ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.361.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 361

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
11 ta' Diċembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 361/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

III   Atti preparatorji

 

L-INIZJATTIVI TAL-ISTATI MEMBRI

2013/C 361/02

L-inizjattiva tal-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Isvezja għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 361/03

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 361/04

Sejħa għal proposti skont il-programm ta' ħidma annwali għall-2013 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1029 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8744)

7

2013/C 361/05

Sejħiet għal proposti skont il-programm ta' ħidma pluriennali għall-2013 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1675 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8755)

8

2013/C 361/06

Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-programmi ta’ ħidma 2014-2015 taħt l-inizjattiva Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u taħt il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020

9

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 361/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

10

2013/C 361/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill dwar l-iskemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 361/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

6.11.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32712 (11/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Il-Galicia

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayudas dirigidas a compensar los daños causados por el temporal ocurrido en Galicia los días 8 y 9 de noviembre de 2010, que hubiesen afectado a embarcaciones con puerto base en Galicia y a artes y aparejos calados o depositados en puertos de la Comunidad Autónoma.

Il-bażi legali

Orden de 13 de enero de 2011, por la que se regulan las bases para la concesión de ayudas dirigidas a compensar los daños causados por el temporal acaecido en Galicia los días 8 y 9 de noviembre de 2010, que afectasen a embarcaciones con puerto base en Galicia y a artes y aparejos calados o depositados en puertos de la Comunidad Autónoma.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kumpens għall-ħsara li nġarrbet minn impriżi fis-settur tas-sajd fir-reġjun tal-Galicia wara t-tempesta “Becky” li ħabbtet mal-kosta tal-Galicia nhar it-8 u d-9 ta' Novembru 2010.

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju dirett

L-estimi

EUR 0,06 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

A301 – Is-sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Consejera del Mar

Calle San Caetano s/n, bloque 5, 2a planta

15781 Santiago de Compostela (A Coruña)

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

6.11.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33346 (13/NN)

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Onderwijsprojecten kleinhandel

Il-bażi legali

Bestemmingsheffingsverordening conform artikel 7 van het Instellingsbesluit Productschap Vis (Staatsblad 2003, nummer 253) gebaseerd op artikel 126, eerste lid, van de Wet op de bedrijfsorganisatie (wet van 27 januari 1950 gepubliceerd in Staatsblad K 22, laatste wijziging is met ingang van 1 januari 2011 in werking getreden welke is gepubliceerd in Staatsblad 2010, 840).

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

L-għan tal-miżura huwa li tgħin fil-ħlas tal-ispejjeż tal-programmi ta' informazzjoni u edukazzjoni favur is-settur tal-bejgħ tal-ħut

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Id-dħul annwali ġġenerat mill-imposta jvarja u jiddependi mill-fatturi li ġejjin:

Ir-rata reali li tiġi applikata, li tista' tvarja bejn 0 u l-livell massimu (il-limitu stabbilit);

L-għadd ta' punti tal-bejgħ u operaturi, li jista' jvarja; u

Il-baġit annwali għall-attivitajiet li jibbenefikaw is-settur tal-bejgħ tal-ħut. Il-livell tad-dħul ibbaġittjat huwa stabbilit abbażi ta' valutazzjoni tal-attivitajiet li jkunu se jitwettqu fis-sena kkonċernata.

L-ogħla rata tal-imposta attwalment hija stabbilita għal EUR 49,92 fis-sena għal kull bejjiegħ/punt tal-bejgħ.

L-intensità

Ir-rikavati tal-imposta jvarjaw minn sena għall-oħra u jiddependu fuq ir-rata applikata. Għaldaqstant, l-intensità tal-għajnuna tvarja kull sena; skont ir-rata applikata, tista' tvarja bejn iż-0 % u l-limitu massimu ta' 100 %.

It-tul ta' żmien

Sat-2 ta' Awwissu 2022

Setturi ekonomiċi

Is-sajd fl-ibħra

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Productschap Vis

Postbus 72

2280 AB Rijkswijk

NEDERLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

6.11.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33347 (13/NN)

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Onderwijsprojecten aanvoersector

Il-bażi legali

Bestemmingsheffingsverordening conform artikel 7 van het Instellingsbesluit Productschap Vis (Staatsblad 2003, nummer 253) gebaseerd op artikel 126, eerste lid, van de Wet op de bedrijfsorganisatie (wet van 27 januari 1950 gepubliceerd in Staatsblad K 22, laatste wijziging is met ingang van 1 januari 2011 in werking getreden welke is gepubliceerd in Staatsblad 2010, 840).

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

L-għan tal-miżura huwa li tingħata għajnuna għall-ħlas tal-ispejjeż tal-programmi ta' edukazzjoni u informazzjoni favur is-settur tal-provvista tal-ħut

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Id-dħul annwali ġġenerat mill-imposta jvarja u jiddependi mill-fatturi li ġejjin:

Wieħed minn kull elf tal-valur tal-ħut li jipprovdi l-fornitur;

EUR 0,03 għal kull tunnellata ta' maskli li jipprovdi l-fornitur; u

Għall-fornituri tal-gambli, EUR 0,10 għal kull kilogramma ta' gambli bil-qoxra u EUR 0,30 għal kull kilogramma għall-gambli mqaxxra.

L-intensità

Ir-rata annwali massima tal-imposta applikabbli għall-fornitur individwali tista' tvarja skont l-ammont ta' ħut li jipprovdi

It-tul ta' żmien

Sas-26 ta' Settembru 2022

Setturi ekonomiċi

Is-sajd fl-ibħra

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Productschap Vis

Postbus 72

2280 AB Rijkswijk

NEDERLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


III Atti preparatorji

L-INIZJATTIVI TAL-ISTATI MEMBRI

11.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/4


L-inizjattiva tal-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Isvezja għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)

2013/C 361/02

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 87(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-inizjattiva tal-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Isvezja, (1)

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL), is-CEPOL għandu s-sede tiegħu fi Bramshill, ir-Renju Unit.

(2)

Permezz tal-ittri tat-12 ta' Diċembru 2012 u tat-8 ta' Frar 2013, ir-Renju Unit informa lis-CEPOL li ma jixtieqx jospita aktar is-sede fit-territorju tiegħu. Minbarra li jospita lis-CEPOL, Bramshill jospita wkoll is-sit nazzjonali tat-taħriġ tal-pulizija tan-National Policing Improvement Agency (Aġenzija Nazzjonali għat-Titjib fil-Korp tal-Pulizija) li r-Renju Unit iddeċieda li jissostitwixxi b'College of Policing (Kulleġġ tal-Korp tal-Pulizija) ġdid li għandu jkollu s-sede xi mkien ieħor. Għaldaqstant, ir-Renju Unit iddeċieda li jagħlaq is-sit nazzjonali tat-taħriġ tal-pulizija u jbigħ is-sit billi jindika li l-ispejjeż relatati kienu għolja u li ma kien ħareġ l-ebda mudell kummerċjali alternattiv biex imexxi s-sit.

(3)

Minħabba din is-sitwazzjoni, fit-8 ta' Ottubru 2013, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri qablu bi ftehim komuni dwar l-arranġamenti biex jiġi ospitat is-CEPOL li skonthom is-CEPOL ser jiġi ospitat f'Budapest hekk kif jimxi minn Bramshill. Dan il-ftehim għandu jiġi inkorporat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI.

(4)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhumiex marbutin bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu.

JEW

(5)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(6)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qiegħda tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI hija b'dan emendata kif ġej:

L-Artikolu 4 Sede għandu jaqra kif ġej:

“Is-sede tas-CEPOL għandha tkun f'Budapest, l-Ungerija.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika minn (…) 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi …, …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C …


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Diċembru 2013

2013/C 361/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3750

JPY

Yen Ġappuniż

141,35

DKK

Krona Daniża

7,4604

GBP

Lira Sterlina

0,83645

SEK

Krona Żvediża

8,9897

CHF

Frank Żvizzeru

1,2214

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,4015

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,453

HUF

Forint Ungeriż

300,79

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7031

PLN

Zloty Pollakk

4,1825

RON

Leu Rumen

4,4525

TRY

Lira Turka

2,7902

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5039

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4604

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6605

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6529

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7181

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 444,26

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,1808

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3486

HRK

Kuna Kroata

7,6425

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 371,02

MYR

Ringgit Malażjan

4,4094

PHP

Peso Filippin

60,837

RUB

Rouble Russu

44,9962

THB

Baht Tajlandiż

44,099

BRL

Real Brażiljan

3,1759

MXN

Peso Messikan

17,6749

INR

Rupi Indjan

83,9149


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/7


Sejħa għal proposti skont il-programm ta' ħidma annwali għall-2013 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1029 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8744)

2013/C 361/04

Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b'dan qed iniedi sejħa għal proposti sabiex jingħataw għajnuniet finanzjarji għal proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet iddefiniti fil-programm ta’ ħidma annwali emendat għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għall-2013.

L-ammont massimu disponibbli skont din is-sejħa għal proposti huwa ta' EUR 70 miljun.

Il-proposti jridu jitressqu sas-17 ta' Marzu 2014.

It-test sħiħ tas-sejħa għal proposti huwa disponibbli fuq:

http://tentea.ec.europa.eu/en/apply_for_funding/follow_the_funding_process/calls_for_proposals_2013.htm


11.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/8


Sejħiet għal proposti skont il-programm ta' ħidma pluriennali għall-2013 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1675 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8755)

2013/C 361/05

Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b'dan qed iniedi ħames sejħiet għal proposti, skont il-programm ta’ ħidma pluriennali għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013, sabiex jingħataw għajnuniet finanzjarji għall-oqsma li ġejjin:

Azzjonijiet dwar Proġetti Prijoritarji (PPs) – l-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula huwa ta' EUR 50 miljun.

Awtostradi tal-Baħar (MoS) – l-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula huwa ta' EUR 80 miljun.

Sistemi Ewropej tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) – l-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula huwa ta' EUR 70 miljun.

Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) – l-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula huwa ta' EUR 30 miljun.

Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) – l-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula huwa ta' EUR 50 miljun.

Il-proposti jridu jitressqu sas-17 ta' Marzu 2014.

It-testi sħaħ tas-sejħiet għal proposti huma disponibbli fuq:

http://tentea.ec.europa.eu/en/apply_for_funding/follow_the_funding_process/calls_for_proposals_2013.htm


11.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/9


Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-programmi ta’ ħidma 2014-2015 taħt l-inizjattiva Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u taħt il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020

2013/C 361/06

B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħa għal proposti u attivitajiet marbuta taħt il-programmi ta’ ħidma 2014-2015 taħt l-inizjattiva Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u taħt il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020.

Il-Kummissjoni adottat permezz tad-Deċiżjonijiet C(2013) 8563 tal-10 ta’ Diċembru 2013, C (2013) 8631 tal-10 ta’ Diċembru 2013 u C (2013) 8632 tal-10 ta’ Diċembru 2013 tliet programmi ta’ ħidma li jinkludu sejħiet għal proposti u attivitajiet marbuta.

Dawn huma soġġetti għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), ir-Regolament li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid u r-Regolament tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020 mill-awtorità leġiżlattiva mingħajr modifiki sinifikanti. Huma wkoll soġġetti għal opinjoni pożittiva jew nuqqas ta’ oġġezzjoni mill-kumitati stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 u bir-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika kif ukoll id-disponibilità tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2014 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2014 mill-awtorità baġitarja jew jekk il-baġit ma jiġix adottat kif previst fis-sistema ta’ wieħed minn kull tnax-il parti provviżorja. Barra minn hekk, il-programm ta’ ħidma fir-rigward tal-għan speċifiku “It-tisħiħ tar-riċerka fil-fruntiera tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka” se jkun soġġett għal opinjoni formali tal-Kunsill Xjentifiku ġdid li se jkun is-suċċessur tal-Kunsill Xjentifiku stabbilit bid-Deċiżjoni 2007/134/KE. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tikkanċella jew tagħmel rettifika għas-sejħa.

Il-konferma li dawn id-dispożizzjonijiet tlestew se titħabbar fuq il-websajt tal-Portal tal-Parteċipanti tal-Kummissjoni Ewropea (http://ec.europa.eu/research/participants/portal).

Dawn il-programmi ta’ ħidma, inkluż id-data tal-għeluq u l-baġit għall-attivitajiet, huma disponibbli permezz tal-Portal tal-Parteċipanti msemmija hawn fuq flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u attivitajiet relatati, u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal tal-Parteċipanti.

Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi f’dan l-istadju biss fir-rigward ta' suġġetti mmarkati “2014” fis-sejħiet għal proposti li jidhru fuq il-Portal tal-Parteċipanti. L-informazzjoni dwar meta l-proposti jistgħu jitressqu fir-rigward ta' suġġetti immarkat “2015” se tkun provduta fi stadju ulterjuri.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

11.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/10


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 361/07

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“TØRRFISK FRA LOFOTEN”

Nru tal-KE: NO-PGI-0005-01054-09.11.2012

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Tørrfisk fra Lofoten”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

In-Norveġja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi.1.7:

Ħut frisk, molluski u krustaċji u l-prodotti dderivati minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Tørrfisk fra Lofoten huwa bakkaljaw tal-Atlantiku (Gadus morhua) imnixxef b’mod naturali minn Lofoten. Id-denominazzjoni tinkludi ħut imnixxef li jissodisfa r-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tal-istandard Industrijali Norveġiż għall-klassifikazzjoni ta’ ħut imnixxef, NBS 30-01.

Tørrfisk fra Lofoten għandu jkollu kontenut ta’ ilma ta’ bejn 16 % u 27 %, kontenut ta’ proteini ta’ bejn 68 % u 78 %, u kontenut ta' xaħam ta’ madwar 1 %. Tørrfisk fra Lofoten għandu togħma u aroma ikkonċentrata ta' ħut, ġilda b'lewn dehbi u daqs ta' bejn 40 cm u 90 cm.

3.3.   Materja prima (għal prodotti pproċessati biss)

Tørrfisk fra Lofoten għandu jiġi manifatturat minn bakkaljaw tal-Atlantiku maqbud miż-żoni ta' Lofoten u Vesterålen minn Jannar sa April. F'dak iż-żmien, bakkaljaw matur tal-ilmijiet polari kesħin tal-Baħar ta' Barents ipassi lejn il-baħar ħdejn Lofoten u Vesterålen biex joqroq. Iż-żona tas-sajd hija dik ta' bejn Ø 010°00′ sa Ø 016°08′ u N 67°00′ sa N 69°30′ fiż-żoni ICES li ġejjin; żona 05: 02, 07, 08, 09, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24 u oħrajn tal-25, żona 04: 03, 04, 10, 46, 47, 48. Ħut li jinqabad f’din iż-żona għandu struttura differenti minn dik tal-ħut tal-baħar fond, b'mod partikolari laħam b'tessuti muskulari riżultat ta' migrazzjoni twila, li jagħtih karatteristika essenzjali biex ikun jiflaħ għall-proċess tat-tnixxif. Għas-sajjieda li jistadu mal-kosta d-distanza għas-sajd hija qasira, u b'hekk il-ħut jista’ jinqabad u jitwassal fejn meħtieġ fl-istess ġurnata. Dan huwa importanti għall-kwalità tal-ħut.

3.4.   Għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata

Tørrfisk fra Lofoten għandu jitnixxef b’mod naturali u jintgħażel f’Lofoten.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Deskrizzjoni qasira taż-żona ġeografika

Ħut għall-produzzjoni ta' Tørrfisk fra Lofoten għandu jinqabad viċin ta' Lofoten u Vesterålen bejn Ø 010°00′ sa Ø 016°08′ u N 67°00′ sa N 69°30′ fiż-żoni ICES li ġejjin; żona 05: 02, 07, 08, 09, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24 u oħrajn tal-25, żona 04: 03, 04, 10, 46, 47, 48., għandu jitwassal f'faċilità għall-ħatt f’Lofoten, u jitnixxef b’mod naturali u jintgħażel f’Lofoten. Lofoten tinkludi magħha l-muniċipalitajiet ta' Flakstad, Moskenes, Røst, Vestvågøy, Værøy u Vågan.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Il-baħar ta' madwar Lofoten u Vesterålen huwa fost iż-żoni tas-sajd l-aktar rikki fid-dinja, u s-sajd ta' Lofoten huwa l-aktar tip ta' sajd staġjonali importanti għall-bakkaljaw fin-Norveġja.

Il-merluzz tal-Atlantiku jqatta' l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu fil-Baħar ta' Barents, iżda fil-perjodu ta' bejn Jannar u April ipassi lejn il-baħar viċin Lofoten u Vesterålen biex ibid. Minħabba t-temperatura u l-aċċess għall-ikel fil-baħar f’dak il-perjodu tas-sena, il-kondizzjonijiet għat-tfaqqis f’din iż-żona huma ferm favorevoli.

Il-baħar madwar Lofoten u Vesterålen minn dejjem kien l-aktar sit importanti għar-riproduzzjoni għall-merluzz tal-Atlantiku. Hawnhekk il-blata kontinentali hija dejqa, u mhux ħafna 'l bogħod mill-kosta jgħaddi fluss ta' ilma mogħni b’ħafna nutrijenti. Dan joħloq l-aqwa kundizzjonijiet possibbli għat-tkabbir u l-għixien.

L-influss enormi ta’ merluzz tal-Atlantiku lejn iż-żona ġeografika jseħħ eżatt fil-perjodu meta l-kundizzjonijiet klimatiċi huma speċjalment adattati għat-tnixxif naturali.

Il-pożizzjoni ta' din iż-żona, li tgawdi mill-influwenzi tal-Kurrent tal-Golf, toffri kundizzjonijiet partikolarment favorevoli għat-tnixxif naturali tal-ħut u hija essenzjali għall-kwalità finali tat-Tørrfisk fra Lofoten. Minħabba l-Kurrent tal-Golf, ix-Xitwa minn Jannar sa April f’Lofoten hija waħda moderata b’temperatura medja ta’ bejn – 0,8 u + 2,2 °C, u r-Rebbiegħa hija waħda niexfa, bi preċipitazzjoni ta’ xita ta' bejn 132 u 108 mm. Dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi huma prekundizzjoni biex il-ħut jinxef kif suppost minflok jiffriża jew jiddekomponi.

L-għarfien dwar il-klassifikazzjoni huwa essenzjali għall-kwalità tal-prodott finali. Il-klassifikazzjoni teħtieġ għarfien fid-dettall, u ssir mill-hekk imsejħa “discarders”. Storikament, dik tal-valutazzjoni tal-kwalità hija ħila u kapaċità li ntirtet minn ġenerazzjoni għall-oħra f’familji u/jew kumpaniji. Fl-imgħoddi, il-persuni li kienu jikklassifikaw il-prodott finali kienu jiġu mħarrġa mill-kumpanija li kienu assoċjati magħha, iżda dan l-aħħar ġie stabbilit taħriġ fit-teorija għall-industrija għal persuni li jokkupaw dan ir-rwol. It-taħriġ fit-teorija jingħata flimkien ma’ taħriġ prattiku f’kumpanija tal-manifattura tal-ħut imnixxef.

L-għarfien speċjalizzat fil-manifattura u fir-rigward tal-ħtiġijiet tas-suq ukoll ġew mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra skont it-tradizzjoni f’Lofoten.

Dan l-għarfien huwa essenzjali sabiex jinkiseb Tørrfisk fra Lofoten ta' kwalità tajba.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Tørrfisk fra Lofoten huwa magħmul minn bakkaljaw tal-Atlantiku (Gadus morhua) matur imnixxef b'mod naturali, li jiġi mnaddaf u li titneħħilu rasu. It-tnixxif b'mod naturali jippreżerva l-ħut u jistaġjunah, prinċipalment bħala riżultat tat-tnaqqis konsiderevoli tal-kontenut tal-ilma. Dan jagħtih durabilità u kontenut nutrittiv għoli, pereżempju kontenut għoli ta’ proteini ta' bejn 68 % u 78 % meta mqabbel mat-18 % li fih il-laħam tal-bakkaljaw frisk. Il-ħut ikun lest mit-tnixxif meta joħroġ “il-ħoss tal-ħuta” mixtieq meta wieħed itektku. Il-ħoss għandu jkun dak ta' ‘klikk’, u għandu jkun solidu u qawwi. Sabiex ikun jista' jivvaluta l-“ħoss tal-ħuta” korrett, wieħed irid ikollu għarfien tajjeb u esperjenza twila.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew karatteristika speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Ir-rabta hija bbażata fuq il-karatteristiċi tal-prodott li jirriżultaw mill-oriġini ġeografika tiegħu.

Tradizzjoni:

It-tnixxif tal-ħut b'mod naturali ilu jsir f’Lofoten sa mill-bidu tas-seklu tnax, u huwa parti importanti mill-wirt Norveġiż. L-għarfien dwar it-tnixxif u l-klassifikazzjoni intiret minn ġenerazzjoni għall-oħra f’Lofoten. Il-ħut imnixxef kien u għadu prodott ta' esportazzjoni Norveġiż importanti.

Karatteristiċi li jirriżultaw mill-oriġini ġeografika:

Il-migrazzjoni twila tal-ħut mill-ilmijiet ta' temperatura kiesħa tal-Baħar ta' Barents lejn Lofoten u Vesterålen twassal biex il-ħut ikun irqiq u jkollu laħam sod b'tessuti muskulari. Materja prima ta’ kwalità bħal din hija essenzjali fir-rigward tat-tolleranza għall-proċess ta’ tnixxif.

It-temperatura, ix-xita, ir-riħ, ix-xemx u l-borra huma kollha fatturi essenzjali għall-proċess tat-tnixxif, u jagħmlu minn din iż-żona ġeografika waħda partikolarment tajba għat-tnixxif tal-ħut. It-temperatura taż-żona ġeografika tiżgura li l-ħut jinxef, u li ma jiffriżax jew jiddekomponi. Livelli xierqa ta' xita, flimkien ma’ rjieħ kostali, jirriżultaw f'kundizzjonijiet tajba għat-tnixxif naturali. Barra minn hekk, ir-rifless tax-xemx fuq il-borra li jkun hemm mal-art jagħti lewn dehbi lill-ħut. Il-proċess tat-tnixxif jagħti l-konsistenza speċjali u t-togħma u l-aroma kkonċentrati lill-ħut imnixxef.

Flimkien mal-materja prima ta’ kwalità għolja li tintuża, il-klima hija essenzjali għall-kwalità finali tat-Tørrfisk fra Lofoten. Lofoten huwa l-uniku post fid-dinja fejn wieħed isib din it-tip ta’ klima u fejn fl-istess ħin hemm ukoll aċċess għal bakkaljaw matur ta’ kwalità għolja.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.lovdata.no/for/sf/ld/xd-20071211-1814.html


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.


11.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/13


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill dwar l-iskemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2013/C 361/08

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“PREKMURSKA ŠUNKA”

Nru tal-KE: SI-PGI-0005-01025-10.08.2012

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Prekmurska šunka”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Is-Slovenja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.2.

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)

Il-“Prekmurska šunka” huwa prodott tal-laħam affumikat u mnixxef miksub minn sieq ta' wara friska tal-majjal. Huwa għandu (qatgħa) forma ta' lanġasa li tintgħaraf, b'ġilda ta' kulur uniformi aħmar li jagħti fil-kannella. It-togħma u r-riħa karatteristiċi tiegħu, il-kulur aħmar rubin tal-laħam tal-muskolu mmaturat u affumikat u l-kulur uniformi abjad kremuż tax-xaħam ta' taħt il-ġilda jiżviluppaw matul perjodu ta' maturazzjoni ta' mill-inqas sitt xhur. Il-laħam tal-muskolu huwa kemxejn imraħħam u integrat sew fix-xaħam, u l-ħxuna tiegħu hija mill-anqas 10 mm taħt il-ġog tal-ġenb. Affumikazzjoni pjaċevoli hija karratteristika li tinħass sew tar-riħa u t-togħma, għalkemm fl-ebda każ il-komponenti tad-duħħan ma jostru l-aroma tal-laħam immaturat. Minħabba fil-perjodu twil mhux ħażin ta' maturazzjoni, il-perżut għandu sensazzjoni delikata, lixxa u pjaċevolment sukkulenti.

Il-kontenut tal-melħ tal-prodott lest m'għandux jeċċedi 9 %, il-grad tat-tnixxif (telf ta' piż matul il-maturazzjoni) m'għandux jeċċedi 45 %, u l-piż ma jistax ikun inqas minn 2,75 kg.

3.3.   Materja prima (għal prodotti pproċessati biss)

Sieq ta' wara friska tal-majjal, maqtugħa f'biċċa sħiħa minn 3 sa 4 cm taħt il-ġog tal-ġenb (caput ossis femoris), mingħajr is-sieq, l-għadam tal-ġog tal-ħokk, il-pelvi, l-għadma tal-koxxa u l-qasba tas-sieq, bil-punt karatteristiku tal-ħokk. Qatgħa trasversali tipika hija magħmula mill-muskoli u l-gruppi ta' muskoli li ġejjin, flimkien mal-ġilda u x-xaħam ta' taħt il-ġilda: il-kustilja tal-flett (m. biceps femoris u semitendinosus), l-għolja tal-koxxa (m. semimembranosus), l-għaksa (m. quadriceps femoris) u parti mill-warrani (m. gluteus medius and gluteus superficialis). Il-piż tas-sieq ta' wara sħiħa tal-majjal wara li tiġi ffurmata fil-qatgħa definita u qabel ma tiġi mmellħa ma tistax tkun anqas minn 5 kg.

3.4.   Għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

3.5.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-“Prekmurska šunka”, mill-iffurmar, għat-tmelliħ, it-tlaħliħ u t-tnixxif, l-affumikazzjoni, il-maturazzjoni u l-kejl tal-grad tat-tnixxif (telf ta' piż) u t-tixħim (gradwali) sal-ispezzjoni tal-kwalità tal-prieżet sħaħ immaturati għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

 

Iffurmar – kull sieq ta' wara tal-majjal li se tintuża biex jiġi prodott il-“Prekmurska šunka” għandha tiġi ffurmata fil-qatgħa adattata.

 

It-tmelliħ – saqajn iffurmati u mkessħa jew jiġu mmelħa fin-niexef jew inkella mhux fin-niexef, jew b'metodu li jikkombina t-tnejn.

 

Tlaħliħ u tnixxif – wara li jiġi mmellaħ, is-saqajn jiġu mlaħalħa f'ilma ġieri kiesaħ. Il-wiċċ imbagħad jitqattar (jiġi mnixxef), u s-saqajn jiġu mdendla fi spazju b'ventilazzjoni tajba.

 

Affumikazzjoni – wara li l-wiċċ tas-saqajn immellħa jkun nixef, dawn jiġu affumikati fi kmamar tad-duħħan li jużaw injam iebes u ċana. Ladarba l-affumikazzjoni titlesta, is-saqajn jiġu ttimbrati b'lowgow li jinkludi l-kliem “Prekmurska šunka”.

 

Maturazzjoni – il-prieżet jiġu mmaturati fi kmamar tal-maturazzjoni li jew ikollhom arja kundizzjonata naturali jew kumbinazzjoni ta' arja kundizzjonata naturali u artifiċjali. Il-proċess ta' maturazzjoni jdum għaddej għal mill-inqas sitt xhur.

 

Il-kejl tal-grad tat-tnixxif (telf ta' piż) – il-grad tat-tnixxif (telf ta' piż matul il-maturazzjoni) m'għandux ikun aktar minn 45 %.

 

It-tixħim (gradwali) – il-parti tal-prieżet li mhijiex koperta bil-ġilda u x-xaħam tiġi mxaħħma fi stadji, l-ewwel meta l-prieżet ikunu tilfu madwar 25 % tal-piż tagħhom matul il-maturazzjoni u fl-aħħar nett meta jkunu laħqu grad ta' tnixxif ta' 45 % . Huwa jiġi ggriżjat b'taħlita ta' xaħam, dqiq u ħwawar.

 

Spezzjoni tal-kwalità ta' prieżet sħaħ immaturati – wara li jkunu ilhom jimmaturaw għal sitt xhur, il-prieżet jgħaddu minn analiżi sensorja biex jiġi stabbilit jekk għandhomx l-apparenza jew ir-riħa esterna adattata. Prieżet li ma jkunux issodisfaw il-kriterji preskritti kollha għall-indikazzjoni ġeografika protetta jiġu rreġistrati; it-timbru tagħhom jitneħħa u jiġi eskluż.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, il-ħakk, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar l-ittikkettar

Il-forom li fihom jiġi kkummerċjalizzat il-“Prekmurska šunka” huma ttikkettati b'logo li jinkludi l-inskrizzjoni “Prekmurska šunka”, il-kliem “zaščitena geografska označba” (indikazzjoni ġeografika protetta) u s-simbolu korrispondenti tal-UE.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Il-“Prekmurska šunka” huwa prodott fiż-żona ġeografika ta' Prekmurje, fil-Grigal tas-Slovenja. Iż-żona tal-produzzjoni hija mdawra bix-Xmara Mura u l-fruntieri nazzjonali tas-Slovenja mal-Awstrija, l-Ungerija u l-Kroazja.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-“Prekmurska šunka” huwa prodott fi Prekmurje, li tinsab fil-Baċir Pannonjan. Din il-parti tas-Slovenja għandha klima kontinentali, bi xtiewi kiesħa u bi nżul tax-xita, u sjuf sħan u niexfa. Iż-żona tirċievi livell għoli ta' xemx u, f'termini ta' nżul ix-xita annwali medja, hija l-aktar parti niexfa tas-Slovenja. L-umdità fl-arja hija ddeterminata mill-irjieħ li fi Prekmurje huma influwenzati mill-pożizzjoni taż-żona fuq pjanura kontinentali, fejn ir-riljev baxx ma jipprovdi l-ebda barriera għall-fluss ġenerali tal-arja, kif inhuwa l-każ f'partijiet oħra tas-Slovenja. Minħabba li tinsab fuq pjanura, l-inverżjonijiet huma rqaq u jixterdu aktar malajr, għalhekk il-ventilazzjoni tal-atmosfera tinżel sal-livell tal-art aktar malajr u jkun hemm inqas ċpar. Fix-xitwa, in-nuqqas ta' inverżjonijiet ta' temperatura jfisser li l-arja hija aktar niexfa f'żoni bl-għoljiet aktar milli fuq il-pjanura. Karatteristika speċjali ta' Prekmurje hija l-Grigalata, li tibda tonfoħ filwaqt li front jgħaddi minn fuqha, u r-riħ mil-Lbiċ li jiġi qabilha.

L-avanzi magħmula f'termini tal-firxa, reputazzjoni u żvilupp kurrenti fil-produzzjoni tal-perżut fi Prekmurje jistgħu jiġu attribwiti għat-tekniki tradizzjonali u individwali użati mill-bdiewa. It-tnixxif tal-biċċiet tal-laħam probabbilment jiddataw lura għaż-żmien meta Prekmurje bdiet tiġi abitata min-nies. Fl-aħħar seklu, il-bdiewa għamlu użu sħiħ mill-karatteristiċi arkitettorali tal-irziezet, li nbnew minn materjal magħmul mit-tajn jew tafal u kienu jkunu koperti b'saqaf tat-tiben, għall-iskopijiet ta' affumikazzjoni u maturazzjoni tal-laħam. F'dan il-bini, id-duħħan mill-forn tal-ħobż kien jitla' b'mod naturali u jakkumula taħt is-saqaf tat-tiben, fejn il-“Prekmurska šunka” kien jiġi affumikat u mnixxef b'mod ibbilanċjat. Il-passaġġ tad-duħħan lejn il-laħam kien twil biżżejjed biex id-duħħan jilħaq jibred, u għalhekk din kienet tip ta' affumikazzjoni kiesħa. Fit-tieni nofs tas-seklu li għadda, l-affumikazzjoni tal-laħam xaqilbet lejn affumikaturi fuq l-irziezet improvizzati, jiġifieri strutturi tal-ġebel iżolati f'ġonna jew btieħi li ħafna drabi kellhom erba' naħat jew erba' bibien ħalli tkun tista' tgħaddi żiffa bejn ix-xquq, u dan kien iżomm it-temperatura tad-duħħan milli tiżdied u l-laħam milli jissajjar. Il-prieżet kienu jiġu mmaturati għal diversi xhur, skont id-daqs tagħhom u l-kundizzjonijiet tat-temp matul l-istadji kollha tal-produzzjoni. Il-metodu ta' produzzjoni attwali tal-“Prekmurska šunka” f'faċilitajiet mgħammra b'mod teknoloġiku rnexxielu jżomm il-kwalità organolettika, u jista' jiġi mqabbel bis-sħiħ ma' tekniki tradizzjonali tal-biedja. Din il-kumparabbiltà hija possibbli prinċipalment minħabba li huma l-metodi tal-ħidma li ġew immodernizzati aktar milli t-tekniki li nbidlu, minħabba li kieku dan kien jirriżulta fi proċessi bijokimiċi differenti matul il-maturazzjoni tal-laħam. Il-“Prekmurska šunka” minn dejjem kien aspett tal-mejda għal kull avveniment importanti u meta jaslu l-mistednin. Kien apprezzat b'mod speċjali bħala ikel matul operazzjonijiet maġġuri tal-biedja, meta kien hemm bżonn li jiġi servit aktar ikel lill-bdiewa u lill-ħaddiema. Illum il-ġurnata jiġi kkunsmat f'okkażjonijiet speċjali tal-familja jew festivi, u huwa karatteristika essenzjali taċ-ċerimonji formali.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-“Prekmurska šunka” għandu forma ta' lanġasa unika (qatgħa). Huwa kkaratterizzat bil-wiċċ tal-ġilda tiegħu li huwa uniformement ħamrani fil-kannella u għandu aroma affumikata pjaċevoli li tinħass sew, għalkemm fl-ebda każ il-komponenti tad-duħħan ma jostru l-aroma tal-laħam immaturat. Karatteristiċi tal-“Prekmurska šunka” huma l-kulur aħmar li jolqot l-għajn tal-laħam immaturat, l-imluħa pjuttost aktar qawwija tiegħu, u s-sensazzjoni x'aktarx soda tiegħu.

Il-mod ta' kif jiġi servit il-“Prekmurska šunka” ukoll jiddistingwih minn laħmijiet imnixxfa oħra. Skont użanza antika, il-perżut jista' jinqata' f'biċċiet li huma ħoxnin ċentimetru. Flimkien mal-ħobż u l-biċċiet tal-perżut, kulħadd jirċievi sikkina li biha jaqta' l-biċċa tiegħu fi strixxi rqaq fuq bord tal-injam.

Minħabba t-tradizzjoni assoċjata mal-produzzjoni tiegħu u meta wieħed iħares lejn il-profil tiegħu, il-“Prekmurska šunka” huwa meqjus bħala wieħed mill-karatteristiċi speċifiċi etnoloġiċi ta' Prekmurje.

5.3.   Rabta takawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Kundizzjonijiet favorevoli klimatiċi, tradizzjoni, kapaċitajiet tal-produzzjoni, sengħa u esperjenza ikkontribwixxew għar-reputazzjoni tal-“Prekmurska šunka”, li jista' jiġi meqjus bħala speċjalità Slovena u karatteristika speċifika etnoloġika ta' Prekmurje. L-ikel ta' Prekmurje jibqa' jżomm l-identità tiegħu stess. In-nies ta' Prekmurje dejjem żammew rabta mal-kampanja u r-riżorsi natural għall-produzzjoni ta' ikel u ikel delizzjuż tradizzjonali. Matul is-sekli, dejjem kien hemm predominanza ta' kwalitajiet ta' ikel magħmula miċ-ċereali, il-patata, il-qamħirrun u l-majjal. Il-majjal kien jipprovdi varjetà għal dak li kienu jieklu n-nies. Madankollu, il-laħam kien jittiekel anqas milli jittiekel illum il-ġurnata. Kien jiġi ppreżervat bl-affumikazzjoni, li wasslet għall-ħolqien tal-“Prekmurska šunka”. Għalhekk matul iż-żminijiet, kapaċitajiet tekniċi prattiċi evolvew fost in-nies lokali, inklużi l-livelli għoljin ta' snajja' u ta' għarfien prattiku u esperjenza, li jagħtu lill-prodott il-forma (qatgħa) karatteristika tiegħu u l-attribuzzjonijiet organolettiċi tiegħu.

Ir-reputazzjoni tal-“Prekmurska šunka” tirriżulta minn diversi sorsi. Prof. Dr. Vilko Novak wettaq l-aktar riċerka estensiva u sistematika dwar x'jieklu n-nies ta' Prekmurje (Ljudska prehrana v Prekmurju, 1947). L-istudju ddeskriva l-koline, jiġifieri l-proċess tat-tħejjija u l-maturazzjoni tal-“Prekmurska šunka”. Dr Stanislav Renčelj jiddeskrivi l-“Prekmurska šunka” fil-kotba tiegħu li jisimhom Suhe mesnine – narodne posebnosti (1990) u Prekmurske dobrote (S. Renčelj, R. Karas, 2001), li fihom huma ppreżentati t-teknika tal-produzzjoni, mill-għażla tal-materja prima, it-tmelliħ u l-maturazzjoni għall-evalwazzjoni sensorja tal-prodott.

F'pubblikazzjonijiet għat-turisti bħal Okusiti Slovenijo u Spomini iz Slovenije, il-“Prekmurska šunka” huwa wkoll ippreżentat bħala prodott tradizzjonali Sloven.

Referenza għal pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.mko.gov.si/fileadmin/mko.gov.si/pageuploads/podrocja/Varna_in_kakovostna_hrana_in_krma/zasciteni_kmetijski_pridelki/Specifikacije/PREKMURSKA_SUNKA.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.