|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2014.061.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2014/C 061/01 |
||
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/1 |
2014/C 61/01
L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ Novembru 2013 — Presidenza del Consiglio dei Ministri et. vs Rina Services SpA et.
(Kawża C-593/13)
2014/C 61/02
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Presidenza del Consiglio dei Ministri et.
Konvenuta: Rina Services SpA et.
Domandi preliminari
|
(1) |
Il-prinċipji tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment (Artikolu 49 TFUE) u dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikolu 56 TFUE), kif ukoll dawk stabbiliti fid-Direttiva 2006/123/KE (1), jipprekludu l-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li għas-Società Organismo di Attestazione (SOA), stabbiliti fil-forma ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata, “l-uffiċċju rreġistrat għandu jkun fit-territorju tar-Repubblika”? |
|
(2) |
Id-deroga stabbilita fl-Artikolu 51 TFUE għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri attività bħal dik ta’ ċertifikazzjoni mwettqa minn organi tad-dritt privat li, minn naħa, għandhom ikunu stabbiliti fil-forma ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata u joperaw f’suq kompetittiv u li, min-naħa l-oħra, jipparteċipaw fl-eżerċizzju ta’ setgħa pubblika u għalhekk huma suġġetti għal awtorizzazzjoni u għal kontrolli stretti min-naħa tal-Awtorità ta’ Sorveljanza? |
(1) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/2 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2013 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-465/11, Globula vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-596/13 P)
2014/C 61/03
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, L. Armati, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Globula a.s., Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-6 ta’ Settembru 2013, innotifikata lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Settembru 2013, fil-Kawża T-465/11, Globula vs Il-Kummissjoni Ewropea, |
|
— |
tikkonstata li l-ewwel motiv invokat fl-ewwel istanza ma huwiex fondat u tibgħat il-kawża mill-ġdid quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fuq it-tieni u fuq it-tielet motiv fl-ewwel istanza, |
|
— |
tirriżerva l-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Skont il-Kummissjoni, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet segwenti:
|
|
Minn naħa, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 288 u 297(1) TFUE, inkwantu kkonstatat li r-regoli tat-Tieni Direttiva Gass (1) japplikaw għal din il-kawża. Din l-ewwel sensiela ta’ argumenti mressqa mill-Kummissjoni tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidietx (b’mod impliċitu) li l-Kummissjoni kienet applikat it-Tielet Direttiva Gass (2) b’mod retroattiv. |
|
|
Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-klassifikazzjoni legali tagħha tal-fatti u ma applikatx b’mod korrett il-kriterju legali li hija stess kienet ħabbret. Anki jekk jiġi preżunt li l-Qorti Ġenerali ġustament qieset li l-applikazzjoni tar-regoli bażiċi tat-Tielet Direttiva Gass kienu retroattivi (quod non), wieħed għandu jeżamina l-kwistjoni dwar jekk ir-regoli li jinsabu fl-Artikolu 36 tat-Tielet Direttiva Gass jikkostitwixxux pakkett indiviżibbli mill-perspettiva tal-mument li fih huma jipproduċu l-effetti tagħhom, sabiex jiġi evalwat jekk il-Qorti Ġenerali ddeċidietx ukoll ġustament li applikazzjoni retroattiva tar-regoli tal-proċedura li jinsabu fl-imsemmija direttiva kienu pprojbiti bl-istess mod. |
|
|
Skont il-Kummissjoni, l-evalwazzjoni tad-deċiżjoni ta’ deroga nnotifikata fuq il-bażi tar-regoli tal-proċedura u bażiċi stabbiliti fit-Tielet Direttiva Gass ma timplikax applikazzjoni retroattiva ta’ dan l-att, iżda hija konformi mal-prinċipju ta’ applikazzjoni immedjata li tipprovdi li dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tapplika, kif tidħol fis-seħħ, għall-effetti futuri ta’ sitwazzjoni maħluqa taħt ir-regola l-antika. |
(1) Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230)
(2) Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, p. 94)
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ Novembru 2013 — Ministero dell’Economia e delle Finanze et vs Francesco Cimmino et
(Kawża C-607/13)
2014/C 61/04
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte Suprema di Cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze et
Konvenuti: Francesco Cimmino et
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2362/98 (1), li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jiżguraw ruħhom li l-operaturi jeżerċitaw attività ta’ importazzjoni f’isimhom stess, bħala entità ekonomika awtonoma, fir-rigward tat-tmexxija tagħhom, tal-persunal tagħhom u tal-funzjonament tagħhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li huma esklużi mill-benefiċċji doganali allokati l-attivitajiet kollha ta’ importazzjoni eżegwiti f’isem operatur tradizzjonali meta dawn tal-aħħar isiru minn persuni li jissodisfaw biss formalment ir-rekwiżiti previsti għal “operaturi ġodda” mill-istess regolament? |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2362/98 jippermetti lil operatur tradizzjonali li jbigħ banana li tinsab barra mit-territorju tal-Unjoni lil operatur ġdid billi jiftiehem ma’ dan tal-aħħar li jipprovdi sabiex idaħħal fit-territorju tal-Unjoni l-banana b’rata ta’ dazju preferenzjali u jbigħha mill-ġdid lill-istess operatur tradizzjonali bi prezz miftiehem qabel ma sseħħ it-tranżazzjoni kollha, mingħajr ma jbati riskju effettiv kummerċjali u mingħajr ma jipprovdi ebda mezz materjali għal din it-tranżazzjoni? |
|
(3) |
Il-ftehim imsemmi fil-punt preċedenti jikkostitwixxi ksur tal-projbizzjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet minn operatur ġdid għal operatur tradizzjonali previst fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 2362/98, bil-konsegwenza li t-trasferiment magħmul jibqa’ mingħajr effett u li d-dazji doganali jirriżultaw li huma dovuti b’rata sħiħa u mhux b’dik preferenzjali, fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 2988/95 (2)? |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2362/98, tat-28 ta’ Ottubru 1998, li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93, fir-rigward tal-iskema ta’ importazzjoni tal-banana fil-Komunità (ĠU L 293, p. 32).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/3 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn British Telecommunications plc mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-226/09 — British Telecommunications plc vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-620/13 P)
2014/C 61/05
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: British Telecommunications plc (rappreżentanti: J. Holmes, Barrister, u H. Legge QC)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, BT Pension Scheme Trustees Ltd
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza appellata f’dak li jikkonċerna l-ewwel u t-tieni motivi tar-rikors fl-ewwel istanza; |
|
— |
tilqa’ dawk il-motivi bħala fondati; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/703/KE, tal-11 ta’ Frar 2009 (1); u |
|
— |
tagħti lill-appellanti l-ispejjeż sostnuti minnha għal dan l-appell u għar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.
Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali indikat ir-raġunijiet tagħha stess, liema raġunijiet ma jinsabux fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, sabiex tinjora ċerti obbligi speċjali fl-evalwazzjoni tagħha tan-natura selettiva. B’hekk hija pprovat, b’mod illeċitu, tissostiwixxi r-raġunijiet tagħha ma’ dawk tal-Kummissjoni f’dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv favur l-appellanti.
Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li, fi kwalunkwe każ, ir-raġunijiet tal-Qorti Ġenerali stess fihom żbalji ta’ liġi, peress li, meta injorat l-obbligi speċjali, il-Qorti Ġenerali applikat kriterju legali inkorrett; barra minn hekk, kull waħda mir-raġunijiet li fuqhom hija bbażat ruħha kienet jew nieqsa minn rilevanza legali, jew inkella tali li tiżnatura s-sens ċar tal-provi.
Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta din eżaminat ir-raġunijiet tal-Kummissjoni sabiex tinjora l-obbligi speċjali, billi kkonkludiet li dawn il-motivi huma legalment rilevanti u suffiċjenti sabiex id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tiġi kkonfermata. L-eżami li l-Qorti Ġenerali għamlet ma huwiex adegwat. Fuq ċerti punti, huwa diffiċli li jiġi ddeterminat jekk il-Qorti Ġenerali taċċettax jew le r-raġunijiet tal-Kummissjoni u, jekk din taċċettahom, fuq liema bażi. Fuq punti oħra, il-Qorti Ġenerali tieħu inkunsiderazzjoni fatturi nieqsa minn rilevanza legali u tissostitwixxi r-raġunijiet tagħha ma’ dawk tal-Kummissjoni.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Frar 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C/55/07 (ex NN 63/07, CP 106/06) implementata mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq — Garanzija pubblika lill-BT [notifikata bid-dokument numru C(2009) 685]
ĠU L 242, p. 21.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberste Patent- und Markensenat (l-Awstrija) fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Arne Forsgren
(Kawża C-631/13)
2014/C 61/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberste Patent- und Markensenat
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Arne Forsgren
Konvenuta: Österreichische Patentamt
Domandi preliminari
|
(1) |
Skont l-Artikolu 1(b) u l-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (1), ċertifikat ta’ protezzjoni jista’ jingħata, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra huma sodisfatti, fir-rigward ta’ ingredjent attiv protett bi privattiva bażika (f’dan il-każ, il-proteina D) meta dan l-ingredjent attiv ikun inkluż fil-prodott mediċinali (f’dan il-każ, Synflorix) f’rabta kovalenti (molekulari) ma’ ingredjenti attivi oħra, filwaqt li madankollu jżomm l-effett tiegħu stess? |
|
(2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
|
(1) ĠU L 152, p. 1.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Bruxelles (il-Belġju) fis-6 ta’ Diċembru 2013 — Office national de l’emploi vs Marie-Rose Melchior
(Kawża C-647/13)
2014/C 61/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Office national de l’emploi
Konvenuta: Marie-Rose Melchior
Domanda preliminari
Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali u l-Artikolu 4(3) TUE, minn naħa, u l-Artikolu 34(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, min-naħa l-oħra, jipprekludu li, fir-rigward tal-eleġibbiltà għal allowances ta’ qgħad, Stat Membru jirrifjuta:
|
— |
li jieħu inkunsiderazzjoni perijodi ta’ xogħol li twettqu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea stabbilita f’dan l-Istat Membru, b’mod partikolari meta, kemm qabel, kif ukoll wara l-perijodu ta’ xogħol bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, ix-xogħol ikun twettaq bħala ħaddiem impjegat skont il-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat Membru; |
|
— |
li jassimila l-granet ta’ qgħad ikkumpensati skont il-“Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej”, ma’ ġranet ta’ xogħol filwaqt li l-ġranet ta’ qgħad ikkumpensati skont il-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat Membru, jibbenefikaw minn tali assimilazzjoni? |
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/5 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-678/13)
2014/C 61/08
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u D. Milanowska, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkonstata, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 258 TFUE, li meta applikat rata mnaqqsa ta’ VAT għall-provvisti:
elenkati fl-Anness 3 tal-Liġi Pollakka dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, [ustawa o podatku VAT] rigward l-apparat mediku, l-oġġetti mediċi jew il-prodotti farmaċewtiċi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 sa 98 tad-Direttiva dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqrija flimkien mal-Anness III ta’ din id-direttiva; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika tal-Polonja tapplika rata mnaqqsa ta’ VAT għal prodotti li ma jaqgħux taħt xi waħda mill-kategoriji ta’ prodotti elenkati fl-Anness III tad-Direttiva dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud. Dawn il-prodotti għall-kuntrarju għandhom jiġu ntaxxati bir-rata normali, sa fejn ma jaqgħux taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 98(2) ta’ din id-direttiva.
Skont il-Kummissjoni, il-prodotti kontenzjużi ma jistgħux jiġu kklassifikati la bħala prodotti farmaċewtiċi normalment użati għall-kura tas-saħħa, għall-prevenzjoni tal-mard u għat-trattament għal finijiet mediċi u veterinarji, lanqas bħala tagħmir normalment maħsub sabiex itaffi jew jikkura d-diżabbiltajiet u maħsuba għall-użu personali u esklużiv tal-persuni b’diżabbiltà. Barra minn hekk, diversi kategoriji ta’ prodotti li jibbenefikaw mir-rata mnaqqsa ta’ VAT skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt Pollakk ma humiex ċari jew ma humiex iddefiniti b’mod preċiż, li jagħmilha impossibbli li jiġu speċifikati l-prodotti effettivament ikkonċernati.
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fis-27 ta’ Diċembru 2013 — Belgacom SA vs Commune de Fléron
(Kawża C-685/13)
2014/C 61/09
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Belgacom SA.
Konvenuta: Commune de Fléron
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tad-direttiva “awtorizzazzjoni” (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha li jirrigwarda l-modalitajiet ta’ impożizzjoni ta’ tariffi għad-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju u d-drittijiet li jiġu stabbiliti faċilitajiet fuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata jipprekludu li l-awtoritajiet amministrattivi komunali ta’ Stat Membru jimponu, permezz ta’ regolament komunali, lill-operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli, impożizzjoni fiskali, li tikkostitwixxi taxxa unika u b’rata fissa ta’ EUR 2 500, għal kull pilun jew arblu, fejn il-fatt li joħloq din is-sitwazzjoni huwa l-preżenza fit-territorju tal-komun, mill-1 ta’ Jannar tas-sena fiskali, mingħajr natura remunerattiva u mmotivata minn għanijiet ta’ baġit u ambjentali?
(1) Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/6 |
Appell ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2014 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-12 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-499/10, MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-15/14 P)
2014/C 61/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, K. Talabér-Ritz, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt.
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) mogħtija fit-12 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-499/10, MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. vs Il-Kummissjoni Ewropea, |
|
— |
tiċħad ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Ġunju 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C-1/09 (ex NN 69/08) mogħti mill-Ungerija lil MOL Nyrt (1) u |
|
— |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż jew sussidjarjament, |
|
— |
tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid; u |
|
— |
tirriżerva l-ispejjeż relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza u ma’ dik tal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata, peress li, f’diversi aspetti, hija ma tinterpretax u ma tapplikax korrettament il-kunċett ta’ natura selettiva.
L-ewwel nett, is-sentenza ma tapplikax korrettament il-ġurisprudenza dwar il-karattru selettiv f’każ ta’ miżuri li għalihom l-awtoritajiet nazzjonali għandhom setgħa diskrezzjonali li tikkonċerna t-trattament li jirriżervaw għall-impriżi.
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali tiddiskrivi b’mod mhux preċiż id-dritt applikabbli billi tiddikjara li s-sodisfazzjon tal-kriterji oġġettivi jeskludu neċessarjament in-natura selettiva.
It-tielet nett, is-sentenza, b’mod żbaljat, tibbaża n-natura selettiva fuq l-intenzjoni tal-Istat Membru li jipproteġi operatur wieħed jew iktar minn sistema ġdida ta’ tariffi u għalhekk il-Qorti Ġenerali injorat il-kundizzjoni skont liema għajnuna mill-Istat tiddependi fuq l-effetti tal-miżura eżaminata.
Ir-raba’ nett, il-premessi fis-sentenza appellata li jikkonċernaw “l-emenda ulterjuri tal-kundizzjonijiet esterni [ftehim li jżomm livell iddeterminat ta’ tariffi]” ma kinux rilevanti f’dan il-każ minħabba li l-bidla sussegwenti fil-kundizzjonijiet esterni għall-ftehim eżaminat mill-Kummissjoni kienet tikkonsisti minn bidla tas-sistema legali.
(1) JO L 34, p. 55.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/7 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2014 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fil-5 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-512/09, Rusal Armenal ZAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-21/14 P)
2014/C 61/11
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Brakeland, M. França u T. Maxian Rusche, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Rusal Armenal ZAO, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża), tal-5 ta’ Novembru 2013, innotifikata lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Novembru 2013, fil-Kawża T-512/09 Rusal Armenal ZAO vs Il-Kunsill; |
|
— |
tiċħad l-ewwel motiv tar-rikors fl-ewwel istanza bħala li ma huwiex fondat fid-dritt; |
|
— |
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din teżamina l-motivi l-oħra mill-ġdid; |
|
— |
tirriżerva l-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ultra petita. |
|
|
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni tiegħu kif ukoll l-għan imfittex mil-leġiżlatur Komunitarju, fis-sens tal-ġurisprudenza Nakajima (2), meta adotta dik id-dispożizzjoni. |
|
|
It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju ta’ bilanċ istituzzjonali. |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45.
(2) Sentenza tas-7 ta’ Mejju 1991, Nakajima vs Il-Kunsill (C-69/89, Ġabra p. I-2069, punti 28 sa 32), ikkonfermata bis-sentenza tat-23 ta’ Novembru 1999, Il-Portugall vs Il-Kunsill (C-149/96, Ġabra p. I-8395, punt 49), ara wkoll is-sentenza tad-9 ta’ Jannar 2003, Petrotub u Republica vs Il-Kunsill (C-76/00 P, Ġabra p. I-79, punti 53 sa 56).
Il-Qorti Ġenerali
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/8 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 — Klein vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-309/10) (1)
(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Mezzi mediċi - Artikoli 8 u 18 tad-Direttiva 92/42/KEE - Nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni wara n-notifikazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)
2014/C 61/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Christoph Klein (Großgmain, l-Awstrija) (rappreżentant: D. Schneider-Addae-Mensah, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u G. von Rintelen, aġenti, assistiti minn C. Winkler, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze u N. Graf Vitzthum, sussegwentement minn M. Henze u J. Möller, bħala aġenti,
Suġġett
Rikors għad-danni, ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 268 TFUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent kien allegatament issubixxa sussegwentement għall-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82).
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Christoph Klein huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
(3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/8 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Jannar 2014 — Bial-Portela vs UASI — Probiotical (PROBIAL)
(Kawża T-113/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROBIAL - Trade marks nazzjonali, internazzjonali, Komunitarja verbali u figurattivi preċedenti, sinjal, isem kummerċjali u logo Bial - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 61/13
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bial-Portela & Ca, SA (São Mamede do Coronado, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. Pimenta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Probiotical SpA (Novara, l-Italja) (rappreżentant: I. Kuschel, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 1925/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Portela & Ca, SA u Probiotical SpA.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Bial-Portela & Ca, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Jannar 2014 — Wilmar Trading vs UASI — Agroekola (ULTRA CHOCO)
(Kawża T-232/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark Komunitarja verbali ULTRA CHOCO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ultra choco - Trade mark użata fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea u fil-Bulgarija mhux irreġistrata preċedentement ULTRA CHOCO - Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu tal-ħlas tal-ammont tal-ispejjeż tal-appell fit-terminu - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell bħala appell meqjus li ma sarx)
2014/C 61/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wilmar Trading Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentant: E. Miller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: C. Negro u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Agroekola EOOD (Sofija, il-Bulgarija)
Suġġett
Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Marzu 2012 (Każ R 87/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wilmar Trading Pte Ltd u Agroekola EOOD.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Wilmar Trading Pte Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/9 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2013 — Nezi vs UASI — Etam (E)
(Kawża T-645/13)
2014/C 61/15
Lingwa tar-rikors: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Efcharis Nezi (Mykonos, il-Greċja) (rappreżentant: A. Salkitzoglou, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Etam SAS (Clichy, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 329/2013-4; |
|
— |
temenda d-deċiżjoni inkwistjoni sabiex tirreġistra t-trade mark tar-rikorrenti għall-prodotti u s-servizzi kollha msemmija fl-applikazzjoni; u |
|
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tar-rikorrenti inklużi l-ispejjeż kollha tal-intervenjenti possibbli. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Efcharis Nezi
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “E” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14, 16, 18, 25, 26, 35 u 40 — applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja bin-numru 8701138.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Komunitarja “E” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell
Motivi invokati:
|
— |
interpretazzjoni żbaljata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009; u |
|
— |
interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 15 u 42 tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/10 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2013 — IOIP Holdings vs UASI (GLISTEN)
(Kawża T-648/13)
2014/C 61/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: IOIP Holdings LLC (Fort Wayne, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Dhondt and S. Kinart, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 1028/2013-2; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI li jirreġistra t-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “GLISTEN” għal prodotti fil-klassi 3 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 305 273
Deċiżjoni tal-eżaminatur: rikors miċħud
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament dwar it-trade marks Komunitarji
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/10 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2013 — Time vs UASI (InStyle)
(Kawża T-651/13)
2014/C 61/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Time Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Cañadas Arcas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 827/2013-2; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-appell quddiem l-Uffiċċju. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 264 223
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/10 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2013 — The Smiley Company vs UASI (Forma ta’ gallettina)
(Kawża T-656/13)
2014/C 61/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Freitag, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 997/2013-4; |
|
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forma ta’ gallettina b’wiċċ daħkani għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 133 683
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/11 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2013 — BH Stores vs UASI — Alex Toys (ALEX)
(Kawża T-657/13)
2014/C 61/19
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BH Stores BV (Willemstad, Curaçao) (rappreżentanti: T. Dolde u M. Hawkins, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alex Toys LLC (Greenwich, l-Istati Uniti tal-Amerika)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 1950/2012-2; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ALEX” għal prodotti fil-klassijiet 16, 20, u 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 540 173
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjonijiet Ġermaniżi ta’ trade marks Nru 1 049 274 u Nru 648 968 tat-trade mark verbali “ALEX” u r-reġistrazzjoni Ġermaniża Nru 39 925 705 tat-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “ALEX” għal prodotti fil-klassi 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 75 u 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/11 |
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2013 minn BP mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża F-38/12, BP vs FRA
(Kawża T-658/13 P)
2014/C 61/20
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: BP (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tat-30 ta’ Settembru 2013, fil-Kawża F-38/12; |
|
— |
konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni, tas-27 ta’ Frar 2012, li l-kuntratt tal-appellanti ma jiġġeddidx u li tiġi assenjatattrasferita f’dipartiment ieħor; tordna lill-appellata tikkumpensa d-dannu materjali tal-appellanti stmat għal EUR 1 320 kull xahar sa minn Settembru 2012, li magħhom għandhom jiżdiedu interessi moratorji bir-rata prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti perċentwali; u tordna lill-appellata tikkumpensa d-dannu morali tal-appellanti evalwat ex aequo et bono għal EUR 50 000; u |
|
— |
tordna lill-appellata tbati l-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji segwenti:
|
(1) |
Dwar id-deċiżjoni tan-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tal-appellanti
|
|
(2) |
Dwar id-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid
|
|
(3) |
L-appellanti tallega ksur tal-Artikoli 87(2) u 88 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fir-rigward tal-ispejjeż, u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/12 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2013 — dm-drogerie markt vs UASI — Diseños Mireia (D and M)
(Kawża T-662/13)
2014/C 61/21
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u C. Mellein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Diseños Mireia, SL (Barcelona, Spanja)
Talbiet
|
— |
tannula d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 911/2012-1 u tikkanċella t-trade mark ikkontestata; |
|
— |
alternattivament: tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 911/2012-1 u tirrinvija l-kawża; |
|
— |
alternattivament: tannula d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 911/2012-1. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tikkonsisti fl-ittri “D” u “M” għal prodotti fil-klassi 14 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 737 917
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 984 044 għat-trade mark “dm” għal prodotti fil-klassi 14
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/13 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2013 — Zitro IP vs UASI — Gamepoint (SPIN BINGO)
(Kawża T-665/13)
2014/C 61/22
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zitro IP Sàrl. (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gamepoint BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Ottubru 2013 mogħtija fil-Każ R 1388/2012-4; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra, fil-każ li din tal-aħħar tintervjeni, għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva kkulurita b’kuluri li jinkludu l-element verbali “SPIN BINGO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 545 658
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “ZITRO SPIN BINGO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 058 868
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/13 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2013 — Gugler France vs UASI — Gugler (GUGLER)
(Kawża T-674/13)
2014/C 61/23
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gugler France SA (Besançon, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alexander Gugler (Maxdorf, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 356/2012-4; |
|
— |
tikkanċella t-trade mark ikkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra, fil-każ li din tal-aħħar tintervjeni, għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “GUGLER” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 17, 19, 22, 37, 39 u 42 — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 324 902
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-motivi huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(b) u 53(1)(c) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(b) u 53(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/14 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 — Brammer vs UASI — Office Ernest T. Freylinger (EUROMARKER)
(Kawża T-683/13)
2014/C 61/24
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Brammer GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Kornfeld, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Office Ernest T. Freylinger SA (Strassen, il-Lussemburgu)
Talbiet
Fid-dawl tal-fatt li l-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-4 ta’ Lulju 2012, sa fejn din laqgħet ukoll l-oppożizzjoni għal servizzi fil-klassijiet 38 u 42,
|
— |
tikkonstata li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) aġixxa b’mod żbaljat; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 1653/2012-1; |
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EUROMARKER” għal servizzi fil-klassijiet 38, 42 u 45 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 852 849
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Office Ernest T. Freylinger SA
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EURIMARK” għal servizzi fil-klassijiet 35, 41, 42 u 45 — Trade mark Komunitarja Nru 5 850 111
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/14 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2013 — TUI Deutschland vs UASI Infinity — Real Estate & Project Development (Sensimar)
(Kawża T-706/13)
2014/C 61/25
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TUI Deutschland GmbH (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. von Schultz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Infinity Real Estate & Project Development GmbH (Rantum/Sylt, il-Ġermanja)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 1476/2012-1; |
|
— |
tiċħad l-oppożizzjoni magħmula kontra l-applikazzjoni tar-rikorrenti għal trade mark Komunitarja Nru 7 212 889 u |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellament u l-Bord tal-Appell, kif ukoll għal dawk sostnuti fil-kawża preżenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Sensimar” għal prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 16, 25, 35 u 44 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 212 889.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Infinity Real Estate & Project Development GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “SANSIBAR” għal prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 16, 25, 35 u 44.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/15 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 — Steinbeck vs UASI — Alfred Sternjakob (BE HAPPY)
(Kawża T-707/13)
2014/C 61/26
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Steinbeck GmbH (Fulda, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Heinrich u M. Fischer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alfred Sternjakob GmbH & Co. KG (Frankenthal, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 31/2013-1; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata suġġetta għal talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “BE HAPPY” għal prodotti fil-klassijiet 9, 11 u 18 — Trade mark Komunitarja Nru 8 666 083
Trade mark Komunitarja kkonċernata: ir-rikorrenti
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Alfred Sternjakob GmbH & Co. KG
Trade mark jew sinjal invokat: raġunijiet assoluti għal invalidità fis-sens tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/15 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 — Steinbeck vs UASI — Alfred Sternjakob (BE HAPPY)
(Kawża T-709/13)
2014/C 61/27
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Steinbeck GmbH (Fulda, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Heinrich u M. Fischer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alfred Sternjakob GmbH & Co. KG (Frankenthal, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 32/2013-1; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “BE HAPPY” għal prodotti fil-klassijiet 16, 21, 28 u 30 — Trade mark Komunitarja Nru 5 310 057
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Alfred Sternjakob GmbH & Co. KG
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: raġunijiet assoluti ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/16 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2013 — Bundesverband Deutsche Tafel vs UASI — Tiertafel Deutschland (Tafel)
(Kawża T-710/13)
2014/C 61/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bundesverband Deutsche Tafel eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Koerl, E. Celenk u S. Vollmer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tiertafel Deutschland eV (Rathenow, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 1074/2012-4; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “Tafel” għal servizzi fil-klassijiet 39 u 45 — Trade mark Komunitarja Nru 8 985 541
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Tiertafel Deutschland e.V.
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġunijiet assoluti ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 u mala fide tar-rikorrenti skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark annullata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/16 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 — Monster Energy vs UASI (REHABILITATE)
(Kawża T-712/13)
2014/C 61/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 609/2013-1; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “REHABILITATE” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 32 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 834 802
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/17 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2013 — 9Flats vs UASI — Tibesoca (9flats.com)
(Kawża T-713/13)
2014/C 61/30
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: 9Flats GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Stoffregen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tibesoca, SL (Valencia, Spanja)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 1671/2012-2; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI, tat-13 ta’ Lulju 2012, fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1 898 686; |
|
— |
tiċħad l-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark “9flats.com” — Trade mark Komunitarja Nru 9 832 635 |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “9flats.com” għal servizzi fil-klassijiet 36, 38, 39 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 832 635
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Tibesoca, SL
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva Spanjola, li tinkludi ċ-ċifri u l-elementi verbali “40 flats apartments”, għal servizzi fil-klassi 43, it-trade mark figurattiva Spanjola, li tinkludi ċ-ċifri u l-elementi verbali “11 flats apartments”, għal servizzi fil-klassi 43 u t-trade mark figurattiva Spanjola, li tinkludi ċ-ċifri u l-element verbali “50 flats”, għal servizzi fil-klassi 43
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parzjali tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/17 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2013 — Gold Crest vs UASI (MIGHTY BRIGHT)
(Kawża T-714/13)
2014/C 61/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gold Crest LLC (Santa Barbara, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Ottubru 2013 mogħtija fil-Każ R 2038/2012-2; |
|
— |
tiddikjara li t-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni hija eliġibbli għal reġistrazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata:it-trade mark verbali “MIGHTY BRIGHT” għal prodotti u servizzi fil-klassi 11 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 853 141
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 65(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/18 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2014 — Banco Mare Nostrum vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-16/14)
2014/C 61/32
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Banco Mare Nostrum SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero, A. Lamadrid de Pablo u A. Biondi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn fiha l-Kummissjoni tikklassifika l-miżuri kollha li skontha jikkostitwixxu l-hekk imsejħa sistema Spanjola ta’ leasing fiskali bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-investituri tal-AIE bħala l-benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru; |
|
— |
sussidjarjament tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dan jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna; |
|
— |
tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn fih tittieħed deċiżjoni dwar il-legalità ta’ kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/18 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2014 — Aguas de Valencia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-18/14)
2014/C 61/33
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Aguas de Valencia, SA (Valencia, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkwalifika l-ġabra ta’ miżuri li fil-fehma tagħha jikkostitwixxu s-sistema Spanjola ta’ leasing finanzjarju bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw l-investituri tal-AIEs bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi benefiċjarji tal-ordni ta’ rkupru; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jordna l-irkupru tal-għajnuna allegata; |
|
— |
tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jagħti deċiżjoni dwar il-legalità tal-kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk diġà invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/19 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2014 — NetMed vs UASI — Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik (SANDTER 1953)
(Kawża T-21/14)
2014/C 61/34
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: NetMed Sàrl (Wasserbillig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Schafhaus, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik GmbH (Baden-Baden, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 1846/2012-1; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-appell u tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SANDTER 1953” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 448 887
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża “Sander” għal prodotti fil-klassijiet 5, 10 u 25; it-trade mark figurattiva internazzjonali protetta fil-Benelux, l-Awstrija u Franza, li tinkludi l-element verbali “SANDER” għal prodotti fil-klassijiet 5, 10 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/19 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2014 — NCG Banco vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-24/14)
2014/C 61/35
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: NCG Banco, SA (La Coruña, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkwalifika l-ġabra ta’ miżuri li fil-fehma tagħha jikkostitwixxu s-sistema Spanjola ta’ leasing finanzjarju bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw l-investituri tal-AIEs bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi benefiċjarji tal-ordni ta’ rkupru; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jordna l-irkupru tal-għajnuna allegata; |
|
— |
tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jagħti deċiżjoni dwar il-legalità tal-kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk diġà invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/20 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2014 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-25/14)
2014/C 61/36
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. García-Valdecasas Dorrego, Abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-29 ta’ Ottubru 2013, dwar il-konformità tar-rati tal-2014 għal kull unità għaż-żoni tal-imposti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, peress illi jirreferi għall-iffissar ta’ rata għal Spanja ta’ EUR 71.69 (Spanja Kontinentali) u EUR 58.36 (Spanja, il-Gżejjer Kanarji), u |
|
— |
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Ottubru 2013, dwar il-konformità tar-rati tal-2014 għal kull unità għaż-żoni tal-imposti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, peress illi jirreferi għall-iffissar ta’ rata għal Spanja ta’ EUR 71.69 (Spanja Kontinentali) u EUR 58.36 (Spanja, il-Gżejjer Kanarji).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent tinvoka l-motivi li ġejjin:
|
(1) |
Ksur tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2010, tas-16 ta’ Diċembru 2010, flimkien mal-Artikolu 11a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006, tas-6 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru, għaliex dawn l-artikoli jipprovdu li l-fornituri tas-servizzi ma għandhomx jassumu, fl-ewwel perijodu ta’ referenza 2012-2014, il-bidliet li ma jaqbżux +/- 2 % tat-traffiku mistenni fil-każ tal-Istati Membri li għandhom dispożizzjonijiet nazzjonali preċedenti għat-8 ta’ Lulju 2010 li fihom huwa stabbilit tnaqqis tar-rata unitarja li huwa ogħla mill-għanijiet tal-Unjoni. |
|
(2) |
Ksur tal-prinċipju ta’ ġerarkija leġiżlattiva, għaliex deċiżjoni ma tistax timmodifika regolament tal-Unjoni, u lanqas tista’ tiddeċiedi li “għandha diġà tapplika” distribuzzjoni tar-riskji minn differenza ta’ 0 % minflok 2 %, meta r-regolament li japplikaha ma jkunx espressament ipprovda għaliha. |
|
(3) |
Bidla mill-proċedura stabbilita, peress illi meta pprovdiet ex novo kriterju ta’ distribuzzjoni tar-riskji fis-sistema ta’ imposti, ma segwietx il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2004, li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew, li huwa msemmi fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2004, dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew. Skont ir-rikorrent, dawn l-artikoli jiddeterminaw li l-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implementazzjoni biex tiddetermina s-sistema ta’ imposti, megħjuna mill-Kumitat ta’ Ajru Uniku, u dan ukoll jimplementa l-proċedura tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Sussidjarjament, ir-rikorrent jinvoka wkoll il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti, kif ukoll tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, peress illi l-Kummissjoni naqset milli tikkonsulta qabel lill-Kumitat ta’ Ajru Uniku, dwar jekk il-pożizzjoni ta’ Spanja hija jew ma hijiex aġġustata għall-prinċipji u għar-regoli tal-imposti. |
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/20 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2014 — Taetel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-29/14)
2014/C 61/37
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Taetel, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Navarro Varona, P. Vidal Martínez, J. López-Quiroga Teijero u G. Canalejo Lasarte, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 263 TFUE, sa fejn tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u tordna l-irkupru tagħha mingħand l-investituri; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1, 2 u 4(1) tad-Deċiżoni, sa fejn jidentifikaw lill-investituri bħala benefiċjarji li għandhom jirrimborsaw l-allegata għajnuna; |
|
— |
sussidjarjament tħassar l-ordni ta’ rkupru tal-għajnuna mingħand l-investituri fl-Artikolu 4(1) in fine, minħabba li tikser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, peress li ma jistax jiġi ordnat l-irkupru f’data qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni u tiddikjara l-metodoloġija użata għad-determinazzjoni tal-vantaġġ allegat li l-investituri għandhom jirrimborsaw bħala mhux konformi mad-dritt; |
|
— |
tiddikjara l-ineżistenza jew, alternattivament, l-annullament parzjali tal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni, dwar il-projbizzjoni li “jiġi ttrasferit l-oneru tal-irkupru lil persuni oħra” sa fejn dan jikkonċerna dikjarazzjoni dwar il-projbizzjoni jew l-allegata nullità tal-klawżoli kuntrattwali ta’ ripetizzjoni kontra terzi tal-ammonti li l-investituri għandhom jirrimborsaw lill-Istat Spanjol, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik tal-Kawżi T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni, T-719/13, Lico Leasing u Pequeños y Medianos Astilleros de Reconversión vs Il-Kummissjoni u T-3/14, Anudal Industrial vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk diġà invokati f’dawn il-kawżi.
Qigħed jiġi osservat, b’mod partikolari, ksur tal-Artikolu 107 TFUE peress li fid-deċiżjoni kkontestata ġie kkunsidrat li s-sistema fiskali inkwistjoni, applikabbli għal ftehim partikolari ta’ leasing finanzjaru għax-xiri ta’ bastimenti ġodda, tikkostitwixxi globalment għajnuna mill-Istat.
Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni fiskali tikser ukoll l-Artikolu 107 TFUE peress li tikkunsidra li l-miżuri li jikkostitwixxu l-imsemmija sistema fiskali huma għajnuna mill-Istat “ġdida”.
Sussidjarjament ir-rikorrenti tallega l-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, kif ukoll tal-Artikoli 107, 108 u 206 TFUE, minħabba identifikazzjoni żbaljata tal-benefiċjarji u żball fid-determinazzjoni tal-kwantitajiet li għandhom jiġu rkuprati, tal-Artikolu 108(3) TFUE, l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 659/1999, l-Artikolu 3(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata jipprojbixxi, jew jiddikjara nulli l-klawżoli kuntrattwali li skont dawn l-investituri jistgħu jitolbu kontra terzi l-ammonti li kellhom jirrimborsaw lill-awtoritajiet Spanjoli.
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/21 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2014 — Banco Popular Español vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-31/14)
2014/C 61/38
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Banco Popular Español, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Navarro Varona, P. idal Martínez, J. López-Quiroga Teijero u G. Canalejo Lasarte, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 263 TFUE, sa fejn tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u tordna l-irkupru tagħha mingħand l-investituri; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1, 2 u 4(1) tad-Deċiżoni, sa fejn jidentifikaw lill-investituri bħala benefiċjarji li għandhom jirrimborsaw l-allegata għajnuna; |
|
— |
sussidjarjament tħassar l-ordni ta’ rkupru tal-għajnuna mingħand l-investituri fl-Artikolu 4(1) in fine, minħabba li tikser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, peress li ma jistax jiġi ordnat l-irkupru f’data qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni u tiddikjara l-metodoloġija użata għad-determinazzjoni tal-vantaġġ allegat li l-investituri għandhom jirrimborsaw bħala mhux konformi mad-dritt; |
|
— |
tiddikjara l-ineżistenza jew, alternattivament, l-annullament parzjali tal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni, dwar il-projbizzjoni li “jiġi ttrasferit l-oneru tal-irkupru lil persuni oħra” sa fejn dan jikkonċerna dikjarazzjoni dwar il-projbizzjoni jew l-allegata nullità tal-klawżoli kuntrattwali ta’ ripetizzjoni kontra terzi tal-ammonti li l-investituri għandhom jirrimborsaw lill-Istat Spanjol, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik tal-Kawża T-29/14, Taetel vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipjali huma dawk diġà invokati f’din il-kawża.
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/22 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2014 — ZZ u ZZ vs Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
(Kawża F-2/14)
2014/C 61/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li ma eżaminatx is-segwitu għall-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra tnejn mill-kollegi tagħhom bħala riżultat tad-dikjarazzjoni konġunta malafamanti tagħhom u li jiġi kkunsidrat li ma kienx hemm lok li jittieħdu l-miżuri li kienu xierqa skont l-obbligu tagħha li tassisti.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li tagħlaq mingħajr segwitu t-talba tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 24 kontra tnejn mill-kollegi tagħhom; |
|
— |
jikkundanna lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri tħallas lir-rikorrenti, bħala dannu morali, EUR 01 provviżorju fuq id-dannu evalwat għal EUR 100 000; |
|
— |
jikkundanna lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-ispejjeż. |
|
1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/22 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-4/14)
2014/C 61/40
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li jiġi mkeċċi r-rikorrent mat-tmiem tal-perijodu ta’ prova.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Frar 2013 li tiddikjara t-tkeċċija tiegħu; |
|
— |
tistabilixxi s-somma ta’ EUR 35 000, inklużi l-interessi moratorji, bħala l-ammont li għandu jitħallas lilu mill-Parlament Ewropew f’każ li r-riintegrazzjoni tiegħu tiltaqa’ ma’ ostaklu legali insormontabbli; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż. |