ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.051.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 51

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
22 ta' Frar 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2014/C 051/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Jannar 2014 li temenda r-Rakkomandazzjoni BĊE/2011/24 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportaġġ statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (BĊE/2014/2)

1


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2014/C 051/02

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Novembru 2013 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (CON/2013/77)

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 051/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2014 li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

9

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 051/04

Rata tal-kambju tal-euro

10

2014/C 051/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

11

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2014/C 051/06

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-konklużjoni u l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri

12

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 051/07

Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

15


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 051/08

Sejħa għall-proposti – EACEA/10/14 – Taħt il-programm Erasmus+ – Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma politika – Inizjattivi prospettivi – Proċessi ta’ esperimenti fl-oqsma tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, u ż-Żgħażagħ: kooperazzjoni transnazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ politiki innovattivi taħt it-tmexxija ta’ awtoritajiet pubbliċi ta’ livell għoli

17

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 051/09

Avviż ta' informazzjoni – Konsultazzjoni pubblika – Indikazzjonijiet Ġeografiċi mir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel

22


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta’ Jannar 2014

li temenda r-Rakkomandazzjoni BĊE/2011/24 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportaġġ statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna

(BĊE/2014/2)

(2014/C 51/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5.1 u t-tielet inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) teżiġi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), assistit mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), jiġbor it-tagħrif statistiku meħtieġ, jew mill-awtoritajiet kompetenti l-oħra minbarra l-BĊNi, jew direttament mill-aġenti ekonomiċi, sabiex iwettaq il-kompiti tas-SEBĊ. It-tieni sentenza tal-Artikolu 5.1 tipprovdi li għal dawn l-għanijiet għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet jew mal-korpi tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ta' pajjiżi terzi, u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. L-Artikolu 5.2 jistabbilixxi li l-BĊNi għandhom iwettqu, sa fejn hu possibbli, il-kompiti deskritti fl-Artikolu 5.1.

(2)

Fil-każijiet fejn, skont ir-regoli nazzjonali u l-prattiċi stabbiliti, l-aġenti li jirrapportaw jagħtu t-tagħrif neċessarju lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra minbarra l-BĊNi, dawn l-awtoritajiet u l-BĊNi rispettivi tagħhom għandhom jikkooperaw flimkien biex jiżguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti statistiċi tal-BĊE. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-istabbiliment ta’ struttura permanenti għat-trażmissjoni tad-dejta, sakemm l-istess riżultat ma jkunx diġà miksub mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Preżentament, dan ir-rekwiżit jikkonċerna kooperazzjoni bejn l-Uffiċju Ċentrali tal-Istatistika fl-Irlanda u Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland, u bejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika f’Malta u l-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta. Barra minn hekk, fil-Finlandja, mill-1 ta’ Jannar 2014, Statistics Finland se tieħu f’idejha l-kompitu tal-ġbir u l-kompilazzjoni tat-tagħrif neċessarju fil-qasam tal-istatistika esterna mingħand Suomen Pankki. Sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti statistiċi msemmija aktar ’il fuq, Suomen Pankki u Statistics Finland għandhom jikkooperaw flimkien.

(3)

Bil-ħsieb tal-ħtieġa li r-Rakkomandazzjoni BĊE/2011/24 tiġi indirizzata lil Finland Statistics u tal-fatt li l-BĊE se jistabbilixxi, iżomm u jippubblika fuq il-websajt tiegħu lista ta’ awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li ġew innotifikati lill-BĊE mill-BĊNi relevanti bħala dawk involuti fil-ġbir u/jew il-kompilazzjoni tal-istatistika esterna u li ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2011/24 għandha tkun indirizzata lilhom fil-futur, ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2011/24 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

TAQSIMA I

Emenda

Taqsima IV tar-Rakkomandazzjoni BĊE/2011/24 hija sostitwita b’dan li ġej mill-jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

“TAQSIMA IV

Dispożizzjonijiet finali

1.

Din ir-Rakkomandazzjoni tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni BĊE/2004/16 mill-1 ta’ Ġunju 2014.

2.

Ir-referenzi għar-Rakkomandazzjoni BĊE/2004/16 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din ir-Rakkomandazzjoni.

3.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fl-Irlanda, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika f'Malta, Statistics Finland fil-Finlandja, u lil dawk l-awtoritajiet kompetenti oħra li jistgħu minn żmien għall-ieħor jiġu fdati bil-ġbir u/jew il-kompilazzjoni tal-istatistika esterna fl-Istati Membri u huma inklużi fil-lista tal-awtoritajiet kompetenti li hija stabbilita, miżmuma u ppubblikata mill-BĊE fuq il-websajt tiegħu.

4.

Id-destinatarji huma mitluba li jagħmlu lil din ir-Rakkomandazzjoni effettiva mill-1 ta’ Ġunju 2014, jew mid-data tal-inklużjoni tagħhom fil-lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija f’paragrafu 3, fejn din id-data hija wara l-1 ta’ Ġunju 2014.”

TAQSIMA II

Destinatarji

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Uffiċju Ċentrali tal-Istatistika fl-Irlanda, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika f’Malta, u Statistics Finland fil-Finlandja.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-23 ta’ Jannar 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/3


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ Novembru 2013

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi

(CON/2013/77)

(2014/C 51/02)

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-24 ta’ Settembru 2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill għal opinjoni dwar proposta għal direttiva dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (1) (minn hawn ’il quddiem “id-direttiva proposta”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, billi d-direttiva proposta tinkludi dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali li jippromwovu t-tħaddim bla xkiel tas-sistemi tal-ħlas u li jikkontribwixxu għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) u fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. B’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.    L-għan u l-kontenut tad-direttiva proposta

Id-direttiva proposta tistabbilixxi qafas komuni tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi relatati mal-aċċess għal u l-użu ta’ kontijiet tal-ħlas. Dan il-qafas ser jikkomprendi regoli dwar dawn kollha li ġejjin: (a) it-trasparenza u l-komparabbiltà tat-tariffi mitluba mill-konsumaturi b’konnessjoni mal-kontijiet tal-ħlas tagħhom fl-Unjoni (2); (b) is-servizzi għall-bdil tal-kontijiet tal-ħlas ipprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-ħlas lill-konsumaturi (3); (ċ) id-dritt tal-konsumaturi legalment residenti fl-Unjoni li jiftħu u jużaw kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi fl-Unjoni, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom jew mill-Istat Membru ta’ residenza tagħhom (4); (d) kwistjonijiet relatati bħall-ħatra u d-dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti u s-sanzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas (5).

2.    Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE jappoġġja ħafna d-direttiva proposta. F’każijiet oħrajn preċedenti, il-BĊE appoġġja l-impożizzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar it-trasparenza għat-tranżazzjonijiet finanzjarji, akkumpanjati minn monitoraġġ effettiv tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, sabiex tkun aktar faċli li jitqabblu l-prodotti u s-servizzi differenti u, għalhekk, sabiex tittejjeb il-kompetizzjoni fost l-atturi finanzjarji (6). Il-BĊE ppromwova wkoll l-istabbiliment ta’ standards bħala mezz għall-iffaċilitar tal-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet transkonfinali (7). Fl-aħħar nett, id-direttiva proposta għandha tagħti lill-konsumaturi aċċess aktar faċli għall-kontijiet tal-ħlas u tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona tal-ħlas madwar l-Unjoni kollha, mira li kienet appoġġjata b’mod konsistenti mill-BĊE (8).

3.    Osservazzjonijiet speċifiċi

3.1.   Termini definiti

It-termini definiti fid-direttiva proposta (9) għandhom jiġu allinjati ma’ dawk tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (minn hawn ’il quddiem id-“Direttiva dwar is-Servizzi tal-Ħlas” (PSD)) u tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament SEPA”), sakemm ma jkunx hemm raġunijiet oġġettivi għat-tbegħid minn tali termini definiti. B’mod partikolari, dan jikkonċerna d-definizzjonijiet tat-termini ‘mezz li jservi għal żmien twil’ u “debitu dirett”. L-użu ta’ terminoloġija standardizzata bbażata fuq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti għas-servizzi tal-ħlas sejjer itejjeb il-konsistenza u jiffaċilita l-komprensjoni tal-atti legali tal-Unjoni. Fl-interessi taċ-ċarezza u l-konsistenza, jidher ukoll li huwa sensibbli li t-terminu “bdil” jiġi definit sempliċiment f’termini tas-servizzi pprovduti skont l-Artikolu 10 tad-direttiva proposta (11).

3.2.   Lista tas-servizzi koperti u s-setgħat tal-awtoritajiet li jiksbu l-informazzjoni

Il-lista tas-servizzi tal-ħlas bażiċi koperti mid-direttiva proposta għandha tirrifletti s-servizzi tal-ħlas li jammontaw għal mill-inqas 80 % tal-aktar servizzi tal-ħlas rappreżentattivi soġġetti għal tariffa fil-livell nazzjonali. Madankollu, kondizzjonijiet aktar estensivi, li jagħtu mandat għal ċertu numru ta’ servizzi fuq tali lista jistgħu jirriżultaw bħala eċċessivi. Barra minn hekk, għandu jiġi kkjarifikat li l-awtoritajiet kompetenti huma intitolati li jiksbu informazzjoni mingħand il-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas dwar il-profittabbiltà ta’ servizzi individwali pprovduti b’konnessjoni mal-kontijiet tal-ħlas għall-finijiet tal-kompilazzjoni tal-lista tal-aktar servizzi tal-ħlas rappreżentattivi (12). Għal dan il-għan, jista’ jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi ta’ rapportar speċifiċi, li fl-istess waqt għandhom jiżguraw id-dritt tal-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali mill-kompetituri tagħhom (13).

3.3.   Id-dritt li tiftaħ kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi – limitazzjoni f’termini tal-munita tal-kont

Id-direttiva proposta tintroduċi dritt għall-konsumaturi legalment residenti fl-Unjoni li jiftħu u jużaw kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi fi kwalunkwe Stat Membru (14). Madankollu, il-kliem tal-Artikolu 15 tad-direttiva proposta jista’ jinftiehem bħala li jimplika li l-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas jistgħu jintalbu sabiex jiftħu kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi ddenominat fil-munita ta’ kwalunkwe Stat Membru. Minħabba li l-implimentazzjoni ta’ rekwiżit wiesa’ bħal dan tista’ ma tkunx ekonomikament vijabbli, huwa biżżejjed li dan id-dritt jiġi limitat għall-ftuħ u l-użu ta’ kontijiet tal-ħlas fil-munita tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas (15).

3.4.   Il-kooperazzjoni transkonfinali

Fl-aħħar nett, l-obbligu propost fuq l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fi Stat Membru sabiex jikkooperaw bil-għan li jiżguraw konformità effettiva mad-direttiva proposta (16) għandu jiġi estiż sabiex jinkludi obbligu fuq l-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri differenti sabiex jikkooperaw fuq bażi transkonfinali. Dan isir bil-għan li jiġi żgurat li l-miżuri u l-prattiki ta’ implimentazzjoni nazzjonali ma jiddevjawx b’tali mod li jipperikola l-għan tad-direttiva proposta li jiġu approssimizzati l-liġijiet u l-miżuri li jwasslu għal suq uniku fis-servizzi tal-kontijiet tal-ħlas fi ħdan l-Unjoni (17).

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li d-direttiva proposta tiġi emendata, qegħdin jiġu stabbiliti fl-Anness proposti speċifiċi għall-abbozzar, akkumpanjati minn test ta’ spjegazzjoni għal dan il-għan.

Magħmula fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Novembru 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2013) 266 finali.

(2)  Ara l-Kapitolu II tad-direttiva proposta.

(3)  Ara l-Kapitolu III tad-direttiva proposta.

(4)  Ara l-Kapitolu IV tad-direttiva proposta.

(5)  Ara l-Kapitoli V u VI tad-direttiva proposta.

(6)  Ara l-paragrafu 2.4 tal-Opinjoni CON/2007/29, il-paragrafu 1.1 tal-Opinjoni CON/2012/103 u l-paragrafu 3 tal-Osservazzjonijiet ġenerali fl-Opinjoni CON/2012/10. L-opinjonijiet kollha tal-BĊE jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu

(7)  Ara l-paragrafu 11 tal-Opinjoni CON/2001/34.

(8)  Ara d-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

(9)  Ara l-Artikolu 2 tad-direttiva proposta.

(10)  Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).

(11)  Ara l-emendi 1 sa 3 li qegħdin jiġu proposti. Ara wkoll il-paragrafu 3.3 tal-Opinjoni CON/2013/32.

(12)  Ara l-punti (4) u (5) tal-Artikolu 3(2) tad-direttiva proposta.

(13)  Ara l-emenda 4 li qiegħda tiġi proposta.

(14)  Ara l-Artikolu 15 tad-direttiva proposta.

(15)  Ara l-emenda 5 li qiegħda tiġi proposta.

(16)  Ara l-Artikolu 20(2) tad-direttiva proposta.

(17)  Ara l-emenda 6 li qiegħda tiġi proposta.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Artikolu 2(l)

“(l)

‘mezz li jservi għal żmien twil’ tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas sabiex jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b’mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;”

“(l)

‘mezz li jservi għal żmien twil’ tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas sabiex jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b’mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;”

Spjegazzjoni

Din id-definizzjoni għandha tiġi allinjata ma’ dik fl-Artikolu 4(25) tal-PSD, li ma tirreferix għall-fornitur tas-servizz tal-ħlas. Skont dik id-definizzjoni, ‘mezz li jservi għal żmien twil’ tirreferi biss għal strumenti li huma disponibbli għall-utent tas-servizz ta’ ħlas, jiġifieri l-konsumatur fil-każ preżenti.

Emenda 2

Artikolu 2(m)

“(m)

‘bdil’ tfisser, fuq talba tal-konsumatur, it-trasferiment minn fornitur ta’ servizz tal-ħlas għal ieħor tal-informazzjoni dwar uħud mill-ordnijiet permanenti jew kollha għal trasferimenti ta’ kreditu, debiti diretti rikorrenti u trasferimenti ta’ kreditu ’l ġewwa rikorrenti esegwiti f’kont tal-ħlas, bi jew mingħajr trasferiment tal-bilanċ tal-kont pożittiv minn kont tal-ħlas wieħed lejn l-ieħor jew l-għeluq tal-kont preċedenti;”

“(m)

‘bdil’ tfisser, is-servizz ipprovdut skont l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva fuq talba tal-konsumatur, it-trasferiment minn fornitur ta’ servizz tal-ħlas għal ieħor tal-informazzjoni dwar uħud mill-ordnijiet permanenti jew kollha għal trasferimenti ta’ kreditu, debiti diretti rikorrenti u trasferimenti ta’ kreditu ’l ġewwa rikorrenti esegwiti f’kont tal-ħlas, bi jew mingħajr trasferiment tal-bilanċ tal-kont pożittiv minn kont tal-ħlas wieħed lejn l-ieħor jew l-għeluq tal-kont preċedenti;”

Spjegazzjoni

Id-definizzjoni proposta ta’ ‘bdil’ tissuġġerixxi li l-kont tal-ħlas innifsu qiegħed jiġi mċaqlaq minn postu, xi ħaġa li ma tkunx korretta. Jekk din id-definizzjoni tkun meħtieġa, hija għandha tinkludi biss referenza sempliċi għall-Artikolu 10, minflok deskrizzjoni kondensa.

Emenda 3

Artikolu 2(n)

“(n)

‘debitu dirett’ tfisser servizz tal-ħlas li jiddebita l-kont tal-ħlas ta’ min iħallas, fejn it-tranżazzjoni tal-ħlas tkun mibdija minn min jitħallas bil-kunsens ta’ min iħallas;”

“(n)

‘debitu dirett’ tfisser servizz tal-ħlas nazzjonali jew transkonfinali għall-iddebitar ta’ kont tal-ħlas ta’ min iħallas, fejn it-tranżazzjoni tal-ħlas tkun mibdija minn min jitħallas bil-abbażi tal-kunsens ta’ min iħallas;”

Spjegazzjoni

Dan it-terminu għandu jiġi allinjat mad-definizzjonijiet ta’ “debitu dirett” fil-PSD u fir-Regolament SEPA, li jirreferu għal din il-forma ta’ arranġament ta’ ħlas li jkopri servizz ta’ ħlas nazzjonali jew transkonfinali għad-debitu ta’ kont tal-ħlas ta’ min iħallas.

Emenda 4

Artikolu 3

“Artikolu 3

Lista tas-servizzi tal-ħlas l-aktar rappreżentattivi soġġetti għal tariffa fuq livell nazzjonali u terminoloġija standardizzata

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 20 jiddeterminaw lista provviżorja ta’ mill-inqas 20 servizz ta’ ħlas li jirrappreżentaw mill-inqas 80 % tas-servizzi tal-ħlas l-aktar rappreżentattivi soġġetti għal tariffa fuq livell nazzjonali. Il-lista għandha tinkludi termini u definizzjonijiet għal kull wieħed mis-servizzi identifikati.

[…]

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-listi provviżorji msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 24, dwar it-twaqqif, abbażi tal-listi provviżorji sottomessi skont il-paragrafu 3, ta’ terminoloġija standardizzata tal-UE għal dawk is-servizzi ta’ ħlas li huma komuni mill-inqas għall-maġġoranza tal-Istati Membri. It-terminoloġija standardizzata tal-UE sejra tinkludi termini u definizzjonijiet għas-servizzi komuni.

5.   Wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-atti ddelegati msemmija fil-paragrafu 4, kull Stat Membru għandu jintegra mingħajr dewmien it-terminoloġija standardizzata tal-UE adottata skont il-paragrafu 4 fil-lista provviżorja msemmija fil-paragrafu 1 u għandu jippubblika din il-lista.”

“Artikolu 3

Lista tas-servizzi tal-ħlas l-aktar rappreżentattivi soġġetti għal tariffa fuq livell nazzjonali u terminoloġija standardizzata

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 20 jiddeterminaw lista provviżorja ta’ mill-inqas 20 servizz ta’ ħlas li jirrappreżentaw mill-inqas 80 % tas-servizzi tal-ħlas l-aktar rappreżentattivi soġġetti għal tariffa fuq livell nazzjonali. Il-lista għandha tinkludi termini u definizzjonijiet għal kull wieħed mis-servizzi identifikati.

[…]

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu intitolati li jiksbu mingħand il-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiddeterminaw l-indikaturi stabbiliti fil-punti (1) sa (5) tal-paragrafu 2. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jiżguraw il-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.

3.4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-listi provviżorji msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

4 5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 24, dwar it-twaqqif, abbażi tal-listi provviżorji sottomessi skont il-paragrafu 3 4, ta’ terminoloġija standardizzata tal-UE għal dawk is-servizzi ta’ ħlas li huma komuni mill-inqas għall-maġġoranza tal-Istati Membri. It-terminoloġija standardizzata tal-UE sejra tinkludi termini u definizzjonijiet għas-servizzi komuni.

56.   Wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-atti ddelegati msemmija fil-paragrafu 4 5, kull Stat Membru għandu jintegra mingħajr dewmien it-terminoloġija standardizzata tal-UE adottata skont il-paragrafu 4 5 fil-lista provviżorja msemmija fil-paragrafu 1 u għandu jippubblika din il-lista.”

Spjegazzjoni

Għandu jiġi kkjarifikat kif l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiksbu dejta rilevanti għall-kompilazzjoni tal-lista tas-servizzi tal-ħlas l-aktar rappreżentattivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-indikaturi msemmija fil-punti (4) u (5) tal-Artikolu 3(2). Billi xi kategoriji ta’ din id-dejta ġeneralment jikkostitwixxu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, jeħtieġ li jiġu żgurati salvagwardji xierqa għall-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas.

Emenda 5

Artikolu 15(1)

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas fornitur wieħed tas-servizzi tal-ħlas fit-territorju tagħhom joffri kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi lill-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi ma jiġux offruti biss minn fornituri ta’ servizzi tal-ħlas li jipprovdu l-kont biss b’faċilitajiet bankarji online.”

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas fornitur wieħed tas-servizzi tal-ħlas li jinsab fit-territorju tagħhom joffri lill-konsumaturi kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi fil-munita tal-Istat Membru kkonċernat lill-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi ma jiġux offruti biss minn fornituri ta’ servizzi tal-ħlas li jipprovdu l-kont biss b’faċilitajiet bankarji online.”

Spjegazzjoni

Jista’ ma jkunx ekonomikament vijabbli għall-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas li jintalbu jiftħu, jekk meħtieġ, kont tal-ħlas fil-munita ta’ kwalunkwe Stat Membru. Huwa biżżejjed li dan id-dritt ta’ aċċess jikkomprendi d-dritt għall-ftuħ u l-użu ta’ kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi fil-munita tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas.

Emenda 6

Artikolu 20(2)

“2.   L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikollhom il-poteri kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. Meta jkun hemm aktar minn awtorità waħda kompetenti sabiex tiżgura u tissorvelja l-konformità effettiva ma’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom b’mod effettiv.”

“2.   L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikollhom il-poteri kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. Meta jkun hemm aktar minn awtorità waħda kompetenti sabiex tiżgura u tissorvelja l-konformità effettiva ma’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom b’mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin kif previst fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2007/64/KE.

Spjegazzjoni

Skont l-objettiv tad-direttiva proposta li jittejjeb is-suq uniku, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jintalbu wkoll jikkooperaw fuq bażi transkonfinali fi ħdan l-Unjoni kif meħtieġ bħalissa skont il-PSD bil-għan li jiżguraw li jitnaqqsu d-diverġenzi bejn it-traspożizzjonijiet nazzjonali tad-direttiva proposta.


(1)  It-tipa skura fit-test tindika fejn il-BĊE qiegħed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qiegħed jipproponi li jitħassar xi test.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Frar 2014

li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

(2014/C 51/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina mressqa lill-Kunsill mill-Kummissjoni fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-impjegati,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Lulju 2012 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2012 sas-17 ta' Settembru 2015.

(2)

Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Impjegati huwa disponibbli għall-Bulgarija.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2015:

RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI:

BULGARIJA

Is-Sinjura Yuliya SIMEONOVA

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 228, 31.7.2012, p. 3.


Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/10


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Frar 2014

(2014/C 51/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3707

JPY

Yen Ġappuniż

140,50

DKK

Krona Daniża

7,4625

GBP

Lira Sterlina

0,82183

SEK

Krona Żvediża

8,9953

CHF

Frank Żvizzeru

1,2195

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3670

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,368

HUF

Forint Ungeriż

311,89

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1661

RON

Leu Rumen

4,5222

TRY

Lira Turka

3,0097

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5283

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5304

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6313

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6558

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7376

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 469,53

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,1355

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3495

HRK

Kuna Kroata

7,6685

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 097,50

MYR

Ringgit Malażjan

4,5158

PHP

Peso Filippin

61,092

RUB

Rouble Russu

49,0415

THB

Baht Tajlandiż

44,603

BRL

Real Brażiljan

3,2577

MXN

Peso Messikan

18,2348

INR

Rupi Indjan

85,1580


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/11


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2014/C 51/05)

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Spanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2) dwar dan, l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti taż-2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Spanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-Siti Dinjija tal-Wirt Kulturali u Naturali tal-UNESCO – Park Güell

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-munita turi fuq quddiem skultura ta' gremxula li tinsab fl-emblema ta' Park Güell u li ġiet iddiżinjata mill-arkitett Antoni Gaudí. Bħala sfond hemm dettall ta’ wieħed mill-paviljuni li jinsab fid-dħul għall-Park Güell. Fin-naħa ta’ fuq, f’sens ċirkolari u b’ittri kbar il-kliem “ESPAÑA” u “PARK GÜELL — GAUDÍ”. Fuq ix-xellug s-sena tal-ħruġ “2014” u fuq il-lemin il-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 8 miljun

Data tal-ħruġ: Marzu 2014


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/12


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-konklużjoni u l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KPDE http://www.edps.europa.eu)

(2014/C 51/06)

I.   Konsulatazzjoni tal-KEPD

1.

Fid-19 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Proposti għad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-konklużjoni u l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (1) (minn hawn ’il quddiem: “il-proposti”), li jinkludu t-test tal-Ftehim propost bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem: “il-Ftehim”). Il-Proposti ntbagħtu lill-KEPD fit-23 ta’ Lulju 2013.

2.

Il-KEPD kellu wkoll l-opportunità li jagħti l-parir tiegħu qabel l-adozzjoni tal-proposti. Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon din il-konsultazzjoni preċedenti. Madankollu, peress li saret wara l-għeluq tan-negozjati, il-kontribut tal-KEPD ma setax jitqies. Din l-opinjoni hija bbażata fuq il-kummenti pprovduti f’dik l-okkażjoni.

II.   Rimarki ġenerali

3.

Kif indikat f’okkażjonijiet preċedenti (2), il-KEPD iqajjem dubji dwar in-neċessità u l-proporzjonalità tal-iskemi PNR u tat-trasferimenti b’ammont kbir ta’ dejta PNR lil pajjiżi terzi. It-tnejn huma kundizzjonijiet mitluba mill-Karta tal-UE u l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal kwalunkwe limitazzjoni tad-drittijiet fundamentali, inkluż għar-rispett tad-drittijiet għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-dejta personali (3). F’konformità mal-ġurisprudenza, ir-raġunijiet imressqa mill-awtorità pubblika biex tiġi ġġustifikata xi restrizzjoni ma għandhomx ikunu biss rilevanti u suffiċjenti (4), iżda għandhom juru wkoll li m'hemmx disponibbli metodi oħrajn li huma inqas intrużivi (5). S’issa, il-KEPD ma rax elementi konvinċenti li juru n-neċessità u l-proporzjonalità tal-ipproċessar massiv tad-dejta u ta’ rutina ta’ passiġġieri mhux suspettużi għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi.

4.

Madankollu, il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon is-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta fil-Ftehim, minkejja li jiddispjaċih mill-fatt li l-perjodu ta’ żamma ġie estiż meta mqabbel mal-ftehim PNR preċedenti mal-Kanada.

5.

Il-KEPD jilqa’ wkoll l-isforzi mwettqa mill-Kummissjoni fir-rigward tas-Sorveljanza u r-rimedju skont il-limitazzjonijiet involuti min-natura tal-Ftehim. Madankollu, huwa mħasseb dwar il-limitazzjonijiet tal-istħarriġ ġudizzjarju u dwar il-fatt li r-rimedju amministrattiv f’xi każijiet jista’ jingħata minn awtorità interna li mhijiex indipendenti. Huwa jqajjem dubju wkoll dwar l-adegwatezza ta’ ftehim eżekuttiv biex jipprovdi drittijiet xierqa u effettivi lis-soġġetti tad-dejta.

6.

Il-Ftehim jirregola l-użu tal-“Awtorità Kompetenti Kanadiża” tad-dejta PNR ittrasferita mit-trasportaturi bl-ajru tal-UE u trasportaturi oħrajn li joperaw titjiriet mill-UE (6). Il-KEPD jirrakkomanda li tintalab il-konferma li l-ebda awtorità Kanadiża oħra ma tkun tista’ taċċessa jew titlob direttament dejta PNR lil dawn it-trasportaturi, u b’hekk jaħarbu mill-ftehim.

IV.   Konklużjonijiet

47.

Kif intqal qabel, il-KEPD iqajjem dubju dwar in-neċessità u l-proporzjonalità tal-iskemi PNR u tat-trasferimenti b’ammont kbir ta’ dejta PNR lil pajjiżi terzi. Huwa qajjem dubju wkoll dwar l-għażla tal-bażi legali u jirrakkomanda li l-proposti jkunu bbażati fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE, flimkien mal-Artikoli 218(5) u 218(6)(a) tat-TFUE.

48.

Il-KEPD huwa mħasseb ukoll dwar id-disponibbiltà limitata ta’ rimedju amministrattiv indipendenti u n-nuqqas ta’ rimedju ġudizzjarju sħiħ għaċ-ċittadini tal-UE fil-Kanada u jqajjem dubju dwar l-adegwatezza ta’ ftehim eżekuttiv biex jintlaħqu. Huwa jirrakkomanda li tintalab il-konferma li l-ebda awtorità Kanadiża oħra ma tkun tista’ taċċessa jew titlob direttament dejta PNR lit-trasportaturi koperti mill-Ftehim.

49.

Fir-rigward tal-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-ftehim, il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon is-salvagwadji għall-protezzjoni tad-dejta inklużi. Madankollu, il-Ftehim għandu:

jeskludi kompletament l-ipproċessar ta’ dejta sensittivà;

jipprevedi t-tħassir jew l-anonimizzazzjoni tad-dejta immedjatament wara l-analiżi u 30 jum wara l-wasla bħala massimu u, fi kwalunkwe każ, inaqqas u jiġġustifika l-perjodu ta’ żamma propost, li ġie estiż meta mqabbel mal-Ftehim PNR preċedenti mal-Kanada;

jillimita l-kategoriji ta’ dejta PNR li għandhom jiġu pproċessati;

jgħid espliċitamenti li s-sorveljanza ġenerali ser titwettaq minn awtorità indipendenti.

50.

Barra minn hekk, il-KEPD jirrakkomanda li fil-Ftehim jew fid-dokumenti ta’ akkumpanjament jiġu speċifikati dawn li ġejjin:

li jidjiequ u jiġu ċċarati ulterjorment il-kunċetti li jiddefinixxu l-finijiet tal-Ftehim;

il-kjarifika ta’ liema tipi ta’ diskriminazzjoni “legali” jista’ jkun hemm;

li jiġi previst obbligu biex jiġi nnotifikat l-ksur tad-dejta lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Dejta;

li jitlestew id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza;

li tiġi estiża l-projbizzjoni li jittieħdu deċiżjonijiet unikament abbażi tal-ipproċessar awtomatiku għad-deċiżjonijiet kollha li jaffettwaw il-passiġġieri abbażi tal-Ftehim;

li jiġi speċifikat lil liema awtoritajiet fil-Kanada, id-dejta PNR tista’ tiġi ttrasferita ulterjorment, jiżdied ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel jew tal-eżistenza ta’ theddida immedjata, jiġi previst obbligu li jiġu inklużi salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dejta fil-ftehimiet jew l-arranġamenti ma’ pajjiżi jew awtoritajiet riċevituri oħra u għan-notifika tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Dejta;

li jissemmew l-awtoritajiet rilevanti u li jiġu stabbiliti sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità mal-Ftehim;

li jiġu speċifikati liema huma l-mekkaniżmi disponibbli għall-persuni mhux residenti l-Kanada biex ifittxu stħarriġ ġudizzjarju skont il-liġi Kanadiża;

li jiġi ċċarat jekk id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju jistax jiġi eżerċitat anki jekk id-deċiżjoni jew l-azzjoni rilevanti ma tkunx ġiet ikkomunikata lill-individwu kkonċernat, b’mod partikolari jekk jinkisru d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, għajr dawk relatati mal-aċċess u r-rettifika/notazzjoni;

li jiġi speċifikat għal liema “rimedju ieħor li jista’ jinkludi kumpens” jirreferi l-Artikolu 14(2);

li tiġi speċifikata l-frekwenza ta’ reviżjonijiet tal-implimentazzjoni tal-Ftehim, il-kontenut tagħhom (li għandu jinkludi fuq l-evalwazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità) u l-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-UE jiġu inklużi espliċitament fit-tim ta’ reviżjoni tal-UE.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2013.

Peter HUSTINX

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2013)529 finali.

(2)  Ara l-Opinjoni tal-KEPD tad-9 ta’ Diċembru 2011 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna, ĠU C 35, 9.2.2012, p.16; l-Opinjoni tal-15 ta’ Lulju 2011 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz tal-Protezzjoni tal-Fruntieri u tad-Dwana Awstraljan, ĠU C 322, 23.12.2011, p.1; l-Opinjoni tal-KEPD tal-25 ta’ Marzu 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja; l-Opinjoni tad-19 ta’ Ottubru 2010 dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi; l-Opinjoni tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi, ĠU C 110, 1.5.2008, p.1; l-Opinjoni tal-15 ta’ Ġunju 2005 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar l-ipproċessar tad-data tal-Informazzjoni Avvanzata tal-Passiġġieri (API) / ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR), ĠU C 218, 6.9.2005, p.6 (li huma kollha disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/edps/cache/bypass/Consultation/OpinionsC). Ara wkoll l-opinjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar l-PNR li huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/workinggroup/wpdocs/index_en.htm#data_transfers

(3)  Ara l-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 83, 30.3.2010, p.389) u Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ETS Nru 5), Kunsill tal-Ewropa, 4.11.1950.

(4)  Ara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-4 ta’ Diċembru 2008, S. u Marper v. ir-Renju Unit.

(5)  Ara l-Qorti tal-Ġustizzja, is-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2010, C-92/09 Volker u Markus Schecke GbR v Eifert vs Land Hessen u C-93/09. Land Hessen u Bundesansalt für Landwirtschaft und Ernährung.

(6)  Ara l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-proposti u l-Artikolu 3(1) tal-Ftehim.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/15


Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2014/C 51/07)

Il-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka b'dan qed iħabbar li rċieva applikazzjoni biex tiġi stabbilita żona għall-ipprospettar u l-esplorazzjoni tal-idrokarburi fil-Grigal tar-Repubblika Ċeka (Lhotka u Ostravy), kif inhi ddemarkata fil-mappa mehmuża fl-Anness.

B'referenza għad-Direttiva msemmija fit-titolu kif ukoll għat-Taqsima 11 tal-Att Nru 44/1988 dwar il-protezzjoni u l-isfruttar tar-riżorsi minerali (l-Att dwar l-estrazzjoni fil-Minjieri), u għat-Taqsima 4d tal-Att Nru 62/1988 tal-Kunsill Nazzjonali Ċek dwar l-attività ġeoloġika, kif emendati, il-Ministeru għall-Ambjent jistieden lil persuni ġuridiċi jew fiżiċi, li huma awtorizzati biex jeżerċitaw l-attivitajiet tal-minjieri (entitajiet li jippremjaw), biex jissottomettu applikazzjoni kompetittiva għall-istabbiliment ta' żona għall-ipprospettar u l-esplorazzjoni tal-idrokarburi fil-Grigal tar-Repubblika Ċeka (Lhotka u Ostravy).

Il-Ministeru għall-Ambjent huwa l-awtorità kompetenti li se tieħu d-deċiżjoni. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) u (2) u fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq ġew trasposti bis-sħiħ fil-leġiżlazzjoni Ċeka bl-aħħar-verżjoni fis-seħħ tal-Att Nru 62/1988 tal-Kunsill Nazzjonali Ċek dwar l-attivitajiet ġeoloġiċi.

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati matul il-perjodu ta' 90 jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lill-Ministeru għall-Ambjent fl-indirizz li ġej:

RNDr. Martin Holý

ředitel odboru geologie

Ministerstvo životního prostředí

Vršovická 65

100 10 Praha 10

ČESKÁ REPUBLIKA

Mhux se jitqiesu l-applikazzjonijiet li jaslu wara l-perjodu msemmi hawn fuq. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet tittieħed mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Sur Tomáš SOBOTA (fuq in-numru tat-telefown +420 267122651).


ANNESS

Image

V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/17


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/10/14

Taħt il-programm Erasmus+

Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma politika – Inizjattivi prospettivi

Proċessi ta’ esperimenti fl-oqsma tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, u ż-Żgħażagħ: kooperazzjoni transnazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ politiki innovattivi taħt it-tmexxija ta’ awtoritajiet pubbliċi ta’ livell għoli

(2014/C 51/08)

1.   Id-Deskrizzjoni, l-Għanijiet u t-Temi Prijoritarji

L-għan ġenerali tas-sejħa għall-proposti huwa li titħeġġeġ il-valutazzjoni tal-impatt sistemiku ta’ miżuri ta’ politiki innovattivi permezz ta’ provi fuq il-post sabiex jitjiebu l-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-politiki taż-żgħażagħ. Din is-sejħa għandha l-għan li tinvolvi awtoritajiet pubbliċi ta’ livell għoli tal-pajjiżi eliġibbli fil-ġbir u l-evalwazzjoni tal-evidenza rilevanti biex tappoġġa u timmonitorja riforma politika bl-użu ta’ metodi ta’ evalwazzjoni sodi u rikonoxxuti b’mod wiesa’ bbażati fuq provi fuq il-post fuq skala kbira.

L-għanjiet speċifiċi ta’ din is-sejħa huma:

Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni transnazzjonali u t-tagħlim reċiproku bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-ogħla livell sabiex jittestjaw u jtejbu s-sistemi, l-istrutturi u l-proċessi tal-implimentazzjoni tal-politiki, b’impatt potenzjalment sinifikanti,

Il-faċilitazzjoni tal-ġbir u l-analiżi ta’ evidenza sustantiva li tippermetti li l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli jivvalutaw u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ politiki innovattivi,

L-identifikazzjoni ta’ kriterji u kundizzjonijiet ewlenin għal implimentazzjoni u monitoraġġ effettivi tal-politika,

Il-faċilitazzjoni tat-trasferibbiltà u r-rappreżentanza fuq skala.

It-temi prijoritarji għal din is-sejħa huma:

Valutazzjoni tal-ħiliet trasversali fl-edukazzjoni bażika u sekondarja

Esperjenza intraprenditorjali prattika fl-iskola

Kooperazzjoni dwar metodi innovattivi għal rikonoxximent akkademiku transkonfinali mgħaġġel u bla xkiel fl-edukazzjoni għolja

Tnaqqis tan-numru ta’ adulti bi ftit ħiliet professjonali

Tħeġġiġ tal-iżvilupp u l-internazzjonalizzazzjoni tal-volontarjat fost iż-żgħażagħ

2.   Il-pajjiżi eliġibbli

Huma eliġibbli proposti minn entitajiet legali stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi tal-programm li ġejjin:

it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal-EFTA/taż-ŻEE: l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja (1),

il-pajjiżi kandidati tal-UE: it-Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2);

il-Konfederazzjoni Svizzera (3).

3.   L-applikanti eliġibbli

It-terminu “applikanti” jirreferi għall-organizzazzjoni u l-istituzzjonijiet kollha li jipparteċipaw fi proposta irrispettivament mir-rwol tagħhom fil-proġett.

L-applikanti meqjusa eliġibbli biex iwieġbu għal din is-sejħa huma:

(a)

Awtoritajiet pubbliċi (Ministeru jew ekwivalenti) responsabbli għall-edukazzjoni, it-taħriġ jew iż-żgħażagħ fl-ogħla livell fil-kuntest nazzjonali jew reġjonali rilevanti (referenza għall-ogħla livell tqis il-kodiċi 1 jew 2 tan-NUTS; għall-pajjiżi fejn il-kodiċi 1 u 2 tan-NUTS mhumiex disponibbli, jekk jogħġbok applika l-ogħla kodiċi tan-NUTS disponibbli (4)). L-awtoritajiet pubbliċi fl-ogħla livell responsabbli għas-setturi li mhumiex tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (eż. l-impjiegi, il-finanzi, l-affarijiet soċjali, is-saħħa, eċċ.) jitqiesu eliġibbli sakemm juru li għandhom kompetenza speċifika fil-qasam li fih se jitwettaq il-proċess ta’ esperimenti. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddelegaw li jkunu rappreżentati minn organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati oħra, kif ukoll netwerks jew assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi stabbiliti legalment, bil-kundizzjoni li d-delega tkun bil-miktub u tagħmel referenza espliċita għall-proposta li qed titressaq

(b)

Organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet pubbliċi jew privati attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ jew iż-żgħażagħ

(c)

Organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet pubbliċi jew privati li jwettqu attivitajiet marbuta mal-edukazzjoni, it-taħriġ u/jew iż-żgħażagħ f’setturi soċjoekonomiċi oħra (eż. ċentri ta’ rikonoxximent, kmamar tal-kummerċ, organizzazzjonijiet tan-negozju, organizzazzjonijiet kulturali, entitajiet tal-evalwazzjoni, entitajiet tar-riċerka, eċċ.)

4.   Il-kompożizzjoni minima tas-sħubija

Ir-rekwiżit minimu tas-sħubija għal din is-sejħa huwa ta’ 4 entitajiet li jirrappreżentaw 3 pajjiżi eliġibbli. B’mod speċifiku:

(a)

Tal-inqas awtorità pubblika waħda (Ministeru jew ekwivalenti) jew korp delegat – kif deskritt fi 3.a) – minn 3 pajjiżi eliġibbli differenti, jew netwerk/assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet pubbliċi stabbiliti legalment li jirrappreżentaw tal-inqas tliet pajjiżi eliġibbli differenti. In-netwerk jew l-assoċjazzjoni għandu jkollhom mandat ta’ mill-inqas minn 3 awtoritajiet pubbliċi rilevanti kif deskritt taħt 3.a) biex joperaw f’isimhom għall-proposta speċifika.

Il-proposti għandhom jinkludu tal-inqas awtorità pubblika waħda kif indikat taħt il-punt 3.a) minn Stat Membru.

L-awtoritajiet pubbliċi li jipparteċipaw jew li huma rappreżentati fil-proposta għandhom ikunu responsabbli għat-tmexxija strateġika tal-proġett u biex imexxu l-proċess ta’ esperimenti fil-ġurisdizzjoni proprja tagħhom.

(b)

Tal-inqas entità pubblika jew privata waħda b’għarfien espert fl-evalwazzjoni tal-impatt tal-politika. Tali entità għandha tkun responsabbli għall-aspetti metodoloġiċi u l-protokolli tal-evalwazzjoni. Il-proposta tista’ tinvolvi aktar minn entità tal-evalwazzjoni waħda, sakemm ix-xogħol ikun ikkoordinat u konsistenti.

5.   Il-koordinazzjoni

Proposta tista’ tkun ikkoordinata u mressqa biss f’isem l-applikanti kollha – minn waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

Awtorità pubblika kif deskritt taħt 3.a)

(b)

Netwerk jew assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet pubbliċi stabbiliti legalment indikati taħt il-punt 3.a)

(c)

Entità pubblika jew privata ddelegata minn awtoritajiet pubbliċi indikata taħt il-punt 3.a) biex twieġeb għas-sejħa. L-entitajiet iddelegati għandu jkollhom approvazzjoni espliċita bil-miktub minn awtorità pubblika kif deskritt taħt 3.a), biex iressqu u jikkoordinaw il-proposta f’isimhom

Il-proposti għandhom jitressqu mir-rappreżentant legali tal-awtorità ta’ koordinazzjoni f’isem l-applikanti kollha. Persuni fiżiċi ma jistgħux japplikaw għal għotja.

6.   L-attivitajiet Eliġibbli

L-attivitajiet għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Diċembru 2014 u l-1 ta’ Marzu 2015.

It-tul tal-proġett għandu jkun ta’ bejn 24 u 36 xahar.

L-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati taħt din is-sejħa jinkludu tal-inqas:

Żvilupp ta’ provi fuq il-post dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri innovattivi. Għandha tingħata attenzjoni xierqa għall-iżvilupp ta’ bażi ta’ evidenza soda u li tinvolvi proċeduri affidabbli ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u rappurtar ibbażati fuq approċċi metodoloġiċi rikonoxxuti, żviluppati minn evalwatur tal-impatt tal-politika kompetenti u ta’ esperjenza b’konsultazzjoni mas-sħab rilevanti tal-proġett.

Dan għandu jinkludi (il-lista mhix eżawrjenti): l-identifikazzjoni u l-għażla tal-miżuri li se jiġu ttestjati, il-kampjuni u s-sett ta’ azzjonijiet previsti; id-definizzjoni tal-impatt mistenni tal-miżura f’termini li jitkejlu u l-valutazzjoni tar-rilevanza tiegħu fir-rigward tar-riżultati mistennija, inkluż permezz ta’ tfittxija bir-reqqa għal eżempji ta’ interventi ta’ politika simili li twettqu lokalment jew barra mill-pajjiż; id-definizzjoni ta’ metodoloġija u indikaturi sodi biex jitkejjel l-impatt tal-miżura ttestjata fil-livell nazzjonali u Ewropew.

Implimentazzjoni parallela tal-provi fuq il-post f’diversi pajjiżi li jipparteċipaw fil-proġett taħt it-tmexxija tal-awtoritajiet rispettivi (Ministeru jew ekwivalenti). Numru rappreżentattiv biżżejjed ta’ entitajiet/stabbilimenti parteċipanti għandu jkun involut biex tintlaħaq massa kritika raġonevoli u rappreżentattiva u tiġi pprovduta bażi ta’ evidenza sinifikanti.

Analiżi u evalwazzjoni: effettività, effiċjenza u impatt tal-miżura ttestjata, iżda wkoll il-metodoloġija tal-proċessi ta’ esperimenti, tal-kundizzjonijiet għar-rappreżentanza fuq skala u t-trasferiment transnazzjonali tat-tagħlimiet meħuda u l-prattika tajba (tagħlim bejn il-pari).

Sensibilizzazzjoni, disseminazzjoni u sfruttament tal-kunċett tal-proġett u r-riżultati tiegħu fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew matul il-proġett u fuq terminu itwal, u biex titrawwem trasferibbiltà bejn setturi, sistemi u politiki differenti.

Huwa rrakkomandat pjan ta’ sfruttament tar-riżultati tal-proċessi ta’ esperimenti permezz ta’ Metodi Miftuħa ta’ Koordinazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u ż-żgħażagħ, b’rabta mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020.

7.   Il-Kriterji tal-Għoti

Il-kriterji tal-għoti (ara t-Taqsima 8 tal-Gwida għall-Applikanti) għall-finanzjament ta’ proposta huma:

(1)

Ir-rilevanza (20 %)

(2)

Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett (30 %)

(3)

Il-kwalità tas-sħubija (20 %)

(4)

L-Impatt, id-Disseminazzjoni u l-Isfruttament (30 %)

Din is-sejħa hija maqsuma f’żewġ stadji ta’ sottomissjoni/evalwazzjoni: (1) l-istadju ta’ qabel il-proposta, u (2) l-istadju sħiħ tal-proposta. Dan l-approċċ għandu l-ħsieb li jissimplifika l-proċess billi fl-ewwel fażi jitlob biss informazzjoni bażika dwar il-proposta. L-informazzjoni ta’ qabel il-proposta li tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà u li tilħaq il-limitu minimu ta’ 60 % tal-punteġġ għall-kriterju tal-għoti Ir-rilevanza biss se taċċessa t-tieni fażi li għaliha l-applikanti se jkunu mitluba jressqu pakkett sħiħ ta’ applikazzjoni.

L-informazzjoni ta’ qabel il-proposta eliġibbli se tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-kriterju tal-għoti Ir-rilevanza. Il-proposti sħaħ se jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-esklużjoni, l-għażla u t-tliet kriterji tal-għoti li jifdal: Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett; Il-kwalità tas-sħubija; u L-impatt, id-disseminazzjoni, u s-sostenibbiltà.

Il-punteġġ finali għal proposta se jkun il-punteġġ totali miksub fl-istadju ta’ qabel il-proposta u l-istadju tal-proposta sħiħa (billi jiġi applikat l-ippeżar indikat).

8.   Il-baġit

Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament ta’ proġetti taħt din is-sejħa huwa ta’ EUR 10 000 000, u huwa maqsum bil-mod li ġej bejn iż-żewġ oqsma ta’ operat:

L-Edukazzjoni u t-Taħriġ: EUR 8 000 000

Iż-Żgħażagħ: EUR 2 000 000

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UE ma tistax taqbeż il-75 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.

L-għotja massima għal kull proġett se tkun ta’ EUR 2 000 000.

L-Aġenżija tirriserva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

9.   Il-Proċedura għas-Sottomissjoni u l-Iskadenzi

Qabel titressaq applikazzjoni, l-applikanti se jkollhom jirreġistraw l-organizzazzjoni tagħhom fil-Faċilità ta’ Reġistrazzjoni Unika (URF) u jirċievu Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipant (PIC). Il-PIC se jkun mitlub fil-formola tal-applikazzjoni.

Il-Faċilità ta’ Reġistrazzjoni Unika hija l-għodda li permezz tagħha se tiġi ġestita l-informazzjoni legali u finanzjarja kollha marbuta mal-organizzazzjonijiet. Din hija aċċessibbli permezz tal-Portal tal-Parteċipant għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv, il-Kultura, iċ-Ċittadinanza u l-Volontarjat. L-informazzjoni dwar kif tirreġistra tista’ tinsab fil-portal fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/education/participants/portal

L-applikazzjonijiet għall-għoti għandhom jitfasslu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u bl-użu tal-Pakkett tal-Applikazzjoni uffiċjali. Jekk jogħġbok kun żgur li tuża l-formola tal-applikazzjoni korretta għall-istadju ta’ qabel il-proposta u l-istadju tal-proposta sħiħa rispettivament.

Il-Pakkett tal-Applikazzjoni huwa disponibbli fuq l-Internet fl-indirizz li ġej:

https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/prospective-initiatives-eacea-102014_en

Se jiġu aċċettati biss l-applikazzjonijiet imressqa fil-formola korretta, mimlija kif suppost, bid-data u ffirmati mill-persuna awtorizzata li tidħol f’impenji legalment vinkolanti f’isem il-koordinatur.

L-iskadenzi:

L-informazzjoni ta’ qabel il-proposti: l-20 ta’ Mejju 2014 skont it-timbru tal-posta

Il-proposti sħaħ: it-2 ta’ Ottubru 2014 skont it-timbru tal-posta

Il-forom tal-applikazzjoni se jitressqu bħala pakkett bil-posta. Kull pakkett se jkun fih biss verżjoni waħda sħiħa stampata ffirmata mir-rappreżentant legali tal-organizzazzjoni ta’ koordinazzjoni. Barra minn hekk, verżjoni sħiħa skenjata tal-applikazzjoni ffirmata se tintbagħat bil-posta elettronika fl-indirizz ta’ hawn taħt immedjatament wara l-impustar tal-verżjoni stampata. Iż-żewġ verżjonijiet għandu jkun fihom l-annessi u d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti u applikabbli.

Il-pakkett se jintbagħat permezz ta’ servizz ta’ kurjer express (l-irċevuta tal-kunsinna rreġistrata tas-servizz tal-posta sservi bħala prova) fl-indirizz li ġej:

Education, Audiovisual and Culture Executive Agency

Unit A.1 — Erasmus+: Schools, Prospective initiatives, Programme coordination

Call for Proposals EACEA/10/14

BOU2 02/109

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

u bil-posta elettronika lil: EACEA-Policy-Support@ec.europa.eu

L-applikazzjonijiet li ma jinkludux id-dokumenti stipulati kollha u li ma jitressqux qabel l-iskadenza mhumiex se jitqiesu.

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għal-Linji Gwida għall-applikanti.

10.   Aktar informazzjoni

Il-Linji Gwida dettaljati għall-applikanti u l-Pakkett tal-Applikazzjoni sħiħ huma disponibbli fis-sit elettroniku li ġej:

https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/prospective-initiatives-eacea-102014_en


(1)  Il-parteċipazzjoni tal-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja hi soġġetta għal deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Jekk meta tkun qed tittieħed id-deċiżjoni dwar l-għotjiet, ir-Regolament tal-Erasmus+ ma jkunx ġie inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE, il-parteċipanti minn dawn il-pajjiżi ma jiħdux finanzjament u ma jitqisux fir-rigward tad-daqs minimu tal-konsorzji/sħubiji.

(2)  Il-parteċipazzjoni tat-Turkija u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’din is-sejħa għall-proposti hi soġġetta għall-iffirmar ta’ Memorandum ta’ Fehim bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull wieħed minn dawn il-pajjiżi rispettivament. Jekk meta tkun qed tittieħed id-deċiżjoni dwar l-għotjiet, il-Memorandum ta’ Fehim ma jkunx ġie ffirmat, il-parteċipanti minn dan il-pajjiż ma jiħdux finanzjament u ma jitqisux fir-rigward tad-daqs minimu tal-konsorzji/sħubiji.

(3)  Il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera hi soġġetta għall-konklużjoni ta’ ftehim bilaterali li għandu jiġi konkluż ma’ dan il-pajjiż. Jekk meta tkun qed tittieħed id-deċiżjoni dwar l-għotjiet, il-ftehim bilaterali ma jkunx ġie ffirmat, il-parteċipanti mill-Konfederazzjoni Svizzera ma jiħdux finanzjament u ma jitqisux fir-rigward tad-daqs minimu tal-konsorzji/sħubiji.

(4)  http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/nuts_nomenclature/correspondence_tables/national_structures_eu


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/22


AVVIŻ TA' INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjonijiet Ġeografiċi mir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel

(2014/C 51/09)

Fi ħdan in-negozjati li għaddejjin bħalissa mar-Repubblika tal-Afrika t'Isfel dwar ftehim fil-forma ta' Protokoll dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi (minn hawn 'il quddiem il-Protokoll), l-awtoritajiet tal-Afrika t'Isfel ippreżentaw il-listi mehmuża ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi (IĠ) għal prodotti agrikoli u nbejjed, għall-protezzjoni skont il-Protokoll. Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed tikkunsidra jekk dawn l-IĠ għandhomx ikunu protetti skont il-Protokoll bħala indikazzjonijiet ġeografiċi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 22(1) tal-Ftehim TRIPS.

Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu, residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, biex topponi għat-tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni debitament sostanzjata.

Id-dikjarazzjonijiet ta' oppożizzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz tal-posta elettronika:

AGRI-A3-GI@ec.europa.eu

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li l-protezzjoni tal-isem propost:

(a)

ikun konfliġġenti mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-annimali u b'riżultat ta' dan x'aktarx tkun se tfixkel lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott;

(b)

ikun omonimu jew parzjalment omonimu ma' isem diġà protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (2) u r-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż (3), jew li jkun fil-ftehimiet li l-Unjoni diġà kkonkludiet mal-pajjiżi li ġejjin:

L-Awstralja (4)

Iċ-Ċilì (5)

L-Isvizzera (6)

Il-Messiku (7)

Il-Korea (8)

L-Amerika Ċentrali (9)

Il-Kolombja u l-Perù (10)

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (11)

Il-Kroazja (12)

Il-Kanada (13)

L-Istati Uniti (14)

L-Albanija (15)

Il-Montenegro (16)

Il-Bosnja-Ħerzegovina (17)

Is-Serbja (18)

Il-Moldova (19)

Il-Ġeorġja (20)

(c)

fid-dawl tar-reputazzjoni tal-marka kummerċjali, tal-fatt li l-marka kummerċjali hija magħrufa sew u minħabba t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, tfixkel lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

(d)

tipperikola l-eżistenza ta’ isem kompletament jew parzjalment identiku jew ta’ marka kummerċjali jew l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż.

(e)

jew jekk jistgħu jingħataw dettalji li minnhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa ġeneriku.

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni eventwali ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea tiddependi mill-konklużjoni b’suċċess ta’ dawn in-negozjati u mill-att legali sussegwenti.

Lista ta' Indikazzjonijiet Ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u nbejjed  (21)

Tip ta’ prodott

Isem kif inhu protett fl-Afrika t’Isfel

infużjoni

Honeybush/Heunningbos/Honeybush Tea/Heuningbos Tee

infużjoni

Rooibos/Red Bush/Rooibos Tea/Rooitee/Rooibosch

nbejjed

Banghoek

nbejjed

Bot River

nbejjed

Breedekloof

nbejjed

Cape Agulhas

nbejjed

Cape South Coast

nbejjed

Central Orange River

nbejjed

Ceres Plateau

nbejjed

Citrusdal Mountain

nbejjed

Citrusdal Valley

nbejjed

Eastern Cape

nbejjed

Elandskloof

nbejjed

Franschhoek Valley

nbejjed

Greyton

nbejjed

Hemel-en-Aarde Ridge

nbejjed

Hemel-en-Aarde Valley

nbejjed

Hex River Valley

nbejjed

Hout Bay

nbejjed

Klein River

nbejjed

Kwazulu-Natal

nbejjed

Lamberts Bay

nbejjed

Langeberg-Garcia

nbejjed

Limpopo

nbejjed

Malgas

nbejjed

Napier

nbejjed

Northern Cape

nbejjed

Outeniqua

nbejjed

Philadelphia

nbejjed

Plettenberg Bay

nbejjed

Polkadraai Hills

nbejjed

St Francis Bay

nbejjed

Stanford Foothills

nbejjed

Stilbaai East

nbejjed

Sunday's Glen

nbejjed

Sutherland-Karoo

nbejjed

Theewater

nbejjed

Tradouw Highlands

nbejjed

Upper Hemel-en-Aarde Valley

nbejjed

Upper Langkloof

nbejjed

Voor Paardeberg

nbejjed

Western Cape


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(4)  Id-Deciżjoni tal-Kunsill 2009/49/KE tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja dwar il-kummerċ tal-inbid (ĠU L 28, 30.1.2009, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE tat-18 ta' Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra (ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim dwar kooperazjoni xjentifika u teknoloġika, tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba' Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1), u b'mod partikolari l-Anness 7 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-negozju tal-prodotti agrikoli.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/361/KE tas-27 ta' Mejju 1997 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent komuni u l-protezzjoni tad-deskrizzjoni ta' spirti alkoħoliċi (ĠU L 152, 11.6.1997, p. 15).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-16 ta' Settembru 2010 dwar l-iffirmar f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1).

(9)  Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3).

(10)  Il-Ftehim ta’ Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/916/KE tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet fir-rigward tal-konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi f’ċerti nbejjed, ir-rikonixximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ nbejjed u r-rikonoxximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ disinjazzjonijiet għall-ispirti u xorb aromatizzat (ĠU L 342, 27.12.2001, p. 6).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/918/KE tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet fir-rigward tal-konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi f'ċerti nbejjed, ir-rikonoxximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ nbejjed u r-rikonoxximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ disinjazzjonijiet għall-ispirti u xorb aromatizzat (ĠU L 342, 27.12.2001, p. 42).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/91/KE tat-30 ta' Lulju 2003 dwar il-konklużjoni ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar kummerċ fl-inbejjed u l-ispirti (ĠU L 35, 6.2.2004, p. 1).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/232/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-Kummerċ tal-inbid (ĠU L 87, 24.3.2006, p. 1).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/580/KE tat-12 ta' Ġunju 2006 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u affarijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra - il-Protokoll 3 dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi għal ċerti nbejjed, l-għarfien reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll tal-ismijiet tal-inbid, tax-xorb alkoħoliku u tal-inbejjed aromatizzati (ĠU L 239, 1.9.2006, p. 1).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1)

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bosnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10) – Il-Protokoll 6.

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/36/KE tad-15 ta’ Ottubru 2008 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra - (ĠU L 28, 30.1.2010, p. 1).

(19)  2013/7/UE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 10, 15.1.2013, p. 3).

(20)  2012/164/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Frar 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 30.3.2012, p. 1).

(21)  Lista mogħtija mill-awtoritajiet tal-Afrika t'Isfel fil-qafas tan-negozjati li għaddejjin bħalissa, protetti fir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel.