ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.368.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Il-Kunsill |
|
2013/C 368/01 |
Opinjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Spanja |
|
2013/C 368/02 |
Opinjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Franza |
|
2013/C 368/03 |
Opinjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-Programm ta' Sħubija Ekonomika tas-Slovenja |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 368/04 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2013/C 368/05 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2013/C 368/06 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7016 – MHI/MH Power Systems) ( 1 ) |
|
2013/C 368/07 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7073 – KKR/Arle Capital/Hilding Anders) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 368/08 |
||
|
L-Ombudsman Ewropew |
|
2013/C 368/09 |
||
2013/C 368/10 |
Rapport Speċjali lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 3(7) tal-Istatut tal-Ombudsman Ewropew |
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2013/C 368/11 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
2013/C 368/12 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
2013/C 368/13 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
2013/C 368/14 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 368/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7113 – PPF Group/Telefónica Czech Republic/Telefónica Slovakia) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2013/C 368/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7006 – OAO Lukoil/Lubricant Business OMV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kunsill
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/1 |
OPINJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta' Diċembru 2013
dwar il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Spanja
2013/C 368/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (1), b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) jimmira li jiżgura d-dixxiplina baġitarja fl-Unjoni u jistabbilixxi l-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi tal-gvern. Huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi governattivi sodi bħala mezz sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b'saħħtu bbażat fuq stabbiltà finanzjarja, u b'hekk jappoġġja l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli u impjiegi. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ imsaħħaħ tal-politiki baġitarji fiż-żona tal-euro u għall-iżgurar li l-baġits nazzjonali jkunu konsistenti mal-gwida tal-politika ekonomika maħruġa fil-kuntest tal-PST u s-Semestru Ewropew. Peress li miżuri purament baġitarji jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv, jistgħu jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali ta' politika u riformi strutturali. |
(3) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għal programmi ta' sħubija ekonomika, li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jippreżentaw taħt proċedura ta' defiċit eċċessiv. Il-programm ta' sħubija ekonomika, li jistabbilixxi pjan direzzjonali ta' miżuri biex jikkontribwixxu għal korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv, għandu jispeċifika, b'mod partikolari r-riformi fiskali strutturali ewlenin, speċjalment dawk li jirreferu għat-tassazzjoni, is-sistemi tal-pensjonijiet u tas-saħħa u l-oqfsa baġitarji. |
(4) |
Fis-27 ta' April 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/417/KE (2), fejn Spanja kienet is-suġġett ta' proċedura ta' defiċit eċċessiv. Fil-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fil-kuntest ta' defiċit eċċessiv li nfetħet qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 473/2013. |
(5) |
Fl-1 ta' Ottubru 2013, u fiż-żmien stabbilit bl-Artikolu 9(3), u 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, Spanja ppreżentat il-Programm ta' Sħubija Ekonomika tagħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, li jistabbilixxi b'mod partikolari r-riformi fiskali-strutturali bl-objettiv li jiżguraw korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jinkludi miżuri intiżi sabiex jimplementaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (RSP) tal-2013, sa indirizzati lil Spanja bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju (3) (ir-“Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013”) li: (i) jiżguraw it-tiswija fiskali differenzjata u li ssaħħaħ it-tkabbir (RSP # 1 u 2); (ii) jirrestawraw is-self lill-ekonomija (RSP # 3); (iii) jikkumbattu l-qgħad u l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi (RSP # 4, 5 u 6); (iv) jrawmu il-kompetittività u t-tkabbir (RSP # 7 u 8); u (v) jimmodernizzaw l-amministrazzjoni pubblika (RSP # 9). |
(6) |
Il-miżuri strutturali fiskali li Spanja qed tippjana li timplimenta huma dawn li ġejjin: (i) monitoraġġ strett tal-iżviluppi baġitarji fil-livelli reġjonali u lokali; (ii) il-ħolqien ta' istituzzjoni fiskali indipendenti; (iii ) it-tnaqqis fin-nefqa fil-kura tas-saħħa u l-amministrazzjoni pubblika; (iv) it-tneħħija tal-arretrati kummerċjali fis-settur pubbliku; (v) it-tnaqqis tal-inerzja tal-prezzijiet fin-nefqa pubblika u fid-dħul; (vi) is-sostenibbiltà tal-pensjonijiet; (vii) is-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tal-effiċjenza tas-sistema fiskali; (viii) il-ġlieda kontra l-ekonomija informali; u (ix) iż-żieda fl-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika. Jekk dawk il-miżuri jiġu implimentati b'mod effettiv, jistgħu jkunu mistennija li jikkontribwixxu għall-korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv fi Spanja. |
(7) |
Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Spanja jieħu kont ukoll tal-progress li sar fit-titjib tal-monitoraġġ tal-finanzi reġjonali skont il-Liġi Organika dwar l-Istabbiltà Baġitarja (BSOL), il-Fond għal-Likwidità tar-Reġjun u l-Iskema ta' Pagament tal-Fornituri. Madankollu, il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Spanja ma jqisx passi addizzjonali sabiex jissaħħaħ l-infurzar strett u trasparenti tal-miżuri preventivi u korrettivi previsti fil-BSOL, inkluż pereżempju permezz tal-pubblikazzjoni f'waqtha tar-rapporti ta' valutazzjoni trimestrali tal-pjanijiet ekonomiċi u finanzjarji tar-reġjun u r-raġunijiet għaliex jiġu jew ma jiġux attivati s-sanzjonijiet fuq entitajiet mhux konformi. |
(8) |
Il-ħolqien ta' istituzzjoni fiskali indipendenti skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 għandu jikkontribwixxi għal monitoraġġ imtejjeb tal-finanzi pubbliċi ta' Spanja u għal sejba bikrija tad-devjazzjonijiet mill-miri baġitarji. L-istituzzjoni fiskali indipendenti għandha wkoll tagħti parir fuq l-attivazzjoni tal-miżuri preventivi, korrettivi u ta' infurzar previsti fil-BSOL kif ukoll dwar id-definizzjoni tal-miri fiskali tar-reġjun. Madankollu, xi dispożizzjonijiet istituzzjonali li jiżguraw l-indipendenza funzjonali u operattiva tal-istituzzjoni fiskali setgħu kienu aktar b'saħħithom. |
(9) |
Għalkemm il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ma jippreżentax pjanijiet għal rieżami sistematiku komprensiv ta' elementi maġġuri ta' nfiq, kif stabbilit fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2103, sa Marzu 2014, miżuri biex jiġi razzjonalizzat l-infiq fuq is-saħħa, fuq il-politika tal-impjiegi u fuq l-amministrazzjoni pubblika jagħtu informazzjoni dwar xi elementi ta' nefqa ewlenin. Rigward in-nefqa fuq is-saħħa, ir-reviżjoni tal-basket ta' benefiċċji u tal-prezzijiet ta' referenza għal prodotti farmaċewtiċi u l-introduzzjoni ta' pjattaforma għax-xiri ċentralizzat tal-provvisti tas-saħħa, jistgħu jwasslu għal użu aktar effiċjenti tar-riżorsi pubbliċi. Rigward l-amministrazzjoni pubblika, ir-riformi huma mistennija li jiġġeneraw iffrankar fuq perjodu ta' tliet snin billi tiżdied l-effiċjenza globali, b'mod partikolari billi jitneħħew strutturi amministrattivi doppji, jiġu simplifikati l-ispejjeż ġenerali, tiġi razzjonalizzata l-hekk imsejħa amministrazzjoni “istituzzjonali”, kif ukoll jiġu riformati l-entitajiet lokali. Il-monitoraġġ u l-infurzar strett ta' dawk il-miżuri se jkunu meħtieġa biex jiġi realizzat l-iffrankar mistenni. L-appartenenza reġjonali tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika hija wkoll kritika biex jiġu żgurati gwadanji fl-effiċjenza fuq żmien medju. |
(10) |
Ir-reviżjoni li għaddejja tal-BSOL timmira li ssaħħaħ is-setgħat ta' monitoraġġ tal-Ministeru tal-Finanzi dwar is-sitwazzjoni tal-flus kontanti u l-arretrati tad-diversi livelli tal-gvern ġenerali. L-għan huwa li jiġu eliminati l-arretrati ta' dejn kummerċjali fis-settur pubbliku, u li jiġi evitat li l-akkumulazzjoni ta' dejn kummerċjali toħloq riskji għas-sostenibbiltà finanzjarja ta' kwalunkwe amministrazzjoni pubblika. Bħala tali, l-abbozz ta' liġi jsaħħaħ id-dixxiplina fiskali fuq is-subsetturi kollha tal-gvern ġenerali. |
(11) |
Dan l-abbozz ta' liġi dwar id-diżindiċjar jimmira li jwaqqaf l-iskemi ta' indiċjar fil-prezzijiet u l-miżati amministrati. Il-mekkaniżmi eżistenti dwar in-negozjar kollettiv, l-istrumenti tas-settur finanzjarju u l-pensjonijiet huma esklużi mill-ambitu ta' din il-liġi, billi l-iskemi tal-pensjonijiet huma s-suġġett ta' riforma separata kif imsemmi fil-premessa 12. Wara d-dħul fis-seħħ tagħha, il-liġi x'aktarx li tiġġenera xi ffrankar fiskali, filwaqt li fl-istess ħin, tikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-effetti indiretti fuq il-prezzijiet filwaqt li jiġu appoġġjati l-poter ta' akkwist u l-kompetittività. |
(12) |
It-tibdiliet reċenti u ppjanati fis-sistema tal-pensjonijiet huma sinifikanti. Ir-regolament propost tal-fattur ta' sostenibbiltà u l-formula l-ġdida ta' indiċjar tal-pensjoni – flimkien mar-riforma ta' rtirar bikri adottata f'Marzu 2103 huma passi importanti biex titjieb is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u biex titrażżan in-nefqa tal-pensjonijiet li qed togħla malajr. |
(13) |
Rigward ir-rieżami sistematiku tas-sistema tat-taxxa (RSP 2), il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jirreferi għall-konklużjonijiet ta' grupp ta' esperti li għandhom jiġu ppreżentati fi Frar 2014, li mbagħad se jiġu evalwati mill-Gvern fi stadju aktar tard. Dak il-programm jippreżenta wkoll miżuri, bħat-taxxa l-ġdida fuq il-gass fluworur, bi tweġiba għar-rakkomandazzjoni li jittieħdu passi addizzjonali dwar it-tassazzjoni ambjentali. |
(14) |
Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jirreferi wkoll għal miżuri għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali u x-xogħol mhux iddikjarat, inkluż fost l-oħrajn, pjan annwali dwar il-kontrolli tat-taxxa u doganali li għandu jiġi adottat fil-bidu tal-2014, kif ukoll l-implimentazzjoni kontinwa tal-pjan kontra l-frodi fl-impjieg u fis-sigurtà soċjali. Dawk l-isforzi huma mistennija jagħtu dħul addizzjonali, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-isforz għal konsolidazzjoni fiskali. |
(15) |
Ġiet dedikata attenzjoni sinifikanti fil-Programm ta' Sħubija Ekonomika għall-kwistjonijiet tas-suq tax-xogħol, inkluża l-evalwazzjoni tar-riforma tas-suq tax-xogħol tal-2012, ir-riforma li għaddejja tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol, l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Intraprenditorjat u tal-Impjiegi għaż-Żgħażagħ u l-introduzzjoni ta' sħubijiet pubbliċi-privati fis-servizzi ta' impjieg. Madankollu, m'hemmx pjanijiet konkreti għall-modernizzazzjoni ulterjuri tas-servizzi pubbliċi ta' impjieg, lil hinn mill-kooperazzjoni mal-aġenziji privati ta' impjieg. Barra minn hekk, wara l-evalwazzjoni tar-riforma tas-suq tax-xogħol tal-2012, il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ma jipprevedix miżuri għat-tisħiħ ulterjuri tar-riforma. Minkejja dan, dik ir-riforma jidher li rawmet il-flessibilità interna u l-moderazzjoni tal-pagi fil-kumpaniji, u b'hekk illimitat, ceteris paribus, it-telf ta' impjieg. |
(16) |
Ir-riformi fis-swieq tal-prodotti u tas-servizzi wkoll sejrin fid-direzzjoni t-tajba. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jagħti informazzjoni dwar miżuri bħall-abbozz ta' liġi fuq il-garanzija tal-unità tas-suq, l-abbozz ta' liġi fuq is-servizzi professjonali u l-liġi dwar l-intraprenditorjat. Barra minn hekk, il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jenfasizza l-miżuri meħtieġa biex jitnaqqas id-defiċit tat-tariffa tal-elettriku. Dawk il-miżuri, li għad iridu jitlestew, jistgħu jgħinu biex titrażżan l-akkumulazzjoni tad-dejn mit-tariffa tal-enerġija elettrika u l-passività kontinġenti assoċjata għall-finanzi pubbliċi, |
ADOTTA DIN L-OPINJONI:
Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Spanja ppreżenta sett adegwat biżżejjed ta' riformi fiskali-strutturali lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fl-1 ta' Ottubru 2013, li jsostnu korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jikkonferma l-aġenda tar-riformi u l-iskeda għar-riformi fiskali u riformi strutturali oħrajn inklużi fil-Programm Nazzjonali tar-Riformi tal-2013 u l-Programm ta' Stabbiltà u f'xi każi, jagħti aktar dettall dwar il-kontenut tal-miżuri u t-tul mistenni tagħhom. Madankollu, s'issa ċerti rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill huma biss parzjalment appoġġjati minn miżuri konkreti. Dan huwa l-każ, pereżempju, tar-rieżami sistematiku ta' oġġetti maġġuri ta' nfiq bil-ħsieb li tittejjeb l-effiċjenza fin-nefqa pubblika (RSP 1). Barra minn hekk, rigward ir-rieżami tas-sistema fiskali (RSP 2), il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jirreferi prinċipalment għall-konklużjonijiet ta' grupp ta' esperti tat-taxxa skedati għal Frar 2014. Fil-maġġoranza tal-każijiet, ir-riformi għadhom iridu jiġu adottati u/jew implimentati b'mod sħiħ, billi l-implimentazzjoni mgħaġġla u sħiħa hija ta' importanza ewlenija għas-suċċess tal-Programm ta' Sħubija Ekonomika. Il-Kummissjoni u l-Kunsill ser jimmonitorjaw l-eżekuzzjoni tar-riformi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(1) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/417/KE tas-27 ta' April 2009 dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fi Spanja (ĠU L 135, 30.5.2009, p. 25).
(3) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ta’ Spanja għall-2013 u li twassal l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà ta’ Spanja, 2012-2016 (ĠU C 217, 30.7.2013, p. 81).
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/4 |
OPINJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Diċembru 2013
dwar il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Franza
2013/C 368/02
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (1), b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) jimmira li jiżgura d-dixxiplina baġitarja fl-Unjoni u jistabbilixxi l-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi tal-gvern. Huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi governattivi sodi bħala mezz sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b'saħħtu bbażat fuq stabbiltà finanzjarja, u b'hekk tiġi appoġġjata l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli u impjiegi. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ imsaħħaħ tal-politiki baġitarji fiż-żona tal-euro u għall-iżgurar li l-baġits nazzjonali jkunu konsistenti mal-gwida politika ekonomika maħruġa fil-kuntest tal-PST u s-Semestru Ewropew. Peress li miżuri purament baġitarji jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv, jistgħu jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali ta' politika u riformi strutturali. |
(3) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati kif l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jippreżentaw programmi ta' sħubija ekonomika taħt proċedura ta' defiċit eċċessiv. Il-programm ta' sħubija ekonomika, li jistabbilixxi pjan direzzjonali ta' miżuri biex jikkontribwixxi għal korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv, għandu jispeċifika, b'mod partikolari r-riformi fiskali strutturali ewlenin, speċjalment dawk li jirreferu għat-tassazzjoni, is-sistemi tal-pensjonijiet u tas-saħħa u l-oqfsa baġitarji. |
(4) |
Fis-27 ta' April 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/414/KE (2), fejn Franza kienet is-suġġett ta' proċedura ta' defiċit eċċessiv. Fil-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fil-kuntest ta' defiċit eċċessiv (Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013) li nfetħet qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 473/2013. F'dan il-kuntest Franza ntalbet tippreżenta programm ta' sħubija ekonomika sal-1 ta' Ottubru 2013. |
(5) |
Fl-1 ta' Ottubru 2013, u fiż-żmien stabbilit bl-Artikolu 9(3) u 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, Franza ppreżentat Programm ta' Sħubija Ekonomika tagħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, li jistabbilixxi b'mod partikolari r-riformi fiskali-strutturali li jimmiraw li jiżguraw korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jinkludi miżuri intiżi sabiex jimplementaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (RSP) tal-2013 indirizzati lil Franza bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013 (3) (Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013) li: (i) jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi (RSP 1) filwaqt li tiġi simplifikata s-sistema tat-taxxa (RSP 5); (ii) jirrestawraw il-kompetittività permezz ta' miżuri biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-produzzjoni (RSP 2), itejbu l-ambjent tan-negozju (RSP 3) u jżidu l-kompetizzjoni (RSP 4); kif ukoll (iii) jikkumbattu l-qgħad u l-inugwaljanza fis-suq tax-xogħol (RSP 6). |
(6) |
Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jiffoka fuq miżuri li, bi ftit eċċezzjonijiet, diġà ġew implimentati jew qegħdin fil-proċess tal-adozzjoni. Huwa jipprovdi informazzjoni limitata dwar l-istrateġija tal-politika tal-Gvern għall-perjodu sal-2015, li hija l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv. Ir-riformi fiskali-strutturali meħuda jew ippjanati minn Franza huma dawn li ġejjin: (i) miżuri biex jitnaqqas id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika, b'mod partikolari permezz ta' sforzi li jrażżnu ż-żieda fin-nefqa; (ii) il-ħolqien ta' kunsill fiskali indipendenti; (iii) ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet; (iv) is-simplifikazzjoni tas-sistema tat-taxxa; u (v) it-tnaqqis fil-kost tax-xogħol. Riformi strutturali addizzjonali li għandhom effett fuq it-tkabbir u l-kompetittività, u għalhekk impatt indirett fuq it-tnaqqis tad-defiċit jinkludu: (i) l-appoġġ għall-innovazzjoni u kapaċità ta' esportazzjoni tal-kumpaniji; (ii) miżuri li jtejbu l-kompetizzjoni u l-effiċjenza fl-industriji tan-netwerk u f'ċerti setturi regolati; (iii) ir-riforma tas-suq tax-xogħol; u (iv) l-appoġġ għall-impjieg għaż-żgħażagħ. |
(7) |
Rigward il-finanzi pubbliċi, il-miżuri meħuda jimmiraw li jikkonformaw mal-miri tad-defiċit nominali stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013, bi sforzi speċifiċi biex irażżnu ż-żieda fin-nefqa, inkluż fil-kura tas-saħħa. F'dak ir-rigward, twettqu numru ta' valutazzjonijiet ta' politika pubblika bħala parti mir-rieżami li għadu għaddej tal-infiq u dawn irriżultaw fi proposti speċifiċi iżda l-iffrankar mistenni għadu ma ġiex ikkwantifikat b'mod sistematiku. Barra minn hekk, parti mill-miżuri mħabbra s'issa jikkonsistu fil-limitazzjoni u/jew it-tneħħija tal-eżenzjonijiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, li fil-fatt se jgħollu l-piż tat-taxxa minflok ibaxxu n-nefqa. B'mod aktar ġenerali, wieħed għad irid jara sa liema punt ir-rieżami tal-infiq se jirriżulta fil-fatt f'riformi maġġuri tal-politiki tal-gvern, u jkopri l-attivitajiet fis-settur pubbliku u l-modi ta' twassil tas-servizzi pubbliċi. Il-Gvern beda wkoll riforma ta' deċentralizzazzjoni mmirata li tiċċara r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet lokali u tal-gvern ċentrali sabiex tiżdied l-effiċjenza tan-nefqa tal-gvern lokali. Madankollu, mhuwiex ċar f'dan l-istadju jekk dan il-proċess hux se jikkontribwixxi fil-fatt għar-razzjonalizzazzjoni tal-infiq lokali, u l-iffrankar mistenni għadu ma ġiex ikkwantifikat. Barra mill-ammont sinifikanti ta' ffrankar immirat għall-2014, il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jipprovdi ftit informazzjoni dwar il-miżuri biex titjieb il-kost-effettività tal-infiq fuq il-kura tas-saħħa fit-terminu medju u dak twil, inkluż fil-qasam tal-farmaċewtiċi, fid-dawl taż-żieda prevista f'dak l-infiq. |
(8) |
It-tmexxija tal-finanzi pubbliċi ġiet imsaħħa b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' Kunsill Għoli għall-Finanzi Pubbliċi. Il-Kunsill Għoli għall-Finanzi Pubbliċi, li l-indipendenza tiegħu hija prevista bil-liġi, jagħti opinjoni dwar ix-xenarju makroekonomiku li fuqu huma bbażati l-abbozzi tal-baġit u l-programmi ta' stabbiltà u dwar il-konsistenza tal-miri fiskali annwali mal-istrateġija baġitarja pluriennali. Fid-dawl tar-rwol tiegħu, huwa ipprovda opinjoni dwar il-Programm ta' Stabbiltà ppreżentat minn Franza fit-30 ta' April 2013 kif ukoll dwar l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju. |
(9) |
Ir-riforma ppjanata tal-pensjonijiet tista' tkun mistennija li tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet. Il-miżuri meħuda sal-2020 jiffokaw prinċipalment fuq in-naħa tad-dħul, b'mod partikolari b'żieda fil-kontribuzzjonijiet soċjali kemm għall-impjegati kif ukoll għal min iħaddem, miżura li l-Kunsill kien wissa kontriha fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013. Il-Gvern impenja ruħu biex itaffi l-impatt tar-riforma ppjanata tal-pensjonijiet fuq il-kost tax-xogħol fl-2014 permezz ta' tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tal-familja. Mill-2020, il-perjodu ta' kontribuzzjoni għal pensjoni sħiħa se jiżdied b'mod gradwali għal 43 sena sal-2035. Ir-riforma ppjanata ma tindirizzax b'mod sħiħ ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013 minħabba li l-miżuri kkunsidrati huma mistennija li jnaqqsu biss bin-nofs id-differenza ta' finanzjament fis-sistema tal-pensjonijiet sal-2020. F'dan ir-rigward, l-ambitu u r-regoli speċifiċi tal-iskemi tal-ħaddiema tas-settur pubbliku ma ġewx rieżaminati. Barra minn hekk, jista' jkun li l-lakuna finanzjarja tas-sistema tal-pensjonijiet sal-2020 tkun saħansitra ikbar milli mistenni jekk ix-xenarju makroekonomiku li fuqu hija bbażata r-riforma jispiċċa jkun ottimist iżżejjed, sitwazzjoni li ma tistax tiġi kompletament eskluża abbażi tal-iżviluppi ekonomiċi attwali. Il-kost baġitarju tal-miżuri ppjanati biex jittieħed iżjed kont tal-attivitajiet ta' strapazz huwa soġġett għal inċertezza sinifikanti u huwa riskju ieħor għall-prospetti finanzjarji tas-sistema tal-pensjonijiet. |
(10) |
Saru aktar sforzi biex tiġi simplifikata s-sistema tat-taxxa u tiżdied l-effiċjenza tagħha permezz ta' tnaqqis ulterjuri fin-nefqa tat-taxxa u proposti biex tiżdied it-tassazzjoni ambjentali. Min-naħa l-oħra, minbarra l-miżura li diġà ġiet adottata fl-2013, li l-impatt tagħha se jiżdied fl-2014, l-ebda miżuri mhuma meqjusa fl-Abbozz ta' Pjan Baġitarju biex titkompla titnaqqas it-tendenza lejn id-dejn fit-tassazzjoni korporattiva. Emendi għall-Abbozz ta' Pjan Baġitarju wara li dan ġie ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill se jirriżultaw f'rata statutorja de facto ogħla ta' taxxa fuq id-dħul korporattiv għall-kumpaniji kbar, kontra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013 biex jitnaqqsu r-rati statutorji filwaqt li titwessa' l-bażi fiskali. Barra minn hekk, filwaqt li r-rati tat-taxxa b'valur miżjud se jinbidlu minn Jannar 2014, kif deċiż f'Diċembru 2012, il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ma jinkludix informazzjoni dwar il-miżuri intiżi biex ir-rati mnaqqsa jinġiebu eqreb ir-rata standard kif rakkomandat mill-Kunsill. Is-sospensjoni ta' taxxa ekoloġika fuq vetturi b'merkanzija tqila mħabbra mill-Gvern fid-29 ta' Ottubru tidher li hija f'kontradizzjoni mal-isforzi ppreżentati fil-Programm ta' Sħubija Ekonomika biex tiżdied it-tassazzjoni ambjentali. |
(11) |
Il-miżuri meħuda mill-Gvern biex jappoġġja l-kost kompetittività jistgħu jkunu mistennija li jtaffu ż-żieda fil-kost tax-xogħol marbuta mal-miżuri ta' konsolidazzjoni fiskali adottati mill-2010. B'mod partikolari, ir-ribass tat-taxxa għall-kompetittività u l-impjiegi adottat f'Diċembru 2012 inaqqas b'mod sinifikanti l-kost tax-xogħol għall-pagi li huma inqas minn 2,5 darbiet il-paga minima. Minbarra l-impenn biex jittaffa l-impatt tar-riforma tal-pensjoni ppjanata fl-2014, il-Gvern ħabbar riforma fil-futur tal-finanzjament tas-sigurtà soċjali sabiex jiġu diversifikati r-rikavati u jitnaqqas l-impatt tagħhom fuq il-kost tax-xogħol. Madankollu, ftit informazzjoni hija disponibbli f'dan l-istadju dwar id-dettalji ta' dik ir-riforma. |
(12) |
Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jressaq numru ta' riformi strutturali meħuda biex jiżdiedu t-tkabbir u l-kompetittività u għall-ġlieda kontra l-qgħad. Sabiex jappoġġja l-kompetittività, il-Gvern ħa miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi għal proġetti innovattivi u jappoġġjaw il-kumpaniji ta' esportazzjoni. Ġew imnedija inizjattivi li jissimplifikaw l-interazzjonijiet bejn il-kumpaniji u l-amministrazzjoni. Barra minn hekk, il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jsemmi miżuri mmirati biex tiżdied il-kompetizzjoni f'xi setturi regolati (bħan-nutara u l-kontabilisti) iżda dawk il-miżuri ma jindirizzawx b'mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2103 li appellaw għal riforma ambizzjuża fis-settur tas-servizzi. Ġiet ippreżentata wkoll riforma tas-sistema ferrovjarja fil-Programm ta' Sħubija Ekonomika. Filwaqt li dik ir-riforma tfittex li ttejjeb l-effiċjenza tas-sistema, ma tipprevedix il-ftuħ tat-trasport domestiku tal-passiġġieri għall-kompetizzjoni, kif hemm mitlub fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jippreżenta wkoll miżuri sinifikanti adottati għall-ġlieda kontra l-qgħad, għalkemm ħafna minnhom kienu magħrufa fiż-żmien tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013. Il-liġi tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar l-iżgurar tal-impjiegi, il-miżuri speċifiċi li jappoġġjaw l-impjieg taż-żgħażagħ u ta' ħaddiema akbar fl-età, kif ukoll ir-riforma li jmiss ta' taħriġ vokazzjonali u apprendistat huma passi pożittivi biex jitjieb il-funzjonament tas-suq tax-xogħol u b'hekk jiżdied il-potenzjal ta' tkabbir fi Franza. B'kuntrast, in-negozjati dwar is-sistema ta' benefiċċji tal-qgħad ġew posposti sal-2014, |
ADOTTA DIN L-OPINJONI:
Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika ta' Franza ppreżenta sett ta' riformi fiskali-strutturali lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fl-1 ta' Ottubru 2013, li huma parzjalment adegwati biex isostnu korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva lejn il-miżuri adottati qabel ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013. Dan jinkludi wkoll informazzjoni dwar ir-riformi addizzjonali mnedija sal-ħin meta l-Programm ta' Sħubija Ekonomika ġie ppreżentat. Madankollu, dawk il-miżuri mhux se jkunu biżżejjed biex jindirizzaw l-iżbilanċi fiskali u strutturali u ġie pprovdut ftit dettall dwar ir-riformi addizzjonali ppjanati bħala tweġiba għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013. Il-proposta tal-Gvern għal riforma tal-pensjonijiet se tnaqqas id-defiċit tas-sistema tal-pensjonijiet imma mhix biżżejjed biex dan jiġi eliminat sal-2020, b'mod partikolari minħabba skemi għall-uffiċjali tal-gvern statali u impjegati li jaħdmu f'għadd ta' kumpaniji kkontrollati mill-Istat mistennija li jkollhom defiċits sinifikanti sa dak iż-żmien u x-xenarju makroekonomiku sottostanti jidher wisq ottimist. Ir-rieżami tal-infiq li għaddej wassal biss riżultati limitati s'issa u wieħed għad irid jara sa liema punt se jirriżulta f'iffrankar imdaqqas. Barra minn hekk mhux ċar ukoll jekk ir-riforma ta' deċentralizzazzjoni ppjanata hix se ttejjeb il-koordinazzjoni bejn il-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali u twassal għal iffrankar sinifikanti għall-amministrazzjoni pubblika kollha. Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika jipprovdi ftit informazzjoni dwar il-miżuri li jindirizzaw iż-żieda prevista fil-perjodu medju jew fit-tul fin-nefqa pubblika fuq il-kura tas-saħħa.
Barra minn hekk, deċiżjonijiet riċenti meħuda mill-Gvern fil-qasam tat-tassazzjoni jidhru li ma jirrispettawx ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013 u joħolqu inċertezza dwar l-istrateġija tal-Gvern. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li l-miżuri li jsostnu l-impenn tal-Gvern biex inaqqas aktar il-kost tax-xogħol jiġu speċifikati. B'mod ġenerali, filwaqt li r-riformi li diġà kienu leġiżlati huma passi pożittivi, xorta jeħtieġu aktar sforzi biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi fiskali u strutturali biex tiġi appoġġjata b'mod effettiv korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv u s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. Għalhekk, Franza hija mistiedna tippreżenta informazzjoni addizzjonali fil-Programm tar-Riformi Nazzjonali u fil-Programm ta' Stabbiltà li jmiss fuq l-isforzi ta' riforma biex tiżdied l-effiċjenza tal-infiq pubbliku fis-subsetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika u b'mod partikolari biex tinkiseb koordinazzjoni aħjar u ffrankar addizzjonali bejn il-livelli ċentrali u lokali tal-gvern. Hija meħtieġ aktar spjegazzjoni fuq miżuri biex tiżdied il-kost-effettività tan-nefqa fuq il-kura tas-saħħa u biex jiġi evitat li d-defiċits previsti tal-iskemi tal-pensjonijiet tal-ħaddiema fis-settur pubbliku jkunu ta' piż fuq id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika. Hija meħtieġa wkoll aktar informazzjoni fuq l-azzjonijiet ippjanati biex ikomplu jnaqqsu l-kost tax-xogħol u b'mod aktar ġenerali dwar ir-riformi strutturali ulterjuri previsti biex tiżdied il-kapaċità ta' aġġustament tal-ekonomija u biex jissaħħaħ it-tkabbir potenzjali. Il-Kummissjoni u l-Kunsill se jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tar-riformi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(1) ĠU L 140, 27.5.2013 p. 11.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/414/KE tas-27 ta' April 2009 dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fi Franza (ĠU L 135, 30.5.2009, p. 19).
(3) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma ta' Franza tal-2013 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà ta' Franza, 2012-2017 (ĠU C 217, 30.7.2013, p. 27).
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/7 |
OPINJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta' Diċembru 2013
dwar il-Programm ta' Sħubija Ekonomika tas-Slovenja
2013/C 368/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 (1) dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro, b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) għandu l-għan li jiżgura d-dixxiplina baġitarja fl-Unjoni u jistabbilixxi l-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi tal-gvern. Huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi governattivi sodi bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b'saħħtu bbażat fuq l-istabbiltà finanzjarja, u b'hekk jappoġġja l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi sostenibbli. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ imsaħħaħ tal-politiki baġitarji fiż-żona tal-euro u għall-iżgurar li l-baġits nazzjonali jkunu konsistenti mal-gwida politika ekonomika maħruġa fil-kuntest tal-PST u tas-Semestru Ewropew. Peress li miżuri purament baġitarji jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv, jistgħu jkunu meħtieġa miżuri ta' politika u riformi strutturali addizzjonali. |
(3) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-programmi ta' sħubija ekonomika, li għandhom jiġu ppreżentati mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro taħt proċedura ta' defiċit eċċessiv. Il-programm ta' sħubija ekonomika, li jistabbilixxi pjan direzzjonali ta' miżuri biex jikkontribwixxu għal korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv, għandu jispeċifika, b'mod partikolari, ir-riformi fiskali strutturali ewlenin, b'mod partikolari dawk li jirreferu għat-tassazzjoni, is-sistemi tal-pensjonijiet u tas-saħħa u l-oqfsa baġitarji. |
(4) |
Fit-2 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill adotta deċiżjoni skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat, fejn is-Slovenja kienet is-suġġett ta' proċedura ta' defiċit eċċessiv. Il-Kunsill adotta fil-21 ta' Ġunju 2013 rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat fil-kuntest ta' defiċit eċċessiv li nfetħet qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 473/2013. F'dan il-kuntest, is-Slovenja ntalbet tippreżenta programm ta' sħubija ekonomika sal-1 ta' Ottubru 2013, li jistabbilixxi r-riformi fiskali-strutturali li jimmiraw li jiżguraw korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv. |
(5) |
Il-programm ta' sħubija ekonomika ppreżentat mis-Slovenja fl-1 ta' Ottubru jinkludi miżuri mmirati biex isaħħu l-istrateġija baġitarja għal korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv (Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika għall-pajjiż ((“RSP”) 1), biex jappoġġjaw is-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet u jinkludu l-ispejjeż tat-tixjiħ (RSP2), jirriformaw is-suq tax-xogħol (RSP3), jevalwaw il-kwalità tal-assi fis-sistema bankarja (RSP4), itejbu l-qafas regolatorju u l-kapaċitajiet superviżorji tal-banek (RSP5), jirriformaw il-professjonijiet regolati (RSP6), inaqqsu t-tul tal-proċeduri ġudizzjarji (RSP7), isaħħu l-governanza korporattiva tal-SOEs u l-privatizzazzjoni (RSP8) u jirristrutturaw il-kumpaniji u jtejbu l-ambjent tan-negozju (RSP9). |
(6) |
Il-miżuri fiskali-strutturali u r-riformi li s-Slovenja qed tippjana li timplimenta jikkonċernaw dan li ġej: (i) is-sistema tat-taxxa u l-konformità tat-taxxa; (ii) il-qafas fiskali; (iii) is-sistema tal-pensjonijiet, u (iv) l-kura fit-tul. Is-sett ta' miżuri huwa parzjalment adegwat u jista' jkun mistenni li jikkontribwixxi għall-korrezzjoni effettiva u dejjiema tas-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv. Madankollu, jeħtieġu aktar sforzi u implimentazzjoni aċċellerata f'ċerti oqsma. |
(7) |
Il-miżuri strutturali riċenti li jżidu d-dħul, b'mod partikolari rati tal-VAT ogħla u taxxa ġdida fuq il-proprjetà, huma previsti li jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli (madwar 1,3 % tal-PDG) għall-konsolidament tal-finanzi pubbliċi. Dawn l-azzjonijiet mhumiex ikkumplimentati b'miżuri strutturali tan-naħa tan-nefqa li huma wkoll essenzjali sabiex tinkiseb il-pożizzjoni ta' bilanċ/surplus tal-baġit. Abbażi tal-informazzjoni attwali, huwa prematur li jiġu evalwati l-bosta miżuri amministrattivi biex tissaħħaħ il-konformità tat-taxxa, madankollu jekk dawn ikunu effiċjenti, ikomplu jsaħħu s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. |
(8) |
L-awtoritajiet qed iħejju riforma tal-leġiżlazzjoni li fuqha huwa bbażat il-qafas fiskali b'konformità mat-Trattat ta' Stabbiltà, Koordinazzjoni u Governanza fl-UME (TSKG) u ma' liġijiet oħra tal-Unjoni. Ir-regola kostituzzjonali approvata tal-bilanċ/surplus tal-baġit u l-atti legali previsti li jispeċifikaw l-implimentazzjoni tagħha, b'mod partikolari l-Att dwar ir-Regoli Fiskali l-ġdid u l-Att dwar il-Finanzi Pubbliċi emendat, għandhom jgħinu biex jankraw id-dixxiplina fiskali fid-dritt nazzjonali. |
(9) |
Bħala riżultat tal-implimentazzjoni tar-riforma tal-pensjonijiet f'Diċembru 2012, in-numri ta' pensjonanti anzjani ġodda kull xahar jindikaw moderazzjoni fit-tkabbir tagħhom. Madankollu, il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tat-tieni rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjoni tkun prematura. Grupp ta' ħidma magħmul minn membri mill-akkademja u l-amministrazzjoni pubblika qed jevalwa l-implikazzjonijiet tar-riforma. Abbażi tas-sejbiet tiegħu, il-Gvern bi ħsiebu jistabbilixxi proposti għal aktar adattamenti tas-sistema tal-pensjonijiet biex jiżgura s-sostenibbiltà tagħha wara l-2020. |
(10) |
Sabiex ikompli jindirizza l-ispejjeż marbuta mal-anzjani li dejjem jiżdiedu, il-gvern approva pjan għal att dwar il-kura fit-tul u l-assistenza personali li jintroduċi sistema ġdida bbażata fuq l-assigurazzjoni. L-adozzjoni tal-att il-ġdid hija prevista fl-ewwel nofs tal-2014. Il-finanzjament tas-sistema obbligatorja bbażata fuq l-assigurazzjoni għandu jiġi ċċarat, iżda x'aktarx se jkun ibbażat fuq kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-popolazzjoni attiva u inattiva u m'għandux iżid ir-rata tal-kontribuzzjonijiet ġenerali tas-sigurtà soċjali. |
(11) |
Matul l-aħħar xhur, is-Slovenja żiedet ir-ritmu tar-riformi strutturali mhux fiskali rilevanti għall-aġġustament tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Qiegħed jinkiseb progress kruċjali fil-qasam tas-settur bankarju. Madankollu, ir-riformi ewlenin li jappoġġjaw l-aġġustament u t-tkabbir għadhom qegħdin jitħejjew u huma sostanzjalment tard, b'mod partikolari r-ristrutturar tal-kumpaniji barra mill-qorti u l-adozzjoni tal-klassifikazzjoni tal-assi statali. |
(12) |
L-implimentazzjoni ta' miżuri biex jistabbilizzaw is-settur bankarju għadha għaddejja, b'mod partikolari Eżami bir-reqqa tal-Kwalità tal-Assi u Simulazzjonijiet ta' Kriżi li jkopru kważi 70 % tas-settur bankarju qed jitwettqu u għandhom jitlestew qabel tmiem l-2013. Valutazzjoni bħal din hija mistennija li tiġi segwita minn strateġija komprensiva ta' ristrutturar, konsolidazzjoni u rikapitalizzazzjoni tas-settur bankarju, li tkun tinkludi wkoll pjanijiet għad-diżinvestiment tal-parteċipazzjonijiet fis-settur pubbliku diretti u indiretti fil-banek domestiċi. Tali diżinvestiment inaqqas b'mod sinifikanti r-riskju li jerġgħu jitfaċċaw l-passivitajiet kontinġenti fis-snin li ġejjin. |
(13) |
Ir-riforma li għaddejja bħalissa tal-Liġi Slovena dwar il-Holdings Sovrani, jekk tkun imfassla u implimentata sewwa, inkluż il-progress rapidu tal-privatizzazzjoni ta' ċerti SOEs, tista', minn naħa, tiġġenera d-dħul u tnaqqas l-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-gvern ġenerali u, min-naħa l-oħra, tikkontribwixxi għal ġestjoni strateġika mtejba u ġestjoni ta' assi statali aktar effiċjenti, b'mod partikolari rigward il-possibilitajiet li jiġu attirati investituri barranin, |
ADOTTA DIN L-OPINJONI:
Il-Programm ta' Sħubija Ekonomika tas-Slovenja ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fl-1 ta' Ottubru 2013 jinkludi sett ta' riformi strutturali fiskali li huwa parzjalment adegwat biex jappoġġja korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv u jeħtieġ li jiġi implimentat kif suppost u b'mod komprensiv biex iwassal ir-riżultati mistennija. B'mod speċifiku, il-programm ta' sħubija ekonomika juri xi progress fl-ilħuq tal-impenji mill-Programm Sloven ta' Stabbiltà u l-Programm Nazzjonali Sloven ta' Riforma dwar ir-riforma tat-taxxa, it-tisħiħ tal-konformità tat-taxxa u tal-governanza fiskali kif ukoll it-tiswija tas-settur bankarju. Ir-ristrutturar tas-settur bankarju u korporattiv u l-istrateġija ta' konsolidazzjoni wara l-ħruġ tar-Reviżjonijiet ta' Kwalità tal-Assi u s-Simulazzjonijiet ta' Kriżi għall-banek huma ewlenin biex tissaħħaħ il-kunfidenza u jiġu attirati investituri barranin fis-Slovenja, inklużi fil-bonds sovrani. Ix-xogħol fuq adattamenti ulterjuri possibbli tas-sistema tal-pensjonijiet m'ilux li beda u l-informazzjoni dwar il-miżuri konkreti u l-iskedi previsti f'dan il-qasam mhix disponibbli. B'mod ġenerali, kważi r-riformi kollha għadha għaddejja l-ħidma fuqhom u b'hekk l-adozzjoni rapida u l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom huma ta' importanza kbira. Għalhekk, is-Slovenja hija mistiedna tagħti aktar dettalji dwar l-informazzjoni pprovduta u tipprovdi informazzjoni addizzjonali fuq ir-riformi previsti fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma u l-Programm ta' Stabbiltà li jmiss, li l-valutazzjoni sħiħa tagħhom se ssir mill-Kummissjoni u l-Kunsill fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(1) ĠU L 140, 27.5.2013 p. 11.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/9 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 368/04
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
1.10.2013 |
|||||||||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.37259 (13/N) |
|||||||||||||
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|||||||||||||
Reġjun |
Nordrhein-Westfalen |
— |
||||||||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Richtlinie über die Gewährung von Zuwendungen für Forschung, Innovation und Technologie des Landes NRW |
|||||||||||||
Il-bażi legali |
Richtlinie über die Gewährung von Zuwendungen für Forschung, Innovation und Technologie des Landes Nordrhein-Westfalen (FIT) |
|||||||||||||
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||||||||||
L-għan |
Riċerka u żvilupp |
|||||||||||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||||||||||
L-estimi |
|
|||||||||||||
L-intensità |
100 % |
|||||||||||||
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2016 |
|||||||||||||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna |
|||||||||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||||||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/11 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 368/05
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
31.10.2013 |
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.37484 (13/N) |
|
Stat Membru |
Il-Polonja |
|
Reġjun |
Poland |
Artikolu 107(3)(a) |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Przedłużenie mapy pomocy regionalnej na lata 2007–2013 do dnia 30 czerwca 2014 r. |
|
Il-bażi legali |
Projekt rozporządzenia Rady Ministrów zmieniającego rozporządzenie w sprawie ustalenia mapy pomocy regionalnej |
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
|
Il-forma tal-għajnuna |
Oħrajn – The notification refers to the prolongation of the existing regional aid map. All forms of aid are possible. |
|
L-estimi |
— |
|
L-intensità |
— |
|
It-tul ta' żmien |
31.12.2013-30.6.2014 |
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna |
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Polska/Poland |
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/12 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7016 – MHI/MH Power Systems)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 368/06
Fis-6 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7016. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/12 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7073 – KKR/Arle Capital/Hilding Anders)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 368/07
Fil-11 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7073. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/13 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-16 ta’ Diċembru 2013
2013/C 368/08
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3776 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
141,87 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4605 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,84385 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,0266 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2212 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,4345 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,600 |
HUF |
Forint Ungeriż |
299,77 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7029 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1758 |
RON |
Leu Rumen |
4,4570 |
TRY |
Lira Turka |
2,7970 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5400 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4579 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,6815 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6673 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7293 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 450,66 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,2072 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,3651 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,6293 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 507,61 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4626 |
PHP |
Peso Filippin |
60,700 |
RUB |
Rouble Russu |
45,2905 |
THB |
Baht Tajlandiż |
44,125 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,2091 |
MXN |
Peso Messikan |
17,8013 |
INR |
Rupi Indjan |
85,0670 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
L-Ombudsman Ewropew
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/14 |
Rapport Annwali 2012
2013/C 368/09
Fit-12 ta’ Settembru 2013, l-Ombudsman Ewropew ippreżenta ir-Rapport Annwali tas-sena 2012 lill-Parlament Ewropew.
Ir-Rapport Annwali, kif ukoll Ġabra fil-Qosor huma disponibbli mis-sit uffiċjali tal-Internet tal-Ombudsman Ewropew, bit-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni fuq http://www.ombudsman.europa.eu
Min jixtieq kopja ta' dawn il-pubblikazzjonijiet, jista' jagħmel dan bla ebda ħlas billi jikkuntattja l-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew, f'dan l-indirizz:
1 avenue du Président Robert Schuman |
CS 30403 |
67001 Strasbourg Cedex |
FRANCE |
Tel. +33 388172313 |
Fax +33 388179062 |
Posta elettronika: eo@ombudsman.europa.eu |
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/15 |
Rapport Speċjali lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 3(7) tal-Istatut tal-Ombudsman Ewropew (1)
2013/C 368/10
Fl-2013, l-Ombudsman Ewropew indirizza rapport speċjali lill-Parlament Ewropew:
Rapport Speċjali tat-12 ta’ Novembru 2013 wara l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tal-Ombudsman Ewropew OI/5/2012/BEH-MHZ dwar Frontex.
Dan ir-rapport speċjali huwa disponibbli fuq il-website tal-Ombudsman Ewropew fuq: http://www.ombudsman.europa.eu
Kopji ta' dan ir-rapport jistgħu jinkisbu, bla ħlas, mill-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew:
1 avenue du Président Robert Schuman |
CS 30403 |
67001 Strasbourg Cedex |
FRANCE |
Tel. +33 388172313 |
Faks +33 388179062 |
Posta elettronika: eo@ombudsman.europa.eu |
(1) Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta' Marzu 1994 tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolamenti u l-Kundizzjonijiet Ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman, ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/16 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 368/11
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
21.11.2013 |
Tul ta’ żmien |
21.11.2013-31.12.2013 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
BUM/ATLANT |
Speċi |
Marlin blu (Makaira nigricans) |
Żona |
L-Oċean Atlantiku |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
72/TQ40 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/16 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 368/12
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
27.11.2013 |
Tul |
27.11.2013-31.12.2013 |
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
MAC/*4A |
Speċi |
Kavalli (Scomber scombrus) |
Żona |
lVa |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
In-numru ta’ referenza |
73/TQ40 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/17 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 368/13
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
27.11.2013 |
Tul |
27.11.2013-31.12.2013 |
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
PLE/7FG. |
Speċi |
Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) |
Żona |
Iż-żoni VIIf u VIIg |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
In-numru ta’ referenza |
78/TQ39 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/17 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 368/14
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
27.11.2013 |
Tul |
27.11.2013-31.12.2013 |
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
MAC/*3A4BC |
Speċi |
Kavalli (Scomber scombrus) |
Żona |
Iż-żoni IIIa u IVbc |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
In-numru ta’ referenza |
74/TQ40 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/18 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7113 – PPF Group/Telefónica Czech Republic/Telefónica Slovakia)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 368/15
1. |
Fid-9 ta’ Diċembru 2013 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża PPF Group N.V. (“PPF”, il-Pajjiżi l-Baxxi) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll sħiħ tal-impriża Telefónica Czech Republic a.s. (“Telefónica CZ”, ir-Repubblika Ċeka) u s-sussidjarja li tappartjeni għaliha Telefónica Slovakia s.r.o (“Telefónica SK”, is-Slovakkja), permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7113 – PPF Group/Telefónica Czech Republic/Telefónica Slovakia, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/19 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7006 – OAO Lukoil/Lubricant Business OMV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 368/16
1. |
Fid-9 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li biha l-impriża OAO Lukoil (Il-Federazzjoni Russa) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-parti(jiet) ta' l-impriża OMV Aktiengesellschaft (l-Awstrija) permezz tax-xiri tal-assi. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7006 – OAO Lukoil/Lubricant Business OMV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).