ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.367.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 367

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
14 ta' Diċembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 367/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 359, 7.12.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 367/02

Kawżi magħquda C-280/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Access Info Europe, Ir-Repubblika Ellenika, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Appell — Dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) — Protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet — Nota tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar il-proposti ppreżentati fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva għar-reviżjoni tal-istess Regolament Nru 1049/2001 — Aċċess parzjali — Rifjut ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar l-identità tal-Istati Membri awturi tal-proposti)

2

2013/C 367/03

Kawża C-510/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Kone Oyj, Kone GmbH, Kone BV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-installazzjoni u tal-manteniment tal-liftijiet u tal-eskalejters — Multi — Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ akkordji — Azzjoni ġudizzjarja effettiva)

2

2013/C 367/04

Kawża C-533/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260 TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa u ta’ pagamenti ta’ penalità)

3

2013/C 367/05

Kawża C-555/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Enosi Epangelmation Asfaliston Ellados (EEAE), Syllogos Asfalistikon Praktoron N. Attikis SPATE, Panellinios Syllogos Asfalistikon Symboulon (PSAS), Syndesmos Ellinon Mesiton Asfaliseon (SEMA), Panellinios Syndesmos Syntoniston Asfalistikon Symboulon (PSSAS)/Ypourgos Anaptyxis, Antagonistikotitas kai Naftilias, Omospondia Asfalistikon Syllogou Ellados (Direttiva 2002/92/KE — Medjazzjoni fl-assigurazzjoni — Esklużjoni tal-attivitajiet eżerċitati minn impriża ta’ assigurazzjoni jew minn impjegat li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha — Possibbiltà għall-imsemmi impjegat li jeżerċita okkażżjonalment attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni — Rekwiżiti professjonali)

4

2013/C 367/06

Kawżi magħquda C-566/11, C-567/11, C-580/11, C-591/11, C-620/11 u C-640/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Iberdrola, SA, Gas Natural SDG SA (C-566/11), Gas Natural SDG SA (C-567/11), Tarragona Power SL (C-580/11), Gas Natural SDG SA, Bizcaia Energía SL (C-591/11), Bahía de Bizcaia Electricidad SL (C-620/11), E.ON Generación SL et (C-640/11) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tas-saff tal-ożonu — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti)

4

2013/C 367/07

Kawża C-22/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove — is-Slovakkja) — Katarína Haasová vs Rastislav Petrík, Blanka Holingová (Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur — Direttiva 72/166/KEE — Artikolu 3(1) — Direttiva 90/232/KEE — Artikolu 1 — Inċident tat-traffiku — Mewt ta’ passiġġier — Dritt għal kumpens ta’ konjuġi u ta’ tfal minorenni — Dannu mhux materjali — Kumpens — Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja)

5

2013/C 367/08

Kawża C-77/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Deutsche Post AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, UPS Europe NV/SA, UPS Deutschland Inc. & Co. OHG (Appell — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE — Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament — Atti intiżi sabiex jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni ta’ ftuħ preċedenti dwar l-istess miżuri)

6

2013/C 367/09

Kawża C-85/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — LBI hf, li kienet Landsbanki Islands hf vs Kepler Capital Markets SA, Frédéric Giraux (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Riorganizzazzjoni u stralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu — Direttiva 2001/24/KE — Artikoli 3, 9 u 32 — Att tal-leġiżlatur nazzjonali li jagħti lil miżuri ta’ riorganizzazzjoni l-effetti ta’ proċedura ta’ stralċ — Dispożizzjoni leġiżlattiva li tipprojbixxi jew li tissospendi kull azzjoni ġudizzjarja kontra istituzzjoni ta’ kreditu wara d-dħul fis-seħħ ta’ moratorju)

6

2013/C 367/10

Kawża C-95/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi minoranza ta’ veto ta’ 20 % għat-teħid ta’ ċerti deċiżjonijiet mill-azzjonisti ta’ Volkswagen AG)

7

2013/C 367/11

Kawża C-101/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — Herbert Schaible vs Land Baden-Württemberg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Regolament (KE) Nru 21/2004 — Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini — Obbligu ta’ identifikazzjoni individwali elettronika — Obbligu li jinżamm reġistru tar-razzett — Validità — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament)

7

2013/C 367/12

Kawżi magħquda C-105/12 sa C-107/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staat der Nederlanden vs Essent NV et. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 63 TFUE — Sistemi ta’ proprjetà — Artikolu 345 TFUE — Operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni tal-elettriku jew tal-gass — Projbizzjoni ta’ privatizzazzjoni — Projbizzjoni ta’ rabtiet ma’ impriżi li jipproduċu, jipprovdu jew jieħdu sehem fin-negozju tal-elettriku jew tal-gass — Projbizzjoni tal-attivitajiet li jistgħu jfixklu l-ġestjoni tan-netwerk)

8

2013/C 367/13

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill (Kawżi Magħquda C-137/12) (Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/853/UE — Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kundizzjonali — Direttiva 98/84/KE — Bażi legali — Artikolu 207 TFUE — Politika kummerċjali komuni — Artikolu 114 TFUE — Suq intern)

8

2013/C 367/14

Kawża C-151/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2000/60/KE — Qafas Komunitarju għal politika Komunitarja fil-qasam tal-ilma — Traspożizzjoni tal-Artikoli 4(8), 7(2), 10(1) u (2), kif ukoll, tal-punti 1.3 u 1.4 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60 — Baċini tax-xmara intra-Komunitarji u inter-Komunitarji — Artikolu 149(3), in fine, tal-Kostituzzjoni Spanjola — Klawżola supplenti)

9

2013/C 367/15

Kawża C-175/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München — Il-Ġermanja) — Sandler AG vs Hauptzollamt Regensburg (Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni — Trattament preferenzjali għall-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-Istati Afrikani, mill-Karibew u mill-Paċifiku (AKP) — Artikoli 16 u 32 tal-Protokoll Nru 1 tal-Anness V tal-Ftehim ta’ Cotonou — Importazzjoni ta’ fibri sintetiċi tan-Niġerja lejn l-Unjoni Ewropea — Irregolaritajiet fiċ-ċertifikat ta’ moviment tal-merkanzija EUR.1 stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ esportazzjoni — Timbru mhux konformi mal-mudell ikkomunikat lill-Kummissjoni — Ċertifikati a posteriori u ta’ sostituzzjoni — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikoli 220 u 236 — Possibbiltà li tiġi applikata a posteriori tariffa doganali preferenzjali li ma tkunx għada fis-seħħ fid-data tat-talba għal rimbors — Kundizzjonijiet)

9

2013/C 367/16

Kawża C-177/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg- il-Lussemburgu) — Caisse nationale des prestations familiales vs Salim Lachheb, Nadia Lachheb (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Benefiċċju tal-familja — Bonus għall-ulied — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-għoti ta’ benefiċċju bħala bonus awtomatiku għall-ulied — Nuqqas ta’ kumulu tal-benefiċċji tal-familja)

10

2013/C 367/17

Kawża C-180/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-TieletAwla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Stoilov i Ko EOOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tmiem ta’ bażi legali tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali — Assenza ta’ rilevanza tad-domandi magħmula — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

11

2013/C 367/18

Kawża C-181/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) Yvon Welte vs Finanzamt Velbert (Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 56 KE sa 58 KE — Taxxa fuq is-suċċessjoni — De cujus u werriet residenti f’pajjiż terz — Massa ereditarja — Beni immobbli li jinsab fi Stat Membru — Dritt għal allowance fuq il-bażi taxxabbli — Differenza fit-trattament bejn residenti u mhux residenti)

11

2013/C 367/19

Kawża C-184/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — United Antwerp Maritime Agencies (UNAMAR) NV vs Navigation Maritime Bulgare (Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali — Artikoli 3 u 7(2) — Libertà tal-għażla tal-partijiet — Limiti — Regoli mandatorji — Direttiva 86/653/KEE — Aġenti kummerċjali indipendenti — Kuntratti ta’ bejgħ jew ta’ xiri ta’ merkanzija — Ksur tal-kuntratt ta’ aġenzija mill-prinċipal — Leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni li tipprevedi protezzjoni li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi tad-direttiva u li tipprevedi wkoll protezzjoni tal-aġenti kummerċjali fil-kuntest tal-kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi)

12

2013/C 367/20

Kawża C-203/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — l-Isvezja) — Billerud Karlsborg AB, Billerud Skärblacka AB vs Naturvårdsverket (Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Multa fuq l-eċċess tal-emissjonijiet — Kunċett ta’ eċċess tal-emissjonijiet — Assimilazzjoni ma’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ restituzzjoni, fit-termini previsti mid-Direttiva, ta’ numru ta’ kwoti suffiċjenti sabiex ikopri l-emissjonijiet tas-sena preċedenti — Assenza ta’ kawża ta’ eżenzjoni fil-każ ta’ dispożizzjoni effettiva ta’ kwoti li ma ġewx irrestitwiti, ħlief forza maġġuri — Impossibbiltà ta’ modulazzjoni tal-multa — Proporzjonalità)

12

2013/C 367/21

Kawża C-210/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundespatentgericht — il-Ġermanja) — Sumitomo Chemical Co. Ltd vs Deutsches Patent- und Markenamt (Drittijiet tal-privattivi — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Regolament (KE) Nru 1610/96 — Direttiva 91/414/KEE — Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq b’urġenza bis-saħħa tal-Artikolu 8(4) ta’ din id-direttiva)

13

2013/C 367/22

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Land Burgenland Grazer Wechselseitige Versicherung AG, ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni Ewropea (Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P) (Appell — Kompetizzjoni — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni — Għajnuna mogħtija lill-grupp Grazer Wechselseitige (GRAWE) meta saret il-privatizzazzjoni ta’ Bank Burgenland AG — Determinazzjoni tal-prezz tas-suq — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Kundizzjonijiet illeċiti mingħajr effett fuq l-ogħla offerta — Kriterju msejjaħ tal-bejjiegħ privat — Distinzjoni bejn l-obbligi imposti fuq l-Istat fl-eżerċizzju tal-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika u fuq l-Istat meta jaġixxi fil-kwalità ta’ azzjonarju — Żnaturament tal-provi — Obbligu ta’ motivazzjoni)

14

2013/C 367/23

Kawża C-218/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken — il-Ġermanja) — Lokman Emrek vs Vlado Sabranovic (Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 15(1)(ċ) — Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi — Possibbiltà li din il-ġurisdizzjoni tiġi limitata għall-kuntratti li jsiru mill-bogħod — Rabta kawżali bejn l-attività kummerċjali jew professjonali diretta lejn l-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur permezz tal-internet u l-konklużjoni tal-kuntratt)

14

2013/C 367/24

Kawża C-220/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hannover — il-Ġermanja) — Andreas Ingemar Thiele Meneses vs Region Hannover (Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza — Ċittadin ta’ Stat Membru — Studji segwiti fi Stat Membru ieħor — Għoti ta’ għajnuna għat-taħriġ — Kundizzjoni ta’ domiċilju permanenti — Post tat-taħriġ li jinsab fl-Istat ta’ domiċilju tal-applikant jew fi Stat ġar — Eċċezzjoni limitata — Ċirkustanzi partikolari tal-applikant)

15

2013/C 367/25

Kawża C-263/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tippreskrivi l-irkupru ta’ għajnuna — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)

15

2013/C 367/26

Kawża C-275/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hannover — il-Ġermanja) — Samantha Elrick vs Bezirksregierung Köln (Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza — Ċittadin ta’ Stat Membru — Studji segwiti fi Stat Membru ieħor — Għajnuna għat-taħriġ — Kundizzjonijiet — Żmien ta’ taħriġ iktar minn jew ekwivalenti għal sentejn — Kisba ta’ diploma professjonali)

16

2013/C 367/27

Kawża C-276/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — Jiří Sabou vs Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu (Direttiva 77/799/KEE — Assistenza reċiproka mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta — Skambju ta’ informazzjoni fuq talba — Proċeduri fiskali — Drittijiet fundamentali — Limitu tal-portata tal-obbligi li għandhom l-Istat Membru rikorrent u l-Istat Membru mitlub lejn il-persuna taxxabbli — Assenza tal-obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi informata bit-talba għal assistenza — Assenza tal-obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi mistiedna tipparteċipa fl-eżaminazzjoni tax-xhieda — Dritt tal-persuna taxxabbli li tikkontesta l-informazzjoni skambjata — Kontenut minimu tal-informazzjoni skambjata)

16

2013/C 367/28

Kawża C-277/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Augstākās tiesas Senāts — il-Litwanja) — Vitālijs Drozdovs vs AAS Baltikums (Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur — Direttiva 72/166/KEE — Artikolu 3(1) — Direttiva 90/232/KEE — Artikolu 1 — Inċident tat-traffiku — Mewt tal-ġenituri tal-applikant minorenni — Dritt għal kumpens tat-tfal — Dannu mhux materjali — Kumpens — Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja)

17

2013/C 367/29

Kawża C-291/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Gelsenkirchen — il-Ġermanja) — Michael Schwarz vs Stadt Bochum (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Passaport bijometriku — Marki tas-swaba’ diġitali — Regolament (KE) Nru 2252/2004 — Artikolu 1(2) — Validità — Bażi legali — Proċedura ta’ adozzjoni — Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għar-rispett tal-ħajja privata — Dritt għall-protezzjoni tad-data personali — Proporzjonalità)

17

2013/C 367/30

Kawża C-344/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana favur Alcoa Trasformazioni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/460/KE li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ din l-għajnuna u li tordna l-irkupru tagħha — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni fit-terminu stabbilit)

18

2013/C 367/31

Kawża C-391/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — RLvS Verlagsgesellschaft mbH vs Stuttgarter Wochenblatt GmbH (Direttiva 2005/29/KE — Prattiki Kummerċjali Żleali — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Ommissjonijiet qarrieqa f’rapporti pubbliċitarji — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi kull pubblikazzjoni bi ħlas mingħajr ma jissemma reklam (Anzeige) — Armonizzazzjoni kompleta — Miżuri iktar stretti — Libertà tal-istampa)

18

2013/C 367/32

Kawża C-431/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Inalta Curte de Casație și Justiție — ir-Rumanija) — Agenția Națională de Administrare Fiscală vs SC Rafinăria Steaua Română SA (Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Rimbors tal-VAT eċċessiva permezz tat-tpaċija — Annullament tal-avviżi ta’ tpaċija — Obbligu li jitħallsu l-interessi moratorji lill-persuna taxxabbli)

19

2013/C 367/33

Kawża C-440/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Metropol Spielstätten Unternehmergesellschaft (haftungsbeschränkt) vs Finanzamt Hamburg-Bergedorf (Tassazzjoni — VAT — Logħob tal-ażżard jew tal-flus — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta b’mod kumulattiv għall-VAT u għal tariffa speċjali t-tħaddim ta’ slot machines b’possibbiltà ta’ rebħ limitat — Ammissibbiltà — Valur taxxabbli — Possibbiltà għall-persuna taxxabbli li tittrasferixxi l-VAT)

19

2013/C 367/34

Kawża C-519/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria — l-Ungerija) — OTP Bank Nyilvánosan Működő Részvénytársaság vs Hochtief Solution AG (Ġurisdizzjoni tal-qrati, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Artikolu 5 (1)(a) — Kunċett ta’ materji kuntrattwali)

20

2013/C 367/35

Kawża C-597/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Isdin, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Bial-Portela & Ca SA (Appell — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZEBEXIR — Trade mark verbali preċedenti ZEBINIX — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni)

20

2013/C 367/36

Kawża C-470/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-2 ta’ Settembru 2013 — Generali-Providencia Biztosító Zrt. vs Közbeszerzési Hatóság — Közbeszerzési Döntőbizottság

21

2013/C 367/37

Kawża C-497/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Settembru 2013 — F. Faber vs Autobedrijf Hazet Ochten BV

21

2013/C 367/38

Kawża C-499/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Settembru 2013 — Marian Macikowski — Komornik Sądowy Rewiru I przy Sądzie Rejonowym w Chojnicach vs Dyrektorowi Izby Skarbowej w Gdańsku

22

2013/C 367/39

Kawża C-500/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Settembru 2013 — Gmina Międzyzdroje vs Minister Finansów

23

2013/C 367/40

Kawża C-512/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Settembru 2013 — X vs Staatssecretaris van Financiën

23

2013/C 367/41

Kawża C-514/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Settembru 2013 — Ettayebi Bouzalmate vs Kreisverwaltung Kleve

23

2013/C 367/42

Kawża C-516/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Settembru 2013 — Dimensione Direct Sales s.r.l., Michele Labianca vs Knoll International S.p.A.

24

2013/C 367/43

Kawża C-518/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Settembru 2013 — The Queen fuq talba ta’ Eventech Ltd vs The Parking Adjudicator

24

2013/C 367/44

Kawża C-522/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no1 de Ferrol (Spanja) fl-1 ta’ Ottubru 2013 — Ministerio de Defensa u Navantia S.A. vs Concello de Ferrol

25

2013/C 367/45

Kawża C-524/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Ottubru 2013 — Eycke Braun vs Land Baden-Württemberg

25

2013/C 367/46

Kawża C-528/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Strasbourg (Franza) fit-8 ta’ Ottubru 2013 — Geoffrey Léger vs Ministre des affaires sociales et de la santé, Établissement français du sang

25

2013/C 367/47

Kawża C-542/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fis-17 ta’ Ottubru 2013 — Mohamed M’Bodj vs Conseil des ministres

26

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 367/48

Kawża T-512/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2013 — Rusal Armenal vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u miċ-Ċina — Adeżjoni tal-Armenja mad-WTO — Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 — Kompatibbiltà mal-ftehim antidumping — Artikolu 277 TFUE)

27

2013/C 367/49

Kawża T-378/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2013 — Capitalizaciones Mercantiles vs UASI — Leineweber (X) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja X — Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti X — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Natura distintiva tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

27

2013/C 367/50

Kawża T-451/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Strombery Menswear vs UASI — Leketoy Stormberg Inter (STORMBERG) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti STORMBERG — Ċessjoni tal-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata — Deċiżjoni li jingħalqu l-proċedimenti ta’ revoka — Rikors għal restitutio in integrum — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 58(1), Artikolu 76(1) u Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

28

2013/C 367/51

Kawża T-457/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Stromberg Menswear vs UASI — Leketoy Stormberg Inter (STORMBERG) (Trade mark Komunitarja — Trade mark Komunitarja verbali STORMBERG — Rikors kontra t-talba għal trasfomazzjoni ta’ trade mark Komunitarja f’applikazzjonijiet għal trade marks nazzjonali — Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Rikors manifestament nieqes minn kull fundament fid-dritt)

28

2013/C 367/52

Kawża T-403/13: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 — APRAM vs Il-Kummissjoni Ewropea

28

2013/C 367/53

Kawża T-409/13: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 — Companhia Previdente e Socitrel vs Il-Kummissjoni

30

2013/C 367/54

Kawża T-439/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2013 — Fard u Sarkandi vs Il-Kusill

31

2013/C 367/55

Kawża T-512/13 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 minn AN mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Lulju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-111/10, AN vs Il-Kummissjoni

31

2013/C 367/56

Kawża T-528/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2013 — Kenzo vs UASI — Tsujimoto (KENZO ESTATE)

32

2013/C 367/57

Kawża T-535/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2013 — Vakoma vs UASI — VACOM

32

2013/C 367/58

Kawża T-537/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 — Roeckl Sporthandschuhe vs UASI — Roeckl Handschuhe & Accessoires (rappreżentazzjoni ta’ id)

33

2013/C 367/59

Kawża T-543/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 — Three-N-Products vs UASI — Munindra (PRANAYUR)

33

2013/C 367/60

Kawża T-546/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2013 — Šumelj et vs L-Unjoni Ewropea

34

2013/C 367/61

Kawża T-547/13: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2013 — Rosian Express vs UASI (Forma ta’ kaxxa)

34

2013/C 367/62

Kawża T-548/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2013 — Aderans vs UASI — Ofer (VITALHAIR)

35

2013/C 367/63

Kawża T-549/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2013 — Franza vs Il-Kummissjoni

35

2013/C 367/64

Kawża T-551/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2013 — Radecki vs UASI — Vamed (AKTIVAMED)

36

2013/C 367/65

Kawża T-553/13: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2013 — European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

36

2013/C 367/66

Kawża T-556/13: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2013 — Verband der Kölnisch-Wasser Hersteller, Köln vs UASI (Original Eau de Cologne)

37

2013/C 367/67

Kawża T-561/13: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2013 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni

37

2013/C 367/68

Kawża T-563/13: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2013 — Il-Belġu vs Il-Kummissjoni

38

2013/C 367/69

Kawża T-570/13: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2013 — Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni

38

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2013/C 367/70

Kawża F-91/13: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

40

2013/C 367/71

Kawża F-96/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

40

2013/C 367/72

Kawża F-98/13: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs Il-Parlament

40

2013/C 367/73

Kawża F-99/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs ECB

41

2013/C 367/74

Kawża F-101/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs EEAS

41

2013/C 367/75

Kawża F-103/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs EMA

41

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/1


2013/C 367/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 359, 7.12.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 352, 30.11.2013

ĠU C 344, 23.11.2013

ĠU C 336, 16.11.2013

ĠU C 325, 9.11.2013

ĠU C 313, 26.10.2013

ĠU C 304, 19.10.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Access Info Europe, Ir-Repubblika Ellenika, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawżi magħquda C-280/11 P) (1)

(Appell - Dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) - Protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet - Nota tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar il-proposti ppreżentati fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva għar-reviżjoni tal-istess Regolament Nru 1049/2001 - Aċċess parzjali - Rifjut ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar l-identità tal-Istati Membri awturi tal-proposti)

2013/C 367/02

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u C. Fekete, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-appellant: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Access Info Europe (rappreżentanti: O. Brouwer u J. Blockx, avukati), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u M. K. Boskovits, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Parti intervenjenti in sostenn ta’ Access Info Europe: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Caiola u M. Dean, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Marzu 2011- Access Info Europe vs Il-Kunsill (T-233/09) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2009, li tirrifjuta parzjalment li tagħti lil Access Info Europe aċċess għal nota maħruġa mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, għall-attenzjoni tal-grupp “informazzjoni” (Dokument Nru 16338/08), dwar proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ Access Info Europe.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Kone Oyj, Kone GmbH, Kone BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-510/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-installazzjoni u tal-manteniment tal-liftijiet u tal-eskalejters - Multi - Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ akkordji - Azzjoni ġudizzjarja effettiva)

2013/C 367/03

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Kone Oyj, Kone GmbH, Kone BV (rappreżentanti: T. Vinje, solicitor kif ukoll D. Paemen, avukat u A. Tomtsis, dikigoros)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011, Kone et vs Il-Kummissjoni (T-151/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/E-1/38.823 — PO/Liftijiet u eskalejters), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-lifts u tal-eskelejters fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, fir-rigward tal-manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti, it-tqassim tas-swieq, l-iffissar tal-prezzijiet, l-għoti ta’ proġetti u ta’ kuntratti relatati magħhom u l-iskambju ta’ informazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Kone Oyj, Kone GmbH u Kone BV huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 362, 10.12.2011.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-533/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260 TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa u ta’ pagamenti ta’ penalità)

2013/C 367/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wils u A. Marghelis kif ukoll minn S. Pardo Quintillán, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u M. Neumann kif ukoll minn T. Materne, aġenti, assistiti minn A. Lepièce, E. Gillet, J. Bouckaert u H. Viaene, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Murrell, aġent, assistit minn D. Anderson, QC)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Eżekuzzjoni mhux sħiħa tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Lulju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C-27/03) (mhux ippubblikata fil-Ġabra) li tirrigwarda n-nuqqas ta’ traspożizzjoni, fit-terminu previst, tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26) — Ksur tal-Artikoli 3(1) (it-tieni sentenza) u 5(2) u (3) tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq — Kalkolu tas-sanzjonijiet: ħlas kumulattiv ta’ pagamenti ta’ penalità u ta’ somma f’daqqa

Dispożittiv

(1)

Billi naqas milli jadotta l-miżuri kollha neċessarji sabiex jeżegwixxi s-sentenza tat-8 ta’ Lulju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C-27/03), li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tar-Renju tal-Belġju tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE, tas-27 ta’ Frar 1998, dan l-Istat Membru naqqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 260(1)TFUE.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju għandu jiġi kkundannat iħallas lill-Kummissjoni, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 10 miljun.

(3)

Fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ikkonstatat fil-punt 1 jippersisti sal-jum ta’ meta tingħata din is-sentenza, ir-Renju tal-Belġju għandu jiġi kkundannat iħallas lill-Kummissjoni, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, penalità ta’ EUR 859 404 għal kull semestru ta’ dewmien fl-implementazzjoni neċessarja sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, iċċitata iktar 'il fuq, li jibda jiddekorri mid-data ta’ meta tingħata din is-sentenza, sal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, iċċitata iktar ’il fuq, fejn l-ammont effettiv għandu jiġi kkalkulat fi tmiem ta’ kull perijodu ta’ sitt xhur billi jitnaqqas, mit-total ta’ tali perijodi, perċentwali li jikkorrispondi għall-proporzjon li jirrappreżenta n-numru ekwivalenti ta’ abitanti li kienu ġew konformi mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, iċċitata iktar ’il fuq, sat-tmiem ta’ dan il-perijodu fir-rigward tan-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti li ma jkunux ikkonformaw ma’ din is-sentenza sad-data ta’ meta tingħata s-sentenza.

(4)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(5)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Enosi Epangelmation Asfaliston Ellados (EEAE), Syllogos Asfalistikon Praktoron N. Attikis “SPATE”, Panellinios Syllogos Asfalistikon Symboulon (PSAS), Syndesmos Ellinon Mesiton Asfaliseon (SEMA), Panellinios Syndesmos Syntoniston Asfalistikon Symboulon (PSSAS)/Ypourgos Anaptyxis, Antagonistikotitas kai Naftilias, Omospondia Asfalistikon Syllogou Ellados

(Kawża C-555/11) (1)

(Direttiva 2002/92/KE - Medjazzjoni fl-assigurazzjoni - Esklużjoni tal-attivitajiet eżerċitati minn impriża ta’ assigurazzjoni jew minn impjegat li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha - Possibbiltà għall-imsemmi impjegat li jeżerċita okkażżjonalment attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni - Rekwiżiti professjonali)

2013/C 367/05

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Enosi Epangelmation Asfaliston Ellados (EEAE), Syllogos Asfalistikon Praktoron N. Attikis “SPATE”, Panellinios Syllogos Asfalistikon Symboulon (PSAS), Syndesmos Ellinon Mesiton Asfaliseon (SEMA), Panellinios Syndesmos Syntoniston Asfalistikon Symboulon (PSSAS)

Konvenuti: Ypourgos Anaptyxis, Omospondia Asfalistikon Syllogou Ellados

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Symboulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Diċembru 2002, dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni — Kunċett ta’ “medjazzjoni fl-assigurazzjoni” — Esklużjoni tal-attivitajiet eżerċitati minn impriża ta’ assigurazzjoni jew impjegat ta’ impriża ta’ assigurazzjoni li jaġixxi taħt ir-responabbiltà tagħha — Portata

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet moqrjia flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Diċembru 2002, dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li impjegat ta’ impriża ta’ assigurazzjoni li ma għandux il-kwalifiki previsti f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar jeżerċita, okkażjonalment u mhux fil-kuntest tal-attività professjonali prinċipali tiegħu, attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni, meta dan l-impjegat ma jaġixxix fil-kuntest tar-relazzjoni ta’ subordinazzjoni li torbtu ma’ din l-impriża, iżda din tal-aħħar tissorvelja madankollu l-attivitajiet tiegħu.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Iberdrola, SA, Gas Natural SDG SA (C-566/11), Gas Natural SDG SA (C-567/11), Tarragona Power SL (C-580/11), Gas Natural SDG SA, Bizcaia Energía SL (C-591/11), Bahía de Bizcaia Electricidad SL (C-620/11), E.ON Generación SL et (C-640/11)

(Kawżi magħquda C-566/11, C-567/11, C-580/11, C-591/11, C-620/11 u C-640/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-saff tal-ożonu - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità - Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti - Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti)

2013/C 367/06

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Iberdrola SA, Gas Natural SDG SA,

fil-preżenza ta’: Administración del Estado et (C-566/11),

Rikorrenti: Gas Natural SDG SA,

fil-preżenza ta’: Endesa SA et (C-567/11),

Rikorrenti: Tarragona Power SL,

fil-preżenza ta’: Gas Natural SDG SA et (C-580/11),

Rikorrenti: Gas Natural SDG SA, Bizcaia Energía SL,

fil-preżenza ta’: Administración del Estado et (C-591/11),

Rikorrenti: Bahía de Bizcaia Electricidad SL,

fil-preżenza ta’: Gas Natural SDG SA et (C-620/11),

Rikorrenti: E.ON Generación SL et (C-640/11)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631) — Protezzjoni tas-saff tal-ożonu — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti

Dispożittiv

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali, bħal dawk fil-kawżi prinċipali, li l-għan u l-effett tagħhom huwa li titnaqqas ir-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-elettriku bl-ammont li bih l-imsemmija remunerazzjoni żdiedet minħabba l-inklużjoni tal-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas fil-prezzijiet tal-offerti ta’ bejgħ fis-suq bl-ingrossa tal-elettriku.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012

ĠU C 39, 11.02.2012


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove — is-Slovakkja) — Katarína Haasová vs Rastislav Petrík, Blanka Holingová

(Kawża C-22/12) (1)

(Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - Direttiva 90/232/KEE - Artikolu 1 - Inċident tat-traffiku - Mewt ta’ passiġġier - Dritt għal kumpens ta’ konjuġi u ta’ tfal minorenni - Dannu mhux materjali - Kumpens - Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja)

2013/C 367/07

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Katarína Haasová

Konvenuti: Rastislav Petrík, Blanka Holingová

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Krajský súd v Prešove — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249) u tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10) — Estensjoni tal-garanzija favur terzi mill-assigurazzjoni obbligatorja — Dispożizzjoni nazzjonali li ma tipprovdix għal kumpens għad-danni morali

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, l-Artikolu 1(1) u (2) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendat bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur għandha tkopri l-kumpens tad-danni mhux materjali subiti mill-qraba tal-vittmi li mietu f’inċident tat-traffiku sa fejn dan il-kumpens huwa previst taħt ir-responsabbiltà ċivili tal-persuna assigurata mid-dritt nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 98, 31.03.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Deutsche Post AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, UPS Europe NV/SA, UPS Deutschland Inc. & Co. OHG

(Kawża C-77/12 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament - Atti intiżi sabiex jipproduċu effetti legali vinkolanti - Deċiżjoni ta’ ftuħ preċedenti dwar l-istess miżuri)

2013/C 367/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Deutsche Post AG (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti), UPS Europe NV/SA, UPS Deutschland Inc. & Co. OHG (rappreżentanti: T. Ottervanger u E. Henny, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni (T-421/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Settembru 2007, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur Deutsche Post AG [għajnuna C 36/07 (ex NN 25/07)] — Ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u tad-dritt għal rimedju effettiv — Interpretazzjoni żbaljata tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, kif ukoll tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali — Motivazzjoni insuffiċjenti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Diċembru 2011, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni (T-421/07) hija annullata.

(2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 118, 21.04.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — LBI hf, li kienet Landsbanki Islands hf vs Kepler Capital Markets SA, Frédéric Giraux

(Kawża C-85/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Riorganizzazzjoni u stralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Direttiva 2001/24/KE - Artikoli 3, 9 u 32 - Att tal-leġiżlatur nazzjonali li jagħti lil miżuri ta’ riorganizzazzjoni l-effetti ta’ proċedura ta’ stralċ - Dispożizzjoni leġiżlattiva li tipprojbixxi jew li tissospendi kull azzjoni ġudizzjarja kontra istituzzjoni ta’ kreditu wara d-dħul fis-seħħ ta’ moratorju)

2013/C 367/09

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LBI hf, li kienet Landsbanki Islands hf

Konvenuti: Kepler Capital Markets SA, Frédéric Giraux

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3, 9 u 32 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ April 2001, fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 15) — Awtoritajiet mogħtija s-setgħa li jadottaw miżuri ta’ riorganizzazzjoni u ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ stralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu — Awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji — Ammissibbiltà ta’ miżuri li jirriżultaw direttament mil-liġi ta’ Stat Membru tal-EFTA — Liġi applikabbli għall-proċeduri pendenti li jikkonċernaw il-beni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li tinsab fi Stat Membru — Effetti fuq l-applikazzjoni, fi Stat Membru, ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru ieħor li tipprojbixxi jew li tissospendi kull azzjoni ġudizzjarja kontra istituzzjoni ta’ kreditu wara d-dħul fis-seħħ ta’ moratorju, fil-każ ta’ miżuri kawtelatorji adottati qabel l-impożizzjoni tal-moratorju

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 3 u 9 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ April 2001, fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew ta’ stralċ ta’ istituzzjoni finanzjarja, bħal dawk ibbażati fuq id-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu taħt il-punt II tal-Liġi Nru 44/2009, tal-15 ta’ April 2009, għandhom jitqiesu bħala miżuri meħuda minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja fis-sens ta’ dawn l-artikoli tad-Direttiva 2001/24, sa fejn id-dispożizzjonijiet tranżitorji msemmija jipproduċu l-effetti tagħhom biss permezz ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji li jagħtu moratorju lil istituzzjoni ta’ kreditu.

(2)

L-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 98 tal-Liġi Nru 161/2002, dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji, tal-20 ta’ Diċembru 2002, kif emendata bil-Liġi Nru 129/2008, tat-13 ta’ Novembru 2008, li pprojbixxiet jew issospendiet kull azzjoni ġudizzjarja kontra istituzzjoni finanzjarja mad-dħul fis-seħħ ta’ moratorju, milli tipproduċi l-effetti tagħha fir-rigward ta’ miżuri kawtelatorji, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meħuda minn Stat Membru ieħor qabel l-impożizzjoni tal-moratorju.


(1)  ĠU C 118, 21.04.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-95/12) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi minoranza ta’ veto ta’ 20 % għat-teħid ta’ ċerti deċiżjonijiet mill-azzjonisti ta’ Volkswagen AG)

2013/C 367/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u G. Braun, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Schwarze, J. Möller u J. Kemper, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Eżekuzzjoni inkompleta tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 2007, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-112/05) dwar il-ksur tal-Artikolu 56(1) KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, b’mod eċċezzjonali, maġġoranza ta’ iktar minn 80 % għat-teħid ta’ ċerti deċiżjonijiet mill-azzjonisti ta’ Volkswagen SA b’mod li tippermetti lil-Land Niedersachsen, li għandu 20 % ta’ dawn l-azzjonijiet, li jimblokka l-imsemmija deċiżjonijiet — Kalkolu tas-sanzjonijiet: pagament akkumulat ta’ penalità u ta’ somma f’daqqa

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 21.04.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — Herbert Schaible vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-101/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Regolament (KE) Nru 21/2004 - Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini - Obbligu ta’ identifikazzjoni individwali elettronika - Obbligu li jinżamm reġistru tar-razzett - Validità - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament)

2013/C 367/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Herbert Schaible

Konvenut: Land Baden-Württemberg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Stuttgart — Validità tal-Artikoli 3(1), 4(2), 5(1) u tal-ewwel subaragrafu tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004, tas-17 ta’ Diċembru 2003, li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 42, p. 56), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1560/2007, tas-17 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 340, p. 25) fid-dawl tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 15(1) u 16 — Proporzjonalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni individwali tal-annimali ovini u kaprini

Dispożittiv

L-evalwazzjoni tad-domandi magħmula ma weriet ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikoli 3(1), 4(2), 5(1) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) kif ukoll tal-punt 2 tal-Anness B tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004, tas-17 ta’ Diċembru 2003, li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 92/102/KEE u 64/432/KEE, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2008, tat-23 ta’ Settembru 2008.


(1)  ĠU C 133, 05.05.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staat der Nederlanden vs Essent NV et.

(Kawżi magħquda C-105/12 sa C-107/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Sistemi ta’ proprjetà - Artikolu 345 TFUE - Operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni tal-elettriku jew tal-gass - Projbizzjoni ta’ privatizzazzjoni - Projbizzjoni ta’ rabtiet ma’ impriżi li jipproduċu, jipprovdu jew jieħdu sehem fin-negozju tal-elettriku jew tal-gass - Projbizzjoni tal-attivitajiet li jistgħu jfixklu l-ġestjoni tan-netwerk)

2013/C 367/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staat der Nederlanden

Konvenuti: Essent NV (C-105/12), Essent Nederland BV (C-105/12); Eneco Holding NV (C-106/12) u Delta NV (C-107/12)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 345 TFUE — Restrizzjonijiet għall-moviment liberu tal-kapital — Sistemi ta’ proprjetà — Kunċett — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi projbizzjoni assoluta ta’ privatizzazzjoni tal-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni ta’ enerġija

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 345 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri sistema ta’ projbizzjoni ta’ privatizzazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timplika li l-azzjonijiet f’operatur ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni tal-elettriku jew tal-gass attiv fit-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jinżammu, direttament jew indirettament, mill-awtoritajiet pubbliċi identifikati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Madankollu, din l-interpretazzjoni ma għandhiex bħala konsegwenza li tevita l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 TFUE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprojbixxu l-privatizzazzjoni tal-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni tal-elettriku jew tal-gass jew li jipprojbixxu, minn naħa l-oħra, rabtiet ta’ proprjetà jew ta’ kontroll bejn il-kumpanniji li jagħmlu parti minn grupp li jinkludi operatur ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni tal-elettriku jew tal-gass attiv fit-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-kumpanniji li jagħmlu parti minn grupp li jinkludi impriża li tipproduċi, tipprovdi jew li tieħu sehem fin-negozju tal-elettriku jew tal-gass f’dan l-istess territorju kif ukoll, min-naħa l-oħra, it-twettiq ta’ operazzjonijiet jew ta’ attivitajiet, minn tali operatur u mill-grupp li dan tal-aħħar jagħmel parti minnu, li jistgħu jfixklu l-interessi tal-ġestjoni tan-netwerk rilevanti.

(2)

Għal dak li jirrigwarda s-sistema ta’ projbizzjoni ta’ privatizzazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li taqa’ taħt l-Artikolu 345 TFUE, l-għanijiet li fuqhom hija bbażata l-għażla tal-leġiżlatur fir-rigward tas-sistema ta’ proprjetà adottata jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni bħala raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali sabiex jiġġustifikaw ir-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital. Għal dak li jirrigwarda l-projbizzjonijiet l-oħra, l-għanijiet tal-ġlieda kontra s-sussidji trażversali fis-sens wiesa’, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni strateġika, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fis-suq tal-elettriku u tal-gass u sabiex jiġu pprevenuti d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jistgħu, inkwantu raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, jiġġustifikaw ir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tal-kapital li jinħolqu mid-dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 151, 26.05.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill

(Kawżi Magħquda C-137/12) (1)

(Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/853/UE - Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kundizzjonali - Direttiva 98/84/KE - Bażi legali - Artikolu 207 TFUE - Politika kummerċjali komuni - Artikolu 114 TFUE - Suq intern)

2013/C 367/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Cujo, I. Rogalski, R. Vidal Puig u D. Stefanov, aġenti)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Liudvinaviciute-Cordeiro, J.-P. Hix u H. Legal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Warin u J. Rodrigues, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta fil-kawża: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, N. Rouam u D. Colas, aġenti); Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. Bulterman u M. de Ree, aġenti); Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti); Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u C. Stege, aġenti); ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: A. Robinson, aġent assistit minn G. Facenna, barrister)

Suġġett

Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/853/UE, tad-29 ta’ Novembru 2011, dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni Legali tas-Servizzi ibbażata fuq, jew tikkonsisti minn Aċċess Kondizzjonali (ĠU L 336, p. 1.) — Għażla tal-bażi legali — Sostituzzjoni tal-bażi legali proposta fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni b’bażi oħra, marbuta mal-istabbiliment u mal-funzjonament tas-suq intern — Għan tal-promozzjoni tas-servizzi ta’ aċċess kundizzjonali bejn l-Unjoni u pajjiżi Ewropej oħra — Ksur tal-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/853/UE, tad-29 ta’ Novembru 2011, dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni Legali tas-Servizzi bbażata fuq, jew tikkonsisti minn Aċċess Kondizzjonali, hija annullata.

(2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/853 jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma għandux jaqbeż is-sitt xhur, ta’ deċiżjoni ġdida bbażata fuq bażijiet legali xierqa.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(4)

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 151, 26.05.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-151/12) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2000/60/KE - Qafas Komunitarju għal politika Komunitarja fil-qasam tal-ilma - Traspożizzjoni tal-Artikoli 4(8), 7(2), 10(1) u (2), kif ukoll, tal-punti 1.3 u 1.4 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60 - Baċini tax-xmara intra-Komunitarji u inter-Komunitarji - Artikolu 149(3), in fine, tal-Kostituzzjoni Spanjola - Klawżola supplenti)

2013/C 367/14

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana, E. Manhaeve u B. Simon, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(8), 7(2), 10(1) u (2) u tas-Sezzjonijiet 1.3 u 1.4 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Għanijiet ambjentali — Ilma użat għat-teħid ta’ ilma tax-xorb — Ilma tal-wiċċ — Baċini tax-xmara intra-Komunitarji

Dispożittiv

(1)

Billi naqas milli jieħu l-miżuri kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tal-Artikoli 4(8), 7(2), 10(1) u (2), kif ukoll tal-punti 1.3 u 1.4.1(i) sa (iii) tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, li għalih jirreferi l-Artikolu 8(2) tagħha, fir-rigward tal-baċini tax-xmara intra-Komunitarji li jinsabu barra minn Cataluña, kif ukoll l-Artikoli 7(2) u 10(1) u (2) tad-Direttiva 2000/60, fir-rigward tal-baċini tax-xmara intra-Komunitarji li jinsabu f’Cataluña, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 174, 16.06.2012


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München — Il-Ġermanja) — Sandler AG vs Hauptzollamt Regensburg

(Kawża C-175/12) (1)

(Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni - Trattament preferenzjali għall-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-Istati Afrikani, mill-Karibew u mill-Paċifiku (AKP) - Artikoli 16 u 32 tal-Protokoll Nru 1 tal-Anness V tal-Ftehim ta’ Cotonou - Importazzjoni ta’ fibri sintetiċi tan-Niġerja lejn l-Unjoni Ewropea - Irregolaritajiet fiċ-ċertifikat ta’ moviment tal-merkanzija EUR.1 stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ esportazzjoni - Timbru mhux konformi mal-mudell ikkomunikat lill-Kummissjoni - Ċertifikati a posteriori u ta’ sostituzzjoni - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikoli 220 u 236 - Possibbiltà li tiġi applikata a posteriori tariffa doganali preferenzjali li ma tkunx għada fis-seħħ fid-data tat-talba għal rimbors - Kundizzjonijiet)

2013/C 367/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sandler AG

Konvenuta: Hauptzollamt Regensburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht München — Interpretazzjoni tal-Artikolu 236(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), tat-tieni inċiż tal-Artikolu 889(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/92, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2007, tat-28 ta’ Frar 2007 (ĠU L 327M, p. 879), kif ukoll tal-Artikoli 16 u 32 tal-Ewwel Protokoll tal-Anness V tal-Ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirma[t] f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 35, p. 3) — Importazzjoni ta’ fibri sintetiċi min-Niġerja fl-Unjoni Ewropea — Possibbiltà ta’ applikazzjoni a posteriori ta’ tariffa doganali preferenzjali li ma tkunx għadha fis-seħħ fid-data tat-talba għal rimbors — Sitwazzjoni fejn il-merkanzija ġiet importata f’data li fiha l-imsemmija tariffa preferenzjali kienet għadha fis-seħħ iżda t-talba għaliha ġiet irrifjutata minħabba timbru mhux konformi mal-mudell ikkomunikat lill-Kummissjoni fuq iċ-ċertifikat ta’ ċirkulazzjoni tal-merkanzija EUR.1

Dispożittiv

(1)

It-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 889(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat fl-aħħar lok bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2007, tat 28 ta’ Frar 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix talba għal rimbors ta’ dazji meta trattament tariffarju preferenzjali jkun intalab u ngħata fil-mument tar-rilaxx tal-merkanzija u li huwa biss ulterjorment, fil-kuntest ta’ verifika a posteriori li tkun saret wara l-iskadenza tat-trattament tariffarju preferenzjali u l-istabbiliment mill-ġdid tad-dazju normalment dovut, li l-awtoritajiet tal-Istat ta’ importazzjoni pproċedew għall-irkupru tad-differenza fir-rigward tad-dazju doganali applikabbli għall-merkanzija li toriġina minn pajjiżi terzi.

(2)

L-Artikoli 16(1)(b) u 32 tal-Protokoll Nru 1 tal-Anness V tal-Ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, u approvat f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/159/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2002, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, jekk jidher, meta ssir verifika a posteriori, li timbru li ma jikkorrispondix għall-mudell ikkomunikat mill-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni tqiegħed fuq ċertifikat ta’ moviment tal-merkanzija EUR.1, l-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ importazzjoni jistgħu jirrifjutaw dan iċ-ċertifikat u jrodduh lura lill-importatur sabiex huwa jkun jista’ jikseb il-ħruġ ta’ ċertifikat a posteriori abbażi tal-Artikolu 16(1)(b) ta’ dan il-protokoll pjuttost milli jagħti bidu għall-proċedura prevista fl-Artikolu 32 tal-imsemmi protokoll.

(3)

L-Artikoli 16(4) u (5), u 32 tal-imsemmi protokoll għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-awtoritajiet ta’ Stat ta’ importazzjoni jirrifjutaw li jaċċettaw, bħala ċertifikat ta’ moviment tal-merkanzija EUR.1 maħruġ a posteriori fis-sens tal-Artikolu 16(1) ta’ dan il-protokoll, ċertifikat ta’ moviment tal-merkanzija EUR.1 li, filwaqt li jkun kollu kemm hu konformi mar-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet tal-istess protokoll, jinkludi, fil-kaxxa “Osservazzjonijiet”, mhux ir-riferiment speċifiku għall-paragrafu 4 ta’ din id-dispożizzjoni, iżda indikazzjoni li għandha, finalment, tiġi interpretata li tfisser li ċ-ċertifikat ta’ moviment ta’ merkanzija EUR.1 inħareġ skont l-Artikolu 16(1) ta’ dan il-protokoll. Fil-każ ta’ dubju dwar l-awtentiċità ta’ dan id-dokument jew dwar in-natura tal-oriġini tal-prodotti kkonċernati, dawn l-awtoritajiet għandhom l-obbligu li jagħtu bidu għall-proċedura ta’ verifika prevista fl-Artikolu 32 tal-imsemmi protokoll.


(1)  ĠU C 194, 30.6.2012


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg- il-Lussemburgu) — Caisse nationale des prestations familiales vs Salim Lachheb, Nadia Lachheb

(Kawża C-177/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Benefiċċju tal-familja - Bonus għall-ulied - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-għoti ta’ benefiċċju bħala bonus awtomatiku għall-ulied - Nuqqas ta’ kumulu tal-benefiċċji tal-familja)

2013/C 367/16

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caisse nationale des prestations familiales

Konvenuti: Salim Lachheb, Nadia Lachheb

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(u)(i), 3, 4(1)(h), u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 45 TFUE, 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15), u 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83) — Kunċett ta’ “benefiċċju tal-familja” — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-għoti ta’ benefiċċju għal kull wild dipendenti fil-forma ta’ tnaqqis tat-taxxa lill-ħaddiema li jwettqu l-attività professjonali tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Ugwaljanza fit-trattament — Sospensjoni tal-għoti tal-benefiċċju tal-familja fl-Istat tal-impjieg sal-ammont tal-benefiċċju previst mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza — Regoli antikumulu

Dispożittiv

L-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal 14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li benefiċċju bħall-bonus għall-ulied introdott bil-Liġi tal-21 ta’ Diċembru 2007 dwar il-bonus għall-ulied jikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 200, 7.7.2012


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-TieletAwla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Stoilov i Ko EOOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

(Kawża C-180/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tmiem ta’ bażi legali tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali - Assenza ta’ rilevanza tad-domandi magħmula - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 367/17

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stoilov i Ko EOOD

Konvenuta: Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminarja — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana. (ĠU L 291, p. 1) u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru°2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) kif ukoll tal-Artikoli 41(2)(a) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija — Klassifikazzjoni tal-merkanzija (materjal għall-manifattura ta’ blinds) taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 5407 61 30 minħabba l-karatteristiċi tagħha bħala “drapp” jew klassifikazzjoni taħt il-kodiċi 6303 92 10 minħabba l-iskop uniku tagħha bħala “blinds għal ġewwa” — Deċiżjoni li jiġu rkuprati krediti tal-Istat dwar l-obbligu li jitħallsu dazju doganali u VAT addizzjonali wara l-konklużjonijiet tal-espert tal-laboratorju doganali — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi fid-dawl tal-fatti mniżżla fid-dikjarazzjoni doganali

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija).


(1)  ĠU C 194, 30.6.2012


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) Yvon Welte vs Finanzamt Velbert

(Kawża C-181/12) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 56 KE sa 58 KE - Taxxa fuq is-suċċessjoni - De cujus u werriet residenti f’pajjiż terz - Massa ereditarja - Beni immobbli li jinsab fi Stat Membru - Dritt għal allowance fuq il-bażi taxxabbli - Differenza fit-trattament bejn residenti u mhux residenti)

2013/C 367/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Yvon Welte

Konvenuta: Finanzamt Velbert

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 65 TFUE — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru fil-qasam tat-taxxa fuq is-suċċessjoni li tiffissa li l-parti mill-valur ta’ immobbli li ma hijiex intaxxata hija ta’ EUR 2 000 fil-każ fejn ir-residenza tad-de cujus u tal-werriet tinsab fi Stat terz, filwaqt li din il-parti li ma hijiex intaxxata titla’ għal EUR 500 000 fil-każ fejn ir-residenza jew tad-de cujus jew tal-werrej tkun fit-territorju nazzjonali

Dispożittiv

L-Artikoli 56 KE u 58 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar il-kalkolu ta’ taxxa tas-suċċessjoni li tipprovdi li, fil-każ ta’ suċċessjoni ta’ immobbli li tinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat, l-allowance fuq il-bażi taxxabbli, meta, bħal fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, il-persuna mejta u l-benefiċjarju tas-suċċessjoni huma residenti, fil-mument tal-mewt, f’pajjiż terz bħall-Konfederazzjoni Svizzera, hija inqas mill-allowance li kienet tkun applikabbli kieku mill-inqas wieħed minnhom kien jirrisjedi, fl-istess mument, fl-imsemmi Stat Membru.


(1)  ĠU C 174, 16.06.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — United Antwerp Maritime Agencies (UNAMAR) NV vs Navigation Maritime Bulgare

(Kawża C-184/12) (1)

(Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Artikoli 3 u 7(2) - Libertà tal-għażla tal-partijiet - Limiti - Regoli mandatorji - Direttiva 86/653/KEE - Aġenti kummerċjali indipendenti - Kuntratti ta’ bejgħ jew ta’ xiri ta’ merkanzija - Ksur tal-kuntratt ta’ aġenzija mill-prinċipal - Leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni li tipprevedi protezzjoni li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi tad-direttiva u li tipprevedi wkoll protezzjoni tal-aġenti kummerċjali fil-kuntest tal-kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi)

2013/C 367/19

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: United Antwerp Maritime Agencies (UNAMAR) NV

Konvenut: Navigation Maritime Bulgare

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 7(2) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU C 169, 8.7.2005, p. 10) u tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177) — Libertà ta’ għażla tal-partijiet — Limiti — Kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali — Klawżola li tindika l-liġi tal-Istat tal-prinċipal bħala liġi applikabbli — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-post ta’ stabbiliment tal-aġent kummerċjali

Dispożittiv

L-Artikoli 3 u 7(2) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-liġi ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li tkun tissodisfa l-protezzjoni minima preskritta mid-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, magħżula mill-partijiet f’kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, tista’ tiġi evitata mill-qorti adita, stabbilita fi Stat Membru ieħor, sabiex minflokha tapplika l-lex fori minħabba raġuni bbażata fuq in-natura imperattiva, fl-ordinament ġuridiku ta’ dan l-aħħar Stat Membru, ta’ regoli li jirregolaw is-sitwazzjoni tal-aġenti kummerċjali indipendenti unikament jekk il-qorti adita tikkonstata b’mod ċirkustanzjat li, fil-kuntest ta’ dik it-traspożizzjoni, il-leġiżlatur tal-Istat tal-forum ikun qies bħala kruċjali, fi ħdan l-ordinament ġuridiku kkonċernat, li jagħti lill-aġent kummerċjali protezzjoni li tmur lil hinn minn dik prevista mill-imsemmija direttiva, filwaqt li jittieħed kont f’dan ir-rigward tan-natura u tal-iskop ta’ tali dispożizzjonijiet imperattivi.


(1)  ĠU C 200, 07.07.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — l-Isvezja) — Billerud Karlsborg AB, Billerud Skärblacka AB vs Naturvårdsverket

(Kawża C-203/12) (1)

(Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Multa fuq l-eċċess tal-emissjonijiet - Kunċett ta’ eċċess tal-emissjonijiet - Assimilazzjoni ma’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ restituzzjoni, fit-termini previsti mid-Direttiva, ta’ numru ta’ kwoti suffiċjenti sabiex ikopri l-emissjonijiet tas-sena preċedenti - Assenza ta’ kawża ta’ eżenzjoni fil-każ ta’ dispożizzjoni effettiva ta’ kwoti li ma ġewx irrestitwiti, ħlief forza maġġuri - Impossibbiltà ta’ modulazzjoni tal-multa - Proporzjonalità)

2013/C 367/20

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Billerud Karlsborg AB, Billerud Skärblacka AB

Konvenut: Naturvårdsverket

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Högsta domstolen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631) — Sanzjonijiet previsti mid-Direttiva — Obbligu għall-operatur li ma jirrestitwixxix numru ta’ kwoti suffiċjenti sabiex ikopri l-emissjonijiet tiegħu l-iktar tard sat-30 ta’ April ta’ kull sena, li jħallas multa, anki jekk in-nuqqas ta’ restituzzjoni huwa dovut għal negliġenza, żball amministrattiv jew għal problema teknika — Possibbiltà jew nuqqas ta’ possibbiltà li tingħata remissjoni tal-multa jew tnaqqis tal-ammont tagħha

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, jipprekludi li l-operatur li ma jkunx irrestitwixxa sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April tas-sena kurrenti l-kwoti tal-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju li jikkorrispondu għall-emissjonijiet tiegħu tas-sena li tkun għaddiet jaħrab l-impożizzjoni tal-multa fuq l-eċċess tal-emissjonijiet prevista, u dan anki jekk f’din id-data huwa jkollu numru suffiċjenti ta’ kwoti;

(2)

L-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont tal-multa fissa prevista f’din id-dispożizzjoni ma jistax jiġi mmodifikat mill-qorti nazzjonali f’isem il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  ĠU C 184, 23.06.2012


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundespatentgericht — il-Ġermanja) — Sumitomo Chemical Co. Ltd vs Deutsches Patent- und Markenamt

(Kawża C-210/12) (1)

(Drittijiet tal-privattivi - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 1610/96 - Direttiva 91/414/KEE - Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq b’urġenza bis-saħħa tal-Artikolu 8(4) ta’ din id-direttiva)

2013/C 367/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sumitomo Chemical Co. Ltd

Konvenuta: Deutsches Patent- und Markenamt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundespatentgericht — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(1)(b) u 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 335) — Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikat supplimentari — Possibbiltà li l-imsemmi ċertifikat jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel ta’ tqegħid fis-suq, mogħtija skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 91/414/KEE — Sustanza attiva clothianidin

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-għoti ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fir-rigward ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li għandu awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq b’urġenza mogħtija abbażi tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/58/KE, tal-21 ta’ Settembru 2005.

(2)

L-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1610/96 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li applikazzjoni għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari tiġi ppreżentata qabel id-data ta’ meta l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jkun kiseb l-awtorizzazjoni għat-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 209, 14.07.2012


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Land Burgenland Grazer Wechselseitige Versicherung AG, ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni - Għajnuna mogħtija lill-grupp Grazer Wechselseitige (GRAWE) meta saret il-privatizzazzjoni ta’ Bank Burgenland AG - Determinazzjoni tal-prezz tas-suq - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kundizzjonijiet illeċiti mingħajr effett fuq l-ogħla offerta - Kriterju msejjaħ tal-“bejjiegħ privat” - Distinzjoni bejn l-obbligi imposti fuq l-Istat fl-eżerċizzju tal-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika u fuq l-Istat meta jaġixxi fil-kwalità ta’ azzjonarju - Żnaturament tal-provi - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 367/22

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Land Burgenland (rappreżentanti: U. Soltész, P. Melcher u A. Egger, avukati), Grazer Wechselseitige Versicherung AG (rappreżentant: H. Wollmann, avukat), ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer u M. J. Bauer, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, V. Kreuschitz u T. Maxian Rusche, aġenti), ir-Repubblika tal-Awstrija, Land Burgenland

Parti intervenjenti insostenn tal-partijiet Land Burgenland u r-Repubblika tal-Awstrija: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: K. Petersen kif ukoll T. Henze u J. Möller, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-28 ta’ Frar 2012, Land Burgenland u L-Awstrija vs Il-Kummissjoni (T-268/08 u T 281/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/719/KE, tat-30 ta’ April 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Awstrija għall-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland (ĠU L 239, p. 32) — Ksur tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 107(1) TFUE — Evalwazzjoni żbaljata tal-garanzija ta’ twettiq (“Ausfallshaftung”) tal-Land Burgenland favur il-Bank Burgenland

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

Il-Land Burgenland, Grazer Wechselseitige Versicherung AG u r-Repubblika tal-Awstrija huma kkundannati għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 194, 30.06.2012

ĠU C 184, 23.06.2012


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken — il-Ġermanja) — Lokman Emrek vs Vlado Sabranovic

(Kawża C-218/12) (1)

(Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 15(1)(ċ) - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Possibbiltà li din il-ġurisdizzjoni tiġi limitata għall-kuntratti li jsiru mill-bogħod - Rabta kawżali bejn l-attività kummerċjali jew professjonali diretta lejn l-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur permezz tal-internet u l-konklużjoni tal-kuntratt)

2013/C 367/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Saarbrücken

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lokman Emrek

Konvenuta: Vlado Sabranovic

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Saarbrücken — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi — Sitwazzjoni li fiha imprenditur ikollu sit internet “dirett” lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur għandu d-domiċilju tiegħu — Ħtieġa ta’ rabta kawżali bejn din l-attività u l-konklużjoni tal-kuntratt mill-konsumatur — Limitazzjoni eventwali tal-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi għal kuntratti li jsiru mill-bogħod

Dispożittiv

L-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeżiġix l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn il-metodu użat sabiex l-attività kummerċjali jew professjonali tiġi diretta lejn l-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur, jiġifieri sit internet, u l-konklużjoni ta’ kuntratt ma’ dan il-konsumatur. Madankollu, l-eżistenza ta’ tali rabta kawżali tikkostitwixxi indizju ta’ rabta tal-kuntratt ma’ tali attività.


(1)  ĠU C 243, 11.08.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hannover — il-Ġermanja) — Andreas Ingemar Thiele Meneses vs Region Hannover

(Kawża C-220/12) (1)

(Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE - Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza - Ċittadin ta’ Stat Membru - Studji segwiti fi Stat Membru ieħor - Għoti ta’ għajnuna għat-taħriġ - Kundizzjoni ta’ domiċilju permanenti - Post tat-taħriġ li jinsab fl-Istat ta’ domiċilju tal-applikant jew fi Stat ġar - Eċċezzjoni limitata - Ċirkustanzi partikolari tal-applikant)

2013/C 367/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Andreas Ingemar Thiele Meneses

Konvenut: Region Hannover

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Hannover — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20 u 21 TFUE — Benefiċċju tal-għajnuna għat-taħriġ (“BAföG”) — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta dan il-benefiċċju għaċ-ċittadini tagħha residenti barra mill-pajjiż għall-eżistenza ta’ “ċirkustanzi partikolari” u li tillimita l-post ta’ taħriġ għall-Istat ta’ residenza jew għal wieħed mill-Istati ġirien tiegħu

Dispożittiv

L-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, bħala prinċipju, tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna għat-taħriġ għal studji segwiti fi Stat Membru ieħor għall-kundizzjoni waħdiena li wieħed ikun stabbilixxa domiċilju permanenti, fis-sens ta’ dik il-leġiżlazzjoni, fit-territorju nazzjonali u li, fil-każ fejn l-applikant ikun ċittadin nazzjonali li ma jkollux id-domiċilju permanenti tiegħu f’dak it-territorju nazzjonali, tipprevedi għajnuna għat-taħriġ barra mill-pajjiż biss fl-Istat tad-domiċilju tal-applikant jew fi Stat ġar tiegħu u biss meta dan ikun ġustifikat minn ċirkustanzi partikolari.


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-263/12) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tippreskrivi l-irkupru ta’ għajnuna - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)

2013/C 367/25

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u B. Stromsky, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos, K. Boskovits, G. Kanellopoulos kif ukoll M. Karageorgou, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/452/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar [l-]għajnuna mill-Istat C 48/08 (ex NN 61/08) mogħtija mill-Greċja lil Ellinikos Xrysos SA (notifikata bid-dokument Numru C(2011) 1006) (ĠU L 193, p. 27) — Nuqqas li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji bl-għan tal-ħlas lura ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni.

Dispożittiv

(1)

Billi ma ħaditx, fit-termini stabbiliti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tinġabar lura mingħand Ellinikos Xrysos AE l-għajnuna mogħtija lil din l-impriża fl-okkażjoni tal-bejgħ, mill-Istat Grieg, ta’ beni immobbli, għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1006 finali, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar l-għajnuna C 48/2008 (ex NN 61/2008) mogħtija mir-Repubblika Ellenika lil Ellinikos Xrysos AE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 21.07.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hannover — il-Ġermanja) — Samantha Elrick vs Bezirksregierung Köln

(Kawża C-275/12) (1)

(Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE - Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza - Ċittadin ta’ Stat Membru - Studji segwiti fi Stat Membru ieħor - Għajnuna għat-taħriġ - Kundizzjonijiet - Żmien ta’ taħriġ iktar minn jew ekwivalenti għal sentejn - Kisba ta’ diploma professjonali)

2013/C 367/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Samantha Elrick

Konvenut: Bezirksregierung Köln

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Hannover — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20 u 21 TFUE — Benefiċċju tal-għajnuna għat-taħriġ (“BaföG”) — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi dan il-benefiċċju għal taħriġ speċifiku, għal perijodu ta’ sena, ipprovdut fit-territorju nazzjonali, iżda li teskludih għal taħriġ paragunabbli fi Stat Membru ieħor

Dispożittiv

L-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna għat-taħriġ, lil ċittadina residenti f’dan l-Istat Membru, biex tistudja fi Stat Membru ieħor għall-kundizzjoni li dan it-taħriġ iwassal għal diploma professjonali ekwivalenti għal dawk ipprovduti minn skola professjonali, li tinsab fl-Istat li jagħti l-benefiċċji, wara kors ta’ mill-inqas sentejn, minkejja li għajnuna kienet tingħata lill-persuna kkonċernata, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tagħha, kieku hija għażlet li twettaq f’dan l-Istat tal-aħħar taħriġ ekwivalenti għal dak li hija xtaqet issegwi fi Stat Membru ieħor, u ta’ tul ta’ inqas minn sentejn.


(1)  ĠU C 250, 18.08.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — Jiří Sabou vs Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

(Kawża C-276/12) (1)

(Direttiva 77/799/KEE - Assistenza reċiproka mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta - Skambju ta’ informazzjoni fuq talba - Proċeduri fiskali - Drittijiet fundamentali - Limitu tal-portata tal-obbligi li għandhom l-Istat Membru rikorrent u l-Istat Membru mitlub lejn il-persuna taxxabbli - Assenza tal-obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi informata bit-talba għal assistenza - Assenza tal-obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi mistiedna tipparteċipa fl-eżaminazzjoni tax-xhieda - Dritt tal-persuna taxxabbli li tikkontesta l-informazzjoni skambjata - Kontenut minimu tal-informazzjoni skambjata)

2013/C 367/27

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jiří Sabou

Konvenut: Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyssí správní soud — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 2, 6, 7(1) u 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1977, dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 63), u tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 303, p. 1) — Drittijiet fundamentali tal-persuna taxxabbli matul proċedura fiskali mressqa kontriha, bħad-dritt li tiġi mgħarrfa bid-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat applikant dwar talba għal informazzjoni, li tipparteċipa fit-tfassil ta’ din it-talba, li tiġi mgħarrfa bil-quddiem bis-smigħ tax-xhieda li jsir fl-Istat mitlub u li tipparteċipa f’tali smigħ, kif ukoll li tikkontesta l-korrettezza tal-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat

Dispożittiv

(1)

Id-dritt tal-Unjoni, kif jirriżulta b’mod partikolari mid-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1977, dwar assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u t-taxxi fuq premiums tal-assigurazzjoni, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, u mid-dritt fundamentali għal smigħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li la jikkonferixxi fuq il-persuna taxxabbli ta’ Stat Membru d-dritt li tiġi informata bit-talba għal assistenza ta’ dan l-Istat indirizzata lil Stat Membru ieħor partikolarment sabiex tivverifika d-data pprovduta minn tali persuna taxxabbli fil-kuntest tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul tagħha, u lanqas id-dritt li tipparteċipa fit-tfassil tat-talba indirizzata lill-Istat Membru mitlub u d-dritt li tipparteċipa fl-eżaminazzjoni tax-xhieda organizzata minn dan l-aħħar Stat.

(2)

Id-Direttiva 77/799, kif emendata mid-Direttiva 2006/98, ma tirregolax il-kwistjoni dwar il-kundizzjonijiet li fihom il-persuna taxxabbli tista’ tikkontesta l-eżattezza tal-informazzjoni trażmessa mill-Istat Membru mitlub u ma timponi ebda rekwiżit partikolari fir-rigward tal-kontenut tal-informazzjoni trażmessa.


(1)  ĠU C 273, 08.09.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Augstākās tiesas Senāts — il-Litwanja) — Vitālijs Drozdovs vs AAS “Baltikums”

(Kawża C-277/12) (1)

(Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - Direttiva 90/232/KEE - Artikolu 1 - Inċident tat-traffiku - Mewt tal-ġenituri tal-applikant minorenni - Dritt għal kumpens tat-tfal - Dannu mhux materjali - Kumpens - Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja)

2013/C 367/28

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vitālijs Drozdovs

Konvenuta: AAS “Baltikums”

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstakas tiesas Senats — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10) u tal-Artikolu 1(2) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3) — Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-vetturi bil-mutur — Determinazzjoni tad-danni obbligatorjament koperti mill-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-vetturi bil-mutur — Possibbiltà li d-danni morali jiġu inklużi fil-kumpens obbligatorju għad-dannu personali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi ammont ta’ kumpens għal tbatija psikoloġika nettament iżgħar mill-ammont iffissat mid-direttivi għall-kumpens għad-danni personali

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, u 1(1) u (2) u tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur għandha tkopri l-kumpens tad-danni mhux materjali subiti mill-qraba tal-vittmi li mietu f’inċident tat-traffiku sa fejn dan il-kumpens huwa previst taħt ir-responsabbiltà ċivili tal-persuna assigurata mid-dritt nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.

(2)

L-Artikoli 3(1) tad-Direttiva 72/166 u 1(1) u (2) tat-Tieni Direttiva 84/5 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-dispożizzjonijiet nazzjonali li skont dawn l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur tkopri biss il-kumpens tad-dannu mhux materjali dovut, skont id-dritt nazzjonali tar-responsabbiltà ċivili, minħabba l-mewt tal-membri tal-familja li huma qribha f’inċident tat-traffiku sa ammont massimu iktar baxx minn dak stabbilit fl-Artikolu 1(2) tat-Tieni Direttiva 84/5.


(1)  ĠU C 235, 04.08.2012


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Gelsenkirchen — il-Ġermanja) — Michael Schwarz vs Stadt Bochum

(Kawża C-291/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Passaport bijometriku - Marki tas-swaba’ diġitali - Regolament (KE) Nru 2252/2004 - Artikolu 1(2) - Validità - Bażi legali - Proċedura ta’ adozzjoni - Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata - Dritt għall-protezzjoni tad-data personali - Proporzjonalità)

2013/C 367/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Gelsenkirchen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michael Schwarz

Konvenuta: Stadt Bochum

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Gelsenkirchen — Validità tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, 07.06.2006, p. 375), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Mejju 2009 (ĠU L 142, p. 1), kif emendat (ĠU L 188, p. 127), fid-dawl tal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Dritt ta’ persuna li tingħata passaport mingħajr ma l-marki tas-swaba’ tagħha jkunu rreġistrati f’format diġitali

Dispożittiv

Mill-eżami tad-domanda magħmula ma rriżultaw ebda elementi ta’ natura li jolqtu l-validità tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009.


(1)  ĠU C 273, 08.09.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-344/12) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana favur Alcoa Trasformazioni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/460/KE li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ din l-għajnuna u li tordna l-irkupru tagħha - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni fit-terminu stabbilit)

2013/C 367/30

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u D. Grespan, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn C. Gerardis, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8112 finali, tad-19 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/A/2004 (ex NN 58/2004) u C 36/B/2006 (ex NN 38/2006), implimentati mir-Repubblika Taljana favur Alcoa Trasformazioni srl kif ukoll il-ksur tal-Artikolu 288 TFUE

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu stabbilit, il-miżuri kollha neċessarji bil-għan li tirkupra mingħand il-benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/460/KE, tad-19 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/A/04 (ex NN 58/04) u C 36/B/06 (ex NN 38/06), implimentati mill-Italja favur Alcoa Trasformazioni, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — RLvS Verlagsgesellschaft mbH vs Stuttgarter Wochenblatt GmbH

(Kawża C-391/12) (1)

(Direttiva 2005/29/KE - Prattiki Kummerċjali Żleali - Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae - Ommissjonijiet qarrieqa f’rapporti pubbliċitarji - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi kull pubblikazzjoni bi ħlas mingħajr ma jissemma “reklam” (“Anzeige”) - Armonizzazzjoni kompleta - Miżuri iktar stretti - Libertà tal-istampa)

2013/C 367/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RLvS Verlagsgesellschaft mbH

Konvenuta: Stuttgarter Wochenblatt GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22) u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 3(5), 4 u 7(2) tagħha kif ukoll tal-punt 11 tal-Anness I tagħha — Ommissjonijiet qarrieqa f’reklamar fil-forma ta’ rappurtaġġ — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi l-pubblikazzjonijiet bi ħlas mingħajr l-inklużjoni ta’ indikazzjoni li huwa “reklamar” (“Anzeige”)

Dispożittiv

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), ma hijiex intiża sabiex tintuża kontra edituri tal-istampa, b’mod li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, din id-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li permezz tagħha dawn l-edituri huma obbligati li jinkludu referenza speċifika, fil-każ preżenti, il-kelma “reklam” (“Anzeige”), f’kull pubblikazzjoni fil-perjodiċi tagħhom li għalihom jirċievu ħlas, sakemm id-dispożizzjoni jew id-disinn ta’ din il-pubblikazzjoni ma tippermettix, b’mod ġenerali, li tirrikonoxxi n-natura pubbliċitarja tagħha.


(1)  ĠU C 343, 10.11.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Inalta Curte de Casație și Justiție — ir-Rumanija) — Agenția Națională de Administrare Fiscală vs SC Rafinăria Steaua Română SA

(Kawża C-431/12) (1)

(Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Rimbors tal-VAT eċċessiva permezz tat-tpaċija - Annullament tal-avviżi ta’ tpaċija - Obbligu li jitħallsu l-interessi moratorji lill-persuna taxxabbli)

2013/C 367/32

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Inalta Curte de Casație și Justiție

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenția Națională de Administrare Fiscală

Konvenuta: SC Rafinăria Steaua Română SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Inalta Curte de Casație și Justiție — Interpretazzjoni tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Ħlas lura tal-VAT eċċessiva permezz ta’ tpaċija — Obbligu tal-awtoritajiet fiskali li jħallsu l-interessi moratorji f’każ ta’ annullament tal-avviż ta’ tpaċija minn qorti

Dispożittiv

L-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi sitwazzjoni fejn, persuna taxxabbli li tkun talbet ir-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud eċċessiva mħallsa bil-quddiem fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud li tkun dovuta minnha, ma tkunx tista’ tikseb, mingħand l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, interessi moratorji fuq rimbors imwettaq b’mod tardiv minn din l-amministrazzjoni, għal perijodu li matulu kienu fis-seħħ atti amministrattivi li jeskludu r-rimbors, u li sussegwentement kienu ġew annullati permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja.


(1)  ĠU C 399, 22.12.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Metropol Spielstätten Unternehmergesellschaft (haftungsbeschränkt) vs Finanzamt Hamburg-Bergedorf

(Kawża C-440/12) (1)

(Tassazzjoni - VAT - Logħob tal-ażżard jew tal-flus - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta b’mod kumulattiv għall-VAT u għal tariffa speċjali t-tħaddim ta’ slot machines b’possibbiltà ta’ rebħ limitat - Ammissibbiltà - Valur taxxabbli - Possibbiltà għall-persuna taxxabbli li tittrasferixxi l-VAT)

2013/C 367/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Metropol Spielstätten Unternehmergesellschaft (haftungsbeschränkt)

Konvenuti: Finanzamt Hamburg-Bergedorf

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(2), l-Artikolu 73 u l-Artikolu 135(1)(i) kif ukoll tal-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Intaxxar tal-logħob tal-ażżard jew tal flus — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-operar tal-magni b’rebħ limitat b’mod kumulattiv għall-VAT u għal tariffa speċjali

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-Artikolu 135(1)(i) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxa speċjali nazzjonali fuq il-logħob tal-ażżard jistgħu jiġu miġbura b’mod kumulattiv, bil-kundizzjoni li din it-taxxa tal-aħħar ma jkollhiex il-karatteristiċi ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ.

(2)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati, fis-sens li ma jipprekludux li dispożizzjoni jew prattika nazzjonali skont liema, għall-operat ta’ slot machines b’possibbiltà ta’ rebħ, l-ammont ta’ dħul tal-fond ta’ dawn l-islot machines wara d-dekors ta’ perijodu determinat huwa meqjus bħala valur taxxabbli.

(3)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix sistema nazzjonali li tirregola taxxa mhux armonizzata skont liema t-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta hija addebitata proprju f’din l-ewwel taxxa.


(1)  ĠU C 389, 15.12.2012.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria — l-Ungerija) — OTP Bank Nyilvánosan Működő Részvénytársaság vs Hochtief Solution AG

(Kawża C-519/12) (1)

(Ġurisdizzjoni tal-qrati, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni speċjali - Artikolu 5 (1)(a) - Kunċett ta’ “materji kuntrattwali”)

2013/C 367/34

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OTP Bank Nyilvánosan Működő Részvénytársaság

Konvenuta: Hochtief Solution AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Kúria — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni tal-qorti ta’ Stat Membru f’materji kuntrattwali — Azzjoni mressqa minn kreditur, fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ kreditu, kontra kumpannija li għandha sehem li jagħtiha kontroll fil-kumpannija debitriċi li hija parti fil-kuntratt skont ir-regoli nazzjonali speċifiċi li jirregolaw ir-responsabbiltà ta’ din l-ewwel kumpannija

Dispożittiv

Ma tistax titqies bħala li taqa’ taħt “materji kuntrattwali” fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, kwistjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-leġiżlazzjoni nazzjonali timponi fuq persuna l-obbligu li tissodisfa djun ta’ kumpannija li għandha l-kontroll tagħha, minħabba l-fatt li din il-persuna naqset milli tissodisfa l-obbligi ta’ dikjarazzjoni konsekuttivi ta’ teħid ta’ kontroll ta’ din il-kumpannija.


(1)  ĠU C 46, 16.2.2013


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Isdin, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Bial-Portela & Ca SA

(Kawża C-597/12 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZEBEXIR - Trade mark verbali preċedenti ZEBINIX - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 367/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Isdin, SA (rappreżentanti: G. Marín Raigal u P. López Ronda, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent), Bial-Portela & Ca, SA

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-366/11, Bial-Portela & Ca, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni R 1212/2009-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-6 ta’ April 2011, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta l-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “ZEBENIX”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 42, kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “ZEBEXIR”, għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Ottubru 2012, Bial-Portela vs UASI — Isdin (ZEBEXIR) (T-366/11), hija annullata.

(2)

Il-kawża hija rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 86, 23.03.2013.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-2 ta’ Settembru 2013 — Generali-Providencia Biztosító Zrt. vs Közbeszerzési Hatóság — Közbeszerzési Döntőbizottság

(Kawża C-470/13)

2013/C 367/36

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Generali-Providencia Biztosító Zrt.

Konvenut: Közbeszerzési Hatóság — Közbeszerzési Döntőbizottság

Domandi preliminari

(1)

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti pubblika għal motivi differenti minn dawk elenkati fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], b’mod partikolari għal motivi li jistgħu jkunu ġġustifikati minn raġunijiet relatati mal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi, mal-interessi leġittimi tal-awtorità kontraenti, mal-lealtà tal-kompetizzjoni kif ukoll maż-żamma ta’ kompetizzjoni leali? Fl-affermattiv, l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti pubblika hija konformi mat-tieni premessa tal-espożizzjoni tal-motivi ta’ din id-direttiva kif ukoll mal-Artikoli 18 TFUE, 34 TFUE, 49 TFUE u 56 TFUE, sa fejn dan l-operatur wettaq ksur relatat mal-attività kummerċjali jew professjonali tiegħu kkonstatat permezz ta’ deċiżjoni ta’ qorti li għandha awtorità ta’ res judicata, mogħtija matul il-ħames snin preċedenti?

(2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fin-negattiv għad-domandi 1, id-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, b’mod partikolari dawk tal-punti (ċ) u (d) għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa possibbli li jiġi eskluż mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti pubblika kull operatur ekonomiku li jkun wettaq ksur ikkonstatat minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja f’proċeduri ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni mibdija minħabba l-attività ekonomika jew professjonali tiegħu u li jkunu ġew imposti fuqu s-sanzjonijiet previsti fil-qasam tal-kompetizzjoni minħabba dan il-ksur?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Settembru 2013 — F. Faber vs Autobedrijf Hazet Ochten BV

(Kawża C-497/13)

2013/C 367/37

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F. Faber

Konvenuta: Autobedrijf Hazet Ochten BV

Domandi preliminari

(1)

Il-qorti nazzjonali għandha l-obbligu, kemm minħabba l-prinċipju ta’ effettività, kemm minħabba l-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li huwa intiż mid-Direttiva 1999/44 (1) fl-Unjoni, kif ukoll minħabba dispożizzjonijiet jew regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni, li teżamina ex officio jekk, f’kuntratt, ix-xerrej huwiex konsumatur fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 1999/44?

(2)

Jekk l-ewwel domanda teħtieġ risposta affermattiva, din tapplika wkoll jekk il-fajl tal-proċess ma jinkludix punti ta’ fatt (jew jinkludi punti ta’ fatt insuffiċjenti jew kontradittorji) li jippermettu li tiġi stabbilita l-kwalità tax-xerrej?

(3)

Jekk l-ewwel domanda teħtieġ risposta affermattiva, din tapplika wkoll fi proċeduri ta’ appell li fihom ix-xerrej ma jikkontestax id-deċiżjoni tal-ewwel qorti li ma għamlitx (ex officio) dan l-eżami fid-deċiżjoni tagħha u li ma eżaminatx espressament fiha iktar ’il quddiem jekk ix-xerrej jistax jiġi kklassifikat bħala konsumatur?

(4)

(Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 5 ta’) Id-Direttiva 1999/44 għandha tiġi kkunsidrata bħala regola ekwivalenti għar-regoli nazzjonali li jaqgħu taħt l-ordni pubbliku fl-ordinament ġuridiku intern?

(5)

Il-prinċipju ta’ effettività, jew il-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li huwa intiż mid-Direttiva 1999/44 fl-Unjoni jew minn dispożizzjonijiet jew dispożizzjonijiet legali oħra tal-Unjoni, jipprekludi lid-dritt Olandiż fejn huwa jimponi fuq ix-xerrej konsumatur obbligu li jinvoka u oneru tal-prova li jirrigwarda l-obbligu li jinfoma (fi żmien xieraq) lill-bejjiegħ bid-difett preżuppost tal-oġġett ikkunsinnat?

(6)

Il-prinċipju ta’ effettività jew il-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li huwa intiż mid-Direttiva 1999/44 fl-Unjoni, jew minn dispożizzjonijiet jew dispożizzjonijiet legali oħra tal-Unjoni, jipprekludi lid-dritt Olandiż fejn huwa jimponi fuq ix-xerrej konsumatur li jinvoka jew li jipproduċi prova li dan l-oġġett ma huwiex konformi u li dan in-nuqqas ta’ konformità mmanifesta ruħu fis-sitt xhur tal-kunsinna? Xi jfissru t-termini “kull nuqqas ta’ konformità li titfaċċa” li jinsabu fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 1999/44 u, b’mod partikolari, sa fejn ix-xerrej-konsumatur għandu jinvoka fatti u ċirkustanzi li jikkonċernaw (ir-raġuni ta’) in-nuqqas ta’ konformità? Huwa biżżejjed li x-xerrej-konsumatur jallega u, f’każ ta’ kontestazzjoni mmotivata, juri li l-oġġett mixtri ma jiffunzjonax (sew) jew għandu wkoll jallega u, f’każ ta’ kontestazzjoni mmotivata, juri liema nuqqas tal-oġġett mibjugħ huwa r-raġuni (kien ir-raġuni) li tispjega li dan ma jiffunzjonax (sew)? Huwa biżżejjed li x-xerrej-konsumatur jallega u, f’każ ta’ kontestazzjoni mmotivata, juri li l-oġġett mixtri ma jiffunzjonax (sew) jew għandu wkoll jallega u, f’każ ta’ kontestazzjoni mmotivata, jipproduċi prova dwar liema nuqqas tal-oġġett mibjugħ huwa (kien) ir-raġuni li tispejga li dan ma jiffunzjonax (sew)?

(7)

L-assistenza ta’ avukat li għamlet użu minnu F. Faber fiż-żewġ istanzi ta’ dawn il-proċeduri għandha effett fuq ir-risposta għad-domandi preċedenti?


(1)  Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 223).


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Settembru 2013 — Marian Macikowski — Komornik Sądowy Rewiru I przy Sądzie Rejonowym w Chojnicach vs Dyrektorowi Izby Skarbowej w Gdańsku

(Kawża C-499/13)

2013/C 367/38

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marian Macikowski — Komornik Sądowy Rewiru I przy Sądzie Rejonowym w Chojnicach

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku

Domandi preliminari

(1)

Is-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud li tirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari mill-Artikolu 9 tagħha u mill-Artikolu 193 tagħha moqri flimkien mal-Artikolu 199(1)(g), tipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 18 tal-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004, dwar it-taxxa fuq oġġetti u servizzi [Ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług] (Dziennik Ustaw 2011, Nru 177, intestatura 1054, kif emendata), iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-VAT”, li tipprovdi eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali applikabbli għal din it-taxxa fir-rigward ta’ operaturi meħtieġa jikkalkolaw u jiġbru din it-taxxa, bil-ħatra ta’ persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa, jiġifieri ta’ operatur li għandu, minflok il-persuna taxxabbli, jikkalkola l-ammont tat-taxxa, jiġbor din it-taxxa mill-persuna taxxabbli u jħallasha fil-ħin lill-awtoritajiet fiskali?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

(a)

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità, prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 18 tal-Liġi dwar il-VAT, li minnu jirriżulta, b’mod partikolari, li t-taxxa fuq il-kunsinna, li titwettaq permezz tal-infurzar, ta’ proprjetà immobbli li d-debitur huwa proprjetarju tagħha jew li hija fil-pussess tiegħu bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt applikabbli, hija kkalkolata, miġbura u mħallsa mill-marixxall tal-qorti li jiżgura l-implementazzjoni tal-atti ta’ eżekuzzjoni, u li jassumi, bħala persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa, ir-responsabbiltà għall-ksur ta’ dan l-obbligu?

(b)

L-Artikoli 206, 250 u 252 tad-Direttiva, kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità li jirriżulta minn din tal-aħħar, jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 18 tal-Liġi dwar il-VAT, li skont dan il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa indikata minn din id-dispożizzjoni għandha tikkalkola, tiġbor u tħallas l-ammont tal-VAT dovut għall-kunsinna, imwettqa permezz tal-infurzar, ta’ oġġetti li d-debitur huwa proprjetarju tagħhom jew li huma fil-pussess tiegħu bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt applikabbli, u tissodisfa dan l-obbligu matul il-perijodu taxxabbli applikabbli għall-persuna taxxabbli, għal somma li tikkostitwixxi d-differenza bejn id-dħul li jirriżulta mill-bejgħ tal-oġġett, li minnu jitnaqqas il-VAT, u r-rata applikabbli għal din it-taxxa, mingħajr ma jitnaqqas minn din is-somma l-ammont tat-taxxa tal-input imħallsa matul il-perijodu li jibda jiddekorri mill-bidu tal-perijodu taxxabbli sad-data tal-ġbir tat-taxxa mill-persuna taxxabbli?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Settembru 2013 — Gmina Międzyzdroje vs Minister Finansów

(Kawża C-500/13)

2013/C 367/39

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gmina Międzyzdroje

Konvenut: Minister Finansów

Domanda preliminari

L-Artikoli 167, 187 u 189 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-prinċipju ta’ newtralità jaċċettaw dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 91(7) u (7a) tal-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-taxxa fuq il-beni u s-servizzi [Ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług] (Dziennik Ustaw 2011, Nru 177, pożizzjoni 1054, kif emendata), li, fil-każ li jkun hemm bdil tad-destinazzjoni tal-użu ta’ investiment minn eżerċizzju ta’ attività li ma tagħtix id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT input imħallsa għal eżerċizzju ta’ attività li tippermetti l-benefiċċju ta’ dan id-dritt, ikollhom l-effett li ma jkunx possibbli li jkun hemm regolarizzazzjoni unika, iżda jkun meħtieġ li din ir-regolarizzazzjoni ssir fuq perijodu ta’ 5 snin dekorribbli mis-sena li fih il-beni jibda jintuża, jew ta’ 10 snin fil-każ ta’ immobbli?


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Settembru 2013 — X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-512/13)

2013/C 367/40

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

Teżisti distinzjoni indiretta skont in-nazzjonalità jew ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema — li jeħtieġu ġustifikazzjoni —, meta l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tippermetti allowance eżenti mit-taxxa għal spejjeż extra-territorjali favur il-ħaddiema kkollokati lejn dan l-Istat u meta l-ħaddiema li, matul il-perijodu preċedenti għall-impjieg tagħhom f’dan l-Istat Membru, kienu jgħixu f’pajjiż barrani, f’distanza ta’ iktar minn 150 kilometru mill-fruntiera ta’ dan l-Istat, jistgħu jingħataw, mingħajr ma jipproduċu provi addizzjonali, allowance fil-forma ta’ somma f’daqqa eżenti mit-taxxa, anki jekk l-ammont ta’ din tal-aħħar ikun iktar minn dak tal-ispejjeż extra-territorjali effettivament sostnuti, filwaqt li l-ħaddiem li, matul dan il-perijodu, kien jgħix f’distanza iqsar mill-fruntiera, jista’ jingħata biss allowance eżenti mit-taxxa li l-ammont tagħha huwa limitat għall-ispejjeż extra-territorjali effettivament sostnuti li jistgħu jiġu ppruvati?

(2)

Jekk l-ewwel domanda teħtieġ risposta affermattiva, il-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonċernata mid-digriet ta’ implementazzjoni tal-1965 tal-Liġi dwar it-taxxa fuq ir-remunerazzjonijiet hija bbażata fuq raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali?

(3)

Jekk anki t-tieni domanda teħtieġ risposta affermattiva, il-kriterju ta’ 150 kilometru f’din ir-regola jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex l-għan imfittex jintlaħaq?


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Settembru 2013 — Ettayebi Bouzalmate vs Kreisverwaltung Kleve

(Kawża C-514/13)

2013/C 367/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ettayebi Bouzalmate

Konvenut: Kreisverwaltung Kleve

Domanda preliminari

Mill-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), jirriżulta li Stat Membru għandu, bħala regola ġenerali, iżomm persuna għall-finijiet ta’ tneħħija f’ċentru speċjalizzat ta’ detenzjoni, inkluż meta ċentri bħal dawn jeżistu biss f’parti mill-istruttura federali tal-Istat, iżda mhux f’dik fejn id-detenzjoni għandha tiġi eżerċitata konformement mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istruttura federali ta’ dan l-Istat?


(1)  ĠU L 348, p. 98.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Settembru 2013 — Dimensione Direct Sales s.r.l., Michele Labianca vs Knoll International S.p.A.

(Kawża C-516/13)

2013/C 367/42

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dimensione Direct Sales s.r.l., Michele Labianca

Konvenuta: Knoll International S.p.A.

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt ta’ distribuzzjoni previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) jinkludi d-dritt li jiġi offrut għall-bejgħ lill-pubbliku l-oriġinal jew kopja ta’ xogħol?

Fl-ipoteżi fejn l-ewwel domanda għandha tiġi risposta fl-affermattiv:

(2)

Id-dritt li jiġi offrut għall-bejgħ lill-pubbliku l-oriġinal jew kopja ta’ xogħol jinkludi biss l-offerti kuntrattwali jew ukoll il-miżuri pubbliċitarji?

(3)

Ikun hemm ksur tad-dritt ta’ distribuzzjoni jekk l-offerta ma tagħtix lok għal xiri tal-oriġinal jew kopja ta’ xogħol?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Settembru 2013 — The Queen fuq talba ta’ Eventech Ltd vs The Parking Adjudicator

(Kawża C-518/13)

2013/C 367/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen fuq talba ta’ Eventech Ltd

Konvenut: The Parking Adjudicator

Il-parti l-oħra fil-proċedura: London Borough of Camden, Transport for London

Domandi preliminari

(1)

Fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, il-fatt li mogħdija għall-karrozzi tal-linja li tinsab fuq triq pubblika ssir aċċessibbli għall-Black Cabs iżda mhux għall-minicabs fis-sigħat li din il-mogħdija tintuża mill-karrozzi tal-linja, jinvolvi l-użu ta’ “riżorsi ta’ l-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE?

(2)

(a)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-fatt li mogħdija għall-karrozzi tal-linja li tinsab fuq triq pubblika ssir aċċessibbli għall-Black Cabs iżda mhux għall-minicabs fis-sigħat li din il-mogħdija tintuża mill-karrozzi tal-linja huwiex selettiv fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, għal-liema għan għandu wieħed jirreferi sabiex jiġi evalwat jekk il-Black Cabs u l-minicabs humiex f’sitwazzjoni legali u fattwali paragunabbli?

(b)

Jekk jista’ jintwera li l-għan rilevanti, fis-sens tad-domanda 2(a), huwa għall-inqas parzjalment sabiex tinħoloq sistema ta’ trasport sigura u effettiva u li jeżistu raġunijiet ta’ sigurtà u/jew ta’ effettività li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni tal-Black Cabs sabiex isuqu fil-mogħdijiet għall-karrozzi tal-linja, iżda li ma japplikawx għall-minicabs, jista’ jingħad li l-miżura ma hijiex selettiva fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE?

(ċ)

Sabiex tingħata risposta għad-domanda 2(b), għandu jiġi vverifikat jekk, billi bbaża ruħu fuq din il-ġustifikazzjoni, l-Istat Membru weriex barra minn hekk li t-trattament favorevoli mogħti lill-Black Cabs meta mqabbla mal-minicabs huwa proporzjonat u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju?

(3)

Il-fatt li mogħdija għall-karrozzi tal-linja li tinsab fuq triq pubblika ssir aċċessibbli għall-Black Cabs iżda mhux għall-minicabs fis-sigħat li din il-mogħdija tintuża mill-karrozzi tal-linja huwa tali li jkollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE meta t-triq inkwistjoni tinsab fiċ-ċentru ta’ Londra u dan minkejja li ma jeżisti ebda ostakolu li jipprekludi liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn milli jipposjedu jew isuqu Black Cabs jew minicabs?


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no1 de Ferrol (Spanja) fl-1 ta’ Ottubru 2013 — Ministerio de Defensa u Navantia S.A. vs Concello de Ferrol

(Kawża C-522/13)

2013/C 367/44

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Ferrol (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministerio de Defensa u Navantia SA

Konvenut: Concello de Ferrol

Domandi preliminari

(1)

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proprjetà li tibbenefika minnha Navantia SL hija kompatibbli mal-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)?

(2)

L-eżenzjoni fiskali li Stat Membru (Spanja) jista’ jipprevedi fir-rigward ta’ art (proprjetà immobbli rreġistrata fir-Reġistru tal-Artijiet bir-referenza 2825201QA5422N0001YG) li hija proprjetà tiegħu, imqegħda għad-dispożizzjoni ta’ impriża privata li l-kapital tagħha huwa totalment proprjetà pubblika (Navantia SL) u li minnha hija tipprovdi beni u servizzi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ bejn Stati Membri, hija kompatabbili mal-Artikolu 107 TFUE?


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Ottubru 2013 — Eycke Braun vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-524/13)

2013/C 367/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Karlsruhe

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eycke Braun

Konvenuta: Land Baden-Württemberg

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985 (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li d-drittijiet li jirċievi nutar pubbliku għall-awtentikazzjoni notarili ta’ tranżazzjoni, li kienet tikkonċerna t-trasformazzjoni ta’ kumpannija b’kapital f’kumpannija b’kapital ta’ tip differenti, jikkostitwixxu taxxi fis-sens tad-Direttiva, u dan anki meta t-trasformazzjoni ma timplikax żieda fil-kapital tal-kumpannija akkwistata jew ittrasformata?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 122.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Strasbourg (Franza) fit-8 ta’ Ottubru 2013 — Geoffrey Léger vs Ministre des affaires sociales et de la santé, Établissement français du sang

(Kawża C-528/13)

2013/C 367/46

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Strasbourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Geoffrey Léger

Konvenuti: Ministre des affaires sociales et de la santé, Établissement français du sang

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-Anness III tad-Direttiva 2004/33/KE (1), il-fatt li raġel ikollu relazzjoni sesswali ma’ raġel ieħor jikkostitwixxi, fih innifsu, imġieba sesswali li tesponi lil persuna għal riskju għoli li takkwista mard serju li jittieħed li jista’ jiġi trasmess mid-demm u li tiġġustifika l-esklużjoni permanenti tal-persuni li pparteċipaw f’din l-imġieba sesswali mid-donazzjoni tad-demm, jew inkella jikkostitwixxi biss imġieba sesswali li tesponi lil persuna għal riskju għoli li takkwista mard serju li jittieħed li jista’ jiġi trasmess mid-demm u li tiġġustifika esklużjoni temporanja mid-donazzjoni tad-demm għal perijodu speċifiku wara li tkun intemmet l-imġieba li tesponi għar-riskju?


(1)  Diretiva tal-Kummissjoni 2004/33/KE, tat-22 ta’ Marzu 2004, li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ċerti ħtiġiet tekniċi tad-demm u tal-komponenti tad-demm (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 08, p. 272)


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fis-17 ta’ Ottubru 2013 — Mohamed M’Bodj vs Conseil des ministres

(Kawża C-542/13)

2013/C 367/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohamed M’Bodj

Konvenut: Conseil des ministres

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 2(e) u (f), 15, 18, 28 u 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li mhux biss il-persuna li ngħatat, fuq it-talba tagħha, l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja minn awtorità indipendenti mill-Istat Membru, għandha tibbenefika mill-protezzjoni soċjali u mill-kura tas-saħħa msemmija fl-Artikoli 28 u 29 ta’ din id-direttiva, iżda wkoll il-persuna barranija li hija awtorizzata minn awtorità amministrattiva ta’ Stat Membru li tirrisjedi fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u li ssoffri minn marda li twassal għal riskju reali għall-ħajja tagħha jew għall-integrità fiżika tagħha jew riskju reali ta’ trattament inuman jew degradanti meta ma jkunx jeżisti trattament adegwat fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha jew fil-pajjiż fejn tirrisjedi?

(2)

Jekk l-ewwel domanda preliminari għandha tingħata risposta li timplika li ż-żewġ kategoriji ta’ persuni li huma deskritti fiha għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni soċjali u mill-kura tas-saħħa li huma msemmija fiha, l-Artikoli 20(3), 28(2) u 29(2) ta’ din l-istess direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-obbligu impost fuq l-Istati Membri li jieħdu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċifika tal-persuna vulnerabbli bħall-persuni diżabbli, timplika li għandhom jingħataw lil dawn tal-aħħar benefiċċji pprovduti bil-Liġi tas-27 ta’ Frar 1987 dwar il-benefiċċju għall-persuni diżabbli, fid-dawl tal-fatt li għajnuna soċjali li tieħu inkunsiderazzjoni d-diżabbli tista’ tingħata abbażi tal-Liġi Bażika tat-8 ta’ Lulju 1976 dwar ċentri pubbliċi ta’ azzjoni soċjali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96.


Il-Qorti Ġenerali

14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2013 — Rusal Armenal vs Il-Kunsill

(Kawża T-512/09) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u miċ-Ċina - Adeżjoni tal-Armenja mad-WTO - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 - Kompatibbiltà mal-ftehim antidumping - Artikolu 277 TFUE)

2013/C 367/48

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rusal Armenal ZAO (Erevan, l-Armenja) (rappreżentant: B. Evtimov, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġent, assistiti minn G. Berrisch, u fl-aħħar nett J.-P. Hix u B. Driessen)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u C. Clyne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa annullat fir-rigward ta’ Rusal Armenal ZAO.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż ta’ Rusal Armenal.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2013 — Capitalizaciones Mercantiles vs UASI — Leineweber (X)

(Kawża T-378/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja X - Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti X - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Natura distintiva tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 367/49

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Capitalizaciones Mercantiles Ltda (Bogotá, il-Kolombja) (rappreżentanti: J. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Leineweber GmbH & Co. KG (Herford, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Jackermeier u D. Wiedemann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1524/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Leineweber GmbH & Co. KG u Capitalizaciones Mercantiles Ltda.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Capitalizaciones Mercantiles Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 366, 24.11.2012


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Strombery Menswear vs UASI — Leketoy Stormberg Inter (STORMBERG)

(Kawża T-451/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti STORMBERG - Ċessjoni tal-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata - Deċiżjoni li jingħalqu l-proċedimenti ta’ revoka - Rikors għal restitutio in integrum - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 58(1), Artikolu 76(1) u Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

2013/C 367/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Strombery Menswear Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Troutsanis, avukat, u C. Tulley, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Leketoy Stormberg Inter AS (Kristiansand S, in-Norveġja) (rappreżentanti: T. Mølsgaard u J. Løje, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 389/2012-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Stromberg Menswear Ltd u Leketoy Stormberg Inter AS.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Stromberg Menswear Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 02.03.2013.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Stromberg Menswear vs UASI — Leketoy Stormberg Inter (STORMBERG)

(Kawża T-457/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja verbali STORMBERG - Rikors kontra t-talba għal trasfomazzjoni ta’ trade mark Komunitarja f’applikazzjonijiet għal trade marks nazzjonali - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Rikors manifestament nieqes minn kull fundament fid-dritt)

2013/C 367/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stromberg Menswear Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Tsoutsanis, avukat, u C. Tulley, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Leketoy Stormberg Inter AS (Kristiansand S, Norveġja) (rappreżentanti: inizjalment T. Mølsgaard, sussegwentement J. Løje, avukati)

Suġġett

Rikkors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 428/2012-4), dwar it-talba għal trasformazzjoni ta’ trade mark Komunitarja f’applikazzjonijiet għal trade marks nazzjonali mressqa minn Leketoy Stromberg Inter AS.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Stromberg Menswear Ltd huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 02.03.2013.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/28


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 — APRAM vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-403/13)

2013/C 367/52

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: APRAM — Administração dos Portos da Região Autónoma da Madeira, SA (Funchal, il-Portugall) (rappreżentant: M. Gorjão-Henriques, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2013) 1870 finali, tas-27 ta’ Marzu 2013, li tnaqqas il-kontribuzzjoni mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġett “Żvilupp tal-infrastrutturi portwali tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira — Port ta’ Caniçal”, Madeira, il-Portugall;

tiddikjara l-inapplikabbiltà għall-kawża ineżami tar-Regolament (KE) Nru 16/2003 (1) u, b’mod konkret, tal-Artikolu 7 tiegħu, minħabba ksur ta’ rekwiżiti proċedurali sostanzjali, ksur tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 (2) jew, fi kwalunkwe każ, tal-prinċipji ġenerali tad-dritt vinkolanti fl-ordinament ġuridiku tal-UE;

tiddikjara li l-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ dovut;

sussidjarjament:

(a)

tiddikjara l-preskrizzjoni tal-proċedura għall-irkupru tas-somom diġà mħallsa u tad-dritt li jinżamm il-bilanċ li għadu ma tħallasx;

(b)

tiddikjara l-obbligu li titnaqqas il-korrezzjoni magħmula mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-irregolaritajiet li jistgħu jwasslu sabiex il-bilanċ ma jitħallasx fl-intier tiegħu u għall-irkupru kollu tal-infiq imħallas wara t-3 ta’ Ġunju 2003 iżda ffatturat bejn Ġunju 2002 u Frar 2003;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.   L-ewwel motiv: ksur tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq

Id-deċiżjoni kkontestata tikser id-dispożizzjonijiet legali dwar l-applikazzjoni tat-Trattat, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-eliġibbiltà ta’ nfiq għall-finanzjament mill-Fondi Ewropej, jiġifieri l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 16/2003. F’dan ir-rigward, il-partijiet ma humiex jaqblu dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-infiq imħallas wara u matul il-bidu tal-perijodu ta’ eliġibbiltà jikkostitwixxix infiq eliġibbli għall-finanzjament Ewropew meta jkun is-suġġett ta’ fattura preċedenti.

2.   It-tieni motiv: illegalità tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 16/2003 minħabba ksur ta’ rekwiżiti proċedurali sostanzjali u minħabba ksur ta’ regola ta’ livell ġerarkiku superjuri

Id-deċiżjoni hija illegali wkoll minħabba li hija bbażata fuq ir-Regolament Nru 16/2003, li huwa illegali minħabba li ma ġiex adottat mill-Kulleġġ tal-Kummissarji, la permezz tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, la permezz tal-proċedura bil-miktub u lanqas permezz ta’ proċedura ssemplifikata oħra skont ir-Regoli tal-Proċedura tal-Kummissjoni (3), minħabba li ma osservax l-Artikolu 18 ta’ dawn ir-Regoli u sa fejn il-Kummissjoni tinterpreta l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 16/2003 b’mod li jmur kontra r-Regolament (KE) Nru 1164/94.

3.   It-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà

Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà jimplika l-istabbiliment ta’ regoli nazzjonali applikabbli għall-eliġibbiltà tan-nefqa sa fejn il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali hija qasam li fih il-kompetenza hija kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u li fil-kuntest tiegħu għandu għaldaqstant jiġi osservat dan il-prinċipju. Issa, ir-Regolament Nru 16/2003 jikser dan il-prinċipju sa fejn mhux talli ma jinvokahx iżda lanqas ma jiġġustifika, fid-dawl ta’ dan il-prinċipju, il-ħtieġa tar-regoli stabbiliti minnu.

4.   Ir-raba’ motiv: ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali u ksur tal-obbligu tal-amministrazzjoni li tosserva l-atti tagħha stess

Il-Kummissjoni Ewropea kellha l-prassi amministrattiva kostanti li tinterpreta r-regola inkwistjoni fis-sens li qiegħda ssostni APRAM fil-kawża ineżami.

Din l-interpretazzjoni kienet ġejja minn sorsi awtorizzati mill-Kummissjoni u kienet ġiet ikkomunikata lir-Repubblika Portugiża u lill-Istati Membri l-oħra; skont il-kontenut ta’ din l-interpretazzjoni, l-Istat Portugiż seta’ leġittimament jistenna li l-fatturi riċevuti qabel u mħallsa wara li t-talba kompleta tasal għand il-Kummissjoni kienu ser ikunu eliġibbli. Din kienet ukoll il-fehma tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Kien għalhekk li APRAM ifformat l-aspettattiva leġittima li dan l-infiq kien effettivament eliġibbli.

L-impożizzjoni tal-interpretazzjoni li issa qiegħda ssostni l-Kummissjoni tmur manifestament kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba li timponi piżijiet finanzjarji sostanzjali fuq APRAM, mingħajr ma dan huwa ġust jew prevedibbli.

5.   Il-ħames motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Għalkemm huwa minnu li, skont l-Artikolu H tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94, il-Kummissjoni tista’ twettaq il-korrezzjonijiet finanzjarji li jidhrulha neċessarji u li jistgħu jimplikaw il-kanċellament totali jew parzjali tal-għajnuna mogħtija, hija għandha tosserva wkoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi tal-każ konkret, bħalma huma t-tip ta’ irregolarità u l-portata tal-impatt finanzjarju li jista’ jkollhom l-eventwali nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni jew ta’ kontroll, b’tali mod li ma tagħżilx miżura sproporzjonata. Għaldaqstant, wieħed ma jistax jifhem kif seta’ jiġi kkunsidrat kanċellament totali tal-għajnuna mogħtija sa fejn il-korrezzjonijiet ta’ 100 % japplikaw biss meta n-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll jew il-gravità tal-irregolarità kkonstatata jkunu jammontaw għal sitwazzjoni fejn ikunu injorati kompletament ir-regoli Komunitarji, sitwazzoni li timplika l-irregolarità tal-ħlasijiet kollha. Meta dan ma jkunx il-każ, l-awtoritajiet jipproponu korrezzjonijiet limitati għal 5 %, 2 %, jew saħanstira 0 %.

Id-diffikultajiet fl-interpretazzjoni tar-regola inkwistjoni huma fattur attenwanti deċiżiv, fattur li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni f’kull każ. Skont iċ-ċirkustanzi deskritti, jeżistu miżuri inqas restrittivi — bħal korrezzjoni b’rata żgħira jew b’rata ta’ 0 % — sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq. Għaldaqstant, anki jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi — ipoteżi li r-rikorrenti ma taqbilx magħha — li tapplika korrezzjoni fir-rigward tal-għajnuna mogħtija, din il-korrezzjoni ma għandha f’ebda każ taqbeż il-5 % u għandha fil-fatt tkun inqas jew ta’ 0 %.

6.   Is-sitt motiv: il-preskrizzjoni

Fi kwalunkwe każ, il-possibbiltà li jintalab l-irkupru tal-infiq preċedenti għat-3 ta’ Ġunju 2003 hija diġà preskritta peress li l-aħħar fattura għandha d-data tat-28 ta’ Frar 2003, jiġifieri tliet xhur u jumejn qabel id-data inkwistjoni. Issa, skont ir-Regolament Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995 (4), it-terminu ta’ preskrizzjoni għat-tressiq ta’ proċeduri huwa ta’ erba’ snin u jiddekorri minn meta titwettaq l-irregolarità.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 16/2003, tas-6 ta’ Jannar 2003, li jippreskrivi regoli speċjali dettaljati għall-implimentazzjo[n]i tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 fir-rigward tal-eliġibilità tal-ispiża fil-kuntest tal-miżuri parzjalment iffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 189).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9).

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 213.

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/30


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 — Companhia Previdente e Socitrel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-409/13)

2013/C 367/53

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: COMPANHIA PREVIDENTE — Sociedade de Controle de Participações Financeiras, SA (Lisbona, il-Portugall) u SOCITREL — Sociedade Industrial de Trefilaria, SA (Trofa, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Proença de Carvalho, J. Caimoto Duarte, F. Proença de Carvalho u T. Luísa Faria, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-Deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea D/2013/048425, tal-24 ta’ Mejju 2013, dwar ir-rifjut għal tnaqqis minħabba assenza ta’ kapaċità kontributtiva, tal-multa imposta fuq SOCITREL taħt ksur tal-proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, li ddikjarat ukoll li COMPANY PREVIDENTE hija responsabbli in solidum għall-ħlas ta’ din il-multa;

tapplika fir-rigward tar-rikorrenti t-tnaqqis tal-multa, minħabba assenza ta’ kapaċità kontributtiva.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni Ewropea tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 296 TFUE, minħabba li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-provi mressqa mill-grupp COMPANHIA PREVIDENTE dwar l-insolvenza tagħha

Ir-rikorrenti jallegaw li kien hemm ksur tal-Artikolu 296 TFUE, minħabba li r-rifjut tat-tnaqqis tal-multa minħabba assenza ta’ kapaċità kontributtiva ma kienx sostanzjat b’mod xieraq, peress li ma humiex analizzati speċifikament il-kundizzjonijiet li, skont il-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni Ewropea (b’mod partikolari, skont il-punt 35 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), iktar ’il quddiem il-“Linji Gwida”), u skont il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni Ewropea dwar l-insolvenza, għandhom ikunu sodisfatti sabiex jingħata tnaqqis tal-multa f’dan il-kuntest, u sa fejn l-argumenti invokati minn COMPANHIA PREVIDENTE matul il-proċedura inkwistjoni quddiem il-Kummissjoni Ewropea ma ġewx indirizzati b’mod xieraq, f’dak li jikkonċerna l-osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet mill-grupp COMPANHIA PREVIDENTE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt, żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba li l-Kummissjoni ma kinitx naqqset il-multa minħabba assenza ta’ kapaċità kontributtiva tal-grupp COMPANHIA PREVIDENTE

Ir-rikorrenti jallegaw li kien hemm żball ta’ fatt, żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-fatti rilevanti kollha ma ġewx ikkunsidrati b’mod xieraq u minħabba li l-provi prodotti minn COMPANHIA PREVIDENTE ma ġewx eżaminati adegwatament matul il-proċedura ta’ reviżjoni tal-multa minħabba assenza ta’ kapaċità kontributtiva, skont l-punt 35 tal-Linji Gwida, u l-multa baqgħet waħda li tmur lil hinn mill-possibbiltajiet finanzjarji attwali tal-grupp COMPANHIA PREVIDENTE.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jitolbu skont l-Artikolu 261 TFUE, it-tnaqqis, minħabba assenza ta’ kapaċità kontributtiva, tal-multa imposta fuq SOCITREL, li COMPANY PREVIDENTE hija responsabbli in solidum għaliha.


(1)  ĠU 2006, C 210, p. 2.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/31


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2013 — Fard u Sarkandi vs Il-Kusill

(Kawża T-439/13)

2013/C 367/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mohammad Moghaddami Fard (Teheran, l-Iran); u Ahmad Sarkandi (l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: M. Taher, Solicitor, M. Lester, Barrister, u S. Kentridge, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 10) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 3) u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest tal-Kunsill meta huwa kkunsidra li l-kriterji kollha ta’ inklużjoni kienu sodisfatti sa fejn jirrigwarda kull wieħed mir-rikorrenti, u li d-deskrizzjoni tar-rikorrenti ma hija bbażata fuq ebda bażi legali valida.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill kellu l-għan li jimponi projbizzjoni fuq ir-rikorrenti milli jivvjaġġaw fl-assenza ta’ bażi legali xierqa.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq nuqqas tal-Kunsill milli jagħti motivi adegwati jew suffiċjenti li jiġġustifikaw l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-miżuri kkontestati.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas tal-Kunsill milli jipproteġi d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, kif ukoll id-dritt tagħhom għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur min-naħa tal-Kunsill b’mod inġustifikat u sproporzjonat, tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħhom għall-protezzjoni tal-proprjetà, tal-ħajja tal-familja, tal-attività professjonali u tar-reputazzjoni tagħhom, minħabba d-deċiżjoni tiegħu li jiddeskrivi lir-rikorrenti.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/31


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 minn AN mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Lulju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-111/10, AN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-512/13 P)

2013/C 367/55

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: AN (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot u R. Murru, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013, AN vs Il-Kummissjoni Ewropea (F-111/10);

tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż kollha tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni meta t-TSP eżamina l-motiv imqajjem fl-ewwel istanza dwar l-irregolarità tal-investigazzjoni diretta kontra l-appellanti, peress li l-motivazzjoni mogħtija mit-TSP fil-punti 95 u 96 tas-sentenza appellata kienet żbaljata jew tal-inqas insuffiċjenti u lakunari.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żnaturament mit-TSP tal-fatti u tal-provi kemm meta t-TSP kkonkluda li l-appellanti kienet ibbenefikat mill-protezzjoni prevista fl-Artikolu 22a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea kif ukoll meta t-TSP kkonkluda li l-appellanti ma pprovdietx l-iċken indizju li l-investigazzjoni amministrattiva diretta kontriha kienet infetħet bħala ritaljazzjoni (dwar il-punti 87, 88 u 94 tas-sentenza appellata).


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/32


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2013 — Kenzo vs UASI — Tsujimoto (KENZO ESTATE)

(Kawża T-528/13)

2013/C 367/56

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kenzo (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn taċċetta r-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1016724 li tinnomina l-Unjoni Ewropea għat-trade mark “Kenzo Estate” għal: “Żejt taż-żebbuġa (għall-ikel); żejt taż-żerriegħa tal-għeneb (għall-ikel); żjut u xaħmijiet li jittieklu; żbib; ħxejjex u frott ipproċessati; ħxejjex iffriżati; frott iffriżat; legumi nejjin; prodotti tal-laħam ipproċessati; frott tal-baħar ipproċessat” fil-klassi 29; “Ħelu, ħobż u pasti; ħall tal-inbid; taħwir taż-żebbuġ; taħwir (minbarra ħwawar); ħwawar; sandwiċijiet, pizez; hot dogs (sandwiċijiet); torti tal-laħam; ravjul” fil-klassi 30; u “Għeneb (frisk); żebbuġ (frisk); frott (frisk); ħaxix (frisk); żrieragħ u basal” fil-klassi 31;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti matul dawn il-proċedimenti;

tikkundanna lil Kenzo Tsujimoto għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti;

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KENZO ESTATE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 31, 35, 41 u 43 — Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru W 1 016 724

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: it-trade mark Komunitarja “KENZO” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/32


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2013 — Vakoma vs UASI — VACOM

(Kawża T-535/13)

2013/C 367/57

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vakoma GmbH (Magdeburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kazzer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: VACOM Vakuum Komponenten & Messtechnik GmbH (Jena, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-konvenut bir-referenza Nru R 0908/2012-1 tal-1 ta’ Awwissu 2013 u nnotifikata fis-6 ta’ Awwissu 2013, kif ukoll tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-konvenut tat-12 ta’ Marzu 2012, u tiċħad l-oppożizzjoni Nru B1 833 915 bħala infondata;

tikkundnana lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “VAKOMA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 40 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 437 963

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: VACOM Vakuum Komponenten & Messtechnik GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “VACOM” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/33


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 — Roeckl Sporthandschuhe vs UASI — Roeckl Handschuhe & Accessoires (rappreżentazzjoni ta’ id)

(Kawża T-537/13)

2013/C 367/58

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Baumann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Roeckl Handschuhe & Accessoires GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Lulju 2013 sa fejn din laqgħet parzjalment l-ilment tal-intervenjent u rrifjutat ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja għal prodotti fil-klassi 18 (ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda, u oġġetti magħmula minn dawn it-tipi ta’ materjal, b’mod partikolari portmonijiet, portafolli tal-but, portafolli taċ-ċwievet, inklużi fil-klassi 18) u fil-klassi 25 (ħwejjeġ, b’mod partikolari ingwanti, inklużi fil-klassi 25);

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni u tal-appell, u tikkundanna lill-konvenut (UASI) għall-ispejjeż tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrapreżenta id, għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 — Trade mark Komunitarja Nru 6 961 965

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Roeckl Handschuhe & Accessoires GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja figurattiva u t-trade mark Ġermaniża figurattiva “Roeckl”, li tinkludi r-rappreżentazzjoni ta’ id, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċizjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/33


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 — Three-N-Products vs UASI — Munindra (PRANAYUR)

(Kawża T-543/13)

2013/C 367/59

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Three-N-Products Private Ltd (New Delhi, l-Indja) (rappreżentant: N. Colombo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Munindra Holding BV (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell fil-Każ Nru R 638/2012-4 tal-25 ta’ Lulju 2013 fl-intier tagħha, u konsegwentement, tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata PRANAYUR;

tordna lill-UASI jħallas l-ispejjeż sostnuti minn Three-N-Products Private Ltd;

tordna lil Munindra Holding B.V. tħallas l-ispejjeż sostnuti minn Three-N-Products Privata Ltd.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “PRANAYUR” għal prodotti fil-klasssijiet 5 u 30 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 7 170 095

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark “AYUR” u t-trade mark figurattivi li jinkludu l-element verbali “Ayur”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/34


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2013 — Šumelj et vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T-546/13)

2013/C 367/60

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Ante Šumelj (Żagreb, il-Kroazja), Dubravka Bašljan (Żagreb), Đurđica Crnčević (Sv. Ivan Zelina, il-Kroazja), Miroslav Lovreković (Križevci, il-Kroazja) (rappreżentant: Mato Krmek, avukat)

Konvenuta: L-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata, b’digriet interlokutorju, li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli twettaq l-obbligu li tissorvelja l-implementazzjoni tat-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, li hija għandha skont l-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni (Anness VII, punt 1), fil-parti relatata mal-introduzzjoni tas-servizz ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni fis-sistema ġuridika tar-Repubblika tal-Kroazja;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tikkumpensa d-dannu (materjali u morali) kkawżat lir-rikorrenti, bis-saħħa tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tbati l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri;

barra minn dan, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali tissospendi kull deċiżjoni relatata mal-ammont tal-pretensjonijiet sakemm id-digriet interlokutorju li għandha tingħata f’dawn il-proċeduri jsir res judicata.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni (Anness VII, punt 1), li jifforma parti integrali mit-Trattat ta’ Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea konkluż bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea [Narodne novine — Međunarodni ugovori n. 2/12 (Ġurnal Uffiċjali — Trattati internazzjonali)], billi ma impedixxietx t-tneħħija tal-liġijiet li permezz tagħhom hija stabbilita u rregolata l-professjoni tal-uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni, li r-Repubblika tal-Kroazja kienet adottat waqt in-negozjati ta’ adeżjoni mal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni jimponi fuq il-Kummissjoni l-obbligu li tissorvelja l-impennji kollha meħuda mir-Republika tal-Kroazja matul in-negozjati ta’ adeżjoni mal-Unjoni Ewropea u, għaldaqstant, l-obbligi legali meħuda mir-Repubblika tal-Kroazja li tistabbilixxi servizz ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni u li toħloq il-kundizzjonijiet kollha neċessarji għall-istabbiliment komplet ta’ dan is-servizz fis-sistema ġuridika Kroata sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li permezz tal-ksur indikat, il-Kummissjoni Ewropea kkawżat direttament dannu lir-rikorrenti, li kienu nħatru sabiex ikopru l-pożizzjonijiet ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni u li kellhom aspettattivi leġittimi ta’ dħul fis-servizz fl-1 ta’ Jannar 2012.

(3)

It-tieni motiv ibbażat fuq fil-fatt li, billi naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont it-Trattat ta’ Adeżjoni, il-Kummissjoni eċċediet b’mod manifest u serju l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali li hija għandha u, billi ppreġudikat l-aspettativi leġittimi tar-rikorrenti (maħtura uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni), hija kkawżatilhom danni materjali u morali kunsiderevoli li hija għandha tikkumpensa skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/34


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2013 — Rosian Express vs UASI (Forma ta’ kaxxa)

(Kawża T-547/13)

2013/C 367/61

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Rosian Express (Mediaș, ir-Rumanija) (rappreżentant: E. Grecu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forma ta’ kaxxa, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 28 u 35;

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/35


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2013 — Aderans vs UASI — Ofer (VITALHAIR)

(Kawża T-548/13)

2013/C 367/62

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aderans Company Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ofer (Troisdorf, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Awwissu 2013 fil-Każ R 1467/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “VITALHAIR” għal prodotti fil-klassijiet 3, 21 u 26 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 254 378

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ofer

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “Haar-vital” u t-trade mark figurattiva Ġermaniża “HAARVITAL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 26 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) kif ukoll tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/35


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2013 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-549/13)

2013/C 367/63

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. De Bergues, D. Colas u C. Candat, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013 tat-18 ta’ Lulju 2013 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni bl-ebda mod ma indikat ir-raġunament tagħha b’mod ċar u inekwivoku u, konsegwentement, ma ppermettitx lill-persuni kkonċernati li jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet tar-regolament ikkontestat. Ir-rikorrenti ssostni li:

minn naħa, l-obbligu ta’ motivazzjoni tar-regolament ikkontestat kien iktar u iktar fundamentali peress li l-Kummissjoni, għall-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, kellha marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni u,

min-naħa l-oħra, billi l-Kummissjoni stabbilixxiet rata żero fir-rigward tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur, il-Kummissjoni kienet marbuta tiżviluppa r-raġunament tagħha b’mod espliċitu peress li r-regolament ikkontestat kien imur ferm lil hinn mir-regolament preċedenti f’dan is-settur.

(2)

It-tieni motiv, maqsum f’żewġ partijiet, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 164(3) tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS (1) peress li s-sitwazzjoni fis-suq u l-kuntest nazzjonali u internazzjonali li kien jeżisti meta ġie adottat ir-regolament ikkontestat jiġġustifikaw l-iffissar ta’ rata żero fir-rigward tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur. Ir-rikorrenti ssostni li:

il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni manifestament żbaljata tas-stiwazzjoni tas-suq;

il-Kumissjoni manifestament injorat il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha billi hadet inkunsiderazzjoni, għall-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, ir-riforma reċenti tal-politika agrikola komuni u n-negozjati pendenti fil-kuntest tad-WTO, li huma fatturi mhux imsemmija fost il-fatturi speċifikament elenkati fl-Artikolu 164(3) tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, p. 1)


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/36


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2013 — Radecki vs UASI — Vamed (AKTIVAMED)

(Kawża T-551/13)

2013/C 367/64

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Michael Radecki (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Menebröcker u V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vamed AG (Vjenna, l-Awstrija)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Lulju 2013 (Każ R 365/2012-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż u għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “AKTIVAMED” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 11 u 44 ‒ Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 958 886

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Vamed AG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Awstrijaka u r-reġistrazzjoni internazzjonali “VAMED” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 10, 11, 12, 16, 20, 21, 28, 35, 36, 37, 39, 41, 42, 43, 44 u 45

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/36


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2013 — European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

(Kawża T-553/13)

2013/C 367/65

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu); u Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: D. Mabger, avukat)

Konvenuta: L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti tal-konvenuta tas-7 ta’ Awwissu 2013 relatata mas-sejħa pubblika għal offerti F4E-ADM-0464 (ĠU 2012/S 213-352451) għall-għoti tal-kuntratt-qafas għal servizz fi stadji intitolat “Provision of Information and Communications Technology (ICT) Projects to Fusion for Energy” (ĠU 2013/S 198-342743);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lir-rikorrenti ta’ kumpens għad-danni rappreżentanti t-telf tal-opportunità li tingħata kuntratt;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lir-rikorrenti ta’ danni diżważivi;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż u l-imposti kemm dawk legali u kemm dawk li ma humiex sostnuti b’rabta ma’ dan ir-rikors, u dan anki f’każ ta’ ċaħda ta’ dan l-istess rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta ma osservatx id-dritt tal-UE meta din wettqet l-evalwazzjoni tal-offerti u tat il-kuntratt wara l-iskadenza tal-validità tal-offerti.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta ma osservatx id-dritt tal-UE meta kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni. Il-konvenuta kkomunikat lir-rikorrenti rapport ta’ evalwazzjoni li ma kienx jinkludi kummenti konkreti dwar l-evalwazzjoni tal-offerta tar-rikorrenti.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/37


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2013 — Verband der Kölnisch-Wasser Hersteller, Köln vs UASI (Original Eau de Cologne)

(Kawża T-556/13)

2013/C 367/66

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verband der Kölnisch-Wasser Hersteller, Köln eV (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schulte-Beckhausen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Awwissu 2013 (R 2064/2012-4);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikors u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Original Eau de Cologne” għal prodotti fil-klassi 3 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 787 794

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/37


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2013 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/13)

2013/C 367/67

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, Abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn din teskludi l-ispejjeż sostnuti mir-Renju ta’ Spanja fil-kuntest tal-għajnuna mill-ICDN tal-programm ta’ żvilupp rurali ta’ Galicia 2007-2013, għall-ammont ta’ EUR 757 968,97, li jikkorrispondu mal-kunċett ta’ “żvantaġġi naturali”, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 10(2) u (4), u 14(2) tar-Regolament Nru 1975/2006.

F’dan ir-rigward ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-obbligu ta’ ċensiment tal-bhejjem matul il-verifiki fuq il-post abbażi tal-għajnuna ICDN imur kontra n-natura ta’ kontinwità tal-kriterju tal-fattur tat-tagħbija u kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament; huwa jallega wkoll li l-Kummissjoni interpretat l-imsemmija dispożizzjonijiet b’mod żbaljat meta qieset li s-sistema Spanjola ma kinitx xierqa sabiex tiġi vverifikata l-osservanza tal-fattur ta’ tagħbija.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1082/2003 u tal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament Nru 796/2004.

F’dan ir-rigward ir-Renju ta’ Spanja jsostni li d-deċiżjoni kkontestata tmur kontra d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq sa fejn din teżiġi t-twettiq taċ-ċensiment tal-annimali meta ssir verifika fuq il-post sabiex jiġi vverifikat il-kriterju tal-fattur ta’ tagħbija.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/38


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2013 — Il-Belġu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-563/13)

2013/C 367/68

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux u M. Jacobs, assistiti minn F. Tuytschaever u M. Varga, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara dan ir-rikors għal annullament ammissibbli u fondat u bħala konsegwenza tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tikkonċerna n-nefqa mġarrba mir-Renju tal-Belġju fl-ammont ta’ EUR 4 108 237,42, jew tal-inqas tillimita l-ammont tan-nefqa li għandu jiġi eskluż mill-finanzjament għal EUR 1 268 963,04;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), sa fejn din tikkonċerna n-nefqa mġarrba mir-Renju tal-Belġju.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi:

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, peress illi d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni kkontestata ma tippermettix lir-rikorrent li jsir jaf liema huwa l-ksur li huwa akkużat bih.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 122, 125b(1) u 125d tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (2) u tal-Artikoli 25, 28(1), 29 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 (3), peress illi l-Kummissjoni ddikjarat li Grennbow cvba kienet ġiet rikonoxxuta b’mod żbaljat bħala organizzazzjoni ta’ produtturi.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress illi l-Kummissjoni ma limitatx il-korrezzjoni finanzjarja għan-nefqa li tikkonċerna lill-membri ta’ Greenbow, li ma setgħux jiġu rikonoxxuti b’mod awtonomu bħala organizzazzjoni ta’ produtturi.


(1)  ĠU L 219, p. 49.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007, tal-21 ta’ Diċembru 2007, li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (ĠU L 350, p. 1).


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/38


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2013 — Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-570/13)

2013/C 367/69

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Agriconsulting Europe SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: R. Sciaudone, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tagħti l-miżura struttorja mitluba;

tikkundanna lill-Kummissjoni għad-danni kwantifikati fir-rikors, bl-interessi konsegwenti;

tittratta b’mod kunfidenzjali l-informazzjoni pprovduta fl-annessi A.23 u A.24;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż sabiex jinkiseb il-kumpens tad-danni sostnuti minħabba l-irregolaritajiet li allegatament twettqu mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-sejħa għal offerti “It-twaqqif ta’ faċilità ta’ netwerk għall-implimentazzjoni tas-sħubija Ewropea għall-innovazzjoni (EIP) ‘Il-produttività u s-sostenibbiltà agrikola’” (AGRI-2012-EIP-01).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-offerta u ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-ewwel kriterju għall-għoti ta’ kuntratt.

F’dan ir-rigward jingħad li:

il-kumitat ta’ evalwazzjoni żbalja meta qies li Agriconsulting ma elaboratx dwar l-aspett li jirrigwarda l-istrateġija ta’ komunikazzjoni, peress li l-offerta teknika tar-rikorrenti tinkludi mhux inqas minn sitt paġni li fihom dan l-aspett ġie elaborat b’mod kunsiderevoli;

il-kumitat ta’ evalwazzjoni kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta qies li l-istrateġija ta’ komunikazzjoni tal-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tal-ewwel kriterju, filwaqt li hija qieset tali aspett fil-kuntest tat-tieni kriterju għall-offerta tal-kumpannija li rebħet il-kuntratt.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-offerta u interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tat-tieni kriterju għall-għoti tal-kuntratt.

F’dan ir-rigward jingħad li:

il-kumitat ta’ evalwazzjoni żbalja meta qies li kien hemm obbligu li tiġi żgurata preżenza numeruża tal-persunal permanenti u li, b’hekk, fin-nuqqas ta’ dan, għandha tingħata deċiżjoni negattiva għall-offerta tar-rikorrenti;

il-kumitat ta’ evalwazzjoni naqas milli jevalwa l-kontribut tal-esperti esterni.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-offerta, ksur tar-regoli fuq l-għoti ta’ kuntratti ffinanzjati b’riżorsi Ewropej u ksur tar-regoli tas-sejħa għall-offerti fir-rigward tat-tielet kriterju għall-għoti tal-kuntratt.

F’dan ir-rigward jingħad li l-kumitat ta’ evalwazzjoni wettaq evalwazzjoni ġdida tal-elementi li kienu s-suġġett ta’ evalwazzjoni fil-fażi preċedenti tal-għażla, u b’dan il-mod inkisru l-limiti u r-regoli marbuta mal-istadju tal-għażla u tal-għoti ta’ kuntratt.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur, fir-rigward tat-tielet kriterju għall-għoti tal-kuntratt, tal-prinċipju tal-proporzjonalità u tal-obbligu li jintużaw kriterji għall-għoti ta’ kuntratt li ma jitfixklux mal-kriterji għall-għażla tal-offerti.

F’dan ir-rigward jingħad li, jekk jiġi ammess li t-tielet kriterju għall-għoti ta’ kuntratt jagħmel possibbli evalwazzjoni bbażata sempliċement fuq in-numru tal-impjegati, dan il-kriterju jkun sproporzjonat u mhux adegwat fid-dawl tal-għan intiż sabiex tintgħażel l-offerta li hija ekonomikament l-iktar vantaġġuża, u jikser l-obbligu li jintużaw, għall-finijiet tal-evalwazzjoni komparattiva tal-offerti, kriterji għall-għoti ta’ kuntratt li ma jitfixklux mal-kriterji għall-għażla amministrattiva tal-offerta.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur, fir-rigward tat-tielet kriterju għall-għoti tal-kuntratt, tal-prinċipju tas-separazzjoni tad-diversi fażijiet ta’ sejħa pubblika għall-offerti li tipprovdi għall-għoti ta’ kuntratt għall-offerta li hija ekonomikament l-iktar vantaġġuża.

F’dan ir-rigward hija ssostni li, peress li uża informazzjoni miġbura fil-fażi tal-evalwazzjoni tal-offerta finanzjarja sabiex jibdel id-deċiżjoni kkomunikata fil-fażi preċedenti ta’ evalwazzjoni kwalitattiva tal-offerta tar-rikorrenti, il-kumitat ta’ evalwazzjoni kiser il-prinċipju tas-separazzjoni tad-diversi stadji tas-sejħa pubblika għall-offerti li tadotta l-metodu tal-għoti tal-offerta li hija ekonomikament l-iktar vantaġġuża.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-offerta fir-rigward tat-tielet kriterju għall-għoti ta’ kuntratt għal dak li jirrigwarda l-kapaċità li jitwettqu l-inkarigi prinċipali.

F’dan ir-rigward jingħad li, bil-kontra ta’ dak li huwa previst fl-ispeċifikazzjonijiet, il-kumitat ta’ evalwazzjoni ddeċieda li l-involviment, li għall-bqija huwa limitat, tat-team Leader u tal-assistent tiegħu fis-superviżjoni u fil-kontroll tal-inkarigi addizzjonali kien jagħmel impossibbli t-twettiq tal-inkarigi prinċipali.

(7)

Is-seba’ motiv ibbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ offerta baxxa b’mod mhux normali.

F’dan ir-rigward jingħad li l-kumitat ta’ evalwazzjoni kkonstata anomalija fir-rigward ta’ parti biss mill-inkarigi (dawk addizzjonali), mingħajr madankollu ma evalwa jekk tali “anomalija” irrendietx, fil-fatt, l-offerta sħiħa tar-rikorrenti inaffidabbli jew inkongruwenti fir-rigward tat-twettiq tal-għan tal-kuntratt.

(8)

It-tmien motiv ibbażat fuq in-natura arbitrarja u irraġonevoli tal-kriterji wżati għall-applikazzjoni tal-kunċett ta’ offerta baxxa b’mod mhux normali, kif ukoll ksur tal-prinċipji tal-kontradittorju u tal-ugwaljanza fit-trattament.

F’dan ir-rigward jingħad li l-kumitat ta’ evalwazzjoni adotta kriterji arbitrarji u mhux ġustifikati sabiex jikkalkola l-livell ta’ nuqqas ta’ normalità tal-offerta tar-rikorrenti, mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni l-kapaċità organizzattiva u kummerċjali tagħha.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/40


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/13)

2013/C 367/70

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlob ir-rimbors tal-allowance tal-espatrijazzjoni u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar riċevuti mir-rikorrent matul il-kollokament tiegħu fil-Ġermanja, flimkien mar-rimbors tal-ammont diġà rkuprat u l-kumpens tad-danni morali.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Diċembru 2012, li biha r-rikorrent intalab jirrimborsa l-allowance tal-espatrijazzjoni u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tiegħu mogħtija matul il-kollokament tiegħu fil-Ġermanja;

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ġunju 2013, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

konsegwentement, jirrimborsa l-ammont diġà rkuprat mill-Awtorità tal-Ħatra, flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew +2 punti;

fi kwalunkwe każ, il-kumpens tad-dannu morali subit, evalwat ex aequo et bono għal EUR 5 000;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/40


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/13)

2013/C 367/71

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat mill-ġdid b’effett retroattiv mid-delegazzjoni tax-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaza f’Ġerusalemm tal-Lvant għad-DĠ Mobbiltà u Trasport, direttorat Riżorsi Komuni MOVE/ENER fi Brussell.

Talbiet tar-rikorrenti

Id-deċiżjoni ffirmata mill-kap tat-tim: Moviment tal-persunal, ġestjoni tal-karriera u tar-rendiment tal-25 ta’ Jannar 2013 li tassenjah mill-ġdid, b’effett retroattiv għall-1 ta’ Jannar 2013, għad-DĠ Mobbiltà u Trasport, direttorat Riżorsi Komuni MOVE/ENER fi Brussell;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas lir-rikorrent tas-somma simbolika ta’ EUR 1 bħala kumpens għad-dannu morali u materjali flimkien u għall-ispejjeż.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/40


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-98/13)

2013/C 367/72

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2012, sa fejn, minn naħa, din ma ssemmix isem ir-rikorrent fost l-uffiċjali fil-grad AST 6, mhux attestati, li ġew promossi għall-grad AST 7 u, min-naħa l-oħra, sa fejn din fiha l-isem ta’ uffiċjal ieħor.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2012, sa fejn, minn naħa, din ma ssemmix isem ir-rikorrent fost l-uffiċjali fil-grad AST 6, mhux attestati, li ġew promossi għall-grad AST 7 u, min-naħa l-oħra, sa fejn din fiha l-isem ta’ uffiċjal ieħor;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/41


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs ECB

(Kawża F-99/13)

2013/C 367/73

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2012 u tad-deċiżjonijiet li ttieħdu abbażi tiegħu, flimkien mal-għoti tad-danni morali subiti.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla l-evalwazzjoni għas-sena 2012 tar-rikorrent;

jekk ikun il-każ, jannula d-deċiżjoni tat-18 ta’ April 2013 li tiċħad it-talba għal reviżjoni amministrattiva u d-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2013 li tiċħad l-ilment;

jannulla kull deċiżjoni meħuda abbażi tal-evalwazzjoni illegali għas-sena 2012;

tikkundanna lill-konvenut jikkumpensa d-dannu morali mġarrab evalwat ex aequo et bono għal EUR 10 000;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/41


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs EEAS

(Kawża F-101/13)

2013/C 367/74

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: EEAS

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-19 ta’ Diċembru 2012, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013, li ma tingħatax iktar l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal lill-uffiċjali assenjati fir-Repubblika tal-Mawrizju.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013 kull allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja fil-konfront tar-rikorrenti fis-sens tal-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-EEAS għall-ispejjeż.


14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/41


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs EMA

(Kawża F-103/13)

2013/C 367/75

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, avukati)

Konvenut: EMA

Suġġett

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent, li jirrigwarda l-perijodu mill-15 ta’ Settembru 2010 sas-16 ta’ Jannar 2012.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent fir-rigward tal-perijodu bejn il-15 ta’ Settembru 2010 u l-15 ta’ Settembru 2012 kif iffinalizzat fis-16 ta’ Jannar 2013;

tannulla, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju 2013 tad-Deputat Direttur Eżekuttiv tal-EMA, li parzjalment tiċħad l-ilment tiegħu tas-6 ta’ Marzu 2013 kontra d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq;

tikkundanna lil EMA għall-ispejjeż.