|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2014.009.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2014/C 009/01 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2014/C 009/02 |
||
|
2014/C 009/03 |
||
|
2014/C 009/04 |
||
|
2014/C 009/05 |
||
|
2014/C 009/06 |
||
|
2014/C 009/07 |
||
|
2014/C 009/08 |
||
|
2014/C 009/09 |
||
|
2014/C 009/10 |
||
|
2014/C 009/11 |
||
|
2014/C 009/12 |
||
|
2014/C 009/13 |
||
|
2014/C 009/14 |
||
|
2014/C 009/15 |
||
|
2014/C 009/16 |
||
|
2014/C 009/17 |
||
|
2014/C 009/18 |
||
|
2014/C 009/19 |
||
|
2014/C 009/20 |
||
|
2014/C 009/21 |
||
|
2014/C 009/22 |
||
|
2014/C 009/23 |
||
|
2014/C 009/24 |
||
|
2014/C 009/25 |
||
|
2014/C 009/26 |
||
|
2014/C 009/27 |
||
|
2014/C 009/28 |
||
|
2014/C 009/29 |
||
|
2014/C 009/30 |
||
|
2014/C 009/31 |
||
|
2014/C 009/32 |
||
|
2014/C 009/33 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2014/C 009/34 |
||
|
2014/C 009/35 |
||
|
2014/C 009/36 |
||
|
2014/C 009/37 |
||
|
2014/C 009/38 |
||
|
2014/C 009/39 |
Kawża T-248/13: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2013 — FK vs Il-Kummissjoni |
|
|
2014/C 009/40 |
||
|
2014/C 009/41 |
||
|
2014/C 009/42 |
Kawża T-562/13: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2013 — Isotis vs Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 009/43 |
Kawża T-584/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2013 — BASF AGRO et vs Il-Kummissjoni |
|
|
|
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku |
|
|
2014/C 009/44 |
||
|
2014/C 009/45 |
||
|
2014/C 009/46 |
||
|
2014/C 009/47 |
||
|
2014/C 009/48 |
||
|
2014/C 009/49 |
||
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/1 |
2014/C 9/01
L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessischer Verwaltungsgerichtshof — il-Ġermanja) — Bundesrepublik Deutschland vs Kaveh Puid
(Kawża C-4/11) (1)
(Ażil - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 4 - Regolament (KE) Nru 343/2003 - Artikolu 3(1) u (2) - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Artikoli 6 sa 12 - Kriterji għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli - Artikolu 13 - Klawżola residwa)
2014/C 9/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Hessischer Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bundesrepublik Deutschland
Konvenuta: Kaveh Puid
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hessischer Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109) — Obbligu, għal Stat Membru, li jassumi r-responsabbiltà tal-eżami ta’ applikazzjoni għall-ażil abbażi tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 fil-każ ta’ riskju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tal-applikant u/jew ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tal-livelli minimi imposti mid-Direttivi 2003/9/KE u 2005/85/KE min-naħa tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni skont il-kriterji stabbiliti mill-imsemmi regolament
Dispożittiv
|
(1) |
Meta l-Istati Membri ma jistgħux jinjoraw li n-nuqqasijiet sistematiċi fil-proċedura tal-ażil u fil-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza tal-applikanti għall-ażil fl-Istat Membru inizjalment indikat, skont il-kriterji tal-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz, bħala responsabbli, jikkostitwixxu motivi serji u kkonfermati li jagħtu lil wieħed x’jifhem li l-applikant għall-ażil ser ikun iffaċċjat bir-riskju reali li jkun suġġett għal trattamenti inumani jew degradanti fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, l-Istat Membru li jkun qed jiddetermina liema huwa l-Istat Membru responsabbli huwa obbligat li ma jittrasferixxix lill-applikant għall-ażil lejn l-Istat Membru inizjalment indikat bħala responsabbli u, bla ħsara għall-possibbiltà li jeżamina huwa stess l-applikazzjoni, li jkompli bl-eżami tal-kriterji tal-imsemmi Kapitolu sabiex jistabbilixxi jekk Stat Membru ieħor jistax jiġi indikat bħala responsabbli abbażi ta’ wieħed minn dawn il-kriterji jew, fin-nuqqas ta’ dan, abbażi tal-Artikolu 13 tar-Regolament. Min-naħa l-oħra, f’tali sitwazzjoni, l-impossibbiltà li applikant għall-ażil jiġi ttrasferit lejn l-Istat Membru inizjalment indikat bħala responsabbli ma timplikax, bħala tali, li l-Istat Membru li jkun qed jiddetermina liema huwa l-Istat Membru responsabbli huwa obbligat li jeżamina huwa nnifsu l-applikazzjoni għall-ażil abbażi tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 343/2003. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — proċedura mibdija minn K
(Kawża C-322/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li tirrifjuta t-tnaqqis tat-telf marbut mal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor mill-qligħ riżultanti mit-trasferiment ta’ valuri mobbli fl-Istat Membru tat-tassazzjoni)
2014/C 9/03
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
K
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 65 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li ma tippermettix lil persuna suġġetta għall-obbligu fiskali mingħajr limitu li tnaqqas it-telf marbut mal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor, mill-qligħ riżultanti mit-trasferiment ta’ valur mobbli fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni
Dispożittiv
L-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE ma jipprekludux leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lil persuna taxxabbli li tirrisjedi f’dak l-Istat Membru u li fih hija prinċipalment suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul, li tnaqqas it-telf li jirriżulta mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor mid-dħul mobbiljari taxxabbli fl-ewwel Stat Membru, anki meta dan kien ikun possibbli, taħt ċerti kundizzjonijiet, jekk il-proprjetà immobbli kienet tinsab fl-ewwel Stat Membru.
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 — Liga para a Protecção da Natureza (LPN), Ir-Repubblika tal-Finlanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-514/11 P u C-605/11 P) (1)
(Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika - Informazzjoni dwar l-ambjent - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 6(1) - Dokumenti dwar il-fażi prekontenzjuża ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Rifjut ta’ aċċess - Obbligu li jsir eżami konkret u individwali tad-dokumenti li hemm riferiment għalihom fit-talba għal aċċess - Interess pubbliku superjuri)
2014/C 9/04
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Liga para a Protecção da Natureza (LPN) (rappreżentanti: P. Vinagre u Silva u L. Rossi, avukati), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski, M. Pere u M. J. Leppo, aġenti),
Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: M. Linntam, aġent),
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u D. Recchia, agenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: V. Pasternak Jørgensen u C. Thorning, aġenti), Ir-Renju ta’ Svezja (rappreżentanti: A. Falk et C. Meyer-Seitz, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni Ewropea: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u A. Wiedmann, aġenti)
Suġġett
Appelli mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011, LPN vs Il Kummissjoni (T-29/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn LPN sa fejn jikkonċerna dokumenti u partijiet minn dokumenti li fir-rigward tagħhom l-aċċess ġie rrifjutat lil Liga para a Protecção da Natureza (LPN) fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E.3/MIB/psi D(2008) 8639, tal-24 ta’ Ottubru 2008.
Dispożittiv
|
(1) |
L-appelli huma miċħuda. |
|
(2) |
Il-Liga para a Protecção da Natureza u r-Repubblika tal-Finlandja huma kkundannati għall-ispejjeż b’mod ugwali. |
|
(3) |
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi) — UPC Nederland BV vs Gemeente Hilversum
(Kawża C-518/11) (1)
(Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttivi 97/66/KE, 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Provvisa ta’ pakkett bażiku ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni aċċessibbli bil-cable - Trasferiment minn komun tan-netwerk bil-cable tiegħu lil impriża privata - Klawżola kuntrattwali dwar it-tariffi - Kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali regolamentari - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)
2014/C 9/05
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UPC Nederland BV
Konvenuta: Gemeente Hilversum
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te Amsterdam — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323), tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), kif ukoll tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367) — Provvista ta’ għadd ta’ programmi ta’ radju u ta’ televiżjoni liberament aċċessibbli permezz tal-cable — Komun li ċeda l-impriża ta’ servizzi bil-cable tiegħu — Limitazzjoni tal-prezzijiet bl-imnut — Regoli ta’ kompetizzjoni — Applikazzjoni mill-qrati nazzjonali
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz li jikkonsisti fil-provvista ta’ pakkett bażiku ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni li huwa aċċessibbli bil-cable u l-kont għalih jinkludi l-ispejjeż ta’ trażmissjoni kif ukoll ir-remunerazzjoni tal-korpi tax-xandir televiżiv u d-drittijiet imħallsin lill-korpi ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur għax-xandir tal-kontenut tax-xogħlijiet jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” u, għaldaqstant, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae kemm ta’ din id-direttiva kif ukoll tad-tad-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar l-ipproċessar tad-dejta ta’ natura personali u l-protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet, tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta[…]l-Aċċess), tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) u tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) li jikkostitwixxu l-qafas leġiżlattiv ġdid applikabbli għas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, sakemm dan is-servizz jinkludi prinċipalment it-trażmissjoni ta’ kontenut televiżiv fuq in-netwerk ta’ teledistribuzzjoni bil-cable sat-terminal ta’ riċezzjoni tal-konsumatur finali. |
|
(2) |
Dawn id-direttivi għandhom jiġu interpretati fis-sens li, mill-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tagħhom, huma ma jippermettux li entità bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma għandhiex il-kwalità ta’ awtorità nazzjonali regolatorja, tintervjeni direttament fit-tariffi applikati għall-konsumatur finali għall-provvista ta’ pakkett bażiku ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni aċċessibbli bil-cable. |
|
(3) |
L-istess direttivi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali u fid-dawl tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, li entità li ma għandhiex il-kwalità ta’ awtorità nazzjonali regolatorja tinvoka, fil-konfront ta’ fornitur ta’ pakketti bażiċi ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni aċċessibbli bil-cable, klawżola li ħarġet minn kuntratt konkluż qabel l-adozzjoni tal-qafas leġiżlattiv ġdid u li tillimita l-libertà tariffarja ta’ dan il-fornitur. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Gul Ahmed Textile Mills Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-638/11 P) (1)
(Appell - Dumping - Importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 3(7) - Kunċett ta’ “fatturi l-oħra”)
2014/C 9/06
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent u G. Berrisch, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: Gul Ahmed Textile Mills Ltd (rappreżentant: L. Ruessmann, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Stobiecka-Kuik, aġent, assistit minn E. McGovern, Barrister)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2011, Gul Ahmed Textiles Mills vs Il-Kunsill (T-199/04) li tannulla, fir-rigward ta’ Gul Ahmed Textiles Mills, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, tat-2 ta’ Marzu 2004, li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 50, p. 26) — Ksur tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45) — Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu — Stabbiliment ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma suġġetti għal dumping u d-dannu kkawżat — Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni
Dispożittiv
|
(1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2011, Gul Ahmed Textile Mills vs Il-Kunsill (T-199/04), hija annullata. |
|
(2) |
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrchní soud v Praze — ir-Repubblika Ċeka) — proċedura dwar l-eżekuzzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja imposta fuq Marián Baláž
(Kawża C-60/12) (1)
(Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI - Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għall-penali finanzjarji - “Qorti li għandha kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali” - L-Unabhängiger Verwaltungssenat’ fid-dritt Awstrijak - Natura u estensjoni tal-istħarriġ mill-qorti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni)
2014/C 9/07
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Vrchní soud v Praze
Partijiet fil-kawża prinċipali
Marián Baláž
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Vrchní soud v Praze — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(a)(iii), tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI tal-Kunsill, tal-24 ta’ Frar 2005, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (ĠU L 76, p. 16) — Kunċett ta’ qorti li għandha kompetenza b’mod partikolari f’materji kriminali — “Unabhängiger Verwaltungssenat” fid-dritt Awstrijak — Kunċett ta’ “opportunità li jkollha l-każ deċiż” quddiem qorti skont l-Artikolu 1(a)(iii) tad-Deċiżjoni Qafas — Portata
Dispożittiv
|
(1) |
Il-kunċett ta’ “qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali”, imsemmi fl-Artikolu 1(a)(iii) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI, tal-24 ta’ Frar 2005, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni u għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt dan il-kunċett kull qorti li tapplika proċeduri li jissodisfaw il-karatteristiċi essenzjali ta’ proċeduri kriminali. L-Unabhängiger Verwaltungssenat in den Ländern (l-Awstrija) tissodisfa dawn il-kriterji u għandha, konsegwentement, titqies li hija taqa’ taħt l-imsemmi kunċett. |
|
(2) |
L-Artikolu 1(a)(iii) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna għandha titqies li hija kellha l-opportunità li tressaq il-kwistjoni quddiem qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, fi kwistjonijiet kriminali meta, qabel ma tressaq l-appell tagħha, din il-persuna kienet marbuta li tosserva proċedura amministrattiva prekontenzjuża. Tali qorti għandha tkun kompetenti b’mod sħiħ sabiex teżamina l-kawża fir-rigward kemm tal-evalwazzjoni fid-dritt kif ukoll taċ-ċirkustanzi fattwali. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Gemeinde Altrip, Gebrüder Hört GbR, Willi Schneider vs Land Rheinland-Pfalz
(Kawża C-72/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 85/337/KEE - Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Direttiva 2003/35/KE - Dritt għal azzjoni kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni - Applikazzjoni ratione temporis - Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni mibdija qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/35/KE - Deċiżjoni meħuda wara din id-data - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tar-rikors - Ksur ta’ dritt - Natura tad-difett proċedurali li jista’ jiġi invokat - Portata tal-istħarriġ)
2014/C 9/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gemeinde Altrip, Gebrüder Hört GbR, Willi Schneider
Konvenut: Land Rheinland-Pfalz
quddiem:Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht Leipzig — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466), kif ukoll tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE — Kostruzzjoni ta’ boqqigħat għaż-żamma tal-ilmijiet — Dritt ta’ azzjoni kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni — Applikazzjoni ratione temporis — Sitwazzjoni li fiha l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni nbdiet qabel id-data tal-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/35/KE u d-deċiżjoni ttieħdet wara din id-data
Dispożittiv
|
(1) |
Billi tipprovdi li din għandha tiġi trasposta sa mhux iktar tard mill-25 ta’ Ġunju 2005, id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE, li żiedet l-Artikolu 10a għad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima [evalwazzjoni] tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati għat-traspożizzjoni ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-proċeduri amministrattivi ta’ awtorizzazzjoni mibdija qabel il-25 ta’ Ġunju 2005, anki jekk dawn wasslu għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni wara din id-data. |
|
(2) |
L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-Istati Membri jillimitaw l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet ta’ traspożizzjoni ta’ dan l-artikolu għall-każ fejn il-legalità ta’ deċiżjoni hija kkontestata minħabba li l-evalwazzjoni ambjentali tħalliet barra, mingħajr ma jestendiha għall-każ fejn tali evalwazzjoni twettqet iżda hija irregolari. |
|
(3) |
L-Artikolu 10a(b) tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tirrikonoxxix il-ksur ta’ dritt fis-sens ta’ dan l-artikolu jekk jiġi stabbilit li huwa possibbli, skont iċ-ċirkustanzi tal-kawża, li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx differenti mingħajr id-difett proċedurali invokat mill-applikant. Għalhekk huwa biss jekk il-kundizzjoni li l-qorti jew il-korp adit bl-ebda mod ma jtaqqlu l-oneru tal-prova f’dan ir-rigward fuq l-applikant, u li jiddeċiedu skont il-każ fuq il-provi prodotti mill-iżviluppatur tal-proġett jew mill-awtoritajiet kontraenti, u b’mod iktar ġenerali mill-atti kollha tal-proċess sottomessi lilhom, waqt li b’mod partikolari jikkunsidraw il-grad ta’ serjetà tad-difett invokat u li jivverifikaw, b’mod partikolari, għal dan il-għan, jekk dan ċaħħadx lill-pubbliku kkonċernat minn garanzija prevista b’mod konformi mal-għanijiet tad-Direttiva 85/337, li tippermettilu aċċess għall-informazzjoni u jkun awtorizzat illi jipparteċipa fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubbilka tal-Polonja
(Kawża C-90/12) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport bl-ajru - Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi - Obbligu tal-Istati Membri li jagħmlu distribuzzjoni tad-drittijiet għat-traffiku fost it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea eliġibbli fuq il-bażi ta’ proċedura mhux diskriminatorja u trasparenti u li jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-imsemmija proċedura)
2014/C 9/09
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Simonsson u M. Owsiany-Hornung, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubbilka tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-29 ta’ April 2004, dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 193) — Obbligu tal-Istati Membri li jagħmlu distribuzzjoni tad-drittijiet għat-traffiku fost it-trasportaturi bl-ajru Komunitarji eliġibbli fuq il-bażi ta’ proċedura mhux diskriminatorja u trasparenti u li jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-imsemmija proċedura
Dispożittiv
|
(1) |
Billi ma adottatx il-miżuri xierqa neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawn l-artikoli. |
|
(2) |
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — SFIR — Società fondiaria industriale romagnola SpA, Italia Zuccheri SpA, Co.Pro.B. — Cooperativa Produttori Bieticoli Soc. coop. Agricola, Eridania Sadam SpA vs AGEA — Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura, Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali
(Kawżi magħquda C-187/12 sa C-189/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 320/2006 - Regolament (KE) Nru 968/2006 - Agrikoltura - Skema temporanja ta’ ristrutturazzjoni tal-industrija taz-zokkor - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Kunċetti ta’ “faċilitajiet ta’ produzzjoni” u ta’ “żarmar sħiħ”)
2014/C 9/10
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SFIR — Società fondiaria industriale romagnola SpA, Italia Zuccheri SpA, Co.Pro.B. — Cooperativa Produttori Bieticoli Soc. coop. Agricola, Eridania Sadam SpA
Konvenuti: AGEA — Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura, Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU 2008, L 335M, p. 29) kif ukoll tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006, tas-27 ta’ Ġunju 2006, li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 (ĠU 2008, L 322M, p. 183) — Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna sħiħa — Kunċetti ta’ “faċilitajiet ta’ produzzjoni” u ta’ “żarmar sħiħ” — Possibbiltà għall-fabbriki taz-zokkor, tal-isoglukożju u tal-ġulepp tal-inulina, li jingħataw l-għajnuna sħiħa fil-każ li jżommu faċilitajiet li ma humiex marbuta mal-produzzjoni ta’ tali prodotti, iżda li huma użati għal prodotti oħrajn
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, u l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006, tas-27 ta’ Ġunju 2007, li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 320/2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għall-finijiet ta’ dawn l-artikoli, il-kunċett ta’ “faċilitajiet ta’ produzzjoni” jinkludi s-silos li huma intiżi għall-ħażna ta’ zokkor tal-benefiċjarju tal-għajnuna, u dan indipendentement mill-fatt jekk jintużawx ukoll għal użu ieħor. La s-silos li jintużaw biss għall-ħażna ta’ zokkor, prodott skont il-kwota, li jkun inħażen minn prodotturi oħra jew li jkun inxtara mingħand dawn tal-aħħar u lanqas dawk li jintużaw biss għall-ippakkjar jew għall-imballaġġ taz-zokkor għall-finijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu ma jaqgħu taħt dan il-kunċett. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel tali evalwazzjoni, każ b’każ, fid-dawl tal-karatteristiċi tekniċi jew tal-użu reali li jsir mis-silos ikkonċernati |
|
(2) |
L-eżami tat-tielet u r-raba’ domandi fil-Kawża C-188/12 u tat-tieni u t-tielet domandi fil-Kawża C-189/12 ma kixef ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Nru 320/2006 u tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 968/2006. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X (C-199/12), Y (C-200/12), Z vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-201/12)
(Kawżi magħquda C-199/12 sa C-201/12) (1)
(Direttiva 2004/83/KE - Livelli stabbiliti minimi dwar il-kundizzjonijiet ta’ għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 10(1)(d) - Sħubija fi grupp soċjali partikolari - Orjentazzjoni sesswali - Raġuni għall-persekuzzjoni - Artikolu 9(1) - Kunċett ta’ “atti ta’ ta’ persekuzzjoni” - Biża’ fondata li jiġi ppersegwitat minħabba s-sħubija fi grupp soċjali partikolari - Atti suffiċjentement serji sabiex ikunu ta’ bażi għal tali biża’ - Leġiżlazzjoni li tikkriminalizza atti omosesswali - Artikolu 4 - Evalwazzjoni individwali tal-fatti u taċ-ċirkustanzi)
2014/C 9/11
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, Z
Konvenuta: X (C-199/12), Y (C-200/12), Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-201/12)
Fil-preżenza ta’: Hoog Commissariaat van de Verenigde Naties voor de Vluchtelingen (C-199/12 sa C-201/12)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1)(a) u (2)(ċ) u tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96) — Għoti tal-istatus ta’ refuġjat — Kundizzjonijiet — Raġunijiet għall-persekuzzjoni — Omosesswalità — Kunċett ta’ grupp soċjali partikolari — Leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini li tipprovdi piena ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 10 snin fil-każ ta’ relazzjonijiet omosesswali
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta’ leġiżlazzjoni kriminali bħal dawk inkwistjoni f’kull waħda mill-kawżi prinċipali, li hija intiża speċifikament għall-persuni omosesswali, tippermetti li tikkonstata li dawn il-persuni għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jiffurmaw grupp soċjali partikolari. |
|
(2) |
L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2004/83, moqri flimkien mal-Artikolu 9(2)(ċ) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi kriminalizzazzjoni ta’ atti omosesswali ma tikkostitwixxix, bħala tali, att ta’ persekuzzjoni. Għall-kuntrarju, piena ta’ priġunerija li tissanzjona atti omosesswali u li hija effettivament applikata fil-pajjiż ta’ oriġini li jkun adotta tali leġiżlazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala sanzjoni sproporzjonata jew diskriminatorja, u għaldaqstant tikkostitwixxi att ta’ persekuzzjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva 2004/83, moqri flimkien mal-Artikolu 2(ċ) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li huma biss l-atti omosesswali kriminali taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Meta jevalwaw applikazzjoni għall-istatus ta’ refuġjat, l-awtoritajiet ma jistgħux raġonevolment jistennew li, sabiex jevita r-riskju ta’ persekuzzjoni, l-applikant għal ażil jaħbi l-omosesswalità tiegħu fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew irażżan l-espressjoni tal-orjentazzjoni sesswali tiegħu. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State van België — il-Belġju) — Belgacom NV vs Interkommunale voor Teledistributie van het Gewest Antwerpen (Integan), Inter-Media, West-Vlaamse Energie- en Teledistributiemaatschappij (WVEM), Provinicale Brabantse Energiemaatschappij CVBA (PBE)
(Kawża C-221/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni - Obbligu ta’ trasparenza - Kamp ta’ applikazzjoni - Ftehim milħuq bejn entitajiet pubbliċi ta’ Stat Membru u impriża tal-imsemmi Stat Membru - Trasferiment, minn dawn l-entitajiet, tal-attività tagħhom ta’ provvista tas-servizzi tat-televiżjoni kif ukoll, għal żmien determinat, tad-dritt esklużiv ta’ użu tan-netwerks tal-cable tagħhom lil entità tal-imsemmi Stat Membru - Possibbiltà għal operatur ekonomiku tal-istess Stat Membru li jinvoka l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat Membru - Assenza ta’ sejħa għal offerti - Ġustifikazzjoni - Eżistenza ta’ ftehim preċedenti - Tranżazzjoni intiża li ttemm kawża dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-ftehim - Riskju ta’ żvalutar tal-attività ttrasferita)
2014/C 9/12
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Belgacom NV
Konvenuti: Interkommunale voor Teledistributie van het Gewest Antwerpen (INTEGAN), Inter-Media, West-Vlaamse Energie- en Teledistributiemaatschappij (WVEM), Provinicale Brabantse Energiemaatschappij CVBA (PBE)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State van België — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 56 TFUE — Kamp ta’ applikazzjoni — Prinċipju ta’ trasparenza — Ftehim milħuq bejn entità pubblika u impriża ta’ Stat Membru, dwar it-trasferiment ta’ ċerti drittijiet ta’ din l-entità pubblika lill-impriża kkonċernata, mingħajr reklamar jew stedina lil impriżi oħra sabiex jissottomettu offerti
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li operatur ekonomiku ta’ Stat Membru jista’ jinvoka quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat Membru il-ksur tal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minn dawn l-artikoli li allegatament ġie imwettaq fl-okkażjoni tal-konklużjoni ta’ ftehim li permezz tiegħu waħda jew diversi entitajiet pubbliċi tal-imsemmi Stat Membru taw lil operatur ekonomiku tal-istess Stat Membru konċessjoni ta’ servizzi li għandha interess transkonfinali ċert, jew taw lil operatur ekonomiku d-dritt esklużiv li jeżerċita attività ekonomika li għandha tali interess. |
|
(2) |
L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjizi l-Baxxi) — C. Demir vs Staatssecretaris van Justitie
(Kawża C-225/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni - Klawżoli ta’ “standstill” - Kunċett ta’ “legalment residenti”)
2014/C 9/13
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: C. Demir
Konvenut: Staatssecretaris van Justitie
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Il-Pajjiżi l-Baxxi — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-KEE u t-Turkija — Projbizzjoni għall-Istati Membri milli jintroduċu restrizzjonijiet ġodda għall-aċċess fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema Torok li jinsabu fit-territorju tagħhom f’sitwazzjoni regolari fir-rigward tar-residenza u tal-impjieg — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi kundizzjoni fuq il-mertu u/jew ta’ proċedura fil-qasam tal-ewwel dħul fit-territorju nazzjonali taċ-ċittadini Torok — Rekwiżit ta’ pussess ta’ permess ta’ residenza provviżorja qabel id-dħul fil-Pajjiżi l-Baxxi u li jintalab permess ta’ residenza — Punt 85 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-317/01 (Abatay et) u C-369/01 (Sahin) (Ġabra 2003, p. I-12301)
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni imwaqqaf permezz tal-Ftehim li stabbilixxa Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru 1963 f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, min-naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u l-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat 23 ta’ Diċembru 1963, għandu jiġi interpretat fis-sens li meta miżura tal-Istat Membru ospitanti tkun intiża sabiex tiddefinixxi l-kriterji ta’ legalità tas-sitwazzjoni taċ-ċittadini Torok, billi tadotta jew temenda l-kundizzjonijiet fuq il-mertu u/jew ta’ proċedura fir-rigward tad-dħul, tar-residenza u, jekk ikun il-każ, tax-xogħol ta’ dawn iċ-ċittadini fit-territorju tiegħu u meta dawn il-kundizzjonijiet ikunu jikkostitwixxu restrizzjoni ġdida għall-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-ħaddiema Torok, fis-sens tal-klawżola ta’ “standstill” imsemmija f’dan l-Artikolu, is-sempliċi fatt li l-miżura jkollha l-għan li tipprevjeni, qabel ma tiġi ppreżentata applikazzjoni għal permess ta’ residenza, id-dħul u r-residenza illegali, ma jippermettix li tiġi eskluża l-applikazzjoni ta’ din il-klawżola. |
|
(2) |
L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-pussess ta’ awtorizzazzjoni ta’ residenza provviżorja li hija valida biss sakemm tittieħed deċiżjoni finali fuq id-dritt ta’ residenza tiegħu ma jfissirx li huwa “legalment residenti”. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Inalta Curte de Casație și Justiție — ir-Rumanija) — Corina-Hrisi Tulică vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor (C-249/12), Călin Ion Plavoșin vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Timiș — Serviciul Soluționare Contestații, Activitatea de Inspecție Fiscală — Serviciul de Inspecție Fiscală Timiș (C-250/12)
(Kawżi magħquda C-249/12 u C-250/12) (1)
(Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 73 u 78 - Tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli mwettqa minn persuni fiżiċi - Klassifikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet bħala tranżazzjonijiet taxxabbli - Kalkolu tal-VAT dovut meta l-partijiet ma ftiehmu xejn f’dak li jirrigwarda dan fil-konklużjoni tal-kuntratt - Eżistenza jew assenza ta’ possibbiltà għall-fornitur li jirkupra l-VAT mix-xerrej - Konsegwenzi)
2014/C 9/14
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Inalta Curte de Casație și Justiție
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Corina-Hrisi Tulică (C-249/12), Călin Ion Plavoșin (C-250/12)
Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor (C-249/12), Direcția Generală a Finanțelor Publice Timiș — Serviciul Soluționare Contestații, Activitatea de Inspecție Fiscală — Serviciul de Inspecție Fiscală Timiș (C-250/12)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Inalta Curte de Casație și Justiție — Interpretazzjoni tal-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Valur taxxabbli — Tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli mwettqa mill-persuni fiżiċi, mhux suġġetti għall-VAT — Kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-imsemmija tranżazzjonijiet, mill-awtoritajiet nazzjonali, bħala tranżazzjonijiet taxxabbli — Determinazzjoni tal-valur taxxabbli, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni dwar il-VAT meta ġie konkluż il-kuntratt — Tnaqqis tal-ammont tal-VAT mill-prezz tal-kuntratt jew żieda ta’ dan l-ammont mal-prezz globali mħallas mix-xerrej
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, b’mod partikolari l-Artikoli 73 u 78 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-prezz ta’ beni jkun ġie stabbilit mill-partijiet mingħajr ebda referenza għat-taxxa fuq il-valur miżjud u li l-fornitur tal-imsemmi beni huwa l-persuna taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq it-tranżazzjoni taxxabbli, il-prezz miftiehem għandu jkun ikkunsidrat, fil-każ fejn il-fornitur ma għandux il-possibbiltà li jirkupra mix-xerrej it-taxxa mitluba mill-amministrazzjoni fiskali, li jinkludi diġà t-taxxa fuq il-valur miżjud.
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana — l-Italja) — Giuseppa Romeo vs Regione Siciliana
(Kawża C-313/12) (1)
(Proċedura amministrattiva nazzjonali - Sitwazzjoni purament interna - Atti amministrattivi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Possibbiltà li jiġi rrimedjat in-nuqqas ta’ motivazzjoni matul proċedura ġudizzjarja mibdija kontra att amministrattiv - Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikoli 296 TFUE u 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2014/C 9/15
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Giuseppa Romeo
Konvenuta: Regione Siciliana
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte dei Conti (Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà, għall-amministrazzjoni pubblika, li ma timmotivax l-atti tagħha f’ċerti ċirkustanzi jew li tirrimedja n-nuqqas ta’ motivazzjoni ta’ att amministrattiv matul proċedura ġudizzjarja mibdija kontra l-imsemmi att — Dritt nazzjonali li jirreferi għad-dritt tal-Unjoni sabiex jiġu rregolati sitwazzjonijiet purament interni — Possibbiltà, għall-qorti nazzjonali, li tinterpreta u tapplika d-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tad-dritt nazzjonali b’mod differenti mill-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja
Dispożittiv
|
(1) |
L-ewwel domanda magħmula mill-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Siciliana (l-Italja), permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2012, hija inammissibbli. |
|
(2) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi t-tieni u t-tielet domanda magħmula mill-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Siciliana, permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2012. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 — Environmental Manufacturing LLP vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Société Elmar Wolf
(Kawża C-383/12 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks figurattivi internazzjonali u nazzjonali li fihom l-elementi verbali “WOLF Jardin” u “Outils WOLF” - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Preġudizzju għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) - Bidla fl-aġir ekonomiku tal-konsumatur medju - Oneru tal-prova)
2014/C 9/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Environmental Manufacturing LLP (rappreżentanti: M. Atkins, solicitor, K. Shadbolt, avukat, S. Malynicz, barrister)
Partjiiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent) Société Elmar Wolf
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012 — Environmental Manufacturing vs UASI — Wolf (T-570/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta r-ras ta’ lupu, għal prodotti fil-klassi 7, kontra d-deċiżjoni R 425/2010-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-6 ta’ Ottubru 2010, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks figurattivi internazzjonali u nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali “WOLF Jardin” u “Outils WOLF”, għall-prodotti fil-klassijiet 1, 5, 7, 8, 12, 13 u 31 — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Preġudizzju għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti
Dispożittiv
|
(1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-22 ta’ Mejju 2012, Environmental Manufacturing vs UASI — Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu) (T-570/10), hija annullata. |
|
(2) |
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche — l-Italja) — Comune di Ancona vs Regione Marche
(Kawża C-388/12) (1)
(Fondi strutturali - Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) - Kontribuzzjoni finanzjarja ta’ fond strutturali - Kriterji ta’ eliġibbiltà tal-infiq - Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Artikolu 30(4) - Prinċipju ta’ perennità tal-operazzjoni - Kunċett ta’ “modifika sostanzjali” ta’ operazzjoni - Għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni mingħajr pubblikazzjoni u sejħa għal offerti preċedenti)
2014/C 9/17
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Comune di Ancona
Konvenuta: Regione Marche
Suġġett
Talba għal domanda preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche — Interpretazzjoni tal-Artikolu 30(4)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31) — Kanċellament u rkupru tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja — Kunċett ta’ “modifika sostanzjali” — Relazzjoni bejn, minn naħa, il-kundizzjoni tal-modifika ta’ din l-allokazzjoni jew tal-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-kundizzjoni tal-modifika tal-kundizzjoni tal-assenza ta’ vantaġġ indebitu lil impriża jew lil awtorità pubblika — Modifika tan-natura funzjonali — Kundizzjoni tal-konformità tal-operazzjonijiet li jkunu qegħdin jiġu ffinanzjati mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward ta’ kuntratti pubbliċi — Bidla parzjali dwar id-destinazzjoni tax-xogħol iffinanzjat u l-konċessjoni tal-amministrazzjoni tiegħu lil operatur privat barra minn proċedura tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikolu 30(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tat-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-modifiki msemmija f’din id-dispożizzjoni jinkludu kemm dawk li jokkorru fit-twettiq tax-xogħol kif ukoll dawk li jokkorru wara, b’mod partikolari waqt il-ġestjoni ta’ dan tal-aħħar, dment li tali modifiki jsiru matul it-terminu ta’ ħames snin previst fl-imsemmija dispożizzjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 30(4) tar-Regolament Nru 1260/1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi evalwat jekk l-għoti ta’ konċessjoni tiġġenerax dħul sostanzjali għall-konċedent jew vantaġġi indebiti għall-konċessjonarju, ma hemmx lok li l-ewwel jiġi vverifikat jekk ix-xogħol konċess kienx suġġett għal modifika sostanzjali. |
|
(3) |
L-Artikolu 30(4) tar-Regolament Nru 1260/1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tindirizza kemm l-ipoteżi ta’ modifika fiżika, meta x-xogħol imwettaq ma jkunx konformi ma’ dak li kien previst fil-proġett ammess għall-finanzjament, kif ukoll l-ipoteżi ta’ modifika funzjonali, b’konsapevolezza tal-fatt li f’każ ta’ modifika li tikkonsisti fl-użu ta’ xogħol għal attivitajiet minbarra dawk li kienu previsti inizjalment fil-proġett ammess għall-finanzjament, tali modifika għandha tkun tista’ tnaqqas b’mod sinjifikattiv il-kapaċità tal-operazzjoni inkwistjoni li tilħaq l-għan li ġie assenjat lilha. |
|
(4) |
F’ċirkustanzi bħal dawk tal-vertenza fil-kawża prinċipali, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix l-għoti mingħajr sejħa għal offerti ta’ konċessjoni ta’ servizz pubbliku relatat ma’ xogħol, sakemm dan l-għoti jkun isegwi l-prinċipju ta’ trasparenza li l-osservanza tiegħu, mingħajr ma timplika neċessarjament l-obbligu li ssir sejħa għal offerti, għandha tippermetti impriża li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru minbarra dak li tkun tinsab fih l-awtorità konċedenti li jkollha aċċess għall-informazzjoni adegwata relatata ma’ din il-konċessjoni qabel ma din tingħata b’tali mod li, jekk din l-impriża xtaqet li tagħmel dan, hija kienet tkun f’pożizzjoni li timmanifesta l-interess tagħha sabiex tikseb l-imsemmija konċessjoni, li huwa fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Jan Sneller vs Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV
(Kawża C-442/12) (1)
(Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali - Direttiva 87/344/KEE - Artikolu 4(1) - Għażla libera tal-avukat mill-persuna assigurata - Klawżola prevista fil-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt li tiggarantixxi assistenza legali fi proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi minn wieħed mill-impjegati tal-assiguratur - Spejjeż relatati mal-assistenza legali minn rappreżentant legali estern rimborsati biss fil-każ ta’ neċessità, evalwata mill-assiguratur, li t-trattament tal-kawża jiġi fdat lil rappreżentant legali estern)
2014/C 9/18
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jan Sneller
Konvenuta: DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187).- Libertà ta’ għażla tal-avukat mill-persuna assigurata
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li assiguratur għall-protezzjoni ġuridika, li jipprovdi fil-kuntratti ta’ assigurazzjoni tiegħu li l-assistenza legali hija fil-prinċipju pprovduta mill-persunal tiegħu, jipprovdi wkoll li l-ispejjeż tal-assistenza legali ta’ avukat jew ta’ rappreżentant magħżul liberament mill-persuna assigurata jistgħu jiġu koperti biss jekk l-assiguratur iqis li t-trattament tal-kawża għandu jiġi ddelegat lil rappreżentant legali estern. |
|
(2) |
In-natura obbligatorja jew le tal-assistenza legali skont id-dritt nazzjonali fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi inkwistjoni ma għandhiex effett fuq ir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle — il-Belġju) — Institut professionnel des agents immobiliers (IPI) vs Geoffrey Englebert, Immo 9 SPRL, Grégory Francotte
(Kawża C-473/12) (1)
(Ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikoli 10 u 11 - Obbligu ta’ informazzjoni - Artikolu 13(1)(d) u (g) - Eċċezzjonijiet - Portata tal-eċċezzjonijiet - Investigaturi privati li jaġixxu għall-organu li jissorvelja professjoni rregolata - Direttiva 2002/58/KE - Artikolu 15(1))
2014/C 9/19
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Institut professionnel des agents immobiliers (IPI)
Konvenuti: Geoffrey Englebert, Immo 9 SPRL, Grégory Francotte
Fil-preżenza ta’: Union professionnelle nationale des détectives privés de Belgique (UPNDP), Association professionnelle des inspecteurs et experts d’assurances ASBL (APIEA), Conseil des ministres
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour constitutionnelle (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 11(1) u 13(1)(d) u (g) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) kif ukoll tal-Artikolu 6(3) TUE — Armonizzazzjoni sħiħa? — Possibbiltà għal Stat Membru li jipprevedi limitazzjoni jew eċċezzjoni għall-obbligu ta’ informazzjoni immedjata tas-suġġett tad-data — Portata tal-eċċezzjoni għal dan l-obbligu — Inklużjoni tal-attivitajiet professjonali tal-investigaturi privati — Fil-każ ta’ risposta negattiva, kompatibbiltà tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE mal-Artikolu 6(3) TUE, iktar preċiżament mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà u mhux l-obbligu li jittrasponu fid-dritt nazzjonali tagħhom waħda jew iktar mill-eċċezzjonijiet previsti minn dan l-artikolu għall-obbligu li s-suġġetti tad-data jiġu informati dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom.
L-attività ta’ investigatur privat li jaġixxi għal organu professjonali sabiex jinvestiga ksur tal-kodiċi tal-etika ta’ professjoni rregolata, f’dan il-każ dik ta’ aġent ta’ proprjetà immobbli, taqa’ taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 13(1)(d) tad-Direttiva 95/46.
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Feldkirch — l-Awstrija) — Armin Maletic, Marianne Maletic vs lastminute.com GmbH, TUI Österreich GmbH
(Kawża C-478/12) (1)
(Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 16(1) - Kuntratt ta’ vjaġġ konkluż bejn konsumatur iddomiċiljat fi Stat Membru u aġenzija tal-ivvjaġġar stabbilita fi Stat Membru ieħor - Fornitur tas-servizzi użat mill-aġenzija tal-ivvjaġġar stabbilita fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-konsumatur - Dritt tal-konsumatur li jressaq, quddiem il-qorti tal-post fejn għandu d-domiċilju tiegħu, azzjoni kontra dawn iż-żewġ impriżi)
2014/C 9/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Feldkirch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Armin Maletic, Marianne Maletic
Konvenuti: lastminute.com GmbH, TUI Österreich GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgericht Feldkirch — Interpretazzjoni tal-Aritkolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kuntratti tal-konsumatur — Kuntratt ta’ vjaġġ bi prezz kollox kompriż konkluż bejn konsumatur u impriża — Sitwazzjoni fejn l-impriża tkun iddomiċiljata fi Stat Membru differenti mill-konsumatur u tinqeda, għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt imsemmi, b’impriża ddomiċiljata fl-Istat Membru tal-konsumatur — Possibbiltà ta’ dritt tal-konsumatur li jressaq, quddiem il-qorti tal-post fejn għandu d-domiċilju tiegħu, azzjoni kontra dawn iż-żewġ impriżi
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “parti l-oħra fil-kuntratt” previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ukoll għall-parti kontraenti tal-operatur li magħha l-konsumatur kien ikkonkluda dan il-kuntratt u li għandha s-sede tagħha fit-territorju tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur.
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht — il-Ġermanja) — Tevfik Isbir vs DB Services GmbH
(Kawża C-522/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Kollokament ta’ ħaddiema - Direttiva 96/71/KE - Rata ta’ paga minima - Somom f’daqqa u kontribuzzjoni min-naħa tal-persuna li timpjega u pjan ta’ tfaddil multiannwali favur l-impjegati tiegħu)
2014/C 9/21
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tevfik Isbir
Konvenuta: DB Services GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesarbeitsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431) — Kalkolu tar-rata minima ta’ ħlas — Inklużjoni eventwali tal-kontribuzzjoni tal-persuna li timpjega fi pjan ta’ tfaddil multiannwali favur l-impjegati tagħha — Sitwazzjoni li fiha l-impjegati ma jistgħux jaċċedu għal dawn l-assi matul diversi snin
Dispożittiv
It-tieni inċiż tal-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-integrazzjoni fil-paga minima ta’ elementi ta’ remunerazzjoni li ma jibdlux ir-relazzjoni bejn ix-xogħol tal-ħaddiem, minn naħa, u l-korrispettiv li dan tal-aħħar jirċievi għal dan ix-xogħol, min-naħa l-oħra. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-elementi ta’ remunerazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-547/12 P) (1)
(Appell - FAEGG - Taqsima “Garanzija” - Clearance tal-kontijiet tal-Awtoritajiet tal-Ħlas ta’ ċerti Stati Membri fir-rigward tal-ispejjeż iffinanzjati mill-Fondi - Ammonti rekuperabbli mingħand ir-Repubblika Ellenika wara nuqqas ta’ rkupru fit-termini previsti - Żnaturament tal-provi)
2014/C 9/22
Lingwa tal-proċedura: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u S. Papaïoannou, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-158/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 810 finali, tat-13 ta’ Frar 2009, dwar il-konsegwenzi finanzjarji applikabbli, fil-kuntest tal-clearance tal-kontijiet tal-ispejjeż iffinanzjati mit-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), f’ċerti każijiet ta’ irregolaritajiet imwettqa minn operaturi
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Wam Industriale SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-560/12 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Stabbiliment ta’ impriża f’ċerti Stati terzi - Self b’rata mnaqqsa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjoni meħuda wara li l-Qorti Ġenerali annulat id-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali)
2014/C 9/23
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Wam Industriale SpA (rappreżentanti: E. Giliani u R. Bertoni, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012, Wam Industriale vs Il-Kummissjoni (T-303/10) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/134/UE, tal-24 ta’ Marzu 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Italja favur WAM SpA (ĠU 2011, L 57, p. 29) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Terminu raġonevoli
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
Wam Industriale SpA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-587/12 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Stabbiliment ta’ impriża f’ċerti Stati terzi - Self b’rati mnaqqsa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru taghha - Deċiżjoni adottata wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li tikkonċerna l-istess proċedura - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali)
2014/C 9/24
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012, L-Italja vs Il-Kummissjoni (T-257/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/134/UE, tal-24 ta’ Marzu 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Italja favur Wam SpA (ĠU 2011, L 57, p. 29) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ kontradittorju — Awtorità ta’ res judicata — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Regolament de minimis
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-23/13) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikoli 3 u 4)
2014/C 9/25
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas et S. Menez, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artkoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26) — Nuqqas ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma urban mormi fi 8 agglomerazzjonijiet
Dispożittiv
|
(1) |
Billi ma żguratx:
ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 4(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija ikkundannata għall-ispejjeż. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-7 ta’ Ottubru 2013 — Lourdes Cachaldora Fernandez vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)
(Kawża C-527/13)
2014/C 9/26
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Lourdes Cachaldora Fernandez
Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)
Domandi preliminari
|
(1) |
Regola interna bħas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali, Numru 1, Regola 3(b) tal-Liġi Ġenerali dwar is-sigurtà soċjali Spanjola li tikkonċerna fil-parti l-kbira tagħha kategorija femminili u li tgħid li l-kopertura tal-interruzzjonijiet tal-kontribuzzjoni fil-perijodu ta’ referenza ta’ pensjoni ta’ invalidità permanenti kontributtiva u posterjuri għal xogħol part-time hija kkalkulata skont bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa mill-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time ta’ dan l-impjieg li jippreċedi l-interruzzjoni tal-kontribuzzjoni filwaqt li kieku dan kien xogħol full-time ma kienx ikun hemm tnaqqis, hija kuntrarja għall-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE (1), tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali? |
|
(2) |
Regola interna bħas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali, Numru 1, Regola 3(b) tal-Liġi Ġenerali dwar is-sigurtà soċjali Spanjola li tikkonċerna fil-parti l-kbira tagħha kategorija femminili u li tgħid li l-kopertura tal-interruzzjonijiet tal-kontribuzzjoni inklużi fil-perijodu ta’ referenza ta’ pensjoni ta’ invalidità permanenti kontributtiva u posterjuri għal xogħol part-time hija kkalkulata skont bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa mill-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time ta’ dan l-impjieg li jippreċedi l-interruzzjoni ta’ kontribuzzjoni filwaqt li kieku dan kien xogħol full-time ma kienx ikun hemm tnaqqis, hija kuntrarja għall-Klawżola 5(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE (2), tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267.
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fl-14 ta’ Ottubru 2013 — Birutė Šiba vs Arūnas Devėnas
(Kawża C-537/13)
2014/C 9/27
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Birutė Šiba
Konvenuta: Arūnas Devėnas
Domandi preliminari
|
(1) |
Persuna fiżika, li, bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ servizzi legali bi ħlas konkluż ma’ avukat, irċeviet servizzi legali f’kawżi li jistgħu jikkonċernaw l-interessi personali tagħha (divorzju, qsim tal-beni bejn ex miżżewġin, eċċ.), għandha tiġi kklassifikata bħala konsumatur fis-sens tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi? |
|
(2) |
Avukat, membru ta’ professjoni liberali (“[liberal] profession” bl-Ingliż), li jikkonkludi ma’ persuna fiżika kuntratt ta’ servizzi legali bi ħlas, li permezz tiegħu huwa jintrabat li jipprovdi servizzi legali sabiex jippermetti lil din il-persuna fiżika tissodisfa bżonnijiet li ma humiex konnessi mal-attività professjonali tagħha, għandu jiġi kklassifikat bħala “bejjiegħ jew fornitur” fis-sens tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi? |
|
(3) |
Kuntratti ta’ servizzi legali bi ħlas konklużi minn avukat, li jeżerċita l-attività professjonali tiegħu inkwantu membru ta’ professjoni liberali, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1)? |
|
(4) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, għandu jiġi deċiż jekk il-kriterji ġenerali humiex applikabbli għall-klassifikazzjoni ta’ dawn il-kuntratti bħala kuntratti mal-konsumaturi jew jekk il-klassifikazzjoni tagħhom bħala tali ssegwix kriterji speċifiċi. Jekk għandhom jintużaw kriterji speċifiċi għall-klassifikazzjoni ta’ dawn il-kuntratti bħala kuntratti mal-konsumaturi, liema għandhom ikunu dawn il-kriterji? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fl-14 ta’ Ottubru 2013 — eVigilo Ltd vs Priešgaisrinės apsaugos ir gelbėjimo departamentas prie Vidaus reikalų ministerijos
(Kawża C-538/13)
2014/C 9/28
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (Qorti Suprema) (Il-Litwanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: eVigilo Ltd
Konvenuta: Priešgaisrinės apsaugos ir gelbėjimo departamentas prie Vidaus reikalų ministerijos
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, jiġifieri t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2007/66/KE (1), li jipprevedi l-prinċipji ta’ effikaċja u ta’ ħeffa fir-rigward tal-protezzjoni tal-offerenti mill-ksur tad-drittijiet tagħhom, kif ukoll l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE (2) li jipprevedi l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza, kif ukoll l-Artikoli 44(1) u 53(1)(a) ta’ din id-direttiva, li jipprevedu l-kriterji għall-għoti tal-kuntratt lill-offerent li jkun ippreżenta l-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament, flimkien jew separatament (iżda mingħajr limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li:
|
|
(2) |
L-Artikolu 53(1)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE, li japplika skont il-prinċipji ta’ għoti tal-kuntratti previsti fl-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, għandu jinftiehem u jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kontraenti ma tistax tipprevedi proċedura ta’ evalwazzjoni tal-offerti tal-offerenti (u tapplikahom) skont liema r-riżultati tal-evalwazzjoni tal-offerenti jiddependu fuq kemm l-offerenti wrew b’mod eżawrjenti li l-offerti tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti, jiġifieri, li iktar ma offerent jiddeskrivi b’mod eżawrjenti (estensiv) il-konformità tal-offerta tiegħu mal-ispeċifikazzjonjiet tal-kuntratt, iktar l-offerta tiegħu tingħata punti? |
(1) Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU L 335, p. 31).
(2) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Ottubru 2013 — Merck Canada Inc., Merck Sharp & Dohme Ltd vs Sigma Pharmaceuticals PLC
(Kawża C-539/13)
2014/C 9/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Merck Canada Inc., Merck Sharp & Dohme Ltd
Konvenuta: Sigma Pharmaceuticals PLC
Domandi preliminari
|
(1) |
Jista’ d-detentur, jew il-benefiċjarju tiegħu, ta’ privattiva jew ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari jibbaża ruħu fuq id-drittijiet tiegħu taħt l-ewwel paragrafu tal-Mekkaniżmu Speċifiku biss jekk ikun l-ewwel wera l-intenzjoni tiegħu li jagħmel hekk? |
|
(2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija iva:
|
|
(3) |
Min għandu jinnotifika minn qabel lid-detentur jew lill-benefiċjarju ta’ privattiva jew ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari taħt it-tieni paragrafu tal-Mekkaniżmu Speċifiku? B’mod partikolari:
|
|
(4) |
Lil min għandha tingħata n-notifika taħt it-tieni paragrafu tal-Mekkaniżmu Speċifiku? B’mod partikolari:
|
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ottubru 2013 — Douane Advies Bureau Rietveld vs Hauptzollamt Hannover
(Kawża C-541/13)
2014/C 9/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Douane Advies Bureau Rietveld
Konvenut: Hauptzollamt Hannover
Domanda preliminari (1)
Il-kunċett ta’ “reaġent” kif użat fil-frażi “reaġenti dijanjostiċi jew tal-laboratorju” fl-intestatura 3822 tan-Nomenklatura Magħquda għandu jinftiehem fis-sens li jikkonċerna biss sustanza li permezz tat-tibdil kimiku tagħha minħabba reazzjoni kimika għal jew mas-sustanza eżaminata, tintuża sabiex tindika stat jew karatteristika ta’ din l-aħħar sustanza?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendata bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012, tad-9 ta’ Ottubru 2012 (ĠU L 304, p. 1).
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-28 ta’ Ottubru 2013 — Z. Zh., parti oħra: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie & Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, parti oħra: I. O.
(Kawża C-554/13)
2014/C 9/31
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Z. Zh.
Parti oħra: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
&
Rikorrent: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Parti oħra: I. O.
Domandi preliminari
|
(1) |
Ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru jikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku fis-sens tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98; iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar ir-ritorn”) sempliċement minħabba l-fatt li jkun issuspettat li wettaq reat kriminali taħt id-dritt nazzjonali, jew huwa neċessarju li jkun instab ħati f’qorti kriminali li wettaq tali reat u, f’dan l-aħħar każ, tali kundanna għandha tkun saret irrevokabbli? |
|
(2) |
Fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru jikkostitwixxix riskju għall-ordni pubbliku fis-sens tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva dwar ir-ritorn, minbarra suspett jew kundanna, fatti jew ċirkustanzi oħra tal-każ għandhom rwol, bħall-gravità u n-natura tar-reat kriminali taħt id-dritt nazzjonali, iż-żmien li ddekorra jew l-intenzjoni tal-persuna kkonċernata? |
|
(3) |
Il-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-kawża li huma rilevanti għall-evalwazzjoni msemmija fit-tieni domanda għandhom ukoll rwol fir-rigward tal-possibbiltà pprovduta fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva dwar ir-ritorn, fil-każ fejn il-persuna kkonċernata tikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku fis-sens tal-imsemmi artikolu, tal-għażla bejn, minn naħa, li ma jingħatax il-perijodu ta’ tluq volontarju u, min-naħa l-oħra, li jingħata perijodu ta’ tluq volontarju ta’ inqas minn sebat ijiem? |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Bruxelles (il-Belġju) fil-31 ta’ Ottubru 2013 — Centre public d’action sociale d’Ottignies-Louvain-La-Neuve vs Moussa Abdida
(Kawża C-562/13)
2014/C 9/32
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Centre public d’action sociale d’Ottignies-Louvain-La-Neuve
Konvenuta: Moussa Abdida
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-Direttivi 2004/83/KE (1), 2005/85/KE (2) u 2003/9/KE (3) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jobbligaw lill-Istat Membru li jipprovdi li l-barrani li “jbati minn marda tali li tikkawża riskju reali għal ħajtu jew l-integrità fiżika jew riskju reali ta’ trattament inuman jew degradanti meta ma jeżisti ebda trattament adegwat fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu”, għandu dritt għall-protezzjoni sussidjarja fis-sens tal-Artikolu 15(b) tad-Direttiva 2004/83/KE,
|
|
(2) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u, b’mod partikolari, l-Artikoli 1 sa 3 tagħha (dinjità tal-bniedem, dritt għall-ħajja u għall-integrità), l-Artikolu 4 tagħha (projbizzjoni minn trattament inuman jew degradanti), l-Artikolu 19(2) tagħha (dritt li bniedem ma jiġix imkeċċi lejn Stat fejn jeżisti riskju serju ta’ trattament inuman jew degradanti), l-Artikoli 20 u 21 tagħha (ugwaljanza u nondiskriminazzjoni, fir-rigward ta’ kategoriji oħra ta’ persuni li jitolbu għal protezzjoni sussidjarja) u/jew l-Artikolu 47 tagħha (dritt għal rimedju effettiv), jobbligaw lill-Istat Membru li jittrasponi d-Direttivi 2004/83/KE, 2005/85/KE u 2003/9/KE jipprovdi r-rimedju b’effetti ta’ sospensjoni u t-teħid ta’ responsabbiltà għall-bżonnijiet elementari msemmija fid-domanda fil-punt 1 iktar ’il fuq? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).
(2) Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, p. 168).
(3) Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003, li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 101).
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/21 |
Appell ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2013 minn Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-489/12, Planet vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-564/13 P)
2014/C 9/33
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-489/12; |
|
— |
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fil-mertu; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li d-digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-489/12 jinkludi evalwazzjonijiet legali li jiksru regoli tad-dritt tal-Unjoni; l-appellanti tikkontesta dawn l-evalwazzjonijiet legali permezz ta’ dan l-appell.
Skont l-appellanti, id-digriet appellat għandu jiġi annullat peress li l-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat id-dritt tal-Unjoni f’dak li jikkonċerna l-interess ġuridiku meħtieġ, fid-dritt tal-Unjoni, sabiex tinbeda azzjoni għal dikjarazzjoni li tippermetti li tiġi rrikonoxxuta r-responsabbiltà kuntrattwali, kif ukoll dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-imsemmi interess ġuridiku huwiex eżistenti u attwali.
Il-Qorti Ġenerali
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2013 — Preparados Alimenticios vs UASI– Rila Feinkost-Importe (Jambo Afrika)
(Kawża T-377/10) (1)
(Trade mark komunitarja - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Jambo Afrika - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti JUMBO, JUMBO CUBE, JUMBO MARINADE, JUMBO NOKKOS, JUMBO ROF, JUMBO CHORBA MOUTON-MUTTON, JUMBO Aroma All purpose seasoning Condiment - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti JUMBO - Trade mark verbali preċedenti mhux irreġistrata JUMBO - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 9/34
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Preparados Alimenticios, SA (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: D. Pellisé Urquiza, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rila Feinkost-Importe GmbH & Co. KG (Stemwede-Levern, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Weeg, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1144/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Preparados Alimenticios, SA u Rila Feinkost-Importe GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Preparados Alimenticios, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2013 — Heede vs UASI (Matrix-Energetics)
(Kawża T-313/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Matrix-Energetics - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Pubbliku rilevanti - Data tal-evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 9/35
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Günter Heede (Walldorf-Baden, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Utz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ April 2011 (Każ R 1848/2010-4), dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Matrix-Energetics bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Günter Heede huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2013 — El Hogar Perfecto del Siglo XXI vs UASI — Wenf International Advisers (Trabixu)
(Kawża T-337/12) (1)
(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta trabixu - Disinn nazzjonali preċedenti - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Utent avżat - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Artikoli 4, 6 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)
2014/C 9/36
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Hogar Perfecto del Siglo XXI, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: C. Ruiz Gallegos u E. Veiga Conde, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wenf International Advisers Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: J. L. Rivas Zurdo, E. Seijo Veiguela u I. Munilla Muñoz, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 89/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Wenf International Advisers Ltd u El Hogar Perfecto del Siglo XXI, SL,
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
El Hogar Perfecto del Siglo XXI, SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2013 — Equinix (Germany) vs UASI — Acotel (ancotel.)
(Kawża T-443/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ancotel. - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ACOTEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 9/37
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Equinix (Germany) GmbH, li kienet ancotel GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Truelsen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Acotel SpA (Ruma, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 1895/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Acotel SpA u ancotel GmbH, li saret Equinix (Germany) GmbH.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Equinix (Germany) GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2013 — Recaro vs UASI — Certino Mode (RECARO)
(Kawża T-524/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali RECARO - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 15(15)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Natura tal-użu mit-trade mark - Ammissibbiltà ta’ provi ġodda - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2014/C 9/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Recaro Holding GmbH, li kienet Recaro Beteiligungs-GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Certino Mode, SL (Elche, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1761/2011-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Recaro Beteiligungs-GmbH u Certino Mode, SL.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċhud. |
|
(2) |
Recaro Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/24 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2013 — FK vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-248/13)
2014/C 9/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FK (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Grieves, Barrister, u J. Carey, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 14/2007, tal-10 ta’ Jannar 2007, li jemenda għall-74 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 (ĠU L 6, p. 6) sa fejn dan japplika għar-rikorrenti, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Marzu 2013 li tinżamm il-lista; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata ma ttiħditx fil-ħin jew fi żmien raġjonevoli. |
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tevalwa għaliha nnifisha u b’akkuratezza jekk ir-rikorrenti kinitx tissodisfa l-kriterji rilevanti. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni: (a) naqset milli tfittex u/jew tikseb il-provi li jsostnu l-allegazzjonijiet; (b) naqset milli tiżgura li l-motivazzjoni kienet ekwivalenti għar-raġunijiet invokati mill-Kumitat ta’ Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u naqset milli tfittex u/jew tikseb dettalji suffiċjenti tal-allegazzjonijiet tali li jkunu jippermettu lir-rikorrenti tiddefendi ruħha minnhom b’mod effettiv; (ċ) naqset milli tevalwa jekk uħud mill-allegazzjonijiet humiex ibbażati fuq provi li rriżultaw mit-tortura; u (d) naqset milli tfittex u/jew tikseb provi rilevanti li jiskoplaw. |
|
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tapplika l-oneru u l-livell korrett tal-prova. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-motivazzjoni invokata mill-Kummissjoni hija legalment difettuża peress li: (a) l-ebda waħda mill-allegazzjonijiet ma hija msejsa fuq provi u b’hekk dawn l-istess allegazzjonijiet jonqsu milli juru li l-allegazzjonijiet huma fondati; (b) uħud mill-allegazzjonijiet ma humiex suffiċjentement preċiżi b’tali mod li ma jippremettux lir-rikorrenti tikkontesta l-allegazzjonijiet; (ċ) uħud mill-allegazzjonijiet huma wisq storiċi u/jew vagi b’tali mod li ma humiex konnessi b’mod razzjonali mal-kriterji rilevanti; u (d) uħud mill-allegazzjonjiet ma humiex konsistenti mal-provi li jiskolpaw. |
|
(5) |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli twettaq eżerċizzju ta’ proporzjonalità, billi tibbilanċja d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti mar-riskju attwali li hija allegatament tippreżenta. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/24 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 — Panrico vs UASI — HDN Development (Krispy Kreme DOUGHNUTS)
(Kawża T-534/13)
2014/C 9/40
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Panrico, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: D. Pellisé Urquiza, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HDN Development Corp. (Frankfort, l-Istati Uniti)
Talbiet
|
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-Każ R 623/2011-4, tal-25 ta’ Lulju 2013, li ġiet innotifikata lir-rikorrenti fid-29 ta’ Lulju 2013; u |
|
— |
tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja Nru 1 298 785“KRISPY KREME DOUGHNUTS”. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “Krispy Kreme DOUGHNUTS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 30 u 42 — Trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 1 298 785
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: HDN Development Corp.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess regolament
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess regolament
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/25 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2013 — Il-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-557/13)
2014/C 9/41
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla l-Artikolu 1 u l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-pagamenti, li flimkien jammontaw għal EUR 6 192 951,34, magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna fis-settur tal-patata għas-snin 2003 sa 2005; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-primjums u tal-għajnuna — pagament tal-prezz minimu Ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 (1) u tal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (2), ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1868/94 (3), mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 97/95 (4), mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2236/2003 (5) u mal-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 2237/2003 (6), fis-sens li n-nefqa ġiet eskluża mill-finanzjament minkejja li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-primjums u tal-għajnuna huma ssodisfatti, minħabba li l-prezz minimu tħallas għall-kwantità mitluba. |
|
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tallega ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE peress li l-Kummissjoni ma mmotivatx b’mod suffiċjenti u mingħajr kontradizzjonijiet ir-raġunijiet għaliex mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 97/95, mill-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2236/2003 u mill-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 2237/2003, meta jiġu kkunsidrati l-verżjonijiet lingwistiċi kollha, għandu jirriżulta li sabiex isir il-pagament tal-primjum jew tal-għajnuna huwa meħtieġ li l-impriża li tipproduċi l-lamtu tkun diġà ħallset il-prezz minimu fir-rigward tal-kwantità kollha tal-patata kkunsinnata matul sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. |
|
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu li l-ilmenti jiġu kkomunikati f’terminu ta’ 24 xahar Ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, ikkunsidrat flimkien mal-punt (a) tal-ħames subparagrafu tal-istess artikolu; tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 (7); tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament Nru 1290/2005, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 4(a) tal-istess regolament, kif ukoll tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 (8), peress li l-Kummissjoni ma kkomunikatx b’mod validu bil-miktub lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, f’terminu ta’ 24 xahar mid-data li fiha tkun saret in-nefqa, l-ilment (ommissjoni ta’ “kontrolli prinċipali”) li fuqu hija bbażata l-esklużjoni tan-nefqa. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq it-tul eċċessiv tal-proċedura F’dan l-istadju r-rikorrenti tinvoka ksur tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999; tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1663/95; tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005 kif ukoll tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006, ikkunsidrati flimkien mal-prinċipju ġenerali tad-dritt li jipprovdi li proċedura amministrattiva għandha tiġi implementata f’terminu raġonevoli, u ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn it-tul tal-proċedura quddiem il-Kummissjoni kien eċċessiv. |
|
(5) |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità Fil-kuntest ta’dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li, meta applikat korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 %, il-Kummissjoni ma evalwatx b’mod adegwat in-natura u l-portata, l-iktar l-iktar limitata, ta’ eventwali ksur u ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Unjoni effettivament ma ġarrbet ebda dannu finanzjarju u li fil-verità qatt ma kien hemm riskju li jimmaterjalizza tali dannu. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 414).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 286M, 04.11.2010, p. 1).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 331).
(4) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 97/95, tas-17 ta’ Jannar 1995, li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 rigward il-prezz minimu u l-pagament kumpensatorju li għandu jitħallas lill-produtturi tal-patata u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta’ kwota fir-rigward tal-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 17, p. 131).
(5) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2236/2003, tat-23 ta’ Diċembru 2003, li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti fir-rigward tal-produzzjoni tal-lamtu mill-patata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 515).
(6) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2237/2003, tat-23 ta’ Diċembru 2003, li jistabbilixxi regoli dettalja[t]i għall-applikazzjoni ta’ ċertu skemi ta’ appoġġ previsti fit-Titolu IV tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġg għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 522).
(7) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1663/95, tas-7 ta’ Lulju 1995, li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwarda l-proċedura għall-verifikar tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 31).
(8) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU L 322M, 02.12.2008, p. 162).
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/26 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2013 — Isotis vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-562/13)
2014/C 9/42
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Koinonia tis Pliroforias Anoichti stis Eidikes Anagkes — ISOTIS (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Skliris, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tikkonstatata li, meta talbet mingħand ir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 47 197,93 li l-Kummissjoni ħallset fil-kuntest tal-kuntratt 238940 REACH 112, il-Kummissjoni kisret il-kuntratt kontenzjuż, |
|
— |
tikkonstata li r-rikorrenti ma hijiex responsabbli għar-rimbors tal-ammont imsemmi iktar ’il fuq imħallas mill-Kummissjoni, |
|
— |
tikkonstata li, fi kwalunkwe każ, id-dejn imsemmi iktar ’il fuq mitlub mill-Kummissjoni, għall-ammont ta’ EUR 13 821,12, huwa infondat, |
|
— |
tikkonstata li l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti tal-FP6 ma japplikawx fil-kuntest tal-kuntratt 238940 REACH 112 u li, konsegwentement, fil-kuntest tal-kuntratt kontenzjuż, ir-rikorrenti bl-ebda mod ma hija responsabbli għal kwalunkwe ammont bħala kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa, |
|
— |
tikkonstata li, meta ddikjarat l-intenzjoni tagħha li titlob kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa taħt il-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti FP6, il-Kummissjoni kisret il-kuntratt inkwistjoni 238940 REACH 112, |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn ta’ dan ir-rikors, ibbażat parzjalment fuq il-klawżola tal-arbitraġġ tal-kuntratt kontenzjuż u min-naħa l-oħra fuq id-dritt Belġjan, li għalih jirreferi l-kuntratt inkwistjoni, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur mill-Kummissjoni ta’ bona fide u ta’ użanzi ta’ kummerċ ġusti. B’mod iktar partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni talbet ammonti differenti mingħajr ma ressqet motiv preċiż u speċifiku dwar il-mertu ta’ tali pretensjonijiet, u li l-aġir kuntrattwali tagħha huwa kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li n-nuqqas tal-Kummissjoni li twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha jirriżulta wkoll mill-intenzjoni tagħha li tinforza d-drittijiet skont il-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għal tip ieħor ta’ kuntratti (FP6), li huma differenti minn dawk li japplikaw għall-kuntratt kontenzjuż REACH 112 (PCI). |
|
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu II.28, punti 1 u 5, tal-kuntratt 238940 REACH 112. B’mod iktar speċifiku, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għandha pretensjonijiet mingħajr ma sar kontroll minn qabel fil-kuntest tal-kuntratt kontenzjuż u li hija invokat f’termini ġenerali u astratti rapport ta’ verifika li ma jikkonċernax il-kuntratt kontenzjuż REACH 112. |
|
(3) |
It-tielet motiv, invokat sussidjarjament, huwa bbażat fuq il-mala fide u natura abużiva tal-pretensjoni tal-Kummissjoni. |
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/27 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2013 — BASF AGRO et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-584/13)
2014/C 9/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BASF Agro BV (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi); BASF SE (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja); BASF Belgium Coordination Center (Antwerpen, il-Belġju); BASF Española, SL (Barcelona, Spanja); BASF Italia SpA (Cesano Maderno, l-Italja); BASF Nederland BV (Arnhem); u BASF Slovensko spol. s r. o. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: J. Montfort u M. Peristeraki, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 781/2013, tal-14 ta’ Awwissu 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva fipronil u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (ĠU L 219, p. 22); |
|
— |
Sussidjarjament, u biss jekk it-talbiet imressqin iktar ’il fuq ma jintlaqgħux, tannulla r-regolament ikkontestat, sa fejn tirtira l-awtorizzazzjoni għall-użu u għall-bejgħ taż-żerriegħa tal-ġirasol ittrattati bil-fipronil; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (1) peress billi adottat ir-regolament ikkontestat ma bbażatx ruħha fuq għarfien xjentifiku jew tekniku ġdid iżda iktar fuq data li hija “ferm kontroversjali”. Il-Kummissjoni injorat ukoll id-data ta’ monitoraġġ rilevanti. Id-data ta’ monitoraġġ li kienet disponibbli ma turi l-ebda effetti negattivi fuq il-kolonji tan-naħal Ir-rikorrenti sostnew ukoll li l-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat li l-kriterji tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ma baqgħux jiġu sodisfatti mis-sustanza attiva fipronil. |
|
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 peress li mar-regolament ikkontestat hija adottat miżuri restrittivi fuq żriegħragħ ittrattati bil-fipronil mingħajr ma uriet li dawn iż-żriegħragħ ittrattati jistgħu jikkostitwixxu “riskju serju” għan-naħal li ma jistax jinżamm b’mezzi oħra. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset li tieħu inkunsiderazzjoni miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju li jistgħu jżommu r-riskji allegati b’mod sodisfaċenti. |
|
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq li r-regolament ikkontestat ġie adottat abbażi tal-metodoloġija pprovduta f’abbozzi ta’ dokumenti gwida minflok il-gwida eżistenti u approvata. B’dan il-mod, il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi, u kisret il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi peress li d-dokumenti gwida għandhom ikunu disponibbli u maqbula ex ante, qabel l-evalwazzjoni tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva, u mhux ex post. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li r-regolament ikkontestat ma jistax jiġi ġġustifikat abbażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, peress li l-kundizzjonijiet ta’ dak il-prinċipju ma humiex sodisfatti f’dan il-każ. Iktar preċiżament, ir-rikorrenti jsostnu li r-riskji li l-Kummissjoni kkunsidrat bħala rilevanti kienu bbażati fuq sempliċi ipoteżijiet li ma ġewx xjentifikament ikkonfermati; id-data rilevanti ma ġietx ikkunsidrata; l-evalwazzjoni tar-riskju tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq metodoloġija żbaljata; filwaqt li l-Kummissjoni naqset li tinvolvi lir-rikorrenti fl-istadju tal-ġestjoni tar-riskju, kif kellha tagħmel. Dan wassal għall-adozzjoni ta’ miżuri sproporzjonati u inkonsistenti mar-regolament ikkontestat. |
|
(5) |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq li r-regolament ikkontestat jimponi restrizzjonijiet eċċessivi fuq it-trattament bil-fipronil fuq iż-żerriegħa mingħajr ma dawn huma xierqa jew neċessarji sabiex tiġi protetta s-saħħa tan-naħal fl-UE. Ir-rikorrenti jirrimarkaw ukoll li fir-rigward tal-ġirasoli b’mod partikolari, il-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra li t-trattamnt bil-fipronil qatt ma kellu konsegwenzi negattivi fuq is-saħħa tan-naħla. |
|
(6) |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-fatt li minħabba ż-żmien qasir li fih ir-regolament ikkontestat ġie adottat u l-kumplessità tal-każ, il-Kummissjoni ma setgħetx tieħu inkunsiderazzjoni l-kummenti sostanttivi u ddettaljati tar-rikorrenti fuq l-aspetti tekniċi, regolatorji u xjentifiċi tal-“konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi għan-naħal għas-sustanza attiva fipronil” tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel, b’mod effettiv. |
|
(7) |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni naqset milli tispjega b’mod xieraq it-tħassib li wassluha li titlob lill-EFSA biex tirrevedi l-approvazzjoni ta’ fipronil. Il-Kummissjoni naqset ukoll li tispjega għaliex ċaħdet l-argumenti u l-provi prodotti mir-rikorrenti. Ir-regolament ikkontestat jonqos ukoll li jiżvela b’mod ċar l-għan ewlieni mixtieq mill-Kummissjoni bl-adozzjoni tiegħu. |
(1) Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, p. 1).
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/28 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-1 ta’ Ottubru 2013 — Loukakis et vs Il-Parlament
(Kawża F-82/11) (1)
(Servizz pubbliku - Kumitat tal-Persunal tal-Parlament - Elezzjonijiet - Irregolaritajiet fil-proċess elettorali)
2014/C 9/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Nicolaos Loukakis et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u M. Ecker, aġenti, inizjalment assistiti minn D. Waelbroeck, avukat, sussegwentement minn A. Duron, avukat)
Partijiet intervenjenti: Solidarité pour les agents et fonctionnaires européens, Syndicat général du personnel des organismes européens, Fédération de la fonction publique européenne et Pluralist (rappreżentanti: J. Choucroun, avukat)
Suġġett
Talba sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità tal-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament u tal-astensjoni tal-Parlament Ewropew milli jintervjeni fir-rigward tad-diversi illegalitajiet li affettwaw il-proċess elettorali.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni impliċita tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2011 li ma jiċċensurax l-irregolaritajiet li affettwaw l-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal ta’ Novembru 2010 hija annullata. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti. |
|
(4) |
L-organizzazzjonijiet sindakali Solidarité pour les agents et fonctionnaires européens, Syndicat général du personnel des organismes européens, Fédération de la fonction publique européenne, minn naħa, u l-organizzazzjoni sindakali Pluralist, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
(1) ĠU C 340, 19.11.2011, p. 41.
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/28 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — BF vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea
(Kawża F-59/12) (1)
(Servizz pubbliku - Nomina - Pożizzjoni vakanti ta’ direttur - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Att li jikkawża preġudizzju - Assenza - Inammissibbltà)
2014/C 9/45
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: BF (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy u J. Vermer, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ECA/2011/67 tal-Qorti tal-Awdituri għal-post ta’ direttur tad-direttorat tar-riżorsi umani.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
BF għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 227, 28.07.2012, p. 38.
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/28 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2013 — Thomé vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-97/12) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/177/10 - Deċiżjoni li ma jiġix irreklutat kandidat li għadda minn kompetizzjoni - Kriterji ta’ eliġibbiltà - Diploma universitarja)
2014/C 9/46
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Florence Thomé (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u M. G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni sabiex ma tiġix irreklutata r-rikorrenti wara li għaddiet mill-Kompetizzjoni EPSO/AD/177/10-EPA u t-talba għad-danni
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjonijiet tal-11 ta’ Novembru 2011 u tal-5 ta’ Ġunju 2012 tal-Kummissjoni Ewropea huma annullati. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil F. Thomé s-somma ta’ EUR 14 000. |
|
(3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ F. Thomé. |
(1) ĠU C 355, 17.11.2012, p. 39.
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/29 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Aristidis Psarras vs ENISA
(Kawża F-7/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni għas-sena 2009 - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Talba għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Att li jikkawża preġudizzju - Rikors manifestament inammissibbli)
2014/C 9/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Aristidis Psarras (Héraklion, il-Greċja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (rappreżentanti: E. Maurage, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2009 kif ukoll tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi għas-sena 2010 u, jekk neċessarju, tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2011.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
(2) |
L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għandha tbati l-isepjjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn A. Psarras. |
(1) ĠU C 133, 05.05.2012, p. 20.
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/29 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-57/12) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċċjali - Allowance tal-invalidità - Tnaqqis tal-ammont ta’ kreditu ta’ istituzzjoni - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)
2014/C 9/48
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet impliċiti ta’ ċaħda tal-Kummissjoni li jnaqqsu l-ammont tal-allowance tal-invalidità tar-rikorrent għax-xhur ta’ Ġunju sa Settembru 2011 u l-pagament ta’ interessi ta’ 15 % kif ukoll is-somma ta’ EUR 500.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt |
|
(2) |
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji fil-Kawżi F-57/12 R u T-464/12 P(R). |
|
(3) |
L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal is-somma ta’ EUR 2 000. |
(1) ĠU C 227, tat-28.07.2012, p. 37.
|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/29 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Ottubru 2013 — De Roos-Le Large vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-50/10) (1)
2014/C 9/49
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Il-President tas-seduta plenarja ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 260, 25.09.2010, p. 27.