|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2014.017.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 017/09 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 017/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7117 – Archer Daniels Midland/ATR Landhandel/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
2014/C 017/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7159 – NEC/Mitsubishi/INFOSEC) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
|
(2) Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
FTEHIM INTERISTITUZZJONALI
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/1 |
FTEHIM
tas-6 ta’ Diċembru 2013
bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja
2014/C 17/01
|
1. |
|
u
|
2. |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) |
(minn hawn ’il quddiem il-“Partijiet”)
Billi:
|
(1) |
Il-Kunsill Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 1997 (minn hawn ’il quddiem “ir-Riżoluzzjoni”) qabel li jistabbilixxi mekkaniżmu għal rata tal-kambju (minn hawn ’il quddiem “l-ERM II”) meta beda t-tielet stadju ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-1 ta’ Jannar 1999. |
|
(2) |
Skont it-termini tar-Riżoluzzjoni, l-ERM II huwa mfassal biex jgħin jiżgura li l-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li qed jipparteċipaw fl-ERM II jidderieġu l-politika tagħhom lejn l-istabbiltà, jinkoraġġixxi l-konverġenza u b’hekk jgħin lill-Istati Membri barra ż-żona tal-euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro. |
|
(3) |
Il-Latvja, bħala Stat Membru b’deroga, ilha tipparteċipa fl-ERM II mill-2005. Latvijas Banka huwa parti għall-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (1), kif emendat bil-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2006 (2), bil-Ftehim tal-14 ta’ Diċembru 2007 (3), bil-Ftehim tat-8 ta’ Diċembru 2008 (4), bil-Ftehim tat-13 ta’ Diċembru 2010 (5) u bil-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 2013 (6) (minn hawn ’il quddiem imsejħin kollettivament “il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II”). |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (7) id-deroga favur il-Latvja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. L-euro ser tkun il-munita tal-Latvja mill-1 ta’ Jannar 2014 u Latvijas Banka m’għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minn dik id-data. |
|
(5) |
Huwa għalhekk meħtieġ illi jiġi emendat il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II biex tiġi kkunsidrata r-revoka tad-deroga favur il-Latvja, |
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emenda tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minħabba r-revoka tad-deroga tal-Latvja
Latvijas Banka m’għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 2
Sostituzzjoni ta’ Anness II tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II
L-Anness II tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim jemenda l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
2. Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u jkun debitament iffirmat mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Partijiet. Il-BĊE, li għandu jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata tal-Ftehim oriġinali lil kull bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro kif ukoll lil dawk barra ż-żona tal-euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Diċembru 2013.
Għal
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)
…
Għal
Česká národní banka
…
Għal
Danmarks Nationalbank
…
Għal
Hrvatska narodna banka
…
Għal
Latvijas Banka
…
Għal
Lietuvos bankas
…
Għal
Magyar Nemzeti Bank
…
Għal
Narodowy Bank Polski
…
Għal
Banca Națională a României
…
Għal
Sveriges Riksbank
…
Għall-
Bank of England
…
Għall-
Bank Ċentrali Ewropew
…
(1) ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.
(3) ĠU C 319, 29.12.2007, p. 7.
(4) ĠU C 16, 22.1.2009, p. 10.
(6) ĠU C 187, 29.6.2013, p. 1.
(7) ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24.
ANNESS
LIMITI MASSIMI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITÀ TA’ FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANEK ĊENTRALI DWAR L-ERM II
b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014
|
(miljuni f’EUR) |
|
|
Banek ċentrali partijiet għal dan il-Ftehim |
Limiti massimi (1) |
|
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
520 |
|
Česká národní banka |
760 |
|
Danmarks Nationalbank |
720 |
|
Hrvatska narodna banka |
440 |
|
Lietuvos bankas |
380 |
|
Magyar Nemzeti Bank |
690 |
|
Narodowy Bank Polski |
1 870 |
|
Banca Națională a României |
1 070 |
|
Sveriges riksbank |
970 |
|
Bank of England |
4 580 |
|
Bank Ċentrali Ewropew |
xejn |
|
Banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro |
Limiti massimi |
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
xejn |
|
Deutsche Bundesbank |
xejn |
|
Eesti Pank |
xejn |
|
Central Bank of Ireland |
xejn |
|
Bank of Greece |
xejn |
|
Banco de España |
xejn |
|
Banque de France |
xejn |
|
Banca d’Italia |
xejn |
|
Central Bank of Cyprus |
xejn |
|
Latvijas Banka |
xejn |
|
Banque centrale du Luxembourg |
xejn |
|
Bank Ċentrali ta’ Malta |
xejn |
|
De Nederlandsche Bank |
xejn |
|
Oesterreichische Nationalbank |
xejn |
|
Banco de Portugal |
xejn |
|
Banka Slovenije |
xejn |
|
Národná banka Slovenska |
xejn |
|
Suomen Pankki |
xejn |
(1) L-ammonti indikati huma biss indikattivi għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II.
|
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/5 |
FTEHIM
tal-31 ta’ Diċembru 2013
bejn Latvijas Banka u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-klejm ikkreditat lill-Latvijas Banka mill-Bank Ċentrali Ewropew taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
2014/C 17/02
LATVIJAS BANKA U L-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3(1) ta’ Deċiżjoni BĊE/2013/53 tal-31 ta’ Diċembru 2013 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżerva barranija u kontribuzzjonijiet mill-Latvijas Banka lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), l-ammont totali ekwivalenti f’euro ta’ assi ta’ riżerva barranija li Latvijas Banka huwa mitlub jittrasferixxi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 skont l-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) huwa ta’ EUR 205 272 581,13. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 il-BĊE huwa mitlub jikkredita lill-Latvijas Banka bi klejm iddenominata f'euro ekwivalenti għall-ammont totali f'euro tal-kontribuzzjoni ta’ Latvijas Banka ta’ assi ta’ riżerva barranija, suġġett għall-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni. Il-BĊE u Latvijas Banka jaqblu illi jistabbilixxu l-klejm ta’ Latvijas Banka għal EUR 163 479 892,24 sabiex jiżguraw illi l-proporzjon bejn l-ammont f’euro tal-klejm ta’ Latvijas Banka u l-ammont totali f’euro tal-klejms ikkreditati lill-banek ċentrali nazzjonali l-oħra ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi l-oħra”) ikun ugwali għall-proporzjon bejn il-ponderazzjoni ta’ Latvijas Banka fl-iskema tal-kapital tal-BĊE u l-ponderazzjoni totali tal-BĊNi l-oħra f’din l-iskema. |
|
(3) |
Id-differenza bejn l-ammonti msemmija fil-premessi 1 u 2 tirriżulta minn: (a) l-applikazzjoni lill-valur tal-assi ta' riżerva barranija diġà ittrasferiti mill-Latvijas Banka skont l-Artikolu 30.1 tal-Istatut tas-SEBĊ tar-“rati tal-kambju kurrenti” msemmija fl-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-SEBĊ; u (b) l-effett fuq il-klejms skont l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ miżmuma mill-BĊNi tal-aġġustamenti tal-iskema tal-kapital tal-BĊE fl-1 ta’ Jannar 2004, fl-1 ta’ Jannar 2009 u fl-1 ta’ Jannar 2014 skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-espansjonijiet tal-iskema tal-kapital tal-BĊE fl-1 ta’ Mejju 2004, fl-1 ta’ Jannar 2007 u fl-1 ta’ Lulju 2013 skont l-Artikolu 48.3 tal-Istatut tas-SEBĊ. |
|
(4) |
Minħabba d-differenza fuq imsemmija, il-BĊE u Latvijas Banka jaqblu illi l-klejm ta' Latvijas Banka tista' titnaqqas billi tiġi kkumpensata bl-ammont li Latvijas Banka huwa mitlub jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53, f'każ li l-klejm ta' Latvijas Banka hija akbar mill-ammont ta' EUR 163 479 892,24. |
|
(5) |
Il-BĊE u Latvijas Banka għandhom jaqblu dwar modalitajiet oħrajn sabex tiġi kkreditata l-klejm ta’ Latvijas Banka, billi jiġi kkunsidrat illi, skont iċ-ċaqlieq fil-kambju barrani, jista' jkun neċessarju illi tiżdied aktar milli titnaqqas il-klejm għall-ammont imsemmi fil-premessa 2. |
|
(6) |
Il-Kunsill Governattiv approva d-dħul tal-BĊE f’dan il-Ftehim, li jikkonċerna deċiżjoni li għandha tittieħed taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ, skont l-Artikolu 10.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-proċedura speċifikata fih. |
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Modalitajiet għall-ikkreditar tal-klejm ta’ Latvijas Banka
1. Jekk l-ammont tal-klejm li l-BĊE huwa mitlub jikkredita lil Latvijas Banka skont l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53 (minn hawn ’il quddiem il-“klejm”) huwa akbar minn EUR 163 479 892,24 fi kwalunkwe dati tas-saldu li fihom il-BĊE jirċievi assi ta’ riżerva barranija mingħand Latvijas Banka skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53, l-ammont tal-klejm għandu mbagħad jitnaqqas b'effett minn dik id-data għal EUR 163 479 892,24. Dan it-tnaqqis għandu jsir billi l-klejm tiġi paċuta bl-ammont li Latvijas Banka huwa mitlub jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvisti b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53. L-ammont paċutt għandu jiġi ttrattat bħala kontribuzzjoni bil-quddiem għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53, li għandha titqies li saret fid-data li fiha sseħħ it-tpaċija.
2. Jekk l-ammont mitlub bħala kontribuzzjoni minn Latvijas Banka għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53 huwa ta’ anqas mid-differenza bejn l-ammont tal-klejm ta' Latvijas Banka u EUR 163 479 892,24, l-ammont tal-klejm għandu mbagħad jitnaqqas għal EUR 163 479 892,24: (a) billi ssir tpaċija skont paragrafu 1 hawn fuq; u (b) billi l-BĊE jħallas lil Latvijas Banka ammont f’euro ekwivalenti għall-ammont tad-defiċit li jkun baqa’ wara dan il-kumpens. Kull ammont mitlub bħala ħlas mill-BĊE skont dan il-paragrafu għandu jkun dovut fl-1 ta’ Jannar 2014. Il-BĊE għandu, fiż-żmien propizju, jagħti struzzjonijiet għat-trasferiment ta’ dan l-ammont, u tal-imgħax nett li jkun akkumula fuqu, permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2). L-imgħax akkumulat għandu jinħadem ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolazzjoni actual over-360-day b’rata ekwivalenti għar-rata ta’ imgħax marġinali wżata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.
3. Jekk l-ammont tal-klejm ta’ Latvijas Banka huwa ta’ anqas minn EUR 163 479 892,24 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi assi ta’ riżervi barranin mingħand Latvijas Banka skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53, l-ammont tal-klejm imbagħad jiżdied f'dik id-data għal EUR 163 479 892,24 u Latvijas Banka għandu jħallas lill-BĊE ammont f’euro li huwa ekwivalenti għad-differenza. Kull ammont li huwa mitlub li jitħallas minn Latvijas Banka skont dan il-paragrafu għandu jkun dovut mill-1 ta’ Jannar 2014, u għandu jitħallas skont il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 5(4) u (5) ta’ Deċiżjoni BĊE/2010/53.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.
2. Dan il-Ftehim għandu jitħejja f’żewġ kopji oriġinali bl-Ingliż debitament iffirmati. Il-BĊE u Latvijas Banka għandhom iżommu kopja oriġinali ta’ dan kull wieħed.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Diċembru 2013.
Għal Latvijas Banka
Ilmars RIMŠĒVIČS
Gvernatur
Għall-Bank Ċentrali Ewropew
Mario DRAGHI
President
(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/7 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7079 – Bulgaria Airways Group/Swissport International/Swissport Bulgaria)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2014/C 17/03
Fid-19 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7079. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/7 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7089 – Ackermans & van Haaren/Aannemingsmaatschappij CFE)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2014/C 17/04
Fit-18 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7089. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/8 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2014/C 17/05
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
14.11.2013 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.36650 (13/N) |
|||||
|
Stat Membru |
Spanja |
|||||
|
Reġjun |
— |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Ayudas compensatorias por costes de emisiones indirectas de CO2 |
|||||
|
Il-bażi legali |
Proyecto de Real Decreto por el que se aprueba la creación de un mecanismo de compensación de costes indirectos de CO2 para empresas de determinados sectores y subsectores industriales a los que se considera expuestos a un riesgo significativo de «fuga de carbono» |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
|
L-għan |
Protezzjoni tal-Ambjent |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||
|
L-estimi |
Baġit globali: EUR 5 000 000 |
|||||
|
L-intensità |
85 % |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
1.1.2013-31.12.2015 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Minjieri u barrieri, manifattura |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/9 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)
2014/C 17/06
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
4.12.2013 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.35932 (13/N) |
|||||
|
Stat Membru |
L-Olanda |
|||||
|
Reġjun |
— |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Fonds teeltaangelegenheden |
|||||
|
Il-bażi legali |
Heffingsverordening PA fonds teeltaangelegenheden 2012 |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
|
L-għan |
Appoġġ Tekniku (AGRI), Riċerka u żvilupp |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Servizzi ssussidjati |
|||||
|
L-estimi |
|
|||||
|
L-intensità |
100 % |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
sat-30.6.2014 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/10 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2014/C 17/07
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
5.12.2013 |
|||||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.36866 (13/N) |
|||||||||
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||||
|
Reġjun |
— |
— |
||||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Incentivi fiscali all'investimento in start-up innovative |
|||||||||
|
Il-bażi legali |
|
|||||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||||||
|
L-għan |
Rizikos kapitalas, Innovazzjoni, MVĮ, Riċerka u żvilupp |
|||||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Tnaqqis fil-bażi tat-taxxa, Tnaqqis fir-rata tat-taxxa |
|||||||||
|
L-estimi |
|
|||||||||
|
L-intensità |
27 % |
|||||||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2015 |
|||||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna |
|||||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/11 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2014/C 17/08
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
12.12.2013 |
|||||||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.37745 (13/N) |
|||||||||||
|
Stat Membru |
Il-Finlandja |
|||||||||||
|
Reġjun |
— |
— |
||||||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Hyväksytyn valtiontukiohjelman N 88/08 ”Muutokset alueelliseen kuljetustukijärjestelmään” voimassaolon pidentäminen 30. kesäkuuta 2014 saakka Förlängning av den godkända statliga stödordningen N 88/08 (ändringar av regional transportstödordning) t.o.m. den 30 juni 2014 |
|||||||||||
|
Il-bażi legali |
Valtioneuvoston asetus alueellisesta kuljetustuesta Statsrådets förordning om regionalt transportstöd |
|||||||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||||||||
|
L-għan |
Żvilupp reġjonali, MVĮ, Užimtumas |
|||||||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||||||||
|
L-estimi |
— |
|||||||||||
|
L-intensità |
— |
|||||||||||
|
It-tul ta' żmien |
1.1.2014-30.6.2014 |
|||||||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Manifattura |
|||||||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||||||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/12 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-20 ta’ Jannar 2014
2014/C 17/09
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3566 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
141,05 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4623 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,82620 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,7830 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2337 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,3775 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,524 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
301,71 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1578 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5360 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,0379 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5388 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4838 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5225 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6405 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7310 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 443,23 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,6895 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,2111 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6320 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 406,48 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5004 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,214 |
|
RUB |
Rouble Russu |
45,7878 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
44,518 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,1637 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,9546 |
|
INR |
Rupi Indjan |
83,5380 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7117 – Archer Daniels Midland/ATR Landhandel/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2014/C 17/10
|
1. |
Fl-14 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha, ADM Hamburg Aktiengesellschaft, Hamburg (“ADM Hamburg”, il-Ġermanja), ġestita minn Archer Daniels Midland Company (“ADM”, l-Istati Uniti) u ATR Landhandel GmbH & Co. KG, Ratzeburg (“ATR”, il-Ġermanja) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt ta' RGL (Rostocker Getreide Lager) GmbH, Rostock (“RGL”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7117 – Archer Daniels Midland/ATR Landhandel/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
|
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7159 – NEC/Mitsubishi/INFOSEC)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2014/C 17/11
|
1. |
Fil-15 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi NEC Corporation (“NEC”, il-Ġappun) u Mitsubishi Corporation (“Mitsubishi”, il-Ġappun) jakkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' INFOSEC Corporation (il-Ġappun) permezz ta' xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7159 – NEC/Mitsubishi/INFOSEC, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5 (“Avviż dwar proċedura ssimplifikata”).