ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CA2014.065.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 65A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
5 ta' Marzu 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

2014/C 065A/01

Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Londra)

1

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

5

 

6

 

11

 

19

 

21

 

26

 

27

 

30

(PL)

35

 

41

(DE/EN/FR)

42

 

43

 

46

 

47

 

48

 

55

 

56

 

60

 

62

 

65

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

5.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 65/1


REKLUTAĠĠ GĦALL-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI (LONDRA)

(2014/C 65 A/01)

L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu talbniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1). L-Aġenzija ġiet imwaqqfa f'Jannar tal-1995. Hija għanda ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, it-28 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.

Aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz ta' l-Internet; l-indirizz tal-website tagħna huwa http://www.ema.europa.eu/ema

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) qed torganizza proċeduri selezzjoni bl-għan li titfassal lista riserva għal:

 

EMA/CA/L/042: Analist tad-Data, Ġbir u Ġestjoni tad-Data, Data tan-Negozju u Dipartiment ta' Sostenn, Ġestjoni ta' Proċeduri u Taqsima ta' Sostenn tan-Negozju (Persunal Kuntrattwali, fit-tul, FG IV)

Kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista riżerva u, skont is-sitwazzjoni finanzjarja, jiġi offert lilhom kuntratt bħala Aġent Temporanju ħames snin, li jiġġedded, konformi mal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 56, 4.3.1968).

Il-post tal-impjieg ikun Londra.

Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżlanda jew tan-Norveġja jew tal-Liechtenstein, u jgawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini.

Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni tal-impjieg għandhom jitniżżlu mill-website tal-Aġenzija:

http://www.ema.europa.eu/ema taħt “Careers at the Agency”

L-applikazzjonijiet iridu jsiru b'mod elettroniku permezz tal-formoli disponibbli fuq il-website tal-Aġenzija. L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-formoli ta' applikazzjoni hija nofsillejl tal-5 ta' April 2014.

Jekk jogħġbok żomm f'moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta' applikazzjonijiet li tirċievi l-Aġenzija, meta jasal iż-żmien ta' l-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista' jinqalalha problemi biex tiproċessa ammonti kbar ta' data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li min japplika jibgħat l-applikazzjoni tiegħu ferm aktar qabel mid-data perentorja

Jekk tixtieq tirċievi l-avviżi tal-pubblikazzjonijiet impjiegi battala elettroniku jekk jogħġbok irreġistra online għal RSS fuq http://www.ema.europa.eu/ema taħt “RSS news feeds”.