ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.065.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 65

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
5 ta' Marzu 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 065/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7154 – World Fuel Services Corporation/Watson Petroleum Limited) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 065/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 065/03

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi fiż-żona ta' Katowice-Muchowiec

3

2014/C 065/04

Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi fiż-żona ta' Kamienna Góra

5

2014/C 065/05

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi fiż-żona ta' Bolesławiec

7

2014/C 065/06

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Emenda fl-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati

9

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7154 – World Fuel Services Corporation/Watson Petroleum Limited)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 65/01

Fit-28 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7154. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ Marzu 2014

2014/C 65/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3768

JPY

Yen Ġappuniż

140,20

DKK

Krona Daniża

7,4627

GBP

Lira Sterlina

0,82460

SEK

Krona Żvediża

8,8603

CHF

Frank Żvizzeru

1,2172

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,2485

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,369

HUF

Forint Ungeriż

311,15

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1865

RON

Leu Rumen

4,5183

TRY

Lira Turka

3,0520

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5392

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5244

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6847

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6411

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7469

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 474,47

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,9180

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,4564

HRK

Kuna Kroata

7,6525

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 957,11

MYR

Ringgit Malażjan

4,5049

PHP

Peso Filippin

61,639

RUB

Rouble Russu

49,7510

THB

Baht Tajlandiż

44,629

BRL

Real Brażiljan

3,2100

MXN

Peso Messikan

18,2977

INR

Rupi Indjan

85,1757


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

5.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/3


Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi fiż-żona ta' Katowice-Muchowiec

2014/C 65/03

Il-proċedura hija dwar l-għoti ta' konċessjonijiet għall-prospettar jew l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona ta' Katowice-Muchowiec, fil-provinċja ta' Śląskie:

Isem

Blokka Nru

tqassim tal-1992

X

Y

Katowice-Muchowiec

partijiet mill-blokki ta' konċessjoni Nri 391, 390, 370 u 371

266 197

501 754

265 724

506 014,5

260 088

506 567,5

259 871

505 435

258 890

503 837

258 456

502 559,5

258 728

501 887

258 723

500 964

261 713

499 310

263 780

497 189

L-applikazzjonijiet għandhom ikopru l-istess żona.

Applikazzjonijiet għal konċessjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru tal-Ambjent sa mhux aktar min-nofsinhar (12:00) ĦEĊ (Ħin tal-Ewropa Ċentrali)/ĦSEĊ (Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali) tal-aħħar jum tal-perjodu ta' 91 jum li jibda l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Applikazzjonijiet li jaslu se jiġu verifikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

it-teknoloġija proposta għax-xogħol (50 %);

(b)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (40 %);

(c)

il-miżata proposta għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt mill-minjieri (10 %)

Il-miżata minima għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt tal-minjieri għaż-żona ta' Katowice-Muchowiec huwa:

(1)

fil-każ tal-prospettar ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali:

tul perjodu bażi ta' tliet snin: PLN 10 000 fis-sena;

għar-raba' u l-ħames sena ta' validità ta' kuntratt ta' użufrutt tal-minjieri: PLN 10 000 fis-sena;

għas-sitt sena u s-snin ta' wara ta' validità ta' kuntratt ta' użufrutt tal-minjieri: PLN 10 000 fis-sena.

(2)

fil-każ tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali:

tul perjodu bażi ta' ħames snin: PLN 30 000 fis-sena;

għas-sitt, is-seba' u t-tmien sena ta' validità ta' kuntratt ta' użufrutt tal-minjieri: PLN 30 000 fis-sena;

għad-disa' sena u s-snin ta' wara ta' validità ta' kuntratt ta' użufrutt tal-minjieri: PLN 30 000 fis-sena.

L-applikazzjonijiet se jinfetħu fil-pubbliku fl-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru tal-Ambjent f'nofsinhar (12:00) ĦEĊ/ĦSEĊ fl-erbatax-il jum ta' ħidma wara l-iskadenza tad-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. Il-proċedura tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni se titlesta fi żmien perjodu ta' sitt xhur wara li tiskadi d-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu notifikazzjoni bil-miktub tar-riżultati tal-proċedura.

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu bil-Pollakk.

L-awtorità tal-liċenzji se toħroġ konċessjonijiet għall-prospettar jew l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali lill-applikant

L-impriża inkwistjoni għandu jkollha kemm drittijiet għall-użufrutt kif ukoll konċessjoni biex tkun tista' twettaq l-attivitajiet li jinvolvu l-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti tal-idrokarburi fil-Polonja.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ambjent fl-indirizz segwenti:

Ministerstwo Środowiska

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

L-informazzjoni tista' tinkiseb minn:

is-sit tal-internet tal-Ministeru għall-Ambjent:

http://www.mos.gov.pl

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych

Ministerstwo Środowiska

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Tel. +48 225792449

Faks +48 225792460

Posta elettronika: dgikg@mos.gov.pl

Approvat minn:

Sławomir BRODZIŃSKI

Sottosegretarju tal-Istat – Ġeoloġista Kap tal-Istat


5.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/5


Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi fiż-żona ta' Kamienna Góra

2014/C 65/04

Infetħet proċedura għall-għoti ta' konċessjonijiet għall-prospettar jew l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona ta' Kamienna Góra, fil-provinċja ta' Dolnośląskie:

Isem

Blokka Nru

sistema tal-1992

X

Y

Kamienna Góra

partijiet mill-blokki ta' konċessjoni Nri 325 u 345

349 319

300 848

349 107

306 849

343 477

306 754

341 847

304 690

323 972

303 906

326 766

291 990

331 443

291 238

332 810

291 635

335 327

291 640

341 910

296 000

345 706

297 530

L-applikazzjonijiet għandhom ikopru l-istess żona.

Applikazzjonijiet għal konċessjonijiet għandhom jitressqu quddiem il-Ministeru tal-Ambjent sa mhux aktar min-nofsinhar (12:00) ĦEĊ (Ħin tal-Ewropa Ċentrali )/ĦSEĊ (Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali) tal-aħħar jum tal-perjodu ta' 91 jum li jibda l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Applikazzjonijiet li jaslu se jiġu verifikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

it-teknoloġija proposta għax-xogħol (50 %);

(b)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (40 %);

(c)

il-miżata proposta għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt mill-minjieri (10 %)

Il-miżata minima għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt tal-minjieri għaż-żona ta' Kamienna Góra hija:

(1)

fil-każ tal-prospettar jew l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali:

tul perjodu bażi ta' tliet snin: PLN 28 920 fis-sena;

għar-raba' u l-ħames sena ta' validità ta' kuntratt ta' użufrutt tal-minjieri: PLN 34 704 fis-sena;

għas-sitt sena u s-snin ta' wara ta' validità ta' kuntratt ta' użufrutt tal-minjieri: PLN 40 488 fis-sena.

(2)

fil-każ tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali:

tul perjodu bażi ta' ħames snin: PLN 57 840 fis-sena;

għas-sitt, is-seba' u t-tmien sena ta' validità ta' kuntratt ta' użufrutt tal-minjieri: PLN 69 408 fis-sena;

għad-disa' sena u s-snin ta' wara ta' validità ta' kuntratt ta' użufrutt tal-minjieri: PLN 80 976 fis-sena.

L-applikazzjonijiet se jinfetħu fil-pubbliku fil-Ministeru tal-Ambjent f'nofsinhar (12:00) ĦEĊ/ĦSEĊ fl-erbatax-il jum ta' ħidma wara l-iskadenza tad-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. Il-proċedura tal-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet se titlesta fi żmien is-sitt xhur ta' wara l-għeluq tal-istadju tat-tressiq tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu notifikazzjoni bil-miktub tar-riżultati tal-proċedura.

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu bil-Pollakk.

L-awtorità tal-liċenzji se toħroġ konċessjonijiet għall-prospettar jew l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali lill-applikant ta' suċċess wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet rilevanti, u se tikkonkludi kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri miegħu.

L-impriża inkwistjoni għandu jkollha kemm drittijiet għall-użufrutt kif ukoll konċessjoni biex tkun tista' twettaq l-attivitajiet li jinvolvu l-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti tal-idrokarburi fil-Polonja.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ambjent fl-indirizz segwenti:

Ministerstwo Środowiska

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

It-tagħrif jista' jinkiseb minn:

is-sit tal-internet tal-Ministeru għall-Ambjent:

http://www.mos.gov.pl or

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych

Ministerstwo Środowiska

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Tel. +48 225792449

Faks +48 225792460

Posta elettronika: dgikg@mos.gov.pl

Approvat minn:

Sławomir BRODZIŃSKI

Sottosegretarju tal-Istat – Ġeoloġista Kap tal-Istat


5.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/7


Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi fiż-żona ta' Bolesławiec

2014/C 65/05

Il-proċedura hija dwar l-għoti ta' konċessjonijiet għall-prospettar jew l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona ta' Bolesławiec, fil-provinċja ta' Dolnośląskie:

Isem

Blokka Nru

tqassim tal-1992

X

Y

Bolesławiec

partijiet mill-blokki ta' konċessjoni Nri 283, 284, 303 u 304

390 035

261 236

391 144

265 370

384 706

275 169

375 127

275 228

375 112

271 279

378 564

267 125

380 290

269 173

381 547

268 603

384 648

263 805

382 381

261 758

374 966

261 699

374 717

238 951

381 869

237 401

383 858

243 295

382 800

245 292

382 309

251 445

381 741

252 330

382 013

253 537

383 201

254 843

381 884

255 389

379 046

258 138

386 549

264 047

L-applikazzjonijiet għandhom ikopru l-istess żona.

Applikazzjonijiet għal konċessjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru tal-Ambjent sa mhux aktar min-nofsinhar (12:00) ĦEĊ (Ħin tal-Ewropa Ċentrali)/ĦSEĊ (Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali) tal-aħħar jum tal-perjodu ta' 100 jum li jibda l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Applikazzjonijiet li jaslu se jiġu verifikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

it-teknoloġija proposta għax-xogħol (50 %);

(b)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (40 %);

(c)

il-miżata proposta għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt mill-minjieri (10 %)

Il-miżata minima għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt tal-minjieri għaż-żona ta' Bolesławiec hija:

(1)

fil-każ tal-prospettar ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali:

tul perjodu bażi ta' tliet snin: PLN 32 706 fis-sena;

għar-raba' u l-ħames sena ta' validità ta' kuntratt ta' użufrutt tal-minjieri: PLN 39 247 fis-sena;

għas-sitt sena u s-snin ta' wara ta' validità ta' kuntratt ta' użufrutt tal-minjieri: PLN 45 788 fis-sena.

(2)

fil-każ tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali:

tul perjodu bażi ta' ħames snin: PLN 65 412 fis-sena;

għas-sitt, is-seba' u t-tmien sena ta' validità ta' kuntratt ta' użufrutt tal-minjieri: PLN 78 494 fis-sena;

għad-disa' sena u s-snin ta' wara ta' validità ta' kuntratt ta' użufrutt tal-minjieri: PLN 91 577 fis-sena;

L-applikazzjonijiet se jinfetħu fil-pubbliku fl-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru tal-Ambjent f'nofsinhar (12:00) ĦEĊ/ĦSEĊ fl-erbatax-il jum ta' ħidma wara l-iskadenza tad-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. Il-proċedura tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni se titlesta fi żmien perjodu ta' sitt xhur wara li tistakdi d-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu notifikazzjoni bil-miktub tar-riżultati tal-proċedura.

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu bil-Polakk.

L-awtorità tal-liċenzji se toħroġ konċessjonijiet għall-prospettar jew l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali lill-applikant ta' suċċess wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet relevanti, u se tikkonkludi kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri miegħu.

L-impriża inkwistjoni għandu jkollha kemm drittijiet għall-użufrutt kif ukoll konċessjoni biex tkun tista' twettaq l-attivitajiet li jinvolvu l-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti tal-idrokarburi fil-Polonja.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ambjent fl-indirizz segwenti:

Ministry of the Environment

Geology and Geological Concessions Department

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

L-informazzjoni tista' tinkiseb minn:

is-sit tal-internet tal-Ministeru għall-Ambjent:

http://www.mos.gov.pl

Geology and Geological Concessions Department

Ministry of the Environment

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Tel. +48 225792449

Faks +48 225792460

Posta elettronika: dgikg@mos.gov.pl

Approvat minn:

Sławomir BRODZIŃSKI

Sottosegretarju tal-Istat – Ġeoloġista Kap tal-Istat


5.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/9


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Emenda fl-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati

2014/C 65/06

Stat Membru

Spanja

Rotta kkonċernata

Menorca–Madrid

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

l-4 ta’ Lulju 2012

Data tad-dħul fis-seħħ tal-bidliet

it-30 ta’ Marzu 2014

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe tagħrif jew dokumentazzjoni oħra b'rabta mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Ministerio de Fomento

Dirección General de Aviación Civil

Subdirección General de Transporte Aéreo

Paseo de la Castellana, 67

28071 Madrid

ESPAÑA

Tel. +34 915978454

Faks +34 915978643

Posta elettronika: osp.dgac@fomento.es

Ir-rotta soġġetta għall-obbligi tas-servizz pubbliku tista' tiġi operata fuq bażi ta' aċċess ħieles għall-kompetizzjoni skont il-kundizzjonijiet il-ġodda mit-30 ta' Marzu 2014. Jekk f'perjodu ta' 15-il jum kalendarju mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-ebda trasportatur tal-ajru ma jissottometti programm ta' servizzi konformi mal-obbligi imposti tas-servizz pubbliku, l-aċċess se jiġi ristrett għal trasportatur wieħed tal-ajru permezz tal-proċedura tal-offerti pubbliċi korrispondenti, f'konformità mal-Artikolu 16(9) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.