-rwol tal-UE hu l-ewwel u qabel kollox li tappoġġja l-promozzjoni tal-IE. Il-kunċett tal-IE għandu jiġi integrat minnufih u b'mod effettiv partikolarment f'oqsma ta' politika bħall-agrikoltura u l-forestrija, il-ħarsien tan-natura, il-politika tal-ilma, marittima, tas-sajd, reġjonali u ta' koeżjoni, l-ippjanar urban, il-politika dwar it-tibdil fil-klima, il-politika tat-trasport u tal-enerġija, il-protezzjoni ċivili u l-użu tal-art kif ukoll fl-istrumenti finanzjarji korrispondenti tal-UE.

1.5

L-UE għandha terfa' r-responsabbiltà diretta għall-proġetti tal-IE ta' importanza Ewropea. Il-KESE jappoġġja l-proposta li, bl-istess mod bħan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni, jiġi introdott TEN-G għall-finanzjament tal-infrastruttura ekoloġika, b'lista kartografika tal-proġetti tal-IE ta' importanza Ewropea.

1.6

Fil-proġetti tal-IE fil-livell reġjonali u lokali, l-atturi ewlenin huma dawk responsabbli għall-ippjanar reġjonali u lokali, il-bliet u l-muniċipalitajiet, dawk responsabbli għall-proġetti infrastrutturali f'oqsma bħall-bini tat-toroq, tal-ferroviji, tal-istrutturi idrawliċi u tal-protezzjoni mill-għargħar, il-bdiewa u l-forestiera, l-intrapriżi u l-bennejja, l-organizzazzjonijiet ambjentali tas-soċjetà ċivili u t-trejdjunjins. Dawn l-atturi għandhom jiġu msaħħa, għaliex is-suċċess tal-proġetti tal-IE jiddependi b'mod kruċjali minn jekk huma jkunux mibdija, aċċettati u appoġġjati minn dawn l-atturi.

1.7

Il-KESE jemmen li hu indispensabbli li tingħata ferm aktar attenzjoni lill-parteċipazzjoni bikrija tas-soċjetà ċivili fil-proġetti tal-IE minn kif inhu l-każ fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Il-proċessi parteċipattivi tal-ippjanar bil-parteċipazzjoni bikrija taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma importanti immens.

1.8

Hawnhekk wieħed irid jikkunsidra li l-proġetti tal-IE jistgħu joħolqu wkoll kunflitti bejn l-interessi leġittimi tad-diversi parteċipanti, u għalhekk iridu jiġu previsti mekkaniżmi adatti għas-soluzzjoni tal-kunflitti, għall-ibbilanċjar tal-interessi u għat-titjib tal-proġetti. Jekk tiġi mmaniġġjata b'mod tajjeb, l-IE tista' tgħin biex tnaqqas jew tegħleb il-kunflitti tradizzjonali bejn il-ħarsien u l-użu tan-natura. Il-KESE jenfasizza li għandhom jinħolqu biżżejjed inċentivi sabiex jinkoraġġixxu l-investiment privat meħtieġ.

2.   Introduzzjoni

2.1

Fid-dawl tal-valur intrinsiku tal-bijodiversità u tas-servizzi li din tipprovdi bħala kapital naturali, il-preservazzjoni u l-irkupru tad-diversità bijoloġika huma ta' importanza fundamentali għall-benesseri tal-bniedem, il-prosperità ekonomika u l-kundizzjonijiet tal-għajxien umani. Għaldaqstant, fl-Istrateġija għall-Bijodiversità sal-2020 (1) il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet l-għan li sal-2020 twaqqaf it-telf tad-diversità bijoloġika u d-deterjorazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi fl-UE u li tirkupra kemm jista' jkun minnhom. L-istrateġija Ewropea għall-IE għandha, b'mod partikolari, tippromovi l-infrastrutturi ekoloġiċi.

2.2

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2013 "L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) – Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa" tinkludi l-punti ewlenin li ġejjin:

il-promozzjoni tal-IE fl-oqsma ta' politika ewlenin bħall-agrikoltura u l-forestrija, il-ħarsien tan-natura, il-politika tal-ilma, marittima, tas-sajd, reġjonali u ta' koeżjoni, il-politika dwar it-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-politika tat-trasport u tal-enerġija, il-protezzjoni ċivili u l-użu tal-art permezz tal-pubblikazzjoni ta' gwida dwar l-integrazzjoni tal-kunċett tal-IE fl-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki mill-2014 sal-2020;

it-titjib tar-riċerka dwar l-IE, tal-bażijiet tad-data u tal-għarfien, u l-promozzjoni ta' teknoloġiji innovattivi;

it-titjib tal-aċċess għar-riżorsi finanzjarji għall-proġetti infrastrutturali ekoloġiċi, u t-twaqqif sal-2014 ta' mekkaniżmu tal-UE speċifikament għall-appoġġ tal-proġetti infrastrutturali ekoloġiċi flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment;

il-promozzjoni tal-proġetti infrastrutturali ekoloġiċi fil-livell tal-UE, u r-reviżjoni li l-Kummissjoni għandha tagħmel sa tmiem l-2015 tal-iżvilupp ta' netwerk tal-proġetti tal-infrastruttura ekoloġika b'importanza Ewropea fil-qafas tal-inizjattiva TEN-G.

2.3

Fl-Opinjoni tiegħu dwar l-Istrateġija għall-Bijodiversità tas-26 ta' Ottubru 2011 (2), il-KESE laqa' fil-prinċipju l-Istrateġija għall-Bijodiversità iżda kkritika n-nuqqas ta' analiżi tal-fatturi li wasslu biex l-għanijiet tal-bijodiversità ma jintlaħqux. Kien partikolarment in-nuqqas ta' rieda politika fl-Istati Membri li xekkel l-implimentazzjoni effettiva tagħhom.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

David Rose, fi Green Infrastructure. A Landscape Approach, ifisser tajjeb ferm x'inhi l-IE: l-infrastruttura ekoloġika tirreferi għall-elementi li jgħaqqdu l-ambjenti naturali u mibnija u jagħmlu l-bliet aktar abitabbli, bħal pereżempju parks, mogħdijiet, soqfa ekoloġiċi, toroq ekoloġiċi u s-siġar imħawlin fil-bliet (urban tree canopy). Fil-livell reġjonali, l-infrastruttura ekoloġika tinkludi n-netwerk ta' żoni naturali, spazji ekoloġiċi, mogħdijiet ekoloġiċi, art maħduma (agrikola u tal-foresti), u elementi oħra li jipprovdu diversi benefiċċji għas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem u l-ekosistemi.

3.2

Xi eżempji ta' IE huma:

il-ħolqien jew iż-żamma ta' pjanuri tal-għargħar naturali: filwaqt li diga tipprevjeni biss l-għargħar, il-pjanuri tal-għargħar jiffiltraw ukoll l-ilma, jistabbilizzaw il-livell tal-ilma ta' taħt l-art, joffru possibbiltajiet ta' rikreazzjoni, jaħżnu s-CO2, jipprovdu l-injam u jgħinu biex jinħolqu netwerks ta' ħabitats naturali;

il-foresti b'varjetà, maturità u struttura mżewqin tajjeb jassorbu ammonti kbar ta' ilma u jipproteġu l-art, jevitaw l-għargħar u l-kollassi tal-ħamrija u jnaqqsu l-konsegwenzi tagħhom;

l-IE bħala komponent integrali tal-iżvilupp ta' żoni fejn jgħixu n-nies: il-bini adegwat ta' parks, sqaqien, mogħdijiet, soqfa u ħitan ekoloġiċi jtejbu b'mod kosteffiċjenti l-klima tal-bliet u jżidu b'mod ġenerali l-kwalità tal-ħajja fil-bliet. Barra minn hekk, dawn jikkontribwixxu għad-diversità bijoloġika u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

3.3

82 % tal-art fl-UE tinsab barra min-netwerk Natura 2000. Għalhekk, huwa ċar li l-preservazzjoni u l-irkupru tad-diversità bijoloġika permezz tal-promozzjoni tal-infrastruttura ekoloġika anke lil hinn min-netwerk Natura 2000 huma b'mod ġenerali indispensabbli sew għall-effiċjenza tan-netwerk ta' żoni protetti u sew għall-provvista ta' servizzi tal-ekosistemi. B'kuntrast man-netwerk Natura 2000, il-promozzjoni tal-IE ma timplikax strument legali. Għalhekk hi ma tistax tieħu post l-implimentazzjoni tan-netwerk Natura 2000, iżda tikkomplementaha permezz ta' komponenti addizzjonali. Mill-banda l-oħra, l-għan tal-inizjattiva tal-IE mhux li toħloq netwerk ieħor ta' protezzjoni tan-natura lil hinn min-netwerk Natura 2000. Il-KESE jisħaq li l-inizjattiva tal-IE għandha sservi wkoll biex tinkoraġġixxi l-protezzjoni kooperattiva tan-natura u l-ambjent u tippromoviha fl-Istati Membri kollha.

3.4

Il-KESE jenfasizza l-bżonn urġenti li s-soċjetà ċivili tipparteċipa minn kmieni u b'mod attiv fil-proġetti tal-IE, kif inhuwa previst ukoll fil-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fl-affarijiet ambjentali. Bosta eżempji juru kif is-suċċess tal-proġetti jiddependi ħafna minn jekk is-soċjetà ċivili tapprovahomx jew le. Għalhekk, l-approċċ minn isfel għal fuq (bottom up) u l-iżvilupp ta' sħubijiet mal-partijiet ikkonċernati fil-muniċipalitajiet, dawk responsabbli għall-proġetti infrastrutturali, l-ekonomija u t-trejdjunjins, l-agrikoltura u l-forestrija, il-politika tal-ilma u l-protezzjoni tal-kosti kif ukoll l-NGOs ambjentali għandhom ikunu ħafna aktar ċari fl-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea.

3.5

Il-KESE b'dispjaċir jinnota li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-IE mhijiex l-istrateġija Ewropea għall-IE mħabbra fl-Istrateġija għall-Bijodiversità sal-2020. Il-KESE jilqa' madankollu l-azzjonijiet imħabbra fil-Komunikazzjoni u jqishom bħala passi fid-direzzjoni t-tajba. L-esperjenzi bl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri għandhom jintużaw biex tkompli tiġi żviluppata strateġija għall-IE.

3.6

Il-KESE jemmen li hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-prijoritajiet tal-implimentazzjoni tal-IE aktar milli jsir fil-Komunikazzjoni. Bħal fil-każ tal-Istrateġija għall-Bijodiversità, il-Komunikazzjoni ma tippreżentax analiżi ċara ta' għaliex l-infrastruttura ekoloġika ma tintużax biżżejjed. Il-gwida teknika prevista u t-titjib tal-bażi tal-informazzjoni u l-għarfien waħedhom mhux ser jeliminaw in-nuqqas ta' rieda politika f'ċerti Stati Membri rigward l-użu ta' dawn il-kunċetti. Fil-fehma tal-KESE, strateġija effikaċi tal-IE tirrikjedi monitoraġġ strett, analiżi kritika tal-miżuri fl-Istati Membri kif ukoll, jekk ikun hemm bżonn, miżuri ta' segwitu li jappoġġjaw lill-Istati Membri jew ir-reġjuni b'nuqqasijiet ċari.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Ir-rwol tal-UE fil-promozzjoni tal-IE

4.1.1

Ir-responsabbiltà ewlenija għall-proġetti tal-IE hi f'idejn l-Istati Membri, l-aktar l-awtoritajiet tal-ippjanar reġjonali u lokali. Ir-rwol tal-UE hawnhekk hu l-ewwel u qabel kollox wieħed ta' appoġġ billi xxandar b'mod pubbliku l-kunċett tal-IE u, kif previst fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, billi tipprovdi bażijiet adatti u aċċessibbli tal-informazzjoni u l-għarfien. Barra minn dan, l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE għandhom influwenza qawwija fuq l-ippjanar reġjonali u lokali, u għalhekk l-integrazzjoni tal-kunċett tal-IE f'dawn l-istrumenti ta' finanzjament għandha tingħata prijorità għolja.

4.1.2

L-UE għandha terfa' r-responsabbiltà diretta għal ċerti proġetti tal-IE ta' importanza Ewropea. Il-proġetti ta' dan it-tip normalment ikunu jikkonċernaw żoni transkonfinali bħall-ktajjen ta' muntanji, ix-xmajjar jew il-foresti. Il-Komunikazzjoni ssemmi l-inizjattiva Ewropea "Green Belt" bħala eżempju li rnexxa. Il-widien tax-xmajjar transkonfinali wkoll għandhom jingħataw attenzjoni speċjali bħala bażi għal IE Ewropea. Fil-każ ta' xmajjar bħad-Danubju jew l-Elbe, b'mod partikolari, li din is-sena reġgħu ġarrbu ħsarat serji minħabba l-għargħar, it-titjib tal-protezzjoni mill-għargħar permezz tal-kunċetti tal-IE jista' jwassal għall-konservazzjoni ta' żoni tal-ilma sensittivi u importanti għall-bijodiversità Ewropea kif ukoll għall-iżvilupp ekonomiku u turistiku.

4.1.3

Il-KESE jappoġġja l-promozzjoni ta' netwerk Ewropew ta' proġetti tal-IE b'importanza Ewropea li jkun ippjanat b'mod strateġiku permezz ta' lista kartografika tal-proġetti inklużi. Fil-qafas tal-inizjattiva TEN-G, dan għandu jingħata l-istess importanza bħalma jingħataw l-inizjattivi infrastrutturali Ewropej fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni.

4.2   It-tixrid tal-kunċett tal-IE

Il-KESE jemmen li wieħed mill-fatturi ewlenin għaliex l-IE mhix imxerrda u promossa biżżejjed hu n-nuqqas ta' għarfien dwar il-kunċett tal-IE u l-vantaġġi prattiċi tiegħu, inkluża l-possibbiltà li jitnaqqsu l-ispejjeż. Għalhekk, il-Kummissjoni ġustament tistabbilixxi l-għan li tagħmel lill-partijiet interessati importanti aktar konxji tal-IE, tippromovi l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-prattiki tajbin u ttejjeb il-bażi tal-għarfien dwar l-IE. Il-midja soċjali, b'mod partikolari, toffri pjattaforma siewja għal dan il-għan. Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li f'dawn ir-relazzjonijiet pubbliċi tintuża definizzjoni ċara tal-IE li l-pubbliku jkun jista' jifhimha. Id-definizzjoni użata mill-Kummissjoni mhix adatta għal dan il-għan (3).

4.3   Il-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika fl-Istati Membri individwali

4.3.1

Id-disponibbiltà ta' żoni seminaturali jew urbani fi stat naturali tvarja ħafna bejn l-Istati Membri u r-reġjuni individwali. Filwaqt li f'xi reġjuni u bliet b'densità għolja ħafna mill-art hi okkupata minn "infrastruttura griża", reġjuni oħrajn għandhom żoni kbar fi stat naturali. Fil-miżuri Ewropej għall-promozzjoni tal-IE għandha ssir distinzjoni bejn ir-reġjuni fejn trid tinħoloq IE ġdida u żoni oħra fejn l-importanti hu pjuttost li jżommu u jieħdu ħsieb tal-pajsaġġi.

4.4   L-integrazzjoni f'oqsma ta' politika ewlenin u l-istrumenti ta' finanzjament tagħhom

4.4.1

Il-Komunikazzjoni ġustament tagħti l-akbar prijorità lill-integrazzjoni effettiva tal-aspetti tal-IE f'firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika.

4.4.2

Il-KESE jilqa' t-tħejjija ta' gwida teknika bi prinċipji u kundizzjonijiet qafas għall-inklużjoni tal-aspetti tal-IE fil-politika reġjonali u ta' koeżjoni, il-politika dwar it-tibdil fil-klima u ambjentali, il-politika tas-saħħa u tal-konsumatur kif ukoll il-Politika Agrikola Komuni, inklużi l-mekkaniżmi ta' finanzjament tagħhom. Din il-gwida għandha titlesta malajr sabiex l-Istati Membri li diġà qed jaħdmu fuq il-pjani operattivi jkunu jistgħu jużawha għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

4.4.3

L-IE ma tiddependix biss mill-investimenti pubbliċi, iżda wkoll minn dawk privati. Il-KESE jenfasizza li hemm bżonn ta' inċentivi suffiċjenti għall-investimenti privati fl-IE. Il-KESE jilqa' l-proposta li tiġi stabbilita faċilità speċifika ta' finanzjament mill-UE flimkien mal-BEI.

4.5   Il-parteċipazzjoni effettiva tas-soċjetà ċivili fl-ippjanar reġjonali u lokali

4.5.1

Minkejja li l-Komunikazzjoni tirrikonoxxi l-ħtieġa li l-IE tiġi integrata fil-ġestjoni tat-territorju reġjonali u l-ippjanar lokali, il-KESE jinnota n-nuqqas ta' miżuri konkreti fil-pjan ta' azzjoni f'dan ir-rigward. Il-ġestjoni tat-territorju, tal-pajsaġġi u tal-bini fil-livell lokali għandha impatt konsiderevoli fuq l-implimentazzjoni tal-IE, iżda minħabba l-prinċipju tas-sussidjarjetà hemm limitu fuq kemm tista' tiġi influwenzata mil-livell Ewropew.

4.5.2

Il-KESE jitlob li tiġi garantita b'mod partikolari l-parteċipazzjoni bikrija tal-atturi reġjonali u lokali tas-soċjetà ċivili, li mingħajrhom il-proġetti tal-IE ma jkunux jistgħu jitwettqu jew inkella ma jirnexxux jekk ma jiġux aċċettati minnhom. Jinħtieġu proċessi tal-ippjanar parteċipattivi li jagħtu lil dawn l-atturi rwol attiv fit-tfassil. Ta' min jinnota li fil-qasam tal-IE mhux dejjem jittieħdu deċiżjonijiet li minnhom jirbaħ kulħadd, iżda kultant ċerti partijiet interessati jkollhom ibatu wkoll xi żvantaġġi (pereżempju meta l-preservazzjoni tal-IE fix-xtut tax-xmajjar jew tal-ibħra twassal għall-projbizzjoni tal-bini). L-għanijiet konfliġġenti li jirriżultaw mill-kompetizzjoni bejn it-talbiet differenti għall-użu tal-art (eż. produzzjoni tal-ikel, żoni residenzjali u infrastruttura, konnettività tal-bijotopi, bijodiversità) għandhom jiġu indirizzati b'mod ċar u jinsabu soluzzjonijiet għalihom.

4.6   L-IE fiż-żoni urbani

4.6.1

Il-KESE jara potenzjal enormi għall-miżuri tal-IE fiż-żoni urbani. Hawnhekk dawn il-miżuri joħolqu vantaġġi relatati mas-saħħa, itejbu l-klima tal-bliet, joħolqu l-impjiegi u jżidu l-attraenza tal-bliet. Fil-bliet, b'mod partikolari, għandu jittejjeb l-għarfien – sa mill-iskejjel – dwar is-soluzzjonijiet tal-IE, u għandha tissaħħaħ il-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili. Il-KESE jemmen li l-interess kbir attwali fl-ortikoltura u l-agrikoltura urbani huwa sinjal ċar li ħafna ċittadini huma lesti jikkontribwixxu għal ekosistemi intatti u jipprovaw forom ġodda ta' komunitajiet u spirtu ta' komunità.

4.7   L-integrazzjoni fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

4.7.1

Hawnhekk it-tip u l-firxa tal-integrazzjoni tal-IE jiddependu ħafna mir-riżultati tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) u tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tal-UE għall-2014-2020. Fiż-żewġ oqsma ntlaħqu ftehimiet politiċi. Il-KESE kemm-il darba tkellem favur agrikoltura multifunzjonali u pagamenti diretti funzjonali. Sabiex l-agrikoltura Ewropea ssir aktar ekoloġika, fir-riforma agrikola li qed issir bħalissa l-pagamenti diretti ġew pereżempju marbuta ma' standards ambjentali ogħla u l-esklużjoni ta' żoni bi prijorità ekoloġika. Il-KESE ser jeżamina fil-fond id-deċiżjonijiet dwar ir-riforma tal-PAK u jikkomparahom mal-pożizzjonijiet tiegħu.

4.7.2

Il-KESE jistenna li jkun hemm aktar servizzi għall-konnettività ekoloġika fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u b'mod partikolari fil-qafas tal-miżuri ambjentali agrikoli. Il-KESE kemm-il darba ġibed l-attenzjoni għall-fatt li ħafna mill-bdiewa u l-forestiera għandhom livell għoli u pożittiv ta' affinità fejn jidħol il-ħarsien tan-natura u l-bijotopi. Ħafna proġetti pilota juru b'mod impressjonanti li bil-ħidma fi sħubija jistgħu jinkisbu riżultati pożittivi. Il-KESE jħeġġeġ li l-proġetti tal-IE jinkludu kemm iż-żoni agrikoli użati b'mod estensiv kif ukoll dawk użati b'mod intensiv li jiġu ġestiti b'użu effiċjenti tar-riżorsi. Hawnhekk għandha tingħata preferenza lill-miżuri volontarji u integrati fil-produzzjoni. Għandu jiġi sfruttat ukoll il-potenzjal tal-IE għall-iżvilupp rurali f'perspettiva soċjali u demografika.

4.8   Ir-rabta tal-IE ma' oqsma ta' politika oħra

4.8.1

Il-ġestjoni integrata tal-ilmijiet u l-kosti għandha tuża b'mod kemm jista' jkun effettiv il-potenzjal tal-IE (4).

4.8.2

L-ekosistemi qegħdin dejjem jeħżienu fl-UE, l-aktar għaliex qed tittieħed aktar art, qed tiġi frammentata l-art u qed jiżdied l-użu intensiv tal-art. L-IE tista' taħdem kontra dan l-iżvilupp. Hi għandha tiġi appoġġjata permezz ta' miżuri msaħħa fil-politika Ewropea dwar il-ħarsien tal-ħamrija sabiex jonqos l-użu tal-art, liema miżuri għandhom jinkludu wkoll azzjonijiet leġislattivi (5).

4.8.3

L-IE sservi ta' bir tal-karbonju, l-aktar permezz tal-protezzjoni tal-ħamrija naturali. Fid-dawl tal-għan ġenerali tal-politika dwar it-tibdil fil-klima li l-ekonomija Ewropea ssir ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u b'bażi bijoloġika, huwa aktar importanti li l-ekosistemi jaħdmu sew. L-istrateġiji tal-Istati Membri dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima għandhom jikkunsidraw b'mod partikolari l-bosta użi differenti tal-IE.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  COM(2011) 0244 final.

(2)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar "Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020", ĠU C 24, 28.1.2012, p. 111-116.

(3)  COM(2013) 249 final, p. 3.

(4)  Opinjoni tal-KESE dwar "Qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta", (għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU).

(5)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar "il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 'Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna' " (Punt 4.2.2) ĠU C 161, 6.6.2013, p. 77-81.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/157


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran”

COM(2013) 250 final – 2013/133 (COD)

2014/C 67/32

Relatur: is-Sur SARRÓ IPARRAGUIRRE

Nhar it-12 ta' Mejju 2013 u nhar it-28 ta' Mejju 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 43(2) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) 02/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

COM(2013) 0250 final — 2013/0133 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-1 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'137 vot favur, 2 voti kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon din l-emenda tar-Regolament (KE) 02/2009 peress li turi li qegħdin jinkisbu riżultati effettivi fl-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

1.2

Il-Kumitat jerġa' jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tapplika dan ir-Regolament b'mod strett kemm jista' jkun fl-Istati Membri u għall-partijiet kontraenti tal-ICCAT kollha.

1.3

Il-KESE jtenni r-rikonoxximent tiegħu tal-isforz li qed jagħmlu dawn l-aħħar snin il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u s-sajjieda sabiex jikkonformaw mal-pjan multiannwali eżiġenti għall-irkupru, waqt li għandhom jitqiesu l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi riżultat ta' dan.

1.4

Il-KESE jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iżidu l-attivitajiet tagħhom ta' informazzjoni, bil-għan li jissensibilizzaw lill-pubbliku dwar ir-realtà tas-sitwazzjoni tat-tonn u dwar ir-riżultati li tħalli l-applikazzjoni tal-pjan għall-rkupru.

1.5

Il-KESE jqis neċessarju ħafna li, biex jiġi salvagwardjat l-irkupru tat-tonn, wara l-Artikolu 7(6) għandhom jiġu speċifikati b'mod ċar liema huma għall-Unjoni Ewropea l-bastimenti awtorizzati jistadu s-sena kollha.

2.   Introduzzjoni

2.1

Din l-Opinjoni hi riżultat tal-Proposta COM(2013) 250 li terġa' temenda r-Regolament (KE) 02/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

2.2

It-tonn huwa wieħed mill-ispeċijiet l-aktar importanti rregolati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). L-Unjoni hija parti kontraenti tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.

2.3

Fl-2006, l-ICCAT nediet pjan għall-irkupru tat-tonn, li wassal għar-Regolament (KE) 559/2007, li inizjalment stabbilixxa pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

2.4

Dan ir-Regolament (KE) 559/2007 tħassar bir-Regolament (KE) 02/2009 b'risposta għar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 08-05 adottata matul is-16-il laqgħa speċjali tagħha fl-2008, fejn ġie stabbilit pjan ġdid għall-irkupru tat-tonn.

2.5

Matul is-17-il laqgħa speċjali tagħha tal-2010, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 10-04 li emendat il-pjan preċedenti għall-irkupru billi ġie stabbilit tnaqqis ġdid tal-qabdiet totali permissibbli u ssaħħew il-miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-kapaċità tas-sajd u jżidu l-kontroll tas-sajd. B'riżultat ta' dan, ir-Regolament (KE) 02/2009 ġie emendat bir-Regolament (UE) 00/2012 bil-għan li dawn il-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni jiġu applikati fil-livell tal-Unjoni.

2.6

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fassal opinjonijiet li jappoġġjaw il-proposti tal-Kummissjoni għaż-żewġ Regolamenti kif ukoll għal din l-aħħar emenda, fejn jirrikonoxxi l-isforz li qegħdin jagħmlu l-Istati Membri u s-sajjieda sabiex jikkonformaw mal-pjan eżiġenti tal-ICCAT għall-irkupru tat-tonn u jappella sabiex titkompla r-riċerka xjentifika.

3.   Pożizzjoni xjentifika

3.1

Mis-16-il laqgħa speċjali tal-2008 tal-ICCAT, ġie osservat irkupru fil-bijomassa tat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran.

3.2

Il-Kumitat Permanenti għar-Riċerka u l-Istatistika (SCRS), kumitat xjentifiku konsultattiv tal-ICCAT, fis-Sommarju Eżekuttiv tar-rapport tiegħu tal-2012 (1) jgħid dan li ġej, fost dikjarazzjonijiet oħra:

3.2.1

Il-limiti ta' qbid għall-unità ta' ġestjoni tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran ilhom fis-seħħ sa mill-1998. Fl-2002, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-qabdiet totali permissibbli għat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran bħala 32 000 tunnellata għall-2003-2006, u 295 000 tunnellata u 28 500 tunnellata għall-2007 u l-2008 rispettivament. Sussegwentement stabbilixxiet il-qabdiet totali permissibbli għall-2009, l-2010 u l-2011 bħala 22 000 tunnellata, 19 950 tunnellata u 18 500 tunnellata rispettivament. Madankollu, il-qabdiet totali permissibbli għall-2010 ġew riveduti għal 13 500 tunnellata u ġie stabbilit qafas għall-qabdiet totali permissibbli tal-futur (mill-2011 'il quddiem) f'livelli li jkunu suffiċjenti sabiex jippermettu l-irkupru tal-istokk sal-bijomassa tar-rendiment massimu sostenibbli (RMS) bejn l-2010 u l-2022, bi probabbiltà ta' mill-inqas 60 %. Il-qabdiet totali permissibbli tal-2011 u l-2012 kienu stabbiliti għal 12 900 tunnellata.

3.2.2

Bażikament, ir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT tal-2010 xprunat l-irkupru tat-tonn peress li, meta ġie stabbilit tnaqqis ġdid tal-qabdiet totali permissibbli għal 12 900 tunnellata għall-2011 u l-2012, din kellha impatt deċiżiv fuq it-tnaqqis tal-kapaċità tas-sajd u fuq il-miżuri ta' kontroll, li wasslu għal tnaqqis sinifikanti fin-numru ta' bastimenti u għal kontroll effettiv tal-qabdiet tagħhom.

3.2.3

Minkejja li l-istimi ta' qabdiet bl-użu ta' miżuri ta' kapaċità jridu jitqiesu b'mod prudenti, l-interpretazzjoni tal-SCRS hija li kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-qabdiet fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran minħabba l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u permezz tal-monitoraġġ u tal-kontrolli tal-applikazzjoni.

3.2.4

Barra minn hekk, l-abbundanza jew il-konċentrazzjonijiet ikbar tat-tonn żgħir fil-Majjistral tal-Mediterran identifikati permezz tal-osservazzjonijiet mill-ajru jistgħu jirriflettu wkoll riżultati pożittivi tar-Regolament dwar iż-żieda tad-daqs minimu. Ir-Rakkomandazzjoni 06-05 rriżultat f'livelli ogħla ta' rendiment għal kull ħuta ġdida meta mqabbla mal-bidu tal-2000, kif ukoll aktar ħut ġdid għall-bijomassa ta' stokk riproduttiv minħabbba li żdiedet is-sopravivenza tal-ħut żgħir.

3.2.5

L-implimentazzjoni tar-regolamenti reċenti u tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti wasslet b'mod ċar għal tnaqqis fir-rati tal-qabdiet u tal-mortalità mis-sajd. L-indiċi kollha tal-qabdiet għal kull unità ta’ sforz (CPUE) urew tendenzi dejjem jikbru fl-aktar snin reċenti. Il-Kumitat jindika li ż-żamma tal-qabdiet fil-livell attwali tal-qabdiet totali permissibbli (12 900 tunnellati) jew f'dak tal-2010 (13 500 tunnellata) b'konformità mal-programm ta' ġestjoni attwali probabbilment ser tippermetti li l-istokk jiżdied matul dan il-perjodu u hija konsistenti mal-għan li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli kemm għall-mortalità tas-sajd kif ukoll għall-bijomassa bi probabbiltà ta' mill-inqas 60 % sal-2022.

3.3

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport tal-kumitat xjentifiku konsultattiv tal-ICCAT li juri t-tendenza ċara tal-irkupru tat-tonn, għaliex dan appoġġja bis-sħiħ il-proposti leġislattivi kollha mressqa mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

4.   Modifikazzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT

4.1

Fl-2012, il-Kummissjoni tal-ICCAT adottat Rakkomandazzjoni ġdida 12-03 li temenda l-pjan multiannwali għall-irkupru ta' 15-il sena (2007-2022).

4.2

Din ir-rakkomandazzjoni tistabbilixxi l-qabdiet totali annwali għal 13 500 tunnellata annwali mill-2013 'il quddiem sakemm jinbidlu l-qabdiet totali annwali fuq parir tal-SCRS. Minn dawn it-13 500 tunnellata, 7 548,06 tunnellata jiġu allokati lill-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li wara numru ta' snin bi tnaqqis fil-qabdiet totali permissibbli u diversi sforzi sabiex jiġi rkuprat it-tonn, it-tendenza nqalbet din is-sena u l-qabdiet totali permissibbli żdiedu b'600 tunnellata, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi.

4.3

Barra minn hekk, bil-għan li l-istaġuni tas-sajd jiġu adattati aħjar għall-attivitajiet tal-flotta, ir-Rakkomandazzjoni timmodifika l-istaġuni tas-sajd, li għandhom jitqiesu bħala staġuni miftuħa b'kuntrast mal-istaġuni magħluqa indikati fir-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-ICCAT.

4.4

Barra minn hekk ġew modifikati wkoll id-dati attwali meta jkun jista' jsir is-sajd b'bastimenti tas-sajd bil-purse seine, b'bastimenti tal-lixka u b'bastimenti tas-sajd bir-rixa.

4.5

Fl-aħħar nett, biex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza rigward it-tagħmir li mhux soġġett għal kwalunkwe regola speċifika dwar l-istaġun tas-sajd, qed tiġi introdotta dispożizzjoni li tagħti lill-bastimenti l-oħra kollha l-possibbiltà li jistadu s-sena kollha

4.6

Fir-rigward tat-tqassim tal-kwoti allokati lill-UE fl-ilmijiet tal-ICCAT għall-2013, ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-qabdiet totali permissibbli u l-kwoti (2) diġà stabbilixxa l-opportunitajiet tas-sajd għal kull Stat Membru kif ukoll li l-istaġun tas-sajd bil-purse seine jibda mis-26 ta' Mejju sal-24 ta' Ġunju 2013 sabiex l-Istati Membri jkollhom biżżejjed ħin biex jippjanaw.

4.7

Il-KESE jqis li l-emendi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 12-03 huma loġiċi. Huwa jifraħ lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lis-sajjieda għall-impenn tagħhom sabiex jinkiseb dan il-pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tkompli bl-isforzi li qiegħda tagħmel.

5.   Emenda tar-Regolament (KE) 02/2009

5.1   Fid-dawl ta' dak kollu li ntqal qabel, il-Proposta għal Regolament temenda l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) 02/2009 billi tistabbilixxi l-perjodi tas-sajd ta' kull tip ta' bastimenti tas-sajd li jistgħu jistadu għat-tonn.

5.2   L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

“Staġuni tas-sajd

1)

Is-sajd għat-tonnu minn bastimenti pelaġiċi akbar minn erbgħa u għoxrin (24) metru għall-qbid bil-konz fuq skala kbira, għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju bl-eċċezzjoni taż-żona delimitata mill-Punent ta’ 10°W u mit-Tramuntana ta’ 42°N, fejn dan it-tip ta’ sajd għandu jkun ipprojbit mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Jannar.

2)

Is-sajd bil-purse seine għat-tonnu għandu jkun permess fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran matul il-perjodu mis-26 ta’ Mejju sal-24 ta’ Ġunju.

3)

Is-sajd għat-tonnu bil-bastimenti tal-lixka u l-bastimenti tas-sajd bir-rixa għandu jkun permess fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru.

4)

Is-sajd tat-tonnu b'bastimenti tas-sajd pelaġiku għandu jkun permess fl-Atlantiku tal-Lvant matul il-perjodu mis-16 ta' Ġunju sal-14 ta' Ottubru.

5)

Is-sajd rikreazzjonali u sportiv għat-tonnu għandu jkun permess fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran mis-16 ta' Ġunju sal-14 ta' Ottubru.

6)

Is-sajd għat-tonnu b’tagħmir ieħor apparti dak li jissemma fil-paragrafi minn 1 sa 5 għandu jkun permess matul is-sena kollha. (sic.)

5.3   Il-KESE jqis din l-emenda tar-Regolament (KE) 02/2009 bħala loġika u għalhekk jaqbel magħha peress li l-Artikolu 7 emendat jindika b'mod aktar ċar l-"istaġuni miftuħa tas-sajd" b'kuntrast għall-kunċett tal-Artikolu 7 preċedenti li jiddiskrivihom bħala "staġuni magħluqa". Fl-istess ħin jemenda d-dati attwali meta s-sajd huwa permess bil-purse seine, mill-bastimenti tas-sajd bil-lixka u bir-rixa u jistipula li t-tagħmir li mhux soġġett għal kwalunkwe regoli speċifiċi b'rabta mal-istaġuni tas-sajd jista' jintuża s-sena kollha. F'dan il-kuntest, il-Kumitat iqis li għandu jiżdied dan li ġej mal-Artikolu 7(6): "b'konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni inklużi fir-Rakkomandazzjoni 12-03".

5.4   B'rabta ma' din l-aħħar awtorizzazzjoni, il-KESE jqis neċessarju ħafna li, biex jiġi salvagwardjat l-irkupru tat-tonn, wara l-Artikolu 7(6) għandhom jiġu speċifikati b'mod ċar liema huma għall-Unjoni Ewropea l-bastimenti awtorizzati jistadu s-sena kollha.

6.   Kummenti ġenerali

6.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon din l-emenda tar-Regolament (KE) 02/2009 peress li turi li l-applikazzjonijiet u l-emendi li qegħdin jiġu introdotti kull sena jindikaw li matul dawn l-ewwel sitt snin tal-pjan multiannwali previst għal 15-il sena qiegħed ikun hemm riżultati effettivi fl-irkupru tat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran.

6.2

Il-Kumitat jerġa' jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tapplika dan ir-Regolament b'mod strett kemm jista' jkun fl-Istati Membri u għall-partijiet kontraenti tal-ICCAT kollha.

6.3

Il-KESE jtenni r-rikonoxximent tiegħu tal-isforz li qed jagħmlu dawn l-aħħar snin il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u s-sajjieda sabiex jikkonformaw mal-pjan multiannwali eżiġenti għall-irkupru, waqt li għandhom jitqiesu l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi riżultat ta' dan.

6.4

Il-Kumitat jixtieq b'mod partikolari jirrikonoxxi l-ħidma li qegħdin iwettqu l-istituzzjonijiet xjentifiċi kollha, kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-partijiet kontraenti, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-ICCAT, sabiex imexxu 'l quddiem b'mod determinat dan il-pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn. Il-Kumitat jixtieq jestendi dan ir-rikonoxximent għall-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.

6.5

Fl-aħħar nett, il-KESE jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iżidu l-attivitajiet tagħhom ta' informazzjoni, bil-għan li jissensibilizzaw lill-pubbliku dwar ir-realtà tas-sitwazzjoni tat-tonn u dwar ir-riżultati li tħalli l-applikazzjoni tal-pjan għall-rkupru.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  http://www.iccat.es/Documents/SCRS/ExecSum/BFT_EN.pdf

(2)  Regolament (KE) 0/2013/KE, ĠU L 23, 25.1.2013;


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/160


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima”

COM(2013) 216 final

2014/C 67/33

Relatur: is-Sinjura CAÑO AGUILAR

Nhar is-16 ta’ April 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima

COM(2013) 216 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-1 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’134 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 8 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jappoġġja l-istrateġija dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima proposta mill-Kummissjoni, u fl-istess ħin jisħaq fuq in-natura prijoritarja u fundamentali tal-politiki ta' mitigazzjoni qabel ma jiġu indirizzati l-effetti negattivi li seħħew diġà fl-Ewropa.

1.2

Fl-implimentazzjoni tal-pjan il-ġdid ta' adattament, irid jitqies il-fatt li minħabba ż-żieda fit-temperatura fl-Ewropa u l-possibbiltà tal-aċċellerazzjoni tal-fenomeni estremi, il-ħsarat għan-nies, għall-ekonomija u għall-ambjent jistgħu jkunu ikbar milli kien previst fil-bidu.

1.3

L-istrateġija ta' adattament għandu jkollha miżuri speċifiċi għaż-żoni urbani – fejn jgħixu tliet kwarti tal-popolazzjoni Ewropea – u għaż-żoni rurali li huma partikolarment sensibbli għall-varjazzjonijiet fil-klima.

1.4

Peress li l-azzjoni mill-Istati Membri hija kruċjali, irid jiġi nnutat li mill-pubblikazzjoni tal-White Paper fl-2009, f'ċerti oqsma ma sarx biżżejjed progress. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li tassumi rwol aktar attiv, billi tapplika l-kompetenzi li jingħatawlha mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

1.5

Il-KESE jqis li hu importanti ħafna li fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss, 20 % tat-total tal-baġit jiġi allokat għal miżuri marbutin mal-klima. Is-somma ta' EUR 192 biljun għal dan il-għan tirrappreżenta żieda kbira.

1.6

Kemm l-istrateġija ġdida għall-adattament, kif ukoll il-QFP jirrappreżentaw progress sinifikanti fl-integrazzjoni tal-politiki differenti u l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni.

1.7

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tippreżenta perspettiva finanzjarja aktar miftuħa, li tinkludi wkoll il-kontributi essenzjali li jridu jagħmlu l-Istati Membri, is-settur kummerċjali u l-familji.

1.8

Il-Kumitat jappella lill-Istati Membri biex, jekk għadhom m'għamlux dan, jaġixxu fis biex ifasslu u jwettqu bir-reqqa l-istrateġiji nazzjonali ta' adattament.

1.9

Permezz tal-osservazzjonijiet li jippreżenta f'din l-Opinjoni, b'mod ġenerali l-KESE jgħid li jaqbel mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni.

1.10

Il-KESE jissuġġerixxi li jiġu studjati speċifikament il-bidliet strutturali li ser teħtieġ l-istrateġija għall-adattament f'ċerti politiki u fil-produzzjoni ta' prodotti u servizzi, billi jitqiesu, fost affarijiet oħrajn, l-impatt fuq l-impjieg, l-industrija, il-qasam tal-bini u r-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (RŻI).

2.   Il-Komunikazzjoni fi ftit kliem

2.1

Il-White Paper dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima tal-2009 (1) ipproponiet qafas ta' implimentazzjoni f'żewġ fażijiet, fejn l-ewwel waħda (2009-2012) ikkonsistiet fi strateġija għall-adattament imsejsa fuq 33 miżura.

2.2

Il-Komunikazzjoni li qed tiġi analizzata tirreferi għat-tieni fażi, iffukata fuq tliet għanijiet:

il-promozzjoni tal-azzjoni min-naħa tal-Istati Membri

it-teħid ta' deċiżjonijiet abbażi ta' iktar informazzjoni, u

l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet tal-UE sabiex jitnaqqas l-impatt tat-tibdil fil-klima billi nippromovu l-adattament f'setturi ewlenin vulnerabbli.

Fid-dawl ta' dawn l-għanijiet, qed jiġu proposti tmien linji ta' azzjoni.

2.3

Għall-Kummissjoni, bil-prijoritizzazzjoni ta' approċċi koerenti, flessibbli u parteċipatorji, ikun irħas li jitwettqu l-azzjonijiet ippjanati minn qabel għall-adattament milli li npattu talli ma nkunux addattajna ruħna. Skont diversi stimi, bit-tendenza attwali, it-tibdil fil-klima ser jikkawża spejjeż ekonomiċi kbar għall-UE jekk ma jiġux adottati miżuri adegwati, speċjalment fl-agħar xenarji (2).

2.4

Il-miżuri għall-adattament iridu jittieħdu kemm fil-livelli lokali u reġjonali, kif ukoll f'dak nazzjonali.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Il-KESE jappoġġja l-istrateġija għall-adattament għat-tibdil fil-klima proposta mill-Kummissjoni u jaqbel mal-istqarrija tagħha li l-inċertezza ma tistax tkun l-iskuża biex ma tittiħidx azzjoni. Fl-istess ħin, jisħaq fuq in-natura prijoritarja u fundamentali tal-politiki ta' mitigazzjoni, peress li d-data disponibbli hija biżżejjed biex turi l-effetti negattivi li seħħew diġà fl-Ewropa u huwa mbassar li dan ser jiggrava fil-futur.

3.2

Lejn nofs is-snin 90, l-UE bdiet kampanja biex tillimita t-tisħin globali għal 2 °C 'il fuq mil-livell ta' qabel l-era industrijali, limitu li finalment kien ġie stabbilit fil-Konferenza ta' Cancún (2010). Biex jintlaħaq dan il-livell irid ikun hemm tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, iżda x-xejra f'dan il-qasam sejra fid-direzzjoni opposta. Fl-implimentazzjoni tal-pjan il-ġdid ta' adattament, għandu jitqies li ż-żieda fit-temperatura fl-Ewropa qed isseħħ aktar malajr mill-medja tal-bqija tad-dinja, li jfisser li hemm ċans li jiżdied il-pass tal-fenomeni estremi, bi ħsarat għall-persuni, l-ekonomija u l-ambjent li jkunu ogħla minn dawk imbassra fil-bidu.

3.3

Il-KESE jinnota li fiż-żoni urbani – fejn jgħixu tliet kwarti tan-nies fl-Ewropa – is-sostituzzjoni tal-veġetazzjoni naturali b'bini u kostruzzjoni ta' kull tip iżżid il-ħsarat ikkawżati minn ċerti fenomeni naturali. L-effetti tas-sħana u tal-għargħar, fost affarijiet oħra, ser jaffettwaw lill-familji – speċjalment lill-persuni vulnerabbli (tfal, persuni ta' età avvanzata) – lill-ħajja ekonomika, it-turiżmu u l-infrastrutturi, b'effetti negattivi fuq l-impjieg u l-livell tal-għajxien tal-popolazzjoni. Min-naħa tagħhom, iż-żoni rurali huma partikolarment sensittivi għall-varjabbiltà tal-klima minħabba l-impatt fuq il-biedja, it-trobbija tal-annimali u l-użu tal-foresti, bir-riskju ta' deforestazzjoni u żieda fil-faqar.

3.4

Fattur importanti fl-adattament għat-tibdil fil-klima huwa li l-varjabbiltà tal-indikaturi klimatiċi tinbidel kemm biż-żmien kif ukoll skont il-mikroreġjuni. Din hija kwistjoni marbuta b'mod speċjali mat-temperaturi, is-silġ u x-xita, ir-riħ u l-umdità. L-istandards tal-ippjanar urban u tal-bini jridu jadattaw għaċ-ċifri massimi u minimi futuri. Il-foresti, pereżempju, ser ikollhom ikunu reżistenti biżżejjed biex jiffaċċjaw l-aktar uragan qawwi taċ-ċiklu ta' ħajjithom, li normalment ikun ta' mitt sena.

3.5

Ovvjament, l-adattament għat-tibdil fil-klima jimplika l-ispejjeż, u dawn ser jieħdu s-sura ta' dejn impliċitu skont id-definizzjoni tal-prinċipji bażiċi li fuqhom huwa bbażat il-metodu tal-kalkolu tad-dejn pubbliku. F'każ li jseħħ defiċit addizzjonali ta' dan it-tip fil-finanzi pubbliċi, id-dejn impliċitu jsir espliċitu. Madankollu, jistgħu jiġu evitati ħsarat sostanzjali, pereżempju billi jittieħdu miżuri għall-ħarsien mill-għargħar. Ir-riżultati tal-investimenti fl-adattament ser ikunu differenti ħafna skont is-sors ta' finanzjament: jekk huwiex mill-UE, nazzjonali, kummerċjali jew familjari. Il-proposta tal-Kummissjoni tagħti dettalji limitati dwar is-sorsi tal-Unjoni. Madankollu ser ikun hemm bżonn ta' dawn is-sorsi kollha u li jsir użu minnhom bi strutturi u f'volumi li jkunu effikaċi.

3.6

S'issa hemm 15-il Stat Membru tal-UE li adottaw strateġiji nazzjonali għall-adattament, iżda tlettax biss għandhom pjani ta' implimentazzjoni speċifiċi. Erba' snin wara l-White Paper u minkejja l-urġenza tal-kwistjoni, fi kliem il-Kummissjoni "fil-biċċa l-kbira tal-każi, l-adattament għadu fi stadju bikri, u l-miżuri konkreti li bdew iseħħu huma relattivament ftit." Għaldaqstant, il-Kumitat jappella lill-Istati Membri biex, jekk għadhom m'għamlux dan, jaġixxu fis biex ifasslu u jwettqu b'mod strett l-istrateġiji nazzjonali ta' adattament.

3.7

Fl-istrateġija għall-adattament tal-UE, il-Kummissjoni s'issa kellha rwol essenzjali ta' appoġġ, promozzjoni u koordinazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri, li fuqhom taqa' r-responsabbiltà ewlenija fl-adozzjoni ta' miżuri effikaċi u kkoordinati għall-prevenzjoni tar-riskji marbutin mat-tibdil fil-klima. L-azzjoni tal-Istati Membri hija kruċjali, iżda f'dan il-kuntest irid jiġi nnutat in-nuqqas ta' progress fl-adattament irreġistrat f'ċerti oqsma minn mindu ġiet ippubblikata l-White Paper. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li tassumi rwol aktar attiv fil-qasam tat-tibdil fil-klima, billi tapplika l-kompetenzi li jingħatawlha mit-TFUE.

3.8

Fil-proposta għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 (3), il-Kummissjoni ssuġġeriet li mill-inqas 20 % tat-total tal-baġit jiġi allokat għal azzjonijiet marbutin mal-klima. Il-KESE jemmen li huwa importanti ħafna li l-Kunsill u l-Parlament Ewropew aċċettaw dan il-kriterju. Fil-QFP il-ġdid, l-azzjonijiet marbutin mal-klima (mitigazzjoni u adattament) jeħtieġu total ta' madwar EUR 192 biljun. Din hija żieda kbira meta jitqies li fil-QFP 2007-2013, il-miżuri għall-adattament irċivew biss EUR 6 biljun.

3.9

Il-KESE jqis fundamentali li l-azzjonijiet dwar il-klima jiġu integrati b'mod orizzontali fid-diversi politiki u strumenti finanzjarji tal-Unjoni (Fond ta' Koeżjoni, Fondi Strutturali, Riċerka&Żvilupp, il-PAK, in-netwerks trans-Ewropej, eċċ.). Kemm l-istrateġija l-ġdida kif ukoll il-QFP 2014-2020 jimplikaw progress f'din id-direzzjoni.

3.10

Minħabba li l-effetti tat-tibdil fil-klima li qed jiggravaw u l-politiki tal-UE dwar il-mitigazzjoni u l-adattament ser iżidu x-xogħol għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), il-KESE jissuġġerixxi li tiġi kkunsidrata żieda fir-riżorsi umani u finanzjarji.

3.11

Il-Kumitat jinnota li strateġija ta' adattament għandha żżomm f'moħħha l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa tal-bniedem, aspett li dwaru diġà saru studji (Ara "Impacts of climate change in human health in Europe. PESETA-Human health study". 2009) u l-ħtieġa li nkunu nistgħu nafdaw fuq servizzi ta' emerġenza adegwati f'każ ta' fenomeni estremi.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Azzjoni 1: Tħeġġiġ tal-Istati Membri kollha biex jadottaw strateġiji ta' adattament komprensivi.

4.1.1

Il-Kummissjoni tagħmel referenza għall-ħolqien fl-2014 ta' tabella ta' valutazzjoni dwar it-tħejjija tal-adattament. Fl-2017, abbażi tar-rapporti li tirċievi dwar ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu għall-Monitoraġġ (li qed jiġi negozjat bħalissa) u tat-tabella msemmija, il-Kummissjoni ser tevalwa jekk il-miżuri humiex biżżejjed, u jekk ikun hemm bżonn, tipproponi strument legalment vinkolanti.

4.1.2

Il-KESE jappoġġja l-possibbiltà li jiġi applikat l-Artikolu 192 tat-TFUE dwar il-proċedura leġislattiva fil-qasam tal-ambjent. Leġislazzjoni Ewropea eventwali għandha tipprevedi miżuri speċifiċi, skadenzi għall-applikazzjoni, mekkaniżmi ta' kontroll u sanzjonijiet eventwali għan-nonkonformità. Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, il-KESE jissuġġerixxi li jerġgħu jiġu kkunsidrati l-iskadenzi għal din id-deċiżjoni.

4.2   Azzjoni 2: Provvediment ta' finanzjament mil-LIFE għall-appoġġ tal-bini tal-kapaċità u aċċellerazzjoni tal-azzjonijiet għall-adattament fl-Ewropa (2013-2020).

4.2.1

Il-Kumitat diġà stqarr li hu favorevoli għall-proposta għal Regolament dwar il-programm LIFE u jqis li ż-żieda fil-baġit ta' EUR 3,2 biljun għall-perjodu 2014-2020 (4) hija sinjal tajjeb. Is-sottoprogramm Azzjoni Klimatika (EUR 904,5 miljun fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni) jinkludi tliet oqsma prijoritarji, li fil-bidu ser ikunu: il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (45 %), l-adattament għat-tibdil fil-klima (45 %) u l-governanza u l-informazzjoni (10 %).

4.2.2

Il-Kummissjoni diġà identifikat ħames oqsma vulnerabbli li bejniethom ser ikollhom jinqasmu l-fondi b'mod ugwali:

il-ġestjoni transkonfinali tal-għargħar

il-ġestjoni tax-xtut transkonfinali

l-integrazzjoni tal-adattament fl-ippjanar urban

iż-żoni muntanjużi u l-gżejjer

il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma (id-deżertifikazzjoni u n-nirien fil-foresti f'żoni fejn hemm tendenza ta' nixfa).

4.3   Azzjoni 3: L-introduzzjoni tal-adattament fil-qafas tal-Patt tas-Sindki (2013/2014).

4.3.1

Il-Patt tas-Sindki – stabbilit fuq inizjattiva tal-Kummissjoni – qed jipproponi li jnaqqas l-emissjonijiet b'aktar mill-20 % stabbiliti mill-UE għall-2020, ħaġa li bla dubju jistħoqqilha appoġġ sħiħ.

4.3.2

Il-Kummissjoni qalet biss li ser 'tappoġġja' l-adattament fil-bliet, iżda ma tatx aktar dettalji. Minħabba n-natura volontarja tal-Patt, jista' jkun utli li l-firmatarji, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, jistabbilixxu miri kwantifikabbli u mekkaniżmi ta' segwitu tal-miżuri li jiġu implimentati fil-qasam tal-adattament. Fil-fehma tal-KESE, il-Kummissjoni għandha tikkonkretizza dawn l-aspetti biex ikun hemm politika ġenwina tal-UE dwar l-adattament fiż-żoni urbani li dwarhom diġà għandhom l-esperjenza ċerti Stati Membri (pereżempju, il-Performance Indicator for Climate Change Adaptation - NI188 - fir-Renju Unit).

4.4   Azzjoni 4: Jimtlew il-lakuni fl-għarfien.

4.4.1

Il-Kummissjoni ssemmi erba' lakuni ewlenin u tgħid li ser 'tkompli taħdem' mal-Istati Membri u l-partijiet interessati biex tindirizzahom:

informazzjoni dwar id-danni u dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-adattament;

analiżi u valutazzjonijet tar-riskji f'livelli reġjonali u lokali;

oqfsa, mudelli u għodod li jappoġġjaw it-teħid tad-deċiżjonijiet u li jivvalutaw l-effikaċja tad-diversi miżuri ta' adattament;

il-mezzi għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-isforzi lejn l-adattament fl-imgħoddi.

4.4.2

Fl-Orizzont 2020 (perjodu 2014-2020) ġew allokati EUR 1 962 miljun liċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li magħhom ser jiżdiedu EUR 656 miljun li ġejjin mill-Euratom. Din hija żieda konsiderevoli (madwar EUR 17 000 miljun) meta mqabbla mas-Seba' Programm Qafas.

4.4.3

Il-KESE jixtieq jenfasizza li n-nuqqas ta' data speċifika dwar xi aspetti ma tistax isservi ta' skuża biex jiġu posposti d-deċiżjonijiet, peress li diġà jeżistu diversi provi tal-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima.

4.5   Azzjoni 5: Ikompli l-iżvilupp tal-Climate-Adapt bħala punt wieħed ta' servizz għall-informazzjoni dwar l-adattament fl-Ewropa u l-inklużjoni tas-servizzi futuri tal-Copernicus dwar il-klima fl-2014.

4.5.1

Il-Kumitat jappoġġja d-deċiżjoni li l-ġbir u t-tixrid tal-informazzjoni dwar it-tibdil fil-klima jiġi kkonċentrat fil-Climate-Adapt. L-interazzjoni tal-Climate-Adapt mal-pjattaformi nazzjonali ser teħtieġ sforz addizzjonali mill-Istati Membri jekk jitqies li bħalissa huma biss sitta fosthom li għandhom portali komprensivi dwar is-suġġett. L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet reġjonali u mis-settur privat bħalissa mhijiex biżżejjed.

4.5.2

Il-KESE jemmen li s-servizzi dwar il-klima tal-Copernicus (ġbir tal-informazzjoni permezz tan-netwerk Ewropew tas-satelliti u tas-sistemi installati fuq l-art) huma ta' importanza vitali għall-adozzjoni tal-miżuri. Flimkien mal-osservazzjonijiet ta' servizzi oħra – partikolarment tan-NASA – l-Ewropa tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

4.6   Azzjoni 6: Il-faċilitazzjoni tar-reżistenza għat-tibdil fil-klima fil-Politika Agrikola Komuni (PAK), fil-Politika ta' Koeżjoni u fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS).

4.6.1.1

PAK: Globalment, il-biedja hija responsabbli b'mod dirett jew indirett għal 30 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, u għaldaqstant għandha potenzjal kbir għat-tnaqqis permezz ta' metodi ta' kultivazzjoni aktar effiċjenti. B'differenza għal setturi oħra, l-emissjonijiet diretti huma parti integrali mill-metodu ta' produzzjoni, u huwa għalhekk li jridu jiġu rikonoxxuti l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom.

4.6.1.2

Fl-Opinjoni tiegħu dwar "Ir-rabta bejn il-bidla fil-klima u l-biedja fl-Ewropa" (5), il-Kumitat poġġa enfasi fuq il-problemi gravi li ser tikkawża n-nixfa fir-reġjuni tan-Nofsinhar tal-Ewropa u innota li, fost affarijiet oħra, "Il-biedja mhix biss vittma tal-bidla fil-klima, iżda tikkontribwixxi wkoll għall-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra." Għaldaqstant "il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tanalizza b'iktar reqqa d-distinzjoni bejn il-metodi differenti tal-użu tal-art fil-kuntest tar-rabta tagħhom mal-klima sabiex jinstabu għażliet differenti għall-azzjoni politika, pereżempju fil-qasam tal-politika tal-għajnuna."

4.6.1.3

Il-KESE jinnota li fil-ftehim politiku dwar il-PAK tas-26 ta' Ġunju 2013, bejn l-2014 u l-2020 ser jiġu investiti aktar minn EUR 100 biljun biex tingħata għajnuna lill-biedja biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-kwalità tal-ħamrija, l-ilma, il-bijodiversità u t-tibdil fil-klima. Għal dan il-għan, 30 % tal-pagamenti diretti ser jingħataw għat-twettiq ta' prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-ambjent u mill-inqas 30 % tal-baġit tal-programmi ta' żvilupp rurali ser jiġi ddedikat għall-agrikoltura ekoloġika.

4.6.1.4

Koeżjoni: Jekk ma naġixxux jew indumu biex nieħdu azzjoni, dan jista' jaffettwa ħażin il-koeżjoni tal-UE. L-impatti tat-tibdil fil-klima huma mistennija wkoll li jkabbru d-differenzi soċjali madwar l-UE. Għaldaqstant jeħtieġ li nagħtu attenzjoni speċjali lill-gruppi soċjali u lir-reġjuni li huma l-iżjed esposti u li diġà jinsabu żvantaġġati għal diversi raġunijiet, bħal pereżempju s-saħħa, id-dħul baxx, l-akkomodazzjoni inadegwata jew in-nuqqas ta' mobbiltà.

4.6.1.5

Għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-Kummissjoni trid tibgħat messaġġ qawwi dwar il-fatt li l-politiki Ewropej kollha għandhom ikunu marbutin mal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima. L-adattament irid jiġi inkluż b'mod espliċitu f'kull Qafas Nazzjonali ta' Referenza Strateġika u fil-Programmi Operattivi. Fid-dawl ta' dan, il-KESE jissuġġerixxi li l-approvazzjoni tal-proġetti tkun soġġetta għall-ilħiq tal-għanijiet ambjentali. Il-proġetti li jkollhom effett negattiv fuq it-tibdil fil-klima għandhom jitnaqqsu kemm jista' jkun jew jiġu esklużi totalment. Il-proposti leġislattivi tal-Kummissjoni dwar il-politika ta' koeżjoni, li ser jidħlu fis-seħħ fl-2014, isemmu l-adattament għat-tibdil fil-klima iżda, fil-fehma tal-KESE, hemm bżonn jiżdied il-livell ta' eżiġenza.

4.6.1.6

PKS: Il-Kummissjoni ma ssemmi l-ebda miżuri speċifiċi dwar din. Skont l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), il-politiki ta' adattament għandu jkollhom l-għan fundamentali tas-sostenibbiltà tal-ekosistemi akkwatiċi li minnhom jiddependi s-sajd.

4.6.1.7

Wieħed mill-oqsma li ser jiġu affettwati b'mod gravi mit-tibdil fil-klima hija l-forestrija, li hija maħżen naturali ta' CO2 ta' importanza vitali. Irjieħat qawwijin ħafna bħall-uragan ser ikissru żoni forestali, u għalhekk ser ikollhom jiġu sostitwiti aktar malajr. L-għadd ta' nirien forestali qerrieda ser jiżdied fi żminijiet ta' nixfa u ta' sħana. Dawn il-fatturi għandhom influwenza importanti fuq l-ekonomija tas-settur u fuq id-diversi rwoli tal-kampanja.

4.7   Azzjoni 7: Żgurar ta' infrastruttura aktar reżistenti.

4.7.1

X'aktarx din hija l-ikbar sfida li jridu jaffrontaw il-mexxejja pubbliċi fi strateġija ta' adattament għat-tibdil fil-klima. It-theddidiet ewlenin għall-infrastrutturi jinkludu l-ħsarat u t-tkissir ikkawżati mill-fenomeni meteoroloġiċi estremi, li t-tibdil fil-klima jista' jiggrava; għargħar kostali max-xtut tax-xmajjar u għargħar minħabba ż-żieda fil-livell tal-baħar; diffikultajiet fil-provvista tal-elettriku, tal-ilma tajjeb għax-xorb u l-effetti taż-żieda fit-temperatura fuq l-ispejjeż operattivi tal-intrapriżi. Xi infrastrutturi jistgħu ma jintlaqtux direttament, iżda ma joperawx jekk ma jkunx hemm aċċess fiżiku għas-servizzi (pereżempju l-ICTs).

4.7.2

L-investimenti pubbliċi u privati għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti li jistgħu jiġu previsti tat-tisħin globali fil-pjani finanzjarji tal-proġetti ta' infrastruttura. Ċerti xogħlijiet ser jeħtieġu investiment mill-Istati Membri, f'ħafna każijiet soġġetti għal restrizzjonijiet baġitarji minħabba l-kriżi ekonomika.

4.7.3

Billi nibnu fuq il-mandat għall-valutazzjoni tar-riperkussjonijiet tat-tibdil fil-klima fl-Eurokodiċijiet, il-Kummissjoni tipproponi li taħdem mal-istituzzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni (CEN, CENELEC u ETSI), istituzzjonijiet finanzjarji u organizzazzjonijiet xjentifiċi biex jiġu stabbiliti t-tibdiliet neċessarji fil-programmi ta' standardizzazzjoni ta' binjiet u xogħlijiet pubbliċi. F'dan il-kuntest, il-KESE jemmen li fil-mudelli ta' standardizzazzjoni għandhom jingħataw prijorità r-robustezza u l-affidabbiltà tal-infrastrutturi aktar mill-kriterji purament ekonomiċi ta' profitabbiltà għall-investituri. Fid-dawl tal-fatt li fl-Ewropa hawn eżempji ta' tidjiq tax-xmajjar u tneħħija ta' pjanuri tat-tajn li ggravaw l-effett tal-għargħar, għandhom jiġu stabbiliti mudelli ta' ppjanar urban. Dwar dan jistgħu jiġu ssuġġeriti, pereżempju, miżuri bħal koperturi jew faċċati bil-ħdura fil-bini li jippermetti dan.

4.7.4

L-istrateġija dwar l-adattament għandha tqis it-tixjiħ tal-popolazzjoni, peress li l-anzjani, u speċjalment l-ixjeħ fosthom, huma vulnerabbli ħafna f'jiem ta' temperaturi u umdità estremi. Pereżempju, għandu jiġi kkunsidrat it-twaħħil ta' tagħmir ta' arja kkundizzjonata li jkun qawwi biżżejjed, b'emissjonijiet baxxi u affidabbli fiċ-ċentri għall-kura tas-saħħa u fid-djar tax-xjuħ.

4.7.5

F'Opinjonijiet preċedenti (CES1607-2011 u CES492-2012), il-KESE appoġġja l-introduzzjoni ta' approċċ maqsum f'żewġ livelli għan-Netwerks Trans-Ewropej tat-Transport (TEN-T) u l-ħolqien ta' kurituri apposta għat-trasport Ewropew, imqanqal mix-xewqa li jinħoloq netwerk tat-trasport koerenti għall-aktar flussi importanti tat-trasport tal-oġġetti u l-passiġġieri. Il-KESE jemmen li dan huwa għan utli u huwa bbażat ukoll fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti prijoritajiet għall-użu ta' riżorsi finanzjarji skarsi. Madankollu, il-konċentrazzjoni tal-investimenti fl-infrastrutturi fuq dawn il-kurituri żżid ukoll id-dgħufija tas-sistema tat-trasport tal-UE jekk iseħħu xi interruzzjonijiet. Il-KESE jisħaq fuq il-ħtieġa li dan jitqies meta jkunu qed jiġu ppjanati u ffinanzjati dawn l-investimenti għall-kurituri. Apparti minn reżistenza tajba meta jkunu qed jinbnew l-istrutturi, dan għandu jfisser ukoll diverżjonijiet jew dawriet ippjanati minn qabel bħala parti minn dawn il-kurituri tat-trasport Ewropew.

4.8   Azzjoni 8: Promozzjoni tal-assigurazzjoni u prodotti finanzjarji oħrajn.

4.8.1

Ir-rapport taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (2012), Natural Catastrophes: Risk Relevance and Insurance Coverage in the EU, dwar l-assigurazzjoni ta' diżastri naturali fl-Unjoni, joħroġ fid-dieher il-ħtieġa għal statistika aħjar. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-bejgħ tal-assigurazzjoni fis-suq (kopertura minn assigurazzjonijiet privati u intervent ex ante jew ex post mill-gvern bħala proporzjon tal-PDG) huwa baxx in ġenerali. Pereżempju, fil-qasam tal-għargħar, il-bejgħ tal-assigurazzjoni mhuwiex għoli ħafna fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, ħlief fil-każijiet fejn l-assigurazzjoni kontra l-għargħar tiġi inkluża ma' koperturi oħra. Dawn ir-rati huma baxxi wkoll b'rabta mar-riskji ta' maltempati u nixfa, minkejja li din tal-aħħar jidher li għandha impatt moderat fl-Istati Membri.

4.8.2

Il-KESE jfaħħar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta Green Paper dwar l-assigurazzjonijiet kontra d-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem (6) biex issaħħaħ is-suq tal-assigurazzjonijiet u tnaqqas il-piż eċċessiv tar-riskju minn fuq il-baġit pubbliku, u jixtieq jiċċara l-punti li ġejjin:

l-adozzjoni ta' miżuri ta' adattament adegwati twassal għat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-assigurazzjonijiet,

politika ta' assigurazzjoni adegwata li tqis is-sitwazzjoni tal-produtturi hija ta' importanza speċjali għas-settur agrikolu,

quddiem il-kobor tar-riskji, l-Istat dejjem ser ikollu jipprovdi assigurazzjoni tal-aħħar istanza, u

hemm bżonn ta' politiki soċjali li jkopru lill-persuni l-aktar vulnerabbli u li m'għandhomx riżorsi biżżejjed biex ikollhom assigurazzjoni.

5.   Il-KESE jissuġġerixxi li jiġu studjati b'mod speċifiku l-bidliet strutturali li ser jeħtieġ l-adattament f'politiki partikolari u fil-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi. Minkejja li l-effetti tat-tibdil fil-klima ser jaffettwaw l-aktar il-biedja, il-forestrija, il-kostruzzjoni ta' binjiet u l-infrastrutturi, ħafna setturi oħra tal-ekonomija jistgħu jeħtieġu miżuri ta' adattament. Xi aspetti li jistgħu jitqiesu huma:

L-impjieg. S'issa għad m'hemmx studji analitiċi dettaljati dwar l-impatt li għandhom il-miżuri ta' adattament fuq it-taħriġ professjonali tal-ħaddiema u l-effett fuq l-impjieg.

L-industrija. Minħabba d-diversità kbira tas-setturi industrijali, l-impatt tat-tibdil fil-klima mhuwiex kullimkien l-istess. Jekk ikun hemm bżonnu, l-adattament ser jeħtieġ l-investimenti. F'ċerti industriji speċifiċi, bħall-industrija tal-azzar, it-tnaqqis tal-emissjonijiet diġà qed jiġi allokat riżorsi kbar fl-oqsma tat-teknoloġija u l-finanzi. L-investimenti neċessarji jridu jiġu kkunsidrati fil-previżjonijiet finanzjarji u jiġu inklużi b'mod adegwat fl-informazzjoni li tingħata lill-investituri.

Il-bini. Il-bini residenzjali u x-xogħlijiet ta' infrastrutturi ser jiġu affettwati ħafna minn dawn il-miżuri ta' adattament u dan x'aktarx li ser iwassal għal żieda fl-ispejjeż. L-"Eurokodiċijiet" s'issa ma stabbilixxewx ir-rekwiżiti f'dan il-qasam u dan bla dubju għandu jiġi rettifikat (7).

Riċerka, żvilupp u investiment. F'dawn l-aħħar għexieren ta' snin it-tibdil fil-klima diġà affettwa l-użu tar-riżorsi (il-pjan finanzjarju l-ġdid tal-Unjoni huwa prova ta' dan) u fil-programmi ta' riċerka tal-universitajiet u taċ-ċentri speċjalizzati. Inħolqu karrieri u profili professjonali ġodda. Din hija xejra li x'aktarx ser tkompli tikber fil-ġejjieni.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  COM(2009) 147 final.

(2)  Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, SWD(2013) 132 final.

(3)  COM(2011) 500 final.

(4)  ĠU C 191 de 29.6.2012, pp. 111-116.

(5)  ĠU C 27 de 3.2.2009, p. 59.

(6)  COM(2013) 213 final.

(7)  ĠU C 198, 10.7.2013, p. 45-50.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/166


Opinjoni Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 1829/2003, (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 1/2005, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 834/2007, (KE) Nru 1099/2009, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru […]/2013, u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE (Ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali)”

COM(2013) 265 final – 2013/0140 (COD),

u dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tal-infiq relatat mal-katina alimentari, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/26/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005, id-Direttiva 2009/128/KE u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KE, 76/894/KEE u 2009/470/KE”

COM(2013) 327 final – 2013/0169 (COD)

2014/C 67/34

Relatur: is-Sur ESPUNY MOYANO

Nhar it-23 ta' Mejju 2013 u nhar it-13 ta' Ġunju 2013, il-Parlament, u nhar is-7 u nhar il-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill iddeċidew, b'konformità mal-Artikoli 43(2), 114, 168(4)(b) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nri 999/2001, 1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007, 1099/2009, 1069/2009, 1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nri 1151/2012, […/2013, u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE (Ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali)

COM(2013) 265 final – 2013/0140 (COD), u

l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tal-infiq relatat mal-katina alimentari, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/26/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005, id-Direttiva 2009/128/KE u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KE, 76/894/KEE u 2009/470/KE

COM(2013) 327 final – 2013/0169 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-1 ta' Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret 16 u 17 ta' Ottubru 2013 (seduta ta’ 16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’133 voti favur, 2 voti kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet

Kontrolli

1.1

B'mod ġenerali, il-KESE jappoġġja l-proposta mressqa dwar il-kontrolli uffiċjali bil-għan li jiġi garantit livell għoli ta' saħħa tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti u jiġi garantit li s-suq intern tal-UE jaħdem bla xkiel.

1.2

Il-KESE jqis pożittiv kemm l-istabbiliment ta' sistema komuni ta' analiżi kif ukoll l-eżistenza ta' laboratorji ta' referenza f'kull Stat Membru.

1.3

Il-KESE jqis problematika li jiġu imposti b'mod diskrezzjonali tariffi tal-kontroll minn kull Stat Membru, peress li dawn jistgħu jiġu implimentati b'mod differenti. Għalhekk huwa jappoġġja li dawn jiġu armonizzati fir-rigward tal-kriterji u l-metodoloġija tal-ġestjoni, iżda mhux fir-rigward tal-ammont tagħhom li għandu jkun ibbażat fuq iċ-ċirkostanzi ta' kull pajjiż.

1.4

Il-KESE ma jaqbilx li l-kontrolli uffiċjali f'kull Stat Membru jiġu ffinanzjati 100 % minn dawn ir-rati biss, peress li hemm ir-riskju li l-awtoritajiet kompetenti ma jagħtux prijorità sabiex il-kontrolli tagħhom isiru aktar effiċjenti.

1.5

Fir-rigward tal-eżenzjonijiet mill-ħlas tat-tariffi għall-mikrointrapriżi, il-KESE iwissi dwar ir-riskju li jkun hemm distorsjoni tas-suq minħabba d-differenzi possibbli fil-mod li bih dawn ir-rati jiġu applikati fl-Istati Membri. Dan ir-riskju ta' distorsjoni jitnaqqas jekk il-proposta leġislattiva, jew il-verżjonijiet sussegwenti tagħha, ikunu jinkludu kriterji li jirrikonoxxu eżenzjonijiet mill-ħlas li jkunu uniformi fl-UE kollha u li jkunu aktar preċiżi u wiesa' biżżejjed sabiex jirriflettu r-realtà diversa tas-settur u titqies is-sensittività speċjali tal-SMEs u l-mikrointrapriżi.

1.6

Min-naħa l-oħra jeħtieġ li jiġi rikonoxxut, b'mod li jikkomplementa dan t'hawn fuq, li xi negozji għandhom awtokontrolli effettivi li jitwettqu mill-persunal kwalifikat tagħhom. Dan jista' jwassal għal roħs fit-"tariffi pubbliċi ta' kontroll" f'dawn l-intrapriżi, peress li titnaqqas b'mod sostanzjali l-ħidma tal-uffiċjali pubbliċi fihom. Għalhekk dawn ikunu jisgħu jwettqu l-kompiti ta' kontroll tagħhom f'dawk l-intrapriżi li m'għandhomx biżżejjed riżorsi umani sabiex iwettqu din il-ħidma ta' awtokontroll.

1.7

Il-KESE jqis importanti li, għall-iżvilupp futur tal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni, jeħtieġ li jitqies in-nuqqas ta' uniformità fl-applikazzjoni tal-kontroll fid-diversi Stati Membri, speċjalment minħabba li d-differenzi fir-riżorsi umani u finanzjarji fil-ħidma ta' spezzjoni f'kull pajjiż tista' twassal għal disparitajiet fil-kontrolli tas-swieq tal-agrikoltura u tal-tat-trobbija tal-annimali rispettivi, b'konsegwenzi negattivi għal kulħadd.

Infiq

1.8

B'mod ġenerali l-KESE jappoġġja l-abbozz propost dwar il-ġestjoni tal-infiq bil-għan li jiġi garantit livell għoli ta' sigurtà tal-ikel u tas-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel, jitjiebu s-saħħa u l-benessri tal-annimali, jiġu skoperti u jitneħħew il-pesti tal-pjanti u jiġi żgurat li l-kontrolli uffiċjali qegħdin jitwettqu b'mod effettiv.

1.9

Il-KESE huwa favur li d-dispożizzjonijiet finanzjarji attwali f’diversi bażijiet legali jiġu sostitwiti minn qafas finanzjarju uniku, ċar u modern li jottimizza l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-ġestjoni finanzjarja tan-nefqa fil-qasam tal-ikel u l-għalf.

1.10

Il-KESE jilqa' l-fatt li l-proposta tippromovi "Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel" abbażi ta' approċċ armonizzat għall-funzjonament aħjar tas-sistemi ta' kontroll nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea.

1.11

Fir-rigward tal-istabbiliment ta' ammont massimu speċifiku u minħabba li dan l-ammont ma jippermettix li jiġi miżjud peress li huwa inkluż fi pjan multiannwali determinat minn qabel, il-KESE jqis li l-proposta għal Regolament mhix ċara dwar ħafna aspetti relatati mal-ġestjoni tan-nefqa. Għalhekk il-KESE ma jistax jgħid jekk dan l-ammont huwiex biżżejjed jew le.

1.12

Fir-rigward tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu f'ċerti ċirkostanzi, il-KESE jemmen li hemm bżonn ta' kjarifika dwar kif l-Istati Membri ser ikunu jistgħu jagħmlu użu minnha f'każ ta' emerġenza. Barra minn hekk, minħabba li din ir-riżerva tingħata f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza relatati mas-saħħa tal-annimali u l-pjanti, il-KESE jemmen li t-terminu "kriżijiet fis-settur agrikolu" għandu jinbidel għal "kriżijiet fis-settur agroindustrijali".

1.13

Fl-aħħar, fir-rigward tal-programmi ta' stħarriġ għall-preżenza ta' pesti u miżuri ta’ appoġġ fitosanitarji għat-territorji ultraperiferiċi tal-Istati Membri, il-KESE jappella lill-Kummissjoni sabiex bl-istess mod tikkunsidra l-pesti li jistgħu jiġu minn pajjiżi terzi li għall-UE jirrappreżentaw proporzjon sostanzjali tal-provvista tal-materja prima u prodotti proċessati użati mis-setturi tal-katina alimentari, waqt li jiġu inklużi l-partiti ta' nfiq għall-armonizzazzjoni tal-istandards tas-saħħa tal-pjanti jew tal-produzzjoni ma' dawn il-pajjiżi.

2.   Sinteżi tal-proposta dwar il-kontrolli

2.1

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tirrevedi l-leġislazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali biex jingħelbu n-nuqqasijiet identifikati fl-abbozzar u fl-applikazzjoni tagħha. L-għan tagħha huwa li tintroduċi qafas regolatorju sod, trasparenti u sostenibbli, li jkun aktar xieraq għall-għan tiegħu. Ir-ratio legis tal-proposta tkopri wkoll in-nuqqasijiet fis-sistemi ta' kontroll ta' ċerti Stati Membri, identifikati mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju.

2.2

Id-dokument jinkludi tliet reviżjonijiet importanti għall-modernizzar tal-acquis dwar is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-materjal riproduttiv tal-pjanti bil-għan li timmodernizza u tintegra s-sistema ta' kontrolli uffiċjali b'mod li takkumpanja b'konsistenza t-titjib tal-politiki tal-UE f'dawn is-setturi.

2.3

F'dak li jirrigwarda l-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq il-prodotti li jaslu minn pajjiżi terzi, id-dispożizzjonijiet regolatorji bħalissa japplikaw flimkien ma' dispożizzjonijiet settorjali li jiggvernaw l-importazzjonijiet tal-annimali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, l-importazzjonijiet tal-pjanti u tal-prodotti tal-pjanti u l-kontrolli tal-ikel u tal-għalf.

2.4

Il-Kummissjoni tiddikjara li l-korp komprensiv tal-leġislazzjoni attwalment fis-seħħ jippermetti lill-UE tindirizza riskji emerġenti jew sitwazzjonijiet ta' emerġenza mingħajr ma jinħolqu distorsjonijiet fil-kummerċ, iżda tindika li din is-sistema tal-kontroll tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tista' ssir iktar konsistenti billi jiġu riveduti u kkonsolidati l-atti settorjali eżistenti.

2.5

Fir-rigward tal-iffinanzjar tal-kontrolli uffiċjali, ir-Regolament jikkonferma l-prinċipju ġenerali li kull Stat Membru ser ikollu jalloka riżorsi finanzjarji adegwati minn tiegħu għall-kontrolli uffiċjali, kif ukoll l-obbligu li f'ċerti oqsma jiġu ċċarġjati l-hekk imsejħa "tariffi tal-kontroll".

2.6

Il-proposta żżomm l-obbligu tal-Istati Membri li jaħtru laboratorji ta’ referenza nazzjonali għal kull laboratorju ta' referenza tal-UE maħtur mill-Kummissjoni.

2.7

Fl-aħħar, ser tiġi inkluża dispożizzjoni ġdida relatata mas-sanzjonijiet għan-nonkonformità li tesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-penali finanzjarji applikabbli għall-ksur intenzjonali jkunu akbar mill-benefiċċji ekonomiku mfittex minn min iwettaq il-ksur.

3.   Sinteżi tal-proposta dwar l-infiq

3.1

Il-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni għandha l-għan li tikkontribwixxi għal livell ogħla ta' saħħa għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti tul il-katina alimentari, livell ogħla ta’ protezzjoni u informazzjoni għall-konsumaturi u livell għoli ta' protezzjoni ambjentali filwaqt li tiffavorixxi l-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi.

3.2

Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet hemm bżonn ta' riżorsi finanzjarji adegwati. Sabiex l-infiq imur b'mod effettiv lejn l-għanijiet ġusti, għandhom jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi u indikaturi sabiex tiġi vvalutata l-kisba ta' dawk l-objettivi.

3.3

Dan il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ser jitwettaq permezz ta' għotjiet finanzjarji, akkwisti pubbliċi u pagamenti lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu f'dawn is-setturi. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-lista ta' miżuri eliġibbli li jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi tal-UE kif ukoll l-ispejjeż eliġibbli u r-rati applikabbli.

3.4

Kif stabbilit fil-proposta għal Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014-2020, il-Kummissjoni tipproponi ammont massimu ta' EUR 1 891 936 000 għall-infiq relatat mal-ikel u l-għalf. Barra minn hekk, il-proposta tissuġġerixxi wkoll li jinħoloq mekkaniżmu ta' emerġenza sabiex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet ta' kriżi.

3.5

Fir-rigward tal-perċentwali finali li għandu jiġi stabbilit għar-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli u minħabba l-importanza tal-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-proposta għal Regolament tistipula li għandhom jiġu ffinanzjati 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, dejjem jekk l-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet timplika wkoll spejjeż li mhumiex eliġibbli.

3.6

Fir-rigward tal-programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi, bil-għan li jitnaqqas in-numru ta' każijiet fejn tfaqqa' marda tal-annimali u ż-żoonożi li huma ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, il-proposta għal Regolament tistipula li l-programmi nazzjonali għandhom jibbenefikaw mill-fondi tal-UE.

3.7

Fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza għall-qerda ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti ("il-pesti"), il-proposta għal Regolament tistipula li l-UE għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-qerda ta' dawn il-pesti u għandha toffri kontribuzzjoni finanzjarja għall-miżuri ta' emerġenza mmirati biex jevitaw it-tixrid potenzjali tal-pesti. Barra minn hekk, sabiex tiġi individwata f'waqtha l-preżenza ta' ċerti pesti, huwa stipulat li l-UE għandha tiffinanzja stħarriġ adegwat.

3.8

Fir-rigward tal-finanzjament tal-kontrolli uffiċjali, ir-Regolament jikkonferma l-appoġġ finanzjarju tagħhom min-naħa tal-UE. B’mod partikolari, ser jiġu ffinanzjati l-laboratorji ta' referenza tal-UE, bil-għan li jiġu megħjuna jsostnu l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma tal-Kummissjoni. Ser tingħata wkoll kontribuzzjoni finanzjarja għall-ħolqien u t-tħaddim ta' bażijiet tad-data u tas-sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni tal-informazzjoni.

3.9

Fl-aħħar, sabiex jiġi żgurat użu responsabbli u effettiv tar-riżorsi finanzjarji tal-UE, ir-Regolament jawtorizza lill-Kummissjoni tiċċekkja li dan il-finanzjament qiegħed jintuża b'mod effettiv sabiex jiġu implimentati l-miżuri eliġibbli.

4.   Kummenti ġenerali

Kontrolli

4.1

Il-Kumitat jilqa' l-proposta ppreżentata u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproteġi s-suq uniku u tiggarantixxi livell għoli u uniformi ta' protezzjoni tas-saħħa fl-UE kollha, waqt li tikkontribwixxi sabiex jiġu evitati l-lakuni legali.

4.2

Il-KESE jappoġġja l-għan li l-għodod ta' kontroll u l-kontrolli uffiċjali jiġu modernizzati u msaħħa, b'tali mod li jiżdiedu l-użu u l-effiċjenza tagħhom.

4.3

Il-KESE jinsab imħasseb bil-fatt li kull Stat Membru jimponi tariffi ta' kontroll mingħajr ma jiġi stabbilit ammont predeterminat. Dan jista' jwassal għal differenzi bejn il-pajjiżi u xi operaturi jkunu inqas kompetittivi minn oħrajn.

4.4

Jintlaqgħu b'mod favorevoli d-dispożizzjonijiet dwar il-kampjuni u l-analiżi li jistipulaw li l-analiżi għandha titwettaq f'laboratorji uffiċjali, waqt li tinħoloq sistema komuni għat-twettiq ta' analiżi kontradittorja.

4.5

Il-KESE jilqa' b'mod pożittiv ħafna l-koordinazzjoni bejn il-pajjiżi kif ukoll bejn il-laboratorji, u għalhekk jappoġġja l-eżistenza ta' laboratorju ta' referenza f'kull Stat Membru.

Infiq

4.6

B'mod ġenerali l-KESE jappoġġja l-proposta għal Regolament u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li jiġi garantit livell għoli ta' sigurtà tal-ikel u tas-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel, jitjiebu s-saħħa u l-benessri tal-annimali, jiġu skoperti u jitneħħew il-pesti tal-pjanti u jiġi żgurat li l-kontrolli uffiċjali qegħdin jitwettqu b'mod effettiv.

4.7

Il-KESE jappoġġja l-għan li jiġu stabbiliti l-miżuri u l-ispejjeż eliġibbli.

4.8

Il-Kumitat jilqa' d-dispożizzjonijiet tar-Regomanet dwar ir-razzjonalizzazzjoni tal-perċentwali ta' finanzjament billi jiġi stabbilit finanzjament standard ta' 50 % tal-ispejjeż eliġibbli, perċentwali li f'ċerti kundizzjonijiet jista' jitla' għal 75 jew 100 %.

4.9

Il-KESE jilqa' l-fatt li r-Regolament jistabbilixxi ammont minimu ta' għoti għal EUR 50 000 bil-għan li jiġi evitat il-piż amministrattiv.

4.10

Il-KESE jilqa' l-aċċess għal riżerva ta' finanzjament f'każ ta' kriżi fis-settur agroindustrijali kif ukoll l-appoġġ finanzjarju għar-riċerka u d-detezzjoni tal-pesti.

4.11

Fl-aħħar, b'rabta mal-kontrolli uffiċjali, il-KESE jilqa' l-possibbiltà stabbilita fir-Regolament ta' appoġġ finanzjarju għal-laboratorji ta' referenza tal-UE u l-proġetti li għandhom l-għan li jtejbuhom.

5.   Kummenti speċifiċi

Kontrolli

5.1

Il-proposta tal-Kummissjoni hija eċċessivament miftuħa fir-rigward li jiġi determinat l-ammont tat-tariffi jew l-għażla ta' mudell b'ammont varjabbli jew ibbażat fuq moduli (abbażi tal-kriterji nazzjonali jew Ewropej) jew anke b'rata fissa. Fil-livell operattiv, in-nuqqas ta' kultura amministrattiva uniformi fir-rigward tal-istabbiliment ta' tariffi għas-servizzi pprovduti fid-diversi Stati Membri tal-UE tista' tfisser li fil-prattika ma jkunx hemm l-istess sitwazzjonijiet fost l-Istati Membri skont jekk jimplimentawx it-tariffi jew le u jekk jagħmlux dan skont kalendarju differenti.

5.2

Il-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tar-raġunijiet ta' eżenzjoni mit-tariffi tista' ma tikkorrespondix għar-realtà diversa tal-operaturi tal-industrija fl-UE. Għandu jkun hemm aktar preċiżjoni jew saħansitra jiġu stabbiliti kategoriji distinti tat-tnaqqis sabiex jiġu evitati l-iżvantaġġi paragunabbli mhux ġustifikati bejn l-intrapriżi abbażi tad-daqs, li jfixklu s-suq uniku.

5.3

Jeħtieġ li l-proposta tispjega u tfisser f'aktar dettall il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-veterinarji u mill-presunal tal-kontroll fl-irziezet.

Infiq

5.4

Il-proposta tar-Regolament li tnaqqas in-numru ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, bħal fil-każ tar-rimborż tal-finanzjament, ma titqiesx li hija ċara biżżejjed, peress li d-dokument ma jsemmix liema ser ikun il-korp li ser iwettaq din l-azzjoni.

5.5

Il-proposta tal-Kummissjoni tistipula li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti kontribuzzjoni finanzjarja għall-miżuri ta' emerġenza li ġejjin mill-apparenza u l-iżvilupp ta' mard partikolari tal-annimali jew iż-żoonożi, però din il-proposta ma tispeċifikax liema ser ikunu l-miżuri finanzjarji partikolari.

5.6

Fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza għas-saħħa tal-pjanti, huwa importanti li l-proposta tal-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà li jkun hemm kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għall-ħolqien u l-ġestjoni tal-programmi ta' sondaġġ sabiex tiġi identifikata l-preżenża ta' pesti u l-miżuri ta' appoġġ għas-saħħa tal-pjanti fil-pajjiżi terzi, li jkunu disponibbli fl-UE kollha għall-utenti interessati kollha.

5.7

Fir-rigward tat-titjib tat-taħriġ tal-uffiċjali pubbliċi tal-Istati Membri, il-KESE jilqa' din l-intenzjoni tal-Kummissjoni, iżda jemmen li huwa essenzjali li jiġu armonizzati minn qabel ir-regoli relatati mal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, sabiex is-sistemi ta' kontroll jiffunzjonaw b'mod aktar effettiv fil-prattika.

5.8

Fl-aħħar, fir-rigward tal-pajjiżi terzi li għall-Unjoni Ewropea jirrappreżentaw proporzjon sostanzjali tal-provvista tal-materja prima u l-prodotti proċessati użati mis-settur tal-katina alimentari, il-KESE jemmen li l-proposta għandha tqis il-possibbiltà li jiġu armonizzati r-regolamenti dwar is-saħħa tal-pjanti u s-saħħa tal-annimali ma' dawn il-pajjiżi.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/170


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013”

COM(2013) 480 final – 2013/0224 (COD)

2014/C 67/35

Relatur: is-Sur BACK

Nhar is-16 ta’ Lulju 2013 u nhar l-4 ta’ Lulju 2013, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 192(1) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013

COM(2013) 480 final – 2013/0224 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-1 ta’ Ottubru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'134 vot favur, vot 1 kontra u 9 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' l-Proposta għal Regolament dwar sistema ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika (sistema ta' MRV) tal-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport marittimu tal-UE (il-Proposta) bħala l-ewwel pass lejn l-implimentazzjoni tal-miżuri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport marittimu stabbiliti fil-White Paper dwar il-Politika tat-Trasport (1).

1.2

Il-KESE jilqa' s-sistema ta' MRV bħala l-ewwel pass f'approċċ maħsub biex iwassal għal ftehim tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) dwar miżuri obbligatorji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport marittimu u jieħu nota favorevoli tat-titjib li sar fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet li mistennija jsegwu mill-implimentazzjoni tiegħu (2).

1.3

Il-KESE japprezza li filwaqt li l-Proposta kif inhi mhix biżżejjed biex timplimenta dawn l-għanijiet, hija tasal sa fejn huwa raġonevoli fir-rigward tal-miżuri li jistgħu jittieħdu fil-livell nazzjonali jew reġjonali fejn jidħlu pajjiżi terzi. Il-KESE jikkunsidra li l-Proposta laħqet il-bilanċ it-tajjeb dwar f'dan ir-rigward.

1.4

Il-KESE jilqa' l-fatt li l-proporzjon tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-Proposta huwa favorevoli għall-operaturi tal-bastimenti involuti. Il-KESE jistenna li l-Kummissjoni timmonitorja r-riżultat tal-implimentazzjoni tal-Proposta dwar dan il-punt u li tieħu l-inizjattivi adegwati jekk pereżempju l-ispejjeż u l-benefiċċji mbassra jkollhom effetti negattivi fuq il-kompetittività.

1.5

Il-KESE huwa kritiku fir-rigward tal-bżonn u l-valur miżjud tal-informazzjoni operazzjonali apparti l-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet li għandhom jiġu monitorjati u rapurtati taħt il-Proposta hekk kif stabbilit fl-Artikolu 9(d) - (g), 10 (g) - (j) u Anness II, b'mod partikolari billi tal-anqas parti minn din l-informazzjoni hija meqjusa mill-industrija tal-basitmenti bħala kummerċjalment sensittiva u jeżistu fehmiet diverġenti fir-rigward tal-valur tad-disponibbiltà tagħha f'forma aggregata.

1.6

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni lejn l-inizjattiva taċ-Ċintorin Blu tal-Kummissjoni li tnaqqas il-piż amministrattiv fuq it-trasport marittimu fuq distanzi qosra u huwa tal-fehma li dan l-approċċ għandu japplika anki fir-rigward ta' din il-proposta (3).

1.7

Il-KESE jinnota li hemm bżonn iktar miżuri sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-White Paper u jqis li huwa importanti ħafna li dawn il-miżuri jittieħdu fl-IMO sabiex jiġu evitati riskji ta' kunflitt ma' pajjiżi li mhumiex membri tal-UE u effetti negattivi fuq il-kompetittività tat-trasport marittimu tal-UE.

2.   Introduzzjoni

2.1

L-emissjonijiet mit-trasport marittimu internazzjonali llum huma responsabbli għal 3 % tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett ta' serra u 4 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-UE. It-tbassir juri livelli globali ta' 5 % sal-2050 u żieda konsiderevoli fil-livell tal-UE fejn il-figuri jvarjaw bejn 51 % u 86 % skont is-sena bażi li tintgħażel (2005 u 1990, rispettivament) (4).

2.2

Il-pakkett tal-klima u l-enerġija tal-UE tal-2008, l-Istrateġija UE 2020 (5) u l-White Paper tal-2011 dwar il-politika tat-trasport kollha jbassru għanijiet ambizzjużi għat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra. L-għanijiet globali tal-UE huma ta' tnaqqis ta' 20 % relatat mal-valuri tal-1990 li jiżdiedu għal 30 % jekk ikun hemm ftehim globali (6). Fir-rigward tat-trasport marittimu internazzjonali, il-White Paper dwar il-politika tat-trasport tistabbilixxi għan ta' tnaqqis ta' 40 % għall-2050 relatat mal-livell tal-2005.

2.3

Madanakollu ma hemm l-ebda obbligu lokali fuq it-trasport marittimu li jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra bl-eċċezzjoni tar-regolamentazzjoni tal-IMO dwar il-kubrit, preżenti fil-liġi tal-UE permezz tad-Direttiva 2012 /33/UE. It-trasport marittimu internazzjonali huwa l-uniku settur tat-trasport li mhux inkluż fl-impenn tat-tnaqqis tal-emissijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-UE.

2.4

Madanakollu l-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew it-tnejn stqarrew li s-setturi kollha għandhom jikkontribwixxu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet.

2.5

Fis-settur tat-trasport il-miri ġew stabbiliti b'rispett lejn l-avjazzjoni ċivili li ġiet inkluża fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet tal-UE li tapplika wkoll għat-titjiriet minn u lejn l-ajruporti tal-UE. L-implimentazzjoni tal-miżuri madanakollu ġiet temporanjament posposta fir-rigward tat-titjiriet mhux fl-UE sabiex titwitta t-triq għal ftehim globali fl-ICAO (7).

2.6

Fir-rigward tat-trasport marittimu, għadhom ma ġewx stabbiliti miri vinkolenti billi ġie kkunsidrat li aħjar l-ewwel joħorġu l-miżuri koordinati globalment fl-IMO.

2.7

Madanakollu skont stqarrija li għamlu l-Kunsill u l-Parlament fl-2009 il-fatt li la sal-31 ta' Diċembru 2011 la l-UE u lanqas l-Istati Membri ma approvaw ftehim internazzjonali fl-IMO ifisser li l-Kummissjoni għandha tressaq proposti li jinkludu l-emissjonijiet internazzjonali marittimi fl-impenn Komunitarju lejn it-tnaqqis li għandu jidħol fis-seħħ fl-2013 u li maħsbub biex jimminimizza kwalunkwe impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-Komunità (8). Dawn l-istqarrijiet ġew segwiti minn stqarrija tal-Kummissjoni f'Ottubru 2012.

2.8

Filwaqt li l-IMP għadha ma waslitx għal ftehim internazzjonali li jwieġeb għall-istqarrija li saret fl-2009, ittieħdu deċiżjonijiet għat-titjib tal-effiċjenza fil-qasam tal-enerġija tal-bastimenti l-ġodda u tressqu iktar proposti għat-titjib tal-effiċjenza fil-qasam tal-enerġija fejn is-sistema ta' MRV tal-emissjonijiet tista' tkun l-ewwel pass. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tqis li l-ħidma attwali fl-IMO tista' twassal għal deċiżjonijiet dwar miżuri bbażati fuq is-suq għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. L-impenn li tittieħed azzjoni fil-livell reġjonali tal-UE għandu għalhekk jiġi implimentat b'mod li jappoġġja l-ħidma li għadha għaddejja fl-IMO. Il-Kummissjoni esprimiet preferenza b'saħħitha għall-approċċ globali mmexxi mill-IMO u ser tkompli taġixxi b'konformità ma' dan minkejja l-progress xejn rapidu tal-attivitajiet tal-IMO fil-qasam. Il-Kummissjoni ser timmonitorja l-progress kontinwament u tqis azzjoni futura fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-IMO.

2.9

L-introduzzjoni ta' sistema ta' MRV tal-emissjonijiet għandha tirrappreżenta l-ewwel pass f'din id-direzzjoni. Dan jagħmel possibbli l-monitoraġġ tal-iżviluppi u l-promozzjoni ta' titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-livell tal-kumpaniji li jista' jnaqqas għalhekk l-ispejjeż ġenerali li jmorru lil hinn mill-ispejjeż tat-tħaddim tas-sistema tal-MRV. Tista' tinsilet esperjenza mis-sistemi li jeżistu fil-livell tal-kumpaniji. Għandha tiġi implimentata sistema reġjonali ta' MRV tal-UE f'kooperazzjoni mal-IMO u tiġi adattata għal miżuri possibbli futuri tal-IMO. Dan jista' jkun ukoll l-ewwel pass f'approċċ gradwali li jiġu inklużi l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tat-trasport marittimu fl-impenji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-livell tal-UE jew internazzjonali permezz ta' rekwiżiti tal-effiċjenza tal-enerġija u/jew miżuri bbażati fuq is-suq.

3.   Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea

3.1

Il-Kummissjoni proponiet Regolament li jipprovdi qafas għas-sistema ta' MRV għall-emissjonijiet tas-CO2 minn bastimenti li jiżnu iktar minn 5 000 tunnellata grossa. Is-sistema tkopri t-traffiku kollu fil-portijiet tal-UE u bejniethom u bejn port tal-UE u l-ewwel port ta' destinazzjoni li mhux fl-UE jew l-aħħar port ta' tluq li mhux fl-UE. Hija tapplika għall-bastimenti kollha irrispettivament mill-bandiera tagħhom bl-eċċezzjoni tal-bastimenti tal-gwerra, tal-istat u ta' divertiment. Il-Proposta tqis li l-limiti fejn jidħlu tunnellati jeskludu madwar 40 % tal-flotta iżda 10 % biss tal-emissijonijiet tas-CO2.

3.2

Għar-raġunijiet indikati fit-tieni parti hawn fuq, is-sistema għandha tiġi implimentata f'kooperazzjoni mill-qrib mal-IMO u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u ser ikun possibbli li tiġi adattata għal kunċetti futuri possibbli oħra tal-IMO.

3.3

Is-sistema ta' MRV proposta mill-Kummissjoni tipprovdi qafas li jiżgura l-ġbir tad-data mis-sidien/operaturi dwar kull bastiment u kull vjaġġ li jaqa' taħt ir-Regolament inkluż moviment fil-portijiet. Ser isir ukoll rappurtar annwali. Ir-rappurtar ser jiġi approvat minn esperti akkreditati u r-rapporti annwali approvati ser jitressqu quddiem il-Kummissjoni u l-Istat tal-bandiera. Ir-rappurtar annwali ser jiġi ppubblikat u d-dokumenti ta' konformità li joħorġu l-esperti akkreditati għandhom jinżammu fuq il-bastimenti koperti mis-sistema. Il-konformità tiġi verifikata mill-Istat tal-bandiera u permezz tas-sistema ta' kontroll fil-portijiet. In-nuqqas ta' konformità jiġi penalizzat f'ċerti każijiet bl-espulsjoni tal-bastiment jiġifieri il-projbizzjoni tal-bastiment mill-portijiet tal-UE sakemm ma tiġi solvuta l-problema tal-konformità.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Il-KESE jieħu nota tal-għanijiet strateġiċi wara l-Proposta li huma ambizzjużi u ma jieqfux biss mal-kontenut tagħha permeżempju billi jfittxu li jiddefinixxu bażi ta' informazzjoni għal iktar negozjati u iktar progress lejn miżuri li ser inaqqsu b'mod sinifikanti l-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport marittimu. Il-KESE jilqa' dawn l-għanijiet strateġiċi u jieħu nota favorevoli tal-approċċ tal-Kummissjoni li tikseb kontroll tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-evoluzzjoni tagħhom b'mod trasparenti u kredibbli permezz ta' sistema ta' MRV li tista' tinħoloq fil-qafas tar-Regolament propost. Huwa jaqsam il-fehma wkoll li din il-bażi ta' għarfien tista' tgħin sabiex tinġieb 'il quddiem il-ħidma kontinwa tal-IMO sabiex jintlaħaq ftehim dwar il-miżuri obbligatorji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport marittimu. F'dan il-kuntest il-KESE jirreferi għall-opinjoni tiegħu (9) dwar il-Proposta għal Regolament dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE issa r-Regolament 525/2013.

4.2

Il-KESE jieħu nota favorevoli wkoll tal-approċċ li huwa parzjalment minn isfel għall-fuq tal-Proposta fejn l-informazzjoni ser tinġabar fil-livell tal-kumpaniji u mistennija tħeġġeġ miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika fil-livell tal-kumpaniji li jista' jwassal għal konsum inqas tal-karburanti u inqas emissjonijiet għal kull unità trasportata b'rata ta' 2 % fis-sena. Hija mistennija tnaqqas ukoll l-ispejjeż netti b' EUR 1.2 biljun fis-sena lejn l-2030 skont il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta li tqis l-ispejjeż ta' implimentazzjoni tas-sistema ta' MRV li ser jinġarru l-iktar mill-industrija tal-bastimenti.

4.3

Il-KESE jenfasizza madanakollu l-importanza ta' monitoraġġ kontinwu tal-preċiżjoni tal-valutazzjoni tal-proporzjon tal-ispejjeż u l-benefiċċji għall-industrija tal-bastimenti u s-soċjetà. Huwa jħeġġeġ lill-Kummissjoni wkoll sabiex tipproponi immedjatament miżuri korrettivi jekk jirriżulta li r-rekwiżiti imposti fuq l-industrija tal-bastimenti permezz tas-sistema futura tal-MRV jirrappreżentaw piż fuq l-industrija tal-bastimenti li jkollu impatt negattiv fuq il-kompetittività.

4.4

Il-KESE għandu dubji dwar il-proposta għall-estensjoni tad-dmirijiet tal-monitoraġġ u r-rappurtar sabiex ikopru wkoll l-elementi kummerċjali u operazzjonali. Il-KESE jżid li hemm dubju wkoll dwar il-proporzjonalità ta' dan ir-rekwiżit addizzjonali ta' informazzjoni billi jmur lil hinn l-għan prinċipali tal-Proposta li tiġbor informazzjoni dwar l-emissjonijiet tas-CO2. Barra minn hekk l-utilità tiegħu dubitata wkoll mill-industrija tal-bastimenti u l-informazzjoni in kwistjoni tista' tkun sensittiva mill-lat kummerċjali F'dan il-kuntest, l-impożizzjoni ta’ obbligi amministrattivi addizzjonali jidher li tikkontradixxi l-għan tas-semplifikazzjoni li huwa element ċentrali tal-inizjattiva taċ-Ċintorin Blu tal-Kummissjoni li timmira li tiffaċilita t-trasport marittimu tal-UE. F'dan il-kuntest, il-KESE jinnota wkoll li l-obbligu li tiġi provduta informazzjoni ta' dan it-tip ikun piż partikolarment kbir fuq it-trasport marittimu fuq distanzi qosra u destinazzjonijiet multipli.

4.5

Il-KESE jaqbel ukoll mal-valutazzjoni li l-livell ta' tnaqqis tal-emissjonijiet li l-Proposta mistennija tipprovdi xorta waħda mhux ser ikun inqas mil-livell ta' tnaqqis li hemm bżonn biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fis-settur marittimu fil-White Paper tal-2011 dwar il-politika tat-trasport. Hemm bżonn urġenti ta' iktar miżuri u miżuri effiċjenti fil-qasam.

4.6

F'dan il-kuntest, il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll lejn opinjonijiet preċedenti (10) dwar il-politika tat-trasport marittimu u r-rekwiżiti ambjentali li fihom il-KESE b'mod konsistenti laqa' inizjattivi favur it-titjib tal-ambjent iżda saħaq ukoll li fid-dawl tan-natura globali tat-trasport marittimu miżuri bħal dawn għandhom jittieħdu fuq livell globali fl-IMO.

4.7

F'dan il-kuntest il-KESE jfakkar li l-proposta ser tapplika wkoll għal bastimenti bil-bandiera ta' pajjiżi li mhumiex fl-UE. Filwaqt li dan ma joħloqx problemi għall-vjaġġi fl-UE jistgħu jinqalgħu probemi fil-każ ta' trasport bejn il-portijiet tal-UE u dawk li mhumiex fl-UE. Il-KESE jqis li l-problema tista' tkun waħda prattika u politika iktar milli legali, fid-dawl tar-riskju potenzali ta' ritaljazzjoni jew komplikazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu mill-fatt li jeżistu diversi sistemi paralleli ta' dan it-tip. Il-KESE jispera li s-sistema pjanata ser tatratta biżżejjed lil dawk li jaqgħu taħt l-ambitu tagħha u li għall-kuntrarju tas-sistema tal-iskambju tal-kwoti ta' emissjonijiet fl-avjazzjoni ċivili ma jinqalgħux diffikultajiet fejn jidħlu operaturi ta' pajjiżi terzi.

4.8

Il-KESE jaqsam il-fehma li l-miżuri obbligatorji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jmorru lil hinn mill-kontenut tal-Proposta tal-IMO għandu jintlaħaq qbil dwarhom fl-IMO sabiex jikber iċ-ċans li dawn jiġu implimentati b'suċċess. Huwa jqis ukoll li r-regolamentazzjoni reġjonali tal-UE iktar tista' tiltaqa' ma diffikultajiet fl-implimentazzjoni b'mod partikolari fejn jidħlu pajjiżi terzi.

4.9

Il-KESE jinnota li l-valutazzjoni tal-impatt relatata mal-Proposta tikkonkludi li l-miżuri bbażati fuq is-suq huma l-iktar miżuri effiċjenti sabiex jinkiseb tnaqqis adegwat fl-emissjonijiet tas-CO2 sa livell li jippermetti li jinkisbu l-miri tal-emissjonijiet għat-trasport marittimu hekk kif inhuma stabbiliti fil-White Paper tal-2011 dwar il-politika tat-trasport.

4.10

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll lejn ir-riskju li l-miżuri obbligatorji reġjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, b'mod partikolari l-miżuri bbażati fuq is-suq, jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-kompetittività tat-trasport marittimu Ewropew.

4.11

Il-KESE jilqa' għalhekk l-obbligu stabbilit fil-Proposta għall-Kummissjoni li żżomm kuntatt qrib mal-IMO u organizzazzjonijiet internazzjonali pertinenti oħra fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' sistema ta' MRV tal-UE għall-emissjonijiet marittimi tas-CO2 kif ukoll ir-rieda tal-Kummissjoni li tadatta s-sistema tal-UE għal sistema futura tal-MRV li fuqha jsir qbil fl-IMO.

4.12

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li jkomplu jpoġġu l-pressjoni tagħhom fl-IMO għal deċiżjonijiet rapidi dwar miżuri adegwati, preferibbilment ibbażati fuq is-suq li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport marittimu.

4.13

Il-KESE jinnota li filwaqt li l-Kummissjoni tagħti importanza kbira lil soluzzjoni li tkun tinvolvi l-IMO, hija ma teskludix miżuri reġjonali fil-livell tal-UE, jekk l-iżviluppi attwali fl-IMO ma jwasslu għall-ebda riżultati. Il-KESE jilqa' l-fatt li ma jidher li ġie stabbilit l-ebda limitu taż-żmien għal miżuri reġjonali bħal dawn u jwissi kontra li jittieħdu miżuri li jista' ma jkollhom kważi l-ebda effett f'termini ta' tnaqqis tal-emissjonijiet iżda li jistgħu jkunu spiża ikbar f'termini ta' inqas kompetittività jew li jistgħu joħolqu problemi fil-pajjiżi terzi b'mod li jolqtu l-bastimenti bil-bandieri tal-pajjiżi terzi tal-inqas fl-ilmijiet li mhumiex tal-UE.

4.14

Il-KESE japprova r-rabta stabbilita bejn is-sistema settorjali ta' MRV u s-sistema ġenerali ta' monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra stabbilta taħt ir-Regolament 525/2013 (11).

5.   Kummenti speċifiċi

5.1

Il-KESE jinnota li l-kunċett magħżul għas-sistema tal-MRV ipoġġi l-biċċa l-kbira tal-piż tal-implimentazzjoni tas-sistema fuq is-sidien jew l-operaturi tal-bastimenti u l-esperti akkreditati filwaqt li l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-EMSA ser iwettqu l-iktar karigi ta' superviżjoni u jirċievu r-rapporti. Dan jippermetti l-isfruttar tal-esperjenza li teżisti fil-livell tal-kumpaniji u jnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-istituzzjonijiet tal-UE.

5.2

Il-KESE jqis li sabiex titjieb il-kwalità tar-rappurtar tal-emissjonijiet jeħtieġ li fir-rappurtar tiġi rikonoxxuta informazzjoni speċifika bħall-kategoriji tas-silġ ta' bastiment jew il-preżenza ta' kundizzjonijiet pertinenti ta' navigazzjoni bħan-navigazzjoni fix-xitwa.

5.3

Il-KESE huwa tal-fehma li xi aspetti tas-sistema proposta ta' MRV huma kumplessi għalxejn u jridu ħafna riżorsi. Diffiċli li wieħed jifhem għalfejn jeħtieġ isir rapport formali ta' verifika għar-rapporti annwali meta ser jinħareġ ċertifikat tal-konformità għar-rapporti annwali approvati u li l-elementi prinċipali taċ-ċertifikat ser jiġu ppubblikati wkoll. Il-KESE huwa tal-fehma li ċertifikat tal-konformità għandu jkun biżżejjed possibbilment flimkien ma' rapport ta' verifika bil-motivazzjoni fil-każijiet fejn ġie rifjutat iċ-ċertifikat tal-konformità.

5.4

Filwaqt li huwa utli li jiġi komunikat ukoll ir-rappurtar taħt il-Proposta lill-korpi tal-Kummissjoni li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament 525/2013 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, diffiċli li wieħed jifhem għalfejn l-istati Membri għandhom ikunu obbligati jibagħtu rapport separat lill-Kummissjoni adattat għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament meta l-informazzjoni rilevanti tista' sempliċiment titpoġġa f'rapport wieħed li mbagħad jiġi komunikat lil dawk kollha kkonċernati.

5.5

Il-KESE jistaqsi wkoll dwar kemm l-ambitu tas-sanzjoni ta' espulsjoni stipulata f'Artikolu 20(3) tal-Proposta hija raġonevoli billi jidher li żżomm lura bastiment milli jidħol fi kwalunkwe port tal-UE inkluż dak tal-istat tal-bandiera tiegħu. Jista' jagħmel sens li jiġi provdut xi tip ta' port ta' rifuġju li jkunn opportunità tajba sabiex tinstab soluzzjoni għall-problemi ta' konformità.

5.6

Il-KESE jistaqsi jekk il-limiti ta' żmien provduti għall-implimentazzjoni humiex twal mingħajr bżonn u jekk ikunx fil-fatt possibbli li jonqsu b'sena. Pereżempju, filwaqt li huwa mbassar li l-Proposta tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2015, il-pjani ta' monitoraġġ m'għandhomx għalfejn jitressqu quddiem il-Kummissjoni qabel it-30 ta' Awwissu 2017 filwaqt li l-proċess ta' monitoraġġ inniffsu mhux ser jibda qabel l-1 ta' Jannar 2018. Dan ifisser perjodu ta' tranżizzjoni ta' madwar 2.5 sena li l-KESE jqis li huwa twil wisq fid-dawl tal-fatt li numru ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni ukoll ser ikollhom bżonn jiġu adottati

5.7

Il-KESE jqis ukoll li l-Forum Ewropew pjanat dwar trasport marittimu sostenibbli jista' jkun lok tajjeb fejn jitressqu numru ta' mistoqsijiet dwar kwistjonijiet ta' implimentazzjoni.

5.8

Il-KESE nnota wkoll numru ta' dettalji tekniċi fir-rigward tal-Proposta. F'Artikolu 14(1) issemmew kemm "kumpanija" kif ukoll "operatur tal-bastiment" filwaqt li skont id-definizzjonijiet ta' Artikolu 3 il-kelma "kumpanija" tkopri kemm is-sid kif ukoll dawk responsabbli mill-operazzjonijiet tal-bastiment. Kemm Artikolu 15(5) kif ukoll Artikolu 16(3) jiddelegaw poteri lill-Kummissjoni li toħroġ atti delegati fir-rigward fost elementi oħra "metodi ta' akkreditazzjoni tal-verifikaturi". Il-KESE jissuġġerixxi li titneħħa r-referenza għal "metodi ta' akkreditazzjoni tal-verifikaturi" minn Artikolu 15(5) li tindirizza proċeduri ta' verifika u li tinżamm f'Artikolu 16 dwar l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi.

5.9

Artikolu 26 jipprovdi delega wiesgħa ħafna li tieħu post u temenda d-dispożizzjonijiet tal-Annessi I u II permezz ta' atti delegati sabiex jitqiesu numru ta' elementi inkluż evidenza xjentifika, data rilevanti disponibbli fuq il-bastimenti, regoli internazzjonali u standards aċċettati fuq livell internazzjonali "għall-identifikzzjoni tal-aktar metodi preċiżi u effiċjenti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet, u biex tittejjeb l-eżattezza tal-informazzjoni mitluba". Il-KESE huwa tal-fehma li din id-delega tmur lil hinn mill-adattamenti għall-iżviluppi tekniċi u tidher li tawtorizza bidliet bħall-identifikazzjoni tal-metodi ta' monitoraġġ li huma essenzjali għall-proposta. Il-KESE għalhekk huwa tal-fehma li delega b'dan l-ambitu tista' tmur kontra Artikolu 290 tat-TFUE. Tqum ukoll mistoqsija oħra fir-rigward tad-delega ta' Artikolu 15(3) dwar il-proċeduri ta' verifika.

Brussels, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  COM(2011) 144 final, Opinjoni tal-KESE dwar Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea Ġ.U. C 24, 28.1.2012, p. 146-153, b'mod partikolari punti 1.2, 3.7, 3.8 u 3.11.

(2)  COM(2013) 480 final.

(3)  COM(2013) 510 final - Ċintorin Blu, Żona Unika tat-Trasport għat-trasport marittimu

(4)  COM(2013) 479.

(5)  COM(2010) 2020.

(6)  COM(2013) 479.

(7)  Direttiva 2008/101/KE u Deċiżjoni 377/2013/UE.

(8)  Premessa 2 tad-Deċiżjoni 406/2009/EC u Premessa 3 tad-Direttiva 2009/29/KE.

(9)  Opinjoni tal-KESE dwar Il-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwils tal-baħar, ĠU C 68, 6,3,2012, p. 70-74

(10)  Il-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwils tal-baħar, ĠU C 68, 6,3,2012, p. 70-74; It-Tkabbir Blu: opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli fis-settur tal-baħar u dak marittimu, ĠU C 161, 6,6,2013, p. 87-92; Il-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018, ĠU C 255, 22,9,2010, p. 103-109; Skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet Qasam tal-avjazzjoni, ĠU C 133, 9.5.2013, p. 30-32; Il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, ĠU C 181, 21.6.2012, p. 169-173; Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea, ĠU C 211, 19.8.2008, p. 31-36; Lejn trasport marittimu u dak fuq l-ibħra interni aktar ekoloġiku, ĠU C 277,17.11.2009, p. 20-24.

(11)  Ir-Regolament 525/2013 dwar mekkaniżmu dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u għar-rappurtar ta' informazzjoni oħra fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti għat-tibdil fil-klima u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/175


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Komponenti u s-Sistemi Mikro u Nanoelettroniċi”

COM(2013) 298 final

2014/C 67/36

Relatur: is-Sinjura BATUT

Nhar it-3 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Strateġija Ewropea għall-Komponenti u s-Sistemi Mikro u Nanoelettroniċi

COM(2013) 298 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-30 ta’ Settembru 2013.

Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’112-il vot favur, 1 vot kontra u astensjoni waħda.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jappoġġja r-rieda tal-Kummissjoni li tibni tmexxija Ewropea fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi mikro u nanoelettroniċi, u permezz ta' dan il-proġett transkonfinali tgħaqqad b'urġenza lill-Istati Membri, ir-riċerka, l-investimenti, u l-enerġiji, sabiex l-eċċellenza tiġi trasformata fi produzzjoni u impjiegi.

1.2

Il-KESE huwa tal-fehma li l-komponenti u s-sistemi mikro u nanoelettroniċi jistgħu jkunu l-bażi ta' rivoluzzjoni industrijali ġdida u li għal dan il-għan is-settur jeħtieġ mhux biss "strateġija" industrijali Ewropea, iżda "politika industrijali komuni" ġenwina ta' interess pubbliku, ikkoordinata mill-Kummissjoni biex l-intrapriżi Ewropej ikunu kapaċi jkunu fuq quddiem tal-produzzjoni u s-swieq. Dan l-element huwa nieqes fil-proposta tal-Kummissjoni.

1.3

Il-KESE huwa tal-fehma li l-ftit ċentri ta' eċċellenza li jeżistu, li huma indispensabbli biex jistimolaw l-isforzi Ewropej, għandhom jitkabbru u jiġu żviluppati aktar. L-għoti tal-opportunità lill-entitajiet inqas avvanzati madwar l-UE li jibbenefikaw mill-programm vast ta' fondi pubbliċi u privati propost f'din il-Komunikazzjoni jsaħħaħ il-potenzjal. F'dan il-kuntest, l-iskema tal-għajnuna mill-Istat u s-sussidji trid tiġi modifikata peress li l-problema li għandhom quddiemhom l-industriji Ewropej tat-teknoloġija avvanzata mhijiex ta' kompetizzjoni bejn intrapriżi Ewropej, iżda pjuttost l-assenza, f'diversi setturi ta' teknoloġija avvanzata, ta' intrapriżi li huma kompetittivi u mexxejja fil-livell dinji. Din il-politika trid issir aktar flessibbli fir-rigward ta' dan is-settur avvanzat, mhux biss għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta proposta, iżda wkoll sabiex l-intrapriżi jiġu megħjuna jilħqu statura dinjija kif inhu l-każ fl-Asja u l-Istati Uniti.

1.4

Il-KESE jemmen li l-istrateġija, kif preżentata fil-Komunikazzjoni, għandu jkollha l-għan li tirkupra mill-fatt li l-Ewropa baqgħet lura u li tistabbilixxi kompetenzi Ewropej li jiġu skopruti mill-ġdid tul il-katina tal-valur kollha (dawk li jmexxu l-prodotti u s-swieq, sottokuntratturi, pjattaformi, produtturi ta' teknoloġiji bażiċi u kumpaniji tad-disinn) u li l-Unjoni għandha tipproteġi l-interessi tal-kumpaniji tagħha f'kull ftehim ta' kummerċ ħieles li attwalment qed jiġi negozjat (il-Ġappun, l-Istati Uniti). Il-Kumitat jappoġġja l-approċċ Ewroċentriku tal-Kummissjoni Ewropea u huwa mħasseb dwar l-implimentazzjoni tiegħu fil-qafas tal-katina ta' valur globali. Filfatt id-dgħufijiet reali tal-Ewropa huma n-nuqqas ta' preżenza fil-prodotti u fis-swieq u n-nuqqas ta' kumpaniji mexxejja tal-prodotti. Madankollu, il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni li ma tinjorax l-iżvilupp ta' Stati Membri b'saħħithom bħala l-elementi bażiċi tas-sinerġiji transkonfinali.

1.5

Il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon l-istrateġija l-ġdida dwar il-komponenti u s-sistemi tal-mikro u n-nanoelettronika, iżda din trid tikkonforma mal-Artikoli 3(3) tat-TUE u l-Artikoli 9 u 11 tat-TFUE. Peress li l-pjan direzzjonali għadu ma ġiex stabbilit (għall-aħħar tal-2013), il-KESE jirrakkomanda li jitqiesu l-konsegwenzi soċjoekonomiċi fuq l-esseri ħajjin, b'mod partikolari fuq l-iżvilupp sostenibbli minħabba ż-żieda preżenza fil-ħajja ta' kuljum tal-komponenti mikro u nanoelettroniċi, u l-materjali ntużati fihom, fuq ir-riċerka, l-impjieg, it-taħriġ, l-iżvilupp essenzjali tal-kwalifiki u l-kompetenzi, fuq is-saħħa taċ-ċittadini u dik tal-ħaddiema fis-settur.

1.6

Huwa jirrakkomanda li jiġu stabbiliti, flimkien mal-Grupp tal-Mexxejja fl-Elettronika, forom ġodda ta' governanza taċ-ċittadini, minħabba fl-ammont tal-investimenti pubbliċi mfittxija - li jlaħħqu EUR 5 biljun fuq 7 snin - u l-importanza strateġika tas-settur.

1.7

Il-KESE jirrakkomanda li titwettaq valutazzjoni tal-istrateġija f'nofs it-term.

2.   Introduzzjoni

2.1

Fil-kuntest tal-politika tagħha dwar l-istimolazzjoni tal-investiment sabiex tinħoloq industrija Ewropea aktar b’saħħitha għat-tkabbir u l-irkupru ekonomiku (COM(2012) 582 final), il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Komunikazzjoni dwar il-komponenti u s-sistemi tal-mikro u n-nanoteknoloġiji, li kienet diġà iddefiniet bħala "teknoloġiji abilitanti essenzjali" f'Komunikazzjoni preċedenti (COM(2012) 341 final) u li jikkorrispondu mal-inizjattiva ewlenija nru 6 tal-Istrateġija Ewropa 2020, magħrufa bħala "Orizzont 2020".

2.2

Il-komponenti u s-sistemi micro u nanoelettroniċi bħala teknoloġiji abilitanti huma l-bażi ta' firxa ta' kategoriji ta' prodotti li issa huma indispensabbli għall-attivitajiet kollha u jikkontribwixxu għall-innovazzjoni u l-kompetittività. Id-disa' kategoriji ta' prodotti prinċipali huma (1) il-kompjuters, (2) l-apparat periferali tal-kompjuter u t-tagħmir tal-uffiċċju, (3) l-apparati elettroniċi użati mill-konsumaturi, (4) is-servers u l-apparat għall-ħżin, (5) it-tagħmir għan-netwerking, (6) l-apparati elettroniċi għall-vetturi, (7) l-apparati elettroniċi mediċi, (8) l-apparati elettroniċi industrijali u (9) l-apparati elettroniċi għall-militari u l-avjazzjoni.

2.3

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, b'din il-Komunikazzjoni l-ġdida, il-Kummissjoni segwiet uħud mir-rakkomandazzjonijiet li kellu l-opportunitajiet jagħmel f'opinjonijiet preċedenti (1), u li din qed turi rieda ġenwina li tieħu azzjoni sabiex tirbaħ mill-ġdid is-swieq. Użu aħjar tar-riżultati tar-riċerka u enfasi akbar fuq il-prodotti u l-kumpaniji ewlenin huma l-kundizzjonijiet għas-suċċess.

2.4

Skont il-Kummissjoni stess, fil-livell dinji l-valur tal-bejgħ ta' dan is-settur waħdu kien ta' madwar EUR 230 biljun fl-2012 u l-valur tal-prodotti li jinkludu komponenti u sistemi mikro u nanoelettroniċi huwa ta' madwar EUR 1 600 biljun. Meta wieħed iqis li minn naħa, l-Unjoni ilha 10 snin tbati minn staġnar fl-appoġġ tagħha għar-riċerka, l-iżvilupp u l-investiment (R&D&I) (Komunikazzjoni punt 5.2) u li min-naħa l-oħra, fl-aħħar 15-il sena l-produzzjoni mxiet b'mod sinifikanti lejn l-Asja li għandha brevetti u ħaddiema kwalifikati (Komunikazzjoni, punt 3.3), il-Kummissjoni tipproponi li tiġi żviluppata strateġija industrijali Ewropea ġdida għall-elettronika u tirrakkomanda investimenti pubbliċi koordinati u sħubijiet pubbliċi-privati sabiex jiġu mobilizzati EUR 10 biljun f'investimenti pubbliċi u privati ġodda fit-"teknoloġiji avvanzati".

3.   Sommarju tal-Komunikazzjoni

3.1

Sabiex l-Ewropa tirkupra dan id-dewmien u żżomm il-pass mal-Istati Uniti u l-Asja f'termini ta' produzzjoni ta' komponenti u sistemi mikro u nanoelettroniċi, il-Kummissjoni tipproponi li:

jiżdied u jiġi koordinat l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (R&D&I), u li l-isforzi tal-Istati Membri u tal-UE jingħaqdu f'kooperazzjoni transkonfinali;

jissaħħu ċ-ċentri ta' eċċellenza Ewropej eżistenti biex iżommu l-pożizzjoni ta' tmexxija tagħhom;

issir ħidma sabiex it-tagħmir diġitali Ewropew (biċ-ċipep tas-siliċju) isir aktar effettiv u inqas kostuż (nersqu lejn il-wejfers ta' 450 mm - "More Moore"), u aktar intelliġenti ("More than Moore");

jiġu mobilizzati EUR 10 biljun fuq 7 snin, nofshom minn sorsi pubbliċi reġjonali, nazzjonali u Ewropej, u nofshom mill-isħubijiet pubbliċi-privati, sabiex tiġi koperta l-katina ta' valur u innovazzjoni li jinkludu dawk li ġejjin mill-qafas tal-Orizzont 2020 (2).

Għaldaqstant, l-ambizzjonijiet tal-Kummissjoni huma li:

l-industriji ewlenin tal-Ewropa jiġu fornuti b'aktar komponenti u sistemi mikro u nanoelettroniċi Ewropej;

jissaħħu l-katina tal-provvista u l-ekosistemi għal dawn it-teknoloġiji billi jiġu offruti aktar opportunitajiet għall-SMEs;

jiżdied l-investiment fit-tekniki ta' manifattura avvanzata;

tiġi stimolata l-innovazzjoni fl-oqsma kollha, inkluż il-livell tad-disinn sabiex tingħata spinta 'l quddiem lill-kompetittività industrijali Ewropea.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

In-nanoteknoloġiji jinsabu fil-prodotti elettroniċi u ottoelettroniċi kollha. Huma jirrappreżentaw l-hekk imsejħa teknoloġiji minn fuq għal isfel (top-down), li jużaw materjali strutturati b'mod aktar fin (mikro) sabiex joħolqu l-elementi tal-komponenti bħalma huma tranżisters, kondensaturi u interkonnessjonijiet elettriċi. L-aktar riċerka riċenti qed tadotta approċċ minn isfel għal fuq (bottom up), fejn jiġu armati strutturi integrati ta' entitajiet nano (minn 1 sa 100nm) bħalma huma l-molekoli, in-nanotubi, li diġà għandhom funzjoni elettrika intrinsika, li ser isaħħu l-prestazzjonijiet u jsaħħu aktar il-kapaċità tas-siliċja.

Kif ġie indikat f'punt 2.2, l-oqsma fejn jintużaw il-komponenti u s-sistemi elettroniċi huma varjati ħafna, u jolqtu kważi kull dimensjoni tal-attivitajiet industrijali u kummerċjali kif ukoll kważi kull aspett tal-ħajja personali tagħna. Din il-lista m'għadhiex tista' tkun eżawrijenti.

4.2

Il-Kumitat jilqa' l-enfasi li tqiegħdet fuq strateġija industrijali ġenwina fil-qasam elettroniku li taffettwa l-kapaċità ta' innovazzjoni tas-setturi kollha ta' attività, il-kompetizzjoni, u l-futur tal-kontinent, u li l-Kummissjoni għandha r-rieda li lil din l-istrateġija tagħmilha forza mexxejja komuni għall-Istati Membri kollha sabiex tinbena tmexxija Ewropea f'dan il-qasam. Fis-suq dinji tat-teknoloġiji abilitanti essenzjali, il-kompetizzjoni hija ħarxa, u l-kapital qed jitlaq lejn żoni barra mill-Ewropa. Biex terġa' tistabbilixxi l-pożizzjoni tagħha fid-dinja, l-UE trid toffri lill-Istati Membri kundizzjonijiet adatti għall-industriji kkonċernati.

4.3

Il-Komunikazzjoni tipproponi strateġija estremament Ewroċentrika msejsa fuq it-tneħħija tal-lakuni fil-katina ta' valur tal-industrija tal-elettronika Ewropea. Madankollu, il-ktajjen ta' valur fl-industrija tal-elettroniku huma globali mhux reġjonali. It-tliet atturi prinċipali huma: il-kumpaniji ewlenin, il-manifatturi b'kuntratt, u l-mexxejja tal-pjattaformi. Barra minn hekk, ħafna entitajiet oħra jaqdu rwoli importanti fl-industrija usa', inklużi l-bejjiegħa tas-softwer, il-manifatturi tat-tagħmir ta' produzzjoni, id-distributuri, u l-produtturi ta' komponenti u sottosistemi iktar ġeneriċi.

Il-valur miksub mill-kumpaniji l-iżjed b'saħħithom fil-ktajjen ta' valur globali — kumpaniji ewlenin b'marki globali u fornituri ta' komponenti b'pożizzjonijiet qawwija ta' "mexxejja tal-pjattaforma" — jista' jkun għoli ħafna. Il-Komunikazzjoni mhijiex preċiża dwar fejn fil-katina ta' valur globali l-Kummissjoni qed tippjana li timmira l-isforzi tagħha u jekk l-ambizzjonijiet tagħha jestendux lil hinn minn komponenti ġeneriċi u sottosistemi.

4.4

Sabiex jiġi attratt l-investiment sinifikanti meħtieġ lejn dan is-settur, il-Kummissjoni tixtieq tippromovi l-kooperazzjoni u l-influwenza reċiproka, u tistenna li riċerkaturi u mexxejja mill-industrija elettronika (Membri tal-bordijiet AENEAS & CATRENE, "Nanoelectronics beyond 2020") jgħinuha tfassal, sal-aħħar tal-2013, il-pjan direzzjonali li ser jiggwida din l-istrateġija.

4.5

Il-KESE jilqa' din ir-rieda qawwija biex nimxu 'l quddiem, huwa tal-fehma li l-istrateġija trid tiġi approvata b'mod wiesa'. Dan il-qasam ikun jistħoqqlu, iktar minn strateġija industrijali Ewropea, politika industrijali komuni ġenwina, li toffri lir-riċerkaturi viżjoni politika globali fuq medda qasira u twila taż-żmien. Dan huwa qasam vitali għas-sopravivenza tal-Ewropa. L-għan huwa li jittieħed benefiċċju minn effett ta' massa sabiex ir-riċerka tiġi trasformata fi prodotti li mbagħad jistgħu jiġu kummerċjalizzati. Għaldaqstant huwa indispensabbli li jiġu stabbiliti fuq naħa tbassir industrijali ta' mill-inqas ħames snin, kif jagħmlu kumpaniji li qed nikkompetu magħhom minn pajjiżi terzi, u min-naħa l-oħra rabtiet mas-soċjetà ċivili.

L-eċċellenzi jeżistu biss f'ċerti oqsma speċifiċi u, bejn il-kunċett inizjali u l-bejgħ tal-prodott finali, l-SMEs speċjalizzati għandhom nuqqas ta' mezzi, kompetenzi u viżibbiltà. L-UE għandha bżonn strateġiji, prodotti u mexxejja. Dan l-element ma jiġix ikkunsidrat biżżejjed fil-Komunikazzjoni.

4.6

Fl-ewwel erba' kategoriji ta' prodotti msemmijin fil-punt 2.2, hemm biss mexxej dinji wieħed mill-Ewropa. Hemm preżenza Ewropea aktar qawwija fis-setturi l-oħra, iżda l-Ewropa m'għandha l-pożizzjoni dominanti fl-ebda settur. Il-KESE jiddispjaċih li l-istrateġija tal-Kummissjoni mhijiex aktar espliċita rigward dawn l-ostakli għad-dħul fil-katina ta' valur globali. L-ewwel pass essenzjali jkun li nerġgħu nġibu lura l-produzzjoni kkuntrattata.

4.7

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni tqis bħala urġenti li jiġu intensifikati u fuq kollox ikkoordinati l-isforzi kollha li jsiru f'dan il-qasam mis-setgħat pubbliċi sabiex dawn it-teknoloġiji jibqgħu proprjetà tal-UE anki meta dawn jinbiegħu fil-bqija ta-dinja.

4.8

Il-KESE jqis li huwa fundamentali li jiġu promossi s-sinerġiji fil-livell transkonfinali u daqstant importanti li jiġu stimulati l-enerġiji tal-Istati Membri bħala bażi għal din l-interazzjoni sinerġetika. L-Ewropa tista' tkun aktar mis-somma tal-partijiet tagħha. L-Istati Membri stess għandhom l-assi intellettwali biex jagħmlu impatt globali. Il-kwistjoni hija waħda ta' viżjoni, enerġija u ambizzjoni fil-konfini daqs kemm hija waħda ta' sinerġija transkonfinali.

4.9

Il-koordinazzjoni għandha tkun strutturata ħafna sabiex il-frammentazzjoni li diġà teżisti bejn l-Istati Membri ma tiżdiedx mil-livell reġjonali jew dak universitarju (clusters ta' intelliġenza). Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-istrateġija tkun adatta għall-karatteristiċi intrinsiċi għas-settur tal-mikro u n-nanoteknoloġiji.

4.10

Il-KESE jemmen li hemm bżonn ta' bilanċ bejn l-strateġija bbażata fuq id-domanda tas-suq u politika industrijali komuni. Is-suq ma jistax ikun l-unika referenza (Komunikazzjoni punt 5.3(2), Anness, punt 4). Madankollu, l-UE m'għandhiex tinsa l-iskoperta ibbażata fuq is-suq.

4.11

Industrija Ewropea aktar b'saħħitha u strateġija ġdida fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi, minkejja li huma mixtieqa, ma jistgħux ma jikkonformawx mal-Artikoli 3 tat-TUE u l-Artikoli 9 u 11 tat-TFUE. Minkejja l-kumplessità ta' dawn il-fatturi kollha, tajjeb li jissemmew il-biżgħat mill-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-iżvilupp tan-nanoteknoloġiji infushom , u tal-iżvilupp permezz tan-nanoteknoloġiji.

4.11.1

Il-Kumitat huwa tal-fehma li għandha tiġi analizzata u kwantifikata d-data relatata mal-għadd ta' impjiegi fis-settur, it-taħriġ, il-kwalifiki u l-kompetenzi mitluba. Attwalment, l-impjiegi qed jinħolqu, iżda hemm nuqqas ta' kompetenzi. Dan in-nuqqas ta' qbil għandu jiġi indirizzat. Jinħtieġu investimenti fit-tul li jistgħu jiġu kalkolati. L-għan aħħari hu li kulħadd jikkontribwixxi sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE fid-dinja tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi. Il-KESE jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ħalliet barra dawn l-aspetti mill-Komunikazzjoni tagħha, meta tqis li dawn kienu ġew meqjusa sew fit-test preċedenti tagħha tal-2012 (COM(2012) 582 final) u li ma semmietx l-ammonti involuti.

4.11.2

L-apparat elettroniku jinsab fost il-prodotti li fihom nanopartiċelli li ser jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi. Fil-fatt, dawn jinsabu fil-komponenti molekolari tal-elettronika ibbrida, is-semikondutturi, in-nanotubi, in-nanofili kif ukoll l-elettronika molekolari avvanzata. In-nanoelettronika b'vultaġġ baxxa u b'vultaġġ estremament baxx huma oqsma importanti ta' riċerka u żvilupp b'tendenza li jiżviluppaw ċirkwiti ġodda li jaħdmu viċin il-limitu teoriku ta' konsum enerġetiku kull bit. L-impatt tal-użu, tad-degradazzjoni fi tmiem il-ħajja tan-nanomaterjali li jinsabu fl-apparati elettroniċi attwali, li qed jiġu maħluqa jew dawk futuri, irid jitqies mill-UE fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli, għall-preżervazzjoni tal-ambjent u tal-esseri ħajjin, anke jekk id-definizzjoni tan-nanomaterjali stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea ma twassalx biex is-saħħa ssir sfida fir-rigward tal-mikro u n-nanoelettronika. Irid japplika l-prinċipju tal-prekawzjoni.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1   Strateġija industrijali ġenwina

5.1.1

Il-KESE huwa tal-fehma li l-istrateġija tal-Kummissjoni hija adegwata sabiex jitnaqqsu d-differenzi tal-katina ta' valur fil-produzzjoni u biex it-tendenza tinbidel u jerġgħu jinġabu lura fl-Ewropa l-partijiet neqsin fil-katina ta' valur tat-teknoloġiji mikro u tan-nanoelettronika. Għaldaqstant huwa jistaqsi dwar ir-raġunijiet wara l-10 snin ta' staġnar (rikonoxxuti espliċitament fil-punt 5.2 tal-Komunikazzjoni) fil-baġits tal-R&D&I Ewropej minkejja li huma meqjusa ta' klassi dinjija, li xekklu lill-Unjoni milli tokkupa l-post tagħha fis-swieq dinjija fil-mument kruċjali meta bdiet tqum iċ-Ċina. L-analiżi ta' dawn ir-raġunijiet, kif ukoll id-dinamiċi tal-katina ta' valuri globali diskussa fis-sezzjoni 4 ta' din l-opinjoni, tippermetti li ma jitwettqux żbalji fil-futur u jista' jagħti l-każ li għal dan wieħed jista' jispira ruħu mill-istrateġiji tar-reġjuni l-oħra tad-dinja, sabiex jinstabu l-mezzi utli għar-ritorn ta' ċerti produzzjonijiet lejn l-Ewropa.

5.1.2

Il-KESE jemmen li l-kompetittività bbażata fuq it-tnaqqis tal-ispejjeż tax-xogħol farrket setturi sħaħ (tessuti, żraben, tajers, metallurġija, eċċ.). Il-manifattura b'kuntratti kellha effett ekwivalenti fl-elettronika. L-istrateġija elettronika għandha tqis dan u tippermetti li jiġu definiti forom ġodda ta' kompetittività, fuq il-bażi ta' kompetenzi, eċċellenza u l-ħolqien ta' aktar raggruppamenti, it-tixrid tal-għarfien lejn aktar kumpaniji, flessibbiltà interna, eċċ.

5.1.3

Il-Kumitat jemmen li, lil hinn mill-appoġġ finanzjarju, protezzjoni koordinata tal-UE tista' tappoġġja lill-SMEs u lill-marki li jipproduċu. Il-ħruġ ta' brevetti, il-protezzjoni tas-sigriet kummerċjali, il-ġlieda kontra l-kriminalità tal-informatika u s-serq ta' brevetti għandhom jidħlu fl-istrateġiji inkwistjoni.

Il-kummerċ ħieles multilaterali jiftaħ il-fruntieri kollha, barra mir-regolazzjoni kkoordinata li tista' tipprovdi d-WTO. Il-KESE huwa tal-fehma li l-istrateġija ppreżentata fil-Komunikazzjoni inkwistjoni għandha titqies f'kull ftehim ta' kummerċ ħieles li qed jiġi negozjat attwalment (il-Ġappun, l-Istati Uniti). Il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles, bil-kontra tax-xewqat tal-missirijiet fundaturi tal-Unjoni Ewropea, jiftħu s-swieq għal imsieħba li mhux neċessarjament għandhom l-istess regoli.

5.2   Il-finanzjament

5.2.1

Il-preżenza fit-tellieqa għas-swieq teħtieġ investimenti li l-Istati Membri, maqbudin fil-kriżi u t-tnaqqis baġitarju mitlub mill-UE, ma jistgħux jipprovdu. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lis-settur privat jimpenja ruħu. Iżda l-kriżi żiedet id-diffikultà tal-aċċess għall-kreditu għall-SMEs, b'mod partikolari l-SMEs innovattivi, tant li qed jiġu maħnuqa mill-banek tagħhom.

5.2.2

Il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni tenfasizza wkoll il-finanzjament tagħhom sabiex il-qagħda tagħhom ma tibqax daqshekk gravi.

5.2.3

Il-kapaċità tal-kontributuri pubbliċi li jieħdu azzjoni hija limitata, minħabba d-defiċit u d-dejn pubbliku tagħhom, inklużi s-sistemi soċjali. Il-mezzi ta' kontroll li ser ikunu disponibbli għalihom sabiex jiġi verifikat l-impenn tal-impriżi biex iżommu u jwessgħu l-attivitajiet tagħhom tad-disinn u l-manifattura fl-Ewropa (punt 7.1 tal-Komunikazzjoni, l-aħħar paragrafu) ma jidhrux żviluppati biżżejjed.

Il-KESE jqis li s-sistema tal-għajnuna mill-Istat u s-sussidji tista' ssir aktar flessibbli sabiex:

1.

jiġi żgurat li l-kumpaniji tas-settur ikollhom kapaċità akbar biex jirreaġixxu fuq dan is-suq dinji tal-futur,

2.

l-iskambju ta' prattiki tajbin iseħħ bejn ir-riċerkaturi kollha,

3.

ikunu jistgħu jiżviluppaw ċentri ġodda ta' eċċellenza fil-bliet li huma lesti li jilqgħuhom,

4.

ir-regoli ta' solidarjetà għandhom jevitaw id-dumping intra-Ewropew,

5.

il-proċeduri u l-kriterji ta' aċċess għall-fondi għandhom jiġu semplifikati u l-banek għandhom jiġu infurmati.

5.2.3.1

Il-KESE jitlob li tiġi ċċarata r-relazzjoni mal-Fondi Strutturali u l-BEI, b'mod partikolari għall-pajjiżi tal-UE li qegħdin ħażin, minħabba fil-kriżi finanzjarja severa, fejn il-kontrazzjoni massiva fl-infiq pubbliku, flimkien mal-iffriżar tal-investiment privat, wasslu biex kwalunkwe għajnuna tkun illużorja, u fejn il-Fondi Strutturali diġà waqfu milli jkunu r-rimedju mirakoluż. Il-KESE jissuġġerixxi li l-UE torganizza għar-riċerkaturi kkonċernati f'dawn il-pajjiżi l-possibbiltà li jiġu assoċjati mal-aqwa ċentri Ewropej tar-riċerka.

5.2.3.2

Fir-rigward tal-fondi privati, il-KESE huwa tal-fehma li dawn jistgħu jikkontribwixxu iżda huwa riskjuż li wieħed jibbaża strateġiji fit-tul fuq din l-ipoteżi.

5.3   Il-koordinazzjoni

5.3.1

Il-KESE japprova r-rwol li beħsiebu jkollha l-UE bħala koordinatur tal-forzi varji, u jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tuża l-Artikolu 187 tat-Trattat u twaqqaf impriża konġunta (l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta l-ġdida). Fil-fatt, is-suq waħdu m'għandu l-ebda "rwol", peress li m'għandu l-ebda rieda politika biex jagħti spinta 'l quddiem lil-linji gwida.

5.3.2

Il-livell tal-UE huwa l-livell adegwat għall-organizzazzjoni ta' approċċ trasversali, fejn tiġi evitata d-duplikazzjoni fir-riċerka, jiġu mobilizzati l-ktajjeb ta' valur u jiġu kummerċjalizzati r-riżultati ta' dawn fl-aqwa kundizzjonijiet. Il-KESE jfakkar li jeħtieġ li jitqiesu l-livelli ta' żvilupp tar-riċerka li huma differenti fl-Istati Membri, sabiex mhux biss jiġu valorizzati r-raggruppamenti ta' eċċellenza iżda biex il-fondi l-ġodda jsiru aċċessibbli għal kulħadd. Meta l-istess mudell ta' negozju ma jkunx jista' jiġi applikat kullimkien, l-istart-ups iż-żgħar għandhom jiġu mgħejuna wkoll.

5.3.3

Irid jitqies il-fatt li l-għan li tiġi żgurata integrazzjoni vertikali tas-sistemi tat-informatika (il-programm l-antik ARTEMIS) u n-nanoelettronika (dak li qabel kien ENIAC JTI) permezz tat-twaqqif ta' kooperazzjoni transnazzjonali orizzontali bejn l-impriżi u l-universitajiet, hu ambizzjuż. Il-KESE jilqa' kjarifika dwar l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni u r-raggruppamenti ta' eċċellenza peress li l-griġjol ta' skoperti ġodda jirrikjedi approċċ aktar u aktar multidixxiplinarju għall-fehim tan-nanoproprjetajiet, kif ukoll kjarifika dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni li għandha tixxandar u dik tal-brevetti mibgħuta.

5.4   Il-konsegwenzi soċjoekonomiċi

5.4.1   Dawn huma neqsin fil-Komunikazzjoni. Il-Komunikazzjoni għandha l-għan li żżid l-effiċjenza, iżda xejn ma jista' jinkiseb, speċjalment f'dan il-qasam, jekk m'aħniex ser inqisu l-kapital uman (Artikoli 3(3) TUE, Artikoli 9 u 11 TFUE).

5.4.1.1   L-impjieg

Skont il-Kummissjoni, 200 000 persuna huma impjegati direttament mill-impriżi tal-mikro u tan-nanoelettronika, u miljun oħra indirettament. Id-domanda għall-kompetenzi dejjem qed tiżdied.

Fl-aħħar tal-katina ta' valur, l-impriżi jridu jaslu li jittrasformaw l-investimenti tagħhom fi prestazzjoni (f'termini ta' kwalità, finanzi, kummerċ). L-UE qiegħda fuq quddiem fir-riċerka dinjija, u jeħtieġ li jirnexxilha tikkonverti dan f'impjiegi.

Wasal iż-żmien li l-UE testendi l-livelli għoljin ta' għarfien espert miksub f'oqsma speċifiċi, billi tiżviluppa l-informazzjoni, it-taħriġ, il-kwalifiki, eċċ.

Il-Kumitat jixtieq li l-finanzjament tal-proġetti ma jkunx ta' detriment għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, u jfakkar li forza tax-xogħol imħarrġa sew, kwalifikata u mħallsa kif xieraq hija kejl ta' kwalità tal-prodott aħħari.

5.4.1.2   It-taħriġ

Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni biex tfakkar il-messaġġ tal-Komunikazzjoni tagħha COM(2012) 582 final (kapitolu III-D). Il-kapital uman u l-kompetenzi, kif ukoll l-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet huma iktar minn qatt qabel indispensabbli għas-suċċess ta' kwalunkwe azzjoni meħuda fil-qasam tal-komponenti tal-mikro u nanoelettronika, li min-natura tagħhom jevolvu kontinwament. Il-Kummissjoni diġà introduċiet klassifikazzjoni għall-ipparagunar tal-ħiliet li għandha tibbenefika lill-mobbiltà intra-Ewropea.

Il-qagħda tal-Istati Membri fir-rigward tat-taxxi, l-edukazzjoni, l-aċċess għall-kapital, u l-ispiża tax-xogħol hija differenti għal kull wieħed minnhom minħabba li m'hemmx armonizzazzjoni. Il-KESE jappoġġja lill-Kummissjoni meta din tagħmel enfasi fuq il-kompetenzi. Huwa jitlob li tiġi implimentata kwalunkwe miżura sabiex fl-Unjoni tiġi faċilitata l-konverġenza tat-taħriġ, il-kwalifiki, il-kapaċitajiet, id-diplomi, li huma meħtieġa biex ikopru l-katina ta' valur tal-industrija Ewropea tal-mikro u nanoteknoloġiji.

5.4.1.3   Is-saħħa

5.4.1.3.1

L-OECD tiddefinixxi n-nanoteknoloġiji bħala t-teknoloġiji li jawtorizzaw il-manipulazzjoni, l-istudju jew l-isfruttar ta' strutturi u sistemi żgħar ħafna (2009). Dawn il-materjali, naturali jew manifatturati, huma indispensabbli għan-nanoteknoloġiji u huma manipulati u użati mill-bnedmin, kemm bħala ċittadini kif ukoll bħala ħaddiema.

5.4.1.3.2

Il-KESE huwa tal-fehma li f'Komunikazzjoni maħsuba sabiex tqiegħed lill-UE fil-livell dinji f'dan il-qasam, għandha tiġi inkluża kawtela fejn hu xieraq li jissemmew ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, jitfakkar il-prinċipju tal-prekawzjoni, sabiex ikun żgurat li kulħadd igawdi mill-benefiċċji u li r-riskji jkunu l-inqas possibbli sabiex ma nerġgħux nirriproduċu l-mudell tal-asbestos. Xi komponenti attwali u futuri tas-sistemi nanoelettroniċi ma jiqfux mal-barrieri tal-pulmun, id-demm tal-moħħ u l-plaċenta. Għandhom firxa ta' interazzjoni konsiderevoli.

5.4.1.3.3

Min-naħa l-oħra, is-settur tas-saħħa juża sistemi nanoelettroniċi u jikkontribwixxi b'hekk għall-iżvilupp tar-riċerka: tajjeb li niftakru li attwalment dan is-settur jista' jagħmel dan bis-saħħa tas-sistemi soċjali li jirrappreżentaw suq għar-riċerka, sakemm il-kriżi, il-qgħad u d-defiċits jippermettu li jsir dan.

5.4.1.4   L-iżvilupp sostenibbli

5.4.1.4.1

Il-KESE jfakkar fl-Istrateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv mixtieqa mill-Kummissjoni (UE 2020; COM(2010) 2020 final), u jemmen li l-istrateġija Ewropea fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi mikro u nanoelettroniċi hija fil-qofol ta' dan is-suġġett.

5.4.1.4.2

Din għandha mill-bidu nett tirrikonoxxi li l-industrija li nixtiequ niżviluppaw diġà qed tipproduċi skart partikolari u ser tkompli tipproduċi iktar, u li mill-fażi ta' riċerka 'l quddiem, jeħtieġ li ċ-ċiklu tal-ħajja tal-mikro u nanomaterjali jiġi ġestjonat u finanzjat, speċjalment dawk il-materjali li huma manifatturati, kif ukoll is-sistemi li jużawhom (ara l-approċċ minn isfel għal fuq), b'mod speċjali peress li għadhom ma ġewx identifikati r-riskji kollha. Forsi ta' min jikkunsidra li d-Direttiva dwar it-tassazzjoni fuq l-enerġija (3) tiġi supplementata.

5.4.1.4.3

Il-KESE huwa tal-fehma li l-istrateġija industrijali proposta tista' tiġi kategorizzata bħala politika tax-xogħlijiet pubbliċi, u li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-iżvilupp sostenibbli.

5.4.1.5   Il-governanza

Għadd ta' Stati Membri kienu organizzaw dibattiti pubbliċi dwar din ir-rivoluzzjoni industrijali. Fl-aħħar tal-katina ta' valur, l-isfida hi li tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini-konsumaturi sabiex dawn jixtru prodotti Ewropej.

Għaldaqstant, il-KESE jitlob biex il-partijiet interessati jkunu involuti u biex jiġu diskussi l-kwistjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju u d-definizzjoni tal-innovazzjoni responsabbli. Li jitqiesu l-interess kollettiv u r-responsabbiltajiet tal-atturi, kif ukoll li jiġu identifikati l-kwistjonijiet u l-kunflitti ta' interess, għandu jgħin sabiex jinstabu soluzzjonijiet li huma soċjalment aċċettabbli għaċ-ċittadini li huma konxji mill-investimenti li qed jitfittxu u l-importanza strateġika tas-settur.

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  ĠU C 44, 15.2.2013, p. 88; ĠU C 54, 19.2.2011, p. 58.

(2)  COM (2011) 808 final, “Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020”.

(3)  COM(2011) 169 final.


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/181


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u b'mod partikolari l-Majott”

COM(2013) 577 final – 2013/0280 (CNS)

2014/C 67/37

Fit-12 ta’ Settembru, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u b'mod partikolari l-Majott

COM(2013) 577 final – 2013/0280 (CNS).

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu tas-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), b’149 vot favur, 3 voti kontra u 6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/182


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar l-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew”

COM(2013) 560 final – 2013/0271 (COD)

2014/C 67/38

Nhar l-10 ta’ Settembru 2013 u nhar is-6 ta’ Settembru 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 177 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar l-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew

COM(2013) 560 final — 2013/0271 (COD).

Il-Kumitat iddeċieda, matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu tas-16 u s-17 ta’ Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta’ Ottubru), b’ 149 vot favur, 3 voti kontra u 6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/183


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Abbozz ta' proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara aċċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika” Abbozz imressaq skont l-Artikolu 31 tat-Trattat tal-Euratom għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

COM(2013) 576 ABBOZZ

2014/C 67/39

Nhar is-6 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Abbozz ta' proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara aċċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika

COM(2013) 576 ABBOZZ.

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu tas-16 u s-17 ta’ Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta’ Ottubru 2013), b’149 vot favur, 3 voti kontra u 6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Henri MALOSSE


6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/184


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2014 sal-2020”

COM(2013) 552 final – 2013/0266 CNS

2014/C 67/40

Nhar is-16 ta’ Settembru 2013, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2014 sal-2020

COM(2013) 552 final — 2013/0266 CNS.

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m'hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu tas-16 u s-17 ta’ Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta’ Ottubru 2013), b'149 vot favur, 3 voti kontra u 6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Henri MALOSSE