ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.020.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 20

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
23ta' Jannar 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 020/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7116 – Sixth AP Fund/Nordstjernan/Salcomp) ( 1 )

1

2014/C 020/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

2

2014/C 020/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

2014/C 020/04

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 020/05

Rata tal-kambju tal-euro

5

2014/C 020/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

6

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Is-Segretarjat tal-EFTA

2014/C 020/07

Avviż – Pubblikazzjoni tal-ħsieb tal-Kontea ta' Oppland li tagħti tliet kuntratti għat-trasport pubbliku lokali bix-xarabank, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70

7


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 020/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi ta' kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

9


 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7116 – Sixth AP Fund/Nordstjernan/Salcomp)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 20/01)

Fil-15 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7116. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


23.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/2


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 20/02)

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

25.10.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.37400 (13/N)

Stat Membru

Il-Litwanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

2007–2013 m. regioninės pagalbos žemėlapio taikymo pratęsimas iki 2014 m. birželio 30 d.

Il-bażi legali

Lietuvos Respublikos Vyriausybės nutarimo „Dėl Lietuvos Respublikos regioninės pagalbos žemėlapio patvirtinimo“ projektas

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Oħrajn – In-notifika tirreferi għall-estensjoni tal-pjan direzzjonali reġjonali eżistenti. Il-forom kollha ta' għajnuna huma possibbli.

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

31.12.2013-30.6.2014

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ūkio ministerija

Gedimino pr. 38

LT-01104 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


23.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/3


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 20/03)

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

26.11.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.37202 (13/N)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Wales

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Finance Wales JEREMIE Fund

Il-bażi legali

 

Section 60 Government of Wales Act 2006

 

Section 1 Welsh Development Agency Act 1975

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rizikos kapitalas

Il-forma tal-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-estimi

Baġit globali: GBP 150 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Finance Wales

Oakleigh House

Park Place

Cardiff

CF10 3DQ

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


23.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/4


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 20/04)

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

12.12.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.37226 (13/N)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Wales

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Welsh Assembly Government Rescue and Restructuring Scheme for SMEs

Il-bażi legali

Sections 1(2), (3) & (7) of the Welsh Development Agency Act 1975 and Section 70 & 71 of the Government of Wales Act 2006

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Oħrajn

L-estimi

L-intensità

0 %

It-tul ta' żmien

9.1.2009-31.12.2017

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Finance Wales

Oakleigh House

Park Place

Cardiff

CF10 3DQ

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Jannar 2014

(2014/C 20/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3566

JPY

Yen Ġappuniż

141,57

DKK

Krona Daniża

7,4622

GBP

Lira Sterlina

0,81900

SEK

Krona Żvediża

8,7958

CHF

Frank Żvizzeru

1,2345

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3655

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,535

HUF

Forint Ungeriż

302,18

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1650

RON

Leu Rumen

4,5266

TRY

Lira Turka

3,0634

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5291

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4876

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5237

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6268

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7337

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 450,61

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,7038

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2107

HRK

Kuna Kroata

7,6385

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 472,27

MYR

Ringgit Malażjan

4,5199

PHP

Peso Filippin

61,460

RUB

Rouble Russu

45,9745

THB

Baht Tajlandiż

44,632

BRL

Real Brażiljan

3,2072

MXN

Peso Messikan

18,0441

INR

Rupi Indjan

83,9530


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


23.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2014/C 20/06)

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' EUR 2, maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprovdi għall-ħruġ ta' muniti tal-euro, għandhom il-permess joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni, sakemm jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li tintuża biss id-denominazzjoni ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Il-Lussemburgu

Is-Suġġett tal-kommemorazzjoni: il-175 anniversarju tal-indipendenza tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-munita turi fuq in-naħa tal-lemin tal-parti interna x-xbiha tal-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, iħares lejn il-lemin, u fuq in-naħa tax-xellug tal-parti interna, f'pożizzjoni vertikali, is-snin “1839” u “2014” u l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “LËTZEBUERG”. L-iskrizzjonijiet “ONOFHÄNGEGKEET” u “175 Joër” jidhru fil-parti t'isfel tal-parti interna tal-munita.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu: 1,4 miljun

Data tal-ħruġ: Jannar 2014


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Is-Segretarjat tal-EFTA

23.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/7


Avviż

Pubblikazzjoni tal-ħsieb tal-Kontea ta' Oppland li tagħti tliet kuntratti għat-trasport pubbliku lokali bix-xarabank, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70

(2014/C 20/07)

1.   L-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti

Oppland fylkeskommune

Opplandstrafikk

Kirkegata 76

Postboks 988

2626 Lillehammer

NORWAY

2.   It-tip ta' għotja mistennija

Għotja diretta ta' kuntratt skont l-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3.   Servizzi u żoni potenzjalment koperti mill-għotja

Trasport tal-passiġġieri bix-xarabank f'Torpa u l-viċinat (l-aktar fil-muniċipaltià tal-Land Nordre). It-trasport għandu total ta' 300 000 km fis-sena.

1.   L-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti

Oppland fylkeskommune

Opplandstrafikk

Kirkegata 76

Postboks 988

2626 Lillehammer

NORWAY

2.   It-tip ta' għotja mistennija

Għotja diretta ta' kuntratt skont l-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3.   Servizzi u żoni potenzjalment koperti mill-għotja

Trasport tal-passiġġieri bix-xarabank f'Snertingdal u Biri fil-muniċipalità ta' Gjøvik. It-trasport għandu total ta' 470 000 km fis-sena.

1.   L-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti

Oppland fylkeskommune

Opplandstrafikk

Kirkegata 76

Postboks 988

2626 Lillehammer

NORWAY

2.   It-tip ta' għotja mistennija

Għotja diretta ta' kuntratt skont l-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3.   Servizzi u żoni potenzjalment koperti mill-għotja

Trasport tal-passiġġieri bix-xarabank f'Etnedal u Begnadalen, l-aktar fil-muniċipalitajiet ta' Etnedal u Bagn. It-trasport għandu total ta' 417 000 km fis-sena.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

23.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/9


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi ta' kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

(2014/C 20/08)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ta' oppożizzjoni lill-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-deżinjazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“HAVARTI”

Nru tal-KE: DK-PGI-0005-0831-05.10.2010

PGI ( X ) PDO ( )

1.   Isem

“Havarti”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Id-Danimarka

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew l-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.3

Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni ta' prodott li għalih japplika l-isem f'(1)

Ġobon iebes immaturat magħmul minn ħalib ippasturizzat li joriġina mill-ifrat. Ħalib u prodotti tal-ħalib ta' oriġini ta' annimal differenti mhumiex awtorizzati.

Kontenut tal-ilma: jiddependi mix-xaħam fil-kontenut ta' materja niexfa; ara t-tabella ta' hawn taħt

Xaħam fil-materja niexfa

Kontenut massimu ta' ilma

30 % sa < 40 %

54 %

45 % sa < 55 %

50 %

55 % sa < 60 %

46 %

60 % jew iktar

42 %

Il-propjetajiet speċifiċi l-oħra huma:

Minn barra

Jistgħa jiġi prodott b'qoxra misjura bix-xaħam tiegħu stess jew mingħajru. Il-wiċċ jista' jkun miksi.

Minn ġewwa

 

Il-kulur: Bajdani (jew kulur l-ivorju) jagħti fl-isfar

 

Il-konsistenza: Artab, imma xorta jista' jinqata' u li huwa sod meta jingidem (al dente).

 

L-istruttura: Bosta toqob irregolari, daqs ir-ross (li ħafna minnhom huma bejn 1-2 mm wiesgħa u twal sa 10 mm) u mifruxin b'mod uniformi fil-ġobna. F'ġobnijiet li għandhom 60 % ta' xaħam f'kontenut ta' materja niexfa, ġeneralment it-toqob ikunu iżgħar.

 

Ir-riħa u t-togħma: Aċidużi, aromatiċi, mhux qawwija u b'ċertu rikkezza. Ir-riħa u t-togħma jsiru iktar qawwija maż-żmien. Il-ġobon “Havarti” 60+ għandu konsistenza ratba u kremuża u togħma kremuża.

Ingredjenti aromatizzanti

Jistgħu jiġu miżjuda ħwawar bħall-kurrat salvaġġ u x-xibt sakemm it-togħma karatteristika tagħhom tkun tista' tiġi identifikata fil-ġobon.

Il-forma

Tond jew rettangolari.

Iż-żmien ta' maturazzjoni

It-togħma u l-konsistenza karatteristiċi tal-“Havarti” jinkisbu b'riżultat tal-proċess ta' maturazzjoni segwenti:

 

Bil-qoxra: maturazzjoni bix-xaħam tagħha stess għal tnax-il ġimgħa b'temperatura ta' 14-18 °C, segwita minn proċess ta' maturazzjoni għal 13-il ġimgħa b'temperatura ta' 8-12 °C.

 

Bla qoxra: maturazzjoni għal 3 ġimgħat b'temperatura ta' 12-20 °C.

Il-“Havarti” jista' jintbagħat mill-impjant tal-produzzjoni għal iktar proċessar, inkluż għall-maturazzjoni, jew għall-ħażna f'impjant ieħor qabel ma jkun laħaq il-proċessi ta' żmien imsemmija fuq, imma ma jistax jintbagħat mill-impjanti qabel ma jkun laħaq iż-żmien minimu.

3.3.   Materjali primi (għal prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

3.5.   Proċessi speċifiċi fil-produzzjoni li għandha ssir fiż-żona ġeografika identifikata

Il-“Havarti” għandu jiġi prodott u mmaturat f'impjanti ta' maturazzjoni fid-Danimarka. Il-metodu tal-produzzjoni jikkonsisti b'mod partikolari mill-istadji segwenti: it-tqegħid tal-baqta fil-forom, it-tidwib tal-baqta u l-maturazzjoni tal-ġobon għall-ewwel ġimagħtejn jew tliet ġimgħat; dan huwa differenti mill-proċess tas-soltu fil-każ ta' prodotti simili. Deskrizzjoni iktar dettaljata ta' dawn it-tliet stadji tinstab isfel.

It-tqegħid tal-baqta fil-forom

Meta l-baqta tkun laħqet il-fermezza t-tajba, din titneħħa mix-xorrox. Huwa kruċjali li qabel ma titpoġġa fil-forom, il-baqta li tneħħiet ma jkollhiex ħotob. Din tiġi żgurata billi l-veloċità/l-intensità tas-separazzjoni tax-xorrox tiġi adattata b'mod preċiż għall-metodu u l-kapaċità tat-tqegħid tal-baqta fil-forom. Il-baqta trid tkun akkwistat konsistenza li tippermettilha tiflaħ għal dan it-trattament. Madankollu, ma għandhiex issir iebsa tant li twaqqaf jew toħloq ostakli għat-tidwib sussegwenti u li għalhekk iżżomm lill-ġobon milli jakkwista l-karatteristiċi tal-“Havarti” f'termini ta' togħma u konsistenza.

It-tidwib tal-baqta

Il-baqta li tqiegħdet fil-forom tiġi magħfusa kemm kemm, jew inkella ma tingħafas xejn, sabiex tiġi żgurata li tkun iffurmata u tinżamm l-istruttura deskritta f'(3.2) taħt “Minn ġewwa”. Għahekk, il-ġobon “jingħafas” l-iktar taħt il-piż tiegħu stess. Sabiex tiġi akkwistata l-istruttura mixtieqa u tiġi iffurmata blokka koerenti ta' ġobon, it-temperatura fil-bidu ta' dan l-istadju għandha tinżamm sal-ogħla temperatura ta' 41 °C. Huwa fil-bidu ta' dan l-istadju li jiġi determinat il-kontenut finali tal-ilma fil-ġobon, u dan huwa importanti ħafna f'termini tal-ksib tal-konsistenza u t-togħma mixtieqa.

Il-maturazzjoni tal-ġobon għall-ewwel ġimagħtejn jew tliet ġimgħat

Jekk il-ġobon għandu jiġi mmaturat fil-wiċċ jew għandu jkun bla qoxra, dan jiġi maħżun għal perjodu ta' żmien li fih it-temperatura taqa' għal 12-20 °C. Normalment, il-ġobon jiġi mmaturat f'temperaturi iktar baxxi minn dawk speċifikati hawn.

Il-kontroll tal-istadji speċifikati fuq u l-interazzjoni bejniethom huma essenzjali biex il-ġobon jakkwista l-karatteristiċi deskritti.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar l-ittikettar

Ix-xaħam fil-kontenut tal-materja niexfa huwa espress f'erba' proċessi, jiġifieri, 30+, 45+, 55+ u 60+. Il-“Havarti”, li għandu ta' mill-inqas 60 % ta' xaħam fil-materja niexfa jista' jissejjaħ flødehavarti (krema Havarti). 45 % ta' xaħam f'kontenut tal-materja niexfa jintuża bħala referenza għal indikazzjonijiet kumparattivi ta' nutrizzjoni fir-rigward tal-kontenut tax-xaħam.

Għandu jissemma jew għandu jkun indikat f'assoċjazzjoni miegħu kull ingredjent aromattizanti miżjud mal-ġobon sabiex dan jingħata karattru essenzjali.

4.   Tifsira konċiża taż-żona ġeografika

Id-Danimarka

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Id-Danimarka għandha tradizzjonijiet twal u kburin tal-ħidma tal-ħalib. Is-settur Daniż tal-ħalib għandu korp uniku ta' speċjalizzazzjoni u livell għoli ta' kompetenzi li d-dokumenti tiegħu jmorru lura sal-1921 u huwa maħsub li ilu jiġi żviluppat għal aktar minn 100 sena.

Id-Danimarka tat taħriġ fl-ipproċessar ulterjuri ta' ħalib lill-produtturi li jaħdmu fis-settur tal-ħalib, f'kulleġġi speċjalizzati, jiġifieri f'Ladelund Mejeriskole u f'Dalum Mejeriskole mit-tmiem is-seklu 19. Il-“Havarti” kien il-bażi ta' taħriġ fil-produzzjoni ta' ġobon ta' baqta ippumpjata.

Fid-Danimarka, it-taħriġ akkademiku fix-xjenza u fit-teknoloġija tal-ħalib ilu disponibbli mill-1921, li issa huwa wieħed mill-ftit pajjiżi fid-dinja li għadu joffri dan it-taħriġ.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-“Havarti” huwa magħruf bħala ġobon ta' baqta ippumpjata, u dan jirreferi għall-mod kif il-baqta titqiegħed fil-forom u mbagħad tiddewweb. Jintgħaraf mill-bosta toqob irregolari li għandhom daqs ta' rossa u li huma mifruxin b'mod uniformi fil-ġobna. Il-“Havarti” għandu togħma karatteristika aċiduża u mhix qawwija, li hija wkoll aromatika, b'kwalità diskreta mimlija. Huwa artab, imma xorta jista' jinqata' u huwa kkumplimentat minn konsistenza al dente. Dan il-ġobon ta' baqta ippumpjata ġie prodott l-ewwel darba fl-1921 fid-Danimarka meta G Morgenthaler mill-Isvizzera għallem lil tnejn min-nies li jaħdmu fis-settur tal-ħalib f'żewġ imħaleb, Ruds Vedby u Hallebygaard on Zealand, kif jipproduċu ġobon totalment ġdid ta' baqta ippumpjata. Dan kien suċċess kbir, u l-produzzjoni tal-ġobnijiet ġodda infirxet minn dawn iż-żewġ imħaleb għal iktar imħaleb madwar id-Danimarka.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP)

Il-protezzjoni tal-“Havarti” bħala indikazzjoni ġeografika hija bbażata fuq ir-reputazzjoni speċifika u l-metodu tal-produzzjoni tiegħu.

Reputazzjoni

Il-“Havarti” hija kelma antika ħafna li tmur lura għaż-żminijiet tal-Vikingi. Tnisslet mill-kelma avarti li tiddenota xatt tax-xmara mimlija ħajja u fjuri. L-isem “Havarti” iżomm rabta ma' Hanne Nielsen b'tifkira għax-xogħol tagħha fil-qasam tal-ipproċessar tal-ġobon fuq ir-razzett Havartigården f'Holte, viċin ta' Kopenħagen fit-tieni nofs tas-seklu 19. Mill-1866 sal-1890, l-ipproċessar tal-ġobon f'Havartigården sar famuż madwar id-Danimarka minħabba fiha, u saret fornitur lill-Qorti Irjali Daniża.

Kemm ġewwa 'l Komunità u 'l barra minnha, il-“Havarti” għanda reputazzjoni bħala speċjalità ta' oriġini Daniża. Skont stħarriġ reċenti tal-konsumaturi maħruġ minn Zapera, il-maġġoranza l-kbira tal-konsumaturi Daniżi huma familjari mal-“Havarti” u jassoċjawh mad-Danimarka. Peress li l-produzzjoni u l-konsum tiegħu huma kkonċentrati fid-Danimarka, il-“Havarti” huwa magħruf l-aktar fost il-konsumaturi fid-Danimarka. Kważi 90 % tad-Daniżi mistħarrġa huma familjari mal-“Havarti” u kważi 80 % minnhom jassoċjaw il-“Havarti” mad-Danimarka. Ftit iktar minn terz tal-konsumaturi mill-Istati Membri l-oħra huma familjari mal-“Havarti”.

Is-settur Daniż tal-ħalib ħa sehem f'wirjiet u f'kompetizzjonijiet mal-“Havarti” kemm fil-livell nazzjonali u kemm fil-livell internazzjonali, u rebaħ ħafna premji. Għal aktar minn 60 sena kien fattur regolari f'wirjiet fid-Danimarka, bħal fil-Wirja Nazzjonali tal-Ħalib (Landsmejeriudstillingen) u f'wirjiet tad-distretti; intwera wkoll f'avvenimenti tal-Wisconsin Cheese Makers Association, fejn rebaħ bosta premji. Ħafna xogħlijiet internazzjonali ta' referenza dwar il-ġobon jirreferu wkoll għall-oriġini Daniża tiegħu.

Il-“Havarti” żgura pożizzjoni importanti f'termini tal-produzzjoni ta' ġobon Daniż, bis-sehem tiegħu tela' minn 1-2 % fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija sa 16 % fis-sebgħinijiet, 50 sena wara. Bi 32 700 tunnellata, illum (fl-2008) il-“Havarti” huwa r-raġuni għal 10,2 % tal-produzzjoni totali tal-ġobon fid-Danimarka.

Metodu ta' produzzjoni

Istruzzjonijiet dwar kif isir il-“Havarti” jinstabu f'dokumenti li jmorru lura sal-1921 u kienu – u jibqgħu jkunu – parti normali tat-taħriġ ta' persuna li taħdem fis-settur tal-ħalib fid-Danimarka, u għalhekk, referenzi għall-proċess tal-produzzjoni tal-“Havarti” jistgħu jinsabu f'għadd kbir ta' manwali ta' taħriġ. B'mod partikolari hemm tliet stadji fil-proċess tal-produzzjoni li jiddeterminaw in-natura tal-ġobon. Huwa l-kontroll ta' dawn l-istadji u l-interazzjoni ta' bejniethom li huma importanti biex il-ġobon jakkwista l-karatteristiċi deskritti. L-għarfien li nġema' matul dawn is-snin kollha fl-imħaleb Daniżi ħoloq korp uniku ta' esperjenza. Għalhekk huwa importanti li l-produzzjoni tal-“Havarti” ssir fl-imħaleb Daniżi fejn produtturi, tekniki, teknoloġisti u inġiniera Daniżi marbutin mal-produzzjoni tal-ħalib, matul ħafna snin irċevew taħriġ u tagħlim intensivi fit-teknoloġiji użati speċifikament għal dan it-tip ta' ġobon. Din id-deskrizzjoni tal-ġobon ġiet inkluża fl-Ordni tal-Ministru tal-Agrikoltura tat-13 ta' Marzu 1952 u għadu jista' jinsab fl-Ordni Nru 2 tal-4 ta' Jannar 2013 dwar il-prodotti tal-ħalib, eċċ.

Referenza għall-pubblikazzjoni tas-speċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.foedevarestyrelsen.dk/SiteCollectionDocuments/25_PDF_word_filer%20til%20download/06kontor/Varespecifikation%20for%20Havarti_revideret_juli%202011_.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.