ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.049.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 49

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
21 ta' Frar 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 049/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7074 – JSR/MOL/JV) ( 1 )

1

2014/C 049/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6454 – Limagrain/KWS/Genective JV) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 049/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

2014/C 049/04

Avviż tad-dħul fis-seħħ

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 049/05

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' depożiti ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ Permis de la Bourdette)  ( 1 )

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 049/06

Notifika dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping

6

2014/C 049/07

Notifika dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping

7

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 049/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

8


 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7074 – JSR/MOL/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 49/01)

Fil-5 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7074. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6454 – Limagrain/KWS/Genective JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 49/02)

Fis-27 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6454. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Frar 2014

(2014/C 49/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3706

JPY

Yen Ġappuniż

139,91

DKK

Krona Daniża

7,4625

GBP

Lira Sterlina

0,82200

SEK

Krona Żvediża

8,9606

CHF

Frank Żvizzeru

1,2203

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3625

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,382

HUF

Forint Ungeriż

313,58

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1801

RON

Leu Rumen

4,5246

TRY

Lira Turka

3,0292

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5269

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5189

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6298

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6555

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7352

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 474,49

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,1857

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3394

HRK

Kuna Kroata

7,6693

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 178,08

MYR

Ringgit Malażjan

4,5360

PHP

Peso Filippin

61,379

RUB

Rouble Russu

49,1162

THB

Baht Tajlandiż

44,680

BRL

Real Brażiljan

3,2738

MXN

Peso Messikan

18,2701

INR

Rupi Indjan

85,4780


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/3


Avviż tad-dħul fis-seħħ

(2014/C 49/04)

Id-Deċiżjoni Nru 2/2011 tal-Kumitat Konġunt UE-Svizzera stabbilita mill-Artikolu 14 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni tat-30 ta’ Settembru 2011 li jissostitwixxi l-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) tiegħu, daħlet fis-seħħ fil-31 ta' Awwissu 2013 wara t-tlestija tal-proċedura ta' notifika fit-30 ta' Awwissu 2013.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/4


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' depożiti ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de la Bourdette”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 49/05)

Permezz ta' applikazzjoni li saret fit-18 ta’ Lulju 2013, l-impriża Vermilion REP SAS li għandha s-sede tagħha fl-indirizz route de Pontenx, 40160 Parentis-en-Born (Franza), talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames snin, għat-tiftix ta' depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de la Bourdette”, fuq żona li tagħmel parti mit-territorju fid-Dipartiment ta' la Haute-Garonne.

Il-perimetru tal-firxa ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt fis-sistema ta' referenza legali RGF 93 (Lambert 93):

Il-quċċata

Lonġitudni

Latitudni

A

00°42′59″ W

43°17′24″ N

B

01°04′35″ W

43°17′24″ N

C

01°04′35″ W

43°12′00″ N

D

00°48′46″ W

43°12′00″ N

E

00°47′31″ W

43°13′44″ N

F

00°44′11″ W

43°13′44″ N

G

00°43′38″ W

43°12′00″ N

H

00°43′00″ W

43°12′00″ N

Skont din id-definizzjoni l-erja hija ta’ madwar 275 km2.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jagħtu prova li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi Nru 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (mmodifikati) dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, p. 11, u stabbilita mid-Digriet Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz imsemmi hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet li jikkompetu magħha jittieħdu fi żmien sentejn mill-wasla tal-applikazzjoni inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri mhux aktar tard mit-22 ta' Lulju 2015.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju kif ukoll għad-Digriet Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikati), dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija:

Direction générale de l’énergie et du climat — Direction de l’énergie

Bureau exploration et production des hydrocarbures

Grande Arche, Paroi Nord

92055 La Défense Cedex

FRANCE

Tel. +33 140819527

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/6


Notifika dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping

(2014/C 49/06)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li jkunu suġġetti għal dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċeduri

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub biex isir rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal biex jitkomplew jew ifeġġu mill-ġdid id-dumping u d-dannu.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tanalizza l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal analiżi.

3.   Il-limitu ta' żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal rieżami bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand The European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 8/20, 1049 Brussels. Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Pajpijiet u tubi mingħajr saldatura tal-ħadid jew tal-azzar

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009 (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 19)

7.10.2014


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Faks +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna


21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/7


Notifika dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping

(2014/C 49/07)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li jkunu suġġetti għal dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċeduri

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub biex isir rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal biex jitkomplew jew ifeġġu mill-ġdid id-dumping u d-dannu.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tanalizza l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal analiżi.

3.   Il-limitu ta' żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal rieżami bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand The European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 8/20, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Ċerti folji tal-aluminju

L-Armenja, il-Brażil u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 1)

7.10.2014

Impenji

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/736/KE (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 50)


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Faks +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/8


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2014/C 49/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oppożizzjoni tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

Image” (KAFAE DOI CHAANG)

Nru tal-KE: TH-PGI-0005-0815-27.05.2010

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

Image” (Kafae Doi Chaang)

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

It-Tajlandja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew l-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.8.:

Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Kafae Doi Chaang” jirreferi għal varjetajiet ewlenin ta’ Arabica: Caturra, Catimor u Catuai, miksubin minn fosdqiet friski tal-kafè mkabbrin fuq ix-xaqlibiet tal-muntanja Doi Chaang, f’altitudni ta’ 1 100-1 700 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. “Kafae Doi Chaang” jitkabbar fiż-żona tal-irħula ta’ Doi Chaang u Ban Mai Pattana f’Tambon Wawee, fid-Distrett ta’ Mae Suai tal-Provinċja ta’ Chiangrai. Jinħadem bi proċess standard, li joħloq kafè ta’ kwalità għolja tal-karatteristiċi li ġejjin: kafè pur, rifreskanti, b’aċidità ta’ ħlewwa u bi sfumatura ta’ għasel fl-aroma, b’noti ta’ fjuri u frott tal-kafè (fosdqa tal-frott).

“Kafae Doi Chaang” huwa Arabica ta’ klassi dinjija, esklussiva għal azjenda waħda, li huwa kkultivat u pproċessat b’attenzjoni biex tkun żgurata l-ogħla kwalità. Huwa naturalment baxx fil-kafeina, għandu profil kumpless u mimli togħma, li dawk li jkabbru l-kafè Doi Chaang itejbu u joħorġu permezz ta’ metodi ta’ kultivazzjoni, ipproċessar u inkaljar.

“Kafae Doi Chaang” jirreferi kemm għal kafeni ħodor, kif ukoll għal kafè inkaljat. Esklussivament, il-“Kafae Doi Chaang” ta’ 100 % biss, irrispettivament mill-istat tiegħu (kafeni ħodor u inkaljati), ippreżentat lill-konsumaturi, għandu l-karatteristiċi msemmijin hawn fuq.

3.3.   Materja prima (għal prodotti pproċessati biss)

Il-pjanta tal-kafè li titkabbar fil-muntanja Doi Chaang hija l-ispeċi Arabica biss. Il-varjetajiet jew pjanti ewlenin tal-kafè tal-ispeċi Arabica kkultivati fil-Muntanja Doi Chaang huma magħrufin bħala Caturra, Catimor u Catuai. Iż-żerriegħa għat-tħawwil għandha tkun minn sorsi affidabbli, bħal mill-Università ta’ Chiangmai, mid-Dipartiment tal-Agrikoltura, jew żerriegħa magħżula minn pjanti f’saħħithom mingħajr inċidenza ta’ fungi li jmarrduhom bi tbajja' lewn is-sadid.

Il-fosdqiet tal-kafè jnawru fi Frar u jinħasdu bejn Novembru u Marzu. Il-fosdqiet misjurin, li l-lewn tagħhom ivarja minn aħmar sa isfar skont il-varjetajiet, jinġabru b’mod selettiv bl-idejn biex tkun żgurata l-aħjar kwalità. Biex jinkisbu l-kafeni ħodor, il-fosdqiet jinħaslu, jintgħażlu minn xulxin, isiru polpa, jiffermentaw, jitgħaddsu fl-ilma, jiġu ggradati nexfin, u jinħażnu skont metodi speċifiċi ta’ Doi Chaang. Ma jkollhomx aktar minn 8 % umdità.

3.4.   Għalf (għal prodotti li joriġinaw minn annimali biss)

Mhux applikabbli.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Stadju ta’ ħsad: il-fosdqiet tal-kafè jibdew inawru fi Frar u l-frott tal-fosdqa jkun lest għall-ħsad minn Novembru sa Marzu. Il-ġbir bl-idejn b’mod selettiv tal-fosdqiet misjurin biss jiżgura li ssir l-anqas ħsara lill-pjanti, u li jkunu pproċessati biss l-aħjar fosdqiet.

Ipproċessar bil-Metodu ta’ pproċessar fl-imxarrab: dan il-metodu tradizzjonali ta’ pproċessar, li jinvolvi xogħol intensiv, jaħsel u joħroġ il-kafena mill-frott tagħha. Għalkemm jieħu ħafna ħin, il-metodu fl-imxarrab jgħin biex jinżammu l-kwalitajiet inerenti tal-kafeni u l-ħaddiem jimmonitorja b’attenzjoni kull stadju biex jiżgura togħma konsistenti u li tkun l-aqwa. Diversi saffi jdawru l-kafena: qoxra, muċilaġni, polpa u ġilda.

Estrazzjoni: l-ewwel, il-ħaddiema jaħslu minn qabel il-fosdqiet f’tank ta’ ilma frisk minn nixxiegħa fejn il-fosdqiet kollha li jkunu saru jinżlu fil-qiegħ u fosdqiet li ma jkunux saru jew li jkunu misjurin iżżejjed jitilgħu fil-wiċċ u jitneħħew. It-tieni, il-ħaddiema jneħħu l-ġilda u l-polpa billi jgħaddu l-fosdqiet minn magna tal-ippulpjar. It-tielet, il-kafeni jiffermentaw fl-ilma biex titneħħa l-muċilaġni u jitjiebu l-kwalitajiet ta’ aroma u togħma tal-kafeni. Fl-aħħar nett, il-ħaddiem jaħsel sewwa b’idejh il-kafeni b’ilma frisk ġej minn nixxiegħa biex titneħħa kull traċċa ta’ muċilaġni u mbagħad jgħaddas il-kafeni f’ilma frisk naturali ta’ nixxiegħa għal 20-24 siegħa oħra qabel ma jħejji l-kafeni għat-tnixxif. Il-muċilaġni u l-prodotti inċidentali ffermentati jiġu rriċiklati bħala fertilizzant għall-pjanti tal-kafè.

Tnixxif: il-ħaddiem jifrex b’mod uniformi l-kafeni mgħottijin bil-qoxra fuq terrazzini biex inixxifhom b’mod naturali fix-xemx tul is-sebgħa jew tmint ijiem li jkun imiss. Matul dan iż-żmien, il-ħaddiema jxattbu kontinwament b’idejhom u jifirxu mill-ġdid il-kafeni biex jiżguraw li jkunu nixfu għalkollox. Filgħaxijiet, il-ħaddiem igeddes u jgħatti l-kafeni biex iħarishom mill-umdità. Malli l-kafeni jinxfu għal livell ta’ umdità ta’ 11 %, jiddaħħlu fi mħażen sakemm ikunu meħtieġa għall-inkaljar.

Tfesdiq: dan l-istadju finali ta’ pproċessar isir eżatt qabel l-inkaljar. Il-kafeni jitneħħew mill-aħħar saff ta’ qoxra bl-użu ta’ magna ta’ tfesdiq. Sa dan l-istadju kull waħda mill-familji tal-kafè Doi Chaang tkun ikkultivat u pproċessat il-kafeni tagħha stess b’kontroll strett tal-kwalità. Il-familji jfesdqu flimkien u jagħżlu minn xulxin il-kafeni għall-inkaljar.

Għażla: il-kafeni fil-bidu jintgħażlu minn xulxin u jiġu ggradati bit-tgħarbil tal-kafeni f’għeriebel ta’ daqsijiet differenti, imbagħad jintgħażlu bl-idejn biex ikun żgurat li l-aħjar kafeni biss jiġu inkaljati.

Inkaljar: fl-aħħar nett, l-imgħallem espert jinkalja, friski biss, il-kafeni tal-aqwa kwalità. Joqgħod attent għad-dettall biex jiżgura li l-inkaljar isir bil-mod f’lottijiet żgħar f’tanbur tradizzjonali biex joħroġ il-karatteristiċi uniċi u eżotiċi tal-kafè. Il-kafeni jiġu inkaljati friski, mbagħad jitkessħu u jiġu ssiġillati f’boroż ta’ grad għoli b’valv, li jiggarantixxu li l-“Kafae Doi Chaang” jibqa’ frisk. Il-proċess ta’ inkaljar ma jsirx neċessarjament fiż-żona tal-produzzjoni. Il-monitoraġġ tal-kafè tal-ispeċjaltà Doi Chaang inkaljat barra mit-Tajlandja huwa intraċċat mill-kuntratti ta’ impriża konġunta ma’ inkaljaturi f’pajjiżi bħal dawn. Il-ftehimiet jindikaw li għandu jkun kafè Arabica 100 % minn Doi Chaang biss, li m’għandu jitħallat mal-ebda kafè ieħor minn sorsi oħra. L-inkaljaturi barranin iwettqu l-kontroll fiżiku tal-kwalità b’diversi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni, ittestjar u trattament bir-raża, li jsiru qabel u wara l-inkaljar. It-testijiet tal-kwalità tat-trattament bir-raża jsiru wkoll minn ħafna istituzzjonijiet, bħal SCAA (Specialty Coffee Association of America), SCAE (Speciality Coffee Association of Europe), Kenneth Davis minn http://www.coffeereview.com, http://www.coffeecuppers.com, http://www.coffeehabitat.com u oħrajn.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar il-qtugħ, il-ħakk, l-imballaġġ, eċċ.

Il-“Kafae Doi Chaang” jiġi imballat f’boroż b’valv, li jippermettu li jkun hemm ventilazzjoni minn ġewwa tal-boroż, u li ma jħallux l-arja ta’ barra tidħol ġewwa.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketta ġġib il-kliem “Image” u/jew “Kafae Doi Chaang”.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Kafae Doi Chaang” hija dik li tinsab fil-muntanja Doi Chaang, subdistrett ta’ Wawi, distrett ta’ Mae Suai, provinċja ta’ Chiangrai, it-Tajlandja, f’1 100-1 700 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, bejn latitudni gradi 19, 48 arcmin, 48 arcsec fit-Tramuntana u lonġitudni gradi 99, 34 arcmin fil-Lvant.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

B’mod ġenerali, iż-żona tikkonsisti f’muntanji għoljin bi gradjenti ta’ xaqlibiet ta’ aktar minn 35 %. Hemm strixex dojoq ta’ art ċatta li jogħlew tul linji fuqani u widien fil-muntanji. Il-gradjenti ta’ xaqlibiet hawnhekk huma ta' bejn 8-35 %, u hemm madwar 500 metru differenza fil-livell ta’ altitudni taż-żona. Il-ħamrija hija lom fin ramli jew lom li ġej mit-tħassir ta’ ġebel u minerali, b’munġbelli ta’ laqx li nġarr minn żoni ogħla għal postijiet li jinsabu aktar fil-baxx. Il-ħamrija għandha ħafna materja organika u tipprovdi tisfija tajba. Doi Chang huwa l-għajn tal-ilma għal ħafna nixxigħat u xmajriet, inkluża x-xmajra Huai Krai, li tipprovdi l-ilma s-sena kollha. Minbarra dan, hemm bjar naturali żgħar u kbar imxerrdin ma’ kullimkien li jipprovdu l-ilma s-sena kollha.

Fatturi naturali u umani jaqdu rwol importanti fil-produzzjoni tal-“Kafae Doi Chaang”. Id-Doi Chaang hija muntanja għolja li tilħaq altitudni ta’ 1 100-1 700 metru 'il fuq mil-livell tal-baħar, u hija tajba għall-kultivazzjoni tal-kafè Arabica.

It-tipi ta’ kafè magħżulin b’attenzjoni, il-manutenzjoni stretta u l-ħsad metikoluż, flimkien mal-proċessi ta’ produzzjoni ta’ standard għoli, huma attribwiti għall-produzzjoni tal-“Kafae Doi Chaang”.

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Ġeografija: il-post ġeografiku speċifiku taż-Żona ta’ Tkabbir tal-“Kafae Doi Chaang”, flimkien mal-karatteristiċi klimatiċi u r-riżalt fiżiku distintiv u ħamrija, jagħmlu l-“Kafae Doi Chaang” kafè Arabica ta’ klassi dinjija esklussiva għal azjenda waħda.

Agroklima: iż-żona hija magħmula minn muntanji għoljin bi gradjenti ta’ xaqlibiet ta’ aktar minn 35 %. Hemm strixex dojoq ta’ art ċatta li jogħlew tul linji fuqani u widien tal-muntanji. Il-gradjenti ta’ xaqlibiet hawnhekk huma bejn 8-35% u hemm madwar 500 metru differenza fil-livell ta’ altitudni taż-żona. Il-ħamrija hija lom fin ramli jew lom li ġej mit-tħassir ta’ ġebel u minerali b’munġbelli ta’ laqx li nġarr minn żoni ogħla għal postijiet li jinsabu aktar fil-baxx. Il-ħamrija għandha ħafna materja organika u tipprovdi tisfija tajba. Għandha pH ta’ madwar 6,0-6,5. Doi Chang huwa l-għajn tal-ilma għal ħafna nixxigħat u xmajriet, inkluża x-xmajra Huai Krai, li tipprovdi l-ilma s-sena kollha. Minbarra dan, hemm bjar naturali żgħar u kbar imxerrdin ma’ kullimkien li jipprovdu l-ilma s-sena kollha.

Topografija: iż-żona ta’ tkabbir tal-“Kafae Doi Chaang” tinsab fix-xaqlibiet tal-Muntanja Doi Chaang, fil-firxa tal-Muntanja Wawi, subdistrett ta’ Wawi, distrett Mae Suai, provinċja ta’ Chiangrai, it-Tajlandja. L-effett tal-klima u t-topografija jingħaqdu flimkien ma’ metodi speċifiċi ta’ kultivazzjoni, ħamrija f’termini ta’ materji organiċi ħafna, dell naturali u altitudni għolja. Dawn il-fatturi kollha jikkontribwixxu għal tkabbir bil-mod tal-fosdqiet tal-kafè, billi joħolqu kafena eċċezzjonalment kumplessa, densa u b’togħma intensa.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

1.   Kafena Ħadra

Il-kafeni ħodor ta’ Doi Chaang jiġu ggradati kif ġej:

Grad AA: Il-kafena ħadra hija ta’ lewn aħdar jagħti fil-griż, ta’ dijametru itwal minn 6.96 mm, b’kontenut ta’ umdità ta’ 10-12 %

Grad A: Il-kafena ħadra hija ta’ lewn aħdar jagħti fil-griż, ta’ dijametru bejn 6.10-6.96 mm, b’kontenut ta’ umdità ta’ 10-12 %

Peaberry: il-kafena waħedha, ta’ forma ovali, b’kontenut ta’ umdità ta’ 10-12 %

2.   Kafena Inkaljata

Doi Chaang Peaberry: Fosdqa tal-kafè tipikament tipproduċi żewġ kafeni b’ġenbejn ċatti, iżda meta l-fosdqa tipproduċi biss kafena waħda f’forma ovali, tissejjaħ “Peaberry”. Il-kafena peaberry hija ħafna iżgħar b’togħma aktar konċentrata u tirrappreżenta biss 5 % tal-għelejjel annwali ta’ Doi Chaang. Il-Peaberry ta’ Doi Chaang hija ta' togħma eċċezzjonali, b’aroma intensa ta’ frott u fjuri u profil sod u korp sħiħ. Rari u mfittxa ħafna, il-Peaberry ta’ Doi Chaang tiġi inkaljata bil-mod u b’attenzjoni għal togħma ħajja u distintiva. Bi sfumaturi profondi u bi ħjiel ta' ħamrija, aħna fiduċjużi li din tkun l-aqwa esperjenza tiegħek ta’ kafè.

Doi Chaang Premium A Grade (Medium): il-kafeni primjum ta’ Doi Chaang jiġu inkaljati għal medju sħiħ biex jagħmlu kikkra tfuħ ta’ frott u ħlewwa, b’riħa pjaċevoli ta’ fjuri. Bilanċjat sewwa b’korp delikat u sfumaturi rikki bilkemm jinħassu, Doi Chaang A Grade (Medium) joffri bidu eċċezzjonalment ħaj bi tmiem nadif. Kikkra pjaċevoli u għandha minn kollox, li ttik gost kull ħin.

Doi Chaang Premium A Grade (Dark): il-kafeni primjum ta’ Doi Chaang jiġi inkaljati bil-mod u fit-tul biex joħolqu kikkra skura, eżotika, rikka b’mod intens u qawwi. Ħaj, b’riħa ta’ ħamrija, inkaljatura Doi Chaang Premium A Grade Dark għandha korp sħiħ b’aċidità pjaċevoli, kemxejn ta’ frott. B’togħma ħelwa bi ftit riħa qisha ta’ duħħan, tispiċċa b’togħma ftit ta’ karamella u ta’ ġewż tal-macadamia.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Skont l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika li tissemma hawn fuq, “Kafae Doi Chaang” huwa rikonoxxut bħala kafè ta’ kwalità li l-kafeni ħodor tiegħu huma kkaratterizzati mill-aroma friska tiegħu u mill-kontenut ta’ umdità medja ta’ 10-12 %. Dawn il-karatteristiċi jkunu kkontrollati għall-finijiet ta’ esportazzjoni, ħafna aktar mill-istandards minimi għall-kafena Arabica stabbiliti mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Kommoditajiet Agrikola u Standards Alimentari.

Dawk li jkabbru l-kafè Doi Chaang naturalment jikkultivaw varjetà ta’ pjanti Arabica taħt il-kanopew ta’ pruna, ħawħ, lanġas u siġar tal-ġewż tal-macadamia msoffija mix-xemx, f’altitudnijiet ta’ 1 100 sa 1 700 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Il-weraq li jaqgħu mid-diversi siġar tal-frott u tal-ġewż joħolqu ħuxlief nutrijenti għal pjanti tal-kafè Doi Chaang li jipprovdu togħma sottili ta’ frott u ġewż lill-kafè tagħna. Id-dell u l-altitudnijiet għolja jnaqqsu r-ritmu tat-tkabbir tal-fosdqiet tal-kafè Doi Chaang u joħolqu kafena b’togħma aktar kumplessa, densa u intensa. Il-fertilizzant huwa primarjament polpa riċiklata ta’ fosdqiet u demel. Dawk li jkabbru l-kafè Doi Chaang isegwu wieħed miż-żewġ metodi ta’ kultivazzjoni: (1) il-metodu ta’ agrikoltura organika li ma jippermetti l-ebda użu ta’ fertilizzant u pestiċidi kimiċi, jew (2) il-metodu konvenzjonali li jippermetti li jintużaw ftit sustanzi kimiċi. It-tnejn huma metodu ta’ kultivazzjoni ta’ tkabbir fid-dell li jipprovdi agrikoltura sostenibbli, iżomm il-kwalità tal-ħamrija u jelimina l-ħtieġa ta’ deforestazzjoni. Id-dell isaħħaħ ukoll il-mikroklima tat-tħawwil, billi joħloq ekosistema bilanċjata li tirrifletti dik ta’ sfond ta’ foresta u jipprovdi ħabitat naturali għal diversi annimali u pjanti.

Fil-qosor, iż-żona ta’ tkabbir tal-“Kafae Doi Chaang” hija kkaratterizzata mill-produzzjoni ta’ kafeni li jipproduċu kikkra kafè nadifa, ta’ aċidità medja u korp u aroma ta’ fjuri. Dawn il-karatteristiċi u kwalitajiet jistgħu jinkisbu billi tintuża l-ispeċi Arabica ta’ kafè, flimkien ma’ karatteristiċi klimatiċi, riżalt fiżiku distintiv u ħamrija. Il-kwalitajiet tal-“Kafae Doi Chaang” jiddependu wkoll mill-fatturi li ġejjin: metodu fin-niexef, kultivazzjoni speċifika, u metodi ta’ ħsad permezz ta’ ġbir selettiv bl-idejn tal-fosdqiet biss li jkunu saru, u l-użu tal-metodu ta’ pproċessar tradizzjonali. L-attributi kollha tal-“Kafae Doi Chaang” ġejjin mill-klima u t-topografija, f’termini ta’ materji organiċi ħafna, dell naturali u altitudni għolja, u mhux l-anqas, minn standards għoljin ta’ produzzjoni.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispefikazzjoni

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.