ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.044.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 44

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
15 ta' Frar 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 044/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7136 – Marubeni/INCJ/AGS) ( 1 )

1

2014/C 044/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7047 – Microsoft/Nokia) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 044/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2014 li taħtar u tissostitwixxi l-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali

2

2014/C 044/04

Att tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2014 li jaħtar Viċi Direttur tal-Europol

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 044/05

Rata tal-kambju tal-euro

4

2014/C 044/06

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2014 dwar il-jiem ta' btala għas-sena 2015 għall-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 044/07

Informazzjoni mingħand l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

6

2014/C 044/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

6

2014/C 044/09

Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 044/10

Avviż ta' bidu ta' proċediment ta' kontra s-sussidju rigward l-importazzjonijiet ta' ċerta trota qawsalla li toriġina fit-Turkija

9

2014/C 044/11

Notifika tal-bidu ta' proċedura antidumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta' rainbow trout li toriġina mit-Turkija

18

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 044/12

Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7144 – Apollo/Fondo de Garantía de Depósitos de Entidades de Crédito/Synergy) ( 1 )

27


 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7136 – Marubeni/INCJ/AGS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 44/01)

Fis-7 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7136. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7047 – Microsoft/Nokia)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 44/02)

Fl-4 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7047. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2014

li taħtar u tissostitwixxi l-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali

(2014/C 44/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina mressqa lill-Kunsill mill-Kummissjoni fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-impjegati,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Lulju 2012 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2012 sas-17 ta' Settembru 2015.

(2)

Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Impjegati huwa disponibbli għal Spanja.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2015:

RAPPREŻENTANTI TAl-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI:

SPANJA

Is-Sinjura Gema TORRES

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 228, 31.7.2012, p. 3.


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/3


ATT TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Frar 2014

li jaħtar Viċi Direttur tal-Europol

(2014/C 44/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tagħha,

Filwaqt li jaġixxi bħala l-awtorità bis-setgħa li taħtar il-Viċi Direttur tal-Europol,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni,

Wara li kkunsidra l-Pjan Pluriennali ta' Politika tal-Persunal tal-Europol għall-2014-2016 u b'mod partikolari t-Taqsimiet 2.2. u 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba l-iskadenza tal-mandat tal-Viċi Direttur tal-Europol maħtur bl-Att tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2009 (2), huwa meħtieġ li jinħatar Viċi Direttur.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol li tistabbilixxi r-regoli dwar l-għażla, l-estensjoni tal-mandat u t-tkeċċija tad-Direttur u l-Viċi Diretturi tal-Europol (3), tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali dwar il-proċeduri ta' għażla tad-Direttur jew Viċi Direttur tal-Europol.

(3)

Il-Bord ta' Amministrazzjoni ppreżenta lill-Kunsill lista qasira ta' applikanti adatti għall-ħatra, flimkien mal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni ta' kull wieħed minn dawk il-kandidati, kif ukoll il-lista tal-kandidati eliġibbli kollha.

(4)

Abbażi tal-informazzjoni rilevanti kollha fornuta mill-Bord ta' Amministrazzjoni, il-Kunsill jixtieq jaħtar lill-applikant li, skont il-Kunsill, jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-pożizzjoni vakanti ta' Viċi Direttur,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Wilhelmus Martinus VAN GEMERT hu b'dan maħtur Viċi Direttur tal-Europol mill-1 ta' Mejju 2014 sat-30 ta' April 2018 fil-grad AD 13, skala 1.

Artikolu 2

Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tiegħu.

Huwa għandu jkun ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)  ĠU C 249, 17.10.2009, p. 5.

(3)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 3.


Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Frar 2014

(2014/C 44/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3707

JPY

Yen Ġappuniż

139,48

DKK

Krona Daniża

7,4620

GBP

Lira Sterlina

0,82035

SEK

Krona Żvediża

8,8486

CHF

Frank Żvizzeru

1,2221

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3550

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,436

HUF

Forint Ungeriż

309,05

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1495

RON

Leu Rumen

4,4850

TRY

Lira Turka

2,9962

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5176

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5017

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6306

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6379

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7289

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 453,10

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,9803

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3162

HRK

Kuna Kroata

7,6560

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 208,53

MYR

Ringgit Malażjan

4,5160

PHP

Peso Filippin

61,102

RUB

Rouble Russu

48,0840

THB

Baht Tajlandiż

44,296

BRL

Real Brażiljan

3,2837

MXN

Peso Messikan

18,1673

INR

Rupi Indjan

84,9080


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Frar 2014

dwar il-jiem ta' btala għas-sena 2015 għall-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(2014/C 44/06)

JIEM TA' BTALA GĦAS-SENA 2015

L-1 ta’ Jannar

Il-Ħamis, l-Ewwel tas-Sena

It-2 ta’ Jannar

Il-Ġimgħa, l-għada tal-Ewwel tas-Sena

It-2 ta’ April

Ħamis ix-Xirka

It-3 ta’ April

Il-Ġimgħa l-Kbira

Is-6 ta’ April

It-Tnejn ta’ wara l-Għid

L-1 ta' Mejju

Il-Ġimgħa, Jum il-Ħaddiem

L-14 ta' Mejju

Il-Ħamis, Lapsi

Il-15 ta' Mejju

Il-Ġimgħa, l-għada ta’ Lapsi

Il-25 ta' Mejju

It-Tnejn, l-Għid il-Ħamsin

Il-21 ta' Lulju

It-Tlieta, Festa nazzjonali tal-Belġju

It-2 ta’ Novembru

It-Tnejn, Jum l-Erwieħ

Mill-24 ta’ Diċembru

sal-31 ta' Diċembru

Il-Ħamis

sitt ijiem ta’ tmiem is-sena

Il-Ħamis

TOTAL

17-il jum

Il-Lussemburgu: l-istess jiem bħal Brussell, għajr it-Tlieta, il-21 ta' Lulju li minfloku jidħol il-jum tat-Tlieta t-23 ta' Ġunju, il-festa nazzjonali tal-Lussemburgu.

Ix-xogħol jerġa' jibda b'mod normali mit-Tnejn l-4 ta' Jannar 2016.

Mingħajr preġudizzju għall-kalendarju tal-jiem ta' btala għall-2016, il-Ġimgħa l-1 ta’ Jannar 2016 se jitqies bħala jum ta' btala għal dik is-sena.

Il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tbiddel id-deċiżjonijiet skont l-eżiġenzi tas-servizz.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/6


Informazzjoni mingħand l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 44/07)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

19.12.2013

Tul ta’ żmien

19.12.2013-31.12.2013

Stat Membru

L-Unjoni Ewropea (L-Istati Membri kollha)

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

YEL/N3LNO.

Speċi

Il-barbun denbu isfar (Limanda ferruginea)

Żona

NAFO 3LNO

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

87/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/6


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 44/08)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

17.12.2013

Tul ta’ żmien

17.12.2013-31.12.2013

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

SRX/2AC4-C

Speċi

Rebekkini u raj (Rajiformes)

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

86/TQ39


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/7


Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

(2014/C 44/09)

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku jgħarraf li waslitlu applikazzjoni mingħand Global MED, LLC għal awtorizzazzjoni għall-ipprospettar ta' idrokarburi, bir-referenza “d 85 F.R-.GM”, għal żona li tinsab fiż-Żona F (il-Baħar Jonju), demarkata mill-arki tal-meridjani u l-paralleli, li l-ponot tagħhom huma indikati mill-koordinati ġeografiċi li ġejjin:

Il-Ponot

Koordinati ġeografiċi

Lonġitudini fil-Lvant ta' Greenwich

Latitudni Tramuntana

a

17°44′

39°21′

b

17°50′

39°21′

c

17°50′

39°19′

d

17°52′

39°19′

e

17°52′

39°16′

f

17°54′

39°16′

g

17°54′

39°13′

h

17°56′

39°13′

i

17°56′

39°08′

l

17°58′

39°08′

m

17°58′

39°03′

n

18°01′

39°03′

o

18°01′

38°58′

p

17°44′

38°58′

Il-koordinati ġeografiċi hawn mogħtija ġew stabbiliti skont il-Folja 919 tal-mappa nawtika tal-kosta tal-Italja li ħareġ l-“Istituto Idrografico della Marina Militare” (l-Istitut Idrografiku tal-Flotta Militari) bi skala ta' 1:250 000.

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-konfini, l-erja tal-wiċċ hija 748,60 km2.

F'konformità mad-Direttiva msemmija hawn fuq; l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku ppubblika avviż li jippermetti lill-awtoritajiet interessati li jressqu applikazzjonijiet għall-permessi ta' riċerka ta' idrokarburi f'kompetizzjoni kummerċjali fl-istess żona demarkata skont il-punti u l-koordinati ġeografiċi msemmija hawn fuq.

L-awtorità responsabbli mill-ħruġ ta' awtorizzazzjoni kkonċernata ta' riċerka huwa l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku – id-Dipartiment għall-Enerġija – id-Direttorat Ġenerali għar-riżorsi minerali u l-enerġija – it-Taqsima VI.

Ir-regoli għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni minerarja huma specifikati f'dawn id-dispożizzjonijiet:

il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011.

L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu sa mhux aktar tard minn 3 xhur minn meta jiġi ppubblikat dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu meta jiskadi dan il-perjodu ma jitqisux.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu f'dan l-indirizz:

Ministero dello sviluppo economico

Dipartimento per l’energia

Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche

Divisione VI

Via Molise 2

00187 Roma RM

ITALIA

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll b'email iċċertifikat (PEC) f'dan l-indirizz: ene.rme.div6@pec.sviluppoeconomico.gov.it u fih jinhemżu d-dokumenti meħtieġa f'format elettroniku u l-firma diġitali biss tar-rappreżentant legali tal-applikant.

Għall-finijiet tal-Punt 2 tal-Anness A tad-Digriet Nru 22 tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tat-22 ta' Diċembru 2010, il-proċedura unika għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' riċerka ma għandhiex ittul aktar minn 180 jum.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/9


Avviż ta' bidu ta' proċediment ta' kontra s-sussidju rigward l-importazzjonijiet ta' ċerta trota qawsalla li toriġina fit-Turkija

(2014/C 44/10)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ ċerta trota qawsalla li toriġina fit-Turkija, qegħdin jiġu ssussidjati u b'hekk qegħdin jikkawżaw danni materjali lill-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment tressaq fit-3 ta' Jannar 2014 mill- Assoċjazzjoni Daniża tal-Akkwakultura (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerta trota qawsalla.

2.   Il-prodott taħt investigazzjoni

Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa ċerta trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss), ħajja, friska, imkessħa, iffriżata jew affumikata kemm jekk fil-forma ta’ ħuta sħiħa (bl-irjus u l-garġi, imnaddfa, li tiżen inqas minn 1.2 kg kull waħda, jew bla rjus, bil-garġi mneħħija jew imnaddfa (li tiżen inqas minn 1 kg kull waħda), jew fil-forma ta’ filetti (li jiżnu inqas minn 400 gramma kull wieħed).

3.   L-allegazzjoni ta' sussidju

Il-prodott li allegatament qed ikun issussidjat huwa l-prodott taħt investigazzjoni, li joriġina fit-Turkija (“il-pajjiż ikkonċernat”), li attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0301 91 90, ex 0302 11 80, ex 0303 14 90, ex 0304 42 90, ex 0304 82 90 and ex 0305 43 00. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

L-evidenza prima facie pprovduta mill-ilmentatur turi li l-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni mit-Turkija bbenefikaw minn għadd ta’ sussidji mogħtija mill-Gvern tat-Turkija.

Is-sussidji jikkonsistu, fost l-oħrajn, f’appoġġ mill-Istat għal investimenti li jsiru fis-settur tal-akkwakultura, sussidji diretti mogħtija lill-produtturi ta’ troti, self u assigurazzjoni ssussidjati għall-produtturi ta’ troti, sussidji għal bastimenti tas-sajd. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tinvestiga sussidji oħrajn li jistgħu jiġu żvelati matul l-investigazzjoni.

Huwa allegat li l-iskemi ta’ hawn fuq huma sussidji peress li jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tat-Turkija jew minn gvernijiet reġjonali oħra (inklużi entitajiet pubbliċi) u jikkonferixxu benefiċċju lil min jirċevihom. Dawn huma allegatament limitati għal ċerti intrapriżi fis-settur tal-akkwakultura u/jew ċerti reġjuni, u għalhekk huma speċifiċi u kumpensatorji.

4.   L-allegazzjoni tad-danni u l-kawżalità

L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b'mod ġenerali f'termini assoluti u żdiedu f'termini ta' sehem mis-suq.

L-evidenza prima facie mogħtija mill-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott impurtat taħt investigazzjoni kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa, fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f'effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċeduri

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f'isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta' proċediment, il-Kummissjoni b'dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott investigat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat huwiex qed jiġi ssussidjat u jekk dawn l-importazzjonijiet issussidjati kinux ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fil-pożittiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

Il-Gvern tat-Turkija ġie mistieden għall-konsultazzjonijiet.

5.1.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-għoti ta' sussidji

Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott li qed jiġi investigat mit-Turkija u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.   Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

(a)   Teħid ta' kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fit-Turkija li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex titlesta l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid tal-kampjun se jsir skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness I ma' din in-notifika.

Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista' tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk kampjun ikun meħtieġ, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien stipulat. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li qed jikkooperaw (“il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li jikkooperaw”). Bla ħsara għat-taqsima (b) ta' hawn taħt, id-dazju kompensatorju li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw ma għandux jaqbeż il-marġni medju b'piż differenzjat ta’ sussidju stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (3).

(b)   Il-marġni ta' sussidju individwali għall-kumpaniji li mhumiex inklużi fil-kampjun

Il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li jikkooperaw jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġini ta' sussidju individwali tagħhom. Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni ta’ sussidju individwali jridu jitolbu kwestjonarju u jirritornawh mimli kif suppost fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni ta' sussidju individwali għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista' xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni ta' sussidju individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta' produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun ta' piż bla bżonn u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

5.1.2.   Investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati  (4)  (5)

L-importaturi mhux relatati tal-prodott investigat, importat mit-Turkija lejn l-Unjoni, huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd potenzjalment kbir ta' importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f'dan il-proċediment, u biex titlesta l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita l-importaturi li mhumiex relatati u li jridu jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid tal-kampjun se jsir skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi lill-Kummissjoni jgħaddulha l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom kif qed jintalab fl-Anness II ta' din in-notifika.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ fl-Unjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi kollha se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu l-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.2.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet issussidjati, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u konsegwentement tal-impatt ta' dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu materjali, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f'dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar jitwettaq skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jistgħu jinsabu fil-fajl li huwa disponibbli għall-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bl-għajnuna tad-dettalji ta' kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.6 hawn taħt). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi tagħrif rilevanti ieħor fir-rigward tal-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi tal-Unjoni kollha magħrufin u/jew l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni kollha se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu ntgħażlu finalment fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu l-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sussidju u ta' ħsara kkawżati minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri kontra s-sussidju tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur għandhom juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel l-iskadenza ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b'tagħrif dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan it-tagħrif jista' jingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 31 se titqies biss jekk meta tiġi ppreżentata din tkun sostnuta b'evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-notifika, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna jesprimu l-opinjoni tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li għalihom tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta' żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Struzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi prokuri u dokumenti ta' ċertifikazzjoni skennjati, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu sottomessi fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Bl-użu tal-email, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li fih id-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F'KAŻIJIET TA' DIFIŻA KUMMERĊJALI” ppubblikat fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf

Il-partijiet interessati għandhom jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz validu tal-email u għandhom jiżguraw li jkun email uffiċjali funzjonanti tan-negozju li jiġi kkontrollat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni se tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-email biss, sakemm ma jitolbux espliċitament li jirċievu d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokumenti li jintbagħtu teħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għal sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet tal-komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

Kull sottomissjoni bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali trid tkun immarkata bħala “Ristretta” u, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: N105 08/020

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika dwar is-sussidju: Trade-Trout-Subsidy@ec.europa.eu

Posta elettronika dwar kwistjonijiet ta' ħsara: Trade-Trout-Injury@ec.europa.eu

6.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u r-riżultati huma għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli konformi mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba komputerizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.

7.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal smigħ trid issir fil-perjodi ta’ żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, is-sussidjar, il-ħsara, ir-rabta ta' kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Dan is-smigħ, bħala regola, isir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba' ġimgħa wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/degucht/contact/hearing-officer/

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 13-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Iproċessar tad-dejta personali

Kwalunkwe dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (6).


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament jew permezz ta' parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

(3)  Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, l-ammonti żero u de minimis kollha ta’ sussidji kompensatorji u ammonti ta’ sussidji kompensatorji stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, għandhom jitwarrbu.

(4)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Skont l-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, persuni jitqiesu li jkunu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) kwalunkwe persuna li, direttament jew indirettament, tikkontrolla jew ikollha fil-pussess tagħha, 5 % jew aktar tal-istokk jew tal-ishma maħruġa bid-dritt tal-vot tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu, direttament jew indirettament, ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien, direttament jew indirettament, jikkontrollaw terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk ulied l-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri u wlied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(5)  Id-dejta pprovduta minn importaturi indipendenti tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti ta' din l-investigazzjoni ħlief biex jiġi ddeterminat l-issussidjar.

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Image


ANNESS II

Image

Image


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/18


Notifika tal-bidu ta' proċedura antidumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta' rainbow trout li toriġina mit-Turkija

(2014/C 44/11)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ ċertu rainbow trout, li toriġina mit-Turkija, qegħdin ikunu l-oġġett ta' dumping u b'hekk qegħdin jikkawżaw ħsara sostanzjali lill-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment tressaq fit-3 ta' Jannar 2014 mill-Assoċjazzjoni Daniża għall-Akwakultura (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali ta' ċertu rainbow trout fl-Unjoni.

2.   Il-prodott investigat

Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa r-rainbow trout (Oncorhynchus mykiss) ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati jew affumikati kemm jekk fil-forma ta’ ħut sħiħ (bl-irjus u l-garġi, imnaddfin, li jiżnu 1,2 kg jew anqas kull waħda), jew mingħajr l-irjus, il-garġi maqtugħin jew imnaddfin (li jiżnu 1 kg jew anqas kull waħda), jew fil-forma ta’ flettijiet (li jiżnu 400 g jew inqas kull waħda).

3.   L-allegazzjoni ta’ dumping

Il-prodott li allegatament huwa oġġett ta' dumping huwa l-prodott investigat, li joriġina mit-Turkija (“il-pajjiż ikkonċernat”), li attwalment jaqa’ taħt il-Kodiċijiet NM ex 0301 91 90, ex 0302 11 80, ex 0303 14 90, ex 0304 42 90, ex 0304 82 90 u ex 0305 43 00. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

L-allegazzjoni ta' dumping mit-Turkija hija bbażata fuq tqabbil tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ qabel jidħol fis-suq) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.   L-allegazzjoni tal-ħsara u l-kawżazzjoni

L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b'mod ġenerali f'termini assoluti u żdiedu f'termini ta' sehem mis-suq.

L-evidenza prima facie mogħtija mill-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott impurtat li qiegħed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa, fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f'effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċeduri

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f'isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta' proċediment, il-Kummissjoni b'dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat u li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet ta' dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

5.1.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.   Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

(a)   It-teħid ta' kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fit-Turkija li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal numru raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”). It-teħid ta' kampjuni se jsir f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ din in-notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista' tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta' kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, jekk dan ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula biex ikunu fil-kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju lejn l-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”). Mingħajr preġudizzju lejn it-taqsima (b) ta' hawn taħt, id-dazju anti-dumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw ma għandux jaqbeż il-marġni medju b'piż differenzjat ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (3).

(b)   Marġini individwali ta’ dumping għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw u mhumiex inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġini ta’ dumping individwali tagħhom (“marġni ta’ dumping individwali”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni ta’ dumping individwali jridu jitolbu kwestjonarju u jirritornawh mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-Kummissjoni se teżamina jekk dawn jistgħux jingħataw dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni ta' dumping individwali għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista' xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni ta' dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta' produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma jkunx jippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

5.1.2.   Investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati  (4)  (5)

L-importaturi mhux relatati tal-prodott investigat, importat mit-Turkija lejn l-Unjoni, huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd potenzjalment kbir ta' importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f'dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita l-importaturi li mhumiex relatati u li se jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”). It-teħid ta' kampjuni se jsir f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ fl-Unjoni tal-prodott investigat, li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta' importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.2.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet sussidjati, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u konsegwentement tal-impatt ta' dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara materjali, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f'dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”). It-teħid tal-kampjuni jitwettaq f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet proviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li huwa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta' kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.6 hawn taħt). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu finalment intgħażlu biex jiġu inklużi fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta' ħsara kkawżata minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur għandhom juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta' żmien ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista' tingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b'evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-notifika, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna biex juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li għalihom tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ għandha titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Struzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristretti” (6).

Il-partijiet interessati li jagħtu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li se jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni kunfidenzjali tista’ ma titqiesx.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skennjati ta' prokuri u ta' ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu sottomessi fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDANCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf

Il-partijiet interessati għandhom jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut huwa indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali li jiffunzjona u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba d-dettalji ta’ kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni se tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba li jirċievu d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat H

Uffiċċju: N105 08/020

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku għal kwistjonijiet ta' Dumping: Trade-Trout-Dumping@ec.europa.eu

Indirizz elettroniku dwar kwistjonijiet ta' Ħsara: Trade-Trout-Injury@ec.europa.eu

6.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata, u jista' jagħti l-każ li jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk xi parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jitqiesx bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, bil-kundizzjoni li l-parti interessata tindika li jekk tippreżenta t-tweġiba kif mitlub jinħoloq piż żejjed mhux raġonevoli jew kostijiet żejda mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih.

7.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina mill-ġdid it-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim li jirrigwarda l-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti ta' żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta' żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba' ġimgħa wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/degucht/contact/hearing-officer/

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Proċessar ta' informazzjoni personali

Kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (7).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta' parti terza, inkluż kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

(3)  B’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġni stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku se jitwarrab.

(4)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Skont l-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, persuni jitqiesu li jkunu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) kwalunkwe persuna li, direttament jew indirettament, tikkontrolla jew ikollha fil-pussess tagħha, 5 % jew aktar tal-istokk jew ishma maħruġa bid-dritt tal-vot jew it-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu, direttament jew indirettament, ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien, direttament jew indirettament, jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja fil-każ biss li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenituri u wild, (iii) aħwa (sew jekk ulied l-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri u wlied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. F'dan il-kuntest, “persuna” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika.

(5)  Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista' tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta' din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.

(6)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Image


ANNESS II

Image

Image


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/27


Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7144 – Apollo/Fondo de Garantía de Depósitos de Entidades de Crédito/Synergy)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 44/12)

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fil-24 Jannar 2014 il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta bejn Apollo Management LP (USA), Fondo de Garantía de Depósitos de Entidades de Crédito (Spain) u Synergy Industry and Technology, SA (Spain). Fi 7 Frar 2014, il-parti(jiet) notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li hi/huma kienet/kienu qed tirtira/jirtiraw in-notifika.