ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.360.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 360

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
10 ta' Diċembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 360/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-applikazzjoni tal-Qafas Komunitarju għall-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni

1

2013/C 360/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

2

2013/C 360/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7065 – Triton/Bosch Rexroth Pneumatics Holding) ( 1 )

6

2013/C 360/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7045 – AP/Pastor Vida) ( 1 )

6

2013/C 360/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7084 – Medtronic Vascular/Backston/JV) ( 1 )

7

2013/C 360/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7086 – Fondo Strategico Italiano/Ansaldo Energia) ( 1 )

7

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2013/C 360/07

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2013 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

8

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 360/08

Rata tal-kambju tal-euro

12

2013/C 360/09

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/206/UE li taħtar il-membri tal-grupp għall-pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika u li tfassal il-lista ta’ riżerva

13

2013/C 360/10

Nominazzjoni tal-uffiċjal tas-seduta fil-qafas ta' proċeduri kummerċjali

15

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 360/11

Notifika mir-Repubblika Ċeka dwar ir-reċiproċità tal-viża

16

2013/C 360/12

Aġġornament tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 17; ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 21; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 15; ĠU C 87, 1.4.2010, p. 15; ĠU C 180, 21.6.2012, p. 2; ĠU C 98, 5.4.2013, p. 2; ĠU C 256, 5.9.2013, p. 14)

17

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-applikazzjoni tal-Qafas Komunitarju għall-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni

2013/C 360/01

Skont il-punt 10.3, it-tieni paragrafu, il-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (“il-Qafas R&D&I”) (1) huwa applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE tat-8 ta’ Mejju 2012 (2) il-Kummissjoni nediet programm ta’ riforma ambizzjuż li jinkludi l-identifikazzjoni ta’ prinċipji komuni għall-valutazzjoni tal-kompatibilità tal-għajnuna mas-suq intern. Bħala konsegwenza, id-diversi linji gwida u oqfsa dwar l-għajnuna mill-Istat qed jiġu riveduti u ssimplifikati sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ dawk il-prinċipji komuni.

Ir-reviżjoni tal-Qafas R&D&I sseħħ fil-kuntest tal-proċess ġenerali biex jimmodernizza r-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u huwa partikolarment marbut fil-qrib mal-iżvilupp parallel tar-Regolament futur għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Sabiex ikun żgurat approċċ konsistenti fl-istrumenti kollha ta’ għajnuna mill-Istat, u wara li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jiġu żgurati l-kontinwità u ċ-ċertezza legali fit-trattament tal-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni, il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tkompli tapplika l-Qafas R&D&I sat-30 ta’ Ġunju 2014.

Fid-dawl tal-estensjoni tal-perjodu ta’ validità tiegħu, l-Istati Membri jistgħu wkoll jixtiequ jtawlu dawk l-iskemi ta’ għajnuna awtorizzati mill-Kummissjoni wara valutazzjoni taħt il-Qafas R&D&I, u li kieku kienu jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2013, għal perjodu simili. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat, il-prolongazzjoni ta' dawn l-iskemi kollha tista' tkun is-suġġett ta’ notifika waħda skont il-proċedura ssimplifikata stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (3).


(1)  ĠU C 323, 31.12.2006, p. 1.

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM), COM(2012) 209 final.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/2


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 360/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

14.8.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36731 (13/N)

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Pomorskie

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

WNS Global Services (UK) Limited (Spółka z ograniczoną odpowiedzialnością) Oddział w Polsce

Il-bażi legali

Projekt umowy ramowej o udzielenie dotacji celowej pomiędzy WNS Global Services (UK) Limited (Spółka z ograniczoną odpowiedzialnością) Oddział w Polsce a Ministrem Gospodarki

„Program wspierania inwestycji o istotnym znaczeniu dla gospodarki polskiej na lata 2011–2020”, przyjęty przez Radę Ministrów w dniu 5 lipca 2011 r. na podstawie art. 19 ust. 2 ustawy z dnia 6 grudnia 2006 r. o zasadach prowadzenia polityki rozwoju (Dz.U. z 2009 r. nr 84, poz. 712 i nr 157, poz. 1241), zmieniony uchwałą Rady Ministrów z dnia 20 marca 2012 r., zwany dalej „Programem”

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

WNS Global Services (UK) Limited (Spółka z ograniczoną odpowiedzialnością) Oddział w Polsce

L-għan

Żvilupp reġjonali, Užimtumas

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: PLN 2,22 (f'miljuni)

L-intensità

2,55 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Negozju u attivitajiet oħra ta' konsulenza dwar ġestjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Minister Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

POLSKA/POLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

23.8.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36814 (13/N)

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Dolnośląskie

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

BNY Mellon Poland Sp. z o.o.

Il-bażi legali

Projekt umowy ramowej o udzielenie dotacji celowej pomiędzy BNY Mellon (Poland) Sp. z o.o. a Ministrem Gospodarki

„Program wspierania inwestycji o istotnym znaczeniu dla gospodarki polskiej na lata 2011–2020”, przyjęty przez Radę Ministrów w dniu 5 lipca 2011 r. na podstawie art. 19 ust. 2 ustawy z dnia 6 grudnia 2006 r. o zasadach prowadzenia polityki rozwoju (Dz.U. z 2009 r. nr 84, poz. 712 i nr 157, poz. 1241), zmieniony uchwałą Rady Ministrów z dnia 20 marca 2012 r.

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

BNY Mellon Poland Sp. z o.o.

L-għan

Żvilupp reġjonali, Užimtumas

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: PLN 2,79 (f'miljuni)

L-intensità

4,72 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Negozju u attivitajiet oħra ta' konsulenza dwar ġestjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Minister Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

POLSKA/POLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

2.8.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36900 (13/N)

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Steiermark

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Neufassung des Venture Capital Programms des Landes Steiermark

Il-bażi legali

Beschluss der steiermärkischen Landesregierung GZ FA14C 17-33/02-77 vom 10 Juni 2001

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rizikos kapitalas

Il-forma tal-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 4,98 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 0,71 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2020

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Steirische Beteiligungsfinanzierungsgesellschaft m. b. H. (StBFG)

Nikolaiplatz 3

8020 Graz

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

9.9.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.37077 (13/N)

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Kujawsko-Pomorskie

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Itella Information Sp. z o.o.

Il-bażi legali

Projekt umowy ramowej o udzielenie dotacji celowej pomiędzy Itella Information Sp. z o.o. a Ministrem Gospodarki

„Program wspierania inwestycji o istotnym znaczeniu dla gospodarki polskiej na lata 2011–2020”, przyjęty przez Radę Ministrów w dniu 5 lipca 2011 r. na podstawie art. 19 ust. 2 ustawy z dnia 6 grudnia 2006 r. o zasadach prowadzenia polityki rozwoju (Dz.U. z 2009 r. nr 84, poz. 712 i nr 157, poz. 1241) zmieniony uchwałą Rady Ministrów z dnia 20 marca 2012 r.

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

Itella Information Sp. z o.o.

L-għan

Żvilupp reġjonali, Užimtumas

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: PLN 1,44 (f'miljuni)

L-intensità

5,74 %

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Kontabilità, żamma tal-kontijiet u verifika; konsulenza dwar taxxa

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Minister Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

POLSKA/POLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7065 – Triton/Bosch Rexroth Pneumatics Holding)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 360/03

Fit-3 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7065. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7045 – AP/Pastor Vida)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 360/04

Fl-4 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7045. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7084 – Medtronic Vascular/Backston/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 360/05

Fit-3 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7084. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7086 – Fondo Strategico Italiano/Ansaldo Energia)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 360/06

Fit-3 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7086. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Diċembru 2013

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

2013/C 360/07

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista tan-nominazzjonijiet għall-ħatra sottomessa lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u dawk tal-ħaddiema,

Wara li kkunsidra l-lista tal-membri u tal-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2010 (2) il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mit-8 ta’ Novembru 2010 sas-7 ta’ Novembru 2013.

(2)

Il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għandhom jiġu maħtura għal perijodu ta’ tliet snin,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin għandhom jiġu maħtura membri u membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal perijodu li jintemm fis-7 ta’ Novembru 2016:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Il-Belġju

Is-Sur Jan BATEN

Is-Sinjura Véronique CRUTZEN

Il-Bulgarija

Is-Sinjura Darina KONOVA

Is-Sinjura Vaska SEMERDZHIEVA

Ir-Repubblika Ċeka

Is-Sur Jaroslav HLAVÍN

Is-Sinjura Anežka SIXTOVÁ

Id-Danimarka

Is-Sinjura Charlotte SKJOLDAGER

Is-Sinjura Annemarie KNUDSEN

Il-Ġermanja

Is-Sur Kai SCHÄFER

Is-Sinjura Ellen ZWINK

L-Estonja

Is-Sinjura Kristel PLANGI

Is-Sur Rein REISBERG

L-Irlanda

Is-Sinjura Margaret LAWLOR

Is-Sinjura Paula GOUGH

Il-Greċja

Is-Sur Antonios CHRISTODOULOU

Is-Sinjura Stamatia PISIMISI

Il-Kroazja

Is-Sur Zdravko MURATTI

Is-Sinjura Inga ŽIC

Spanja

Is-Sinjura María Dolores LIMÓN TAMÉS

Is-Sur Mario GRAU RÍOS

Franza

Is-Sinjura Sophie BARON

Is-Sur Olivier MEUNIER

L-Italja

Is-Sur Paulo ONELLI

Is-Sinjura Carla ANTONUCCI

Ċipru

Is-Sur Anastassios YIANNAKI

Is-Sur Aristodemos ECONOMIDES

Il-Latvja

Is-Sur Renārs LŪSIS

Is-Sinjura Jolanta GEDUŠA

Il-Litwanja

Is-Sinjura Aldona SABAITIENĖ

Is-Sinjura Vilija KONDROTIENĖ

Il-Lussemburgu

Is-Sur Robert HUBERTY

Is-Sur Raoul SCHMIDT

L-Ungerija

 

 

Malta

Is-Sur Mark GAUCI

Is-Sur Vincent ATTARD

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Is-Sur Rob TRIEIS-SINJURATRA

Is-Sur Martin G. DEN HELD

L-Awstrija

Is-Sinjura Gertrud BREINDL

Is-Sinjura Anna RITZBERGER-MOSER

Il-Polonja

Is-Sinjura Danuta KORADECKA

Is-Sur Daniel Andrzej PODGÓRSKI

Il-Portugall

Is-Sur Antόnio SANTOS

Is-Sur Carlos PEREIRA

Ir-Rumanija

Is-Sur Niculae VOINOIU

Is-Sur Marian TĂNASE

Is-Slovenja

Is-Sinjura Tatjana PETRIČEK

Is-Sur Jože HAUKO

Is-Slovakkja

Is-Sinjura Laurencia JANČUROVÁ

Is-Sinjura Eleonóra FABIÁNOVÁ

Il-Finlandja

Is-Sur Leo SUOMAA

Is-Sur Wiking HUSBERG

L-Isvezja

Is-Sur Mikael SJÖBERG

Is-Sur Per EWALDSSON

Ir-Renju Unit

Is-Sur Clive FLEMING

Is-Sur Stuart BRISTOW


II.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Il-Belġju

Is-Sur François PHILIPS

Is-Sur Herman FONCK

Il-Bulgarija

Is-Sur Aleksander ZAGOROV

Is-Sur Ivan KOKALOV

Ir-Repubblika Ċeka

Is-Sur Miroslav KOSINA

Is-Sinjura Radka SOKOLOVÁ

Id-Danimarka

Is-Sur Jan KAHR FREDERIKSEN

Is-Sur Stephan AGGER

Il-Ġermanja

 

 

L-Estonja

Is-Sur Argo SOON

Is-Sinjura Aija MAASIKAS

L-Irlanda

Is-Sur Sylvester CRONIN

Is-Sinjura Esther LYNCH

Il-Greċja

Is-Sur Andreas STOIMENIDIS

Is-Sur Ioannis ADAMAKIS

Il-Kroazja

Is-Sinjura Gordana PALAJSA

Is-Sur Marko PALADA

Spanja

Is-Sur Pedro J. LINARES

Is-Sinjura Marisa RUFINO

Franza

 

 

L-Italja

Is-Sur Marco LUPI

Is-Sur Sebastiano CALLERI

Ċipru

 

 

Il-Latvja

Is-Sur Ziedonis ANTAPSONS

Is-Sur Mārtiņš PUŽULS

Il-Litwanja

 

 

Il-Lussemburgu

Is-Sur Serge SCHIMOFF

Is-Sur Marcel GOEREND

L-Ungerija

Is-Sur Károly GYÖRGY

Is-Sur Szilárd SOMLAI

Malta

Is-Sur Anthony CASARU

Is-Sur Joseph CARABOTT

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Is-Sur H. VAN STEENBERGEN

Is-Sinjura Sonja BALJEU

L-Awstrija

Is-Sinjura Julia NEDJELIK-LISCHKA

Is-Sur Alexander HEIDER

Il-Polonja

Is-Sur Dariusz GOC

Is-Sinjura Marzena FLIS

Il-Portugall

 

Is-Sur Fernando José MACHADO GOMES

Ir-Rumanija

Is-Sur Corneliu CONSTANTINOAIA

Is-Sur Adrian CLIPII

Is-Slovenja

 

 

Is-Slovakkja

Is-Sur Bohuslav BENDÍK

Is-Sur Alexander ŤAŽÍK

Il-Finlandja

Is-Sur Erkki AUVINEN

Is-Sinjura Paula ILVESKIVI

L-Isvezja

Is-Sinjura Christina JÄRNSTEDT

 

Ir-Renju Unit

Is-Sur Hugh ROBERTSON

 


III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Il-Belġju

Is-Sur Kris DE MEESTER

Is-Sur Thierry VANMOL

Il-Bulgarija

Is-Sur Georgi STOEV

 

Ir-Repubblika Ċeka

Is-Sur Karel PETRŽELKA

Is-Sur Martin RÖHRICH

Id-Danimarka

 

Is-Sinjura Christina SODE HASLUND

Il-Ġermanja

Is-Sur Eckhard METZE

Is-Sur Stefan ENGEL

L-Estonja

Is-Sur Marek SEPP

Is-Sinjura Marju PEÄRNBERG

L-Irlanda

Is-Sinjura Theresa DOYLE

Is-Sur Carl ANDERS

Il-Greċja

Is-Sur Christos KAVALOPOULOS

Is-Sur Pavlos KYRIAKONGONAS

Il-Kroazja

Is-Sur Nenad SEIFERT

Is-Sinjura Admira RIBIČIĊ

Spanja

Is-Sinjura Marina GORDON ORTIZ

 

Franza

Is-Sinjura Sophie BARON

Is-Sur Olivier MEUNIER

L-Italja

Is-Sinjura Fabiola LEUZZI

 

Ċipru

Is-Sur Polyvios POLYVIOU

Is-Sur Emilios MICHAEL

Il-Latvja

 

 

Il-Litwanja

 

 

Il-Lussemburgu

Is-Sur François ENGELS

Is-Sur Pierre BLAISE

L-Ungerija

 

 

Malta

 

 

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Is-Sur W.M.J.M VAN MIERLO

Is-Sur R. VAN BEEK

L-Awstrija

Is-Sinjura Christa SCHWENG

Is-Sinjura Julia ENZELSBERGER

Il-Polonja

 

 

Il-Portugall

Is-Sur Manuel Marcelino PENA COSTA

Is-Sur Luís HENRIQUE

Ir-Rumanija

Is-Sur Ovidiu NICOLESCU

Is-Sur Octavian Alexandru BOJAN

Is-Slovenja

Is-Sur Igor ANTAUER

 

Is-Slovakkja

Is-Sur Rόbert MEITNER

 

Il-Finlandja

Is-Sur Jan SCHUGK

Is-Sur Rauno TOIVONEN

L-Isvezja

Is-Sinjura Bodil MELLBLOM

Is-Sinjura Cecilia ANDERSSON

Ir-Renju Unit

Is-Sinjura Lena TOCHTERMANN

Is-Sinjura Hannah MURPHY

Artikolu 2

F’data iktar tard il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GUSTAS


(1)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(2)  ĠU C 322, 27.11.2010, p. 3.


Il-Kummissjoni Ewropea

10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Diċembru 2013

2013/C 360/08

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3722

JPY

Yen Ġappuniż

141,33

DKK

Krona Daniża

7,4602

GBP

Lira Sterlina

0,83765

SEK

Krona Żvediża

8,9554

CHF

Frank Żvizzeru

1,2231

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,4285

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,498

HUF

Forint Ungeriż

301,57

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7031

PLN

Zloty Pollakk

4,1867

RON

Leu Rumen

4,4482

TRY

Lira Turka

2,7864

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5101

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4633

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6396

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6587

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7139

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 440,61

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,1802

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3330

HRK

Kuna Kroata

7,6445

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 240,30

MYR

Ringgit Malażjan

4,4031

PHP

Peso Filippin

60,531

RUB

Rouble Russu

44,9260

THB

Baht Tajlandiż

44,089

BRL

Real Brażiljan

3,1885

MXN

Peso Messikan

17,6094

INR

Rupi Indjan

83,8890


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Diċembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/206/UE li taħtar il-membri tal-grupp għall-pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika u li tfassal il-lista ta’ riżerva

2013/C 360/09

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/427/KE tat-3 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi l-grupp ta’ esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2009/427/KE, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-grupp ta’ esperti għall-pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-grupp”). Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/206/UE (2), inħatru l-membri permanenti tal-grupp u tfasslet il-lista ta’ riżerva għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni, li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013.

(2)

Il-pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika huma importanti ħafna fil-kuntest tal-iżvilupp tas-settur organiku. Hemm bżonn jiġi żgurat ukoll li jkun hemm kontinwità f’xogħol il-grupp. Għalhekk, il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2010/206/UE għandu jittawwal u l-mandat tal-membri permanenti tiegħu għandu jiġġedded bi tliet snin oħra.

(3)

F’konformità mad-Deċiżjoni 2009/427/KE, jeħtieġ li jiġi ffissat perjodu ta’ tliet snin għall-mandat tal-membri permanenti u għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Madankollu, il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tas-sustanzi u l-prattiki, inklużi l-pariri tekniċi, se jkollhom jiġu adattati għall-iżviluppi leġiżlattivi li jmiss dwar il-produzzjoni organika, fejn meħtieġ f’perjodi qosra taż-żmien. Għalhekk, il-membri permanenti tal-grupp għandhom ikunu ppreparati għal reviżjoni possibbli tal-mandat tagħhom fid-dawl tar-reviżjoni li għaddejja bħalissa tal-leġiżlazzjoni dwar il-produzzjoni organika.

(4)

Minħabba li rriżenjaw tliet membri permanenti tal-grupp, jeħtieġ li jinħatru tliet esperti mil-lista ta’ riżerva mogħtija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/206/UE bħala membri permanenti. Għalhekk, il-listi mogħtija fl-Anness I u l-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni għandhom jiġu aġġornati.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2010/206/UE għandha tiġi emendata kif xieraq,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/206/UE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, id-data “31 ta’ Diċembru 2013” għandha tinbidel bid-data “31 ta’ Diċembru 2016”;

(2)

l-Anness I għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(3)

fl-Anness II, l-ismijiet li ġejjin għandhom jitneħħew mil-lista:

“—

Keith BALL

Michel BOUILHOL

Roberto GARCÍA RUIZ”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 5.6.2009, p. 29.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/206/UE tat-28 ta’ Settembru 2010 li taħtar il-membri tal-grupp għall-pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika u li tfassal il-lista ta’ riżerva (ĠU C 262, 29.9.2010, p. 3).


ANNESS

“ANNESS I

A.

Lista, f’ordni alfabetika, tal-esperti maħtura għall-ewwel darba bħala membri permanenti tal-grupp b’mandat li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014:

Keith BALL

Michel BOUILHOL

Roberto GARCÍA RUIZ

B.

Lista, f’ordni alfabetika, tal-esperti maħtura għat-tieni darba bħala membri permanenti tal-grupp b’mandat li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014:

Alexander BECK

Jacques CABARET

Niels HALBERG

Sonya IVANOVA-PENEVA

Lizzie Melby JESPERSEN

Nicolas LAMPKIN

Giuseppe LEMBO

Robin Frederik Alexander MORITZ

Bernhard SPEISER

Fabio TITTARELLI”.


10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/15


Nominazzjoni tal-uffiċjal tas-seduta fil-qafas ta' proċeduri kummerċjali

2013/C 360/10

B'effett mill-1 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni nnominat lis-Sur Gerhard WELGE għall-kariga ta' uffiċjal tas-seduta, f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta' Frar 2012 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri kummerċjali (ĠU L 107, 19.4.2012, p. 5).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/16


Notifika mir-Repubblika Ċeka dwar ir-reċiproċità tal-viża (1)

2013/C 360/11

Ambaxxatur Martin Povejšil

Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika Ċeka għall-UE

Brussell, 19 ta' Novembru, 2013

Nru. ta' Ref. 3494/2013-SZEU/JAV

Dear Rafael,

Bi pjaċir ngħarrfek li fl-14 ta' Diċembru 2013 ir-Repubblika Ċeka ġiet infurmata mill-Gvern tal-Kanada li minn dik id-data, b'effett immedjat, iċ-ċittadini Ċeki mhux ser jibqgħu jeħtieġu viża meta jivvjaġġaw lejn il-Kanada. Abbażi ta' din id-dikjarazzjoni, iċ-ċittadini Ċeki jistgħu jidħlu fil-Kanada u jibqgħu hemm sa sitt xhur mingħajr viża.

Ma' din l-ittra r-Repubblika Ċeka tixtieq tippreżenta notifika skont l-Artikolu 1, paragrafu 4, ittra f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa - jekk jogħġbok ara d-dokument mehmuż fl-anness.

Minħabba li t-twaqqif mill-ġdid tas-sistema mingħajr viżi dejjem tqies bħala kwistjoni sensittiva għar-Repubblika Ċeka, nixtieq nirringrazzjak għall-appoġġ u l-kooperazzjoni f'din il-kwistjoni.

Dejjem tiegħek,

Is-Sur Rafael Fernandez PITA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali D

Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

Brussell

Notifika mir-Repubblika Ċeka

Skont l-Artikolu 1 paragrafu 4 punt f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851/2005 tat-2 ta' Ġunju 2005, ir-Repubblika Ċeka b'dan tinnotifika li l-Kanada neħħiet ir-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini mir-Repubblika Ċeka b'effett mill-14 ta' Novembru 2013.

Mill-14 ta' Novembru 2013, iċ-ċittadini tar-Repubblika Ċeka, id-detenturi tal-passaporti Ċeki, ma jeħtiġux viża għall-Kanada għal soġġorni li ma jaqbżux is-sitt xhur.

Il-Kanada introduċiet ir-rekwiżit tal-viża b'mod unilaterali għaċ-ċittadini tar-Repubblika Ċeka, id-detenturi tal-passaporti Ċeki, mill-14 ta' Lulju 2009.

18 ta' Novembru 2013


(1)  Din in-notifika qed tiġi ppubblikata f'konformità mal-Artikolu 1(4)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 2).


10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/17


Aġġornament tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 17; ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 21; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 15; ĠU C 87, 1.4.2010, p. 15; ĠU C 180, 21.6.2012, p. 2; ĠU C 98, 5.4.2013, p. 2; ĠU C 256, 5.9.2013, p. 14)

2013/C 360/12

Il-pubblikazzjoni tal-Lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Barra mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

L-IŻVIZZERA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikta fil-ĠU C 331 tat-31.12.2008

Is-servizz nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntiera:

(a)

Il-Pulizija tal-Cantons ta’ Genève, ta’ Zürich, ta' Berne, ta' Soleure u ta' Valais;

(b)

Gwardja tal-Fruntiera: il-Korp ta’ Gwardja tal-Fruntiera jagħmlu kontrolli tal-persuni fil-fruntiera kemm fil-qafas tal-kariga normali tagħhom, kif ukoll fl-applikazzjoni tal-ftehimiet konklużi bejn id-Dipartiment Federali tal-finanzi u l-cantons (art. 23, par. 2, tal-liġi dwar il-proċedura ta’ dħul u visas, OPEV; RS 142.204).