ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.024.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 24

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
25ta' Jannar 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 024/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 15, 18.1.2014

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 024/02

Kawża C-523/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundessozialgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Ottubru 2013 — Walter Larcher vs Deutsche Rentenversicherung Bayern Süd

2

2014/C 024/03

Kawża C-548/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena (Spanja) fl-24 ta’ Ottubru 2013 — Caixabank S.A. vs Francisco Javier Brenes Jiménez u Andrea Jiménez Jiménez

2

2014/C 024/04

Kawża C-549/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vergabekammer Arnsberg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Ottubru 2013 — Bundesdruckerei GmbH vs Stadt Dortmund

3

2014/C 024/05

Kawża C-552/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 6 de Bilbao (Spanja) fil-25 ta’ Ottubru 2013 — Grupo Hospitalario Quirón S.A. vs Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco

3

2014/C 024/06

Kawża C-556/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-28 ta’ Ottubru 2013 — BTA Insurance Company SE vs UAB Litaksa

3

2014/C 024/07

Kawża C-560/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ottubru 2013 — Finanzamt Ulm vs Ingeborg Wagner-Raith, bħala l-aventi kawża tal-mejta Maria Schweier

4

2014/C 024/08

Kawża C-563/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-30 ta’ Ottubru 2013 — UPC DTH Sàrl vs President tan-Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság

4

2014/C 024/09

Kawża C-570/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-6 ta’ Novembru 2013 — Karoline Gruber

5

2014/C 024/10

Kawża C-571/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Novembru 2013 — Annegret Weitkämper-Krug vs NRW Bank, Anstalt des öffentlichen Rechts

6

2014/C 024/11

Kawża C-572/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fit-8 ta’ Novembru 2013 — Hewlett-Packard Belgium SPRL vs Reprobel SCRL

6

2014/C 024/12

Kawża C-576/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

7

2014/C 024/13

Kawża C-578/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Kiel (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Novembru 2013 — Hans-Jürgen Kickler et vs Ir-Repubblika Ellenika

7

2014/C 024/14

Kawża C-579/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad von Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Novembru 2013 — P vs Commissie Sociale Zekerheid Breda, S vs College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amstelveen

8

2014/C 024/15

Kawża C-581/13 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 minn Intra-Presse mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-448/11 — Golden Balls Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

8

2014/C 024/16

Kawża C-582/13 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 minn Intra-Presse mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-437/11 — Golden Balls Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

9

2014/C 024/17

Kawża C-583/13 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 minn Deutsche Bahn AG et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi magħquda T-289/11, T-290/11 u T-521/11, Deutsche Bahn AG et vs Il-Kummissjoni Ewropea

9

2014/C 024/18

Kawża C-588/13 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 minn Telefónica S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-9 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-430/11, Telefónica vs Il-Kummissjoni

10

2014/C 024/19

Kawża C-590/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (L-Italja) fl-20 ta’ Novembru 2013 — Idexx Laboratoires Italia srl vs Agenzia delle Entrate

10

2014/C 024/20

Kawża C-591/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

11

2014/C 024/21

Kawża C-598/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Suceava (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Novembru 2013 — Casa Județeană de Pensii Botoșani vs Polixeni Guletsou

11

2014/C 024/22

Kawża C-599/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Novembru 2013 — Vereniging Somalische Amsterdam en Omgeving (Somvao) vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

12

2014/C 024/23

Kawża C-603/13 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2013 minn Galp Energia España, SA, Petróleos de Portugal (Petrogal), SA, Galp Energia, SGPS, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-462/07 — Galp Energia España, SA, Petróleos de Portugal (Petrogal), SA, Galp Energia, SGPS, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

12

2014/C 024/24

Kawża C-604/13 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 minn Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-386/10 — Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

13

2014/C 024/25

Kawża C-608/13 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 minn Compañía Española de Petróleos (CEPSA), S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-497/07 — CEPSA vs Il-Kummissjoni

13

2014/C 024/26

Kawża C-614/13 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn Masco Corp., Hansgrohe AG, Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH, Hansgrohe Handelsgesellschaft mbH, Hansgrohe SA/NV, Hansgrohe BV, Hansgrohe SARL, Hansgrohe srl, Hüppe GmbH, Hüppe GmbH, Hüppe Belgium SA (NV), Hüppe BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-378/10: Masco Corp. et vs Il-Kummissjoni Ewropea

14

2014/C 024/27

Kawża C-616/13 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn Productos Asfálticos (PROAS), S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-495/07, PROAS vs Il-Kummissjoni

15

2014/C 024/28

Kawża C-617/13 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn Repsol Lubricantes y Especialidades, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-496/07, Repsol Lubricantes y Especialidades et vs Il-Kummissjoni

16

2014/C 024/29

Kawża C-622/13: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn Castel Frères SAS mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-13 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-320/10 — Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

16

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 024/30

Kawża T-394/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2013 — Grebenshikova vs UASI — Volvo Trademark (SOLVO) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva SOLVO — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VOLVO — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

18

2014/C 024/31

Kawża T-107/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2013 — ETF vs Schuerings (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien mhux determinat — Deċiżjoni ta’ rexissjoni — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Artikolu 2 u 47 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Dmir ta’ premura — Kunċett ta’ interess tas-servizz — Projbizzjoni li tingħata deċiżjoni ultra petita — Drittjiet tad-difiża)

18

2014/C 024/32

Kawża T-108/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2013 — ETF vs Michel (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien indeterminat — Deċiżjoni ta’ rexissjoni — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Artikoli 2 u 47 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg — Dmir ta’ premura — Kunċett ta’ interess tas-servizz — Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita — Drittijiet tad-difiża)

19

2014/C 024/33

Kawża T-573/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2013 — JAS vs Il-Kummmissjoni (Unjoni doganali — Importazzjonijiet ta’ qliezet tal-jeans — Frodi — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1430/79 — Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali — Talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni — Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari — Klawżola ta’ ekwità — Deċiżjoni tal-Kummissjoni)

19

2014/C 024/34

Kawża T-4/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2013 — Olive Line International vs UASI — Carapelli Firenze (Maestro de Oliva) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva Maestro de Oliva — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAESTRO — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

20

2014/C 024/35

Kawża T-361/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2013 — Premiere Polish vs UASI — Donau Kanol (ECOFORCE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ECOFORCE — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ECO FORTE — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

20

2014/C 024/36

Kawża T-428/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2013 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs UASI (VALORES DE FUTURO) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VALORES DE FUTURO — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

20

2014/C 024/37

Kawża T-483/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2013 –Oikonomopoulos vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Investigazzjoni mmexxija mill-OLAF — Rikors għad-danni — Danni finanzjarji u morali allegatament subiti mir-rikorrent — Talba għal miżuri provviżorji — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ urġenza)

21

2014/C 024/38

Kawża T-529/13: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2013 — Izsák y Dabis vs Il-Kummissjoni

21

2014/C 024/39

Kawża T-554/13: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2013 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

22

2014/C 024/40

Kawża T-558/13: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2013 — FSA vs UASI — Motokit Veículos e Acessórios (FSA K-FORCE)

23

2014/C 024/41

Kawża T-559/13: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2013 — Giovanni Cosmetics vs UASI — Vasconcelos & Gonçalves (GIOVANNI GALLI)

23

2014/C 024/42

Kawża T-567/13: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2013 — Sharp vs UASI (BIG PAD)

24

2014/C 024/43

Kawża T-568/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2013 — Bimbo vs UASI — Cafe’ do Brasil (KIMBO)

24

2014/C 024/44

Kawża T-569/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2013 — Bimbo vs UASI — Cafe’ do Brasil (Caffè KIMBO Espresso Napoletano)

25

2014/C 024/45

Kawża T-576/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2013 — Verus vs UASI — Joie International (MIRUS)

25

2014/C 024/46

Kawża T-577/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2013 — Zehnder vs UASI — UAB Amalva (komfovent)

26

2014/C 024/47

Kawża T-581/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2013 — Royal County of Berkshire Polo Club vs UASI — Lifestyle Equities (Royal County of Berkshire POLO CLUB)

26

2014/C 024/48

Kawża T-585/13: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2013 — H.P. Gauff Ingenieure vs UASI — Gauff (Gauff JBG Ingenieure)

27

2014/C 024/49

Kawża T-586/13: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2013 — H.P. Gauff Ingenieure vs UASI — Gauff (Gauff THE ENGINEERS WITH THE BROADER VIEW)

27

2014/C 024/50

Kawża T-587/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2013 — Schwerdt vs UASI– Iberamigo (cat&clean)

28

2014/C 024/51

Kawża T-588/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2013 — Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI — A. Weber (JETROC)

28

2014/C 024/52

Kawża T-592/13: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2013 — Ratioparts-Ersatzteile vs UASI Norwood Industries (NORTHWOOD professional forest equipment)

29

2014/C 024/53

Kawża T-594/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2013 — Sanctuary Brands vs UASI — Richter International (TAILORBYRD)

29

2014/C 024/54

Kawża T-597/13: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2013 — Calida vs UASI — Quanzhou Green Garments (dadida)

30

2014/C 024/55

Kawża T-598/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 — Sanctuary Brands vs UASI — Richter International (TAILORBYRD)

30

2014/C 024/56

Kawża T-601/13: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2013 — Wilo vs UASI (Pioneering for You)

31

2014/C 024/57

Kawża T-603/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2013 — Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni

31

2014/C 024/58

Kawża T-604/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — Levi Strauss vs UASI — L&O Hunting Group (101)

32

2014/C 024/59

Kawża T-605/13: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2013 — Alma — The Soul of Italian Wine vs UASI — Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE)

32

2014/C 024/60

Kawża T-608/13: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2013 — easyGroup IP Licensing vs UASI — TUI (easyAir-tours)

33

2014/C 024/61

Kawża T-609/13: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2013 — BlackRock vs UASI (SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY)

33

2014/C 024/62

Kawża T-610/13: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2013 — Ecolab USA vs UASI (GREASECUTTER)

33

2014/C 024/63

Kawża T-611/13: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2013 — Australian Gold vs UASI — Effect Management & Holding (HOT)

34

2014/C 024/64

Kawża T-615/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — AIC vs UASI — ACV Manufacturing (Heat exchangers)

34

2014/C 024/65

Kawża T-616/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — AIC vs UASI — ACV Manufacturing (Inserts ta’ skambjaturi tas-sħana)

35

2014/C 024/66

Kawża T-617/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — AIC vs UASI — ACV Manufacturing (Inserts ta’ skambjaturi tas-sħana)

35

2014/C 024/67

Kawża T-619/13 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2013 minn Carla Faita mis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Settembru 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-92/11, Faita vs KESE

36

2014/C 024/68

Kawża T-620/13: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2013 — Marchi Industriale vs ECHA

36

2014/C 024/69

Kawża T-623/13: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 — Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni

37

2014/C 024/70

Kawża T-644/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 — Serco Belgium et vs Il-Kummissjoni

37

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 024/71

Kawża F-36/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2013 — CT vs L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien indeterminat — Rexissjoni — Preġudizzju għad-dinjità tal-kariga — Ksur tar-rabta ta’ fiduċja)

39

2014/C 024/72

Kawża F-88/13: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs REA

39

2014/C 024/73

Kawża F-89/13: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

39

2014/C 024/74

Kawża F-90/13: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

40

2014/C 024/75

Kawża F-102/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

40

2014/C 024/76

Kawża F-107/13: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

41

2014/C 024/77

Kawża F-108/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs Il-Kunsill

41

2014/C 024/78

Kawża F-110/13: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

41

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/1


2014/C 24/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 15, 18.1.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 9, 11.1.2014

ĠU C 377, 21.12.2013

ĠU C 367, 14.12.2013

ĠU C 359, 7.12.2013

ĠU C 352, 30.11.2013

ĠU C 344, 23.11.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundessozialgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Ottubru 2013 — Walter Larcher vs Deutsche Rentenversicherung Bayern Süd

(Kawża C-523/13)

2014/C 24/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundessozialgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Walter Larcher

Konvenuta: Deutsche Rentenversicherung Bayern Süd

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza stabbilit fl-Artikolu 39(2) KE [li issa huwa l-Artikolu 45(2) TFUE] u fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1), jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li pensjoni tax-xjuħija wara rtirar kmieni progressiv tippresupponi li l-irtirar kmieni progressiv ikun sar skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru u mhux ta’ Stat Membru ieħor?

(2)

Jekk dan huwa l-każ, liema rekwiżiti huma imposti mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament previst fl-Artikolu 39(2) KE [li issa huwa l-Artikolu 45(2) TFUE] u fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 fuq l-assimilazzjoni, bħala kundizzjoni għad-dritt għal pensjoni nazzjonali ta’ rtirar, tal-irtirar kmieni progressiv li jsir skont id-dispożizzjonijiet tal-Istat Membru l-ieħor?

(a)

Huwa meħtieġ eżami komparattiv tal-kundizzjonijiet tal-irtirar kmieni progressiv?

(b)

Jekk dan huwa l-każ, huwa biżżejjed li l-irtirar kmieni progressiv ikun, fil-funzjoni u fl-istruttura tiegħu, irregolat b’mod essenzjalment simili fiż-żewġ Stati Membri?

(c)

Jew il-kundizzjonijiet tal-irtirar kmieni progressivi għandhom ikunu irregolati b’mod identiku fiż-żewġ Stati Membri?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena (Spanja) fl-24 ta’ Ottubru 2013 — Caixabank S.A. vs Francisco Javier Brenes Jiménez u Andrea Jiménez Jiménez

(Kawża C-548/13)

2014/C 24/03

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caixabank SA

Konvenuti: Francisco Javier Brenes Jiménez u Andrea Jiménez Jiménez

Domandi preliminari

(1)

Skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), u b’mod partikolari skont l-Artikolu 6(1) tagħha, u sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti bi qbil mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, meta qorti nazzjonali tiddeċiedi li hemm klawżola abbużiva dwar interessi moratorji f’self ipotekarju, għandha l-imsemmija qorti tiddikjara n-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha jew inkella għandha, bil-kontra ta’ dan, temenda l-klawżola dwar l-interessi billi tinkariga lill-kreditur li qed jitlob l-implementazzjoni jew lis-sellief jikkalkolaw l-interessi mill-ġdid?

(2)

It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tikkostitwixxi limitazzjoni ċara tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur, sa fejn din timponi impliċitament fuq il-qrati l-obbligu li jemendaw klawżola dwar interessi moratorji li tista’ tiġi kklassifikata bħala abbużiva, billi jikkalkolaw mill-ġdid l-interessi previsti u billi jżommu fis-seħħ dispożizzjoni ta’ natura abbużiva, minflok ma jiddikjaraw in-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha fil-konfront tal-konsumatur?

(3)

It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tmur kontra d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, sa fejn din tipprekludi l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u tevita l-applikazzjoni tas-sanzjoni li tikkonsisti fid-dikjarazzjoni tan-nullità u tan-natura mhux vinkolanti tal-klawżoli dwar interessi moratorji li jistgħu jiġu kklassifikati bħala abbużivi, previsti f’self ipotekarju konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Marzu 2013?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vergabekammer Arnsberg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Ottubru 2013 — Bundesdruckerei GmbH vs Stadt Dortmund

(Kawża C-549/13)

2014/C 24/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Vergabekammer Arnsberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesdruckerei GmbH

Konvenut: Stadt Dortmund

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 96/71/KE (1) jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali u/jew kundizzjoni għall-għoti ta’ kuntratt minn awtorità kontraenti pubblika li tipprovdi li, l-offerent li jrid jikseb kuntratt pubbliku permezz ta’ sejħa għal offerti 1) għandu jimpenja ruħu li jħallas lill-persunal irreklutat għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt is-salarju miftiehem jew minimu ffissat permezz ta’ din id-dispożizzjoni u 2) għandu jimponi obbligu identiku lis-subappaltatur irreklutat jew ikkunsidrat u jippreżenta lill-awtorità kontraenti att ta’ reklutaġġ bħala subappaltatur, meta a) din id-dispożizzjoni tipprovdi għal tali obbligu biss fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u mhux fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti privati u b) is-subappaltatur huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor tal-UE u l-ħaddiema tas-subappaltatur jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt esklużivament fil-pajjiż ta’ oriġini ta’ dan is-subappaltatur?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/71/KE, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 6 de Bilbao (Spanja) fil-25 ta’ Ottubru 2013 — Grupo Hospitalario Quirón S.A. vs Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco

(Kawża C-552/13)

2014/C 24/05

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 6 de Bilbao

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grupo Hospitalario Quirón S.A.

Konvenut: Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco

Konvenut ieħor: Instituto de Religiosas Siervas de Jesús de la Caridad

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea huwa kompatibbli mar-rekwiżit imsemmi fil-kuntratti ta’ ġestjoni ta’ servizzi pubbliċi tas-saħħa, li skontu l-provvista medika li hija s-suġġett tas-sejħa għal offerti għandha biss tiġi pprovduta f’muniċipalità speċifika, li tista’ ma tkunx dik tad-domiċilju tal-pazjenti?


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-28 ta’ Ottubru 2013 — “BTA Insurance Company” SE vs UAB “Litaksa”

(Kawża C-556/13)

2014/C 24/06

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“BTA Insurance Company” SE

Konvenuta: UAB “Litaksa”

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/232/KEE (1), kif emendat bl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/14/KE (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, anki jekk ma jipprovdu għal ebda restrizzjoni fuq il-kopertura tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-vittma, il-partijiet f’kuntratt ta’ assigurazzjoni ma jistgħux jiftiehmu li jirrestrinġu l-portata ġeografika tal-kopertura tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-persuna assigurata (li japplikaw primjum ta’ assigurazzjoni differenti skont it-territorju li fih tintuża l-vettura — fit-territorju sħiħ tal-Unjoni jew biss fil-Litwanja), jiġifieri li jipprovdu li l-użu tal-vettura barra mill-fruntieri Litwani fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni huwa fattur li jżid ir-riskju assigurat, li jagħti lok għall-ħlas ta’ primjum komplementari?

(2)

Il-prinċipju ta’ moviment liberu tal-persuni u tal-vetturi fl-Unjoni kif ukoll il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza (ta’ nondiskriminazzjoni) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu ftehim bejn il-partijiet f’kuntratt ta’ assigurazzjoni, kif deskritt iktar ’il fuq, li jistabbilixxi rabta bejn ir-riskju assigurat u t-territorju li fih tintuża l-vettura?


(1)  It-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249).

(2)  Id-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 149, p. 14).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ottubru 2013 — Finanzamt Ulm vs Ingeborg Wagner-Raith, bħala l-aventi kawża tal-mejta Maria Schweier

(Kawża C-560/13)

2014/C 24/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Ulm

Konvenuta: Ingeborg Wagner-Raith, bħala l-aventi kawża tal-mejta Maria Schweier

Parti oħra: Bundesministerium der Finanzen

Domandi preliminari

(1)

Il-moviment liberu tal-kapital, previst fl-Artikolu 73b tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 56 KE mill-1 ta’ Mejju 1999 (1)), ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali [f’dan il-każ l-Artikolu 18(3) tal-Auslandsinvestmentgesetz (Liġi dwar l-investiment barrani)] li tipprevedi, għad-detenturi nazzjonali ta’ holdings f’fondi ta’ investiment barranin, taħt ċerti kundizzjonijiet, iż-żieda, mad-dividendi, ta’ dħul fittizzju ta’ 90 % tad-differenza bejn l-ewwel u l-aħħar valur ta’ redenzjoni tas-sena, b’minimu ta’ 10 % tal-aħħar valur ta’ redenzjoni (jew tal-valur fil-Borża jew fis-suq), fil-każ ta’ holdings f’fondi ta’ Stati terzi, minħabba li r-regola, li essenzjalment ilha l-istess mill-31 ta’ Diċembru 1993, tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi finanzjarji fis-sens tal-klawżola dwar iż-żamma tad-drittijiet kweżiti li tinsab fl-Artikolu 73c(1) tat-Trattat KE [li sar l-Artikolu 57(1) KE mill-1 ta’ Mejju 1999 (2)]?

Sa fejn ir-risposta għall-ewwel domanda ma tkunx affermattiva:

(2)

Il-holding f’tali fond ta’ investiment ibbażat fi Stat terz jikkostitwixxi investiment dirett fis-sens tal-Artikolu 73c(1) tat-Trattat KE [li sar l-Artikolu 57(1) KE mill-1 ta’ Mejju 1999], jew ir-risposta għal din id-domanda tiddependi minn jekk il-holding jagħtix lill-investitur, fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat fejn ikun ibbażat il-fond ta’ investiment jew għal raġunijiet oħra, il-possibbiltà li jipparteċipa effettivament fl-amministrazzjoni jew fil-kontroll tal-fond ta’ investiment?


(1)  Artikolu 63 TFUE.

(2)  Artikolu 64(1) TFUE.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-30 ta’ Ottubru 2013 — UPC DTH Sàrl vs President tan-Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság

(Kawża C-563/13)

2014/C 24/08

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UPC DTH Sàrl

Konvenut: President tan-Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 2(c) tad-Direttiva Qafas, jiġifieri d-Direttiva 2002/21/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, jista’ jiġi interpretat fis-sens li s-servizz li bih il-fornitur ta’ servizzi jipprovdi, bi ħlas, aċċess kundizzjonali għal pakkett ta’ programmi trażmess bis-satellita, li jinkludi servizzi ta’ xandir bir-radju u bit-televiżjoni, jiġi kklassifikat bħala servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi?

(2)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi bejn Stati Membri japplika wkoll għas-servizz imsemmi fid-domanda 1) sa fejn dan jirrigwarda servizz ipprovdut mil-Lussemburgu fit-territorju tal-Ungerija?

(3)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ tas-servizz li għalih tirreferi d-domanda 1), il-pajjiż ta’ destinazzjoni, li lejh huwa ddestinat is-servizz, għandu d-dritt li jillimita l-provvista ta’ tali servizzi billi jeżiġi r-reġistrazzjoni obbligatorja tas-servizz fl-Istat Membru u l-istabbiliment ta’ fergħa jew ta’ entità ġuridika distinta, filwaqt li jinsisti li tali servizz jista’ jiġi pprovdut biss permezz ta’ fergħa jew entità distinta?

(4)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-proċeduri marbuta mas-servizzi li għalihom tirreferi d-domanda 1) jaqgħu taħt l-awtorità tal-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni territorjali fuq il-bażi tal-post li fih jiġi pprovdut is-servizz — indipendentement mill-Istat Membru li fih topera jew hija rreġistrata l-impriża li tipprovdi s-servizz?

(5)

L-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002 (Direttiva Qafas), jista’ jiġi interpretat fis-sens li s-servizz li għalih tirreferi d-domanda 1) huwa servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew li s-servizz deskritt fid-domanda 1) huwa servizz ta’ aċċess kundizzjonali pprovdut billi tintuża s-sistema ta’ aċċess kundizzjonali iddefinita fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva Qafas?

(6)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, id-dispożizzjonijiet rilevanti jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-fornitur tas-servizz li għalih tirreferi d-domanda 1) huwa fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fis-sens tal-leġiżlazzjoni Komunitarja?


(1)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349).

(2)  Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 337, p. 37).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-6 ta’ Novembru 2013 — Karoline Gruber

(Kawża C-570/13)

2014/C 24/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Karoline Gruber

Konvenut: Unabhängiger Verwaltungssenat für Kärnten

Intervenjenti: EMA Beratungs- und Handels GmbH

Parti oħra: Bundesminister für Wirtschaft, Familie und Jugend

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1), b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha, jipprekludi sitwazzjoni legali nazzjonali li tipprovdi li, deċiżjoni li tikkonstata li ma hemmx lok li ssir evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent fir-rigward ta’ proġett partikolari, torbot ukoll lill-ġirien li ma kinux partijiet fil-proċedura preċedenti għal deċizjoni deklaratorja u tista’ tiġi invokata kontrihom fi proċedura sussegwenti għal awtorizzazzjoni, anki jekk dawn għandhom il-possibbiltà li jqajmu l-oġġezzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-proġett matul l-imsemmija proċedura għal awtorizzazzjoni (f’dan is-sens l-oġġezzjoni fil-kawża prinċipali tkun dik li l-effetti tal-proġett jippreġudikaw il-ħajja, is-saħħa jew il-proprjetà tagħhom jew li huma jġarrbu dannu irraġonevoli minħabba r-riħa, il-ħoss, id-duħħan, it-traffiku, it-trab, it-theżżiż jew kwalunkwe inkonvenjent ieħor)?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

(2)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 2011/92/UE, permezz tal-applikazzjoni diretta tagħha, jeżiġi li jiġi kkonstatat in-nuqqas tal-effett vinkolanti msemmi fl-ewwel domanda?


(1)  ĠU L 26, p. 1.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Novembru 2013 — Annegret Weitkämper-Krug vs NRW Bank, Anstalt des öffentlichen Rechts

(Kawża C-571/13)

2014/C 24/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Annegret Weitkämper-Krug

Konvenuti: NRW Bank, Anstalt des öffentlichen Rechts

Domanda preliminari

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tieni qorti adita, li hija biss għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, hija madankollu obbligata tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm tiġi deċiża definittivament il-ġurisdizzjoni tal-ewwel qorti adita, li ma għandhiex ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa tal-Artikolu 22?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fit-8 ta’ Novembru 2013 — Hewlett-Packard Belgium SPRL vs Reprobel SCRL

(Kawża C-572/13)

2014/C 24/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hewlett-Packard Belgium SPRL

Konvenuta: Reprobel SCRL

Domandi preliminari

(1)

L-espressjoni “kumpens ġust” inkluża fl-Artikolu 5(2)(a) u fl-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) għandha tiġi interpretata b’mod differenti skont jekk ir-riproduzzjoni mwettqa fuq karta jew fuq mezz simili permezz ta’ kull xorta ta’ teknika fotografika jew ta’ xi proċess ieħor li jkollu l-istess effetti issir minn xi utent jew minn persuna fiżika għal użu privat u għal finijiet mhux direttament jew indirettament kummerċjali? Fil-każ ta’ risposta pożittiva, din id-differenza ta’ interpretazzjoni għandha tiġi bbażata fuq liema kriterji?

(2)

L-Artikolu 5(2)(a) u l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom jiġu interpretati bħala li jawtorizzaw lill-Istati Membri jistabbilixxu l-kumpens ġust dovut lid-detenturi tad-drittjiet fil-forma:

(1)

ta’ remunerazzjoni fil-forma ta’ somma f’daqqa mħallsa mill-manifattur, mill-importatur jew mill-akkwirent intra-Komunitarju ta’ apparati li jippermettu l-ikkopjar ta’ xogħlijiet protetti, meta dawn l-apparati jitqiegħdu f’ċirkolazzjoni libera fit-territorju nazzjonali, li l-ammont tagħha huwa kkalkolat biss abbażi tal-ħeffa li biha l-magna li tikkopja tista’ tagħmel numru ta’ kopji kull minuta, mingħajr rabta oħra mad-dannu eventwalment subit mid-detenturi tad-drittijiet,

u

(2)

ta’ remunerazzjoni proporzjonali, iddeterminata biss minn prezz unitarju immultiplikat bin-numru ta’ kopji magħmula, li tvarja skont jekk id-debitur ikkooperax jew le fir-rigward tal-ġbir ta’ din ir-remunerazzjoni, li hija imposta fuq il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jagħmlu kopji ta’ xogħlijiet jew, skont il-każ, minflok fuq dawn il-persuni, fuq dawk li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom, bi ħlas jew bla ħlas, apparat ta’ riproduzzjoni li qiegħed għad-dispożizzjoni ta’ ħaddieħor.

Fil-każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda, liema huma l-kriterji rilevanti u koerenti li l-Istati Membri għandhom isegwu sabiex, skont id-dritt tal-Unjoni, il-kumpens jista’ jitqies bħala ġust u sabiex jiġi stabbilit bilanċ ġust bejn il-persuni kkonċernati?

(3)

L-Artikou 5(2)(a) u l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom jiġu interpretati bħala li jawtorizzaw lill-Istati Membri jagħtu nofs il-kumpens ġust dovut lid-detenturi tad-drittijiet lill-edituri tax-xogħlijiet maħluqa mill-awturi, mingħajr xi obbligu għall-edituri li jiżguraw li l-awturi jibbenefikaw, anki b’mod indirett, minn parti mill-kumpens li huma mċaħħda minnu?

(4)

L-Artikolu 5(2)(a) u l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom jiġu interpretati bħala li jawtorizzaw lill-Istati Membri jistabbilixxu sistema indifferenzjata ta’ ġbir tal-kumpens ġust dovut lid-detenturi tad-drittijiet, fil-forma ta’ somma f’daqqa u ta’ ammont għal kull kopja magħmula, li tkopri b’mod impliċitu iżda ċert u parzjalment, l-ikkopjar ta’ mużika fuq il-karta u ta’ riproduzzjonjiet foloz?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/7


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-576/13)

2014/C 24/12

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Nicolae u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikkjara li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, billi obbliga b’mod ġenerali lill-impriżi burdnara li joperaw fil-portijiet Spanjoli ta’ interess ġenerali jipparteċipaw f’SAGEP (Kumpannija anonima ta’ ġestjoni ta’ burdnara fil-port) u, fi kwalunkwe każ, billi ma ppermettilhomx jirrikorru għas-suq sabiex jikkuntrattaw il-persunal tagħhom, kemm jekk b’mod permanenti jew temporanju, ħlief fil-każ fejn il-ħaddiema proposti mis-SAGEP ma jkunux jikkwalifikaw jew ma jkunux biżżejjed, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jewttaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea kontra r-Renju ta’ Spanja huwa dwar is-sistema stabbilita permezz tal-Ley de Puertos del Estado y de la Marina Mercante (Liġi dwar il-Portijiet tal-Istat u tal-Marina Merkantili) fir-rigward tal-impriżi burdnara, sa fejn tirreferi għall-ġestjoni tal-ħaddiema għall-provvista tas-servizz portwarju ta’ ġarr ta’ merkanzija.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li din is-sistema, billi tobbliga bħala regola ġenerali lill-impriżi burdnara li joperaw fil-portijiet ta’ interess ġenerali Spanjoli jipparteċipaw f’Sociedad Anónima de Gestión de Estibadores Portuarios (Kumpannija anonima ta’ ġestjoni ta’ burdnara fil-port) jew SAGEP, u fi kwalunkwe każ, billi ma tippermettilhomx li jirrikorru għas-suq sabiex jikkuntrattaw il-persunal tagħhom, kemm b’mod permanenti jew temporanju, ħlief fil-każ fejn il-ħaddiema proposti mis-SAGEP ma jkunux jikkwalifikaw jew ma jkunux biżżejjed, hija kuntrarja għall-obbligi tar-Renju ta’ Spanja taħt l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-libertà ta’ stabbiliment.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Kiel (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Novembru 2013 — Hans-Jürgen Kickler et vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-578/13)

2014/C 24/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Kiel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hans-Jürgen Kickler, Walter Wöhlk, Zahnärztekammer Schleswig-Holstein Versorgungswerk

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li kawża, li fiha x-xerrej ta’ titoli tal-Gvern tal-konvenuta jressaq talba għal ħlas fil-forma ta’ prestazzjoni u fil-forma ta’ talba għal danni kontra l-konvenuta, għandha tiġi kkunsidrata bħala li tikkonċerna “materja ċivili jew kummerċjali” fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament jekk ix-xerrej ma jkunx aċċetta l-offerta ta’ skambju magħmula fl-aħħar ta’ Frar 2012 mill-konvenuta, kif huwa possibbli permezz tal-Liġi Griega Nru 4050/2012 (“Greek-Bondholder-Act”)?

(2)

Meta titressaq kawża li tkun essenzjalment ibbażata fuq l-invalidità jew fuq in-nullità tal-Greek-Bondholder-Act iċċitat iktar ’il fuq, din il-kawża tkun tikkonċerna r-responsabbiltà tal-Istat għal atti jew ommissjonijiet fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 1(1) tar-regolament iċċitat fid-domanda 1?


(1)  Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, p. 79).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad von Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Novembru 2013 — P vs Commissie Sociale Zekerheid Breda, S vs College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amstelveen

(Kawża C-579/13)

2014/C 24/14

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad von Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: P

Konvenuta: Commissie Sociale Zekerheid Breda

u

Rikorrenti: S

Konvenut: College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amstelveen

Domandi preliminari

(1)

L-għan u l-ispirtu tad-Direttiva 2003/109/KE (1) kif ukoll l-Artikolu 5(2) u/jew l-Artikolu 11(1) tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija inkompatibbli magħhom l-impożizzjoni, abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, tal-obbligu ta’ integrazzjoni ċivika sanzjonata minn sistema ta’ multa fuq ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom l-istatus ta’ residenti għat-tul?

(2)

Sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda, huwa importanti li jiġi stabbilit jekk l-obbligu ta’ integrazzjoni ċivika ġie impost qabel il-kisba tal-istatus ta’ residenti għat-tul?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/8


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 minn Intra-Presse mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-448/11 — Golden Balls Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-581/13 P)

2014/C 24/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Intra-Presse (rappreżentanti: P. Péters, avukat, T. de Haan, avukat, M. Laborde, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); Golden Balls Ltd

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Settmebru 2013 fil-Kawża T-448/11;

tirrinvijja l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi fuq l-azzjoni mibdija minn Intra-Presse taħt l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (1);

tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata minħabba fl-aggravji li ġejjin.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja fid-definizzjoni tal-pubbliku rilevanti fl-evalwazzjoni tal-livell ta’ xebh kunċettwali bejn it-trade marks billi żiedet ir-rekwiżit tal-“proċess intellettwali tat-traduzzjoni”, “tibda billi tittraduċi” jew “traduzzjoni minn qabel”, u billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni r-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti għal servizzi fil-klassi 41. It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi naqset milli twettaq evalwazzjoni globali u milli teżamina r-rilevanza tar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti tal-appellanti u l-eżistenza ta’ rabta possibbli.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/9


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 minn Intra-Presse mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-437/11 — Golden Balls Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-582/13 P)

2014/C 24/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Intra-Presse (rappreżentanti: P. Péters, avukat, T. de Haan, avukat, M. Laborde, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); Golden Balls Ltd

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-437/11;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi fuq l-azzjoni ppreżentata minn Intra-Presse taħt l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2047/2009 (1);

tordna li l-ispejjeż ikunu irriżervati

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata minħabba r-raġunijiet segwenti.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill dwar it-trade mark Komunitarja billi ddefinixxiet il-pubbliku rilevanti u meta evalwat il-grad ta’ xebh kunċettwali bejn it-trade marks billi żiedet ir-rekwiżit ta’ “proċess intelletwali ta’ traduzzjoni”, “ibda billi tittraduċi” jew “traduzzjoni preċedenti”. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill dwar it-trade mark Komunitarja għaliex naqset milli twettaq evalwazzjoni globali u naqset milli twettaq eżami dwar ir-rilevanza tar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti tal-appellant u dwar l-eżistenza ta’ rabta possibbli.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/9


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 minn Deutsche Bahn AG et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi magħquda T-289/11, T-290/11 u T-521/11, Deutsche Bahn AG et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-583/13 P)

2014/C 24/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, DB Schenker Rail GmbH, DB Schenker Rail Deutschland AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße mbH (DUSS) (rappreżentanti: W. Deselaers, E. Venot, J. Brückner, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 Settembru 2013, fil-Kawżi magħquda T-289/11, T-290/11 u T-521/11;

tannulla d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2011) 1774, tal-14 ta’ Marzu 2011, C(2011) 2365, tat-30 ta’ Marzu 2011, u C(2011) 5230, tal-14 ta’ Lulju 2011, li jordnaw spezzjoni fir-rigward ta’ Deutsche Bahn AG, kif ukoll tas-sussidjarji kollha tagħha, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każijiet COMP/39.678 u COMP/39.731)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvokaw erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħhom:

 

L-ewwel nett, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat u applikat b’mod żbaljat id-dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-domiċilju u l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Huwa b’mod partikolari fid-dawl tal-intensità tal-indħil fuq id-drittijiet fundamentali u tat-theddida ta’ dannu irreparabbli, li huwa sproporzjonat jekk il-Kummissjoni, li taġixxi wkoll bħala awtorità inkwirenti u tingħata responsabbiltajiet wiesgħa, twettaq verifiki mingħajr awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel.

 

Il-Qorti Ġenerali, it-tieni nett, interpretat u applikat b’mod żbaljat id-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Sempliċi reviżjoni ġudizzjarja sussegwenti ma tipprovdix protezzjoni ġudizzjarja effettiva għan-negozji affettwati mill-verifiki tal-Kummissjoni

 

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat id-dokumenti, dwar l-allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, li ġew miksuba matul investigazzjoni barra mis-suġġett tal-ispezzjoni, misjuba b’mod inċidentali, minkejja li kienu suġġetti għal projbizzjoni fuq l-użu. L-uffiċjali tal-Kummissjoni ġew informati qabel il-bidu ta’ dik l-investigazzjoni dwar l-indikazzjonijiet mhux relatati mal-kawża preżenti. Għalhekk il-Kummissjoni kienet il-kawża ta’ din il-koinċidenza artifiċjali li waslet għal interpretazzjoni wiesgħa u inammissibbli ta’ din l-eċċezzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja (1), li iżda għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv.

 

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-oneru tal-prova. Huwa probabbli, jew għall-inqas ma jistax jiġi eskluż, li ċerti dokumenti ġew prodotti biss minħabba n-notifika uffiċjali minn qabel ta’ persuni mhux awtorizzati, jiġifieri li ma humiex relatati mal-kawża preżenti, li ġew misjuba “b’koinċidenza”. Peress li l-appellanti ma jistgħux jipprovaw tali rabta kawżali u din iċ-ċirkustanza ma hijiex attribwibbli lilhom, huwa meħtieġ li jinbidel l-oneru tal-prova u l-Kummissjoni għandha turi li dawn id-dokumenti kienu fil-fatt instabu b’mod inċidentali.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ottubru 1989, Dow Benelux vs Il-Kummissjoni, 85/87, Ġabra p. 3137.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/10


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 minn Telefónica S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-9 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-430/11, Telefónica vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-588/13 P)

2014/C 24/18

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Telefónica S.A. (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, M. Núñez Müller u J. Domínguez Pérez, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla d-digriet appellat;

tikkonstata l-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament fil-Kawża T-430/11 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi l-mertu tal-kawża;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-proċeduri dwar l-ammissibbiltà taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat l-aħħar parti tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, billi sostniet li d-deċiżjonijiet fil-qasam tal-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat bħal dik ikkontestata f’dan il-każ jeħtieġu miżuri ta’ eżekuzzjoni fis-sens tad-dispożizzjoni l-ġdida tat-Trattat.

(2)

Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni billi interpretat il-ġurisprudenza dwar il-kunċett ta’ benefiċjarju effettiv għall-finijiet li tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tar-rikors kontra d-deċiżjonijiet li jiddikkjaraw skema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli. B’mod partikolari:

il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza dwar il-kunċett ta’ benefiċjarju effettiv u għawwġet il-fatti meta applikatu għat-tranżazzjonijiet imwettqa mir-rikorrenti wara l-21 ta’ Diċembru 2007;

il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi f’dak li jikkonċerna t-tranżazzjonijiet li seħħew qabel il-21 ta’ Diċembru 2007, fl-interpretazzjoni tal-kunċett ġurisprudenzjali ta’ benefiċjarju effettiv.

(3)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi adottat deċiżjoni li tikser id-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Id-digriet appellat jilqa’ kunċett purament teoretiku ta’ dan id-dritt, li jfixkel lir-rikorrenti milli taċċedi għal kundizzjonijiet u mingħajr ma jkollha tikser id-dritt tas-sistema preliminari sabiex tikkontesta d-deċiżjoni kkontestata.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (L-Italja) fl-20 ta’ Novembru 2013 — Idexx Laboratoires Italia srl vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-590/13)

2014/C 24/19

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Idexx Laboratoires Italia srl

Konvenuta: Agenzia delle Entrate

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tagħha tat-8 ta’ Mejju, C-95/07 u C-96/07, li jipprovdu li l-Artikoli 18(1)(d) u 22 tas-Sitt Direttiva 77/388 (1), kif emendata bid-Direttiva 91/680/KEE (2), fil-qasam tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fi Stati Membri dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, jipprekludu prassi ta’ rettifika tad-dikjarazzjonijiet u ta’ rkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud li tissanzjona ksur, minn naħa, tal-obbligi li jirriżultaw mill-formalitajiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali skont dan l-Artikolu 18(1)(d), u, min-naħa l-oħra, tal-obbligi ta’ kompatibbiltà kif ukoll ta’ dikjarazzjoni li jirriżultaw rispettivament mill-imsemmi Artikolu 22(2) u (4), permezz ta’ rifjut tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ reverse charge — huma wkoll applikabbli fil-każ ta’ ksur totali tal-obbligi imposti minn din l-istess leġiżlazzjoni, meta ma jkunx hemm fi kwalunkwe każ dubju dwar is-sitwazzjoni ta’ persuna suġġetta għat-taxxa u tad-dritt tagħha għal tnaqqis?

(2)

Il-frażijiet “obblighi sostanziali”, “substantive requirement” u “exigences de fond” użati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-verżjonijiet lingwistiċi differenti fis-sentenza tat-8 ta’ Mejju 2008, C-95/07 u C-96/07, jirreferu, fir-rigward tal-ipoteżi ta’ “reverse charge” fil-qasam tal-VAT, għall-ħtieġa li l-VAT titħallas jew li jiġi assunt id-dejn fiskali jew saħansitra għall-eżistenza ta’ kundizzjonijiet sostantivi li jiġġustifikaw l-issuġġettar tal-persuna għall-ħlas tat-taxxa u li jirregolaw id-dritt għal tnaqqis intiż li jipproteġi l-prinċipju ta’ newtralità tal-imsemmija taxxa, li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni — bħan-natura inerenti, in-natura taxxabbli u n-natura ta’ tnaqqis totali?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1991, li tissuplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u temeda d-Direttiva 77/388/KEE bil-ħsieb li tneħħi l-fruntieri fiskali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 160)


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/11


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-591/13)

2014/C 24/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls, W. Roels, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 TFUE u taħt l-Artikolu 31 tal-Ftehim ŻEE (1), billi adottat u żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet li permezz tagħhom it-tassazzjoni ta’ riżervi kapitali ġġenerati mill-bejgħ b’titolu oneruż ta’ ċerti assi tiġi posposta billi tiġi “ttrasferita” fuq assi ġodda, akkwistati jew prodotti, sal-mument tal-bejgħ tagħhom, sa fejn dawn l-assi jagħmlu parti mill-assi kapitali ta’ stabbiliment permanenti ta’ persuna taxxabbli li tinsab fit-territorju nazzjonali filwaqt li tali posponiment ma huwiex possibbli jekk l-istess assi jkunu jagħmlu parti mill-assi kapitali ta’ stabbiliment permanenti ta’ persuna taxxabbli li tinsab fi Stat Membru ieħor jew fi Stat ieħor taż-Żona Ekonomika Ewropea.

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont id-dispożizzjonijiet Ġermaniżi, fil-każ ta’ bejgħ ta’ ċerti assi operazzjonali, il-qligħ kapitali ġġenerat minn dan il-bejgħ ma jiġix intaxxat immedjatament jekk fi żmien ċertu perijodu l-persuna taxxabbli takkwista jew tipproduċi ċerti assi operazzjonali ġodda. F’dan il-każ, it-tassazzjoni tal-imsemmija qligħ kapitali ġġenerat mill-bejgħ tal-assi oriġinali tiġi posposta permezz ta’ “trasferiment” tar-riżervi kapitali korrispondenti sal-bejgħ tal-assi akkwistati jew prodotti ġodda. Madankollu, dan il-posponiment jista’ jsir biss jekk l-assi akkwistati jew prodotti ġodda jkunu jagħmlu parti mill-assi kapitali ta’ stabbiliment permanenti li jinsab fit-territorju nazzjonali, iżda mhux jekk l-istabbiliment permanenti inkwistjoni jkun jinsab fi Stat Membru ieħor jew fi Stat ieħor taż-Żona Ekonomika Ewropea. Il-Kummissjoni tqis li din id-dispożizzjoni tmur kontra l-libertà ta’ stabbiliment.


(1)  Ftehim, tat-2 ta’ Mejju 1992, dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Suceava (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Novembru 2013 — Casa Județeană de Pensii Botoșani vs Polixeni Guletsou

(Kawża C-598/13)

2014/C 24/21

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Suceava (ir-Rumanija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Casa Județeană de Pensii Botoșani

Konvenuta: Polixeni Guletsou

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ftehim bilaterali konkluż bejn żewġ Stati Membri qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament, ftehim li permezz tiegħu dawn l-Istati ftiehmu dwar it-tmiem tal-obbligu relatat mal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali dovuti minn Stat liċ-ċittadini tal-Istat l-ieħor li kellhom l-istatus ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-ewwel Stat u li jkunu ġew irrimpatrijati fit-territorju tat-tieni Stat, inkambju għall-ħlas mill-ewwel Stat ta’ somma f’daqqa għall-ħlas tal-pensjonijiet u għall-kopertura tal-perijodu li matulu tħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-ewwel Stat Membru, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom?


(1)  Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Novembru 2013 — Vereniging Somalische Amsterdam en Omgeving (Somvao) vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-599/13)

2014/C 24/22

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Vereniging Somalische Amsterdam en Omgeving (Somvao)

Appellat: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (1), tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, jew l-Artikolu 53b(2)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (3), tat-13 ta’ Diċembru 2006, jipprovdi bażi legali għal emenda għad-detriment ta’ benefiċjarju u għall-irkupru mingħandu min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sussidju diġà stabbilit, maħruġ mill-Fond Ewropew għar-refuġjati?

(2)

L-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE (4), tat-2 ta’ Diċembru, li tistabbilixxi l-fond ewropew għar-refuġjati għall-perijodu 2005-2010 tikkostitwixxi bażi legali għal emenda għad-detriment ta’ benefiċjarju u għall-irkupru mingħandu min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sussidju diġà stabbilit, maħruġ mill-Fond Ewropew għar-refuġjati, mingħajr ma awtorizzazzjoni prevista mid-dritt nazzjonali ma tkun neċessarja għal dan il-għan?


(1)  ĠU L 312, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74.

(3)  ĠU L 390, p. 1.

(4)  ĠU 2006 L 153M, p. 340.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/12


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2013 minn Galp Energia España, SA, Petróleos de Portugal (Petrogal), SA, Galp Energia, SGPS, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-462/07 — Galp Energia España, SA, Petróleos de Portugal (Petrogal), SA, Galp Energia, SGPS, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-603/13 P)

2014/C 24/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Galp Energia España, SA, Petróleos de Portugal (Petrogal), SA, Galp Energia, SGPS, SA (rappreżentant: M. Slotboom, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija skont l-aggravji mressqa minn dan l-appell u/jew tannulla l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Deċiżjoni sa fejn hija tikkonċerna l-appellanti, u/jew tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni sa fejn ġiet imposta multa fuq l-appellanti jew li tnaqqas il-multa li ġiet imposta fuq l-appellanti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni;

tannulla s-sentenza u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu fid-dawl tal-indikazzjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsosntu li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:

 

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 81(1) KE, żnaturat il-provi, naqset milli tikkonforma mar-regoli proċedurali dwar l-evalwazzjoni tal-provi u naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju ġenerali tal-preżunzjoni tal-innoċenza ggarantit mill-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali billi ddeċidiet li l-Kummissjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li ddeċidiet b’mod illegali li l-partijiet ipparteċipaw f’koordinazzjoni tal-prezzijiet “sal-2002”. Minbarra dan, il-Qorti Ġenerali naqset milli tipprovdi raġunijiet suffiċjenti għal dik id-determinazzjoni.

 

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 81(1) KE, żnaturat il-provi, naqset milli tikkonforma mar-regoli proċedurali dwar l-evalwazzjoni tal-provi, inkluż ksur tal-prinċipju ta’ “ne ultra petita”, ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u tad-drittijiet tad-difiża (id-dritt għal smigħ) meta ddeċidiet li l-partijiet jistgħu jiġu kkunsidrati responsabbli fir-rigward tas-sistema ta’ monitoraġġ u tal-mekkaniżmu ta’ kumpens u li għalhekk ma hemmx bżonn li l-ammont inizjali tal-multa jiġi varjat.

 

Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt fundamentali tal-partijiet li l-każ tagħhom jinstema’ f’terminu raġonevoli.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/13


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 minn Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-386/10 — Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-604/13 P)

2014/C 24/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG (rappreżentanti: H. Janssen u T. Kapp, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-386/10 u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas b’mod xieraq l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq l-aggravji li ġejjin:

 

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), il-prinċipju ta’ preċiżjoni, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi interpretat it-tieni sentenza tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 bħala limitu massimu, u permezz ta’ dan ċaħdet l-illegalità tal-iffissar tal-ammont tal-multa mill-Kummissjoni kif ukoll naqset milli tnaqqas korrettament l-ammont tal-multa.

 

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 peress li hija naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-illegalità tal-linji gwida tal-2006, peress illi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni t-tul u l-gravità ta’ ksur imwettaq minn impriżi li jipproduċu prodott wieħed.

 

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali ma rrikonoxxietx li l-konvenuta kellha tagħmel użu mis-setgħa diskrezzjonali tagħha skont il-punt 37 tal-linji gwida tal-2006, fis-sens li għall-impriżi li jipproduċu prodott wieħed hija kellha tiffissa l-ammont tal-multa għal inqas mil-limitu ta’ 10 %.

 

Il-Qorti Ġenerali kisret, barra minn hekk, il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività, peress illi hija kkunsidrat li l-kalkolu tal-multa mill-Kummissjoni permezz tal-għajnuna tal-linji gwida tal-2006 kien legali.

 

Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żbalji ta’ liġi fil-kalkolu tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, u f’dak li jikkonċerna l-portata ġeografika, il-parteċipazzjoni f’wieħed biss minn tliet gruppi ta’ prodotti u r-rwol sekondarju tar-rikorrenti.

 

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju tat-tul raġonevoli tal-proċedura.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/13


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 minn Compañía Española de Petróleos (CEPSA), S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-497/07 — CEPSA vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-608/13 P)

2014/C 24/25

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Compañía Española de Petróleos (CEPSA), S.A. (rappreżentanti: O. Armengol i Gasull u J.M. Rodríguez Cárcamo, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tilqa’ l-appell u li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi hija stess b’mod definittiv il-kawża, mingħajr ma tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

tannulla s-sentenza appellata sa fejn il-punt 1 tad-dispożittiv tagħha jiċħad ir-rikors għal annullament ta’ Cepsa u l-punt 3 tad-dispożittiv tagħha jikkundanna lil Cepsa għall-ispejjeż, u li żżomm il-punt 2 tad-dispożittiv tagħha, li permezz tiegħu jiġu miċħuda l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni u, bħala konsegwenza, tiġi emendata d-Deċiżjoni C(2007)4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/38.710 — Betún España), u billi tnaqqas l-ammont tal-multa fil-kwantità li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis xieraq.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Żball ta’ liġi (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1 (1) li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea). Fl-opinjoni tar-rikorrenti, il-ksur tas-sistema lingwistika fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ta’ proċedura li tirrigwarda l-kompetizzjoni huwa ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali li għandu jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni li finalment tingħata f’din il-kawża, ukoll fil-każ fejn dan il-ksur ma jkunx affettwa d-drittijiet tad-difiża tal-impriża. Peress illi s-sentenza appellata ma annullatx id-deċiżjoni kkontestata, hekk kif ir-rikorrenti kienet talbet, il-Qorti Ġenerali kisret it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea.

(2)

Żnaturament serju tal-fatti meta sostniet fis-sentenza li r-rikorrenti aċċettat liberament li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġiet innotifikata lilha f’lingwa li ma kinitx tagħha, u li l-fatt li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet inbagħtet f’din il-lingwa ma affettwax id-drittijiet tad-difiża tagħha.

(3)

Żball ta’ liġi (ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità) . Is-sentenza ma ħaditx inkunsiderazzjoni li l-attività ta’ produzzjoni u distribuzzjoni ta’ bitum ta’ penetrazzjoni kienet tirrappreżenta perċentwali baxx ħafna tal-volum ta’ negozju totali tar-rikorrenti, ikkunsidrata bħala grupp ta’ impriżi. L-applikazjoni tal-preżunzjoni bħala parent/sussidjarja ma tevitax l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, bħal ma kienet tradizzjonalment interpretata l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġusizzja (kawża Parker Pen (2)).

(4)

Żball ta’ liġi [Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003 (3) tal-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (iktar ’il quddiem ir-Regolament Nru 1/2003), skont l-Artikolu 261 TFUE]. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tistabbilixxi jekk id-dewmien tagħha biex tiddeċiedi s-sentenza appellata kisirx il-prinċipju ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli, li permzz ta’ dan kisret l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, flimkien mal-Artikolu 261 TFUE.

(5)

Żball ta’ liġi [Artikolu 41(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali (4)]. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-allegazzjoni ta’ Cepsa li seħħ ksur tad-dritt tagħha li tingħata deċiżjoni f’terminu raġonevoli, dritt stabbilit fl-Artikolu 41(1) u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali, bħal fil-każ tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Din il-proċedura damet għal iktar minn 11-il sena. Il-proċedura quddiem il-Kummissjoni damet 5 snin u fil-fażi ġudizzjarja quddiem il-Qorti Ġenerali stess, bejn it-tmiem tas-sottomissjonijiet bil-miktub u l-ftuħ tas-sottomissjonijiet orali, għaddew iktar minn 4 snin.

(6)

Żball ta’ liġi (Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali). Il-Qorti Ġenerali kkundannat lir-rikorrenti għall-ħlas sħiħ tal-ispejjeż tar-rikors għal annullament, minkejja li t-talbiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rikors, ġew ukoll miċħuda fid-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali. Fil-fehma tagħha, is-sentenza appellata kisret is-sistema ta’ kundanna għall-ispejjeż stabbilita fl-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Ġunju 1994, Parker Pen vs Il-Kummissjoni, T-77/92, Ġabra p. II-549, punti 94 u 95.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.

(4)  ĠU 2000, C-364, p. 1


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/14


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn Masco Corp., Hansgrohe AG, Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH, Hansgrohe Handelsgesellschaft mbH, Hansgrohe SA/NV, Hansgrohe BV, Hansgrohe SARL, Hansgrohe srl, Hüppe GmbH, Hüppe GmbH, Hüppe Belgium SA (NV), Hüppe BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-378/10: Masco Corp. et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-614/13 P)

2014/C 24/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Masco Corp., Hansgrohe AG, Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH, Hansgrohe Handelsgesellschaft mbH, Hansgrohe SA/NV, Hansgrohe BV, Hansgrohe SARL, Hansgrohe srl, Hüppe GmbH, Hüppe GmbH, Hüppe Belgium SA (NV), Hüppe BV (rappreżentanti: D. Schroeder, Rechtsanwalt, S. Heinz, Rechtsanwältin, J. Temple Lang, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-378/10 sa fejn din tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-annullament tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju sa fejn din tikkonkludi li l-appellanti pparteċipaw f’akkordju kontinwat jew fi prattika miftiehma “fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju”;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju sa fejn din tikkonkludi li l-appellanti pparteċipaw f’akkordju kontinwat jew fi prattika miftiehma “fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju”;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-appellanti li huma marbuta ma’ din il-kwistjoni; u

tadotta kull miżura oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja jidhrilha li hija xierqa;

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvokaw żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħhom.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi manifestament żnaturat il-provi u billi applikat b’mod żbaljat l-eżami legali sabiex jiġi konkluż li l-appellanti pparteċipaw fi ksur uniku u kumpless inkonnessjoni ma’ prodotti taċ-ċeramika.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tipprovdi motivazzjoni adatta għall-konklużjonijiet tagħha.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/15


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn Productos Asfálticos (PROAS), S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-495/07, PROAS vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-616/13 P)

2014/C 24/27

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Productos Asfálticos (PROAS), S.A. (rappreżentant: C. Fernández Vicién, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013;

tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza u tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2007, Każ COMP/38.710 — Betún España, jew, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti;

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi mill-ġdid;

f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż kollha li jirriżultaw minn dawn il-proċeduri, kif ukoll dawk li jirriżultaw bħala konsegwenza tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-prinċipju ta’ protezzjoni effettiva minħabba li naqset milli teżamina, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa, il-motivi mressqa minn Productos Asfálticos, S.A fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa. Tali ksur jikkonsisti f’:

żnaturament mill-Qorti Ġenerali tal-motivi mressqa minn Proas fir-rikors għal annullament tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali.

assenza ta’ analiżi awtonoma mill-Qorti Ġenerali dwar il-proporzjonalità u l-motivazzjoni tas-sanzjoni imposta għal dak li jikkonċerna r-riperkussjoni tal-ksur.

nuqqas ta’ analiżi, mill-Qorti Ġenerali, tal-osservanza mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ċertezza legali fir-rigward tal-preċedenti tagħha.

nuqqas ta’ analiżi effettiva fir-rigward tal-involviment speċifiku ta’ Proas fil-ksur u ċaħda żbaljata tat-talbiet għal miżuri proċedurali mressqa.

(2)

Ksur mill-Qorti Ġenerali tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża ta’ Proas, billi interpretat b’mod żbaljat il-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 (1)

Il-Qorti Ġenerali awtorizzat lill-Kummissjoni tikser il-Linji Giwda tagħha stess billi ppermettitilha ma tieħux inkunsiderazzjoni, għad-determinazzjoni tal-multa, l-impatt imnaqqas ta’ ksur.

Il-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ Proa billi ma ppermettitilhiex tikkonfuta l-preżunzjoni iuris tantum li skontha l-kartelli dejjem jipproduċu effetti.

(3)

Ksur mill-Qorti Ġenerali tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli.

(4)

Ksur mill-Qorti Ġenerali tal-prinċipji applikabbli għall-ispejjeż.


(1)  Regolament Nru 17 L-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/16


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn Repsol Lubricantes y Especialidades, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-496/07, Repsol Lubricantes y Especialidades et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-617/13 P)

2014/C 24/28

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Repsol Lubricantes y Especialidades, S.A., Repsol Petróleo, S.A. u Repsol, S.A. (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco, J.L. Buendía Sierra, M. Muñoz de Juan, Á. Givaja Sanz u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

(1)

Tannulla s-sentenza appellata f’dak li jirrigwarda:

L-attribuzzjoni tar-responsabbiltà in solidum lil Repsol Petróleo, S.A. u Repsol YPF, S.A. (fil-preżent Repsol, S.A.)

Il-kunsiderazzjoni skorretta tal-perijodu 1998-2002 għall-kalkolu tal-multa.

L-assunzjoni skorretta minn naħa tal-Qorti Ġenerali tal-ammont bażiku tal-multa stabbilit mill-Kummissjoni fejn naqset mis-setgħa tagħha ta’ stħarriġ ġudizzjarju sħiħ u ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

(2)

Tanulla bl-istess mod id-Deċiżjoni kkontestata.

(3)

Tnaqqas, permezz tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, l-ammont tal-multa bl-ammont li hija tikkunsidra xieraq.

(4)

Tiddikjara eċċessiv u inġustifikat it-tul tal-proċeduri ġudizzjarji quddiem il-Qorti Ġenerali, bi ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tad-dritt li kawża tinstema’ b’mod ġust fi żmien raġjonevoli (Artikolu 47 tal-Karta u l-Artikolu 6 tal-KEDB).

(5)

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Fl-ewwel lok, Repsol tinvoka żball ta’ liġi fil-metodoloġija użata fis-sentenza fl-evalwazzjoni tal-provi ppreżentati insostenn tal-awtonomija kummerċjali sħiħa u effettiva tal-kumpannija sussidjarja, Repsol Lubricantes y Especialidades, S.A. jew, sussidjarjament, nuqqas ta’ motivazzjoni.

(2)

Fit-tieni lok, Repsol tikkunsidra li s-sentenza interpretat b’mod żbaljat l-Avviż ta’ Klemenza tal-2002.

(3)

Fit-tielet lok, Repsol tikkunsidra li s-sentenza tikser l-Artikolu 261 TFUE u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-obbligu tagħha li tirrevedi fuq il-mertu s-sanzjonijiet fil-qasam tal-kompetizzjoni.

(4)

Fl-aħħar nett, Repsol tinvoka ksur min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1) u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem billi ma ddeċidietx f’terminu raġonevoli.


(1)  ĠU 2000, C 364, p. 1


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/16


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn Castel Frères SAS mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-13 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-320/10 — Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-622/13)

2014/C 24/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Castel Frères SAS (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-320/10;

tiċħad ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2010 fil-Każ R 962/2009-2;

tikkundanna lill-Uffiċċju u lill-parti oħra fil-proċedura għall-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet it-talba tagħha intiża sabiex ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali jiġi miċħud bħala inammissibbli minħabba l-“abbuż ta’ dritt” imwettaq mill-parti l-oħra. L-appell ippreżentat mill-appellanti huwa bbażat fuq żnaturament tal-provi. L-appell huwa bbażat wkoll fuq interpretazzjoni żbaljata tar-rwol tal-abbuż ta’ dritt fil-proċeduri quddiem l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, l-appell huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, għaliex il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma mmotivat iċ-ċaħda tat-talba tal-appellanti.

L-appellanti ssostni, barra minn hekk, li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) sa fejn applikat kriterji ġuridiċi żbaljati meta kkonstatat li t-trade mark tal-appellanti kienet ġiet irreġistrata indebitament.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Il-Qorti Ġenerali

25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2013 — Grebenshikova vs UASI — Volvo Trademark (SOLVO)

(Kawża T-394/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva SOLVO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VOLVO - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2014/C 24/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Elena Grebenshikova (St. Petersburg, ir-Russja) (rappreżentant: M. Björkenfeldt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Volvo Trademark Holding AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Dolde, V. von Bomhard u A. Renck, avukati, sussegwentement minn V. von Bomhard, A. Renck, u I. Fowler, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 861/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volvo Trademark Holding AB u E. Grebenshikova.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI) tad-9 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ R 861/2010-1 hija annullata.

(2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, żewġ terzi mill-ispejjeż ta’ E. Grebenshikova.

(3)

Volvo Trademark Holding AB għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, terz mill-ispejjeż esposti minn E. Grebenshikova.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2013 — ETF vs Schuerings

(Kawża T-107/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien mhux determinat - Deċiżjoni ta’ rexissjoni - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Artikolu 2 u 47 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Dmir ta’ premura - Kunċett ta’ interess tas-servizz - Projbizzjoni li tingħata deċiżjoni ultra petita - Drittjiet tad-difiża)

2014/C 24/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Appellata: Gisela Schuerings (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti); L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: inizjalment V. Salvatore, sussegwentement T. Jabłoński, aġenti); L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (AEE) (rappreżentant: O. Cornu, aġent); L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentant: P. Goudou, aġent); L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (rappreżentant: E. Maurage, aġent); Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) (rappreżentant: J. Rikkert u M. Garnier, aġenti); Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentant: M. Sprenger, aġent); L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentant: M. Heikkilä, aġent); u L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentant: D. Detken, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2010, Schuerings vs ETF (F-87/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010, Schuerings vs ETF (F87/08), hija annullata sa fejn annullat id-deċiżjoni tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tirrexxindi l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien mhux determinat ta’ Gisela Schuerings u konsegwentement ċaħdet bħala prematura, it-talba tagħha għal kumpens għad-danni materjali subiti.

(2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

(3)

Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 139, 7.5.2011.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2013 — ETF vs Michel

(Kawża T-108/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Deċiżjoni ta’ rexissjoni - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Artikoli 2 u 47 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Dmir ta’ premura - Kunċett ta’ interess tas-servizz - Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita - Drittijiet tad-difiża)

2014/C 24/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Gustave Michel aventi kawża ta’ Monique Vandeuren (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti); Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) (rappreżentanti: J. Rikkert u M. Garnier, aġenti); L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentant: M. Heikkilä, aġent); L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: inizjalment V. Salvatore, sussegwentement T. Jabłoński, aġenti); L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (rappreżentant: O. Cornu, aġent); L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentant: P. Goudou, aġent); u L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentant: D. Detken, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2010, Vandeuren vs ETF (F-88/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullment ta’ dik is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2010, Vandeuren vs ETF (F-88/08), hija annullata sa fejn din annullat id-deċiżjoni tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF), tat-23 ta’ Ottubru 2007, li tirrexindi l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ Monique Vandeuren u ċaħdet, konsegwentement, it-talba tagħha għall-kumpens tad-dannu materjali subit bħala prematura.

(2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

(3)

Il-kawża hija mibgħuta lura lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 139, 07.05.2011.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2013 — JAS vs Il-Kummmissjoni

(Kawża T-573/11) (1)

(Unjoni doganali - Importazzjonijiet ta’ qliezet tal-jeans - Frodi - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1430/79 - Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali - Talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni - Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari - Klawżola ta’ ekwità - Deċiżjoni tal-Kummissjoni)

2014/C 24/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: JAS Jet Air Service France (JAS) (Mesnil-Amelot, Franza) (rappreżentanti: T. Gallois u E. Dereviankine, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, L. Keppenne u C. Soulay, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Awwissu 2011, li tikkonstata, f’każ partikolari, li ma huwiex ġustifikat li jinħafru d-dazji fuq l-importazzjoni (Każ REM 01/2008).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

JAS Jet Air Service France (JAS) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2013 — Olive Line International vs UASI — Carapelli Firenze (Maestro de Oliva)

(Kawża T-4/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva Maestro de Oliva - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAESTRO - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2014/C 24/34

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Carapelli Firenze SpA (Tavarnelle Val di Pesa, l-Italja).

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1612/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Carapelli Firenze, SpA u Olive Line International, SL.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Olive Line International, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 89, 24.03.2012.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2013 — Premiere Polish vs UASI — Donau Kanol (ECOFORCE)

(Kawża T-361/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ECOFORCE - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ECO FORTE - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2014/C 24/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Premiere Polish Co., Ltd (Cheltenham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Jones u M. Carter, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Donau Kanol GmbH & Co. KG (Ried im Traunkreis, l-Awstrija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 851/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Donau Kanol GmbH & Co. KG u Premiere Polish Co. Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Premiere Polish Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 319, 20.10.2012.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2013 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs UASI (VALORES DE FUTURO)

(Kawża T-428/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VALORES DE FUTURO - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2014/C 24/36

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. de Oliveira Vaz Miranda Sousa u N. González-Alberto Rodríguez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Lulju 2012 (Każ R 2299/2011-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali VALORES DE FUTURO bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 366, 24.11.2012.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/21


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2013 –Oikonomopoulos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-483/13 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Investigazzjoni mmexxija mill-OLAF - Rikors għad-danni - Danni finanzjarji u morali allegatament subiti mir-rikorrent - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza)

2014/C 24/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Athanassios Oikonomopoulos (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u I. Zarzoura, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji ppreżentata fil-kuntest ta’ rikors għad-danni intiż sabiex jinkseb kumpens għad-danni li r-rikorrent ġarrab fl-attivitajiet professjonali tiegħu u għar-reputazzjoni tiegħu wara ċertu aġir allegatament illegali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fil-kuntest ta’ investigazzjoni mmexxija mill-aġenti tiegħu.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/21


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2013 — Izsák y Dabis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-529/13)

2014/C 24/38

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Balázs-Árpád Izsák (Marosvásárhely, ir-Rumanija) u Attila Dabis (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: J. Tordáné Petneházy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2013, C(2013) 4975 finali, li tiċħad it-talba għal reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini intitolata “Politika ta’ koeżjoni għall-ugwaljanza tar-reġjuni u tas-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali”;

tordna lill-Kummissjoni tirreġistra l-proposta ta’ inizjattiva ċċitata iktar ’il fuq u tieħu l-miżuri kollha meħtieġa legalment;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin:

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 (1)

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-inizjattiva taċ-ċittadini tissodisfa r-rekwiżiti kollha għar-reġistrazzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jikkunsidraw bħala infondata, l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-inizjattiva taċ-ċittadini hija manifestament barra mill-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta għal att ġuridiku tal-Unjoni għall-implementazzjoni tat-Trattati. Skont ir-rikorrenti, l-inizjattiva tifformula proposta li taqa’ fil-kompetenza ddefinita mill-Artikolu 4(2)(ċ) TFUE (il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali).

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 174 TFUE

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti jsostnu li n-numru ta’ żvantaġġi li minħabba fihom reġjun għandu neċessarjament ikun s-suġġett ta’ attenzjoni partikolari, kif elenkat fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 174 TFUE ma huwiex eżawrjenti, iżda indikattiv, kuntrarjament għal dak li tafferma l-Kummissjoni.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 174 TFUE u tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 (2)

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jikkunsidraw ukoll li r-reġjuni li għandhom partikolaritajiet nazzjonali, lingwistiċi u kulturali, fi kwalunkwe każ jappartjenu għall-kategorija ta’ “reġjuni konċernati’” msemmija fl-Artikolu 174 TFUE, applikabbli għall-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni, peress li taħt id-dritt tal-Unjoni l-kultura hija element importanti tal-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika. Dan huwa kkoroborat mill-Artikolu 3(5) u mill-premessa 10 tar-Regolament Nru 1059/2003.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 211/2011 kif ukoll tal-Artikolu 167 TFUE

Ir-rikorrenti jallegaw li l-promoturi tal-inizjattiva ma humiex meħtieġa li jindikaw il-bażi legali għall-inizjattiva leġiżlattiva, kuntrarjament għal dak allegat mill-Kummissjoni, iżda, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 211/2011, għandhom jindikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati għall-azzjoni proposta. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 167 TFUE, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-fjoritura tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità reġjonali u kulturali.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 19(1) TFUE

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ddikjarat b’mod żbaljat fid-deċiżjoni kkontestata li, għalkemm l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma obbligati li jirrispettaw id-diversità kulturali u lingwistika u ma jiddiskriminawx kontra l-minoritajiet, l-ebda waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet ma tikkostitwixxi bażi legali għal kwalunkwe azzjoni mill-istituzzjonijiet. Ir-rikorrenti jikkontestaw, b’mod partikolari, li l-affermazzjoni tal-Kummissjoni tmur kontra l-Artikolu 19(1) TFUE.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 174 TFUE

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni tinterpreta b’mod żbaljat l-inizjattiva meta tafferma li huwa inkonċepibbli li t-titjib tas-sitwazzjoni tal-minoranzi nazzjonali twassal għal tnaqqis fid-differenzi fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni u għal r-ritard f’ċerti reġjuni, kif stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 174 TFUE. Ir-rikorrenti jallegaw li l-promoturi tal-inizjattiva ma pproponewx titjib tas-sitwazzjoni tal-minoranzi nazzjonali, iżda l-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni ma tintużax sabiex jiġu eliminati jew imdgħajfa l-karatteristiċi nazzjonali, lingwistiċi u kulturali ta’ dawn ir-reġjuni, u li l-miżuri u l-għanijiet ekonomiċi tal-Unjoni ma jsirux strumenti, anki indiretti, tal-politika li tmur kontra l-minoranzi.


(1)  Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 196).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/22


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2013 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-554/13)

2014/C 24/39

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér u K. Szíjjártó, bħala aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni C(2013) 50129 finali tas-6 ta’ Awwissu 2013 dwar ir-rimbors parzjali tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali mħallsa lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għall-programmi operazzjonali implementati fl-Ungerija fl-2010;

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti ssostni fuq il-fatt li l-Kummissjoni marret lil hinn mill-kompetenzi tagħha u kisret ir-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni meta ffissat l-ammont dovut lill-Ungerija skont ir-rimbors parzjali tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali mħallsa fl-2010 lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tal-frott u tal-ħaxix.

Skont ir-rikorrenti, id-dritt tal-Unjoni ma jagħtix il-possibbiltà għall-Kummissjoni, fil-kuntest tal-deċiżjoni tagħha dwar ir-rimbors Komunitarju parzjali tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali mħallsa, skont l-Artikolu 103e tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007 (1), lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tal-frott u tal-ħaxix, li tawtorizza r-rimbors biss sal-ammonti li l-Ungerija, fil-mument tat-talba għal awtorizzazzjoni ta’ għoti tal-għanjuna nazzjonali, indikat bħala ammonti “stmati” jew “prevedibbli”.

Ir-rikorrenti tqis li l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni relatata mal-għajnuna nazzjonali tikkonċerna l-għoti ta’ din l-għajnuna, u mhux id-determinazzjoni mill-Kummissjoni ta’ limitu massimu rigward l-għajnuna li tista’ tingħata. Għar-rikorrenti, dan il-limitu massimu huwa stabbilit b’mod ċar mir-Regolament Nru 1234/2007 meta dan jipprevedi li l-għajnuna finanzjarja nazzjonali ma tistax teċċedi 80 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-membri jew mill-organizzazzjoni tal-produttri stess għall-fond operazzjonali.

Ir-regoli applikabbli għar-rimbors Komunitarju parzjali tal-għajnuna nazzjonali ma jippermettux lill-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ dan ir-rimbors parzjali, li tiffissa bħala limitu massimu tar-rimbors l-ammont li l-Istat Membru, fil-kuntest tat-talba għal awtorizzazzjoni, ikkomunika lill-Kummissjoni, kemm bħala ammont totali tal-għajnuna jew bħala ammont ta’ għajnuna li għandha titħallas lil kull organizazzjoni ta’ produtturi. Dan huwa partikolarment il-każ peress illi meta pprovda din l-informazzjoni, il-Gvern Ungeriż ippreċiża li l-ammonti inkwistjoni kienu biss ammonti previsti jew stmati.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-dritt tal-Kummissjoni li teżamina jekk l-għajnuna effettivament imħallsa ma teċċedix il-limitu ta’ 80 % jew li r-rimbors mitlub ma jeċċedix 60 % tal-għajnuna mogħtija ma huwiex ekwivalenti madankollu għal dritt li jiġu ffissati bħala limitu massimu tar-rimbors l-ammonti li jinsabu fit-talba għal awtorizzazzjoni, b’mod partikolari jekk in-natura tal-ammonti antiċipati jew stmati tad-data ġiet enfasizzata fit-talba. Jekk, għal motivi differenti, matul sena, sar tibdil fl-ammont tal-għajnuna nazzjonali mogħtija lil kull organizzazzjoni ta’ produtturi, ir-rimbors Komunitarju parzjali għandu jsir skont l-ammont effettivament imħallas, sa fejn il-kundizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni jkunu ssodisfatti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 299, p. 1)


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/23


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2013 — FSA vs UASI — Motokit Veículos e Acessórios (FSA K-FORCE)

(Kawża T-558/13)

2014/C 24/40

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FSA Srl (Busnago, l-Italja) (rappreżentanti: M. Locatelli u M. Cartella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Motokit Veículos e Acessórios, SA (Vagos, il-Portugall)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Awwissu 2013, fil-Każ R 436/2012-2;

tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali FSA K-FORCE;

tordna lill-konvenut u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali FSA K-FORCE — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 191 909

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: motivi previsti fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b), meħuda flimkien, tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53(1)(a), tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 75, meħuda flimkien, tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/23


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2013 — Giovanni Cosmetics vs UASI — Vasconcelos & Gonçalves (GIOVANNI GALLI)

(Kawża T-559/13)

2014/C 24/41

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giovanni Cosmetics, Inc. (Rancho Dominguez, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. van den Berg u M. Meddens-Bakker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vasconcelos & Gonçalves, SA (Lisbona, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Awwissu 2013 fil-Każ R 1189/2012-2,

tordna li l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 232 471 tiġi miċħuda;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “GIOVANNI GALLI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14 u 18 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 232 471

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “GIOVANNI” irreġistrata bin-numru Nru 2 404 283 għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/24


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2013 — Sharp vs UASI (BIG PAD)

(Kawża T-567/13)

2014/C 24/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sharp KK (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: G. Macias Bonilla, G. Marín Raigal, P. López Ronda u E. Armero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Awwissu 2013, fil-Każ R 2131/2012-2;

tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BIG PAD” għal prodotti u servizzi fil-klassi 9 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 887 231

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/24


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2013 — Bimbo vs UASI — Cafe’ do Brasil (KIMBO)

(Kawża T-568/13)

2014/C 24/43

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cafe’ do Brasil SpA (Melito di Napoli, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta’ Awwissu 2013 mogħtija fil-Każijiet R 636/2012-4 u R 608/2012-4;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KIMBO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 21, 30, 32 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 420 973

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks Spanjoli Nru 291 655, Nru 451 559 u Nru 2 244 563

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/25


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2013 — Bimbo vs UASI — Cafe’ do Brasil (Caffè KIMBO Espresso Napoletano)

(Kawża T-569/13)

2014/C 24/44

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cafe’ do Brasil SpA (Melito di Napoli, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Awwissu 2013 fil-Każ R 1561/2012-4;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur aħmar, deheb, abjad u iswed li tinkludi l-elementi verbali “Caffè KIMBO Espresso Napoletano” għal sensiela ta’ prodotti u servizzi fil-klassijiet 30, 32 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 037 933

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Spanjola Nru 291 655 tal-kelma “BIMBO” għal prodotti fil-klassi 30 u trade mark preċedenti magħrufa sew fi Spanja “BIMBO” għal prodotti fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/25


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2013 — Verus vs UASI — Joie International (MIRUS)

(Kawża T-576/13)

2014/C 24/45

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verus Eood (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: C. Röhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joie International Co. Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina)

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell, tat-23 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 715/2012-5) b’mod li l-oppożizzjoni tintlaqa’ b’mod sħiħ u li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 599 416 tiġi miċħuda;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura;

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Joie International Co. Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MIRUS” għal prodotti fil-klassi 12 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 599 416

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża “MIRUS” għal prodotti fil-klassijiet 12, 25 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/26


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2013 — Zehnder vs UASI — UAB “Amalva” (komfovent)

(Kawża T-577/13)

2014/C 24/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zehnder Verkaufs- und Verwaltungs-AG (Gränichen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: UAB “Amalva” (Vilnius, il-Litwanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Awwissu 2013 mogħtija fil-Każ R 255/2012-4;

tikkundanna lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva ta’ kulur iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “komfovent” għal prodotti fil-Klass 11 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4 635 272

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-raġunijiet huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-trade mark ikkontestata ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/26


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2013 — Royal County of Berkshire Polo Club vs UASI — Lifestyle Equities (Royal County of Berkshire POLO CLUB)

(Kawża T-581/13)

2014/C 24/47

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Royal Country of Berkshire Polo Club (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Maitland-Walker, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lifestyle Equities CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Lulju 2013 mogħtija fil-Każ R 1374/2012-2;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għal dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Royal County of Berkshire POLO CLUB” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 25 u 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 642 621

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjonijiet bħala trade mark Komunitarja Nri 8 456 469, 5 482 484, 532 895 u 364 257

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/27


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2013 — H.P. Gauff Ingenieure vs UASI — Gauff (Gauff JBG Ingenieure)

(Kawża T-585/13)

2014/C 24/48

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG — JBG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Schneider-Rothhaar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gauff GmbH & Co. Engineering KG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 596/2013-1);

tibgħat lura l-kawża quddiem l-UASI bir-rakkomandazzjoni li jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Gauff JBG Ingenieure” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 11, 19, 36, 37, 39, 40, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 992 967

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Gauff GmbH & Co. Engineering KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża u Komunitarja “Gauff”, kif ukoll it-trade mark figurattiva Ġermaniża u Komunitarja “GAUFF” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37, 39, 40, 41, 42 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: talba għall-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti miċħuda u appell miċħud bħala inammissibbli

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament Nru 207/2009


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/27


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2013 — H.P. Gauff Ingenieure vs UASI — Gauff (Gauff THE ENGINEERS WITH THE BROADER VIEW)

(Kawża T-586/13)

2014/C 24/49

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG — JBG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Schneider-Rothhaar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gauff GmbH & Co. Engineering KG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 118/2013-1);

tibgħat lura l-kawża quddiem l-UASI bir-rakkomandazzjoni li jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Gauff THE ENGINEERS WITH THE BROADER VIEW” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 19, 36, 37, 39, 40, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 028 082

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Gauff GmbH & Co. Engineering KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża u Komunitarja “Gauff”, kif ukoll it-trade mark figurattiva Ġermaniża u Komunitarja “GAUFF” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37, 39, 40, 41, 42 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: talba għall-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti miċħuda u appell miċħud bħala inammissibbli

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament Nru 207/2009


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/28


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2013 — Schwerdt vs UASI– Iberamigo (cat&clean)

(Kawża T-587/13)

2014/C 24/50

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Miriam Schwerdt (Porta-Westfalica, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Kruse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Iberamigo, SA (Rubi, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni adottata fit-3 ta’ Settembru 2013 mill-Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ Nru R 1799/2012-4 u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva ta’ diversi kuluri li tirrappreżenta qattus bl-elementi verbali “cat&clean” għal prodotti li jaqgħu fil-klassi 31 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 612 301

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Iberamigo, SA

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali Spanjola “CLEAN CAT” irreġistrata għal prodotti fil-klassi 31

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja u tal-Artikoli 29 et seq tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/28


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2013 — Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI — A. Weber (JETROC)

(Kawża T-588/13)

2014/C 24/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: A. Weber SA (Rouhling, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ R 257/2013-2 u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “JETROC” għal prodotti fil-klassijiet 1, 17 u 19 — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 940 180 li tirreferi għall-Unjoni Ewropea

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: probabbiltà ta’ konfużjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/29


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2013 — Ratioparts-Ersatzteile vs UASI Norwood Industries (NORTHWOOD professional forest equipment)

(Kawża T-592/13)

2014/C 24/52

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ratioparts-Ersatzteile-Vertriebs GmbH (Euskirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Koch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norwood Industries (Kilworthy, il-Kanada)

Talbiet tar-rikorrenti

temenda d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tat-28 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 356/2013-2), b’mod li l-Oppożizzjoni B17963622 tiġi miċħuda fl-intier tagħha; u

tikkundanna lill-opponent għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tikkundanna lill-konvenuta fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti f’dawn il-proċedimenti

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “NORTHWOOD professional forest equipment” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 20, 25 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 412 776

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Norwood Industries

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “NORWOOD” għal prodotti fil-klassi 7

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/29


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2013 — Sanctuary Brands vs UASI — Richter International (TAILORBYRD)

(Kawża T-594/13)

2014/C 24/53

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sanctuary Brands LLC (New Canaan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Richter International Ltd (Scarborough, il-Kanada)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Awwissu 2013, fil-Każ R 1625/2012-1;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TAILORBYRD” għal prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 325 507

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva mhux irreġistrata li tinkludi l-element verbali “TAILORBYRD”, it-trade mark verbali mhux irreġistrata u l-isem kummerċjali “TAILORBYRD” u l-isem tal-kumpannija “Tailorbyrd, LLC”, użata fil-kummerċ fir-Renju Unit għal “ħwejjeġ, qomos”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/30


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2013 — Calida vs UASI — Quanzhou Green Garments (dadida)

(Kawża T-597/13)

2014/C 24/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Calida Holding AG (Sursee, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Kaase u H. Dirksmeier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Quanzhou Green Garments Co. Ltd (Quanzhou, iċ-Ċina)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Settembru 2013 mogħtija fil-Każ R 1190/2012-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: reġistrazzjoni internazzjonali tal-Unjoni Ewropea Nru 979 903 għat-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “dadida” għall-prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: raġunijiet relattivi ta’ invalidità skont l-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/30


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 — Sanctuary Brands vs UASI — Richter International (TAILORBYRD)

(Kawża T-598/13)

2014/C 24/55

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sanctuary Brands LLC (New Canaan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Richter International Ltd (Scarborough, il-Kanada)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tas-7 ta’ Awwissu 2013 fil-Każ R 1115/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “TAILORBYRD” għal prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 325 549

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: l-applikanti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva mhux irreġistrata li tinkludi l-element verbali “TAILORBYRD”, it-trade mark verbali u l-isem kummerċjali mhux irreġistrat “TAILORBYRD” u l-isem tal-kumpannija “Tailorbyrd, LLC”, użat fil-kummerċ fir-Renju Unit għal “ilbies, qomos”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/31


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2013 — Wilo vs UASI (Pioneering for You)

(Kawża T-601/13)

2014/C 24/56

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wilo SE (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Schneiders, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni adottata fil-11 ta’ Settembru 2013 mill-Bord tal-Appell tal-UASI fil-każ Nru R 555/2013-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Pioneering for You” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 11, 37 u 42 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 065 588

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/31


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2013 — Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-603/13)

2014/C 24/57

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Firma Léon Van Parys NV (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, B. Van Vooren u R. Verbeke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-ittra tal-Kummissjoni li biha hija titlob informazzjoni komplementari mingħand l-amministrazzjoni tad-dwana u tas-sisa Belġjana bis-saħħa tal-Artikolu 907 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, kif ukoll tal-ittra tal-Kummissjoni Ewropea, tas-16 ta’ Settembru 2013, li biha hija tinforma lil Firma Léon Van Parys b’din it-talba u bis-sospensjoni tat-terminu ta’ eżami skont l-Artikolu 907 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

tiddikjara li l-Artikolu 909 tar-Regolament 2454/93 kien kompletament ta’ benefiċċju għar-rikorrenti wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali T-324/10, tal-10 ta’ Marzu 2013, fil-Każ REM/REC 07/07;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikoli 907 u 909 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (1), kif ukoll tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE. Ir-rikorrenti ssostni li t-terminu għad-deċiżjoni ta’ disa’ xhur previst mill-artikoli ċċitati qabel kien skada u li, għaldaqstant, il-Kummissjoni ma kellhiex iktar kompetenza tagħti deċiżjoni fuq it-talba għal maħfra. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma għadx għandha kompetenza sa fejn hija aġixxiet bi ksur tal-tqegħid inkonformità sempliċi tad-deċiżjoni tagħha li ġiet annullata parzjalment mis-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni, T-324/10.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 907 tar-Regolament Nru 2454/93 u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari tal-Artikolu 41 tagħha dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għamlet użu illegali tal-possibbiltà mogħtija lilha li titlob informazzjoni u li ttawwal b’dan il-mod it-terminu ta’ disa’ xhur sabiex tevita jew almenu tipposponi applikazzjoni futura tal-Artikolu 909 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Il-fatt, għall-Kummissjoni, li tagħti lilha nnifisha (fir-rigward ta’ kwistjoni li fil-prinċipju hija suġġetta għal terminu ta’ disa’ xhur) id-dritt li tiftaħ fl-2013 eżami sħiħ ta’ talba għal maħfra mressqa fl-2007, li tirrigwarda importazzjonijiet imwettqa fl-1999, jikkostitwixxi barra minn hekk ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6 p. 3).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — Levi Strauss vs UASI — L&O Hunting Group (101)

(Kawża T-604/13)

2014/C 24/58

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Levi Strauss & Co. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: L&O Hunting Group GmbH (Isny im Allgäu, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Settembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1538/2012-2;

tikkundanna lill-konvenuta, u lill-intervenjenti fil-każ li tintervjeni, għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “101” għal prodotti fil-klassijiet 13, 25 u 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 446 634

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 26 708 tat-trade mark verbali “501” għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/32


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2013 — Alma — The Soul of Italian Wine vs UASI — Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE)

(Kawża T-605/13)

2014/C 24/59

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alma — The Soul of Italian Wine LLLP (Bal Harbor, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedès, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 18/2013-2;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE” — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 784 539

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjonijiet bħala trade mark Komunitarja Nri 462 523, 6 373 971 u r-reġistrazzjonijiet bħala trade mark Spanjola Nri 152 231, 715 524, 2 796 505

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda kollha kemm hi

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/33


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2013 — easyGroup IP Licensing vs UASI — TUI (easyAir-tours)

(Kawża T-608/13)

2014/C 24/60

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: easyGroup IP Licensing Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Day, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: TUI AG (Hannover, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Settembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1029/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “easyAir-tours” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36, 39 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 220 849

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet internazzjonali li jirreferu għall-Unjoni Ewropea, reġistrazzjoni Komunitarja u reġistrazzjoni nazzjonali ta’ trade mark figurattiva li tinkludi inter alia l-element verbali “airtours”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/33


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2013 — BlackRock vs UASI (SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY)

(Kawża T-609/13)

2014/C 24/61

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BlackRock, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u M. Blair, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 572/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 36 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 144 748

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/33


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2013 — Ecolab USA vs UASI (GREASECUTTER)

(Kawża T-610/13)

2014/C 24/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ecolab USA (St. Paul, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddeċiedi li d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1704/2012-2) hija mibdula sa fejn l-indikazzjoni għall-UE tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 103 198 GREASECUTTER hija miċħuda.

tiddeċiedi li l-konvenut għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GREASECUTTER” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W 1103198

Deċiżjoni tal-eżaminatur: protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/34


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2013 — Australian Gold vs UASI — Effect Management & Holding (HOT)

(Kawża T-611/13)

2014/C 24/63

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Australian Gold LLC (Indianapolis, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Effect Management & Holding GmbH (Vöcklabruck, l-Awstrija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 1881/2012-4;

tordna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk din tintervjeni, ibatu l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “HOT” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 16 u 25 — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea Nru 797 277

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-raġunijiet kienu dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(a), (b) u (c) u mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/34


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — AIC vs UASI — ACV Manufacturing (Heat exchangers)

(Kawża T-615/13)

2014/C 24/64

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AIC S.A. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ACV Manufacturing (Seneffe, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 291/2012-3;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura preżenti u dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: id-disinn għall-prodott deskritt bħala “heat exchangers” — Disinn Komunitarju rreġistrat bin-Nru 1 618 703-0001

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: allegazzjoni li d-disinn ma ssodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) u (2), flimkien mal-Artikoli 5 u 6 u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: id-disinn Komunitarju rreġistrat u kkontestat ġie ddikjarat bħala invalidu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 25(1)(b) flimkien mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/35


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — AIC vs UASI — ACV Manufacturing (Inserts ta’ skambjaturi tas-sħana)

(Kawża T-616/13)

2014/C 24/65

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AIC S.A. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ACV Manufacturing (Seneffe, il-Belġju)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 293/2012-3;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u ta’ dawk inkorsi quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn ta’ prodott deskritt bħala “inserts ta’ skambjaturi tas-sħana” — Reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju Nru 1 137 152-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ġie allegat li d-disinn ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) u (2), flimkien mal-Artikoli 5 u 6 u, b’mod partikolari, mal-Artikolu 8(1) u (2), tar-Regolament (KE) Nru 6/2002.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni tad-disinn Komunitarju kkontestat iddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 25(1)(b), flimkien mal-Artikolu 4(2), tar-Regolament (KE) Nru 6/2002.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/35


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — AIC vs UASI — ACV Manufacturing (Inserts ta’ skambjaturi tas-sħana)

(Kawża T-617/13)

2014/C 24/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AIC S.A. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ACV Manufacturing (Seneffe, il-Belġju)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 293/2012-3;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u ta’ dawk inkorsi quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn ta’ prodott deskritt bħala “inserts ta’ skambjaturi tas-sħana” — Reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju Nru 1 137 152-0002

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ġie allegat li d-disinn ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) u (2), flimkien mal-Artikoli 5 u 6 u, b’mod partikolari, mal-Artikolu 8(1) u (2), tar-Regolament (KE) Nru 6/2002.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni tad-disinn Komunitarju kkontestat iddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 25(1)(b), flimkien mal-Artikolu 4(2), tar-Regolament (KE) Nru 6/2002.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/36


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2013 minn Carla Faita mis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Settembru 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-92/11, Faita vs KESE

(Kawża T-619/13 P)

2014/C 24/67

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Carla Faita (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, M. Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Appellat: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi:

is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża F-92/11 (Faita vs KESE) hija annullata;

il-KESE huwa kkundannat iħallas lill-appellanti s-somma ta’ EUR 15 000 bħala dannu morali li rriżulta mill-ksur tad-dmir ta’ premura tal-Awtorità tal-Ħatra;

il-KESE huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi dwar l-iskop tal-proċedura prekontenzjuża u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, billi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma ssanzjonax il-fatt li ċ-ċaħda tal-ilment kienet tinkludi motivazzjoni identika, kelma b’kelma, għal dik li tinsab fiċ-ċaħda tat-talba li kontriha tressaq l-ilment, u dan minkejja l-fatt li l-ilment kient jinkludi argumenti differenti minn dawk li jinsabu fit-talba (b’riferiment għall-punti 44 u 65 sa 67 tas-sentenza appellata).

(2)

It-tieni aggravju bbażat, minn naħa, fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn l-appellanti ma kellhiex l-opportunità tiddibatti l-punt inkwistjoni matul il-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta dan tal-aħħar ikkonkluda li l-Awtorità tal-Ħatra bbażat ruħha fuq ħames motiv impliċitu fid-deċiżjoni tagħha li tiċħad it-talba tal-appellanti u, min-naħa l-oħra, fuq żball ta’ liġi, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq analiżi tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità tal-implementazzjoni tal-Artikolu 24 tal-imsemmija Regolamenti tal-Persunal (b’riferiment għall-punti 94 et seq tas-sentenza appellata).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/36


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2013 — Marchi Industriale vs ECHA

(Kawża T-620/13)

2014/C 24/68

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Marchi Industriale SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: M. Baldassarri u F. Donati, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla u għaldaqstant tiddikjara bħala invalida d-deċiżjoni Nru SME/2013/3747 adottata mill-Aġenzija ECHA, li jirriżultaw fit-tħassir ta’ kull effett tal-imsemmija deċiżjoni, inkluż l-annullament tal-fatturi maħruġa għall-irkupru tal-ħlasijiet maġġuri u għas-sanzjonijiet allegatament dovuti.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li kkunsidrat li r-rikorrenti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tiġi kkunsidrata bħala impriża ta’ daqs żgħir jew medju, fis-sens tar-Regolament Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 790/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU 396, p. 1), u b’hekk ċaħditha mill-benefiċċji hemm previsti u imponiet fuqha il-ħlas tat-taxxi u tat-tariffi.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegat nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, sa fejn, minkejja l-provi ċirkustanzjali u ddokumentati, ifformulati sabiex jiġu kkontestati l-kriterji tal-kalkolu użati bil-għan li jiġi aċċertat id-daqs tal-impriża, il-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-argumenti esposti.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegata kunsiderazjzoni żbaljata tal-informazzjoni dwar il-kumpannija Essemar SpA, li fiha għandha investiment Marchi Industriale

F’dan ir-rigward, hija ssostni li, għall-kuntrarju ta’ dak li ddikjarat il-konvenuta, Esseco Group srl. ma hijiex marbuta, lanqas indirettament, mar-rikorrenti u, fi kwalunkwe każ, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala “partner entreprise”. Għalkemm Esseco Group hija proprjetarja ta’ parti mill-kapital azzjonarju ta’ Essemar ekwivalenti għal 50.0005 %, il-parti rimanenti tal-kapital azzjonarju ta’ Essemar, ekwivalenti għal 49.9995 % hija proprjetà tar-rikorrenti. Madankollu, Esseco Group, minkejja li formalment għandha l-maġġoranza tal-kapital azzjonarju ta’ Essemar, ma għandhiex il-maġġornza tad-drittijiet tal-votazzjoni fl-imsemmija kumpannija. Għaldaqstant bejn Esseco Group u r-rikorrenti ma teżisti l-ebda relazzjoni speċjali fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, tas-6 ta’ Mejju 2013, dwar id-definizzjoni tal-mikro-impriżi, impriżi ta’ daqs żgħir u impriżi ta’ daqs medju (ĠU L 124, p. 36).


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/37


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 — Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-623/13)

2014/C 24/69

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Unión de Almacenistas de Hierros de España (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martín, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2013;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, u

addizzjonalment, il-Qorti Ġenerali hija mitluba, bħala miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, li tordna lill-Kummissjoni tipproduċi d-dokumenti li hija rrifjutat l-aċċess tagħhom, sabiex il-Qorti Ġenerali tkun tista’ twettaq l-eżami relatat magħhom u tivverifika l-eżattezza tal-argumenti li jinsabu fir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

F’dawn il-proċeduri r-rikorrenti titlob l-annullament taċ-ċaħda espliċita tat-talba għall-aċċess għal ċerti dokumenti. Iċ-ċaħda impliċita ta’ din l-istess talba tikkostitwixxi s-suġġett tal-Kawża T-419/13, Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk diġà invokati f’din il-kawża.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/37


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 — Serco Belgium et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-644/13)

2014/C 24/70

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Serco Belgium (Brussell, il-Belġju); SA Bull NV (Auderghem, il-Belġju); u Unisys Belgium (Brussell) (rappreżentanti: V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Ottubru 2013, ikkomunikata lir-rikorrenti b’ittra tal-31 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad l-offerta tal-konsorzju OPTIMUS DIGIT/R2/PO/2012/026 — ITIC-SM (IT service management for the integrated and consolidated IT desktop environment of the European Commission) (ĠU 2012/S 69-112095) u tagħti l-kuntratt lill-konsorzju GISID; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed.

It-talba tar-rikorrenti ġiet miċħuda minħabba l-punti baxxi ħafna mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ subkriterji tal-għoti relatati mal-persunal. Fil-qosor, il-Kummissjoni kkunsidrat li n-numru ta’ persunal propost mir-rikorrenti huwa baxx wisq u għalhekk mhux xieraq sabiex jiżgura l-kwalità ta’ servizz mitluba.

It-talba tar-rikorrenti ssostni li l-offerta tagħhom ġiet miċħuda abbażi ta’ kriterji ta’ għoti illegali. Is-subkriterji relatati mal-persunal ma humiex intiżi sabiex jidentifikaw l-offerta li hija ekonomikament l-iktar vantaġġuża peress illi:

kif il-Kummissjoni espressament tammetti, it-tweġibiet għal dawn il-kriterji pprovduti mill-offerenti ma jagħtux lok għal rekwiżiti (kuntrattawli). Ir-rikorrenti jsostnu li jmur kontra d-dritt tal-UE li l-offerenti jiġu evalwati abbażi ta’ dikjarazzjonijiet li ma humiex vinkolanti;

dawn is-subkriterji ma humiex relatati mal-kwalità tal-offerta (il-livell ta’ servizz li ser jiġi pprovdut) iżda pjuttost mal-abbiltà intrinsika tal-offerenti li jimpenja ruħu li jipprovdi numru suffiċjenti ta’ persunal sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ twettiq imposti mill-ftehim ta’ livell ta’ servizz (FLS). Dawn is-subkriterji huma għaldaqstant kriterji ta’ selezzjoni;

peress li ma ssemmiex l-aħjar numru ta’ persunal u ma ngħatat ebda indikazzjoni preċiża dwar kif il-Kummissjoni kienet tagħti valur għan-numru indikat ta’ persunal, u peress li l-element essenzjali tal-proġett ta’ integrazzjoni u konsolidazzjoni tal-Kummissjoni, kif kien ċar mill-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, huwa li jintlaħaq il-livell għoli ta’ kwalità kuntrattwalment impost bl-iktar mod effiċjenti, dawn is-subkriterji wasslu għal riżultat mhux prevedibbli;

fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kellha dubji dwar kif ir-rikorrenti jkunu jistgħu jwettqu id-dmirijiet tagħhom skont it-termini offerti (minħabba n-numri insuffiċjenti pperċeptiti ta’ persunal), imissha talbet kjarifiki qabel ma ċaħdet offerta li kienet EUR 47 miljun orħos mill-offerta rebbieħa.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/39


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2013 — CT vs L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

(Kawża F-36/13) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Rexissjoni - Preġudizzju għad-dinjità tal-kariga - Ksur tar-rabta ta’ fiduċja)

2014/C 24/71

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CT (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (rappreżentanti: H. Monet u B. Wägenbaur, aġent u avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ rexissjoni tal-kuntratt ta’ reklutaġġ tar-rikorrent abbażi tal-Artikolu 47(ċ)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

CT għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013, p. 58.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/39


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs REA

(Kawża F-88/13)

2014/C 24/72

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent dwar l-assimilazzjoni ta’ ommu mal-wild dipendenti skont l-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-PMO.1, innotifikata fit-28 ta’ Novembru 2012, li permezz tagħha t-talba tar-rikorrent tal-20 ta’ Lulju 2012 dwar l-assimilazzjoni ta’ ommu mal-wild dipendenti skont l-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2013, ġiet miċħuda;

jalloka lir-rikorrent kumpens ta’ EUR 1 000, bla ħsara għal kwalunkwe bdil u/jew żieda, intiż sabiex jikkumpensa d-dannu morali kkawżat lilu min-natura vessatorja u inġurjuża tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talba u tal-ilment prekontenjużi.

jikkundanna lill-aġenzija għall-ispejjeż.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/39


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-89/13)

2014/C 24/73

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Mansullo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tat-tnaqqis ta’ tliet somom ta’ EUR 504.67 mill-allowance tal-invalidità tar-rikorrent għax-xhur ta’ Jannar sa Marzu 2013 rispettivament.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikont tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xhur ta’ Jannar sa Marzu 2013, dwar it-tnaqqis ta’ EUR 504.67 mill-allowance tal-invalidità li kellu dritt għaliha r-rikorrent fix-xhur iċċitati;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni, irrispettivament mill-forma tagħha, li tiċħad l-ilment tat-13 ta’ April 2013 imressaq kontra d-deċiżjonijiet iċċitati;

tannulla d-deċiżjoni inkluża fl-ittra tat-22 ta’ April 2013, li tinkludi r-referenza “Ref. Ares(2013)790217 — 23.04.2013” fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-ewwel paġna;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somom segwenti: 1) EUR 504.67, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Frar 2013 u sal-jum meta s-somma effettivament titħallas; 2) EUR 504.67, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Marzu 2013 u sal-jum meta s-somma effettivament titħallas; 3) EUR 504.67, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ April 2013 sal-jum meta s-somma effettivament titħallas;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/40


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-90/13)

2014/C 24/74

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Mansullo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent bil-għan li jikseb kumpens għad-danni subiti minħabba allegat ksur tad-dritt tiegħu tal-kunfidenzjalità kkawżat mit-trażmissjoni, minn naħa tal-konvenuta, ta’ ittra, dwar is-sitwazzjoni tiegħu, lil avukat li ma kienx qed jirrapreżentah.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla ċ-ċaħda, tkun xi tkun il-forma, tat-talba tas-26 ta’ Ottubru 2012, trażmessa mir-rikorrent lill-Kummissjoni, li rċevietha b’mod regolari;

jannulla ċ-ċaħda, tkun xi tkun il-forma, tat-talba tal-4 ta’ Lulju 2012, trażmessa mir-rikorrent lill-Kummissjoni, li rċevietha b’mod regolari;

jannulla ċ-ċaħda, tkun xi tkun il-forma, tal-ilment tas-26 ta’ Settembru 2012, imressaq kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tad-9 ta’ Marzu 2012, trażmessa mir-rikorrent lill-Kummissjoni, li rċevietu b’mod regolari;

jannulla n-nota datata t-12 ta’ Novembru 2012, li tikkontjeni, fil-parti ta’ fuq fin-naħa tal-lemin tal-unika paġna tagħha, ir-referenza “HR.D.2/MB/ac/Ares (2012) 1332162”;

jannulla n-nota datata s-27 ta’ Settembru 2012, li tikkontjeni, fil-parti ta’ fuq fin-naħa tal-lemin tal-ewwel miż-żewġ paġni tagħha, ir-referenza “Ref Ares (2012) 1131229 — 27.09.2012”;

jannulla ċ-ċaħda, tkun xi tkun il-forma, tal-ilment tal-10 ta’ Marzu 2013;

jannulla ċ-ċaħda, tkun xi tkun il-forma, tal-ilment tat-2 ta’ Jannar 2013;

jekk ikun meħtieġ, tannulla n-nota tad-29 ta’ April 2013, li tikkontjeni fil-parti ta’ fuq fin-naħa tal-lemin tal-ewwel mit-tlett paġni tagħha r-referenza “Ref. Ares (2013) 977767 — 29.04.2013”;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000,00, flimkien ma’ interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, sa mit-28 ta’ Frar 2013 u sal-ħlas effettiv tal-imsemmija somma;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 25 000,00, flimkien ma’ interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, sa mill-5 ta’ Novembru 2012 u sal-ħlas effettiv tal-imsemmija somma;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/40


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-102/13)

2014/C 24/75

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li wieħed jipproċedi għall-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz fuq il-bażi tad-DĠI l-ġodda u relatata mat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII fir-rigward tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjoniet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali u għaldaqstant, mhux applikabbli;

jannulla d-deċiżjoni li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/41


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-107/13)

2014/C 24/76

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: É. Boigelot, R. Murru, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni dixxiplinari lir-rikorrent skont l-Artikolu 9(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ta’ talba għal kumpens għal danni morali allegatament subiti u talba ta’ rimbors tas-somom diġà mnaqqsa.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Marzu 2013 li timponi fuqu sanzjoni ta’ tnaqqis ta’ terz tal-pensjoni netta ta’ kull xahar għal tul ta’ sentejn;

tikkundanna lill-konvenuta sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent, tistabbilixxi s-somma globali ta’ EUR 10 000, bla ħsara għal żieda matul il-proċedura;

tikkundanna liIl-Kummissjoni għall-ispejjeż.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/41


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-108/13)

2014/C 24/77

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tar-rendikonti tar-remunerazzjoni tar-rikorrent ta’ Jannar, Frar u Marzu 2013 stabbiliti skont id-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2012, li permezz tagħha dan tal-aħħar irrifjuta li jadotta l-proposta tal-Kummissjoni dwar regolament li jadatta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni li minnu huma affettwati dawn ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla r-rendikonti tar-remunerazzjonijiet tar-rikorrent stabbiliti mill-15 ta’ Jannar 2013;

jikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent l-arretrati tar-remunerazzjoni li għalihom għandu d-dritt mill-1 ta’ Lulju 2012 miżjuda b’interessi moratorji kkalkolati, b’effett mid-data tal-iskadenza tal-arretrati dovuti, bir-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali tar-rifinanzjament miżjud b’żewġ punti;

jikkundanna lill-Kunsill li jħallas lir-rikorrent euro simboliku b’kumpens tad-dannu morali subit minħabba r-repetizzjoni tad-difetti tas-servizz imwettqa mill-Kunsill u l-Awtorità tal-Ħatra;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/41


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-110/13)

2014/C 24/78

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi lir-rikorrent mil-lista tal-kandidati awtorizzati jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ “Ċertifikazzjoni” fl-2013.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-19 ta’ April 2013, li teskludi lir-rikorrent mil-lista tal-kandidati awtorizzati jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ “Ċertifikazzjoni” fl-2013 (Avviż Amministrattiv Nru 13-2013);

sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2013, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tagħti lir-rikorrent id-danni għal ammont ta’ EUR 10 000;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.