|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.378.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2013/C 378/01 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 378/02 |
||
|
2013/C 378/03 |
||
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2013/C 378/04 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 378/11 |
||
|
2013/C 378/12 |
||
|
2013/C 378/13 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – E-BOOKS (Kotba Elettroniċi)(Penguin) (COMP/39.847) |
|
|
2013/C 378/14 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 2013 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-każ COMP/39.847/E-BOOKS) (notifikata bid-dokument C(2013) 4750) ( 2 ) |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2013/C 378/15 |
||
|
2013/C 378/16 |
||
|
2013/C 378/17 |
||
|
2013/C 378/18 |
||
|
2013/C 378/19 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 378/20 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 378/21 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7052 – Lloyds Development Capital/PostNL/TNT Post UK) ( 2 ) |
|
|
2013/C 378/22 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7112 – Sigma Alimentos/Campofrío) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 ) |
|
|
|
Rettifika |
|
|
2013/C 378/23 |
||
|
2013/C 378/24 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat |
|
|
(2) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Kunsill
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Diċembru 2013
dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri
2013/C 378/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292, flimkien mal-Artikolu 19(1), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-ugwaljanza hija waħda mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3) TUE, l-Unjoni għandha tiġġieled l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-azzjonijiet tagħha l-Unjoni għandha tfittex li tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza jew l-oriġini etnika. |
|
(3) |
L-Artikolu 19(1) tat-TFUE jippermetti lill-Kunsill jieħu azzjoni adatta biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. |
|
(4) |
L-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li kull diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe raġuni bħas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa jew l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, għandha tkun projbita. |
|
(5) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE (1) tistipula qafas għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' oriġini razzjali jew etnika fl-UE kollha b'rabta mal-impjiegi u t-taħriġ, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali (inklużi s-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa), il-vantaġġi soċjali u l-aċċess għal prodotti u servizzi u l-provvista tagħhom, inkluża l-akkomodazzjoni. |
|
(6) |
Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni, it-terminu “Rom” jintuża, bl-istess mod ta’ dokumenti politiċi oħrajn tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew, bħala terminu umbrella li jinkludi gruppi ta' persuni li għandhom karatteristiċi kulturali pjuttost simili, bħas-Sinti, it-Travellers, il-Kalé, il-Gens du voyage, eċċ., kemm jekk huma sedentarji kif ukoll jekk le. |
|
(7) |
Ħafna Rom fl-Unjoni għadhom qed jiffaċċjaw faqar kbir, esklużjoni soċjali, diskriminazzjoni u ostakoli fl-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali tagħhom, li jħallihom vulnerabbli għall-esplojtazzjoni, pereżempju permezz tat-traffikar tal-bnedmin. Għalhekk, għandhom jiġu kkunsidrati miżuri ta' inklużjoni soċjali aktar effettivi adattati għas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet tagħhom. |
|
(8) |
Is-sitwazzjoni tat-tfal Rom fl-Unjoni hija partikolarment ta' tħassib, minħabba firxa ta' fatturi li jistgħu jagħmluhom speċjalment vulnerabbli u esposti, fost l-oħrajn, għal problemi ta' saħħa, problemi ta' akkomodazzjoni, alimentazzjoni ħażina, esklużjoni, diskriminazzjoni, razziżmu u vjolenza. L-esklużjoni soċjali tat-tfal Rom spiss tiġi marbuta man-nuqqas ta' reġistrazzjoni tat-twelid u dokumenti tal-identità, mal-parteċipazzjoni baxxa fl-edukazzjoni u fil-kura fil-bidu tat-tfulija kif ukoll fl-edukazzjoni għolja, u mar-rati għoljin ta' tfal li jitilqu mill-iskola. Is-segregazzjoni hija xkiel serju li jwaqqaf l-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità. Xi tfal Rom jisfaw ukoll vittmi ta' traffikar u sfruttament tax-xogħol. |
|
(9) |
Ir-Rom li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fl-Istati Membri jistgħu jitpoġġew ukoll f'pożizzjoni vulnerabbli, partikolarment meta jkollhom l-istess kondizzjonijiet ħżiena ta’ għajxien bħal ħafna Rom li huma ċittadini tal-Unjoni, filwaqt li jħabbtu wiċċhom ukoll mal-isfidi ta' bosta migranti li jkunu ġejjin minn barra l-Unjoni. |
|
(10) |
Fil-kuntest tal-mobbiltà fl-UE, huwa meħtieġ li jiġi rispettat id-dritt tal-moviment ħieles taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet għat-tħaddim tiegħu, fost l-oħrajn il-pussess ta' biżżejjed riżorsi u ta' assigurazzjoni komprensiva għall-mard, f'konformità mad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), filwaqt li jsiru sforzi wkoll biex jittejbu l-kondizzjonijiet tal-għixien tar-Rom u jittieħdu miżuri li jippromwovu l-integrazzjoni ekonomika u soċjali tagħhom fl-Istati Membri ta' oriġini tagħhom kif ukoll fl-Istati Membri ta' residenza tagħhom. |
|
(11) |
Ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2010 dwar is-sitwazzjoni tar-Rom u dwar il-libertà ta' moviment fl-Unjoni Ewropea u tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Rom appellaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jimmobilizzaw strateġiji u strumenti eżistenti tal-Unjoni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-inklużjoni soċjoekonomika tar-Rom. |
|
(12) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-5 ta' April 2011 bit-titlu “Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020”, il-Kummissjoni ħeġġet lill-Istati Membri jadottaw jew jiżviluppaw aktar approċċ komprensiv u japprovaw għadd ta' għanijiet fl-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u d-djar sabiex titħaffef l-integrazzjoni tar-Rom. |
|
(13) |
Fid-19 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta Konklużjonijiet intitolati “Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-ROM sal-2020”, li jesprimu l-impenn tal-Istati Membri li javvanzaw l-inklużjoni soċjali u ekonomika tar-Rom. |
|
(14) |
Il-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ġunju 2011 appella għall-implimentazzjoni rapida tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2011, b’mod partikolari fir-rigward tat-tħejjija, l-aġġornament jew l-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri għall-integrazzjoni tar-Rom jew settijiet integrati ta’ miżuri ta’ politika fi ħdan il-politika usa' tagħhom ta' inklużjoni soċjali biex tittejjeb is-sitwazzjoni tar-Rom. |
|
(15) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-21 ta' Mejju 2012 bit-titlu “Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom: wieħed mill-ewwel passi fl-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE”, il-Kummissjoni ppreżentat ir-riżultati tal-ewwel valutazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali kollha għall-integrazzjoni tar-Rom u settijiet integrati ta’ miżuri ta’ politika u stiednet lill-Istati Membri jqisu għadd ta’ adattamenti bħala t-triq ’il quddiem. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni tejbet id-djalogu tagħha mal-Istati Membri dwar l-integrazzjoni tar-Rom, b'mod partikolari billi f’Ottubru 2012 stabbiliet in-netwerk ta’ Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom, sabiex jiġu diskussi soluzzjonijiet għall-isfidi identifikati. F’Novembru u Diċembru 2012, grupp ta’ Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom komplew jiddiskutu kif jistgħu jtejbu l-effettività ta’ miżuri biex tinkiseb l-integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri. Dak il-grupp sussegwentement irrapporta lura lin-netwerk ta’ Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom. |
|
(17) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-26 ta' Ġunju 2013 bit-titlu “Passi 'l quddiem fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom”, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa għal aktar azzjoni sabiex jiġu żgurati l-prekundizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni b’suċċess ta’ miżuri li għandhom l-għan li jitħaffef il-progress fuq l-integrazzjoni tar-Rom kemm jista’ jkun malajr. |
|
(18) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kumissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (l-“Istrateġija Ewropa 2020”) tat impetu ġdid lill-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali billi ffissat miri Ewropej komuni biex tnaqqas l-għadd ta’ persuni li qegħdin fir-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali, tnaqqas ir-rata ta’ tluq bikri mill-iskola, u żżid il-livelli edukattivi milħuqa u l-impjiegi. L-integrazzjoni tar-Rom hija parti essenzjali mill-isforzi konverġenti tal-Unjoni u l-Istati Membri f'dan il-kuntest. Il-governanza attwali tas-Semestru Ewropew tippromwovi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2013 bl-isem “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni” jipprovdu aktar gwida għall-isforzi biex jiġi żgurat it-tkabbir inklużiv. |
|
(19) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq u tan-nuqqasijiet identifikati, l-effettività tal-miżuri għall-integrazzjoni tar-Rom għadha trid tittejjeb u tiġi sorveljata. Dan għandu jsir filwaqt li jiġi rispettat b'mod sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà u r-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri f'dan il-qasam, b'kont meħud tal-fatt li l-ġbir ta' data għal raġunijiet etniċi jista' jkun kwistjoni sensittiva u filwaqt li jingħaraf il-fatt li l-Istati Membri għandhom jagħżlu l-metodi ta' sorveljanza tagħhom stess, fosthom metodi xierqa għal kull ġbir ta' data, u indikaturi possibbli. |
|
(20) |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tibni fuq id-diversi rakkomandazzjonijiet stipulati qabel fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-konklużjonijiet tal-Kunsill u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni tar-Rom. Għandha l-għan li tikkumplementa l-leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni sabiex tgħin biex tagħmel l-implimentazzjoni u l-infurzar tagħha aktar effettivi. |
|
(21) |
Din ir-Rakkomandazzjoni ma tkoprix differenzi ta’ trattament abbażi ta' nazzjonalità u hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet u l-kondizzjonijiet relatati mal-istatus legali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni bla stat fit-territorju tal-Istati Membri taħt il-liġi nazzjonali u dik tal-Unjoni jew tal-effetti legali ta’ dan l-istatus. |
|
(22) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jappella lill-Istati Membri, fejn adatt, biex jistabbilixxu approċċ integrat biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ żoni ġeografiċi l-aktar milquta mill-faqar, jew ta’ gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta’ diskriminazzjoni jew esklużjoni soċjali, b’kunsiderazzjoni speċjali għall-komunitajiet emarġinati. Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jinkludi prijorità ta’ investiment taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) iffokata fuq l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet emarġinati bħar-Rom, li tikkomplementa l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej l-oħrajn (FSIE) (5), |
FILWAQT LI JINNOTA LI:
GĦAN
L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tiggwida lill-Istati Membri fit-titjib tal-effettività tal-miżuri tagħhom biex jiksbu l-integrazzjoni tar-Rom u jsaħħu l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-integrazzjoni tar-Rom jew settijiet integrati ta’ miżuri ta’ politika fi ħdan politika usa' ta' inklużjoni soċjali bil-għan li ttejjeb is-sitwazzjoni tar-Rom u tneħħi kwalunkwe differenzi bejn ir-Rom u l-popolazzjoni ġenerali.
Id-daqs u s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tal-popolazzjoni Rom ivarjaw b'mod konsiderevoli bejn Stati Membri differenti. Għaldaqstant l-approċċi nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom għandhom jitfasslu skont iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet speċifiċi fil-post, inkluż permezz tal-adozzjoni jew tat-tkomplija tas-segwitu ta' linji ta' politika li jindirizzaw lill-gruppi emarġinati u żvantaġġati, bħar-Rom, f'kuntest usa'.
Din ir-rakkomandazzjoni tiffoka b'mod espliċitu fuq miżuri biex tiġi promossa l-integrazzjoni tar-Rom mingħajr ma għandha l-għan li teskludi gruppi emarġinati u żvantaġġati oħra. Miżuri ta' integrazzjoni għandhom jiġu bbażati fuq l-istess prinċipji f'kondizzjonijiet komparabbli.
B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:
1. KWISTJONIJIET TA' POLITIKA SOSTANTIVI
Miżuri ta’ politika effettivi
|
1.1. |
Bil-ħsieb li tiġi promossa l-ugwaljanza sħiħa tar-Rom fil-prattika, jittieħdu miżuri ta' politika effettivi biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tagħhom u r-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom, inkluż aċċess ugwali għall-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni. Dan il-għan jista' jintlaħaq jew permezz ta' miżuri prinċipali jew permezz ta' miżuri mmirati, inklużi miżuri speċifiċi biex jevitaw jew jikkumpensaw għal żvantaġġi, jew b'kombinazzjoni tat-tnejn, b'attenzjoni speċjali għad-dimensjoni tas-sessi. |
|
1.2. |
Jiġu adottati miżuri li jistgħu jkunu bbażati fuq indikaturi soċjoekonomiċi, bħall-qgħad kbir fuq medda twila ta’ żmien, il-livell ta’ kisba edukattiva u l-parametri tas-saħħa, jew jistgħu jiffokaw fuq oqsma ġeografiċi li huma emarġinati u/jew segregati. |
Aċċess għall-edukazzjoni
|
1.3. |
Jieħdu miżuri effettivi biex jiżguraw it-trattament ugwali u l-aċċess sħiħ għal bniet u subien Rom għal edukazzjoni ta' kwalità tajba u prinċipali u biex jiġi żgurat li l-istudenti Rom kollha jlestu tal-anqas l-edukazzjoni obbligatorja (6). Dan il-għan jista' jintlaħaq permezz ta' miżuri bħal miżuri li:
|
Aċċess għall-impjiegi
|
1.4. |
Jieħdu miżuri effettivi biex jiżguraw it-trattament ugwali tar-Rom fl-aċċess għas-suq tax-xogħol u għall-opportunitajiet ta' impjieg. Dan il-għan jista' jintlaħaq permezz ta' miżuri bħal miżuri li:
|
Aċċess għall-kura tas-saħħa
|
1.5. |
Jieħdu miżuri effettivi biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tar-Rom fl-aċċess għal servizzi tal-kura tas-saħħa (8) universalment disponibbli fuq il-bażi ta' kriterji ta' eliġibbiltà ġenerali. Dan il-għan jista' jintlaħaq permezz ta' miżuri bħal miżuri li:
|
Aċċess għall-akkomodazzjoni
|
1.6. |
Jieħdu miżuri effettivi biex jiżguraw it-trattament ugwali tar-Rom fl-aċċess għall-akkomodazzjoni. Dan il-għan jista' jintlaħaq permezz ta' miżuri bħal miżuri li:
|
|
1.7. |
Kull fejn rilevanti, jiżguraw li l-applikazzjonijiet mill-awtoritajiet lokali għal proġetti ta’ riġenerazzjoni urbana jinkludu interventi għall-akkomodazzjoni integrati favur il-komunitajiet emarġinati. |
|
1.8. |
Jippromwovu żvilupp lokali mmexxi mill-komunità u/jew l-investimenti territorjali integrati appoġġati mill-FSIE. |
Finanzjament
|
1.9. |
Jallokaw fondi adegwati għall-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali u lokali tagħhom minn kwalunkwe sors ta’ finanzjament disponibbli (lokali, nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali) fid-dawl tal-kisba tal-objettivi tal-inklużjoni tar-Rom permezz ta' miżuri prinċipali jew immirati. |
|
1.10. |
Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar u kull diskriminazzjoni, inkluż, fost l-oħrajn, l-integrazzjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati bħar-Rom, għandha tiġi ffaċilitata mill-allokazzjoni ta' mill-inqas 20 % tar-riżorsi totali tal-FSE f'kull Stat Membru għall-investiment fin-nies kif jinsab fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013. |
|
1.11. |
Skont id-daqs u s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tal-komunitajiet tar-Rom tagħhom u d-distakk bejn il-popolazzjonijiet tar-Rom u dawk mhux tar-Rom, kif ukoll l-isfidi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew għal għadd ta' Stati Membri, jittieħdu miżuri adatti biex l-integrazzjoni tar-Rom tiġi inkluża fost il-prijoritajiet fil-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar l-użu tal-FSIE (9) għall-perijodu 2014-2020. |
|
1.12. |
Itejbu l-kapaċitajiet tal-ġestjoni, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tagħhom bl-appoġġ tal-assistenza teknika mill-FSIE u jiffaċilitaw l-użu ta' fondi nazzjonali u tal-Unjoni biex jappoġġaw il-bini tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw il-proġetti b’mod effettiv. |
|
1.13. |
L-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku tiġi mmirata lejn l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom jew settijiet integrati ta’ miżuri ta’ politika għall-ħtiġijiet speċifiċi tar-Rom, jew għaż-żoni ġeografiċi l-aktar milquta mill-faqar u l-esklużjoni soċjali, u jqisu d-dimensjoni tas-sessi. |
2. MIŻURI TA' POLITIKA ORIZZONTALI
Antidiskriminazzjoni
|
2.1. |
Ikomplu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw l-infurzar effettiv u prattiku tad-Direttiva 2000/43/KE, b'mod partikolari billi jiżguraw li r-regolamenti amministrattivi nazzjonali, reġjonali u lokali tagħhom mhumiex diskriminatorji u ma jirriżultawx fi prattiki ta' segregazzjoni. Il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għandha sservi ta' punt ta' referenza għall-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet u l-prattiki mad-drittijiet tal-bniedem f'dan il-kuntest. |
|
2.2. |
Jimplimentaw, fejn rilevanti, miżuri ta' desegregazzjoni fir-rigward tar-Rom kemm reġjonalment kif ukoll lokalment. Il-politiki u l-miżuri kontra s-segregazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn taħriġ xieraq u programmi ta’ informazzjoni, inklużi taħriġ u informazzjoni dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, indirizzati għall-ħaddiema taċ-ċivil lokali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u r-Rom infushom. |
|
2.3. |
Jiżguraw li evizzjonijiet sfurzati jkunu f'konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni kif ukoll ma' obbligi internazzjonali oħra tad-drittijiet tal-bniedem, bħal dawk tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. |
|
2.4. |
Jimplimentaw miżuri biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni u l-preġudizzju kontra r-Rom, xi drabi msejjaħ antiżingariżmu, fl-oqsma kollha tas-soċjetà. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu:
|
Protezzjoni ta' tfal u nisa Rom
|
2.5. |
Jiġġieldu l-forom kollha ta' diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni multipla, li jħabbtu wiċċhom magħhom t-tfal u n-nisa Rom, u jiġġieldu kontra l-vjolenza, inkluża l-vjolenza domestika fuq in-nisa u l-bniet, it-traffikar tal-bnedmin, żwiġijiet taħt l-età u sfurzati, u tallaba li jinvolvu t-tfal, b'mod partikolari permezz tal-infurzar tal-leġislazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-involviment f'dan l-eżerċizzju tal-atturi rilevanti kollha inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, is-soċjetà ċivili u l-komunitajiet tar-Rom. F'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri hija mħeġġa f'sitwazzjonijiet b'dimensjoni transkonfinali. |
It-tnaqqis tal-faqar permezz tal-investiment soċjali
|
2.6. |
Jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali li jaffettwaw lil persuni żvantaġġati, inklużi r-Rom, permezz ta’ investiment fil-kapital uman u l-politiki ta’ koeżjoni soċjali. Dan il-għan jista' jintlaħaq permezz ta' miżuri bħal miżuri li:
|
|
2.7. |
Skont id-daqs u s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tal-popolazzjonijiet Rom tagħhom, jikkunsidraw li jagħmlu l-integrazzjoni tar-Rom kwistjoni importanti fil-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom jew ir-rapporti soċjali nazzjonali tagħhom fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020. |
L-għoti ta’ setgħa
|
2.8. |
Jappoġġaw iċ-ċittadinanza attiva tar-Rom billi jippromwovu l-parteċipazzjoni soċjali, ekonomika, politika u kulturali tagħhom fis-soċjetà, inkluż fil-livell lokali, billi l-involviment attiv u l-parteċipazzjoni tar-Rom infushom, fost l-oħrajn permezz tar-rappreżentanti u l-organizzazzjonijiet tagħhom, hija kruċjali għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-għixien tagħhom, kif ukoll għall-avvanz tal-inklużjoni soċjali tagħhom. |
|
2.9. |
Fejn adatt għal approċċi lokali għall-integrazzjoni, jippromwovu t-taħriġ u l-impjiegi ta' medjaturi kwalifikati dedikati għar-Rom u jużaw l-medjazzjoni bħala waħda mill-miżuri biex jiġu trattati l-inugwaljanzi li jiffaċċjaw ir-Rom fir-rigward tal-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità, impjiegi, kura tas-saħħa u akkomodazzjoni. |
|
2.10. |
Iwettqu attivitajiet ta’ informazzjoni biex tkompli titqajjem kuxjenza fost ir-Rom dwar id-drittijiet tagħhom (speċjalment fir-rigward tad-diskriminazzjoni u l-possibbiltajiet li jfittxu rimedju) u tad-drittijiet ċivili tagħhom. |
3. MIŻURI STRUTTURALI
Azzjoni lokali
|
3.1. |
Filwaqt li jirrispettaw il-kompetenzi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, iħeġġu lil dawk l-awtoritajiet biex jiżviluppaw pjanijiet jew strateġiji ta' azzjoni lokali, jew settijiet ta' miżuri ta' politika lokali fi ħdan politiki ta' inklużjoni soċjali usa', li jistgħu jinkludu linji ta' referenza, punti ta’ riferiment u objettivi li jistgħu jitkejlu għall-integrazzjoni tar-Rom kif ukoll finanzjament xieraq. |
|
3.2. |
Jinvolvu r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili lokali fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-istrateġiji nazzjonali jew settijiet integrati ta' miżuri ta' politika tagħhom fi ħdan politiki ta' inklużjoni soċjali usa'. Ir-rappreżentanti u l-partijiet interessati rilevanti għandhom ikunu involuti fir-rigward tal-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operattivi kkofinanzjati mill-FSIE. L-awtoritajiet ċentrali u lokali għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni ta' dawk l-istrateġiji. Għal dan il-għan, jappoġġaw l-awtoritajiet pubbliċi lokali biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ settijiet ta’ miżuri ta' politika fil-livell lokali. |
|
3.3. |
Iħabirku fil-livell lokali għal approċċ integrat li jikkonċerna familji bi sfond ta' Rom li qed jiffaċċjaw diversi problemi bħal li ma jkomplux l-iskola, id-dejn, il-faqar u problemi ta' saħħa. Għal dan il-għan, il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali tista' tissaħħaħ, filwaqt li tiġi rispettata d-diviżjoni tar-responsabbiltajiet f'kull Stat Membru, sabiex tippermettilhom jaħdmu b'mod effettiv f'kooperazzjoni mal-familji kkonċernati u wkoll, pereżempju, ma' skejjel, organizzazzjonijiet tal-kura taż-żgħażagħ, il-pulizija, organizzazzjonijiet tas-saħħa pubblika, organizzazzjonijiet tas-servizzi soċjali u korporazzjonijiet tad-djar. |
Sorveljanza u evalwazzjoni tal-oqsma ta’ politika
|
3.4. |
Jagħmlu sorveljanza u evalwazzjoni kif xieraq tal-effettività tal-istrateġiji nazzjonali jew is-settijiet integrati ta’ miżuri ta’ politika tagħhom fi ħdan il-politiki usa' tagħhom għall-inklużjoni soċjali. Dan jista' jsir permezz ta' miżuri bħall-ħolqien ta' linji ta' referenza u miri li jistgħu jitkejlu jew bil-ġbir ta’ data kwalitattiva jew kwantitattiva dwar l-effetti soċjali u ekonomiċi tali strateġiji jew miżuri, f'konformità mal-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni, partikolarment fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali. |
|
3.5. |
Jagħmlu użu minn kwalunkwe indikatur ewlieni rilevanti jew metodu ta' riċerka empirika soċjali jew ġbir ta' data għas-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-progress fuq bażi regolari, partikolarment fil-livell lokali, li jippermetti rappurtar effiċjenti dwar is-sitwazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri bl-appoġġ fakultattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali. |
Korpi għall-promozzjoni ta’ trattament ugwali
|
3.6. |
Jappoġġaw ix-xogħol u l-kapaċità istituzzjonali tal-korpi għall-promozzjoni tat-trattament ugwali billi jingħatawlhom riżorsi xierqa sabiex ir-Rom li jkunu vittmi ta' diskriminazzjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod effettiv mill-assistenza ġuridika u ġudizzjarja li jipprovdu. |
|
3.7. |
Jippromwovu djalogu regolari bejn il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom u l-korpi nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament ugwali tagħhom. |
Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom
|
3.8. |
Jipprovdu l-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom tagħhom b’mandat xieraq u riżorsi adatti għar-rwol tagħhom sabiex ikunu jistgħu jikkoordinaw b’mod effettiv s-sorveljanza transsettorjali ta’ politika għall-integrazzjoni tar-Rom bi ħsieb li tiġi implimentata, filwaqt li jirrispettaw il-qsim tar-responsabbiltajiet f'kull Stat Membru. |
|
3.9. |
Jinvolvu l-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom tagħhom fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet rigward l-iżvilupp, il-finanzjament u l-implimentazzjoni ta’ linji ta’ politika rilevanti. Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom għandhom jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni u l-involviment tas-soċjetà ċivili tar-Rom fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom u l-pjanijiet ta’ azzjoni lokali. |
Kooperazzjoni transnazzjonali
|
3.10. |
Iħeġġu l-iżvilupp ta' forom transnazzjonali ta’ kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni attiva fihom fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, permezz ta’ inizjattivi ta’ politika, b’mod partikulari proġetti u ftehimiet bilaterali jew multilaterali, sabiex:
|
|
3.11. |
Il-kooperazzjoni transnazzjonali msemmija f'punt 3.10 għandha tissupplimenta l-miżuri meħudin fi ħdan strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom u settijiet integrati ta' miżuri ta' politika fi ħdan il-politiki usa' tagħhom għall-inklużjoni soċjali u fil-qafas ta' kwalunkwe ftehim ta' kooperazzjoni eżistenti bejn l-Istati Membri għall-Istrateġija tad-Danubju, u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE). |
4. RAPPURTAR U SEGWITU
|
4.1. |
Jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe miżura li tittieħed skont din ir-Rakkomandazzjoni mhux aktar tard minn 1 ta’ Jannar 2016. |
|
4.2. |
Minn hemm 'il quddiem, jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe miżura ġdida meħuda fuq bażi annwali, fl-aħħar ta' kull sena, flimkien ma' informazzjoni dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-integrazzjoni tar-Rom jew settijiet integrati ta’ miżuri ta’ politika fi ħdan politika usa' għall-inklużjoni soċjali. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:
|
5.1. |
Tiżgura li l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri ser isservi ta' bażi għat-tħejjija tar-rapporti annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom u ser tikkontribwixxi għas-Semestru Ewropew tal-Istrateġija Ewropa 2020 permezz tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi. |
|
5.2. |
Fuq din il-bażi, tissorvelja s-sitwazzjoni mill-qrib u, mhux aktar tard minn 1 ta’ Jannar 2019, tivvaluta l-ħtieġa għar-reviżjoni u l-aġġornament ta' din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
A. PABEDINSKIENĖ
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).
(2) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(3) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(4) Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470).
(5) Il-FSIE huma l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta' Koeżjoni (FK), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).
(6) Id-dritt tat-tfal għall-edukazzjoni huwa mnaqqax fl-Artikolu 28 tal-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.
(7) Ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (ĠU C 191, 1.7.2011, p. 1). Waħda mill-miri ewlenin tal-Istrateġija ta' Ewropa 2020 miftiehma mill-Kunsill Ewropew hija li jitnaqqas il-proporzjon ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola għal inqas minn 10 % u li jkun żgurat li tal-anqas 40 % tal-ġenerazzjoni żagħżugħa jkollha kwalifika terzjarja jew ekwivalenti.
(8) Din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE, li titlob li ċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċaqalqu fl-Unjoni jkollhom “biżżejjed riżorsi għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta' piż fuq is-sistema tal-għajnuna soċjali tal-Istat Membru ospitanti matul il-perijodu tagħhom ta' residenza u għandhom assigurazzjoni ta' mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti”.
(9) Il-FEŻR jista' jintuża biex jappoġġa proġetti infrastrutturali fis-setturi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-akkomodazzjoni.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/8 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Novembru 2013
dwar is-salvagwardji proċedurali għall-persuni vulnerabbli suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali
2013/C 378/02
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-għan ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex isaħħu d-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati jew akkużati kollha li mhumiex kapaċi jifhmu u jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċedimenti kriminali minħabba l-età, il-kundizzjoni mentali jew fiżika tagħhom jew diżabbiltajiet (“persuni vulnerabbli”). |
|
(2) |
Billi tistabbilixxi regoli minimi dwar il-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati jew akkużati, din ir-Rakkomandazzjoni għandha ssaħħaħ il-fiduċja tal-Istati Membri fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta’ Stati Membri oħra u tista’ b’hekk tgħin fit-titjib tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonjiet fi kwistjonijiet kriminali. |
|
(3) |
Il-programm ta’ Stokkolma (1) jpoġġi enfasi qawwija fuq it-tisħiħ tad-drittijiet tal-individwi fi proċedimenti kriminali. Fil-punt 2.4 tiegħu, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti li jistipulaw approċċ pass pass (2) għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-persuni suspettati jew akkużati. |
|
(4) |
Ġew adottati tliet miżuri s’issa, jiġifieri d-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(5) |
Ir-referenzi f'din ir-Rakkomandazzjoni għall-persuni suspettati jew akkużati li huma miċħuda mil-libertà, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal kull sitwazzjoni fejn, matul il-proċedimenti kriminali, il-persuni suspettati jew akkużati huma miċħuda mil-libertà tagħhom skont l-Artikolu 5(1)(c) tal-KEDB, kif interpretat mill-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
|
(6) |
Huwa essenzjali li l-vulnerabbiltà ta’ persuna suspettata jew akkużata fi proċedimenti kriminali tiġi identifikata u rikonoxxuta minnufih. Għal dan l-iskop, għandha ssir valutazzjoni inizjali mill-uffiċjali tal-pulizija, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew l-awtoritajiet ġudizzjarji. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll ikunu kapaċi jitolbu espert indipendenti biex jeżamina l-livell ta’ vulnerabbiltà, il-ħtiġijiet tal-persuna vulnerabbli u l-adegwatezza ta’ kull miżura meħuda jew maħsuba kontra l-persuna vulnerabbli. |
|
(7) |
Il-persuni suspettati jew akkużati jew l-avukat tagħhom għandu jkollhom id-dritt li jikkontestaw, f’konformità mal-liġi nazzjonali, il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà potenzjali tagħhom fi proċedimenti kriminali, b’mod partikolari jekk din tista’ timpedixxi jew tirrestrinġi b'mod sinifikanti l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali tagħhom. Dan id-dritt ma jinvolvix l-obbligu għall-Istati Membri li jipprevedu proċedura ta’ appell speċifika, mekkaniżmu separat, jew proċedura ta’ ilment li permezz tagħhom dan in-nuqqas jew dan ir-rifjut jista’ jiġi kkontestat. |
|
(8) |
It-terminu “rappreżentant legali” tfisser persuna li tirrappreżenta l-interessi u tgħasses l-affarijiet legali ta’ persuna vulnerabbli. Eżempju ta’ dan, b'mod partikolari, huwa l-gwardjan ta’ persuna vulnerabbli maħtur mill-qorti. |
|
(9) |
It-terminu “adult xieraq” tfisser xi qarib jew persuna b’relazzjoni soċjali mal-persuna vulnerabbli li tista' tinteraġixxi mal-awtoritajiet u tippermetti lill-persuna vulnerabbli teżerċita d-drittijiet proċedurali tagħha. |
|
(10) |
Il-persuni vulnerabbli jeħtieġu assistenza u appoġġ xierqa matul il-proċedimenti kriminali. Għal dan, ir-rappreżentant legali ta’ persuna vulnerabbli suspettata jew akkużata jew adult xieraq għandu jkun infurmat mill-aktar fis possibbli bil-proċedimenti kriminali kontrih, bin-natura tal-akkuża, id-drittijiet proċedurali u r-rimedji disponibbli. Ir-rappreżentant legali jew adult xieraq għandhom jiġu infurmati mill-aktar fis possibbli biċ-ċaħda tal-libertà u għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet għaliha, sakemm dan ma jmurx kontra l-aħjar interessi tal-persuna. |
|
(11) |
Il-persuni li huma rikonoxxuti bħala partikolarment vulnerabbli ma jistgħux isegwu u jifhmu l-proċediementi kriminali. Sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tagħhom għal proċess ġust ikunu żgurati, dawn ma għandhomx ikunu jistgħu jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għal avukat. |
|
(12) |
Sabiex tiġi żgurata l-integrità personali ta’ persuna vulnerabbli li tkun miċħuda mil-libertà, il-persuni vulnerabbli għandu jkollhom aċċess għal eżami mediku li jivvaluta l-kundizzjoni ġenerali u l-kompatibbiltà tal-miżuri possibbli meħuda kontriehom mal-kundizzjoni tagħhom. |
|
(13) |
Il-persuni vulnerabbli mhux dejjem huma kapaċi jifhmu l-kontenut tal-intervista tal-pulizija li jkunu soġġett għaliha. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe kontestazzjoni tal-kontenut ta’ intervista u b’hekk ripetizzjoni bla bżonn ta’ interrogazzjoni, għandha ssir reġistrazzjoni awdjoviżiva ta' dawn l-intervisti. |
|
(14) |
Skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ, l-istat tal-vulnerabbiltà ma għandux jikkostitwixxi ostakolu għall-persuna suspettata jew akkużata li jkollha aċċess għall-evidenza materjali miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kawża kriminali inkwistjoni waqt l-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali tagħha u fid-dawl tad-dritt għal rimedji effettivi. |
|
(15) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tapplika għall-persuni vulnerabbli li huma soġġetti għal proċedura ta’ konsenja skont id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (6) (proċedimenti dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew). L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandhom japplikaw id-drittijiet proċedurali speċifiċi ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għall-proċedimenti dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew. |
|
(16) |
Ir-referenzi f’din ir-Rakkomandazzjoni għal miżuri xierqa biex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja għall-persuni b’diżabbiltà għandhom jinftiehmu fid-dawl tal-għanijiet definiti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2006 dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha. |
|
(17) |
Sabiex jiġi żgurat li l-professjonisti f’kuntatt mal-persuni vulnerabbli jkunu konxji tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ dawn il-persuni, dawn għandhom jirċievu taħriġ xieraq. |
|
(18) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tippromwovi d-dritt għal-libertà, id-dritt għal proċess ġust u d-drittijiet tad-difiża. |
|
(19) |
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar is-segwitu ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fi żmien (36 xahar) min-notifika tagħha. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tivvaluta l-miżuri meħuda mill-Istati Membri, |
TIRRAKKOMANDA:
TAQSIMA 1
SUĠĠETT U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
|
1. |
Din ir-Rakkomandazzjoni titlob lill-Istati Membri biex isaħħu ċerti drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati jew akkużati vulnerabbli fi proċedimenti kriminali u tal-persuni vulnerabbli li huma soġġetti għal proċedimenti dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew. |
|
2. |
Id-drittijiet proċedurali speċifiċi tal-persuni vulnerabbli għandhom japplikaw miż-żmien minn meta jkunu suspettati li wettqu reat. Dawn id-drittijiet għandhom japplikaw sal-konklużjoni tal-proċedimenti. |
|
3. |
Il-persuni vulnerabbli għandhom jiġu assoċjati f’konformità mal-aħjar interessi tagħhom mal-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali filwaqt li titqies il-kapaċità tagħhom li jifhmu u jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċedimenti. |
TAQSIMA 2
IDENTIFIKAZZJONI TAL-PERSUNI VULNERABBLI
|
4. |
Il-persuni vulnerabbli għandhom jiġu identifikati u rikonoxxuti bħala tali minnufih. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti kollha jistgħu jirrikorru għal eżami mediku minn espert indipendenti biex jidentifika l-persuni vulnerabbli, u biex jiġi determinat il-grad tal-vulnerabbiltà u l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom. Dan l-espert jista’ jagħti opinjoni raġunata dwar l-adegwatezza tal-miżuri meħuda jew maħsuba kontra l-persuna vulnerabbli. |
TAQSIMA 3
DRITTIJIET TAL-PERSUNI VULNERABBLI
In-nondiskriminazzjoni
|
5. |
Il-persuni vulnerabbli ma għandhomx ikunu soġġetti għall-ebda diskriminazzjoni skont il-liġi nazzjonali fl-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali msemmija f’din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
6. |
Id-drittijiet proċedurali mogħtija lill-persuni vulnerabbli għandhom jiġu rispettati matul il-proċedimenti kriminali filwaqt li jitqiesu n-natura u l-grad tal-vulnerabbiltà tagħhom. |
Il-preżunzjoni tal-vulnerabbiltà
|
7. |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu preżunzjoni tal-vulnerabbiltà b’mod partikolari għall-persuni b’diżabbiltajiet psikoloġiċi, intellettwali, fiżiċi jew sensorjali serji, jew mard mentali jew disturbi konjittivi, li jfixkluhom biex jifhmu u jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċedimenti. |
Id-dritt għall-informazzjoni
|
8. |
Il-persuni b’diżabbiltà għandhom jirċievu, fuq talba, informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali tagħhom f’format aċċessibbli għalihom. |
|
9. |
Il-persuni vulnerabbli u, jekk meħtieġ, ir-rappreżentant legali tagħhom jew adult xieraq għandhom ikunu infurmati dwar id-drittijiet proċedurali speċifiċi msemmija f'din ir-Rakkomandazzjoni, b’mod partikolari dawk dwar id-dritt għall-informazzjoni, id-dritt għal għajnuna medika, id-dritt għal avukat, ir-rispett tal-privatezza u, fejn xieraq, id-drittijiet relatati mal-arrest preventiv. |
|
10. |
Ir-rappreżentant legali jew adult xieraq li jiġi nnominat mill-persuna vulnerabbli jew mill-awtoritajiet kompetenti biex jgħinu lil din il-persuna għandhom ikunu preżenti fl-għassa tal-pulizija u matul is-smigħ fil-qorti. |
Id-dritt ta’ aċċess għal avukat
|
11. |
Jekk persuna vulnerabbli ma tistax tifhem u ssegwi l-proċedimenti, id-dritt ta’ aċċess għal avukat skont id-Direttiva 2013/48/UE ma għandux jiġi rrinunzjat. |
Id-dritt għal għajnuna medika
|
12. |
Il-persuni vulnerabbli għandu jkollhom aċċess għal għajnuna medika sistematika u regolari matul il-proċedimenti kriminali jekk ikunu mċaħħdin mil-libertà. |
Ir-reġistrazzjoni tal-interrogazzjoni
|
13. |
Għandha ssir reġistrazzjoni awdjoviżiva ta' kull interrogazzjoni ta’ persuni vulnerabbli matul il-fażi ta' investigazzjoni ta’ qabel il-proċess. |
Iċ-ċaħda tal-libertà
|
14. |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha biex jiżguraw li ċ-ċaħda tal-libertà tal-persuni vulnerabbli qabel il-kundanna tagħhom tkun miżura aħħarija, proporzjonata u li sseħħ taħt kundizzjonijiet adattati għall-ħtiġijiet tal-persuna vulnerabbli. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat li l-persuni vulnerabbli jkollhom aċċess għal akkomodazzjoni raġonevoli filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet partikolari tagħhom meta jkunu mċaħħdin mil-libertà. |
Il-privatezza
|
15. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu l-privatezza, l-integrità personali u d-dejta personali tal-persuni vulnerabbli, inkluża d-dejta medika, matul il-proċedimenti kriminali. |
Il-proċedimenti dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew
|
16. |
L-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jiżgura li persuna vulnerabbli li hija soġġetta għal proċedimenti dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew ikollha d-drittijiet proċedurali speċifiċi msemmija f’din ir-Rakkomandazzjoni mal-arrest. |
It-Taħriġ
|
17. |
L-uffiċjali tal-pulizija, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji kompetenti fi proċedimenti kriminali mwettqa kontra persuni vulnerabbli għandhom jirċievu taħriġ speċifiku. |
TAQSIMA 4
MONITORAĠĠ
|
18. |
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex tkun implimentata din ir-Rakkomandazzjoni, sa (36 xahar wara n-notifika). |
TAQSIMA 5
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
19. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. |
Magħmula fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Viċi President
(2) ĠU C 295, 4.12.2009, p. 1.
(3) Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/11 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Novembru 2013
dwar id-dritt għal għajnuna legali għall-persuni suspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali
2013/C 378/03
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-għan ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li ssaħħaħ id-dritt għal għajnuna legali għall-persuni suspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali u għall-persuni mitluba fi proċeduri tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew skont id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA (1) sabiex tikkomplimenta u trendi effettiv id-dritt ta’ aċċess għal avukat kif stabbilit fid-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(2) |
Id-dritt għal għajnuna legali fi proċeduri kriminali huwa minqux fl-Artikolu 47(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) u fl-Artikolu 6(3)(c) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (“KEDB”). Huwa wkoll rikonoxxut fl-Artikolu 14, fil-paragrafu 3(d) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR). Il-prinċipji fundamentali li fuqhom għandha tissejjes is-sistema ta’ għajnuna legali huma deskritti fil-Prinċipji u l-Linji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Aċċess għal Għajnuna Legali f’Sistemi tal-Ġustizzja Kriminali adottati fl-20 ta’ Diċembru 2012 mill-Assemblea Ġenerali. |
|
(3) |
Il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tad-dritt ta’ aċċess għal avukat huma stabbiliti fid-Direttiva 2013/48/UE u l-ebda element f’din ir-Rakkomandazzjoni ma għandu jinftiehem bħala li jillimita d-drittijiet kif previst f’dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Persuna suspettata jew akkużata fi proċeduri kriminali għandha d-dritt ta’ aċċess għal avukat minn meta tiġi mgħarrfa, permezz ta’ notifika uffiċjali jew b'mod ieħor, mill-awtoritajiet kompetenti, li hija tkun suspettata jew akkużata li kkommettiet reat kriminali, u irrispettivament minn jekk tkunx miċħuda mil-libertà. Dan id-dritt jibqa' japplika sakemm jintemmu l-proċeduri, jiġifieri sakemm jiġi finalment iddeterminat jekk il-persuna suspettata jew akkużata tkunx wettqet ir-reat, inkuż fejn applikabbli, l-għoti ta’ sentenza u r-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe appell. L-istess kamp ta' applikazzjoni temporali għandu japplika għad-dritt għal għajnuna legali. |
|
(5) |
It-terminu “avukat” f’din ir-Rakkomandazzjoni jirreferi għal kwalunkwe persuna li, f’konformità mal-liġi nazzjonali, tkun ikkwalifikata u intitolata, inkluż permezz ta’ akkreditament minn korp awtorizzat, biex tipprovdi pariri u assistenza legali lil persuni suspettati jew akkużati. |
|
(6) |
It-terminu “għajnuna legali” ifisser il-finanzjament u l-assistenza mill-Istat Membru li jiggarantixxu l-użu effettiv tad-dritt ta’ aċċess għal avukat. Il-finanzjament għandu jkopri l-kostijiet tad-difiża u tal-proċeduri għall-persuni suspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali u għall-persuni mitluba fi proċeduri tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew. |
|
(7) |
Il-persuni suspettati jew akkużati u l-persuni mitluba li ma jkollhomx biżżejjed riżorsi finanzjarji biex iħallsu l-kostijiet kollha tad-difiża u tal-proċeduri, jew parti minnhom, għandu jkollhom aċċess għal għajnuna legali, sa fejn din l-għajnuna tkun meħtieġa fl-interessi tal-ġustizzja. |
|
(8) |
Skont kif tistabbilixxi l-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, persuna suspettata jew akkużata ma għandhiex għalfejn tafferma, lil hinn minn kull dubju dettat mir-raġuni, li ma jkollhiex biżżejjed mezzi finanzjarji. Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-“interessi tal-ġustizzja” jirrikjedux li tingħata assistenza legali bla ħlas, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddikjarat li l-kriterji mhux kumulattivi li jkejlu l-gravità ta' reat li għandhom jiġu kkunsidrati huma s-severità tas-sentenza inkwistjoni, il-kumplessità tal-kawża u s-sitwazzjoni personali tal-persuna suspettata jew akkużata. |
|
(9) |
Barra minn hekk, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ddikjarat li, meta tkun kwistjoni ta' ċaħda tal-libertà, il-kriterji tal-interessi tal-ġustizzja għandhom, fil-prinċipju, jitqiesu bħala li jkunu ġew issodisfati. |
|
(10) |
Id-deċiżjoni dwar jekk tingħatax l-għajnuna legali fi proċeduri kriminali għandha ssir fi żmien opportun sabiex ikun possibbli għall-persuna suspettata jew akkużata tippreżenta l-kawża tagħha b'mod konkret u effikaċi. |
|
(11) |
Minħabba l-indipendenza tal-professjoni legali, id-difiża hija essenzjalment kwistjoni ta' bejn il-persuna suspettata jew akkużata jew il-persuna mitluba, u r-rappreżentant tagħha. Sabiex jiġi żgurat standard professjonali għoli ta’ assistenza legali li jiggarantixxi proċess ġust, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi effikaċi għall-assigurazzjoni tal-kwalità ġenerali tal-avukati li joffru l-għajnuna legali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jadottaw skemi ta’ akkreditament għall-avukati li joffru l-għajnuna legali. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni jekk ikun hemm nuqqas fl-assistenza legali li jkun evidenti jew jekk lill-Istati Membri tinġibdilhom suffiċjentement l-attenzjoni dwar dan. |
|
(12) |
L-avukati tad-difiża, kif ukoll il-persunal involut fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar id-dritt għal għajnuna legali, bħalma huma l-prosekuturi, l-imħallfin u l-membri tal-persunal li qegħdin fuq bords dwar l-għajnuna legali, għandhom jirċievu taħriġ xieraq sabiex jiġi estiż id-dritt għall-aċċess effettiv għall-għajnuna legali. |
|
(13) |
Minħabba l-importanza tal-fiduċja bejn avukat u klijent, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom, sa fejn ikun possibbli, iqisu l-preferenza u x-xewqat tal-persuna suspettata jew akkużata fir-rigward tal-għażla tal-avukat li joffri l-għajnuna legali. Madankollu, kif diġà ġie rikonoxxut fil-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-awtoritajiet jistgħu jinjoraw dawn ix-xewqat meta jkun hemm biżżejjed raġunijiet rilevanti biex jitqies li dan ikun meħtieġ fl-interessi tal-ġustizzja. |
|
(14) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonsolida d-drittijiet fundamentali u tirrispetta l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. B'mod partikolari, din ir-Rakkomandazzjoni tfittex li tippromwovi d-dritt għal-libertà, id-dritt għal proċess ġust u d-drittijiet għad-difiża. Hi għandha tiġi interpretata u implimentata skont il-ħtieġa. |
|
(15) |
Sakemm il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fiha drittijiet li jikkorrispondu ma' drittijiet iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, it-tifsira u l-kamp ta’ applikazzjoni ta' dawn id-drittijiet għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti minn din il-Konvenzjoni. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandhom jiġu interpretati u implimentati b’mod li huwa konsistenti ma’ dawn id-drittijiet, skont kif interpretati fil-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
|
(16) |
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħuda bħala segwitu għal din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
(17) |
Fi żmien 48 xahar min-notifika ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ikunx hemm bżonn ta' azzjoni ulterjuri, inklużi miżuri leġiżlattivi, sabiex tiżgura li l-objettivi ta’ din ir-Rakkomandazzjoni jintlaħqu kollha. |
B'DAN TIRRAKKOMANDA
TAQSIMA 1
SUĠĠETT U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
|
1. |
Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonċerna d-dritt għal għajnuna legali għall-persuni suspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali u għall-persuni mitluba sottomessi għal proċeduri tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew, sabiex tiżgura l-aċċess effettiv għal avukat, f'konformità mad-Direttiva 2013/48/UE. |
|
2. |
Il-persuni suspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali għandu jkollhom id-dritt għal għajnuna legali minn meta jiġu ssuspettati li jkunu wettqu reat kriminali. Dan id-dritt għandu jibqa' japplika sa ma jiġu fi tmiemhom il-proċeduri. |
TAQSIMA 2
AĊĊESS GĦALL-GĦAJNUNA LEGALI
Id-dritt għal għajnuna legali
|
3. |
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati u l-persuni mitluba jkunu intitolati li jirċievu għajnuna legali effettiva bil-għan li jiġi żgurat id-dritt għal proċess ġust f'konformità ma' din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
4. |
Il-persuni suspettati jew akkużati u l-persuni mitluba għandhom, tal-anqas, jingħataw l-għajnuna legali jekk ma jkollhomx biżżejjed riżorsi finanzjarji biex iħallsu għall-kostijiet kollha, jew parti minnhom, tad-difiża u tal-proċeduri, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħhom (“it-test tal-mezzi”), u/jew meta tali għajnuna tkun meħtieġa fl-interessi tal-ġustizzja (“it-test tal-merti”). |
|
5. |
Għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-għajnuna legali fi proċeduri kriminali ssir faċilment aċċessibbli u komprensibbli għall-persuni suspettati jew akkużati u għall-persuni mitluba, inkluż tagħrif dwar kif u fejn wieħed għandu japplika biex jingħata għajnuna bħal din, kriterji trasparenti dwar meta persuna tkun eliġibbli għall-għajnuna legali, kif ukoll tagħrif dwar il-possibbiltajiet li wieħed jilmenta f’ċirkostanzi fejn l-aċċess għal għajnuna legali jiġi miċħud jew meta avukat ma jipprovdix biżżejjed assistenza legali. |
It-test tal-mezzi
|
6. |
Meta jiġi applikat rekwiżit ta’ nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji suffiċjenti waqt li jkun qed jiġi vvalutat id-dritt għal għajnuna legali (it-test tal-mezzi), il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-applikant għandha ssir fuq il-bażi ta’ fatturi oġġettivi bħall-introjtu, il-kapital, is-sitwazzjoni tal-familja, l-istandard tal-għajxien u l-kost ta' avukat tad-difiża. Meta l-benefiċjarju tal-għajnuna legali jkun tifel jew tifla, għandhom jitqiesu l-assi proprji tat-tifel/tifla u mhux dawk tal-ġenituri tiegħu/tagħha jew tat-tutur responsabbli. |
|
7. |
Meta jiġi kkunsidrat l-introjtu tal-familja fit-test tal-mezzi, iżda jkun hemm membri tal-familja individwali li jkunu f’kunflitt ma’ xulxin jew li ma jkollhomx aċċess ugwali għall-introjtu tal-familja, għandu jintuża biss l-introjtu tal-persuna li tkun qed tapplika għall-għajnuna legali. |
|
8. |
Huwa u jiġi determinat jekk il-persuni suspettati jew akkużati jew il-persuni mitluba jkollhomx riżorsi finanzjarji suffiċjenti, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha. |
|
9. |
Jekk xi Stat Membru jiddefinixxi livell limitu li meta jinqabeż minn persuna, ikun preżunt li din kapaċi tħallas parzjalment jew totalment il-kost tad-difiża u tal-proċeduri, dan għandu jieħu inkunsiderazzjoni, huwa u jistabbilixxi dan il-livell limitu, il-fatturi msemmija fil-punt 6. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ tali livell limitu ma għandux iwaqqaf lill-persuni li jaqbżu l-livell limitu stabbilit milli jiksbu l-għajnuna legali fir-rigward tal-kosti kollha jew ta' xi wħud minnhom, jekk ma jkollhomx riżorsi finanzjarji suffiċjenti fil-każ partikolari li jkun qed jiġi ttrattat. |
|
10. |
Il-persuni suspettati jew akkużati u l-persuni mitluba, ma għandhomx għalfejn jaffermaw, lil hinn minn kull dubju, li ma jkollhomx biżżejjed riżorsi finanzjarji biex ikopru l-kosti tad-difiża u tal-proċeduri. |
It-test tal-merti
|
11. |
Meta jiġi applikat ir-rekwiżit tal-ħtieġa jew le ta' għajnuna legali fl-interessi tal-ġustizzja (it-test tal-merti), dan għandu jinkorpora valutazzjoni tal-kumplessità tal-kawża, tas-sitwazzjoni soċjali u personali tal-persuna suspettata jew akkużata jew tal-persuni mitluba, tal-gravità tar-reat u tas-severità tal-piena potenzjali li tista' tiġġarrab. Iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha għandhom jitqiesu. |
|
12. |
F’sitwazzjonijiet fejn persuna tkun ssuspettata jew akkużata b’reat possibilment ikkastigat b'piena ta' priġunerija, u f’sitwazzjonijiet fejn l-assistenza legali hija obbligatorja, l-għoti ta’ għajnuna legali għandha titqies bħala li tkun fl-interessi tal-ġustizzja. |
|
13. |
Meta tingħata l-għajnuna legali lill-persuni suspettati jew akkużati jew lill-persuni mitluba fuq il-bażi ta’ test tal-merti, il-kosti tal-għajnuna legali jistgħu jiġu rkuprati f’każ ta’ kundanna definittiva, sakemm il-persuna jkollha biżżejjed riżorsi fil-mument tal-irkupru, f'konformità mal-punt 6 sal-punt 10. |
Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali
|
14. |
Id-deċiżjonijiet dwar jekk għandhiex tingħata għajnuna legali għandhom isiru minnufih minn awtorità indipendenti kompetenti, f’perjodu ta’ żmien li jkun jippermetti lill-persuni suspettati jew akkużati u lill-persuni mitluba, iħejju d-difiża tagħhom b’mod effikaċi u konkret. |
|
15. |
Il-persuni suspettati jew akkużati u l-persuni mitluba għandu jkollhom id-dritt li jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjonijiet li jkunu ċaħdu l-applikazzjoni tagħhom għall-għajnuna legali, totalment jew parzjalment. |
|
16. |
Meta l-applikazzjonijiet jiġu miċħuda totalment jew parzjalment, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda jridu jingħataw bil-miktub. |
TAQSIMA 3
L-EFFIKAĊJA U L-KWALITÀ TAL-GĦAJNUNA LEGALI
Il-kwalità tal-assistenza legali pprovduta fil-qafas ta' skemi ta’ għajnuna legali
|
17. |
L-assistenza legali pprovduta fil-qafas ta' skemi ta’ għajnuna legali għandha tkun ta’ kwalità għolja sabiex tiggarantixxi s-sens ta' ġustizzja tal-proċeduri. Għal dan il-għan, fl-Istati Membri kollha, għandhom jiġu adottati sistemi li jiggarantixxu l-kwalità tal-għajnuna legali pprovduta mill-avukati. |
|
18. |
Jaqbel li jiġu adottati mekkaniżmi li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jissostitwixxu lill-avukati li joffru l-għajnuna legali jew li jorbtuhom iwettqu l-obbligi tal-avukati inkwistjoni jekk dawn jonqsu milli jipprovdu assistenza legali xierqa. |
L-akkreditament
|
19. |
F’kull Stat Membru għandha tiġi adottata u miżmuma sistema ta’ akkreditament għall-avukati li joffru l-għajnuna legali. |
|
20. |
L-Istati Membri huma mistiedna jistabbilixxu l-kriterji għall-akkreditament tal-avukati li joffru l-għajnuna legali, filwaqt li jikkunsidraw l-aħjar prassi. |
It-taħriġ
|
21. |
Il-persunal involut fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-għajnuna legali fi proċeduri kriminali għandhom jirċievu t-taħriġ xieraq. |
|
22. |
Għandhom jiġu mħeġġa t-taħriġ u l-iżvilupp ta’ programmi ta’ taħriġ għall-avukati li jipprovdu s-servizzi ta’ għajnuna legali sabiex jiġi żgurat li l-konsulenza ġuridika u l-assistenza legali jkunu ta' kwalità għolja. |
|
23. |
L-akkreditament tal-avukati li joffru l-għajnuna legali għandu, sa fejn ikun possibbli, ikun marbut mal-obbligu li dawn jissottomettu ruħhom għal taħriġ professjonali kontinwu. |
Il-ħatra tal-avukati li joffru l-għajnuna legali
|
24. |
Il-preferenzi u x-xewqat tal-persuni suspettati jew akkużati u tal-persuni mitluba għandhom, sa fejn ikun possibbli, jitqiesu mis-sistemi nazzjonali tal-għajnuna legali meta jintgħażel l-avukat li joffri l-għajnuna legali. |
|
25. |
Is-sistema tal-għajnuna legali għandha tagħmel sforz biex tiżgura l-kontinwità billi żżomm lill-istess avukat fir-rappreżentanza legali, jekk il-persuna suspettata jew akkużata jew il-persuna mitluba tkun tixtieq li jsir dan. |
|
26. |
Għandhom jiġu adottati mekkaniżmi trasparenti u responsabbli biex jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati u l-persuni mitluba jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata dwar l-assistenza legali fil-qafas tal-iskema ta’ għajnuna legali, ħielsa minn kwalunkwe influwenza bla bżonn. |
TAQSIMA 4
IL-ĠBIR U L-MONITORAĠĠ TAD-DEJTA
Il-ġbir tad-dejta
|
27. |
L-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta dwar kwistjonijiet rilevanti biex jagħmlu segwitu għal din ir-Rakkomandazzjoni. |
Il-monitoraġġ
|
28. |
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex jimplimentaw din ir-Rakkomandazzjoni, sa (36 xahar min-notifika). |
TAQSIMA 5
ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
29. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. |
Magħmula fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Viċi President
(1) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
(2) Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/15 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ Diċembru 2013
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg
(BĊE/2013/51)
2013/C 378/04
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa l-Banque centrale du Luxembourg ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2013. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2014. |
|
(3) |
Il-Banque centrale du Luxembourg għażel lil DELOITTE AUDIT SARL bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li DELOITTE AUDIT SARL għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018.
Magħmula fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Diċembru 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/16 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)
2013/C 378/05
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
14.10.2013 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.36709 (13/N) |
|||||
|
Stat Membru |
Il-Polonja |
|||||
|
Reġjun |
— |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Restoration of forests damaged by adverse weather conditions and prevention measures |
|||||
|
Il-bażi legali |
|
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
|
L-għan |
Forestrija |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Oħrajn |
|||||
|
L-estimi |
— |
|||||
|
L-intensità |
100 % |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
1.1.2014-31.12.2015 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/17 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)
2013/C 378/06
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
4.11.2013 |
|||||||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.37151 (13/N) |
|||||||||||
|
Stat Membru |
Ir-Repubblika Ċeka |
|||||||||||
|
Reġjun |
— |
— |
||||||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Zásady, kterými se stanovují podmínky pro poskytování dotací na zmírnění škod způsobených povodněmi v lesním hospodářství a myslivosti v červnu roku 2013 |
|||||||||||
|
Il-bażi legali |
|
|||||||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||||||||
|
L-għan |
Kumpens għal ħsarat ikkaġunati minn diżastru naturali |
|||||||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||||||||
|
L-estimi |
|
|||||||||||
|
L-intensità |
80 % |
|||||||||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2014 |
|||||||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati, Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam |
|||||||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||||||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/18 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)
2013/C 378/07
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
4.11.2013 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.36895 (13/N) |
|||||
|
Stat Membru |
Is-Slovenja |
|||||
|
Reġjun |
Slovenia |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Pomoč za izgube zaradi neugodnih vremenskih razmer – suša 2012 |
|||||
|
Il-bażi legali |
Program odprave posledic škode v kmetijstvu zaradi suše leta 2012 (Sklep Vlade RS, št. 84400-1/2013/4, sprejet na 4. seji, z dne 11.4.2013). |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
|
L-għan |
Kumpens għal ħsarat ikkaġunati minn diżastru naturali, Diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||
|
L-estimi |
|
|||||
|
L-intensità |
45 % |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2015 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/19 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7100 – New Mountain Capital/Alexander Mann Solutions)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 378/08
Fit-13 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7100. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/19 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6844 – GE/Avio)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 378/09
Fl-1 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6844. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/20 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7096 – Eni ULX/Liverpool Bay JV)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 378/10
Fid-19 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7096. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/21 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta’ Diċembru 2013
2013/C 378/11
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3702 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
142,38 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4612 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,83770 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,9873 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2257 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,3975 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,574 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
298,52 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7022 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1597 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4810 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,8660 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5320 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4524 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,6248 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6697 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7349 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 453,63 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,1583 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,3151 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6395 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 607,59 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5117 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,825 |
|
RUB |
Rouble Russu |
44,8968 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
44,780 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,2504 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,7681 |
|
INR |
Rupi Indjan |
84,7030 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/22 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar abbozz ta’ deċiżjoni dwar -il-Każ COMP/39.847/E-BOOKS
Relatur: Il-Litwanja
2013/C 378/12
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv għandu l-istess tħassib dwar il-kompetizzjoni imqajjem mill-Kummissjoni fl-abbozz tad-deċiżjoni tagħha. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba tista' tħalli effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impenji offruti minn Penguin jindirizzaw t-tħassib dwar il-kompetizzjoni imqajma mill-Kummissjoni. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impenji huma xierqa. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mat-tul tal-impenji. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impenji għandhom isiru vinkolanti b’mod sħiħ. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li fid-dawl tal-impenji u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni kontra Penguin rigward it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat fl-abbozz ta' deċiżjoni. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjoni. |
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/23 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
E-BOOKS (Kotba Elettroniċi)(Penguin)
(COMP/39.847)
2013/C 378/13
|
(1) |
Dan il-proċediment jikkonċerna ċerti prattiki miftiehma b’rabta mal-bejgħ ta’ kotba elettroniċi lill-konsumaturi. |
|
(2) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) indirizzata lill-erba’ pubblikaturi (Hachette, Harper Collins, Holtzbrinck/Macmillan, Simon & Schuster) (3) kif ukoll Apple, b’rabta mal-bejgħ ta' kotba elettroniċi lill-konsumaturi. Id-deċiżjoni għamlet vinkolanti l-impenji offruti mill-Erba' Pubblikaturi u minn Apple, u għalqet il-proċedimenti safejn kienu kkonċernati (4). |
|
(3) |
Minħabba li Pearson, il-kumpanija azzjonarja tal-grupp Penguin (5) ma offriet l-ebda impenn, il-Kummissjoni għadha qed tinvestiga l-kondotta ta' Pearson u l-kompatibilità tagħha mal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(4) |
Fis-16 ta' April 2013 Penguin, il-bejjiegħ tal-kotba elettroniċi kummerċjali fil-grupp Pearson, ressqet kummenti lill-Kummissjoni bi tweġiba għat-tħassib espress fil-valutazzjoni preliminari tal-1 ta' Marzu 2013 (6). |
|
(5) |
Fid-19 ta’ April 2013, ġie ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jagħti ġabra fil-qosor tal-każ u tal-Impenji u li jistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni (7). Sa issa ma wasal l-ebda kumment. Il-Kummissjoni qieset għalhekk, li mill-ewwel parti ta' dawn il-proċedimenti kontra l-erba' pubblikaturi u Apple, li l-impenji kienu xierqa biex jindirizzaw it-tħassib tal-kompetizzjoni. |
|
(6) |
Fid-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tagħmel vinkolanti l-impenji li offruti minn Penguin u tikkonkludi li fid-dawl tal-impenji offruti, ma għadx hemm raġunijiet għall-azzjoni min-naħa tagħha, u għalhekk il-proċedimenti dwar dan il-każ għandhom jintemmu. |
|
(7) |
Jien ma rċevejt ebda talba jew ilment mingħand l-ebda parti fil-proċedimenti f'dan il-każ (8). Fid-dawl ta’ dan, jien nikkunsidra li l-eżerċiżżju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha f’dan il-każ ġie rispettat. |
Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2013.
Michael ALBERS
(1) Skont l-Artikolu 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u dwar it-termini ta’ referenza ta’ uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.
(3) Hachette Livre SA, HarperCollins Publishers, L.L.C. u HarperCollins Publishers Limited, Georg von Holtzbrinck GmbH & Co. KG u Verlagsgruppe Georg von Holtzbrinck GmbH, Simon & Schuster, Inc. Simon & Schuster (UK) Ltd u Simon & Schuster Digital Sales, Inc.
(4) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2012 ppubblikata fid-dokument C(2012) 9288 li jinsab fuq http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/dec_docs/39847/39847_26804_4.pdf Ara wkoll ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta, ĠU C 73, 13.3.2013, p. 15, li jinsab fuq http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52013XX0313(02):EN:NOT
(5) Penguin Publishing Company Limited, The Penguin Group, Penguin Group (USA) Inc. u Dorling Kindersley Holdings Limited, is-suċċessuri u l-partijiet tagħhom u kull sussidjarji, taqsimiet, gruppi u sħubijiet rispettivi tagħhom, minn issa 'l quddiem “Penguin”.
(6) L-impenji offruti minn Penguin jinsabu fuq http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/dec_docs/39847/39847_27098_5.pdf
(7) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każ COMP/39.847/E-BOOKS, ĠU C 112, 19.4.2013, p. 9.
(8) B’konformità mal-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti li joffru impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura sabiex ikun żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom.
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/25 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-25 ta' Lulju 2013
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Il-każ COMP/39.847/E-BOOKS)
(notifikata bid-dokument C(2013) 4750)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 378/14
Fil-25 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni b'dan qiegħda tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penali imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-ħarsien tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. DAĦLA
|
(1) |
Id-deċiżjoni hija indirizzata lil Penguin Random House Limited (qabel magħrufa bħala The Penguin Publishing Company Limited) u Penguin Group (l-Istati Uniti tal-Amerika), LLC (qabel magħrufa bħala Penguin Group (l-Istati Uniti tal-Amerika), Inc.) (flimkien magħrufa bħala “Penguin”) (2). Id-deċiżjoni tirrigwarda l-imġiba minn Penguin rigward il-parteċipazzjoni tagħha f'prattika miftiehma possibbli dwar il-bejgħ ta' kotba elettroniċi lill-konsumaturi. |
2. IL-PROĊEDURA
|
(2) |
Fl-1 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni fetħet proċedimenti kontra Apple Inc. (“Apple”), Hachette Livre SA (“Hachette”), HarperCollins Publishers Limited u HarperCollins Publishers L.L.C. (flimkien magħrufa bħala “Harper Collins”), Georg von Holtzbrinck GmbH & Co. KG u Verlagsgruppe Georg von Holtzbrinck GmbH (flimkien magħrufa bħala “Holtzbrinck/Macmillan”), Simon & Schuster, Inc., Simon & Schuster (UK) Ltd u Simon & Schuster Digital Sales Inc. (flimkien magħrufa bħala “Simon & Schuster”), (minn issa 'l quddiem flimkien magħrufa bħala “l-Erba' Pubblikaturi”), u Penguin (flimkien magħrufa bħala “l-Ħames Pubblikaturi”), wara tħassib preliminari dwar prattika konċertata possibbli bejn dawn l-impriżi bil-għan li jgħollu l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tiż-ŻEE. Fit-12 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 indirizzat lill-Erba' Pubblikaturi u lil Apple (“id-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2012”). Id-deċiżjoni għamlet vinkolanti l-impenji offruti mill-Erba' Pubblikaturi u minn Apple, u għalqet il-proċedimenti safejn kienu kkonċernati. Penguin ma kinetx destinatarja ta' din id-deċiżjoni peress li f'dak il-perjodu ma offritx impenji. Madankollu, aktar kmieni din is-sena Penguin iddeċidiet li toffri impenji b'mod formali. |
|
(3) |
Fl-1 ta' Marzu 2013, il-Kummissjoni adottat Valutazzjoni Preliminari indirizzata lil Penguin. |
|
(4) |
Fis-16 ta' April 2013, Penguin ressqet impenji biex tindirizza t-tħassib stabbilit fil-Vautazzjoni Preliminari (“Impenji”). |
|
(5) |
Fid-19 ta’ April 2013, ġie ppubblikat Avviż tal-Artikolu 27(4) f'Il-Ġurnal Uffiċjali li jistieden lill-partijiet terzi biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar l-Impenji fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni (it-“Test tas-Suq”). |
|
(6) |
Fit-23 ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni informat lil Penguin dwar kumment li rċeviet minn parti terza interessata matul it-Test tas-Suq. |
|
(7) |
Fit-28 ta' Ġunju 2013, il-Kumitat Konsultattiv approva l-abbozz tad-deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Fit-28 ta' Ġunju 2013, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu. |
3. TĦASSIB MURI FIL-VALUTAZZJONI PRELIMINARI
Ftehimiet tal-Aġenzija ffirmati bejn kull wieħed mill-Ħames Pubblikaturi u Apple fl-Istati Uniti u ż-ŻEE
|
(8) |
Skont il-valutazzjoni preliminari indirizzata lill-Erba' Pubblikaturi, l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni rigward il-Valutazzjoni Preliminari indirizzata lil Penguin kienet li mhux aktar tard mill-2008, tal-anqas l-Ħames Pubblikaturi esprimew lil xulxin it-tħassib rigward il-prezzijiet bl-imnut tal-kotba elettroniċi li kienu qed jiġu stabbiliti minn Amazon, bejjiegħ bl-imnut kbir onlajn, bil-prezz bl-ingrossa jew orħos. Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni preliminari li mhux aktar tard minn Diċembru 2009, kull wieħed mill-Ħames Pubblikaturi daħal f’kuntatti diretti jew indiretti (permezz ta' Apple) bl-għan jew li jgħolli l-prezzijiet bl-imnut għall-konsumaturi tal-kotba elettroniċi iktar minn dawk ta' Amazon (kif kien il-każ fir-Renju Unit) jew bl-għan li jevita li jaslu dawn il-prezzijiet (kif kien il-każ fi Franza u l-Ġermanja) fiż-ŻEE. Sabiex jinkiseb dan l-għan, il-Ħames Pubblikaturi flimkien ma' Apple kellhom l-intenzjoni sabiex jwettqu trasferiment konġunt tal-bejgħ ta’ kotba elettroniċi mill-mudell ta’ bejgħ bl-ingrossa (fejn il-bejjiegħ bl-imnut jiddetermina l-prezzijiet bl-imnut) fuq mudell tal-aġenzija (fejn il-pubblikatur jiddetermina l-prezzijiet bl-imnut) fuq bażi globali u skont l-istess termini ewlenin tal-ipprezzar, l-ewwel ma' Apple u mbagħad ma’ Amazon u bejjiegħa bl-imnut oħrajn. |
|
(9) |
Fil-Valutazzjoni Preliminari, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni preliminari li sabiex jitwettaq dan it-trasferiment konġunt, kull wieħed mill-Ħames Pubblikaturi kellu jiżvela lil, u/jew jirċievi informazzjoni mill-Ħames Pubblikaturi l-oħrajn u/jew minn Apple, rigward l-intenzjonijiet futuri tal-Ħames Pubblikaturi fir-rigward ta': (i) jekk jidħolx jew le fi ftehim tal-aġenzija ma' Apple fl-Istati Uniti; u (ii) it-termini ewlenin li taħthom kull wieħed mill-Ħames Pubblikaturi jidħol fit-tali ftehim tal-aġenzija ma' Apple fl-Istati Uniti, inkluża klawżola tal-pajjiż l-aktar favorit (Most Favourite Nation (MFN)) dwar il-prezz bl-imnut, netwerks tal-prezz massimu bl-imnut u l-livell ta’ kummissjoni li jrid jitħallas lil Apple. Il-klawżola MFN dwar il-prezz bl-imnut prevediet li kull wieħed mill-pubblikaturi jkollu jqabbel fuq l-iBookstore ta' Apple kwalunkwe prezz irħas disponibbli għall-istess kotba elettroniċi minn bejjiegħa bl-imnut onlajn oħra. Flimkien ma’ termini ewlenin oħra ta’ prezzar, il-klawżola MFN setgħet irriżultat f’introjti iktar baxxi għall-pubblikaturi jew xi bejjiegħa bl-imnut komplew joffru kotba elettroniċi bi prezzijiet li dakinhar kienu prevalenti fis-suq. Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni preliminari li l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-pubblikaturi tal-klawżola MFN dwar il-prezzijiet bl-imnut kienu tali li din il-klawżola serviet bħala “mezz ta' impenn” konġunt. Kull wieħed mill-Ħames Pubblikaturi kien f’pożizzjoni li jisforza lil Amazon jaċċetta bidla għall-mudell tal-aġenzija jew inkella jaffaċċja r-riskju li jkun imċaħħad l-aċċess għall-kotba elettroniċi ta’ kull wieħed mill-Ħames Pubblikaturi, jekk wieħed jassumi li tal-anqas l-Ħames Pubblikaturi kollha kellhom l-istess inċentiv matul l-istess perjodu ta’ żmien, u li Amazon ma setgħetx fl-istess ħin tkompli tkun miċħuda aċċess anki għal parti biss tal-katalgu tal-kotba elettroniċi ta’ tal-anqas kull wieħed mill-Ħames Pubblikaturi. |
|
(10) |
Fil-Valutazzjoni Preliminari, il-Kummissjoni esprimiet l-opinjoni prelimari li l-għan ta' Apple kien li ssib mod kif il-prezzijiet għall-konsumaturi jkunu fl-istess livell bħal ta' Amazon filwaqt li fl-istess ħin xorta tagħmel il-qligħ mixtieq. Apple kienet tkun taf li dan l-għan u l-għan ta’ kull wieħed mill-Ħames Pubblikaturi li jgħollu l-prezzijiet bl-imnut 'il fuq mil-livell stabbilit minn Amazon (jew li jevita l-introduzzjoni ta’ prezzijiet irħas minn Amazon) jista’ jinkiseb jekk Apple: (i) issegwi s-suġġerimenti lanqas minn uħud mill-Ħames Pubblikaturi li daħlu fis-suq għall-bejgħ tal-kotba elettroniċi taħt mudell ta' aġenzija, minflok wieħed ta' bejgħ bl-ingrossa; u (ii) tinforma kull wieħed mill-Ħames Pubblikaturi dwar jekk minn tal-anqas xi wieħed mill-Ħames Pubblikaturi l-oħrajn kienu qed jidħlu fi ftehim ta' aġenzija ma' Apple fl-Istati Uniti bl-istess termini ewlenin. |
L-Artikolu 101(1) u 101(3) TFUE, Artikolu 53(1) u 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE
|
(11) |
L-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li t-trasferiment konġunt għall-bejgħ ta’ kotba elettroniċi mill-mudell ta’ bejgħ bl-ingrossa għall-mudell tal-aġenzija bl-istess termini ewlenin ta’ pprezzar fuq bażi globali, wassal għal prattika konċertata bl-għan li jew jogħlew il-prezzijiet bl-ingrossa tal-kotba elettroniċi fiż-ŻEE jew li jkun evitat li jitfaċċaw prezzijiet irħas tal-kotba elettroniċi fiż-ŻEE. |
|
(12) |
Il-prattika konċertata bejn u fost il-Ħames Pubblikaturi u Apple probabbilment se taffettwa ħafna l-kummerċ bejn l-Istati Membri skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1) TFUE u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(13) |
Barra minn hekk, l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li l-Artikolu 101(3) TFUE u l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE f’dan il-każ ma japplikawx peress li l-kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti f'dawn id-dispożizzjonijiet mhumiex sodisfatti. |
|
(14) |
It-tħassib tal-Kummissjoni identifikat fil-Valutazzjoni Preliminari mhux relatat mal-użu leġittimu tal-mudell tal-aġenzija għall-bejgħ ta’ kotba elettroniċi. Penguin tibqa' ħielsa li tidħol fi ftehimiet tal-aġenzija dment l-Impenji Finali sakemm dawk il-ftehimiet u d-dispożizzjonijiet tagħhom ma jiksrux il-leġiżlazzjoni tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. |
|
(15) |
Barra minn hekk, il-Valutazzjoni Preliminari kienet bla preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali li jippermettu lill-pubblikaturi biex jistabbilixxu l-prezzijiet għall-konsumaturi tal-kotba elettroniċi skont id-diskrezzjoni tagħhom (“il-liġijiet RPM”). |
4. L-IMPENJI U T-TEST TAS-SUQ
|
(16) |
Penguin ma taqbilx mal-Valutazzjoni Preliminari tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2013. Madankollu, sabiex jiġi indirizzat it-tħassib tal-Kummissjoni kif iddikjarat fil-Vautazzjoni Preliminari, Penguin offriet, fis-16 ta' April 2013, impenji li huma sostanzjalment l-istess bħall-impenji mressqa qabel u saru vinkolanti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar l-Erba' Pubblikaturi. |
|
(17) |
L-elementi ewlenin tal-impenji offruti minn Penguin huma kif ġejjin: |
|
(18) |
Jekk Apple ma tkunx temmet diġà, skont l-impenji tagħha, il-ftehimiet ta' aġenzija tagħha li twettqu minn Penguin, Penguin ittemm il-ftehimiet tagħha ma' Apple mhux aktar tard minn 14-il jum wara d-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni u b'hekk tagħmel vinkolanti l-impenji. |
|
(19) |
Penguin se toffri lil kull bejjiegħ bl-imnut, barra Appel, l-opportunità li jtemm kull ftehim tal-aġenzija konkluż għall-bejgħ ta’ kotba elettroniċi li (i) jirristrinġi, jillimita jew jimpedixxi l-kapaċità tal-bejjiegħ li jistabbilixxi, jibdel jew iraħħas il-prezz bl-imnut, jew li joffri kwalunkwe forma oħra ta’ promozzjoni, jew (ii) jinkludi klawżola MFN dwar l-ipprezzar kif definit fl-Impenji ta' Penguin. Fil-każ li bejjiegħ bl-imnut jiddeċiedi li jieħu l-opportunità li jtemm ftehim bħal dan, Penguin ittemmu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih. |
|
(20) |
Għal perjodu ta’ sentejn, (l-hekk imsejjaħ “żmien biex wieħed jerġa' jaħsibha”) Penguin timpenja ruħha u li ma tirristrinġix, ma tillimitax jew ma timpedixxix il-kapaċità tal-bejjiegħa bl-imnut ta’ kotba elettroniċi, tibdel jew traħħas il-prezzijiet bl-imnut tal-kotba elettroniċi u/jew tirristrinġi, tillimita jew timpedixxi l-kapaċità ta’ bejjiegħ bl-imnut ta’ kotba elettroniċi li joffri roħs jew promozzjoni. Fil-każ li, wara li jintemmu l-ftehimiet imsemmija hawn fuq, Penguin tidħol fi ftehim tal-aġenzija mal-bejjiegħ bl-imnut tal-kotba elettroniċi, dan se jkun jista’, għal perjodu ta’ sentejn, inaqqas il-prezzijiet bl-imnut tal-kotba elettroniċi b’ammont aggregat ekwivalenti għat-total tal-kummissjonijiet li dak il-pubblikatur iħallas lil dak il-bejjiegħ bl-imnut tal-kotba elettroniċi għal perjodu ta’ mill-inqas sena, b’rabta mal-bejgħ tal-kotba elettroniċi tiegħu lill-konsumaturi; u/jew l-użu tat-tali ammont biex joffri kwalunkwe forma oħra ta’ promozzjoni. |
|
(21) |
Għal perjodu ta' ħames snin Penguin mhijiex se tidħol fi ftehim għall-bejgħ ta' kotba elettroniċi fiż-ŻEE li jinkludu kwalunkwe tip ta' klawżola MFN speċifikata fl-impenji ta' Penguin's (prezz bl-imnut, prezz ta' bejgħ bl-ingrossa u klawżoli MFN dwar is-sehem tal-kummissjoni/introjtu). |
|
(22) |
Bi tweġiba għat-Test tas-Suq, il-Kummissjoni rċeviet kumment wieħed. |
|
(23) |
Il-kumment kien dwar il-kunsiderazzjonijiet li mhumiex marbuta mat-tħassib tal-kompetizzjoni espress fil-Valutazzjoni Preliminari, b'mod speċifiku l-użu tal-formati tal-fajl differenti u ġestjoni tad-drittijiet diġitali (“DRM”) li jistgħu jagħmlu mod li ċerti fajls tal-ktieb elettroniku jistgħu jinqraw biss fuq tipi ta' “readers” ta' ktieb elettroniku, u l-pożizzjoni b'saħħitha ta' Amazon fiż-ŻEE. |
5. VALUTAZZJONI U PROPORZJONALITÀ TAL-IMPENJI
|
(24) |
Fil-Valutazzjoni Preliminari tagħha, il-Kummissjoni esprimiet l-opinjoni preliminari li l-prattika konċertata possibbli fost u bejn il-Ħames Pubblikaturi u Apple kellha l-għan li tipprevjeni, tirristrinġi u tgħawweġ il-kompetizzjoni fiż-ŻEE. |
|
(25) |
Fid-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni qiset l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni li eżistew fiż-ŻEE qabel il-prattika konċertata possibbli għandhom jiġu sostanzjalment ristabbiliti (“risettjar kompetittiv”). |
|
(26) |
Kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi u Apple offrew impenji li jwettqu r-risettjar kompetittiv billi jtemmu l-ftehimiet rilevanti tal-aġenzija u billi jaqblu dwar ċerti restrizzjonijiet meta jinnegozjaw mill-ġdid l-arranġamenti kummerċjali tagħhom għall-kotba elettroniċi. Dawn inkludew, rigward l-Erba' Pubblikaturi, kemm il-perjodu li fih wieħed jerġa’ jaħsibha u projbizzjoni MFN tal-prezz u, rigward Apple, projbizzjoni MFN tal-prezz bl-imnut. |
|
(27) |
Il-Kummissjoni qieset li l-impenji offruti minn kull wieħed mill-Ħames Pubblikaturi u Apple, jekk jitqiesu flimkien, joħolqu, f'perjodu suffiċjenti ta’ żmien, kundizzjonijiet għal risettjar kompetittiv fiż-ŻEE. L-impenji jirriżultaw f’inċertezza suffiċjenti dwar l-intenzjonijiet futuri tal-pubblikaturi u l-bejjiegħa bl-imnut rigward l-għażla tal-mudelli tan-negozju (jiġifieri, mudell ta’ bejgħ bl-ingrossa, tal-aġenzija jew mudell ġdid) u t-termini tal-ipprezzar użati fihom. Dawn inaqqsu wkoll l-inċentivi għal kull wieħed mill-Erba' Pubblikaturi u Apple biex jinnegozjaw mill-ġdid ftehimiet għal kotba elettroniċi bl-istess termini ewlenin. |
|
(28) |
L-impenji ta' Penguin se jżidu mar-risettjar kompetittiv li jinħoloq mid-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2012. |
|
(29) |
L-ewwel, l-impenji ta' Penguin se jwassluha biex ittemm il-ftehimiet ta' aġenzija relevanti tagħha mal-bejjiegħa bl-imnut (flimkien mal-ftehimiet ta' aġenzija ma' Apple li għandhom jintemmu skont l-impenji li saru vinkolanti fuq Apple bid-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2012). |
|
(30) |
It-Tieni, skont l-impenji ta' Penguin, is-sentejn ta' żmien li fih wieħed jerġa’ jaħsibha issa japplikaw lit-titli kollha tal-kotba elettroniċi ta' Penguin offruti minn Apple u mill-bejjiegħa bl-imnut l-oħrajn. |
|
(31) |
It-tielet, skont l-Impenji ta' Penguin, il-projbizzjoni MFN tal-prezz se tapplika għal kwalunkwe ftehim innegozjat mill-ġdid bejn Penguin u bejjiegħa bl-imnut (flimkien mal-applikazzjoni tal-projbizzjoni MFN tal-prezz bl-imnut li kwalunkwe ftehim innegozjat mill-ġdid bejn Penguin u Apple, kif imbassar mill-impenji li saru vinkolanti fuq Apple bid-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2012). |
|
(32) |
Il-Kummissjoni tqis li meta jitqiesu flimkien, l-impenji offrunti minn Penguin, fid-dawl tal-impenji tal-Erba' Pubblikaturi u Apple li saru vinkolanti bid-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2012, se jikkontribwixxu aktar fil-ħolqien, fuq perjodu twil biżżejjed, kundizzjonijiet għal risettjar kompetittiv. |
|
(33) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li l-Impenji offruti Penguin huma xierqa (kemm rigward il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, kif ukoll rigward it-tul ta’ żmien tagħhom) biex ineħħu t-tħassib tal-Kummissjoni kif espress fil-Valutazzjoni Preliminari. Barra minn hekk, Penguin ma offritx impenji inqas stretti li jindirizzaw ukoll kif xieraq dak it-tħassib. |
|
(34) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat l-interessi ta’ partijiet terzi, inklużi dawk li wieġbu għat-Test tas-Suq. |
6. KONKLUŻJONI
|
(35) |
Id-deċiżjoni tagħmel vinkolanti l-impenji għal Penguin għal perjodu totali ta’ ħames snin mid-data tal-avviż tad-deċiżjoni, minbarra ż-żmien li fih wieħed jerġa’ jaħsibha, li jkun jorbot għal perjodu totali ta’ sentejn mid-data tal-avviż tad-deċiżjoni. |
(2) Fl-1 ta' Lujlu 2013, tlestiet it-tranżazzjoni li tirriżulta fil-ħolqien ta' impriża konġunta magħrufa bħala Penguin Random House. B'riżultat ta' dan, Penguin Group (l-Istati Uniti tal-Amerika), Inc. bidlet isimha għal Penguin Group (l-Istati Uniti tal-Amerika), LLC u The Penguin Publishing Company Limited bidlet isimha għal Penguin Random House Limited. The Penguin Group (taqsima ta' Pearson plc) waqfet milli topera filwaqt li l-assi ta' pubblikazzjoni ta' Dorling Kindersley Holdings Limited ġew trasferiti lil Penguin Random House Limited jew lis-sussidjarji tagħha (li Penguin Random House Limited teżerċita influwenza deċiżiva fuqhom).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/29 |
Festi pubbliċi fl-2014
2013/C 378/15
|
Belgique/België |
1.1, 20.4, 21.4, 1.5, 2.5, 29.5, 30.5, 8.6, 9.6, 21.7, 15.8, 1.11, 2.11, 10.11, 11.11, 15.11, 25.12, 26.12, 27.12, 28.12, 29.12, 30.12, 31.12 |
|
България |
1.1, 3.3, 18.4, 21.4, 1.5, 6.5, 24.5, 6.9, 22.9, 1.11, 24.12, 25.12, 26.12 |
|
Česká republika |
1.1, 21.4, 1.5, 8.5, 5.7, 6.7, 28.9, 28.10, 17.11, 24.12, 25.12, 26.12 |
|
Danmark |
1.1, 17.4, 18.4, 20.4, 21.4, 16.5, 29.5, 5.6, 8.6, 9.6, 24.12, 25.12, 26.12, 31.12 |
|
Deutschland |
1.1, 18.4, 21.4, 1.5, 29.5, 9.6, 21.7, 15.8, 3.10, 1.11, 25.12, 26.12 |
|
Eesti |
1.1, 24.2, 18.4, 20.4, 1.5, 8.6, 23.6, 24.6, 20.8, 24.12, 25.12, 26.12 |
|
Éire/Ireland |
1.1, 17.3, 18.4, 21.4, 5.5, 2.6, 4.8, 27.10, 25.12, 26.12 |
|
Ελλάδα |
1.1, 6.1, 3.3, 25.3, 18.4, 21.4, 1.5, 9.6, 15.8, 28.10, 25.12, 26.12 |
|
España |
1.1, 18.4, 1.5, 15.8, 1.11, 6.12, 8.12, 25.12 |
|
France |
1.1, 21.4, 1.5, 9.5, 29.5, 9.6, 14.7, 21.7, 15.8, 1.11, 25.12 |
|
Hrvatska |
1.1, 6.1, 20.4, 21.4, 1.5, 19.6, 22.6, 25.6, 5.8, 15.8, 8.10, 1.11, 25.12, 26.12 |
|
Italia |
1.1, 6.1, 21.4, 25.4, 1.5, 2.6, 15.8, 1.11, 8.12, 25.12, 26.12 |
|
Κύπρος/Kıbrıs |
1.1, 6.1, 3.3, 25.3, 1.4, 18.4, 21.4, 1.5, 9.6, 15.8, 1.10, 28.10, 24.12, 25.12, 26.12 |
|
Latvija |
1.1, 18.4, 21.4, 1.5, 2.5, 5.5, 23.6, 24.6, 17.11, 18.11, 24.12, 25.12, 26.12, 31.12 |
|
Lietuva |
1.1, 16.2, 11.3, 20.4, 1.5, 4.5, 1.6, 24.6, 6.7, 15.8, 1.11, 24.12, 25.12, 26.12 |
|
Luxembourg |
1.1, 21.4, 1.5, 29.5, 9.6, 23.6, 15.8, 1.11, 25.12, 26.12 |
|
Magyarország |
1.1, 15.3, 21.4, 1.5, 9.6, 20.8, 23.10, 1.11, 25.12, 26.12 |
|
Malta |
1.1, 10.2, 19.3, 31.3, 18.4, 1.5, 7.6, 29.6, 15.8, 8.9, 21.9, 8.12, 13.12, 25.12 |
|
Nederland |
1.1, 20.4, 21.4, 27.4, 29.5, 8.6, 9.6, 25.12, 26.12 |
|
Österreich |
1.1, 6.1, 21.4, 1.5, 29.5, 9.6, 19.6, 15.8, 26.10, 1.11, 8.12, 25.12, 26.12 |
|
Polska |
1.1, 6.1, 20.4, 21.4, 1.5, 3.5, 8.6, 19.6, 15.8, 1.11, 11.11, 25.12, 26.12 |
|
Portugal |
1.1, 18.4, 20.4, 25.4, 1.5, 10.6, 15.8, 8.12, 25.12 |
|
România |
1.1, 2.1, 20.4, 21.4, 1.5, 8.6, 9.6, 15.8, 30.11, 1.12, 25.12, 26.12 |
|
Slovenija |
1.1, 8.2, 1.4, 1.5, 2.5, 25.6, 15.8, 31.10, 1.11, 25.12, 26.12 |
|
Slovensko |
1.1, 6.1, 18.4, 21.4, 1.5, 8.5, 5.7, 29.8, 1.9, 15.9, 1.11, 17.11, 24.12, 25.12, 26.12 |
|
Suomi/Finland |
1.1, 6.1, 18.4, 21.4, 1.5, 29.5, 21.6, 1.11, 6.12, 25.12, 26.12 |
|
Sverige |
1.1, 6.1, 18.4, 21.4, 1.5, 29.5, 21.6, 1.11, 25.12, 26.12 |
|
United Kingdom |
Wales and England: 1.1, 18.4, 21.4, 5.5, 26.5, 4.8, 1.12, 25.12, 26.12 Northern Ireland: 1.1, 17.3, 18.4, 21.4, 5.5, 26.5, 14.7, 25.8, 25.12, 26.12 Scotland: 1.1, 2.1, 18.4, 5.5, 26.5, 4.8, 1.12, 25.12, 26.12 |
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/31 |
Notifika tal-Gvern tar-Repubblika Slovakka skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Id-Direttiva dwar l-Elettriku”) dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku rigward in-nomina ta' Slovenská elektrizačná prenosová sústava, a. s. bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fir-Repubblika Slovakka – Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku
2013/C 378/16
Wara d-deċiżjoni finali tal-awtorità regolatorja tar-Repubblika Slovakka tal-14 ta' Ottubru 2013 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' Slovenská elektrizačná prenosová sústava, a. s. bħala Sjieda Separata Operatur tat-Trażmissjoni Indipendenti (l-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar l-Elettriku), ir-Repubblika Slovakka nnotifikat lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni uffiċjali u d-deżinjazzjoni ta' din il-kumpanija bħala Operatur tas-Sistema tat-Trażmissjoni li topera fir-Repubblika Slovakka skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar l-Elettriku tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Kull informazzjoni addizzjonali tista' tinkiseb minn dan l-indirizz:
|
Ministeru tal-Ekonomija |
|
Mierová 19 |
|
827 15 Bratislava 212 |
|
SLOVENSKO/SLOVAKIA |
|
http://www.economy.gov.sk |
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/31 |
Notifika tal-Gvern tar-Repubblika Slovakka skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Id-Direttiva dwar il-Gass”) dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass rigward in-nomina ta' eustream, a. s. bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fir-Repubblika Slovakka – Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass
2013/C 378/17
Wara d-deċiżjoni finali tal-awtorità regolatorja tar-Repubblika Slovakka tat-28 ta' Ottubru 2013 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' eustream, a. s. bħala Operatur tat-Trażmissjoni Indipendenti (il-Kapitolu IV tad-Direttiva dwar il-Gass), ir-Repubblika Slovakka nnotifikat lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni uffiċjali u d-deżinjazzjoni ta' din il-kumpanija bħala Operatur tas-Sistema tat-Trażmissjoni li topera fir-Repubblika Slovakka skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar il-Gass.
Kull informazzjoni addizzjonali tista' tinkiseb minn dan l-indirizz:
|
Ministeru tal-Ekonomija |
|
Mierová 19 |
|
827 15 Bratislava 212 |
|
SLOVENSKO/SLOVAKIA |
|
http://www.economy.gov.sk |
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/32 |
Notifika mill-Gvern Franċiż skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar il-Gass”) dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali marbuta mal-ħatra tal-kumpaniji GRTgaz u TIGF bħala operaturi tal-mezzi tat-trasport fi Franza
2013/C 378/18
Skont id-deċiżjonijiet finali tal-awtorità ta' regolazzjoni Franċiża (il-Kummissjoni għar-Regolazzjoni tal-Enerġija) tas-26 ta' Jannar 2012 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji GRTgaz u TIGF bħala operaturi ta' mezzi tat-trasport indipendenti (il-kapitolu IV tad-direttiva dwar il-gass), Franza għarrfet lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni u l-ħatra uffiċjali ta' dawn il-kumpaniji bħala operaturi ta' mezzi tat-trasport li joperaw fi Franza skont l-Artikolu 10 tad-direttiva dwar il-gass tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Aktar tagħrif jista’ jinkiseb minn dan l-indirizz:
|
Ministère de l’écologie, du développement durable et de l’énergie |
|
Direction générale de l’énergie et du climat |
|
Arche Nord |
|
92055 La Défense Cedex |
|
FRANCE |
|
http://www.developpement-durable.gouv.fr |
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/33 |
Notifika mill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
2013/C 378/19
Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku rċieva applikazzjoni minn Northsun Italia SpA (ir-rappreżentant waħdieni), Petrorep Italiana SpA u Aleanna Resources LLC b'ishma ta' 75 %, 15 % u 10 % rispettivament, għal liċenzja għat-tiftix tal-idrokarburi, magħrufin bħala “ZANZA”, f'żona fir-reġjun Emilia Romagna, b'mod speċifiku fil-provinċja ta' Ferrara delimitata mill-arki meridjani u paralleli, li jgħaqqdu l-punti definiti hawn taħt permezz tal-koordinati ġeografiċi tagħhom:
|
Punti |
Koordinati ġeografiċi |
|
|
Lonġitudni tal-Punent imkejla mill-meridjan ta' Monte Mario |
Latitudni tat-Tramuntana |
|
|
a |
– 0°37′ |
44°51′ |
|
b |
– 0°35′ |
44°51′ |
|
c |
– 0°35′ |
44°50′ |
|
d |
– 0°37′ |
44°50′ |
Il-koordinati ġeografiċi ta' hawn fuq ġew immarkati skont il-mappa tal-Italja mogħtija mill-Istitut Ġeografiku Militari (Istituto Geografico Militare, IGM) fuq skala ta' 1 100 000 – fil-kwadru tal-mappa Nru 76.
Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-fruntieri, is-superfiċje tammonta għal 4.89 km2.
Skont id-Direttiva msemmija fuq, l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996, id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorali tat-22 ta' Marzu 2011, il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku jrid jippubblika notifika biex jippermetti li nies interessati oħra jissottomettu applikazzjonijiet għal liċenzji għat-tiftix tal-idrokarburi fl-istess żona deskritta fuq.
L-awtorità kompetenti għall-għoti tal-liċenzja rilevanti hija d-Diviżjoni VI tad-Direttorat-Ġenerali għar-Riżorsi Minerali u tal-Enerġija tad-Dipartiment tal-Enerġija fil-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku.
Ir-regoli għall-għoti tal-liċenzja minerarja huma stipulati fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967, il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991, id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996, id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorali tat-22 ta' Marzu 2011.
Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet huwa ta' tliet xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din in-notifika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Mhux ser jitqiesu applikazzjonijiet sottomessi wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu f'dan l-indirizz:
|
Ministero dello sviluppo economico |
|
Dipartimento per l’energia |
|
Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche |
|
Divisione VI |
|
Via Molise 2 |
|
00187 Roma RM |
|
ITALIA |
L-applikazzjoni tista' tintbagħat ukoll bil-posta elettronika f'dan l-indirizz elettroniku: ene.rme.div6@pec.sviluppoeconomico.gov.it, id-dokumenti rekwiżiti għandhom jiġu sottomessi b'format elettroniku mal-firma diġitali tar-rappreżentant legali tal-applikant.
Skont il-Punt 2 tal-Anness A tad-Digriet Nru 22 tal-Prim Ministru tat-22 ta' Diċembru 2010, it-tul ġenerali tal-proċedura għall-għoti tal-liċenzji għat-tiftix ma għandux ikun ta' aktar minn 180 ġurnata.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/34 |
Sejħa għall-proposti – Erkole II/2013/Taħriġ
2013/C 378/20
1. Għanijiet u Prijoritajiet
Din is-sejħa għall-proposti hija dwar l-attivitajiet skont l-Artikolu 1(a)(b) tad-Deċiżjoni Erkole II, li tikkonsisti fl-organizzazzjoni ta' taħriġ tekniku, seminars u konferenzi bħala appoġġ fil-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra kif ukoll l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki dwar il-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' frodi.
2. Applikanti eliġibbli
L-amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali kollha ta' Stat Membru jew ta' pajjiż 'il barra mill-Unjoni, kif stipulat fl-Artikolu 3 tal-Programm Erkole II, li jippromwovi t-tisħiħ tal-azzjoni tal-Unjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.
3. Baġit u tul ta' żmien tal-proġett
It-total ta' baġit allokat huwa stmat li jkun EUR 1 000 000.
Il-kofinanzjament tal-UE se jiġi pprovvdut sa massimu ta' 80 % tal-ispejjeż totali eligibbli.
It-taħriġ irid jirrelata ma' proġett li l-iktar kmieni jibda mill-15 ta' Ġunju 2014 jew wara u li jispiċċa l-iktar tard fil-15 ta' Ġunju 2015 jew qabel.
4. Data tal-Għeluq
L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-6 ta' Marzu 2014.
5. Aktar Tagħrif
It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti, il-formola ta' applikazzjoni u dokumenti relatati huma disponibbli fuq is-sit elettroniku li ġej:
http://ec.europa.eu/anti_fraud/about-us/funding/training/index_en.htm
L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-testi msemmija hawn fuq u jridu jiġu sottomessi fil-formoli pprovduti.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/35 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7052 – Lloyds Development Capital/PostNL/TNT Post UK)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 378/21
|
1. |
Fis-16 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Lloyds Development Capital (Holdings) Limited (“LDC”, ir-Renju Unit) u PostNL NV (“PostNL”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża TNT Post UK (ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7052 – Lloyds Development Capital/PostNL/TNT Post UK, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/36 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7112 – Sigma Alimentos/Campofrío)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 378/22
|
1. |
Fis-16 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Sigma Alimentos, SA de C.V. (“Sigma”, il-Messiku), finalment ikkontrollata minn Alfa, S.A.B. de C.V. (“Alfa”, il-Messiku), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll sħiħ tal-impriża Campofrío Food Group, SA (“Campofrío”, Spanja) permezz ta' xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7112 – Sigma Alimentos/Campofrío, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
Rettifika
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/37 |
Rettifika għas-Sejħiet għal proposti skont il-programm ta' ħidma pluriennali għall-2013 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 361 tal-11 ta’ Diċembru 2013 )
2013/C 378/23
Fil-paġna 8:
minflok:
“Il-proposti jridu jitressqu sas-17 ta' Marzu 2014,”
aqra:
“Il-proposti jridu jitressqu sal-11 ta' Marzu 2014.”
|
24.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/38 |
Rettifika għas-Sejħa għal proposti skont il-programm ta' ħidma annwali għall-2013 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 361 tal-11 ta’ Diċembru 2013 )
2013/C 378/24
Fil-paġna 7:
minflok:
“Il-proposti jridu jitressqu sas-17 ta' Marzu 2014.”
aqra:
“Il-proposti jridu jitressqu sal-11 ta' Marzu 2014.”