ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.064.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 64

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
4 ta' Marzu 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Assemblea Parlamentari Konġunta tal-Ftehim ta' Sħubija konkluż bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra
Fis-26 laqgħa f'Addis Ababa (fl-Etjopja) bejn il-25 u s-27 ta' Novembru 2013.

2014/C 064/01

Minuti tas-seduta tat-Tnejn, 27 ta' Novembru 2013

1

2014/C 064/02

Minuti tas-seduta tat-Tlieta, 26 ta' Novembru 2013

5

2014/C 064/03

Minuti tas-seduta tal-Erbgħa, 27 ta' Novembru 2013

8

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' Konsultazzjoni

***

Proċedura ta' Approvazzjoni

***I

Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Abbrevjazzjonijiet użati għall-kumitati parlamentari

AFET

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

DEVE

Kumitat għall-Iżvilupp

INTA

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

BUDG

Kumitat għall-Baġit

CONT

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

ECON

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

EMPL

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

ENVI

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurtà tal-Ikel

ITRE

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

IMCO

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

TRAN

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

REGI

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjunali

AGRI

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

PECH

Kumitat għas-Sajd

CULT

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

JURI

Kumitat għall-Affarijiet Legali

LIBE

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

AFCO

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

FEMM

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi

PETI

Kumitat għall-Petizzjonijiet

DROI

Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem

SEDE

Sottokumitat għas-Sigurtá u d-Difiża

Abbrevjazzjonijiet użati għall-gruppi politiċi

PPE

Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Demokratiċi Kristjani)

S&D

Grupp tal-Allejanza Progressiva tas-Socjalisti u d-Demokratici fil-Parlament Ewropew

ALDE

Grupp tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa

Verts/ALE

Grupp tal-Ħodor/Alleanza Liberali Ewropea

ECR

Konservattivi u Riformisti Ewropej

GUE/NGL

Grupp Konfederali tax-Xellug Magħqud Ewropew — Xellug Aħdar Nordiku

EFD

Grupp għall-Ewropa Ħielsa u Demokratika

NI

Membri mhux Affiljati

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA Assemblea Parlamentari Konġunta tal-Ftehim ta' Sħubija konkluż bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra Fis-26 laqgħa f'Addis Ababa (fl-Etjopja) bejn il-25 u s-27 ta' Novembru 2013.

4.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/1


MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TNEJN, 27 TA' NOVEMBRU 2013

2014/C 64/01

Werrej

Seduta inawgurali formali

Seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Akkreditament tar-rappreżentanti mhux parlamentari

1.

Adozzjoni tal-aġenda (AP101.510)

2.

Approvazzjoni tal-minuti tal-aħħar żewġ seduti tal-25 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta (ĠU C 328, 12 ta' Novembru 2013)

3.

Avviżi tal-Kopresidenti, inklużi d-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tal-Bureau tas-24 ta' Novembru 2013

4.

Dikjarazzjoni mis-Sur Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-iżvilupp

5.

Dibattitu ma' Andris Piebalgs, membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-iżvilupp “Catch-the-eye”

6.

Ħin għall-mistoqsijiet mal-Kummissjoni Ewropea

7.

Azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati fil-25 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

8.

Il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u trijangolari opportunitajiet u sfidi għall-pajjiżi AKP

MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TNEJN 25 TA' NOVEMBRU 2013

(Is-seduta nfetħet fil-11.00)

Seduta inawgurali formali

Indirizzaw l-Assemblea dawn li ġejjin:

Abadula Gemeda Dago, Kelliem tal-Kamra tad-Deputati tal-Popli tal-Etjopja, Joyce Laboso, Kopresident tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, Patrice Tirolien, Viċi President tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, u Hailemariam Dessalegn, Prim Ministru tal-Etjopja.

(Is-seduta ġiet aġġornata fis-12.40 u kompliet fit-15.10)

PRESIDENZA: Joyce LABOSO

Kopresident

Seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Il-Kopresident laqa' lill-parteċipanti kollha.

Kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Il-Kopresident ħabbret li l-lista tal-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, kif imgħoddija mill-awtoritajiet tal-Istati tal-AKP u l-Parlament Ewropew, kienet se tkun annessa mal-minuti.

Akkreditament tar-rappreżentanti mhux parlamentari

Il-Kopresident ħabbret li żewġ talbiet għal akkreditament ta' rappreżentanti mhux parlamentari kienu riċevuti skont l-Artikolu 17(1) tal-Ftehim ta' Cotonou u l-Artikolu 1(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, minħabba każijiet eċċezzjonali ta' forza maġġuri. Dawn ir-rappreżentanti jiġu reġistrati u l-ismijiet tagħhom elenkati f'anness mal-minuti.

1.   Adozzjoni tal-aġenda (AP101.510)

L-aġenda ġiet adottata kif tidher f'dawn il-minuti.

2.   Approvazzjoni tal-minuti tal-aħħar żewġ seduti tal-25 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta (ĠU C 328, 12 ta' Novembru 2013)

Il-minuti ġew approvati.

3.   Avviżi tal-Kopresidenti, inklużi d-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tal-Bureau tas-24 ta' Novembru 2013

Il-Kopresident irrapporta dwar ir-riżultati tal-laqgħa tal-Bureau tal-24 ta' Novembru 2013.

Ittieħdu d-deċiżjonijiet li ġejjin:

a)

Il-kumitati permanenti jabbozzaw ir-rapporti li ġejjin:

 

Kumitat għall-Affarijiet Politiċi

Sfidi ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali fl-Istati ta' wara l-kunflitti u wara l-kriżijiet

 

Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ

Żvilupp strateġiku tas-settur privat, inklużi l-innovazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u inklussiv

 

Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent

Konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-mortalità infantili u l-malnutrizzjoni fil-pajjiżi AKP

b)

Abbozzi ta' emendi għar-Regoli ta' Proċedura se jiġu ppreżentati lill-Assemblea għall-adozzjoni.

c)

Il-11-il laqgħa reġjonali kellha se ssir mit-12-14 ta' Frar 2014 f'Louis Port (Mawrizju).

d)

Missjoni għal ġbir ta' informazzjoni fiż-Żimbabwe għandha tiġi organizzata fid-29-31 ta' Jannar 2014

e)

Missjoni ta' osservazzjoni elettorali għandha tintbagħat fil-Madagaskar sabiex josservaw it-tieni ċiklu ta' elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi fl-20 ta' Diċembru 2013.

f)

Abbozzi ta' emendi dwar il-kooperazzjoni bejn l-Assemblea u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew se jiġu ppreżentati lill-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi għall-konsultazzjoni permezz ta' proċedura bil-miktub.

g)

L-Unjoni Interparlamentari tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IPU-IGAD) jingħataw status ta' osservatur fl-Assemblea.

h)

Is-27 sessjoni tal-APK se ssir fi Strasburgu mis-17-19 ta' Marzu 2014, u t-28 sessjoni fil-Vanwatu fl-1-3 ta' Diċembru 2014.

Kelliema: Michèle Rivasi u Michael Gahler

Il-Kopresident ħabbret is-sostituti li ġejjin:

għall-emendi għall-riżoluzzjonijiet ta' kompromess (dwar is-sigurtà fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar u dwar is-sitwazzjoni fl-arċipelagu tal-Komoros): It-Tlieta 26 ta' Novembru 2013 f'12.00.

għal talbiet relatati mal-metodi tal-votazzjoni: l-Erbgħa 27 ta' Novembru 2013 fl-10.00, bil-miktub.

4.   Dikjarazzjoni mis-Sur Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-iżvilupp

Andris Piebalgs, membru tal-Kummissjoni Ewropea b'responsabilità għall-iżvilupp, eżamina l-progress li sar biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) b'ħarsa lejn l-qafas tal-iżvilupp ta' wara l-2015, u fl-ippjanar għas-seba' snin li ġejjin. Huwa enfasizza li l-ġlieda kontra l-faqar u l-ġlieda għas-sostenibbiltà kienu żewġ naħat tal-istess munita. Kien neċessarju sett wieħed ta' objettivi u dawn jeħtieġu kuntratt globali ġdid li jinvolvu l-gvernijiet, l-individwi, is-soċjetà ċivili u s-settur privat. Il-Kummissarju Piebalgs għamilha ċara li l-Unjoni Ewropea baqgħet impenjata bħalma dejjem kienet sabiex tagħmel dak kollu fil-poter tagħha biex tbiddel l-MDGs f'realtà sal-2015. Huwa laqa' l-eżitu tal-Avveniment Speċjali tal-MDGs tan-NU li saret fi New York f'Settembru 2013.

5.   Dibattitu ma' Andris Piebalgs, membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-iżvilupp “Catch-the-eye”

L-iskambju ta' fehmiet iffoka fuq suġġetti fosthom: il-ġeneru u l-mutilazzjoni ġenitali femminili, l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali bħala parti mill-aġenda ta' wara l-2015; strateġija għall-ħolqien tal-impjiegi; is-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni; il-bijofjuwils finanzjament għall-iżvilupp; l-aċċess għall-enerġija rinnovabbli; il-koordinament tad-donaturi tal-UE; l-isforzi min-naħa tal-Etjopja biex tnaqqas il-mortalità infantili; il-koeffiċjent tat-tqassim u d-divrenzjar fil-qafas tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), l-impenji rigward il-finanzjament meħtieġ biex jintlaħqu l-MDGs; u l-qagħda preżenti fir-rigward tal-ftehimiet ta' sħubija ekonomika

Kelliema: Ana Gomes, Christophe Lutundula (Repubblika Demokratika tal-Kongo), Abdourahamane Chegou (Niġer), Komi Selom Klassou (Togo), Michèle Rivasi, Tesfaye Daba (Etjopja), Gay Mitchell, Nita R.K. Deerpalsing (Mawrizju), Olle Schmidt, Mariya Gabriel, Maria Da Graça Carvalho, Horst Schnellhardt, Christa Klaß, Adjedoue Weidou (Ċad), Ana Rita Geremias Sithole (Możambik), Alban Sumana Kingsford Bagbin (Gana), Odirile Motlhale (il-Botswana), Boniface Yehouetome (Benin), Philippe Boulland, Makhosini Hlongwane (Żimbabwe), Joseph Hyacinthe Owona Kono (Kamerun), Mo-Mamo Karerwa (Burundi) and Lucie Milebou (Gabon)

Il-Kummissarju Piebalgs wieġeb il-mistoqsijiet imqajma mill-membri skont il-proċedura “catch the eye”.

6.   Ħin għall-mistoqsijiet mal-Kummissjoni Ewropea

Total ta' 21 mistoqsija tressqu lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni preċedentement wieġbet il-mistoqsijiet bil-miktub. Il-Kummissarju ta tweġibiet orali għall-mistoqsijiet supplimentari mressqa mill-awturi li ġejjin:

 

Mistoqsija nru 1 ta' Derek Vaughan dwar it-tibdil fil-klima u l-finanzjament tal-MDGs;

 

Mistoqsija nru 2 ta' Miguel Angel Martínez Martínez dwar il-mod kif jiġu integrati l-iżvilupp sostenibbli u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-pajjiżi AKP fl-aġenda ta' wara l-2015;

 

Mistoqsija nru 5 ta' Enrique Guerrero Salom dwar l-UE u l-Afrika u l-istrateġiji tal-UE-Saħel;

 

Mistoqsija nru 6 ta' Ana Gomes dwar ir-repressjoni tal-libertà tal-midja u l-kontestazzjoni politika fl-Angola;

 

Mistoqsija nru 7 ta' Mariya Gabriel dwar il-ġlieda kontra l-Lord's Resistance Army;

 

Mistoqsija nru 8 ta' Olle Schmidt dwar it-traffikar tal-bniedem u l-migrazzjoni irregolari;

 

Mistoqsija nru 10 ta' Marielle de Sarnez (sostitwita minn Niccolò Rinaldi) dwar il-ġlieda kontra l-malnutrizzjoni infantili;

 

Mistoqsija nru 12 ta' Fiona Hall dwar il-finanzjament tal-immunizzazzjoni fl-Afrika;

 

Mistoqsija nru 13 ta' Michèle Rivasi dwar it-trasparenza ta' sħubijiet pubbliċi-privati fil-qasam tal-vaċċini;

 

Mistoqsija nru 14 ta' Jo Leinen dawr l-akkapparrar tal-artijiet: implimentazzjoni ta' Linji Gwida Volontarji tan-NU dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti;

 

Mistoqsija nru 15 ta' Catherine Bearder dwar il-biofjuwils u d-drittijiet ta' titolu għal art;

 

Mistoqsija nru 18 ta' Gay Mitchell dwar ir-reżistenza u it-tnaqqis tar-riskji ta' diżastri fil-pajjiżi AKP;

 

Mistoqsija nru 19 ta' Lautafi F.S. Purcell (Samoa) dwar il-futur tal-grupp ta' Stati AKP;

 

Mistoqsija nru 20 ta' Patrice Tirolien dwar is-sħubija UE-AKP wara l-2020;

 

Mistoqsija nu 21 ta' Michael Cashman (sostitwit minn Derek Vaughan) fit-tielet reviżjoni tal-Ftehim ta' Cotonou.

L-awturi tal-mistoqsijiet nri 3, 4, 11 u 17 ma kellhom l-ebda mistoqsija supplimentari.

L-awturi tal-mistoqsijiet nri 9 u 16 ma kinux preżenti.

7.   Azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati fil-25 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Dokument dwar is-segwitu tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' Brussell kienu ġew inklużi fid-dossier

8.   Il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u trijangolari opportunitajiet u sfidi għall-pajjiżi AKP

Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ

Korapporteurs: Elvis Mutiri wa Bashara (Repubblika Demokratika tal-Kongo) u Jean-Jacob Bicep

Jean-Jacob Bicep ippreżenta ir-rapport f'isem iż-żewġ korapporteurs.

Kelliema: Christophe Lutundula (Repubblika Demokratika tal-Kongo), Andre R. Worrel (Barbados), Hans-Peter Mayer, Joseph Hyacinthe Owona Kono (Kamerun), Marlene Mizzi, Niccolò Rinaldi, Netty Baldeh (Gambja), François Alfonsi, Peter Štastný, Dharamkumar Seeraj (Gujana), Christina Gutierrrez-Cortines, Nita R.K. Deerpalsing (Mawrizju), Piet Van der Walt (Namibja), Adjedoue Weidou (Ċad), Makhosini Hlongwane (Żimbabwe) and Peter Craig-Mcquaide (Kummissjoni Ewropea)

Il-Membri enfasizzaw l-importanza ta' forom ġodda ta' kooperazzjoni li jippermettu lill-pajjiżi emerġenti jiżvolġu rwol akbar fid-dawl li l-għajnuna għall-iżvilupp dejjem aktar baxxa u l-ħtieġa li jitgħallmu mill-esperjenzi tagħhom. Il-Membri, madankollu, enfasizzaw li sabiex din il-kooperazzjoni iġġib żvilupp sostenibbli ta' terminu twil u tikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku, huwa meħtieġ li tkun akkumpanjata minn trasferiment ta' teknoloġija u kompetenzi. Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jaqdu rwol ċentrali f'din il-kooperazzjoni.

(Is-seduta ntemmet fis-18.35)

Joyce LABOSO

Patrice TIROLIEN

Kopresidenti

Alhaj Muhammad MUMUNI u

Luis Marco AGUIRIANO NALDA

Kosegretarji Ġenerali


4.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/5


MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TLIETA, 26 TA' NOVEMBRU 2013

2014/C 64/02

Werrej

1.

Tema urġenti nru 1: Sigurtà fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar

2.

Rispett għall-istat tad-dritt u r-rwol ta' ġudikatura imparzjali u indipendenti

3.

Il-kooperazzjoni istituzzjonali bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea

4.

L-impatti soċjali u ambjentali tal-pastoraliżmu għall-pajjiżi tal-AKP

5.

Lejn governanza ġdida għall-finanzjament tal-iżvilupp:

i.

L-użu tar-riżorsi naturali

ii.

Ir-riforma fiskali u r-ridistribuzzjoni tal-ġid

iii.

Il-kooperazzjoni deċentralizzata

6.

Kwistjonijiet varji

MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TLIETA, 26 TA' NOVEMBRU 2013

(Is-seduta nfetħet fid-09.15)

PRESIDENZA: Louis MICHEL

Kopresident

1.   Tema urġenti nru 1: Sigurtà fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar

Jose Costa Pereira (SEAE) għamel preżentazzjoni dwar is-sigurtà fir-reġjun tal-Lagi Kbar.

Kelliema: Mariya Gabriel, Laurent Ngon-Baba (Repubblika Ċentru-Afrikana), Norbert Neuser, Christophe Lutundula (Repubblika Demokratika tal-Kongo), Fiona Hall, Tesfaye Daba (Etjopja), Mo-Mamo Karerwa (Burundi), Jean-Jacob Bicep, Adjedoue Weidou (Ċad), Jacob Oulanyah (Uganda), Dambert René Ndouane (Repubblika tal-Kongo), Slavi Binev, Simon Vuwa Kaunda (Malawi), Hans-Peter Mayer, Mohammed Mukhtar Ahmed (Niġerja), Louis Michel u Ana Gomes

Il-kelliema laqgħu l-iżviluppi reċenti fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b'mod partikolari t-telfa tal-moviment M23. . Il-Membri enfasizzaw, madankollu, li soluzzjoni purament militari ma kinitx biżżejjed, u enfasizzaw it-tħassib tagħhom rigward il-kriżi umanitarja u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem (b'mod partikolari kontra n-nisa u t-tfal). Il-kelliema nnotaw l-bżonn li l-Gvern tar-RDK jintroduċi riformi politiċi u istituzzjonali wiesgħa, b'mod partikolari fis-settur tas-sigurtà. Dan ikun jeħtieġ impenn sostnut tal-komunità internazzjonali, kif previst mill-Ftehim Qafas iffirmat fi Frar 2013. Kien hemm ukoll il-bżonn ta' prevenzjoni ta' sakkeġġ ta' riżorsi naturali għall-fjuwil tal-kunflitt fir-RDK u fil-Lagi l-Kbar.

2.   Rispett għall-istat tad-dritt u r-rwol ta' ġudikatura imparzjali u indipendenti

Kumitat għall-Affarijiet Politiċi

Korapporteurs: Dharamkumar Seeraj (Gujana) u Filip Kaczmarek

Filip Kaczmarek and Dharamkumar Seeraj (Guyana) ippreżenta r-report. Dharamkumar Seeraj (il-Gujana) u Filip Kaczmarek

Kelliema: Mariya Gabriel, Achille Marie Joseph Tapsoba (Burkina Faso), Juan Fernando Lopez Aguilar, Laurent Ngon-Baba (Repubblika Ċentru-Afrikana), Olle Schmidt, Nita R. K. Deerpalsing (Mawrizju), François Alfonsi, Tesfaye Daba (Etjopja), Alban Sumana Kingsford Bagbin (Gana), Moses Y. Kollie (Liberja), Hans-Peter Mayer, Abdourahamane Chegou (Niġer), Derek Vaughan, Adjedoue Weidou (Ċad), Ana Gomes, Komi Selom Klassou (Togo), Jacob Oulanyah (l-Uganda), Joyce Laboso (Kenja) u Francesca Mosca (Kummissjoni Ewropea)

Il-Membri enfasizzaw l-importanza li jinstab bilanċ bejn il-poter leġiżlattiv, eżekuttiv u ġudizzjarju u enfasizzaw l-konsegwenzi ta' nuqqas ta' rispett tal-istat tad-dritt, f'termini ta' korruzzjoni, nuqqas ta' investiment u tnaqqis ekonomiku. Huma insistew fuq il-ħtieġa għal proċedura ta' ħatra indipendenti u sistema dixxiplinari għall-imħallfin u l-prosekuturi u ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li ġudikatura kompetenti tkun ir-riżultat ta' proċess fit-tul li jirrikjedi edukazzjoni ċivika sistematika minn età bikrija ħafna. Il-Membri ħeġġew l-iskambju ta' prattiki tajba fost il-pajjiżi AKP b'esperjenza ta' sitwazzjonijiet simili u talbu għajnuna kontinwa fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet.

Il-korapporteurs Dharamkumar Seeraj (Gujana) and Filip Kaczmarek għalqu d-dibattitu.

Francesca Mosca (Kummissjoni Ewropea) għamlet r-rimarki konklużivi

3.   Il-kooperazzjoni istituzzjonali bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea

Dibattitu ċentrali

Erastus Mwencha, Viċi President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, għamel preżentazzjoni dwar il-kooperazzjoni istituzzjonali bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea.

Kelliema: Gay Mitchell, Ana Gomes, Olle Schmidt, Adjedoue Weidou (Ċad), Jean-Jacob Bicep, Slavi Binev, Peter Štastný, Jo Leinen, Tesfaye Daba (Etjopja), Mariya Gabriel, James Kembi-Gitura (Kenja)

Għalkemm l-Unjoni Afrikana m'għandhiex neċessarjament issegwi l-mudell tal-Unjoni Ewropea eżattament, il-prinċipji fundamentali, bħaż-żieda fil-interdipendenza bejn l-Istati Membri u s-solidarjetà fil-livelli kollha, għandhom jiġu segwiti. Ċerti Membri ddispjaċihom li l-għajnuna ma ntefqitx b'mod effikaċi u li l-valuri komuni li fuqhom is-sħubija kienet ibbażata ma kinux qed jitqiegħdu fil-prattika. Uħud enfasizzaw il-kumplessità ta' pjattaformi multipli b'ġeografija varjabbli. Il-Membri tal-AKP assiguraw lill-kollegi tagħhom li jekk jitjiebu r-relazzjonijiet mas-sħab il-ġodda din ma tfixkilx is-sħubija tagħhom mal-Unjoni Ewropea li ilha stabbilita. Il-Membri ħeġġew ukoll il-kooperazzjoni eqreb dwar kwistjonijiet globali bħall-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima.

Erastus Mwencha wieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-Membri.

Francesca Mosca (Kummissjoni Ewropea) u Jose Costa Pereira (SEAE) ikkonkludew id-dibattitu.

(Is-seduta ġiet aġġornata fil-12.15 u kompliet fit-15.08)

PRESIDENZA: Joyce LABOSO

Kopresident

4.   L-impatti soċjali u ambjentali tal-pastoraliżmu għall-pajjiżi tal-AKP

Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent

Korapporteurs: Abdourahamane Chégou (Niġer) u Fiona Hall

Fiona Hall u Abdourahamane Chégou (Niġer) ippreżentaw ir-rapport.

Kelliema: Boniface Yehouetome (Benin), Horst Schnellhardt, Norbert Neuser, Catherine Bearder, Michèle Rivasi, Selom Klassou (Togo), Edit Bauer, Christa Klaß u Peter Craig-McQuaide (Kummissjoni Ewopea)

Il-Membri enfasizzaw l-importanza tal-pastoraliżmu u l-kontribut tiegħu mhux biss għall-ekonomiji tal-pajjiżi Afrikani, iżda wkoll għas-setturi importanti bħas-saħħa, l-ambjent u s-sigurtà tal-ikel. Il-Membri enfasizzaw ukoll ir-rwol fundamentali tal-pastoraliżmu bħala stil ta' ħajja u l-assoċjazzjoni tiegħu mal-valuri kulturali u tradizzjonali li tmur lura mijiet ta' snin.

Il-korapporteurs ikkonkludew id-dibattitu.

5.   Lejn governanza ġdida għall-finanzjament tal-iżvilupp:

Dibattitu mingħajr riżoluzzjoni

i.   L-użu tar-riżorsi naturali

Kelliema: Louis Michel, Boniface Yehouetome (Benin), Horst Schnellhardt, Achille Marie Joseph Tapsoba (Burkina Faso), Patrice Tirolien, Joseph Hyacinthe Owona Kono (Kamerun), Fiona Hall, Tesfaye Daba (Etjopja), Michèle Rivasi, Ana Rita Geremias Sithole (Możambik), Slavi Binev, Abdourahamane Chegou (Niġer), Christa Klaß, Adjedoue Weidou (Ċad), Makhosini Hlongwane (Żimbabwe) u Peter Craig-McQuaide (Kummissjoni Ewropea)

Il-Membri stiednu lill-parlamenti jżommu lill-gvernijiet responsabbli sabiex jimmassimizzaw l-benefiċċji għaċ-ċittadini tal-estrazzjoni ta' riżorsi naturali. Huma enfasizzaw ukoll l-importanza taż-żieda tat-trasparenza u tal-promozzjoni ta' governanza tajba sabiex jiġu miġġielda l-korruzzjoni, l-evażjoni tat-taxxa u ħruġ finanzjarju illeċitu ieħor.

ii.   Ir-riforma fiskali u r-ridistribuzzjoni tal-ġid

Anthony Mothae Maruping, Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi tal-Unjoni Afrikana, għamel preżentazzjoni dwar ir-riforma fiskali u r-ridistribuzzjoni tal-ġid.

Kelliema: Edit Bauer, Ole Christensen, Niccolò Rinaldi, François Alfonsi, Abdikadir Aden (Kenja), Slavi Binev, Abdourahamane Chegou (Niġer), Virgilio de Fontes Pereira (Angola), Makhosini Hlongwane (Żimbabwe), Louis Michel, Ana Gomes u Peter Craig-McQuaide (Kummissjoni Ewropea)

Il-Membri enfasizzaw l-importanza li jiġu stabbiliti sistemi effikaċi ta' taxxa u infurzar tal-leġiżlazzjoni sabiex jiġi żgurat li jinġabar id-dħul, kontrabilizzat u allokat b'mod effiċjenti u ekwu għall-benefiċċju taċ-ċittadini u għamlu appell għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u inklużiv u l-qerda tal-faqar.

Anthony Mothae Maruping ikkonkluda d-dibattitu.

iii.   Il-kooperazzjoni deċentralizzata

Jalal Abdel-Latif, Kummissjoni Ekonomika għall-Afrika tan-NU, għamel preżentazzjoni dwar il-kooperazzjoni deċentralizzata.

Il-Membri enfasizzaw il-valur miżjud tal-kooperazzjoni deċentralizzata bħala mezz ta' trawwim ta' approċċi parteċipattivi mmirati biex jippromwovu s-sjieda u l-għoti ta' setgħa permezz tal-involviment, pereżempju, tas-soċjetà ċivili fil-varji forom tagħha. Enfasizzaw ukoll il-kontribut importanti li kooperazzjoni bħal din kienet għamlet għat-tnaqqis tal-faqar u l-kisba tal-MDGs, b'inqas riżorsi minn dawk ta' donaturi multilaterali u bilaterali. Madankollu, sabiex tirnexxi l-kooperazzjoni deċentralizzata, kien meħtieġ appoġġ politiku qawwi u dejjiem. L-appoġġ baġitarju deċentralizzat kien enfasizzat bħala strument li jista' jippermetti d-distribuzzjoni tal-għajnuna meta l-appoġġ baġitarju favur il-gvern ċentrali ikun ġie sospiż.

Kelliema: Horst Schnellhardt, Myriam Ouedraogo Zare (Burkina Faso), Norbert Neuser, Catherine Bearder, Abdikadir Aden (Kenja), Ana Rita Geremias Sithole (Możambik), Abdourahamane Chegou (Niġer), Peter Šťastný, Selom Klassou (Togo) u Louis Michel

Peter Craig-Mcquaide (Kummissjoni Ewropea) għalaq id-dibattitu.

6.   Kwistjonijiet varji

Kopresident Louis Michel ħabbar li ż-żewġ Kopresidenti ngħataw l-awtorizzazzjoni biex iżuru ħabs f'Addis Ababa fis-27 ta' Novembru 2013.

(Is-seduta ntemmet fis-18.30)

Joyce LABOSO

Louis MICHEL

Kopresidenti

Alhaj Muhammad MUMUNI u

Luis Marco AGUIRIANO NALDA

Kosegretarji Ġenerali


4.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/8


MINUTI TAS-SEDUTA TAL-ERBGĦA, 27 TA' NOVEMBRU 2013

2014/C 64/03

Werrej

1.

Rwol tal-ekonomija ekoloġika fl-iżgurar tal-iżvilupp sostenibbli fl-Etjopja

2.

Dikjarazzjoni ta' Rolandas Krisciunas, Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Litwanja u l-President fil-kariga tal-Kunsill tal-UE

3.

Dikjarazzjoni ta' Fonotoe Luafesili Pierre Lauofo, Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u Kummerċ ta' Samoa u President fil-kariga tal-Kunsill AKP

4.

Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill

5.

Dibattitu mal-Kunsill “Catch-the-eye”

6.

Tema urġenti nru 2: Is-sitwazzjoni fl-arċipelagu tal-Komoros

7.

Approvazzjoni tal-minuti tas-seduta tat-Tnejn 25 ta' Novembru, 2013

8.

Rapport dwar l-10 Laqgħa Reġjonali (Reġjun tal-Afrika tal-Punent) li saret f'Abuja (fin-Niġerja) mis-17 sad-19 ta' Lulju 2013 – rapport tal-Kopresidenti

9.

Sinteżi tar-rapporti mil-laqgħat tas-sessjoni ta' ħidma

10.

Approvazzjoni tal-minuti tas-seduti ta' filgħodu u ta' waranofsinhar tat-Tlieta 26 ta' Novembru, 2013

11.

Il-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili

12.

Ksib tal-MDGs fl-Afrika

13.

Rapport tas-sħab ekonomiċi u soċjali

14.

Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti ppreżentati mit-tliet kumitati permanenti

15.

Votazzjoni dwar mozzjonijiet għal riżoluzzjoni urġenti

16.

Votazzjoni dwar l-emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE

17.

Kwistjonijiet varji

18.

Data u post tas-27 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Anness I

Lista alfabetika tal-membri tal-assemblea parlamentari konġunta

Anness II

Reġistru ta 'attendenza fis-sessjoni f'addis ababa (fl-etjopja) 25-27 ta' Novembru 2013

Anness III

Akkreditament tad-delegati mhux parlamentari

Anness IV

Testi adottati

Ir-riżoluzzjoni dwar ir-rispett tal-istat tad-dritt u r-rwol ta' ġudikatura imparzjali u indipendenti (ACP-UE/101.521/13/fin.)

Ir-riżoluzzjoni dwar il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni trijangolari: opportunitajiet u sfidi għall-pajjiżi AKP (ACP-UE/101.516/13/fin.)

Ir-riżoluzzjoni dwar l-impatti soċjali u ambjentali tal-pastoraliżmu għall-pajjiżi AKP (ACP-UE/101.526/13/fin.)

Ir-riżoluzzjoni dwar is-sigurtà fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar (ACP-UE/101.541/13/fin.)

Emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-APK (AP101.347)

MINUTI TAS-SEDUTA TAL-ERBGĦA, 27 TA' NOVEMBRU 2013

(Is-seduta nfetħet fid-09.10)

PRESIDENZA: Louis MICHEL

Kopresident

1.   Rwol tal-ekonomija ekoloġika fl-iżgurar tal-iżvilupp sostenibbli fl-Etjopja

Skambju ta' fehmiet ma' Dessalegne Mesfin (Viċi Direttur Ġenerali, Awtorità tal-Protezzjoni Ambjentali tal-Etjopja)

Dessalegne Mesfin spjega l-isfidi ewlenin li qiegħda tħabbar wiċċha magħhom l-Etjopja rigward it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju u ppreżenta l-miżuri adottati mill-Gvern tal-Etjopja biex jittaffa l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiż u tiġi promossa ekonomija ekoloġika. Il-Membri ferħu lill-Etjopja għall-pjanijiet ambizzjużi tagħha biex tindirizza t-tibdil fil-klima, iżda enfasizzaw ukoll il-ħtieġa għall-gvern biex jadotta miżuri li jirrispettaw d-drittijiet tal-popolazzjoni tal-Etjopja.

Kelliema: Gay Mitchell, Jo Leinen, Fiona Hall, Michèle Rivasi, Edit Bauer, Ana Gomes u Louis Michel

Dessalegne Mesfin ikkonkluda d-dibattitu.

2.   Dikjarazzjoni ta' Rolandas Krisciunas, Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Litwanja u l-President fil-kariga tal-Kunsill tal-UE

Rolandas Krisciunas ippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza Litwana tal-Unjoni Ewropea: is-Saħel, is-Somalja u l-kunflitti fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar u r-Repubblika Ċentru-Afrikana. Huwa enfasizza l-ħtieġa għas-sħab tal-UE u tal-AKP biex jikkooperaw fi sfidi komuni, bħat-tibdil fil-klima, u biex jirriflettu dwar il-mod kif ir-relazzjonijiet għandhom ikomplu wara l-Ftehim ta' Cotonou jiskadi fl-2020. Huwa ta wkoll d-dettalji tal-programmazzjoni nazzjonali u reġjonali għall-11-il EFŻ.

3.   Dikjarazzjoni ta' Fonotoe Luafesili Pierre Lauofo, Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u Kummerċ ta' Samoa u President fil-kariga tal-Kunsill AKP

Fonotoe Luafesili Pierre Lauofo laqa' r-rispons magħqud mill-Membri tal-UE u tal-AKP dwar t-theddida tat-terroriżmu wara l-attakk fuq il-Westgate Mall f'Najrobi (fil-Kenja). Huwa enfasizza numru ta' oqsma fejn iż-żewġ naħat għandhom jikkooperaw mill-qrib: tibdil fil-klima, migrazzjoni u reġim kummerċjali globali. Huwa enfasizza wkoll l-importanza tal-produzzjoni agrikola u tas-sigurtà tal-ikel u nnota li dawn il-kwistjonijiet għanhom ikunu prijoritarji fil-qafas tal-iżvilupp ta' wara l-2015.

4.   Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill

Fonotoe Luafesili Pierre Lauofo (Samoa) wieġeb f'isem il-Kunsill AKP għall-mistoqsijiet li ġejjin u dawk supplimentari:

 

Mistoqsija nru 1 ta' Enrique Guerrero Salom dwar l-istrateġiji UE-Afrika u UE-Sahel;

 

Mistoqsija nru 2 ta' Horst Schnellhardt dwar il-periklu ta' destabbilizzazzjoni fil-Kenja;

 

Mistoqsija nru 3 ta' Jean-Jacob Bicep fuq “għarbiel illegali għad-deheb fil-Gujana: responsabbiltà kondiviża?”;

 

Mistoqsija nru 4 ta' Fiona Hall dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, u Mistoqsija nru 6 ta' Filip Kaczmarek dwar il-qafas ta' żvilupp ta' wara l-2015;

 

Mistoqsija nru 5 ta' Ana Gomes dwar ir-repressjoni tal-libertà tal-midja u l-kontestazzjoni politika fl-Etjopja;

 

Mistoqsija nru 8 ta' Olle Schmidt dwar il-libertà tal-kelma fil-pajjiżi AKP.

L-awturi tal-mistoqsijiet nri 1, 2, u 3 ma kellhomx mistoqsijiet supplimentari.

L-awturi tal-mistoqsijiet nri 7 u 9 ma kinux preżenti.

Rolandas Krisciunas wieġeb f'isem il-Kunsill tal-UE l-mistoqsijiet li ġejjin u dawk supplimentari:

 

Mistoqsija nru 10 ta' Enrique Guerrero Salom dwar l-UE u l-Afrika u l-istrateġiji tal-UE-Sahel;

 

Mistoqsija nru 11 ta' Marielle de Sarnez (sostitwita minn Fiona Hall) dwar il-koordinament Ewropew tal-miżuri kontra l-piraterija barra mill-kosta tas-Somalja;

 

Mistoqsija nru 12 ta' Horst Schnellhardt dwar il-periklu ta' destabbilizzazzjoni fil-Kenja;

 

Mistoqsija nru 13 ta' Gay Mitchell dwar l-insigurtà tal-ikel u l-malnutrizzjoni fir-reġjun tas-Saħel;

 

Mistoqsija nru 15 ta' Michèle Rivasi dwar it-tħassib rigward is-sitwazzjoni fil-Madagaskar u l-elezzjonijiet imminenti;

 

Mistoqsija nru 16 ta' Patrice Tirolien dwar il-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-10 u l-11-il FEŻ;

 

Mistoqsija nru 19 ta' Jo Leinen dwar il-Fond Ekoloġiku għall-Klima;

 

Mistoqsija nru 20 ta' Catherine Bearder dwar trofej ta' annimali selvaġġi;

 

Mistoqsija nru 21 ta' Ana Gomes dwar il-trażżin fuq il-libertà tal-midja u dissens politiku fl-Etjopja;

L-awtur tal-mistoqsija nru 16 ma kellu l-ebda mistoqsija supplimentari

L-awturi tal-mistoqsijiet nri 14, 17 u 18 ma kinux preżenti.

5.   Dibattitu mal-Kunsill “Catch-the-eye”

Kelliema: Olle Schmidt, Catherine Bearder, Tesfaye Daba (Etjopja), James Kemi-Gitura (Kenja), Michèle Rivasi, Laurent Ngon-Baba (Repubblika Ċentru-Afrikana), Ana Gomes, Manuel Jimenez (Repubblika Dominikana), Elmi Obsieh Wais (Djibouti), Ibrahim Bundu (Sjerra Leone), Mohammed Mukhtar Ahmed (Niġerja), Kennedy Hamudulu (Żambja), Moses Y. Kollie (Liberja), Louis Michel, Christophe Lutundula (Repubblika Demokratika tal-Kongo) u Abdurahamane Chegou (Niġer)

Fonotoe Luafesili Pierre Lauofo u Rolandas Krisciunas wieġbu l-mistoqsijiet u ħadu sehem fid-dibattitu dwar varji temi, inkluża t-traġedja ta' Lampedusa, il-migrazzjoni, il-Kenja u l-Qorti Kriminali Internazzjonali, l-ibbaġitjar tal-FEŻ, is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, ir-relazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-popolazzjonijiet lokali u s-sitwazzjoni politika u d-drittijiet tal-bniedem fl-Etjopja.

6.   Tema urġenti nru 2: Is-sitwazzjoni fl-arċipelagu tal-Komoros

Kelliema: Vincent Ringenberg (SEAE), Christophe Lutundula (Repubblika Demokratika tal-Kongo), Philippe Boulland, Patrice Tirolien, Netty Baldeh (Gambja), Michèle Rivasi, Olle Schmidt, Moses Y Kollie (Liberja), Djaé Ahamada Chanfi (Komoros) u Mohammed Mukhtar Ahmed (Niġerja)

Il-Membri tal-PE indikaw id-diversi żviluppi u sfidi l-oħra fl-Unjoni tal-Komoros. Il-Membri tal-AKP ikkritikaw bil-qawwa l-kontroll Franċiż kontinwu fuq Majott, l-organizzazzjoni ta' referenda rilevanti dwar din il-gżira u l-istatus tagħha bħala département fi ħdan ir-Repubblika Franċiża. Permezz ta' dan, il-Membri tal-AKP semmew sensiela ta' riżoluzzjonijiet tan-NU dwar dawn il-kwistjonijiet, kif ukoll pożizzjonijiet meħuda dwar kwistjonijiet oħra ta' sovranità territorjali. Huma opponew wkoll l-istatus ta' reġjun ultraperiferiku fl-UE, li Majott tgawdi minnu mill-1 ta' Jannar 2014.

7.   Approvazzjoni tal-minuti tas-seduta tat-Tnejn 25 ta' Novembru, 2013

Il-minuti ġew approvati.

(Is-seduta waqfet fin-nofs siegħa u kompliet fit-3.15 ta’ wara nofs inhar)

Joyce LABOSO u

Louis MICHEL

Kopresidenti

Alhaj Muhammad MUMUNI u

Luis Marco AGUIRIANO NALDA

Kosegretarji Ġenerali

PRESIDENZA: Joyce LABOSO

Kopresident

8.   Rapport dwar l-10 Laqgħa Reġjonali (Reġjun tal-Afrika tal-Punent) li saret f'Abuja (fin-Niġerja) mis-17 sad-19 ta' Lulju 2013 – rapport tal-Kopresidenti

Il-kopresident Joyce Laboso u Michèle Rivasi ppreżentaw rapport orali tal-konklużjonijiet ewlenin tal-laqgħa reġjonali li saret f'Abuja fis-17-19 ta' Lulju 2013, li tenfasizza t-temi prinċipali diskussi.

Kelliema: Alban Sumana Kingsford Bagbin (Gana), Sangoné Sall (Senegal), Boniface Yehouetome (Benin), Mohamed Abdallahi Ould Guelaye (Mawritanja), Michèle Rivasi and Mohammed Mukhtar Ahmed (Niġerja)

Membri esprimew tħassib dwar il-kwistjoni ta' bunkering taż-żejt u s-sistema ta' traċċabbiltà proposta immirata biex iżżid il-livell ta' kontroll fuq iż-żejt u d-destinazzjoni finali tiegħu fis-suq.

9.   Sinteżi tar-rapporti mil-laqgħat tas-sessjoni ta' ħidma

Catherine Bearder ippreżentat rapport orali tas-sessjoni ta' ħidma dwar il-programm għall-iżvilupp tad-djar li tiżgura s-sostenibbiltà urbana.

Tutai Tura (Gżejjer Cook) ippreżenta rapport orali tas-sessjoni ta' ħidma dwar il-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol għaż-żgħażagħ u għan-nisa permezz tal-iżvilupp ta' impriżi mikro u żgħar.

10.   Approvazzjoni tal-minuti tas-seduti ta' filgħodu u ta' waranofsinhar tat-Tlieta 26 ta' Novembru, 2013

Il-minuti ġew approvati.

11.   Il-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili

Dibattitu mingħajr riżoluzzjoni ma' Bogaletch Gebre, fundatur tal-KMG Ethiopia

Bogaletch Gebre ppreżentat ix-xogħol li kienet bdiet u mexxiet kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili.

Kelliema: Achille Marie Joseph Tapsoba (Burkina Faso), Mariya Gabriel, Idriss Amaoud Ali (Ġibuti), Maria Muniz de Urquiza, Mohammed Mukhtar Ahmed (Niġerja), Nyasha Eunice Chikwinya (Żimbabwe), Michèle Rivasi, James Kembi-Gitura, Edit Bauer, Nita R. K. Deerpalsing (Mawrizju), Louis Michel, Vincent Ringenberg (SEAE) u Ana Gomes

Permezz tad-djalogu mal-komunitajiet, ir-rati ta' mutilazzjoni ġenitali femminili kienet tniżżlet minn 100 % għal madwar 3 % f'perjodu ta' 10 snin. Il-ħtif tal-għarusa u l-vjolenza domestika naqqsu wkoll. Il-Membri faħħru l-impenn, il-metodu u r-riżultati ta' Bogaletch Gebre u appellaw għal leġiżlazzjoni, edukazzjoni u miżuri oħra li jsostnu u jestendu l-ħidma kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili.

Bogaletch Gebre kkonkludiet d-dibattitu.

12.   Ksib tal-MDGs fl-Afrika

Dibattitu mingħajr riżoluzzjoni

Kelliema: Peter Craig-McQuaide (Kummissjoni Ewropea), Boniface Yehouetome (Bénin), Filip Kaczmarek, Mo-Mamo Karerwa (Burundi), Ole Christiansen, Mohamed Abdirahman Abdillahi (Ġibuti), Catherine Bearder, Abadula Gemeda Dago (Etiopja), Jean-Jacob Bicep, Netty Baldeh (Gambja), Sàbado Teresa Malendza (Możambik), Abdourahamane Chegou (Niġer), Edit Bauer, Mohammed Mukhtar Ahmed (Niġerja), Philippe Boulland, Mariya Gabriel, Komi Selom Klassou (Togo), Makhosini Hlongwane (Żimbabwe), Simon Vuwa Kaunda (Malawi), James Kembi-Gitura (Kenja) and Mussa Azzan Zungu (Tanzanija)

Il-Membri nnutaw li t-tnaqqis tal-faqar baqa' lura ħdejn it-tkabbir straordinarju fl-Afrika fl-aħħar ħames snin u kien qed jiddgħajjef minħabba l-inugwaljanza. Minkejja l-progress konsiderevoli lejn l-MDGs tas-saħħa tat-tfal u materna, l-Afrika xorta kellha l-akbar proporzjon ta' mwiet materni u ta' tfal. Il-Membri kkonkludew li kien perentorju li l-pajjiżi jkomplu jitgħallmu minn xulxin u li dawk il-pajjiżi li flimkien sostnew, tkabbir ġust bi stabbiltà politika u politiki orjentati lejn l-iżvilupp tal-bniedem kienu qed jagħmlu tajjeb fir-rigward tal-maġġoranza tal-miri.

Peter Craig-Mcquaide (Kummissjoni Ewropea) għalaq id-dibattitu.

13.   Rapport tas-sħab ekonomiċi u soċjali

Preżentazzjoni ta' Xavier Verboven, President tal-Kumitat ta' Segwitu tal-AKP, Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Xavier Verboven ta preżentazzjoni dwar ir-rwol indispensabbli tas-soċjetà ċivili fl-iżvilupp sostenibbli.

Kelliema: Netty Baldeh (Gambja), Michèle Rivasi, Adjedoue Weidou (Ċad) u Kennedy K. Hamudulu (Żambja)

Il-Membri ddiskutew il-kundizzjonijiet fil-madwar tal-attivitajiet tas-soċjetà ċivili f'ċertu pajjiżi.

Xavier Verboven għalaq id-dibattitu.

Il-Kopresident irringrazzjat mill-qalb lill-Membri għall-kooperazzjoni eċċellenti tagħhom matul il-mandat tagħha u informat lill-Assemblea li Fitz A. Jackson (Ġamajka) kien se jieħu postha.

PRESIDENZA: Louis MICHEL

Kopresident

Il-Kopresident irringrazzja lill-Kopresident Joyce Laboso u awguralha l-isbaħ xewqat tiegħu għall-futur.

14.   Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti ppreżentati mit-tliet kumitati permanenti

Il-Kopresident fakkar lill-Assemblea dwar il-proċeduri ta' votazzjoni.

Rispett tal-istat tad-dritt u r-rwol ta' ġudikatura imparzjali u indipendenti (ACP-EU/101.521/13/A/fin)

Kumitat għall-Affarijiet Politiċi

Rapport ta' Dharamkumar Seeraj (Gujana) u Filip Kaczmarek

Ma tressqet l-ebda emenda

Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata unanimament.

Il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinahar u trijangolari opportunitajiet u sfidi għall-pajjiżi AKP (AP101.516/13/A/fin),

Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ

Rapport ta' Elvis Mutiri wa Bashara (Repubblika Demokratika tal-Kongo) u Jean-Jacob Bicep

Emenda adottata: 1

Ir-riżoluzzjoni kif emendata ġiet adottata unanimament.

L-impatt soċjali u ambjentali tal-pastoraliżmu fil-pajjiżi AKP (ACP-EU/101.526/13/A/fin)

Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent

Rapport ta' Abdourahamane Chégou (Niġer) u Fiona Hall

Ma tressqet l-ebda emenda

Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata unanimament.

15.   Votazzjoni dwar mozzjonijiet għal riżoluzzjoni urġenti

Sigurtà fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar (ACP-EU/101.541/13/fin.)

Emendi adottati: 1, 3, 4, emenda orali 1, 6

Emenda rrifjutati: 2

Emenda li waqgħet: 5

Ir-riżoluzzjoni kif emendata ġiet adottata.

Is-sitwazzjoni fl-arċipelagu tal-Komros (ACP-EU/101.542/13/fin)

Intalbet votazzjoni separata skont il-kamra

Emendi rtirati: 4

Emendi rrifjutati: 1, 2, 3, 5

Ir-riżoluzzjoni ġiet rrifjutati.

16.   Votazzjoni dwar l-emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE

L-emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-Assemblea Parlamentari Konġunta mressqa mill-Bureau skont l-Artikolu 35 tar-Regoli ta' Proċedura ġew adottati unanimament.

17.   Kwistjonijiet varji

Il-Kopresident Louis Michel ta rendikont taż-żjara tiegħu fil-ħabs tal-Kaliti aktar kmieni waranofsinhar mal-Kopresident Joyce Laboso.

Kelliema: Michèle Rivasi, Kopresident Louis Michel, Mohammed Abdallahi Ould Guelaye (Mawritanja), Ana Gomes u Jacob Oulanyah (Uganda)

18.   Data u post tas-27 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Is-27 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta se ssir mis-17 sad-19 ta' Marzu fi Strasburgu (Franza).

Il-Kopresident irringrazzja lill-awtoritajiet tal-Etjopja għall-faċilitajiet eċċellenti tagħhom u l-organizzazzjoni effettiva tas-sessjoni, u lill-kosegretarjat u lill-persunal kollu għall-ħidma tagħhom.

Il-Kopresident informa lill-Assemblea li l-ittri kienu ntbagħtu lill-awtoritajiet Griegi u lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jesprimu d-diżappunt qawwi talli l-Presidenza Griega mhix se tospita s-sessjoni li jmiss.

(Is-seduta ntemmet fis-18.20)

Joyce LABOSO u

Louis MICHEL

Kopresidenti

Alhaj Muhammad MUMUNI u

Luis Marco AGUIRIANO NALDA

Kosegretarji Ġenerali


ANNESS I

LISTA ALFABETIKA TAL-MEMBRI TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA

Rappreżentanti tal-AKP

Rappreżentanti tal-PE

LABOSO (KENJA) Kopresident

MICHEL, Kopresident

ANGOLA

ALFONSI

ANTIGWA U BARBUDA

ALVES

BAĦAMAS

BAUER

BARBADOS

BEARDER

BELIŻE

BICEP

BENIN

BULLMANN

BOTSWANA

CALLANAN

BURKINA FASO

CARVALHO

BURUNDI

CASA

KAMERUN (VP)

CASINI

KAP VERDE

CASPARY

REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA

CASTEX

ĊAD

CHRISTENSEN

KOMOROS

COELHO

KONGO (Repubblika Demokratika tal-Kongo)

DE KEYSER

KONGO (Repubblika tal-Kongo) (VP)

DELVAUX

GŻEJJER COOK

DE MITA

CÔTE D'IVOIRE

DE SARNEZ

ĠIBUTI (VP)

DURANT

DOMINIKA

ENGEL

REPUBBLIKA DOMINIKANA (VP)

ESTARÀS FERRAGUT

ERITREA

FERREIRA, Elisa

ETJOPJA

FERREIRA, João

FIĠI

FORD

GABON

GABRIEL

GAMBJA

GAHLER

GANA

GOERENS (VP)

GRENADA (VP)

GRIESBECK

GINEA

GUERRERO SALOM

GINEA BISSAW

HALL

GUJANA

HÄNDEL

ĦAITI

HANNAN

ĠAMAJKA

HAUG

KIRIBATI

JENSEN

LESOTO

JOLY

LIBERJA

KACZMAREK

MADAGASKAR

KLASS (VP)

MALAWI (VP)

KORHOLA

MALI

KUHN

GŻEJJER MARSHALL (Repubblika tal-Gżejjer Marshall)

KURSKI

MAWRITANJA (VP)

LEGUTKO

MAWRIZJU (VP)

LE PEN

MIKRONEŻJA (Stati Federali tal-Mikroneżja)

LÓPEZ AGUILAR

MOŻAMBIK (VP)

LÖVIN

NAMIBJA

McMILLAN-SCOTT

NAURU

MANDERS

NIĠER (VP)

MARTIN

NIĠERJA

MARTÍNEZ MARTÍNEZ

NJU

MATO ADROVER

PALAW

MAYER

PAPWA GINEA ĠDIDA

MITCHELL

RWANDA

MIZZI

SAINT KITTS U NEVIS

MOREIRA

SANTA LUĊIJA

NEUSER

SAINT VINCENT U L-GRENADINI

NICHOLSON (VP)

SAMOA (VP)

OMARJEE (VP)

SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE

OUZKÝ (VP)

SENEGAL

RIVASI (VP)

SEYCHELLES

ROITHOVÁ (VP)

SJERRA LEONE

RONZULLI (VP)

GŻEJJER SOLOMON

SCHLYTER

SOMALJA

SCHMIDT

AFRIKA T'ISFEL

SCHNELLHARDT

SURINAM

SCOTTÀ

SWAŻILAND

SENYSZYN

TANZANIJA

SPERONI (VP)

TIMOR LESTE

ŠŤASTNÝ (VP)

TOGO

STRIFFLER

TONGA

STURDY

TRINIDAD U TOBAGO

TIROLIEN

TUVALU

TOIA

UGANDA

VAUGHAN (VP)

VANWATU (VP)

VLASÁK

ŻAMBJA

WEBER

ŻIMBABWE

WIELAND

 

ZANICCHI

 

ZIMMER


KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET POLITIĊI

Membri tal-AKP

Membri tal-PE

PURCELL (SAMOA), Kopresident

CASA, Kopresident

HONGWANE (ŻIMBABWE), VC

KORHOLA, VP

MILEBOU-AUBUSSON (GABON), VC

CASTEX, VP

ANTIGWA U BARBUDA

ALFONSI

YEHOUETOME (BENIN)

CALLANAN

NGON-BABA (REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA)

CASINI

NDOUANE (KONGO, Repubblika tal-)

DE KEYSER

TOURE (CÔTE D'IVOIRE)

DURANT

WAÏSS (ĠIBUTI)

FERREIRA, Elisa

ERITREA

GABRIEL

DAGO (ETJOPJA)

GAHLER

USAMATE (FIĠI)

GRIESBECK

GINEA

HANNAN

DHARAMKUMAR (GUJANA)

HÄNDEL

ĦAITI

KACZMAREK

JACKSON (ĠAMAJKA)

LE PEN

KIRIBATI

LÓPEZ AGUILAR

KOLLIE (LIBERJA)

MANDERS

MALI

MARTÍNEZ MARTÍNEZ

MOŻAMBIK

MOREIRA

PALAW

NICHOLSON

TOZAKA (GŻEJJER SOLOMON)

ROITHOVÁ

ST VINCENT U L-GRENADINI

SCHMIDT

DLAMINI (SWAŻILAND)

SPERONI

KLASSOU (TOGO)

STRIFFLER

OULANYAH (UGANDA)

WIELAND


KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU, IL-FINANZI U L-KUMMERĊ

Membri tal-AKP

Membri tal-PE

SALL (SENEGAL), Kopresident

CARVALHO, Kopresident

LENGKON (VANTAW), VP

LEGUTKO, VP

VAN DER WALT (NAMIBJA), VP

ALVES, VC

DE FONTES PEREIRA (ANGOLA)

BICEP

WORREL (BARBADOS)

BULLMANN

WA BASHARA (REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO)

CASPARY

 

ENGEL

KINGSFORD BAGBIN (GANA)

FORD

MESSU (GINEA EKWATORJALI)

GOERENS

KEMBI-GITURA (KENJA)

GUERRERO SALOM

SOFONIA (LESOTO)

JENSEN

VUWA-KAUNDA (MALAWI)

KUHN

GŻEJJER MARSHALL

MARTIN

OULD GUELAYE (MAWRITANJA)

MATO ADROVER

DEERPALSING (MAWRIZJU)

MAYER

AHMED (NIĠERJA)

McMILLAN-SCOTT

POLISI (RWANDA)

MICHEL

SAINT KITTS U NEVIS

MITCHELL

LONG (SANTA LUĊIJA)

MIZZI

SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE

OMARJEE

POOL (SEYCHELLES)

SCHLYTER

SJERRA LEONE

ŠŤASTNÝ

AMIN ABDEL MAGID (SUDAN)

STURDY

PANKA (SURINAM)

TIROLIEN

HAVEA TAONE (TONGA)

WEBER

KHAN (TRINIDAD U TOBAGO)

ZANICCHI

TUVALU

 


KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET SOĊJALI U L-AMBJENT

Membri tal-AKP

Membri tal-PE

NDUGAI (TANZANIJA), Kopresident

RIVASI, Kopresident

WEIDOU (ĊAD), VP

BAUER, VP

GRENADA, VP

SCHNELLARDT, VP

BAĦAMAS

BEARDER

BELIŻE

CHRISTENSEN

BOTSWANA

COELHO

TAPSOBA (BURKINA FASO)

DELVAUX

KARERWA (BURUNDI)

DE MITA

OWANA KONO (KAMERUN)

DE SARNEZ

KAP VERDE

ESTARÀS FERRAGUT

DJAE (KOMOROS)

FERREIRA, João

TURA (GŻEJJER COOK

HALL

DOMINIKA

HAUG

REPUBBLIKA DOMINIKANA

JOLY

BALDEH (GAMBJA)

KLASS

GINEA-BISSAW

KURSKI

MADAGASKAR

LÖVIN

STATI FEDERALI TAL-MIKRONEŻJA

NEUSER

NAURU

OUZKÝ

CHEGOU (NIĠER)

RONZULLI

TAGELAGI (NJU)

SCOTTÀ

KOIM (PAPWA GINEA ĠDIDA)

SENYSZYN

SOMALJA

TOIA

(AFRIKA T'ISFEL)

VAUGHAN

TIMOR LESTE

VLASÁK

HAMUDULU (ŻAMBJA)

ZIMMER


ANNESS II

REĠISTRU TA 'ATTENDENZA FIS-SESSJONI F'ADDIS ABABA (FL-ETJOPJA) 25-27 TA' NOVEMBRU 2013

LABOSO (KENJA) Kopresident

MICHEL, Kopresident (3), (4)

DE FONTES PEREIRA (Angola)

ALFONSI

WORREL (BARBADOS)

ATTARD-MONTALTO (2), (3) (għal MOREIRA, V.)

YEHOUETOME (Benin)

BEARDER

MOTLHALE (Botswana)

BINEV (għal SPERONI, F. E.)

TAPOSOBA (Burkina Faso)

BOUILLAND (għal DE MITA, L.)

KARERWA (Burundi)

CALLANAN

OWANA KONO (Kamerun) (VP)

CARVALHO (2)

NGON-BABA (Repubblika Ċentru-Afrikana)

CHRISTENSEN

WEIDOU (-Ċad)

DE SARNEZ (2)

DJAE (Komoros)

GABRIEL

LUTUNDULA APALA (Kongo, Repubblika Demokratika tal-)

GOMES (għal FERREIRA, E.)

NDOUANE (Kongo, ir-Repubblika tal-)

GRIESBECK (2)

TURA (Gżejjer Cook)

GUERRERO SALOM

TOURE (Côte d'Ivoire)

GUTIERREZ-CORTINES (għal MATO, G.)

WAISS (Ġibuti) (VP)

HALL

JIMÉNEZ (Repubblika Dominikana)(VP)

KACZMAREK

USAMATE (FIĠI)

KLASS (VP)

MILEBOU-AUBUSSON (Gabon)

KORHOLA

BALDEH (Gambja)

LEINEN (għal TOIA, P.)

BAGBIN (Gana)

LOPEZ AGUILAR

SEERAJ (Gujana)

MARTINEZ MARTINEZ (2)

RAKOTOMIANDRISOA (Madagaskar)

MAYER

VUWA-KAUNDA (Malawi)

MITCHELL

OULD GUELAYE (Mawritanja)

MIZZI

SITHOLE (Możambik) (VP)

MUNIZ DE URQUIZA (għal CASTEX, F.)

VAN DER WALT (Namibja)

NEUSER

CHEGOU (Niġer) (VP)

NICOLAI (għal MANDERS, T.)

AHMED (Niġerja)

RINALDI (2), (3) (għal JENSEN, E.)

TAGELAGI (Nju)

RIVASI

KOIM (Papwa Ginea Ġdida)

SCHMIDT

KANAI (Palaw)

SCHNELLHARDT

LONG (Santa Luċija)

STASTNY

PURCELL (Samoa) (VP)

TIROLIEN (3), (4)

SALL (Senegal)

VAUGHAN

POOL (Seychelles)

VANHECKE (2) (għal SCOTTÀ, G.)

BUNDU (Sjerra Leone)

VLASAK (2)

TOZAKA (Gżejjer Solomon)

WIELAND

SWART (Afrika t'Isfel

WLOSOWICZ (3), (4) (għal KURSKI, J)

PANKA (Surinam)

 

DLAMINI (Sważiland)

 

NDUGAI (Tanzanija) (VP)

 

KLASSOU (Togo)

 

TAIONE (Tonga)

 

KHAN (Trinidad u Tobago)

 

OULANYAH (Uganda)

 

KATALIO (Vanwatu) (1)

 

HAMUDULU (Żambja)

 

HLONGWANE (Żambja)

 

Preżenti wkoll:

ANGOLA

TEIXEIRA

GUNGA

CHINLINGUTILA

TCHIKANHA

da Silva. PEREIRA

AVELINO

BARBADOS

CHANDLER

BENIN

DAYORI

HOUNGNIGBO

AGNIDOZAN

BOTSWANA

MANGOLE

MOTSHOME

CHINGAPANE

LENGWADIBE

BURKINA FASO

DOAMBA

OUEDRAOGO ZARE

BAKIO

BURUNDI

MWIDOGO

KAREKEZI

NIYUBAHWE

KAMERUN

GBERI

AWUDU MBAYA

ESSOMBA ATANGANA

DAOUDA

FOKOU

NGOUNGOURE EPSE SAMBA

NDOUMBA NGONO

REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA

NOUGANGA

ĊAD

ADJI

TEKILO

DINGAOMAIBE

NGARSOULEDE

AFFONO

GUELPINA

KONGO, Repubblika Demokratika tal-

MABAYA GIZI AMINE

BASIALA MAKA

wa BASHARA

KAT MUSHITU

OTSHUMAMPITA ALOKI

NGOY SALIBOKO

LONTANGE BONGIMA

EBUA LIHAU

NGINDU KABUNDI BIDUAYA

MUKENDI

BOKO MUKE

LUKUKA

KONGO, Repubblika tal-

IBOVI

KOURISSA

NGAMELLA

APATOUL

BOUNDA

CÔTE D'IVOIRE

F. TOURE

S. TOURE

KRA

KUBA

SHELTON

MARICHAL

ĠIBUTI

WAIS

GOUMANEH

ABDILLAHI

WARSAMA

SAID

HASSAN

BILIL

SAID

DAOUD

FARAH

GUINEA EKWATORJALI

NGUEMA MANANA

NOHAME ELA

CHEVOL ABOMALA

SANGO WILASI

ETJOPJA

DABA

TOGA CHANAKA

TESSEMA

ESHETE

MELESE BELAY

TADESSE

DESTA

FIĠI

VOCEA

GABON

DAMAS OZIMO

ONGOUORI NGOUBILI

RISSONGA

KOUMBA

GAMBJA

SILLAH

KEBBEH

CAMARA

GANA

ASAMOAH

BROWN

SARKU

ALIFO

GUINEE

NOUNKE

GUJANA

GOMES

KENJA

WA KABANDO

ADEN

WERU

ONGUKA

MOGERE

NDINDIRI

MUNYUA

WAIGANJO

LESOTO

MAHASE-MOILOA

MAPHIKE

LIPHOLO

LEBOTSA

MOKOALELI

MADAGASKAR

NORBERT RICHARD

SETILAHY

MALAWI

KAUNDA

KAMLONGERA

CHISALA

CHINYAMA

MAKANDE

MAWRITANJA

MINT HAMA

MOŻAMBIK

MALENDZA

MANUEL

MATE

DAVA

NAMIBJA

NAHOLO

NGHILEEDELE

MUCHILA

NIĠER

OUSMANE

FOUKORI

TONDY

MAINA

CAZALICA

NIĠERJA

IVVEJUO

AHMED

AUDU

ABDULLAHI

ALHASSAN

AKPAN

TILLEY-GYADO

ISIYAK

PAPWA GINEA ĠDIDA

BALANGETUMA

MARO

SAMOA

LUTERU

SENEGAL

TALL

DIALLO

FALL

LO

SECK

SEYCHELLES

VEL

SAMSON

SJERRA LEONE

LEWALLY

KUYEMBEH

SORIE

SUDAN

AMIR ABDELMAGID

NASR-ADEEN

ISMAIEL ALBAGIER

SURINAM

CASTELEN

TARNADI

NELSON

SWAŻILAND

MASUKU

TANZANIJA

AZZAN ZUNGU

YAKUBU

NZOWA

TRINIDAD U TOBAGO

JOSEPH

JOHNSTON

UGANDA

BIHANDE

AKOL

NABBANJA

KAWEESA

KAGORO

VANWATU

LENGKON

JOY

RURU

ŻAMBJA

KABWE

NGULUBE

MUBANGA

MAYONDI

ŻIMBABWE

CHIKWINYA

MPARIWA

MUCHADA

CHIPARE

CHIKURI

MASARA

KUNSILL AKP

Dikjarazzjoni ta' Fonotoe Luafesili Pierre Lauofo, Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u Kummerċ ta' Samoa u President fil-kariga tal-Kunsill AKP

KUNSILL TAL-UE

Rolandas Kriščiūnas, Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Litwanja u rappreżentant tal-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

KUMMISSJONI EWROPEA

PIEBALGS, Membru tal-Kummissjoni b'responsabiltà għall-iżvilupp

SEAE

COSTA PEREIRA, Kap tad-Divizjoni Pan-Afrika

KESE

VERBOVEN

COMESA

NKANAGU

AU

MWENCHA

OIF

BARARUNYERETSE

SEGRETARJAT TAL-AKP

MUMUNI, Kosegretarju Ġenerali

SEGRETARJAT TAL-UE

AGUIRIANO NALDA, Kosegretarju Ġenerali


(1)  Pajjiż rappreżentat minn persuna li mhijiex parlamentari.

(2)  Preżenti fil-25 ta' Novembru 2013

(3)  Preżenti fis-26 ta' Novembru 2013

(4)  Preżenti fis-27 ta' Novembru 2013


ANNESS III

AKKREDITAMENT TAD-DELEGATI MHUX PARLAMENTARI

Fiġi

Is-Sur John Usamate,

Ministru tax-Xogħol, ir-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi u l-kap tad-delegazzjoni ta' Fiġi

Madagaskar

Is-Sur Jean Ernest Rakotomiandrisoa,

membru tal-Kungress Nazzjonali ta' Tranżizzjoni u l-kap tad-delegazzjoni tal-Madagaskar


ANNESS IV

TESTI ADOTTATI

Riżoluzzjoni dwar ir-rispett tal-istat tad-dritt u r-rwol ta' ġudikatura imparzjali u indipendenti

(ACP-EU/101.521/13/fin.)

Riżoluzzjoni dwar il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-koperazzjoni trijangolari: opportunitajiet u sfidi għall-pajjiżi AKP

(ACP-EU/101.516/13/fin.)

Riżoluzzjoni dwar l-impatti soċjali u ambjentali tal-pastoraliżmu għall-pajjiżi AKP

(ACP-EU/101.526/13/fin.)

Riżoluzzjoni dwar is-sigurtà fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar

(ACP-EU/101.541/13/fin.)

Emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-APK (AP101.347)

RIŻOLUZZJONI (1)

dwar ir-rispett tal-istat tad-dritt u r-rwol ta' ġudikatura imparzjali u indipendenti

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

fil-laqgħa f'Addis Ababa (l-Etjopja) bejn il-25 u s-27 ta' Novembru 2013,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(1) tar-Regoli ta' Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 21(1) u (2) tiegħu,

wara li kkunsidrat il-Ftehim ta' Cotonou, b'mod partikolari l-Artikoli 8(4), 9, 33(1) u 96 tiegħu,

wara li kkunsidrat il-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza, adottata fit-30 ta' Jannar 2007, b'mod partikolari l-Artikoli 2(2), (5), (6) u (9), 3(1), (2), (5), (7), (8) u (9), 4, 10, 12, 15, 17, 27, 32 u 33 tagħha,

wara li kkunsidrat il-Karta tas-Soċjetà Ċivili tal-CARICOM tad-19 ta' Frar 1997, b'mod partikolari l-Artikolu XVII tagħha,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni dwar id-Demokrazija u l-Governanza Politika, Ekonomika u Korporattiva tal-Organizzazzjoni tal-Unità Afrikana tat-8 ta' Lulju 2002, b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14 tagħha,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tal-Unjoni Afrikana dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni tal-11 ta' Lulju 2003, b'mod partikolari l-Artikoli 3 u 17 tagħha (2),

wara li kkunsidrat ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tas-16 ta' Marzu 2012 bit-titolu “It-twettiq tal-ġustizzja: programm ta' azzjoni għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt fil-livelli nazzjonali u internazzjonali”,

wara li kkunsidrat il-Prinċipji Bażiċi tan-NU dwar l-Indipendenza tal-ġudikatura,

wara li kkunsidrat il-Protokoll tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent A/SP1/12/01 dwar id-Demokrazija u l-Governanza Tajba, adottat f'Dakar fil-21 ta' Diċembru 2001,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi (AKP-UE/101.521/fin.),

A.

billi r-rispett tal-istat tad-dritt u l-bilanċ tas-setgħat (eżekuttivi, leġiżlattivi, ġudizzjarji) huwa sine qua non għall-implimentazzjoni u l-funzjonament ta' demokrazija stabbli – objettiv komuni fil-qalba tal-kooperazzjoni UE-AKP – u huwa element essenzjali ta' governanza tajba, u prerekwiżit għall-promozzjoni ta' Stat ġust u ta' żvilupp politiku, ekonomiku u soċjali sostenibbli li jippermetti li d-demokrazija parlamentari tiffunzjona b'mod aktar faċli;

B.

billi separazzjoni tas-setgħat effettiva, soda u ċara hija fundamentali sabiex tiġi żgurata l-preżenza ta' ġudikatura ġenwinament imparzjali, indipendenti u aċċessibbli;

C.

billi l-istrutturi legali stabbiliti għandhom jiggarantixxu bilanċ bejn it-tliet setgħat kostituzzjonali, li jridu jkunu indipendenti mill-individwi li jokkupaw karigi partikolari;

D.

billi netwerk tal-istampa ħieles u etiku u soċjetà ċivili li d-drittijiet tagħha jiġu rrispettati u li tiġi kkunsidrata fil-proċessi ta' teħid tad-deċiżjonijiet politiċi jistgħu jgħinu jiġi żgurat bilanċ tajjeb tas-setgħat kostituzzjonali;

E.

billi l-pajjiżi kemm tal-UE kif ukoll -pajjiżi tal-AKP għandhom interess komuni qawwi fl-iżvilupp kontinwu ta' demokrazija u fl-istabbiliment ta' kostituzzjonaliżmu li jiffunzjona tajjeb;

F.

billi l-eżistenza ta' ġudikatura imparzjali, indipendenti u aċċessibbli tikkostitwixxi aspett kruċjali tal-istat tad-dritt fl-Istati kollha, sabiex tiġi żgurata konformità mal-liġijiet min-naħa ta' kulħadd, biex jiġi promoss tkabbir ekonomiku sostenibbli u tissaħħaħ il-fiduċja tal-persuni fil-gvern tagħhom, u b'hekk jittejbu l-istabilità u s-sigurtà politiċi;

G.

billi l-korruzzjoni fis-settur ġudizzjarju tmur kontra l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u d-dritt ta' aċċess għall-ġustizzja, għal proċess ġust u għal rimedju effikaċi, li huma strumentali fl-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem l-oħrajn kollha, u billi l-korruzzjoni tfixkel serjament l-indipendenza, il-kompetenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura u tal-amministrazzjoni pubblika, peress li trawwem in-nuqqas ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi, iddgħajjef l-istat tad-dritt u tagħti bidu għall-vjolenza;

H.

billi riżorsi umani suffiċjenti u mħarrġa tajjeb li jiġu rreklutati fuq bażi oġġettiva u ġusta huma essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-ġudikatura u l-pulizija;

I.

billi l-fiduċja taċ-ċittadini fl-ordinament ġuridiku ta' pajjiżhom u l-leġittimità tal-qrati jiddependu fuq ġudikatura ġusta, trasparenti, onesta u effikaċi;

J.

billi l-integrità tal-affarijiet pubbliċi u tal-ġestjoni tal-fondi pubbliċi hija fil-qalba tal-governanza tajba u l-istat tad-dritt, billi hija meqjusa bħala fattur li jnaqqas il-korruzzjoni; billi l-mexxejja politiċi għandhom jinżammu responsabbli politikament u quddiem il-qrati għall-approprjazzjoni privata tal-fondi pubbliċi; billi livell mifrux ta' korruzzjoni u nuqqas ta' trasparenza, aċċess għall-informazzjoni u parteċipazzjoni inklużiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet jipprevjenu liċ-ċittadini milli jeżiġu li l-gvernijiet u r-rappreżentanti politiċi jagħtu rendikont ta' għemilhom b'mod li jiġi żgurat li d-dħul relatat mal-esplorazzjoni tar-riżorsi u tas-suq jintuża biex jiżgura d-drittijiet tal-bniedem tagħhom; billi hija kompetenza tal-gvernijiet li jagħmlu kull ma jistgħu biex jiġġieldu kontra l-korruzzjoni fil-kumpaniji pubbliċi u f'dawk privati;

K.

billi l-governanza tajba, li hija prinċipju ewlieni ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi AKP, hija ddefinita bħala proċess ta' tibdil fit-tul ibbażat fuq għanijiet u prinċipji universali u aspirazzjonijiet kondiviżi li għandu jinfurma l-funzjonijiet ewlenin tal-Istat tal-gvern u l-interazzjoni tal-istituzzjonijiet pubbliċi u ċ-ċittadini (3);

L.

billi l-edukazzjoni, b'mod partikolari l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza, minn età bikrija, u għarfien popolari ġenerali ta' kultura ta' paċi, drittijiet tal-bniedem, demokrazija, stat tad-dritt u libertajiet ċivili huma ta' importanza ewlenija għat-trawwim ta' sens ta' appartenenza u impenn lejn is-soċjetà fost iċ-ċittadini u biex jitrawwem ir-rispett għall-istat tad-dritt;

M.

billi l-istess prinċipji japplikaw b'mod ġenerali u m'għandhomx ikunu suġġetti għal “standards” nazzjonali jew reġjonali speċifiċi, għalkemm il-mod kif jiġu applikati jista' jvarja skont il-pajjiż;

1.

Tfakkar li kwalunkwe sistema demokratika hija bbażata fuq kostituzzjoni u sistema ġudizzjarja assoċjata, u tenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja;

2.

Tinsisti dwar l-adozzjoni u l-applikazzjoni effettiva ta' artikoli rilevanti dwar l-istat tad-dritt, is-separazzjoni tas-setgħat u ġudikatura indipendenti fit-trattati, il-karti, il-ftehimiet u d-dikjarazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-NU, l-Unjoni Afrikana u l-UE u l-organizzazzjonijiet reġjonali;

3.

Tistieden lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-organizzazzjonijiet reġjonali jużaw l-influwenza tagħhom biex jgħinu lill-parlamenti jimplimenta l-funzjoni ta' kontroll tiegħu rigward l-eżekuttiv; tħeġġeġ, f'dan il-kuntest, li jsiru skambji ta' prattiki tajba bejn il-parlamenti tal-pajjiżi AKP u dawk tal-Istati Membri tal-UE;

4.

Tilqa' t-tnedija ta' inizjattivi ta' governanza reġjonali, bħall-Mekkaniżmu Afrikan ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari (APRM), u tistieden li jiġu żviluppati strumenti simili fil-qasam tal-ġustizzja;

5.

Tirrakkomanda li l-kostituzzjonijiet jew id-dokumenti kostituzzjonali fundamentali jiddefinixxu b'mod ċar ir-regoli dwar is-separazzjoni tas-setgħat u jispeċifikaw il-qafas istituzzjonali korrispondenti; tesprimi riżervi, f'dan ir-rigward, dwar il-prattika li tista' tiġi osservata u li tqajjem dubji mil-lat kostituzzjonali fejn il-maġġoranzi li għandhom kworum biex jemendaw il-kostituzzjoni jistgħu jillimitaw id-drittijiet tal-minoranzi skont il-liġi domestika stabbilita għal finijiet ta' skrutinju politiku; tenfasizza li r-reviżjonijiet tal-kostituzzjonijiet għandhom ikunu l-eċċezzjoni u għandhom jitfasslu biex jissodisfaw il-ħtiġijiet istituzzjonali pjuttost milli dawk politiċi; tħeġġeġ, għaldaqstant, li jiġu stabbiliti sistemi għall-istituzzjonalizzazzjoni tal-iskrutinju politiku u l-iskrutinju kostituzzjonali minn qorti indipendenti qabel kwalunkwe emenda tal-kostituzzjoni;

6.

Tinsisti li l-istabbiliment ta' drittijiet effettivi għall-minoranzi parlamentari, flimkien mal-applikazzjoni ta' regoli stretti dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi li jiżguraw grad għoli ta' trasparenza, huma essenzjali sabiex jiġu permessi s-sorveljanza demokratika, is-setgħat ibbilanċjati u d-demokrazija sostenibbli;

7.

Ittenni mill-ġdid li s-soċjetà ċivili għandha rwol pożittiv u proattiv fl-interazzjoni bejn is-setgħat tal-Istat, il-partiti politiċi u ċ-ċittadini u fil-prevenzjoni ta' kolpi ta' Stat jew ksur tal-istat tad-dritt;

8.

Tenfasizza l-importanza ta' midja pluralistika ħielsa u indipendenti li kapaċi tikkontribwixxi għall-kontroll demokratiku u l-ibbilanċjar tas-setgħat tal-Istat, bi drittijiet protetti skont leġiżlazzjoni dwar il-libertà tal-informazzjoni; titlob li jintemmu l-vessazzjonijiet fil-konfront tal-ġurnalisti, li għandhom ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom b'mod indipendenti, mingħajr biża' minn vjolenza u rikriminazzjoni, u għar-rilaxx immedjat tal-ġurnalisti u l-bloggers kollha li jinsabu l-ħabs inġustament minħabba xogħolhom; titlob għall-emenda tal-leġiżlazzjoni dwar l-antiterroriżmu u l-antiestremiżmu u liġijiet dwar is-sigurtà nazzjonali, it-tradiment tal-pajjiż jew is-sovversjoni li jistgħu jintużaw għall-prosekuzzjoni u t-tfigħ fil-ħabs ta' ġurnalisti;

9.

Tirrakkomanda bil-qawwi li jissaħħu l-istrutturi u l-istituzzjonijiet tal-Istat, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ġudikatura; tistieden lill-awtoritajiet nazzjonali jallokaw ir-riżorsi meħtieġa għal dan il-għan; tosserva li s-sentenzi u l-kundanni mogħtija mill-qrati ma jistgħux jiġu eżegwiti mingħajr sistema penali kredibbli li għaliha jiġi allokat il-finanzjament meħtieġ u li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem;

10.

Tqis li l-UE għandha tagħti aktar attenzjoni lis-sitwazzjoni tal-“Istati falluti” skont il-prinċipji tal-OECD għal azzjoni internazzjonali fl-Istati fraġli u sitwazzjonijiet prekarji;

11.

Titlob għal tfassil ta' liġijiet ċar u trasparenti fl-isfera ekonomika li, flimkien ma' ġudikatura indipendenti, jista' jtejjeb il-fiduċja tal-investituri u għaldaqstant jista' jagħti kontribut qawwi għal żvilupp ekonomiku sostenibbli; titlob, b'rabta ma' dan, biex tingħata attenzjoni partikolari lir-regoli dwar il-proprjetà u tenfasizza l-importanza li jiġu implimentati d-dritt għall-parteċipazzjoni u d-dritt għall-aċċess għall-informazzjoni u mekkaniżmi ta' rendikont pubbliku, bħal dejta miftuħa, bħala prinċipji ewlenin tad-demokrazija;

12.

Tenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ, permezz ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid, il-kapaċità intrinsika tal-atturi inkarigati mis-sistema ġudizzjarja (il-Qorti Kostituzzjonali, il-kummissjonijiet elettorali nazzjonali indipendenti, l-imħallfin, il-prosekuturi, id-dipartimenti tal-investigazzjoni kriminali) u li jiġu istituzzjonalizzati mekkaniżmi interni ta' kontroll tal-integrità;

13.

Tirrakkomanda l-istabbiliment ta' tribunal dixxiplinari għall-uffiċjali fis-sistema ġudizzjarja, sabiex tiġi ggarantita l-indipendenza tal-imħallfin b'rabta ma' avvanzi fil-karriera u ħatriet possibbli;

14.

Tenfasizza l-ħtieġa qawwija li jiġu ttrattati l-problemi ta' kuljum, bħall-faqar, in-nuqqas ta' kura tas-saħħa affordabbli u l-korruzzjoni, li jsaħħu l-perċezzjoni pubblika li d-demokrazija ma tejbitx il-kundizzjonijiet tal-għajxien;

15.

Tqis li sistema ġudizzjarja b'saħħitha u b'riżorsi adegwati tikkostitwixxi balward qawwi kontra l-korruzzjoni endemika; tqis, f'dan il-kuntest, li l-uffiċjali tal-ġudikatura u l-pulizija għandhom jiġu remunerati u mħarsa b'mod adegwat kontra kwalunkwe pressjoni li tista' thedded l-integrità tagħhom jew tfixkilhom fit-twettiq ta' dmirijiethom;

16.

Tenfasizza l-importanza ta' taħriġ ta' kwalità għolja tal-membri tal-ġudikatura u tal-pulizija bbażat fuq valuri u etika umanistika u fuq prinċipji demokratiċi u ta' governanza tajba u l-istat tad-dritt;

17.

Hija favur l-istabbiliment ta' istituzzjonijiet u mekkaniżmi parlamentari li jibdew trasformazzjoni tal-mentalità tas-soċjetà biex jipprovdu ħarsien effettiv kontra l-korruzzjoni u l-patrunaġġ; tilqa' d-Dikjarazzjoni ta' Ġakarta dwar il-Prinċipji tal-Aġenziji Kontra l-Korruzzjoni, ta' Novembru 2012; tenfasizza l-ħtieġa li jiġi indirizzat in-nuqqas ta' effikaċja fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet ta' kontra l-korruzzjoni maħluqa f'bosta pajjiżi, li joriġina prinċipalment mill-arranġamenti istituzzjonali tagħhom, in-nuqqas ta' indipendenza funzjonali mill-eżekuttiv, in-nuqqas ta' appoġġ politiku, is-sorsi tal-finanzi tagħhom, ir-regoli tagħhom għal-għażla u l-ħatra ta' uffiċjali u s-setgħat ta' infurzar tagħhom; titlob għall-iżvilupp ta' istandards internazzjonali dwar l-indipendenza u l-effikaċja tal-awtoritajiet kontra l-korruzzjoni, imfassla b'mod intergovernattiv bl-għan li fl-aħħar jiġu adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, u li jistgħu jkunu ekwivalenti għall-Prinċipji ta' Pariġi għall-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u bl-istess kamp ta' applikazzjoni b'saħħtu tagħhom; tenfasizza li dawn il-principji għandhom jintużaw bħala punti ta' riferiment għar-responsabbiltà permezz ta' evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjonijiet ta' rendiment;

18.

Tappoġġa l-ħolqien ta' kummissjoni internazzjonali kontra l-korruzzjoni permezz ta' trattat internazzjonali jew protokoll għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni, li tkun tista' tistabbilixxi korp internazzjonali ta' investigaturi kriminali li jingħatawlhom setgħat ekwivalenti għal dawk tal-infurzar tal-liġi nazzjonali u tal-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni biex jinvestigaw u jikkundannaw reati ta' korruzzjoni fit-territorji nazzjonali tal-Istati firmatarji, bis-setgħa li jakkużaw individwi fil-qrati kriminali nazzjonali;

19.

Tenfasizza li l-prinċipji u l-prattiki ta' governanza tajba fl-isfera ġudizzjarja jrid ikollhom bażi soda fil-livell lokali, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta' infrastruttura ġudizzjarja ta' kwalità għolja li topera fit-territorju kollu;

20.

Tħeġġeġ li jittieħdu inizjattivi għar-riforma tas-sistemi ġudizzjarji, u tqis li d-delgazzjonijiet Ewropej ikkonċernati, l-imsieħba differenti tagħhom u s-soċjetà ċivili għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ f'dawn ir-riformi;

21.

Tirrakkomanda l-inklużjoni fil-programmi edukattivi nazzjonali ta' edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza minn età bikrija, sabiex tiġi promossa kultura ta' responsabbiltà u għarfien dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, b'mod partikolari bil-għan li tiġi miġġielda l-korruzzjoni endemika;

22.

Tirrakkomanda l-inklużjoni ta' elementi lokali fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura u fl-istruttura demokratika ġenerali ta' Stat sabiex jiġi żgurat sens akbar ta' sjieda fost iċ-ċittadini waqt li jinżamm rispett sħiħ għar-regoli u l-prinċipji demokratiċi; tenfasizza, b'rabta ma' dan, l-importanza tad-djalogu fil-livell lokali u pulizija komunitarja għall-prevenzjoni tal-kriminalità u l-promozzjoni tar-rispett għal, u d-difiża ta', l-istat tad-dritt u s-sistema ġudizzjarja min-naħa taċ-ċittadini;

23.

Tissottolinja r-rwol importanti tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) fit-teħid ta' azzjonijiet effikaċi fil-ġlieda kontra l-impunità; tosserva b'rabta ma dan li l-QKI mhijiex sostitut għal sistema nazzjonali effikaċi ta' qrati kriminali; tħeġġeġ l-istabbiliment ta' ftehim istituzzjonali għal djalogu regolari bejn l-ICC u l-gvernijiet, b'mod partikolari l-kapijiet ta' Stat u tal-gvern tal-pajjiżi tal-Unjoni Afrikana, sabiex jittejjeb il-funzjonament attwali tal-Qorti, waqt li jiġi kkunsidrat it-tħassib tal-partijiet varji għall-Istatut ta' Ruma;

24.

Tagħti struzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex iressqu din ir-riżoluzzjoni quddiem l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill tal-AKP, il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Punent tal-Afrika, l-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD), il-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) u s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

RIŻOLUZZJONI (4)

dwar il-koooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u trijangolari: opportunitajiet u sfidi għall-pajjiżi AKP

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

fil-laqgħa f'Addis Ababa (l-Etjopja) bejn il-25 u s-27 ta' Novembru 2013,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(1) tar-Regoli ta' Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-“Ftehim ta' Cotonou”), skont kif ġie emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 u kif ġie emendat għat-tieni darba f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (5),

wara li kkunsidrat l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistipula li “L-objettiv prinċipali tal-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni għandu jkun it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar. L-Unjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw”,

wara li kkunsidrat id-dikjarazzjoni adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta f'Budapest (Mejju 2011) dwar ir-4 Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna f'Busan (il-Korea t'Isfel) 2011,

wara li kkunsidrat id-dikjarazzjoni tas-7 Samit tal-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern f'Malabo, b'mod partikolari l-paragrafu 18 tagħha, li jitlob li tingħata attenzjoni speċjali għall-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni trijangolari bil-għan li tintemm id-dipendenza fuq l-għajnuna (6),

wara li kkunsidrat s-Sħubija ta' Busan għal Kooperazzjoni Effikaċi għall-Iżvilupp maqbula fl-1 ta' Diċembru 2011,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna tat-2 ta' Marzu 2005 u l-Aġenda ta' Akkra għall-Azzjoni tal-4 ta' Settembru 2008 (7),

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-3166 laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Affarijiet Barranin/Żvilupp) tal-14 ta' Mejju 2012 bit-titolu “Inżidu l-Impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: aġenda għall-bidla (8)”,

wara li kkunsidrat in-nota tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Qafas ta' linji gwida operattivi dwar l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti għall-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni trijangolari (SSC/17/3) tat-12 ta' April 2012 (9),

wara li kkunsidrat is-simposju tal-AKP-Organisation Internationale de la Francophonie dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar: sfidi u opportunitajiet għall-grupp AKP3,

wara li kkunsidrat id-dokument finali tal-laqgħa ta' importanza fundamentali dwar il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni trijangolari tal-5 u s-6 ta' Marzu 2012 fi Brussell (10),

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tad-Djalogu Politiku dwar il-Kooperazzjoni Trijangolari f'Lisbona fis-16 u s-17 ta' Mejju 2013, organizzat mill-OECD u l-Gvern tal-Portugall (11),

wara li kkunsidrat id-dokument dwar ir-riżultat ta' Najrobi adottat mill-Konferenza ta' Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar (12),

wara li kkunsidrat r-rapport dwar il-laqgħa konġunta tal-bordijiet eżekuttivi tal-Programm ta' Żvilupp tan-NU, il-Fond tal-Popolazzjoni tan-NU, l-Uffiċċju tan-NU għas-Servizzi Proġett, il-Fond tat-Tfal tan-NU, UN-Nisa u l-Programm Dinji tal-Ikel tan-NU, li saret fi New York fl-4 ta' Frar 2013, fuq l-ibbilanċjar tal-koperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni triangolari (13),

Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għar-regolament li jistabbilixxi l-istrument finanzjarju għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp (14), wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tat-8 ta' Settembru 2000,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ dwar il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni trijangolari: opportunitajiet u sfidi għall-pajjiżi AKP (AP101.516/13/fin),

A.

billi l-ewwel deċennju tas-seklu 21 kien immarkat minn tkabbir ekonomiku ta' rata mgħaġġla fil-pajjiżi emerġenti ewlenin tan-Nofsinhar (iċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil, l-Arġentina, l-Indoneżja, l-Afrika t'Isfel, eċċ), li qed jistabbilixxu ruħhom dejjem aktar bħala atturi ewlenin fl-iżvilupp, u fl-2010 kienu jikkostitwixxu kważi 50 % tal-PDG globali, skont l-istimi tal-OECD, meta mqabbla mas-36 % ta' 10 snin ilu.

B.

billi, f'dan il-kuntest u fid-dawl tal-isfidi assoċjati mal-iżvilupp, il-pajjiżi AKP dejjem iżjed qed jadottaw approċċi li jinvolvu sħubija Nofsinhar-Nofsinhar, li tkopri mhux biss l-flussi finanzjarji iżda wkoll il-kondiviżjoni tal-esperjenzi, it-trasferiment tat-teknoloġija, l-aċċess preferenzjali għas-suq u approċċi għall-kummerċ li huma ta' appoġġ aktar reċiproku;

C.

billi l-futur tal-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar jiddependi fuq miżuri kollettivi li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-pajjiżi kollha parteċipanti u jipprovdu tweġiba għal sfidi komuni;

D.

billi l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika li qed jiġu ratifikati mill-pajjiżi AKP għandhom ikunu mezz għall-iżvilupp tal-pajjiżi msieħba tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari permezz tad-diversifikazzjoni tal-ekonomiji tagħhom u t-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi AKP;

E.

billi l-pajjiżi AKP komplew iżidu l-kunsiderazzjoni tagħhom għal modi ġodda għall-ilħuq tal-għanijiet ta' eliminazzjoni tal-faqar u l-ilħuq ta' żvilupp sostenibbli fuq skala aktar reġjonali u permezz ta' sħubijiet orizzontali;

F.

billi l-kooperazzjoni trijangolari hija proċess li jinvolvi kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar bl-appoġġ ta' pajjiż fit-Tramuntana, li mhuwiex sempliċi programm ta' kooperazzjoni teknika fis-sens li kull attur jiddefinixxi l-kontribut tiegħu abbażi tal-vantaġġi komparattivi tiegħu, u b'hekk jassumi sehem mir-responsabbiltà għar-riżultati tal-iżvilupp;

G.

billi l-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar għandha tkun aktar trasparenti u żżid l-involviment tas-soċjetajiet ċivili lokali;

H.

billi, minkejja l-progress sinifikanti fl-ilħuq tal-miri stabbiliti mill-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, dan il-progress kien estremament żbilanċjat;

I.

billi l-pajjiżi mit-Tramuntana għandhom interess proprju fl-iżgurar li l-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni trijangolari jkunu ta' suċċess;

J.

billi l-investiment dirett barrani (IDB) bejn il-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp kien jikkostitwixxi 16 % tat-total globali fl-2010 (madwar USD 210 biljun, meta mqabbla ma' USD 187 biljun fl-2008) u għad hemm potenzjal mhux sfruttat għal aktar integrazzjoni ekonomika transfruntiera Nofsinhar-Nofsinhar;

K.

billi, skont ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp Nofsinhar-Nofsinhar żdiedet b'rata mgħaġġla, u laħqet USD 16.2 biljun fl-2008, żieda ta' 63 % meta mqabbla mal-2006;

1.

Temmen li kemm il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar kif ukoll il-kooperazzjoni trijangolari, għalkemm ta' natura u ambitu differenti, joħolqu fora friski u mezzi ġodda ta' kooperazzjoni, u jippermettu li l-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp fin-Nofsinhar jgħaddu lill-pajjiżi anqas żviluppati, b'mod speċjali dawk l-anqas żviluppati (LDCs), l-esperjenza tas-suċċessi tagħhom u t-tagħlimiet li ttieħdu mill-fallimenti tagħhom, u jipprovdulhom għajnuna għall-iżvilupp;

2.

Tinnota li l-pajjiżi emerġenti (iċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil, it-Turkija, il-Marokk, il-pajjiżi tal-Golf Persjan, eċċ.) qed jinvestu bil-qawwi fil-pajjiżi AKP u għandhom jiġu mħeġġa jużaw ir-rwol tagħhom biex jindirizzaw kwistjonijiet internazzjonali ewlenin, li jvarjaw mill-irkupru ekonomiku għas-sigurtà tal-ikel, id-drittijiet tal-bniedem u t-tibdil fil-klima;

3.

Tirrikonoxxi li l-pajjiżi AKP għandhom għarfien tekniku speċifiku għat-territorju tagħhom, grazzi għall-viċinanza ġeografika u ż-żieda fil-komplementarjetajiet reġjonali, għalkemm għad hemm żbilanċi kummerċjali, bħal dak li jirrigwarda l-involviment taċ-Ċina fl-Afrika;

4.

Tiddeplora l-istruttura tal-kummerċ bejn il-pajjiżi AKP u l-ekonomiji emerġenti, li ma nbidlitx f'termini kwalitattivi, fejn il-pajjiżi AKP għadhom jaġixxu ta' sors ta' komoditajiet u materji primi użati biex ikattru t-tkabbir industrijali fil-pajjiżi tagħhom; tħeġġeġ lil dawk il-pajjiżi juru l-kapaċità tagħhom li jippromwovu forom ġodda ta' mekkaniżmi ta' żvilupp u mobilizzazzjoni ta' fondi sabiex ir-relazzjonijiet ekonomiċi mal-pajjiżi emerġenti jappoġġjaw id-diversifikazzjoni strutturali tal-ekonomija;

5.

Tistieden lill-imsieħba kummerċjali eżistenti jgħinu b'taħriġ u investiment fl-industriji li jżidu l-valur tal-prodotti tal-pajjiżi AKP u ta' pajjiżi oħra tan-Nofsinhar sabiex jibnu ħiliet u jiksbu l-aqwa valur mir-riżorsi tagħhom għal tkabbir futur sostenut;

6.

Titlob, għaldaqstant, lill-Unjoni Ewropea tappoġġja l-kooperazzjoni għall-iżvilupp Nofsinhar-Nofsinhar li hija konformi bis-sħiħ mal-prinċipji ta' interess reċiproku u ugwaljanza, billi tikkunsidra l-iżbilanċi li jeżistu bejn iż-żewġ partijiet fis-sħubijiet; tqis li s-sempliċi bejgħ ta' materji primi għandu jiġi pprevenut u li kummerċ ġust fir-riżorsi, u b'mod partikolari trasferimenti intensivi ta' edukazzjoni, għarfien u teknoloġija, għandhom jiġu appoġġjati;

7.

Temmen li proġetti ta' kooperazzjoni trijangolari jipprovdu lill-Unjoni Ewropea opportunità ulterjuri biex trawwem sħubijiet sostenibbli mal-pajjiżi AKP;

8.

Tħeġġeġ l-iżvilupp ta' finanzjament innovattiv, bħall-opzjoni tal-introduzzjoni ta' taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-prinċipju “min iniġġes iħallas”, billi l-pajjiżi żviluppati u dawk emerġenti ta' spiss jikkostitwixxu sors ewlieni, għalkemm mhux uniku, ta' emissjonijiet ta' CO2 bħala riżultat tal-industrijalizzazzjoni mgħaġġla tagħhom; tfaħħar f'dan ir-rigward lill-Istati Membri tal-UE għall-isforzi tagħhom biex jeliminaw b'mod gradwali l-fjuwils fossili b'konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni li tiġġieled it-tibdil fil-klima, u tħeġġeġ l-iffukar tal-kooperazzjoni trijangolari fuq il-promozzjoni tal-użu ta' sorsi ta' enerġija li tiġġedded u ta' teknoloġiji ekoloġiċi bħala parti minn taħlita enerġetika sostenibbli;

9.

Tistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment iżidu l-finanzjament tagħhom ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni trijangolari, b'mod partikolari bejn il-pajjiżi li jikkondividu fruntiera komuni;

10.

Tħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha jippromwovu t-tisħiħ tal-ħiliet tal-pajjiżi AKP fuq perjodu twil permezz tal-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni trijangolari li tisfrutta l-vantaġġi komparattivi u l-komplementarjetajiet bejn atturi differenti tal-iżvilupp, billi jiġbru flimkien pajjiżi madwar l-għan komuni tal-eliminazzjoni tal-faqar mad-dinja kollha u jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli;

11.

Hija tal-fehma li l-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni trijangolari għandhom jiffukaw ukoll fuq il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu bil-għan li jintlaħaq żvilupp ekonomiku sostenibbli bbażat fuq l-istat tad-dritt;

12.

Hija tal-fehma li l-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni trijangolari għandhom jikkontribwixxu għall-użu sostenibbli u vijabbli mil-lat ekonomiku tar-riżorsi naturali u l-materji primi;

13.

Tfakkar li sabiex il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni trijangolari jiksbu benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini, għandhom jiġu żviluppati bħala kumpliment għal investimenti proattivi pubbliċi, privati u konġunti fl-utilitajiet pubbliċi bħal, iżda mhux esklużivament, it-trasport, l-enerġija, b'mod partikolari l-provvista tal-elettriku u l-aċċess għall-elettriku, u l-infrstruttura tal-ICT, u jiġu akkumpanjati minn grupp ta' politiki pubbliċi favur it-tkabbir, inkluż reġim fiskali adegwat u livell adegwat ta' deċentralizzazzjoni sabiex tingħata s-setgħa lir-reġjuni u l-komunitajiet lokali;

14.

Tirrikonoxxi li, minħabba l-mobilizzazzjoni fqira tar-riżorsi interni u l-volum li qed jonqos ta' għajnuna għall-iżvilupp, il-finanzjament miksub permezz tal-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar huwa ta' għajnuna għal bosta pajjiżi AKP li għandhom ħtiġijiet enormi ta' finanzjament; jiddispjaċiha, madankollu, li tali finanzjament huwa kkaratterizzat minn konċentrazzjoni qawwija fuq setturi bħall-estrazzjoni ta' riżorsi naturali u minerali;

15.

Temmen li l-proġetti tal-għajnuna għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni għandhom ikunu ffukati aktar fuq il-promozzjoni ta' użu aħjar ta' riżorsi interni tal-pajjiżi AKP;

16.

Tħeġġeġ l-espansjoni tal-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u tal-kooperazzjoni trijangolari f'oqsma li jistgħu jrawmu żvilupp sostenibbli, bħall-governanza tajba;

17.

Tinsisti fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-ħila tal-pajjżi AKP li jfasslu u jimplimentaw leġiżlazzjoni għal żvilupp b'appoġġ reċiproku li jiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, il-ġustizzja soċjali, is-sens ta' ġustizzja, id-demokrazija u r-rispett għal u l-ħarsien tal-ambjent;

18.

Temmen li l-pajjiżi AKP għandhom ikunu kapaċi jindirizzaw l-isfidi ambjentali, bħat-tibdil fil-klima, l-enerġija, id-degradazzjoni ambjentali u t-telf ta' bijodiversità, b'mod partikolari bl-użu ta' finanzjament maħsub għall-isfruttament tar-riżorsi naturali, li għandu jsir b'mod sostenibbli

19.

Tissuġġerixxi li s-sħubija globali għal kooperazzjoni effettiva għall-iżvilupp tista' tipprovdi forum għall-imsieħba li jikkondividu l-istess prinċipji u li l-impenji tagħhom huma definiti korrettament, sabiex jinkisbu riżultati tanġibbli ta' żvilupp, bl-esplorazzjoni ta' vantaġġi komparattivi u komplemetarjetajiet u t-titjib tat-trasparenza rigward l-infiq, ir-riċevituri u r-responsabbiltà tal-atturi lokali u reġjonali involuti fil-proċessi kkonċernati;

20.

Tenfasizza li d-donaturi tradizzjonali għadhom l-istess fornituri ewlenin ta' għajnuna lill-pajjiżi u l-imsieħba kummerċjali tal-AKP, fejn l-UE u l-Istati Membri affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jikkontribwixxu 0,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tagħhom biex iħaffu l-progress lejn il-ksib tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju fl-2015 u s-snin ta' wara;

21.

Tħeġġeġ biex jiġu ffurmati sħubijiet f'oqsma speċifiċi u li jittieħdu miżuri speċifiċi sabiex ikun hemm impatt ikbar fuq id-deċiżjonijet internazzjonali; tistieden lill-partijiet interessati jagħtu kunsiderazzjoni lis-sostenibbiltà ta' dawn il-forom ġodda ta' kooperazzjoni, waqt li jiġu kkunsidrati l-kwistjonijiet ċentrali tat-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija u l-protezzjoni tal-ambjent lil hinn mill-fruntieri tagħhom;

22.

Tqis li forom ġodda ta' integrazzjoni territorjali jeżiġu trasferiment ta' proġetti ta' żvilupp lejn l-atturi lokali u reġjonali;

23.

Tinsisti dwar il-ħtieġa li jingħata rwol sinifikanti lir-riċerka u l-innovazzjoni, bin-negozjar ta' arranġamenti favorevoli għar-riċerka għall-iżvilupp fil-kuntest tar-relazzjonijiet internazzjonali;

24.

Tagħti struzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Presidenza tal-Kunsill tal-UE, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali u lill-organizzazzjonijiet reġjonali AKP.

RIŻOLUZZJONI (15)

dwar l-impatti soċjali u ambjentali tal-pastoraliżmu għall-pajjiżi AKP

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

fil-laqgħa f'Addis Ababa (l-Etjopja) bejn il-25 u s-27 ta' Novembru 2013,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(1) tar-Regoli ta' Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat il-“Qafas ta' Politika għall-Pastoraliżmu fl-Afrika: Niżguraw, Nipproteġu u Ntejbu l-Ħajjiet, l-Għajxien u d-Drittijiet tal-Komunitajiet Pastoralisti” tal-Unjoni Afrikana adottat mill-Konferenza tal-Ministri Afrikani tal-Agrikoltura f'Ottubru 2010, u approvat mit-18-il sessjoni ordinarja tal-Kunsill Eżekuttiv, f'Addis Ababa, Jannar 2011 (Dok. EX.CL/631 XVIII),

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni ta' N'Djamena tad-29 ta' Mejju 2013 dwar il-kontribut tal-bhejjem pastorali għas-sigurtà u l-iżvilupp,

wara li kkunsdidrat l-Qafas u l-Linji Gwida dwar il-Politika tal-Art fl-Afrika approvati mill-Konferenza Konġunta tal-Ministri tal-Agrikoltura, l-Art u l-Bhejjem tal-Unjoni Afrikana fl-2009,

wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kapijiet ta' Stat tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent A/DEC.5/10/98 li tirregola t-transumanza bejn l-Istati tal-ECOWAS,

wara li kkunsidrat il-politika agrikola tal-Istati ta' ECOWAS adottata fid-19 ta' Jannar 2005 f'Abuja,

wara li kkunsidrat il-politika agrikola ta' WAEMU adottata fl-10 ta' Diċembru 2001 mill-Att Addizzjonali Nru 03/2001,

wara li kkunsidrat l-abbozz tas-Suq Komuni għall-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (COMESA) dwar il-Qafas tal-Politika għas-sIgurtà fl-ikel f'Żoni Pastorali ta' Diċembru 2009,

wara li kkunsidrat l-Awtorità Intergovernattiva dwar l-Iżvilupp (IGAD) Qafas tal-Politika Reġjonali għas-Saħħa tal-Annimali u l-Kummerċ, approvat f'Diċembru 2009,

wara li kkunsidrat il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE (il-“Ftehim ta' Cotonou”) u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) dwar l-ambjent u r-riżorsi naturali, l-Artikolu 32(a) dwar it-tibdil fil-klima, l-Artikolu 31 dwar kwistjonijiet ta' ġeneru u l-Artikolu 23 dwar l-iżvilupp tas-settur ekonomiku, li jkopri l-istrateġiji rurali u l-produzzjoni agrikola,

wara li kkunsidrat l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta' Marzu 2013 intitolata “It-tisħiħ tal-ommijiet u n-nutrizzjoni tat-tfal fl-assistenza esterna: Qafas Politiku tal-UE” (COM(2013)0141),

wara li kkunsidrat l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta' Ottubru 2012 intitolata "l-approċċ tal-UE għar-reżistenza: nitgħallmu mill-kriżijiet tas-sigurtà tal-ikel (COM(2012)0586),

wara li kkunsidrat il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar qafas ta' politika tal-UE biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel (COM(2010)0127),

wara li kkunsidrat l-inizjattivi AGIR u SHARE immexxija mill-UE biex jiġu indirizzati l-kriżijiet tal-ikel u n-nutrizzjoni,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) bit-titolu “Bhejjem tad-Dinja 2011. Il-Bhejjem fis-sigurtà tal-ikel”

wara li kkunsidrat d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-popli indiġeni (adottata mill-Assemblea Ġenerali fl-2007 (A/RES/66/142),

wara li kkunsidrat il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta' Novembru 2002 dwar il-Popli Indiġeni (13466/02),

wara li kkunsidrat l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju stabbiliti min-Nazzjonijiet Unit fis-sena 2000,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent (AKP-UE/101.526/13/fin.),

A.

billi madwar 268 miljun pastoralist jgħixu fl-Afrika, u billi f'ċerti reġjuni l-pastoraliżmu jikkostitwixxi l-mezz ewlieni ta' għajxien; billi ż-żoni pastorali jkopru kważi 40 % tal-kontinent Afrikan, u billi l-pastoraliżmu jikkostitwixxi l-attività ewlenija f'ċerti reġjuni, fejn huwa stmat li n-Niġer, pereżempju, għandu madwar FCFA 2 000 biljun f'kapital ta' bhejjem, bi dħul mis-settur li jikkontribwixxi għal 21 % tar-riżorsi ta' esportazzjoni tal-pajjiz;

B.

billi l-pastoralisti għandhom għarfien indiġenu stabbilit tajjeb u jużaw kemm in-netwerks soċjali kif ukoll it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni l-ġodda (NICTs) biex ifittxu l-mergħat l-aktar nutrittivi f'żoni aridi u semiaridi u jmexxu b'mod strateġiku l-bhejjem tagħhom lejn dawn il-mergħat, u b'hekk jisfruttaw l-art mhux ikkultivata u mhux tajba għal għanijiet oħra;

C.

billi l-istatistika dwar il-kontribut tal-pastoraliżmu għall-ekonomiji nazzjonali mhix magħrufa ħafna, minkejja l-importanza tiegħu għall-provvista ta' bhejjem u l-ħolqien ta' netwerk ta' servizz assoċjati;

D.

billi fiż-żoni aridi u semiaridi l-pastoraliżmu huwa aktar produttiv mit-trobbija sedentarja tal-bhejjem f'termini ta' produzzjoni ta' laħam għal kull ettaru u kaloriji għal kull ettaru, u billi, għaldaqstant, il-pastoraliżmu jgħin jitma' komunitajiet u jtejjeb is-sigurtà u r-reżiljenza tal-ikel u n-nutrizzjoni;

E.

billi r-ragħa mobbli f'żoni aridi u semiaridi, flimkien mal-potenzjal ta' sekwestru tal-karbonju tal-bwar pastorali, jista' jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent; billi, min-naħa l-oħra, ir-ragħa b'merħliet li ma jitmexxewx minn post għall-ieħor iwassal għal sfruttament żejjed tal-mergħat u t-telf tal-bijodiversità, billi l-pjanti mhumiex kapaċi jirkupraw biżżejjed;

F.

billi t-tibdil fil-klima jżid il-vulnerabbiltà tal-pastoralisti għan-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel u għall-faqar, minkejja l-fatt li l-mobilità tal-pastoralisti tfisser li jkunu jistgħu jadattaw aktar faċilment għat-tibdil fil-klima minn dawk li jrabbu bhejjem b'mod sedentarju;

G.

billi ż-żieda fil-popolazzjoni qed iżżid il-ħtieġa għal art agrikola u għall-urbanizzazzjoni fl-Afrika, li huma fatturi li jnaqqsu l-mobilità tal-annimali, u billi ġestjoni attenta u l-ħolqien ta' kodiċijiet u pjanijiet għall-użu tal-art, għaldaqstant, huma ta' importanza partikolari sabiex tiġi ppreservata l-mobilità tal-annimali;

H.

billi l-indirizzar tal-ġestjoni tal-mobilità transfruntiera fil-livell reġjonali jista' jipprovdi soluzzjonijiet għall-kunflitti interkomunali marbuta mal-aċċess għall-ilma u l-art;

I.

billi l-pastoralisti, li jgħaddu minn żoni mbieghda, jista' jkollhom rwol pożittiv fil-qasam tas-sigurtà;

J.

billi bid-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom ċerti pastoralisti jistgħu jżidu d-dħul tagħhom;

K.

billi l-pastoralisti jista' jkollhom diffikultajiet biex jaċċedu għal kura tas-saħħa, edukazzjoni, ilma u kura veterinarja xierqa u ta' kwalità tajba għall-annimali tagħhom, u billi d-diffikultajiet biex jiġu inklużi fid-dejta taċ-ċensimenti jistgħu jwasslu għall-marġinalizzazzjoni politika tagħhom;

L.

billi l-Qafas Politiku għall-Pastoraliżmu tal-UA għandu l-għan li jħares l-għajxien tal-pastoralisti, jgħinhom jindirizzaw l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom, jissalvagwardja d-drittijiet tagħhom u jsaħħaħ il-kontribut tagħhom għall-ekonomija;

1.

Tħeġġeġ lill-Istati u lill-awtoritajiet lokali tal-AKP jallinjaw il-politiki nazzjonali, lokali u reġjonali tagħhom mal-Qafas tal-UE, u jinvolvu l-pastoralisti fid-definizzjoni tal-istrateġiji li għandhom jintużaw;

2.

Tistieden lill-UE tirrikonoxxi l-pastoraliżmu bħala sistema ta' produzzjoni ta' valur, u biex tgħin lill-Istati AKP fl-implimentazzjoni tal-Qafas;

3.

Tinnota l-ħtieġa ta' miżuri xierqa għas-saħħa u l-iġjene tal-annimali sabiex jiġi evitat it-tifrix tal-mard tal-annimali, jiġi ppreservat il-pastoraliżmu u tiġi mħarsa s-saħħa pubblika; tinnota l-importanza tal-fatt li l-pastoralisti għandhom għarfien dwar il-prevenzjoni u t-trattament tal-mard tal-annimali;

4.

Tistieden lill-Istati AKP joħolqu u jimplimentaw inizjattivi, liġijiet u kodiċijiet lokali, nazzjonali, bilaterali u reġjonali għall-pastoraliżmu, it-transumanza u l-użu tal-art; tistieden ukoll lill-Istati AKP jiżviluppaw kunċetti innovattivi ta' provvista f'oqsma bħall-edukazzjoni u s-saħħa pubblika biex ikun hemm provvediment aħjar għall-gruppi ta' popolazzjoni mobbli;

5.

Tħeġġeġ lill-atturi pubbliċi u privati jiżguraw li l-fruntieri u l-konfini ma jaffettwawx b'mod negattiv il-mobilità sigura u l-aċċess għar-riżorsi min-naħa tal-pastoralisti u li l-partoralisti jkunu jistgħu jkomplu jirgħu l-merħliet tagħhom fejn l-art tiġi privatizzata;

6.

Tirrakkomanda li l-Istati AKP jappoġġjaw u jagħtu parir lin-nisa pastoralisti rigward l-għoti ta' setgħat ekonomiċi lilhom;

7.

Tistieden lill-Istati AKP isaħħu l-istrutturi ta' governanza tagħhom sabiex jiżguraw rappreżentanza aħjar tal-pastoralisti, inkluż bl-għoti ta' setgħat lill-istituzzjonijiet tradizzjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex jiġi żgurat li jintużaw il-mezzi xierqa għall-ilħuq tal-objettivi li ġejjin:

(a)

l-aċċess sigur għall-għelieqi u żoni ta' lqugħ tal-istaġuni niexfa;

(b)

il-preservazzjoni tal-għarfien tradizzjonali u r-riżorsi ġenetiċi waqt li jinkiseb għarfien ġdid dwar is-saħħa tal-annimali, l-ambjent u l-ksib ta' riżorsi;

(c)

l-aċċess għal edukazzjoni, kura tas-saħħa, kura veterinarja u ilma xierqa u ta' kwalità tajba b'mod li jkun adatt għall-pastoraliżmu;

(d)

il-provvista u l-użu ta' teknoloġiji, servizzi ta' iġjene, sistemi ta' ġestjoni ta' perjodi ta' nixfa, informazzjoni dwar is-swieq u servizzi finanzjarji;

(e)

l-espansjoni u t-titjib ta' infrastrutturi tal-ipproċessar u tħejjija tas-suq u ta' rotot għall-kummerċjalizzazzjoni;

8.

Tistieden lill-Istati AKP jagħtu attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni tat-tfajliet fil-komunitajiet pastorali u joħolqu faċilitajiet għall-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni;

9.

Tistieden lill-Istati AKP u lill-UE jinvolvu l-pastoralisti fit-teħid tad-deċiżjonijiet u jipprovdu appoġġ lill-pastoralisti fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, bl-użu ta' mezzi tas-soltu u tradizzjonali kull darba li jkun xieraq u possibbli, u li jtejbu l-aċċess għas-servizzi legali;

10.

Tistieden lill-Istati AKP jappoġġjaw u jagħtu parir lill-pastoralisti li jagħżlu li ma jkomplux l-attività tagħhom;

11.

Tirrakkomanda lill-Istati AKP jiġbru aktar dejta dwar il-pastoralisti sabiex jagħmlu evalwazzjoni aħjar tal-kontribut tagħhom lill-ekonomija, u jwettqu studji soċjoekonomiċi biex jikkategorizzaw aħjar il-vulnerabbiltà tal-pastoralisti għal, pereżempju, it-tibdil fil-klima, il-kunflitti, it-tibdil fl-użu tal-art jew in-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel;

12.

Tistieden lill-UE u lill-Istati AKP biex jagħmlu dak kollu li jstgħu biex jiġġieldu kontra t-tibdil fil-klima, minħabba l-impatt ħażin tiegħu fuq il-popolazzjonijiet pastorali; tenfasizza, b'rabta ma' dan, l-importanza mhux biss tal-appoġġ għall-adattament għat-tibdil fil-klima u t-titjib tar-reżiljenza fost il-pastoralisti fl-Istati AKP, iżda wkoll biex issir insistenza għall-ksib ta' aġenda ambizzjuża fil-ġlieda kontra l-emissjonijiet tal-gassijiet serra kemm fl-UE kif ukoll fl-Istati AKP;

13.

Tagħti struzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Presidenza tal-Kunsill tal-UE, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali u lill-organizzazzjonijiet reġjonali AKP.

RIŻOLUZZJONI (16)

dwar is-sigurtà fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

fil-laqgħa f'Addis Ababa (l-Etjopja) bejn il-25 u s-27 ta' Novembru 2013,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(2) tar-Regoli ta' Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat il-Ftehim ta' Sħubija 2000/483/KE bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq l-oħra, iffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u suċċessivament rivedut fl-2005 u fl-2010,

wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2098 (2013) dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK),

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE dwar is-sitwazzjoni ta' instabilità u nuqqas ta' sigurtà fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar u, b'mod partikolari, fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), adottata fil-laqgħa tagħha f'Paramaribo (Surinam) fid-29 ta' Novembru 2012,

wara li kkunsidrat id-dikjarazzjoni tal-14 ta' Novembru 2013 tal-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna lir-RDK,

wara li kkunsidrat il-Patt dwar is-Sigurtà, l-Istabilità u l-Iżvilupp fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, iffirmat f'Najrobi (Kenja) f'Diċembru 2006 mill-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern tal-Istati Membri tal-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar (ICGLR),

wara li kkunsidrat il-Qafas ta' Paċi, Sigurtà u Kooperazzjoni għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Reġjun, iffirmat fl-24 ta' Frar 2013 f'Addis Ababa (Etjopja) mill-ħdax-il Kap ta' Stat u tal-Gvern tal-Istati Membri tal-ICGLR u l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC),

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern tal-Istati Membri tal-laqgħa tal-ICGLR f'Kampala (Uganda) fil-5 ta' Settembru 2013 dwar is-Sitwazzjoni tas-Sigurtà fil-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu fir-RDK,

wara li kkunsidrat il-communiqué finali tas-samit konġunt tas-SADC u l-ICGLR li sar fi Pretorja fl-4 ta' Novembru 2013,

wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana (UA) dwar is-sitwazzjoni fir-RDK tal-Lvant, meħuda fl-14 ta' Novembru 2013 fl-406 laqgħa tiegħu,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjonijiet Konġunti tad-9 ta' Settembru 2013, l-4, is-6 u l-11 ta' Novembru 2013 mill-Mibgħuta Speċjali u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE, in-NU, l-UA u l-Istati Uniti għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar,

wara li kkunsidrat id-dikjarazzjonijiet magħmula minn Catherine Ashton, il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, fit-30 ta' Awwissu 2013 dwar is-sitwazzjoni fit-Tramuntana ta' Kivu, u fis-7 ta' Ġunju 2012 u l-10 ta' Lulju 2012 dwar is-sitwazzjoni fil-Kongo tal-Lvant,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew dwar ir-RDK, l-aktar dawk tas-17 ta' Diċembru 2009, tat-13 ta' Diċembru 2012 u tat-12 ta' Settembru 2013,

wara li kkunsidrat id-dikjarazzjoni tas-26 ta' Ġunju 2012 magħmula minn Kristalina Georgieva, il-Kummissarju tal-UE għall-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Għajnuna Umanitarja u l-Koordinazzjoni waqt Emerġenza u Kriżi, dwar is-sitwazzjoni umanitarja li sejra għall-agħar fir-RDK,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 3, u l-Protokoll II, tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1949, li jipprojbixxu l-eżekuzzjoniijet sommarji, l-istupru, ir-reklutaġġ furzat u atroċitajiet oħra,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989, li, b'mod partikolari, tipprojbixxi l-involviment tat-tfal fil-kunflitti armati,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

wara li kkunsidrat il-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li ġiet ratifikata mir-RDK fl-1982,

A.

billi tinsab imħassba b'mod serju bil-vjolenza li għaddejja, il-ksur enormi tad-drittijiet tal-bniedem, ir-reati ta' kull tip (arresti arbitrarji, estorsjoni, sakkeġġi, xogħol furzat, vjolenza sesswali, reklutaġġ furzat tat-tfal, tortura u eżekuzzjonijiet) u n-nuqqas ta' sigurtà fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar;

B.

billi l-preżenza u l-attivitajiet ta' gruppi armati fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar b'mod ġenerali u fil-Lvant tar-RDK b'mod partikolari huma fost il-kawżi ewlenin tan-nuqqas kontinwu ta' sigurtà fir-reġjun u jikkostitwixxu theddida kostanti għall-paċi, is-sigurtà, l-istabilità u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u għall-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tar-reġjun;

C.

billi l-isfruttament illegali u s-sakkeġġi li għaddejjin tar-riżorsi naturali u minerali, b'mod partikolari fil-Lvant tal-pajjiż, għadu wieħed mill-kawżi ewlenin ta' nuqqas ta' sigurtà fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar; billi ż-żieda fil-qgħad u l-faqar, il-kriżi tal-ikel u n-nuqqas ta' adegwatezza tas-servizzi soċjali bażiċi huma wkoll strumentali fil-qawmien mill-ġdid tal-vjolenza u l-instabilità fir-reġjun;

D.

billi s-sena li għaddiet il-ġlied wassal għal spustament ta' aktar minn 100 000 persuna, bir-riżultat li ggrava l-kriżi umanitarja li għaddejja fir-reġjun, li fih hemm madwar 2.6 miljun persuna spustati internament u 6.4 miljun persuna li għandhom bżonn ta' ikel u għajnuna ta' emerġenza, sitwazzjoni maħluqa prinċipalment mir-ribelljoni tal-M23 u l-attivitajiet kriminali ta' gruppi armati oħra fil-Lvant tar-RDK;

E.

billi wara l-offensiva militari mnedija lejn l-aħħar ta' Ottubru 2013 bl-appoġġ tal-Brigata għall-Intervent ta' MONUSCO, il-Forzi Armati tar-RDK (FADRC) temmew ir-ribelljoni tal-M23 u ppermettew l-installazzjoni mill-ġdid u gradwali tal-amministrazzjoni territorjali fiż-żoni okkupati mir-ribelli;

F.

tinnota d-dikjarazzjoni tal-5 ta' Novembru 2013 tal-mexxejja tal-M23, li tħabbar it-tmiem tar-ribelljoni tagħhom u r-rieda tagħhom li jilħqu l-objettivi tal-moviment tagħhom permezz ta' mezzi esklużivament politiċi;

G.

billi, minkejja din ir-rebħa mill-FARDC u minkejja l-isforzi magħmula u r-riżorsi pprovduti mill-komunità internazzjonali fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar, b'mod partikolari fil-Lvant tar-RDK, il-vjolenza u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità mwettqa mill-gruppi armati, u l-isfruttament illegali u s-sakkeġġi tar-riżorsi naturali tar-RDK għadhom għaddejjin; billi, għaldaqstant, huwa importanti li jitkomplew l-isforzi biex jiġu kkonsolidati l-paċi u s-sigurtà fir-reġjun;

H.

tiddeplora d-diffikultajiet biex jiġu konklużi malajr it-taħdidiet f'Kampala bejn il-Gvern tar-RDK u l-M23 li rriżultaw minn nuqqas ta' qbil dwar in-natura u t-titolu tat-test finali li jissanzjona dawk it-taħdidiet, minkejja l-progress li diġà sar;

I.

billi hemm ħtieġa urġenti biex jintemmu b'mod definittiv l-attivitajiet tal-forzi negattivi l-oħra kollha li joperaw fil-Lvant tar-RDK, inklużi l-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FDLR), il-Forzi Demokratiċi Alleati/Armata Nazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Uganda (ADF/NALU) u l-gruppi Mai-Mai differenti, u jiġu rrestawrati malajr kemm jista' jkun il-paċi u s-sigurtà fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar;

J.

billi huwa ta' dispjaċir li l-impenji magħmula fil-ftehim qafas ta' hawn fuq iffirmat f'Addis Ababa fl-24 ta' Frar 2013 ma ġewx irrispettati mill-partijiet kollha involuti;

K.

billi waqt iż-żjara konġunta tiegħu fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f'Mejju 2013, il-President tal-Bank Dinji ħabbar li l-Bank Dinji għandu jikkontribwixxi USD 1 biljun għal proġetti ta' żvilupp fir-reġjun, flimkien mal-isforzi li attwalment qed isiru mill-komunità internazzjonali biex tinkiseb paċi dejjiema fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar;

1.

Tikkundanna għal darb'oħra, bl-aktar mod qawwi possibbli, l-atti ta' vjolenza, ir-reati, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, l-atti ta' stupru u reklutaġġ ta' suldati tfal li twettqu, u ttenni mill-ġdid l-appoġġ tagħha għall-popli tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar li ġew esposti għall-atroċitajiet tal-gwerra; tħeġġeġ lill-Istati jippromwovu d-djalogu, il-medjazzjoni, u n-negozjar fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti interni bħala mezz għall-eliminazzjoni tal-kawżi ta' nuqqas ta' qbil li jwasslu għal tentattivi ta' twaqqigħ ta' gvernijiet eletti b'mod demokratiku;

2.

Tistieden lill-Gvern tar-RDK jeżerċita l-awtorità kollha tieħu fit-teritorju kollu tar-RDK u li jtejjeb il-governanza ġenerali tal-pajjiż, inkluż fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll li jidentifika u jimplimenta mezzi xierqa biex jiġi żgurat li l-partijiet kollha tas-soċjetà Kongoliża jkollhom l-istess drittijiet;

3.

Tistieden lill-parlamenti tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar jaħdmu mal-gvernijiet u l-partiti politiċi tagħhom biex jippromwovu l-ġustizzja soċjali biex tiġi żgurata paċi dejjiema;

4.

Tistieden lill-parlamenti u l-gvernijiet jiżguraw parteċipazzjoni indaqs mill-kategoriji kollha tas-soċjetà, inklużi n-nisa u ż-żgħażagħ, il-minoranzi u l-gruppi vulnerabbli fil-proċess demokratiku u l-governanza;

5.

Tistieden lill-komunità internazzjonali, inkluż l-UA, l-UE u n-NU, biex tkompli tipprovdi għajnuna sostanzjali, ikkoordinata u aktar effettiva lill-persuni affettwati mis-sitwazzjoni ta' sigurtà fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar u biex iżżomm ruħha ppreparata biex twieġeb għad-diżastru umanitarju fir-reġjun;

6.

Tafferma mill-ġdid l-impenn riżolut tagħha lejn is-sovranità, l-indipendenza, l-integrità territorjali u l-unità nazzjonali tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar b'mod ġenerali u tar-RDK b'mod partikolari, u tenfasizza li jeħtieġ li dawn jiġu rrispettati sabiex jiġu promossi l-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar;

7.

Tafferma mill-ġdid id-dritt inaljenabbli u inderogabbli ta' kull wieħed mill-popli tar-reġjun li jibbenefika bis-sħiħ mill-assi nazzjonali tagħhom u li jużawhom b'mod kompletament sovran skont il-liġijiet tagħhom;

8.

Tesprimi l-appoġġ tagħha għall-Qafas ta' Paċi, Sigurtà u Kooperazzjoni għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Reġjun iffirmat f'Addis Ababa, u tistieden lill-partijiet firmatarji kollha jirrispettaw malajr l-impenji tagħhom u b'bona fede; għaldaqstant tistieden lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jieħu miżuri xierqa skont il-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni 2098 (2013) tiegħu rigward kwalunkwe parti li ma kkonformatx mal-impenji stabbiliti f'dak il-qafas;

9.

Tilqa' l-appoġġ tal-UE għall-ftehim qafas u tħeġġiġha tagħmel kull sforz, flimkien ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, biex tippromwovi l-paċi u ttejjeb il-kooperazzjoni bejn ir-RDK, l-Uganda, ir-Rwanda, il-Burundi u t-Tanzanija;

10.

Tesprimi l-appoġġ tagħha għall-miżuri kollha li l-għan tagħhom huwa r-restawr tal-paċi u s-sigurtà fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar li ġew promossi u mwettqa min-NU, l-UA, l-UE, l-ICGLR u s-SADC, u tħeġġiġhom ikomplu l-isforzi tagħhom u b'mod partikolari jistabbilixxu programm għall-iżvilupp armonjuż tar-reġjun, sabiex iż-żgħażagħ u l-popolazzjoni tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar b'mod ġenerali jiġu offruti alternattiva għall-gwerra li tipprovdihom futur aħjar;

11.

Tilqa' r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2098 (2013) dwar ir-RDK u tistieden b'mod urġenti lill-mexxejja tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar u l-komunità internazzjonali b'mod ġenerali biex jaħdmu biex jiżguraw li din ir-riżoluzzjoni tiġi implimentata kif xieraq u bis-sħiħ;

12.

Tilqa' l-iskjerament fit-Tramuntana ta' Kivu ta' truppi mill-Brigata għall-Intervent stabbilita skont ir-riżoluzzjoni fi ħdan il-MONUSCO; tilqa' l-involviment attiv tal-brigata fis-soppressjoni tar-ribelljoni tal-M23, u tistedinha tkompli tipprovdi appoġġ għat-truppi tal-gvern Kongoliż, bil-għan li jiġu żarmati l-gruppi armati l-oħra kollha fit-teritorju tar-RDK u jintemmu l-attivitajiet kriminali tagħhom fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar;

13.

Tħeġġeġ lill-komunità internazzjonali, b'mod partikolari d-donaturi ta' għajnuna, tappoġġja l-isforzi magħmula mill-awtoritajiet tar-RDK, wara r-rebħa militari fuq l-M23, biex jitwettqu riformi strutturali istituzzjonali, politiċi, ekonomiċi u soċjali, b'mod partikolari fl-oqsma tad-difiża, is-sigurtà u l-ġustizzja, bil-għan li jissaħħu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika;

14.

Tistieden lir-RDK u lill-ġirien tagħha jinvolvu ruħhom f'kooperazzjoni aktar mill-qrib u aktar effettiva, sabiex b'mod konġunt jindirizzaw il-konsegwenzi tal-kunflitti rikorrenti fir-reġjun u, minbarra li jittrattaw kwistjonijiet marbuta mas-sigurtà u oħrajn politiċi, jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar; tistieden lill-komunità internazzjonali, b'mod partikolari l-ICGLR, l-UA, l-UE, in-NU u l-Istati Uniti biex jappoġġjaw din il-kooperazzjoni;

15.

Tenfasizza, bil-għan li jintlaħaq dan, il-ħtieġa li tiġi rivitalizzata l-Komunità Ekonomika tal-Pajjiżi tal-Lagi l-Kbar u li tiġi pprovduta bil-ħtiġijiet finanzjarji għall-promozzjoni tal-paċi, l-integrazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi, sabiex tipprovdi lill-persuni tar-reġjun ħajja aħjar;

16.

Tilqa' l-progress magħmul fin-negozjati ta' Kampala taħt l-awspiċi tal-ICGLR u tħeġġeġ lill-medjatur u lill-partijiet kollha jikkonkludu malajr dawn it-taħdidiet, sabiex jiġu solvuti kwistjonijiet urġenti bħall-estradizzjoni ta' dawk li kienu ribelli tal-M23 li sabu rifuġju fil-pajjiżi tal-viċinat u l-persuni ċċitati għal delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem;

17.

Titlob għad-demobilizzazzjoni, id-diżarm, ir-riabilitazzjoni u r-reintegrazzjoni (DDRR) ta' dawk li kienu ribelli b'konformità stretta kemm mal-istandards internazzjonali bażiċi f'dan il-qasam kif ukoll mad-domandi speċifiċi tal-attività tas-suldati, kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tal-JPA AKP-UE dwar it-theddid ikkawżat mill-kolpi ta' Stat militari għad-demokrazija u l-istabilità politika fil-pajjiżi AKP, u r-rwol tal-komunità internazzjonali;

18.

Tinnota l-konsultazzjonijiet nazzjonali fir-RDK bejn il-maġġoranza presidenzjali, l-oppożizzjoni politika u s-soċjetà ċivili mlaqqa' mill-President Joseph Kabila u tħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-RDK jaġixxu fuq il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' dawk il-konsultazzjonijiet, bil-għan li tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni nazzjonali u jitneħħew darba għal dejjem il-kawżi bażiċi tal-kriżijiet politiċi rikorrenti fir-RDK;

19.

Tenfasizza l-ħtieġa li ma jintilifx ħin fl-identifikazzjoni, bl-għajnuna tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u s-Salib l-Aħmar Internazzjonali, ta' dawk li kienu ribelli tal-M23 u r-rifuġjati Kongoliżi fir-Rwanda u l-Uganda, sabiex b'hekk ikunu jistgħu jiġu ripatrijati b'mod volontarju lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom u sabiex kull min jixtieq, ikun jista' jieħu sehem fil-programm DDRR;

20.

Tenfasizza li t-tmiem tal-impunità hija waħda mill-prekundizzjonijiet għar-restawr tal-paċi u s-sigurtà fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar u ttenni t-talba tagħha lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri tal-ICGLR u lill-Qorti Kriminali Internazzjonali biex jikkundannaw u jikkastigaw dawk li wettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, stupru u r-reklutaġġ ta' suldati tfal fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar;

21.

Tinsisti li l-gruppi armati kollha li qed jimirħu fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar li għadhom ma rrestitwixxewx l-armi tagħhom għandhom jagħmlu dan minnufih u jimpenjaw ruħhom li jerġgħu lura għal ħajja ċivili normali fil-pajjiżi rispettivi tagħhom;

22.

Tħeġġeġ lill-pajjiżi kollha fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar li aċċettaw rifuġjati ċivili jew militari minn pajjiżi oħra biex jaderixxu b'mod strett mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Unità Afrikana (OUA) tal-1967 li Tiggverna l-Aspetti Speċifiċi tal-Problemi tar-Rifuġjati fl-Afrika, b'mod partikoalri l-projbizzjoni fuq dawn il-persuni involuti f'attivitajiet politiċi u militari kontra l-pajjiż tal-oriġini tagħhom;

23.

Tistieden lill-Bank Dinji jsegwi l-wegħda magħmula mill-President tiegħu fit-22 ta' Mejju 2013 f'Kinshasa li jinvesti s-somma ta' USD 1 biljun għal proġetti ta' żvilupp fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar, u tirrakkomanda li dan il-finanzjament jiġi ssenjalat bħala prijorità għaż-żoni affettwati mill-kunflitti;

24.

Tħeġġeġ lill-UA, lill-ICGLR u lill-Istati Membri tagħha, lin-NU u lill-UE jieħdu passi sodi u effettivi biex jiġġieldu kontra l-isfruttament illegali tar-riżorsi naturali u l-kummerċ tagħhom tar-RDK u pajjiżi oħra fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar, u b'mod partikolari biex jimponu penali fuq il-kumpaniji involuti f'dawn il-prattiki, skont il-prinċipji ta' trasparenza adottati fil-livell internazzjonali;

25.

Tagħti struzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex iressqu din ir-riżoluzzjoni quddiem l-Unjoni Afrikana, il-Kunsill tal-AKP-UE, il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, il-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, l-Istati Membri tal-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar u l-Presidenti, il-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern u l-parlamenti tal-Istati kkonċernati.

Regoli ta' Proċedura tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Artikolu 1

Assemblea Parlamentari Konġunta

1.   L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE (minn issa 'l quddiem “l-Assemblea”) hija kkostitwita skont l-Artikolu 17 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta' Stati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Pacifiku, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra.

2.   L-Assemblea Parlamentari Konġunta hija komposta minn żewġt ikmamar bl-istess numru ta' rappreżentanti tal-UE u tal-Istati AKP. Il-membri tal-Assemblea huma, minn naħa, membri tal-Parlament Ewropew u, min-naħa l-oħra, parlamentari jew, fin-nuqqas ta' dan, f'każijiet eċċezzjonali, bħall-każijiet ta' forza maġġuri, li tagħha għandha tintbagħat notifika bil-miktub minn qabel lill-Bureau tal-Assemblea skont l-Artikolu 2 (minn issa 'l quddiem “il-Bureau”), rappreżentanti magħżulin mill-parlament ta' kull Stat AKP. Fil-każ li Stat AKP ma għandux parlament, il-parteċipazzjoni, mingħajr dritt ta' vot, ta' rappreżentant ta' tali Stat hija suġġetta għal l-approvazzjoni preliminari tal-Assemblea.

3.   Il-kredenzjali tal-membri tal-Assemblea huma stabbiliti permezz ta' ittra tal-ħatra mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati rispettivi għar-rappreżentanti AKP u mill-President tal-Parlament Ewropew għar-rappreżentanti tiegħu.

Artikolu 2

Bureau

1.   Kull kamra għandha teleġġi l-Membri tagħha għall-Bureau skont il-prattika tagħha.

2.   Il-Bureau għandu jkun magħmul minn żewġ kopresidenti bl-istess status u 24 viċi president. Il-membri tal-Bureau huma nominati, rispettivament, nofs mir-rappreżentanti tal-Istati AKP u n-nofs l-ieħor mir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, skont il-proċedura stabbilita minn kull waħda miż-żewġt ikmamar.

3.   Il-Bureau jipprepara x-xogħlijiet tal-Assemblea, jikkontrolla s-segwitu għall-attivitajiet u għar-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea u jistabbilixxi l-kuntatti kollha neċessarji mal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE u mal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE.

4.   Il-Bureau huwa responsabbli mill-koordinament tax-xogħlijiet tal-Assemblea. Il-Bureau jista' jagħżel uħud mill-Membri tiegħu bħala viċi presidenti responsabbli minn kwistjonijiet speċifiċi, skont il-prinċipju ta' parità bejn il-membri tal-parlamenti tal-Istati AKP u l-membri tal-Parlament Ewropew.

5.   Il-Bureau jiltaqa', fuq inizjattiva tal-kopresidenti tiegħu, tal-anqas erba' darbiet fis-sena; żewġ laqgħat isiru fil-ġranet ta' qabel is-sessjonijiet tal-Assemblea.

6.   Il-Bureau jissottometti lill-Assemblea l-aġenda proposta għad-dibattiti. Huwa għandu r-responsabilità li jiżgura li, sa fejn hu possibbli, nofs il-punti mniżżla fl-aġenda jikkonċernaw temi ta' interess komuni.

Huwa jista' jipproponi limitazzjoni fuq il-ħin tad-diskorsi għad-dibattiti.

7.   Il-Bureau huwa kompetenti għal dak li għandu x'jaqsam mal-kompożizzjoni u t-tqassim tal-kompetenzi tal-kumitati permanenti msemmija fl-Artikolu 25 (“kumitati permanenti”).

8.   Il-Bureau huwa kompetenti għal dak li għandu x'jaqsam mal-awtorizzazzjoni għat-tfassil ta' rapporti jew ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni min-naħa tal-kumitati permanenti.

9.   Il-Bureau jista' wkoll iressaq kwistjonijiet għall-eżami tal-kumitati permanenti li, sussegwentement, jistgħu jitolbu l-awtorizzazzjoni għat-tfassil ta' rapport dwar tema partikolari.

10.   Il-Bureau huwa responsabbli mill-verifika tas-segwitu mogħti lir-riżoluzzjonijiet u lid-deċiżjonijiet tal-Assemblea. Fil-każ ta' riżoluzzjonijiet imressqa minn kumitat permanenti, huwa jista' jiddelega tali responsabilità ta' verifika lill-president u lir-rapporteur tal-kumitat permanenti inkwistjoni.

11.   Il-Bureau huwa responsabbli mid-diskussjoni, bil-magħluq, tal-każijiet individwali tad-drittijiet tal-bniedem.

12.   Il-laqgħat tal-Bureau mhumiex pubbliċi.

Artikolu 3

Preżenza ta' istituzzjonijiet oħra

1.   Il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, kif previst fl-Artikolu 15 tal-Ftehim ta' Sħubija, huwa mistieden jippreżenta r-rapport annwali tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim lill-Assemblea. Tali preżentazzjoni hija segwita minn dibattitu.

2.   Il-Kunsill tal-Ministri AKP u l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP, kif ukoll il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu, fuq stedina tal-Bureau, jipparteċipaw fis-sessjonijiet tal-Assemblea.

3.   Il-Kunsill tal-Ministri AKP, kif ukoll il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni Ewropea, jistgħu, fuq stedina tal-Bureau, jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bureau għal dak li għandu x'jaqsam mal-punti dwar l-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom.

Artikolu 4

Osservaturi u mistidnin oħra

1.   L-Istati segwenti, inkwantu osservaturi permanenti, jistgħu jibagħtu rappreżentant biex jipparteċipa fis-sessjonijiet tal-Assemblea:

(a)

l-Istati li jinsabu fil-proċess ta' ratifika tal-Ftehim ta' Sħubija;

(b)

l-Istati li huma membri tal-Grupp AKP.

L-osservaturi permanenti jistgħu jindirizzaw l-Assemblea.

2.   Organizzazzjonijiet jew korpi oħrajn jistgħu jipparteċipaw, bħala osservaturi, fis-sessjonijiet tal-Assemblea, fil-laqgħat tal-kumitati permanenti u fil-laqgħat parlamentari reġjonali fuq stedina tal-kopresidenti, bil-qbil mal-Bureau.

Huma jistgħu, fuq bażi ta' każ b'każ, jindirizzaw is-sessjoni jew il-laqgħat tal-kumitati, bil-qbil tal-Assemblea jew tal-Bureau tal-Kumitat ikkonċernat, rispettivament.

3.   L-osservaturi, sew jekk permanenti sew jekk le, ma għandhomx id-dritt ta' vot.

4.   Il-parteċipazzjoni, bi status konsultattiv, ta' mistidnin oħra, bħar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, fis-sessjonijiet tal-Assemblea, fil-laqgħat tal-kumitati permanenti u fil-laqgħat parlamentari reġjonali tal-Assemblea hija approvata mill-Bureau fuq bażi ta' każ b'każ.

Artikolu 5

Sessjonijiet tal-Assemblea

1.   L-Assemblea tiltaqa' darbtejn fis-sena għall-perjodu ta' tlett ijiem; is-sessjonijiet tagħha huma konvokati mill-kopresidenti tagħha u tiltaqa' alternattivament fi Stat AKP u fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jekk possibbli dak li jeżerċita l-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-iffissar tal-post tas-sessjoni jirrispetta alternanza bejn ir-reġjuni tal-Grupp ta' Stati AKP u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

3.   Fuq talba tal-Bureau jew tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, l-Assemblea tista' tkun konvokata mill-kopresidenti f'sessjoni straordinarja.

Artikolu 6

Laqgħat reġjonali tal-Assemblea

1.   Bi qbil mal-Artikolu 17(3) tal-Ftehim ta' Sħubija, l-Assemblea għandha torganizza laqgħat parlamentari reġjonali. Dawn il-laqgħat huma deċiżi fuq talba tal-Bureau jew tar-reġjuni kkonċernati.

2.   Għall-iskopijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, it-terminu “reġjun” ifisser entitajiet definiti mill-parlamenti nazzjonali tal-Istati AKP. Kull entità hekk definita hija suġġetta għall-approvazzjoni definittiva tal-Assemblea.

3.   Fil-laqgħat reġjonali jipparteċipaw rappreżentant ta' kull Stat AKP tar-reġjun u numru ekwivalenti ta' Membri tal-Parlament Ewropew.

4.   L-Assemblea torganizza mhux aktar minn tliet laqgħat reġjonali fis-sena, sa tul massimu ta' tlett ijiem kull waħda. F'każ li jiġu organizzati aktar minn tnejn, waħda minnhom issir fil-marġni tas-sessjoni li saret fi Stat AKP. Dawn il-laqgħat jadottaw konklużjonijiet f'forma ta' komunikat. Dawn ir-Regoli ta' Procedura japplikaw mutatis mutandis għal-laqgħat reġjonali.

5.   Il-laqgħat reġjonali jirrigwardaw kwistjonijiet ta' interess reġjonali u ta' attwalità, b'mod partikolari d-dokumenti ta' strateġija għar-reġjun u għall-pajjiż tar-reġjun ikkonċernat. Lis-sessjoni sussegwenti tal-Assemblea jiġi ppreżentat rapport ta' segwitu għal kull laqgħat reġjonali.

6.   Qabel kull laqgħa reġjonali jitfassal rapport dwar kull reġjun AKP, li jiġi diskuss fil-kuntest ta' tali laqgħa reġjonali.

Artikolu 7

Aġenda

1.   Il-Bureau jipprepara l-abbozz tal-aġenda tas-sessjoni. Tali abbozz jitressaq mill-kopresidenti għall-approvazzjoni tal-Assemblea. It-temi huma relatati mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati AKP fil-qafas tal-Ftehim ta' Sħubija.

L-abbozz tal-aġenda ta' kull sessjoni jinkludi l-kategoriji ta' temi li ġejjin:

(i)

ir-rapporti ppreżentati mill-kumitati permanenti. Dawn se jkunu limitati għal tlieta għal kull sessjoni. It-tul tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni inklużi fir-rapporti huwa stabbilit fl-Anness II ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura;

(ii)

it-temi urġenti proposti minn kumitat permanenti jew ippreżentati mill-Bureau innifsu. L-inklużjoni ta' temi urġenti tibqa' eċċezzjoni u ma tistax tkun aktar minn tnejn kull sessjoni. Temi oħra jitressqu lill-kumitat permanenti responsabbli;

(iii)

tema ta' rilevanza għal dibattitu ta' livell għoli.

2.   Rappreżentant tal-Istati AKP, grupp politiku jew għaxar membri jistgħu jressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar it-temi urġenti. Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni għandhom ikunu limitati għat-temi urġenti mniżżla fl-aġenda tas-sessjoni u ma jistgħux ikunu itwal mit-tul stabbilit fl-Anness II. Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni jridu jitressqu mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel il-ftuħ tas-sessjoni li matulha huma għandhom jiġu diskussi u jittieħed vot dwarhom.

3.   F'każijiet ta' urġenza, il-kopresidenti jistgħu jaġġornaw l-abbozz tal-aġenda bejn il-laqgħat tal-Bureau permezz tal-proċedura bil-miktub u/jew taċita.

4.   Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni dwar temi urġenti jitressqu lill-Bureau. Il-Bureau jivverifika li kull mozzjoni għal riżoluzzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2, tkun inkluża fl-aġenda u tkun disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż. Il-proposti tal-Bureau huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-Assemblea.

5.   Il-Bureau jibgħat il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni dwar temi urġenti lill-kumitat responsabbli għal skopijiet ta' informazzjoni.

Artikolu 8

Kworum

1.   Il-kworum tal-Assemblea jintlaħaq meta jkunu preżenti terz tar-rappreżentanti kemm tal-AKP kif ukoll tal-Parlament Ewropew.

2.   Il-votazzjonijiet huma validi jkun xi jkun in-numru tal-votanti, sakemm ma l-President, fuq talba li ssirlu minn tal-anqas għaxar membri qabel il-bidu tal-votazzjoni, jikkonstata li l-kworum ma ntlaħaqx fil-mument tal-votazzjoni. Fl-assenza tal-kworum, il-votazzjoni hija inkluża fl-aġenda tas-seduta ta' wara.

Artikolu 9

Presidenza tas-seduti

1.   Il-kopresidenti jiddeċiedu bi qbil komuni min minnhom se jassumi l-presidenza ta' kull seduta tal-Assemblea.

2.   Il-President jiftaħ, jaġġorna u jagħlaq is-seduti tal-Assemblea. Il-President jiżgura li r-Regoli ta' Proċedura jiġu osservati, iżomm l-ordni, isejjaħ lill-kelliema, jagħlaq id-dibattiti, iressaq il-kwistjonijiet għall-vot u jħabbar ir-riżultati tal-votazzjoni.

3.   Il-President jista' jitkellem waqt dibattitu biss biex jirrikapitula jew biex isejjaħ għall-ordni bejn il-kelliema; jekk jixtieq jipparteċipa fid-dibattitu, jabbanduna s-Sedja tal-Presidenza.

4.   Iż-żewġ kopresidenti jistgħu jagħżlu li jiġu sostitwiti għall-presidenza tal-Assemblea minn viċi president.

Artikolu 10

Tqassim tal-postijiet

Il-Membri jpoġġu f'ordni alfabetiku. Tali ordni huwa determinat għar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew mill-kunjom u għar-rappreżentanti tal-Istati AKP mill-isem tal-pajjiż; l-ittra inizjali tal-ordni alfabetiku tinbidel b'mod konsekuttiv għal kull sessjoni.

Artikolu 11

Lingwi uffiċjali

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Assemblea huma: Bulgaru, Kroat , Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż.

Għal-laqgħat kollha li jsiru fil-postijiet ta' ħidma normali tal-Parlament Ewropew, jiġi fornut servizz ta' interpretazzjoni fil-lingwi ta' ħidma kollha tal-Membri tal-Parlament Ewropew effettivament preżenti. Għal-laqgħat kollha li jsiru barra mill-postijiet ta' ħidma normali tal-Parlament Ewropew, jiġi fornut servizz ta' interpretazzjoni skont ir-regoli interni tal-Parlament Ewropew applikabbli, kif jinsabu fir-Regoli li jirregolaw il-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u l-Korpi tiegħu, stabbiliti mid-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2003 (17). Għal kull laqgħa jiġi fornut servizz ta' traduzzjoni bl-Ingliż u bil-Franċiż.

2.   L-atti adottati mill-Assemblea huma ppubblikati bil-lingwi uffiċjali. Id-dokumenti preparatorji u d-dokumenti ta' ħidma huma ppubblikati tal-anqas bl-Ingliż u bil-Franċiż.

Artikolu 12

Pubbliċità tal-proċeduri

Is-sessjonijiet tal-Assemblea huma pubbliċi sakemm ma tiddeċidix mod ieħor.

Artikolu 13

Minuti

1.   Il-minuti tal-proċeduri ta' kull seduta jinkludu d-deċiżjonijiet tal-Assemblea u l-ismijiet tal-kelliema. Dawn jitqassmu fis-seduta ta' wara.

2.   Il-minuti huma ppubblikati mill-Parlament Ewropew f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u mis-Segretarjat AKP skont il-modalitajiet li jqis l-aktar adegwati. Il-minuti tal-aħħar seduta tas-sessjoni jitressqu għall-approvazzjoni fil-bidu tas-sessjoni ta' wara u kwalunkwe korrezzjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u mis-Segretarjat AKP skont il-modalitajiet li jqis l-aktar adegwati.

Artikolu 14

Dikjarazzjonijiet u stqarrijiet għall-istampa tal-kopresidenti

1.   Il-kopresidenti jistgħu, possibbilment wara li jikkonsultaw il-Membri tal-Bureau permezz tal-proċedura bil-miktub u/jew tal-proċedura ta' approvazzjoni taċita, joħorġu dikjarazzjonijiet konġunti urġenti dwar kull kwistjoni li tikkonċerna s-Sħubija AKP-UE. Tali dikjarazzjonijiet huma bbażati fuq riżoluzzjonijiet u dikjarazzjonijiet eżistenti. Ladarba dawn ikunu nħarġu, il-kopresidenti l-ewwel jinformaw lill-Bureau dwarhom għal finijiet ta' diskussjoni u wara, mill-aktar fis possibbli, lill-Membri kollha tal-Assemblea.

2.   L-istqarrijiet għall-istampa jsiru bl-Ingliż u bil-Franċiż. Dawn id-dokumenti ma għandhomx natura uffiċjali.

Artikolu 15

Dritt għall-kelma

1.   Il-membri tal-Assemblea jistgħu jitkellmu biss fuq stedina tal-President. Ir-rappreżentanti tal-pajjiżi msemmija fir-riżoluzzjonijiet jew matul id-dibattiti jgawdu mid-dritt ta' replika fi ħdan il-limitu ta' żmien allokat għalihom.

2.   Fid-dibattiti fl-Assemblea, il-ħin għad-diskorsi jinqasam b'mod indaqs bejn ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Istati AKP. Fuq proposta tal-President, l-Assemblea tista' tiddeċiedi li tillimita l-ħin għad-diskorsi. Il-Membri jistgħu jippreżentaw kontributi bil-miktub flimkien mad-dikjarazzjonijiet tagħhom, limitati għal 2 000 karattru. Il-kontributi bil-miktub huma arkivjati fil-lingwa oriġinali.

3.   Għal dak li għandu x'jaqsam mal-Parlament Ewropew, il-ħin għad-diskorsi huwa allokat skont is-sistema d'Hondt.

4.   Il-Membri tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jew ir-rappreżentanti magħżula minnhom, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-korpi u tal-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) jinstemgħu fuq talba tagħhom.

5.   Is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew u s-Segretarju Ġenerali tas-Segretarjat AKP jistgħu jintervjenu waqt il-laqgħat tal-Bureau u waqt is-sessjonijiet tal-Assemblea meta jkunu debitament inkarigati mill-kmamar rispettivi tagħhom u jekk mitlubin jagħmlu dan mill-kopresident li jippresiedi tali laqgħat u sessjonijiet.

6.   Barra mill-każ previst fil-paragrafu 6, kelliem ma jistax ikun interrott jekk mhux mill-President u f'każ biss li l-ħin għad-diskorsi allokat lilu jkun skada.

7.   Jekk kelliem joħroġ barra mis-suġġett, il-President għandu jsejjaħlu għall-ordni. Jekk il-kelliem jippersisti, il-President jista' jċaħħdu milli jitkellem għall-perjodu li hu jidhirlu xieraq.

Artikolu 16

Dritt ta' vot u metodi ta' votazzjoni

1.   Kull membru bi dritt ta' vot għandu vot wieħed. Il-vot bi prokura mhuwiex permess.

2.   Normalment l-Assemblea tivvota b'turija tal-idejn. Jekk ir-riżultat tal-votazzjoni b'turija tal-idejn ikun dubjuż, issir votazzjoni oħra bl-użu ta' skedi kkuluriti jew b'votazzjoni elettronika.

3.   Jekk titressaq talba bil-miktub sal-10 ta' filgħodu tal-jum tal-votazzjoni min-naħa ta' tal-anqas għaxar membri, l-Assemblea tipproċedi għal votazzjoni permezz ta' vot sigriet.

4.   Biex tkun ikkunsidrata adottata, deċiżjoni trid tikseb il-maġġoranza tal-voti mitfugħa. Fil-każ ta' talba għal votazzjoni separata skont il-kamra, imressqa minn tal-anqas ħames membri sal-10 ta' filgħodu tal-jum tal-votazzjoni, issir votazzjoni li fiha l-membri tal-parlamenti tal-Istati AKP u l-membri tal-Parlament Ewropew jivvotaw separatament u f'ordni alternat. F'dan il-każ, id-deċiżjoni mressqa għall-votazzjoni hija kkunsidrata approvata biss jekk tikseb il-maġġoranza tal-voti mitfugħa kemm mill-membri tal-parlamenti tal-Istati AKP kif ukoll mill-membri tal-Parlament Ewropew li jipparteċipaw fil-votazzjoni.

5.   Fil-każ ta' voti ndaqs, il-mozzjoni mhijiex adottata. Hija tista' terġa' titressaq għall-votazzjoni fis-sessjoni ta' wara tal-Assemblea.

6.   Fuq talba mressqa minn tal-anqas ħames membri sal-10 ta' filgħodu tal-jum tal-votazzjoni, l-Assemblea tivvota fuq partijiet separati tat-test ta' paragrafu jew ta' emenda.

7.   Kwalunkwe talba mressqa skont il-paragrafi 3, 4 u 6 tista' tkun irtirata mill-awturi tagħha fi kwalunkwe mument qabel il-votazzjoni.

Artikolu 17

Spjegazzjonijiet tal-vot

Dwar il-votazzjoni finali kull membru jista' jippreżenta dikjarazzjoni orali li ma għandhiex iddum aktar minn minuta u nofs, jew dikjarazzjoni bil-miktub li ma għandhiex taqbeż il-200 kelma. L-ispjegazzjonijiet bil-miktub ikunu arkivjati fil-lingwa oriġinali.

Artikolu 18

Riżoluzzjonijiet tal-Assemblea

1.   L-Assemblea tivvota dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni inklużi fir-rapporti ppreżentati mill-kumitati permanenti skont Artikolu 7.

2.   L-Assemblea tivvota wkoll fuq kwalunkwe mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar temi urġenti skont l-Artikolu 7.

3.   Il-President jistieden lill-awturi ta' kwalunkwe mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar temi urġenti simili sabiex ifasslu mozzjoni ta' kompromess. Fl-aħħar tad-dibattitu, kull mozzjoni ta' kompromess u l-emendi relatati magħha jitressqu għal votazzjoni tal-Assemblea. Ladarba tiġi adottata mozzjoni ta' kompromess għal riżoluzzjoni, il-mozzjonijiet l-oħra mressqa dwar l-istess tema jiddekadu.

4.   Ir-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea huma trasmessi lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE u lil kwalunkwe parti interessata oħra. Fis-sessjoni li jmiss tal-Assemblea l-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jirrapportaw dwar is-segwitu mogħti lir-riżoluzzjonijiet adottati.

Artikolu 19

Emendi

1.   Rappreżentant AKP bi dritt ta' vot, grupp politiku jew għaxar membri jistgħu jressqu emendi. L-emendi għandhom ikunu relatati mat-test li huma qegħdin jemendaw u għandhom jitressqu bil-miktub. Fuq il-bażi ta' dawn il-kriterji l-President jiddeċiedi dwar l-ammissibilità tagħhom.

2.   L-iskadenza għat-tressiq tal-emendi titħabbar fil-bidu tas-sessjoni.

3.   Fil-mument tal-votazzjoni, l-emendi għandhom preċedenza fuq it-test li jirreferi għalihom.

4.   Għall-emendi relatati mal-istess suġġett l-ewwel waħda li titressaq għall-vot tkun dik li l-kontenut tagħha jitbiegħed l-aktar mit-test f'eżami. Huma ammessi biss l-emendi orali intiżi li jikkoreġu żbalji tekniċi jew lingwistiċi. L-emendi orali l-oħra kollha jitħallew għad-diskrezzjoni tal-Assemblea. Emenda orali ma tiġix ikkunsidrata jekk tirċievi l-oġġezzjoni ta' għaxar membri li jqumu bilwieqfa.

Artikolu 20

Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub

1.   Kull membru tal-Assemblea jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jew lill-Kummissjoni Ewropea.

2.   Il-mistoqsijiet huma ppreżentati bil-miktub lill-Bureau li, jekk iqishom ammissibbli, jittrasmettihom lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jew, jekk hu l-każ, lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jew il-Kummissjoni Ewropea huma mistiedna jwieġbu bil-miktub sa terminu ta' xahrejn mid-data tan-notifika tal-mistoqsija.

3.   Il-mistoqsijiet li tkun ingħatatilhom tweġiba huma ppubblikati, flimkien mat-tweġiba relatata, mill-Parlament Ewropew f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u mill-Istati AKP skont il-modalitajiet li kull wieħed minnhom iqis l-aktar adegwati.

4.   Il-mistoqsijiet li jitħallew mingħajr tweġiba sal-iskadenza prevista, huma ppubblikati fl-istess kundizzjonijiet b'indikazzjoni li huma għadhom ma ngħatawx tweġiba.

Artikolu 21

Ħin għall-mistoqsijiet

1.   Il-ħin għall-mistoqsijiet mal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE u mal-Kummissjoni Ewropea jsir waqt kull sessjoni fil-mumenti stabbiliti mill-Bureau b'tali mod li tiġi żgurata l-preżenza ta' dawn iż-żewġ istituzzjonijiet fl-ogħla livell.

2.   Kull membru tal-Assemblea jista' jagħmel mistoqsija waħda lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE u waħda lill-Kummissjoni Ewropea. Il-mistoqsijiet iffirmati minn aktar membri jistgħu jkunu ppreżentati minn wieħed minnhom biss.

3.   Il-mistoqsijiet jitressqu bil-miktub lill-Bureau saż-żmien stabbilit minnu.

4.   F'każijiet ta' urġenza u bi qbil mal-istituzzjoni destinatarja tal-mistoqsija, il-kopresidenti jew il-Bureau jistgħu jiddeċiedu li jinkludu mistoqsija fl-aġenda anki jekk it-terminu stabbilit mill-Bureau jkun skada.

5.   Il-kopresidenti tal-Assemblea għandhom jiddeċiedu dwar l-ammissibilità tal-mistoqsijiet li hija ddeterminata skont l-ambitu u l-kontenut tal-Ftehim ta' Sħubija. Il-mistoqsijiet relatati mas-suġġetti li diġà huma inklużi fl-aġenda għad-diskussjoni mal-istituzzjoni kkonċernata huma ddikjarati inammissibbli. Il-mistoqsijiet iddikjarati ammissibbli huma trasmessi lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jew lill-Kummissjoni Ewropea. Il-kopresidenti jiddeċiedu l-ordni li fih se jkunu ttrattati l-mistoqsijiet. Id-deċiżjoni tiġi nnotifikata immedjatament lill-awtur.

6.   Il-mistoqsijiet ma għandhomx ikunu itwal minn 100 kelma u jridu jkunu f'forma ta' mistoqsija u mhux dikjarazzjoni.

7.   L-Assemblea tirriserva mument speċifiku matul kull sessjoni biex jiġu ttrattati l-mistoqsjijiet lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE u lill-Kummissjoni Ewropea. Il-mistoqsijiet li jibqgħu mingħajr tweġiba minħabba nuqqas ta' ħin jirċievu tweġiba bil-miktub sakemm l-awtur ma jirtirax il-mistoqsija tiegħu.

8.   Mistoqsija tista' tingħata tweġiba biss jekk l-awtur tagħha huwa preżenti jew jekk ikun għarraf bil-miktub lill-kopresidenti, qabel il-bidu tal-ħin għall-mistoqsijiet, b'isem is-sostitut tiegħu.

9.   Jekk la l-awtur u lanqas is-sostitut tiegħu ma jkunu preżenti, il-mistoqsija tirċievi tweġiba bil-miktub.

10.   Il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jew il-Kummissjoni Ewropea jagħtu tweġibiet bil-miktub qabel. L-awtur tal-mistoqsijiet oriġinarja jista' jagħmel mistoqsija supplementari qasira waħda, jekk ikun preżenti, jew mis-sostitut tiegħu, dment li l-awtur tal-mistoqsija oriġinarja jkun għarraf bil-miktub lill-kopresidenti, qabel il-bidu tal-ħin għall-mistoqsijiet, b'isem ta' dan is-sostitut. Il-President jista' jirrifjuta kwalunkwe mistoqsija li ma għandhiex x'taqsam mal-mistoqsija originarja. Jekk il-ħin jippermetti, jistgħu jsiru mistoqsijiet oħrajn lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jew lill-Kummissjoni Ewropea abbażi tal-proċedura “catch-the-eye”.

11.   Fuq talba ta' tal-anqas għaxar membri tal-Assemblea, wara t-tweġiba tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jew tal-Kummissjoni jista' jsir dibattitu. It-tul ta' żmien ta' dan id-dibattitu huwa stabbilit mill-President.

Artikolu 22

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija min-naħa tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE

Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija min-naħa tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, li se jittratta, fost ħwejjeġ oħra, miżuri meħuda skont ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Assemblea, huwa stampat bil-lingwi uffiċjali u mqassam għal dibattitu annwali fl-Assemblea.

Artikolu 23

Kontroll tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija

Mingħajr preġudizzju għar-rapport reġjonali msemmija fl-Artikolu 6, fuq proposta tal-Bureau, l-Assemblea tista' taħtar korapporteur AKP u korapporteur tal-UE sabiex jagħmlu rapport dwar reġjun speċifiku, jew dwar kwalunkwe materja oħra relatata mal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija.

Artikolu 24

Talbiet għal opinjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE

1.   Jekk l-Assemblea tintalab tesprimi opinjoni dwar deċiżjoni jew proposta ta' deċiżjoni, ta' riżoluzzjoni, ta' rakkomandazzjoni jew ta' opinjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, it-talba f'dan ir-rigward titressaq lill-Bureau, li jittrasmetti l-kwistjoni lill-Assemblea, akkumpanjata minn rakkomandazzjoni.

2.   Fil-każ li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jiddikjara l-urġenza, il-Bureau jista' jadotta deċiżjoni definittiva.

Artikolu 25

Kumitati permanenti

1.   L-Assemblea twaqqaf tliet kumitati (18) permanenti inkarigati, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija, mill-oqsma li ġejjin:

il-promozzjoni ta' proċessi demokratiċi permezz ta' djalogu u konsultazzjoni;

il-kwistjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u kummerċjali u l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp;

il-kwistjonijiet soċjali u ambjentali.

2.   B'konformità mal-arranġamenti ġenerali għall-funzjonament tal-Assemblea, il-kumitati permanenti huma komposti minn membri tal-Assemblea bi qbil mal-Artikolu 1, u joperaw b'mod strettament konġunt.

3.   Ir-regoli ta' proċedura tal-kumitati permanenti huma adottati mill-Assemblea fuq proposta tal-Bureau.

Artikolu 26

Kumitati temporanji ta' verifika

1.   Il-Bureau jista', fuq proposta tal-Assemblea, joħloq kumitati temporanji ta' verifika dwar temi speċifiċi marbuta mal-Ftehim ta' Sħubija jew ma' kwistjonijiet koperti minnu. Ma jistax ikun hemm iktar minn żewġ kumitati ta' dan it-tip li jkunu qed joperaw fl-istess ħin. Il-kumitati ta' verifika għandhom itemmu ħidmiethom fi żmien sena.

2.   Il-Bureau jistabbilixxi r-responsabilitajiet, il-kompożizzjoni u l-mandat tagħhom.

Artikolu 27

Gruppi ta' diskussjoni

1.   Bil-għan li “tħaffef il-ftehim akbar bejn il-popli tal-Unjoni Ewropea u dawk tal-Istati tal-AKP u toħloq għarfien pubbliku għal kwistjonijiet ta' żvilupp”, l-Assemblea torganizza regolarment gruppi ta' diskussjoni kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-Istati AKP.

2.   Il-gruppi ta' diskussjoni huma organizzati taħt ir-responsabilità tal-Bureau u joffru, b'mod partikolari, l-opportunità li jiġu mistiedna persuni kapaċi jagħtu lill-Assemblea informazzjoni diretta dwar is-sitwazzjonijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali li huma ta' tħassib.

3.   Ġurnata qabel il-ftuħ ta' kull sessjoni tal-Assemblea jiġu organizzati sa tliet gruppi ta' diskussjoni. Kull rapporteur jippreżenta lis-sessjoni rapport orali qasir segwit, possibbilment, minn dibattitu.

Artikolu 28

Missjonijiet u delegazzjonijiet

1.   Il-Bureau jista' jiddeċiedi li jibgħat missjonijiet għal ġbir ta' informazzjoni fl-Istati AKP jew fl-Istati Membri tal-UE jew għand organizzazzjonijiet internazzjonali, u dan fir-rispett tar-restrizzjonijiet baġitarji. Il-Bureau jew l-Assemblea jistgħu jiddeċiedu wkoll li jibagħtu delegazzjonijiet konġunti ta' osservazzjoni f'okkażjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali jew parlamentari, fuq stedina tal-pajjiż ikkonċernat, sakemm is-sigurtà tagħhom tkun żgurata u li, fil-każ tal-membri tal-Parlament Ewropew, dan ikun kompatibbli mar-regoli interni tal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, bi qbil mal-prinċipju ta' kooperazzjoni mill-qrib stabbilit fl-Artikolu 29, il-Bureau jista' jibgħat delegazzjonijiet għal-laqgħat tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u tas-sħab soċjali, inklużi dawk li ma jsirux Brussell.

Jitressaq rapport lill-Bureau u lis-sessjoni sussegwenti tal-Assemblea. Jingħata segwitu konkret għar-rakkomandazzjonijiet ifformulati fir-rapport fl-okkażjoni tal-laqgħat li jmiss tal-Bureau.

2.   Il-kopresidenti jew il-viċi presidenti tagħhom, jistgħu jattendu għal-laqgħat ta' livell għoli jew għal-laqgħat ta' korpi parlamentari nazzjonali meta mistiedna biex jipparteċipaw fil-kariga uffiċjali tagħhom, kemm individwalment kif ukoll konġuntament, f'isem l-Assemblea. Dawn il-missjonijiet jirrappreżentaw l-Assemblea fl-intier tagħha u l-attivitajiet involuti għandhom jirriflettu l-interessi komuni AKP-UE.

Artikolu 29

Konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili

L-Assemblea tieħu miżuri biex tiżgura li l-Istati AKP u l-Unjoni Ewropea jkollhom kuntatti u konsultazzjonijiet regolarment mar-rappreżentanti tas-sħab ekonomiċi u soċjali AKP-UE u mar-rappreżentanti oħrajn tas-soċjetà ċivili, bil-għan li tikseb fehmiethom dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija. Tali rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għandhom l-opportunità jattendu għal-laqgħat reġjonali u għal-laqgħat tal-kumitati permanenti u jieħdu sehem fil-gruppi ta' diskussjoni. Il-Bureau jeżamina f'kull każ il-kundizzjonijiet li fihom ikunulhom indirizzati l-istediniet.

Artikolu 30

President onorarju

Fuq proposta tal-Bureau, u f'każijiet eċċezzjonali, l-Assemblea tista' tikkonferixxi lil wieħed mill-ex kopresidenti tagħha t-titolu ta' President onorarju. Dan l-unur jixhed ir-rikonoxxenza tal-Assemblea għas-servizzi distinti mogħtija mill-persuna kkonċernata, matul il-mandat tiegħu, għall-kawża tal-Assemblea.

Artikolu 31

Segretarjat

Is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew u s-Segretarju Ġenerali tas-Segretarjat Ġenerali tal-AKP jadottaw il-provvedimenti neċessarji kollha biex jiżguraw l-assistenza lill-Assemblea u l-funzjonament tajjeb ta' xogħlijietha. Huma jistgħu jagħżlu uffiċjal ta' livell għoli mis-Segretarjati rispettivi tagħhom biex jirrappreżentahom bħala Kosegretarju Ġenerali tal-Assemblea. Huma responsabbli fil-konfront tal-Bureau.

Artikolu 32

Regolament finanzjarju

L-Assemblea tadotta r-regolament finanzjarju tagħha fuq il-bażi ta' proposti mill-Bureau.

Artikolu 33

- Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura

Il-President jew, fuq talba tiegħu, il-Bureau, jiddeċiedi dwar kwistjonijiet relatati mal-interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura.

Artikolu 34

Punti ta' ordni

1.   Membru jista' jqajjem punt ta' ordni jew iressaq mozzjoni ta' proċedura u għandu d-dritt li jitkellem l-ewwel. Huwa jista' jitkellem dwar punt ta' ordni jew dwar mozzjoni ta' proċedura għal mhux aktar minn żewġ minuti.

2.   Il-President jista', fuq talba, jagħti l-kelma lill-kelliem wieħed li jixtieq jintervjeni kontra tali mozzjoni, għal mhux aktar minn żewġ minuti.

3.   Il-kelma ma tingħatax lil ebda kelliem ieħor.

4.   Il-President iħabbar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-punt ta' ordni jew dwar il-mozzjoni ta' proċedura. Huwa jista' jikkonsulta lill-Bureau minn qabel.

Artikolu 35

Reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura

1.   Kwalunkwe emenda għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura hija deċiża mill-Assemblea abbażi tal-proposti tal-Bureau, wara li tkun ikkonsultat lill-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi.

2.   L-emendi huma adottati biss jekk jiksbu l-maġġoranza tal-voti ta' kull wieħed miż-żewġ gruppi tar-rappreżentanti fl-Assemblea.

3.   Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-mument tal-votazzjoni, l-emendi għal dawn ir-Regoli jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni wara li jiġu adottati.

ANNESS I

Kompetenzi, responsabilitajiet, kompożizzjoni u proċeduri tal-kumitati permanenti

Artikolu 1

Il-kumitati parlamentari permanenti huma tlieta u għandhom il-kompetenzi u r-responsabilitajiet li ġejjin:

I.

KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET POLITIĊI

Dan il-kumitat huwa kompetenti għall-kwistjonijiet relatati ma':

1.

id-djalogu politiku (Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE), l-iżvilupp u l-kwistjonijiet istituzzjonali;

2.

ir-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba (Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE);

3.

il-politiki li jibnu l-paċi u ma jwasslux għal konflitt imma għal ftehim (Artikolu 11 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE);

4.

il-kwistjonijiet dwar il-migrazzjoni (Artikolu 13 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE);

5.

ir-relazzjonijiet tal-Assemblea mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

Dan il-kumitat se jikkoordina l-ħidma tal-missjonijiet għal ġbir ta' informazzjoni, inklużi dawk mibgħuta sabiex jimmonitorjaw l-elezzjonijiet, skont l-Artikolu 28 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Assemblea.

II.

KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU, IL-FINANZI U L-KUMMERĊ

Dan il-kumitat huwa kompetenti għall-kwistjonijiet relatati ma':

1.

l-iżvilupp ekonomiku u l-kooperazzjoni kummerċjali kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-iżvilupp u s-sħubija;

2.

ir-riformi makroekonomiċi u strutturali, l-iżvilupp tas-settur ekonomiku u t-turiżmu (Artikoli 22-24 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE);

3.

l-arranġamenti l-ġodda tal-kummerċ AKP-KE, l-aċċess għas-suq u l-integrazzjoni gradwali tal-Istati AKP fl-ekonomija dinjija (Artikoli 34-37 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE);

4.

l-istandards ta' kummerċ u xogħol (Artikolu 50 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE);

5.

l-iżvilupp rurali, is-sajd u s-sigurtà fl-ikel (Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE);

6.

il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kooperazzjoni finanzjarja għall-iżvilupp, inkluż is-segwitu mogħti lill-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp.

III.

KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET SOĊJALI U L-AMBJENT

Dan il-kumitat huwa kompetenti għall-kwistjonijiet relatati ma':

1.

l-iżvilupp soċjali u tal-bniedem;

2.

l-infrastruttura u s-servizzi soċjali, inklużi l-kwistjonijiet tas-saħħa u tal-edukazzjoni (Artikolu 25 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE);

3.

il-kwistjonijiet taż-żgħażagħ u kulturali (Artikoli 26 u 27 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE);

4.

il-kwistjonijiet dwar is-sessi (Artikolu 31 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE);

5.

ir-riżorsi ambjentali u naturali (Artikolu 32 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE);

Artikolu 2

1.   Kull membru tal-Assemblea għandu d-dritt li jkun membru ta' wieħed mill-kumitati permanenti.

2.   Il-kumitati huma komposti minn 52 membru u jikkonsistu mill-istess numru ta' membri tal-Parlament Ewropew, minn naħa, u ta' membri parlamentari tal-Istati AKP, min-naħa l-oħra. Jekk in-numru ta' Stati AKP jikber, in-numru ta' komponenti tal-kumitati permanenti jiżdied ukoll proporzjonalment.

3.   Il-membri jistgħu wkoll jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kumitati li ma jappartjenux għalihom, f'kapaċità konsultattiva jew jekk it-tema tad-dibattitu tikkonċerna lil pajjiżhom jew lir-reġjun tagħhom fuq stedina tal-Bureau tal-Kumitat.

4.   Il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti li mhumiex membri ta' parlament hija permessa biss jekk it-tema tad-diskussjoni jikkonċerna lil pajjiżhom; iżda ma għandhomx id-dritt ta' vot.

5.   Ħlief jekk kumitat jiddeċiedi mod ieħor, il-laqgħat kollha huma pubbliċi.

Artikolu 3

1.   Il-kompożizzjoni tal-kumitati tirrifletti, safejn hu possibbli, dik tal-Assemblea.

2.   Il-kumitati jeleġġu minn fost il-Membri tagħhom Bureau tal-Kumitat għal perjodu ta' sena.

3.   Il-Bureau tal-kumitati huwa kompost minn żewġ kopresidenti (rappreżentant tal-Parlament Ewropew u rappreżentant tal-Istati AKP) u minn erba' koviċipresidenti (żewġ rappreżentanti tal-Istati AKP u żewġ rappreżentanti tal-Parlament Ewropew).

4.   Il-kumitati huma ppreseduti konġuntament minn membru tal-Parlament Ewropew u minn membru ta' parlament ta' Stat AKP.

5.   Il-kumitati jistgħu jaħtru rapporteurs inkarigati li jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi fl-ambitu tal-kompetenza tagħhom u jippreparaw rapporti li għandhom jitressqu lill-Assemblea, suġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-Bureau, bi qbil mal-Artikolu 2 tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni inklużi fir-rapporti jistgħu jkunu akkumpanjati b'nota spjegattiva ta' mhux aktar minn erba' paġni.

6.   Il-kumitati permanenti jiddiskutu l-punti l-oħra tal-aġenda, mingħajr rapport, u jgħarrfu bil-miktub lill-Bureau li l-punti msemmija kienu diskussi.

7.   Il-kumitati jikkontribwixxu għad-djalogu mal-interlokuturi mhux statali, bi qbil mal-Artikolu 17(3) tal-Ftehim ta' Sħubija, partikolarment permezz ta' seduti ta' smigħ.

8.   Il-kumitati jirrappurtaw lill-Assemblea dwar l-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 4

1.   Il-kumitati jiltaqgħu meta jkunu konvokati mill-kopresidenti tagħhom u għal massimu ta' erba' sessjonijiet fis-sena, tnejn minnhom waqt is-sessjoni tal-Assemblea.

2.   Kull membru jista' jressaq emendi sabiex jiġu eżaminati fil-kumitat. Rigward il-proċedura, għal-laqgħat tal-kumitati japplikaw, mutatis mutandis, l-Artikoli 3 (Preżenza ta' istituzzjonijiet oħra), 4 (Osservaturi), 8 (Kworum), 9 (Presidenza tas-seduti), 16 (Dritt ta' vot u metodi ta' votazzjoni) u 29 (Konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Assemblea.

ANNESS II

Tul tat-testi

Il-limiti massimi segwenti japplikaw għat-testi mressqa għall-finijiet tat-traduzzjoni u tar-riproduzzjoni:

noti spjegattivi, dokumenti ta' ħidma preparatorji u rapporti ta' missjonijiet għal ġbir ta' informazzjoni: sitt paġni,

mozzjonijiet għal riżoluzzjoni inklużi fir-rapporti u fit-temi urġenti: erba' paġni, inklużi l-premessi iżda mingħajr il-kunsiderazzjonijiet.

Paġna titqies li tfisser test ta' 1 500 karattru (mingħajr spazji).

Dan l-anness jista' jkun emendat permezz ta' deċiżjoni sempliċi tal-Bureau.

ANNESS III

Laqgħat tal-gruppi politiċi

Il-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew, kif ukoll il-membri tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti tal-Istati AKP, skont l-affiljazzjonijiet politiċi tagħhom, jistgħu jiltaqgħu fil-marġni tas-sessjonijiet tal-Assemblea, iżda mhux fl-istess ħin tas-sessjonijiet stess. Għal tali laqgħat jiġi fornut servizz ta' interpretazzjoni.

ANNESS IV

Regoli tal-Parlament Ewropew dwar is-servizzi ta' interpretazzjoni u ta' traduzzjoni (Artikolu 11 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura)

Servizzi ta' interpretazzjoni u ta' traduzzjoni (19)

(a)

Għal-laqgħat kollha organizzati fil-postijiet ta' ħidma normali tal-Parlament:

(i)

l-interpretazzjoni hija żgurata fil-lingwi ta' ħidma kollha tal-membri Ewropej tal-APK effettivament preżenti;

(ii)

il-preżenza effettiva fi ħdan it-tifsira ta' dan il-paragrafu tirreferi għall-parteċipazzjoni fis-seduti kollha ta' sessjoni, kif ukoll f'laqgħat tal-Bureau u tal-kumitati permanenti għall-membri kkonċernati;

(iii)

is-servizzi ta' traduzzjoni matul kull laqgħa huma żgurati bl-Ingliż u bil-Franċiż.

(b)

Għal-laqgħat kollha organizzati barra mill-postijiet ta' ħidma normali tal-Parlament:

(i)

bħala regola ġenerali, servizz ta' interpretazzjoni jiġi fornut lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol, bit-Taljan u bil-Portugiż; f'ċirkostanzi eċċezzjonali jistgħu jiġu kkunsidrati lingwi oħra għal laqgħat partikolari (pereżempju l-lingwa tal-Presidenza tal-Kunsill);

F'każ li jiġi stabbilit ġimagħtejn qabel li ssir laqgħa programmata li fiha se jipparteċipaw inqas minn tliet membri li jużaw lingwa waħda minn dawn, l-interpretazzjoni fil-lingwa/i kkonċernata/i mhijiex se tkun fornuta.

Il-parteċipazzjoni hija kkonfermata skont il-modalitajiet li ġejjin:

fil-każ ta' laqgħat barra mill-Unjoni Ewropea: permezz ta' prenotazzjoni ta' biljett tal-ajru mal-aġenzija tal-ivvjaġġar akkreditata tal-Parlament Ewropew, jew

fil-każ ta' laqgħat fl-Unjoni Ewropea: abbażi tal-listi mibgħuta mill-gruppi politiċi lill-kosegretarjat Ewropew, permezz tal-prenotazzjoni ta' biljett tal-vjaġġ u/jew ta' kamra f'lukanda,

(ii)

ladarba tkun bdiet il-laqgħa, l-interpretazzjoni se tkun fornuta fil-lingwi previsti, anki jekk inqas minn tliet membri li jużaw waħda minn dawn il-lingwi jibqgħu preżenti għal dik il-laqgħa speċifika,

(iii)

jekk, wara l-applikazzjoni tar-regoli fil-paragrafu (i), il-lingwa tal-pajjiż ospitanti mhijiex inkluża fil-profil lingwistiku tal-interpreti tas-sessjoni tal-APK, l-intepretazzjoni attiva u passiva fit-tali lingwa tista' tkun żgurata addizzjonalment, sakemm din tkun lingwa Komunitarja,

(iv)

is-servizzi ta' traduzzjoni matul kull laqgħa huma żgurati bl-Ingliż u bil-Franċiż.


(1)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fis-27 ta' Novembru 2013 f'Addis Ababa (l-Etjopja).

(2)  http://en.wikipedia.org/wiki/African_Union_Convention_on_Preventing_and_Combating_Corruption-cite_note-1#cite_note-1

(3)  COM(2006)0421.

(4)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fis-27 ta' Novembru 2013 f'Addis Ababa (l-Etjopja).

(5)  ĠU C 287, 10.11.2011, p. 3.

(6)  http://www.acp.int/content/outcome-documents-7th-summit-acp-heads-state-and-government-and-96th-acp-council-ministers

(7)  http://www.oecd.org/development/effectiveness/34428351.pdf

(8)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/EN/foraff/130243.pdf

(9)  http://ssc.undp.org/content/dam/ssc/documents/HLC%20Reports/Framework%20of%20Operational%20Guidelines_all%20languages/SSC%2017_3E.pdf

(10)  Dokument finali (2012), 20.3.2012.

(11)  http://www.oecd.org/dac/dac-global-relations/dialogue-triangular-cooperation.htm

(12)  A/RES/64/222 A-RES-64-222f.doc

(13)  http://www.undp.org/content/dam/undp/library/corporate/Executive%20Board/2013/English/B-11712E-2013-JBM-Leveraging%20South-South%20cooperation%20and%20triangular%20cooperation.pdf

(14)  COM(2011)0840, 7.12.2011.

(15)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fis-27 ta' Novembru 2013 f'Addis Ababa (l-Etjopja).

(16)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fis-27 ta' Novembru 2013 f'Addis Ababa (l-Etjopja).

(17)  See Annex IV.

(18)  Għal aktar regoli dettaljati ara Anness I.

(19)  Ara wkoll il-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu, partikolarment l-Artikoli 2(2) u 8(2) tiegħu.