|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.352.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2013/C 352/01 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2013/C 352/02 |
||
|
2013/C 352/03 |
||
|
2013/C 352/04 |
||
|
2013/C 352/05 |
||
|
2013/C 352/06 |
||
|
2013/C 352/07 |
||
|
2013/C 352/08 |
||
|
2013/C 352/09 |
||
|
2013/C 352/10 |
||
|
2013/C 352/11 |
||
|
2013/C 352/12 |
||
|
2013/C 352/13 |
||
|
2013/C 352/14 |
||
|
2013/C 352/15 |
||
|
2013/C 352/16 |
||
|
2013/C 352/17 |
||
|
2013/C 352/18 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2013/C 352/19 |
||
|
2013/C 352/20 |
||
|
2013/C 352/21 |
||
|
2013/C 352/22 |
||
|
2013/C 352/23 |
||
|
2013/C 352/24 |
||
|
2013/C 352/25 |
||
|
2013/C 352/26 |
||
|
2013/C 352/27 |
||
|
2013/C 352/28 |
||
|
2013/C 352/29 |
||
|
2013/C 352/30 |
||
|
2013/C 352/31 |
||
|
2013/C 352/32 |
||
|
2013/C 352/33 |
||
|
2013/C 352/34 |
||
|
2013/C 352/35 |
||
|
2013/C 352/36 |
||
|
2013/C 352/37 |
||
|
2013/C 352/38 |
||
|
2013/C 352/39 |
||
|
2013/C 352/40 |
||
|
2013/C 352/41 |
||
|
|
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku |
|
|
2013/C 352/42 |
||
|
2013/C 352/43 |
||
|
2013/C 352/44 |
||
|
2013/C 352/45 |
||
|
2013/C 352/46 |
||
|
2013/C 352/47 |
||
|
2013/C 352/48 |
||
|
2013/C 352/49 |
||
|
2013/C 352/50 |
||
|
2013/C 352/51 |
Kawża F-58/13: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni |
|
|
2013/C 352/52 |
Kawża F-62/13: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni |
|
|
2013/C 352/53 |
Kawża F-77/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 — ZZ vs Europol |
|
|
2013/C 352/54 |
||
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/1 |
2013/C 352/01
L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/2 |
Appell ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2013 mir-Repubblika Taljana mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-454/10, Ir-Repubblika Taljana vs Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav)
(Kawża C-460/13 P)
2013/C 352/02
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, S. Varone, Avvocato dello Stato)
Partijiet oħra fil-proċedura: Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav),
Agrupación Española de Fabricantes de Conservas Vegetales (Agrucon),
Il-Kummissjoni Ewropea,
Associazione Italiana Industrie Prodotti Alimentari (AIIPA),
Confederazione Cooperative Italiane
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza appellata |
|
— |
tikkundanna lill-partijiet li jopponu għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Din il-kawża għandha bħala suġġett l-appell tas-sentenza mogħtija fil-Kawża T-454/10 li ddikjarat l-annullament:
|
(a) |
tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (1), l-Artikolu 50(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2)“sa fejn dan jipprovdi li l-valur ta’ ‘attivitajiet li mhumiex attivitajiet proprji tal-ipproċessar’ huwa inkluż fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-frott u tal-ħaxix intiż għall-ipproċessar”. |
|
(b) |
tal-Artikolu 60(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 543/2011, li jipprevedi l-finanzjament tal-investimenti u tal-azzjonijiet marbuta mal-ipproċessar tal-prodotti, kollu kemm hu. |
Fil-fehma tar-Repubblika Taljana, id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) ma jiksrux ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, billi jintroduċu s-sostenn għal attivitajiet li ma humiex previsti fir-Regolament, iżda sempliċement jistipulaw, għall-finijiet anki ta’ semplifikazzjoni ikbar, il-modalitajiet ta’ kalkolu ta’ valur parametru tal-għajnuna Komunitarja.
L-interpretazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali twassal għal nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament mhux ġustifikat fi ħdan l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix fejn l-attività ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-istess prodott hija ssussidjata b’mod differenti skont jekk l-organizzazzjoni ta’produtturi twettaqx jew le l-fażi ta’ pproċessar proprju.
F’dak li jikkonċerna l-punt (b) — annullament tal-Artikolu 60(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 543/2011, nenfasizza n-natura żbaljata tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali meta tikkunsidra li teżisti diskriminazzjoni fil-konfront ta’ impriżi ta’ pproċessar li ma jagħmlux parti minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi meta mqabbla ma’ dawk li huma kkostitwiti fil-parti l-kbira taħt forma ta’ kooperattiva, li huma membri ta’ tali organizzazzjonijiet.
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007, tal-21 ta’ Diċembru 2007, li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (ĠU L 350, p. 1).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, p. 1).
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Awwissu 2013 — Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland e.V vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-461/13)
2013/C 352/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland e.V.
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Intervenjenti: Freie Hansestadt Bremen
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 (2) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Qafas dwar l-ilma”), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati — sakemm ma tingħatax deroga — jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni ta’ proġett meta dan ikun ta’ natura tali li jkun jista’ jikkawża deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ jew għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi biss għan fil-qasam tal-ippjanar tal-immaniġġjar? |
|
(2) |
Il-kunċett ta’ “deterjorazzjoni tal-istat” li jinsab fl-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva Qafas dwar l-ilma għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri biss bidliet li jimplikaw klassifikazzjoni fi klassi inferjuri fis-sens tal-Anness V tad-direttiva msemmija? |
|
(3) |
Fil-każ li t-tieni domanda tingħata risposta negattiva, f’liema ċirkustanzi għandu jiġi konkluż li jkun hemm “deterjorazzjoni tal-istat” fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva Qafas dwar l-ilma? |
|
(4) |
L-Artikolu 4(1)(a)(ii) u (iii) tad-Direttiva Qafas dwar l-ilma għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati — sakemm ma tingħatax deroga — jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni ta’ proġett meta dan jikkomprometti l-għan li jinkiseb stat tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ jew potenzjal ekoloġiku tajjeb jew stat kimiku tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ sad-data prevista minn din id-direttiva jew għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi biss għan fil-qasam tal-ippjanar tal-immaniġġjar? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275.
(2) Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, p. 114).
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Settembru 2013 — Sysmex Europe GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen
(Kawża C-480/13)
2013/C 352/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sysmex Europe GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen
Domanda preliminari
Kien hemm lok, fl-2005, li tiġi kklassifikata fl-intestatura 3212 tan-Nomenklatura Magħquda (1), inkwantu żebgħa jew kulur, merkanzija komposta minn solventi u minn sustanza abbażi ta’ polimetin li ċertament jista’ jkollha effett li tagħti kulur — mhux permanenti, f’kull każ fuq drappijiet — iżda li sservi, fil-każ tal-merkanzija li għandha tiġi kklassifikata, sabiex tinkiseb informazzjoni fuq partikoli (globuli bojod) li jinsabu f’soluzzjoni eżaminata (demm trattat minn qabel), meta jingħad li, meta jitqiegħdu joni fuq elementi speċifiċi tal-partikoli (l-aċidi nukleiċi), is-sustanza tifforma strutturi molekulari li, meta jiġu esposti għal raġġi tal-laser ta’ ċerta frekwenza, isiru florexxenti għal żmien limitat u li dan l-istat u l-intensità tiegħu jitkejlu permezz ta’ ċellula fotoelettrika speċjali?
(1) In-Nomenklatura Maqgħuda li tinsab fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, ĠU L 327, p. 1.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Bamberg (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Settembru 2013 — proċeduri kriminali kontra Mohammad Ferooz Qurbani
(Kawża C-481/13)
2013/C 352/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Bamberg
Parti fil-kawża prinċipali
Mohammad Ferooz Qurbani
Domandi preliminari
|
(1) |
L-eżenzjoni personali tal-pieni stabbilita fl-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni dwar l-istatus tar-refuġjati (il-Konvenzjoni ta’ Genève, iktar ’il quddiem il-“KG”), tinkludi wkoll, lil hinn mill-kliem tagħha, il-falsifikazzjoni tad-dokumenti li tkun seħħet permezz tal-preżentazzjoni ta’ passaport falz lil uffiċjal tal-pulizija, fid-dħul bl-ajru fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, meta l-passaport falz ma huwiex fil-fatt neċessarju għall-applikazzjoni tal-ażil f’dan l-Istat? |
|
(2) |
Ir-rikors għas-servizzi ta’ kuntrabandisti jeskludi l-invokazzjoni tal-Artikolu 31 tal-KG? |
|
(3) |
Il-kundizzjoni ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 31 tal-KG, li tikkonsisti fl-oriġini “ diretta ” tal-persuna kkonċernata minn territorju fejn il-ħajja jew il-libertà tagħha kienu mhedda, għandha tiġi interpretata fis-sens li din il-kundizzjoni hija wkoll sodisfatta meta l-persuna kkonċernata tkun l-ewwel nett daħlet fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea (f’dan il-każ, il-Ġreċja) minn fejn tali persuna ssoktat bil-vjaġġ tagħha lejn Stat Membru ieħor (f’dan il-każ, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja) li fih hija titlob l-ażil? |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2013 — Unicaja Banco SA vs José Hidalgo Rueda et
(Kawża C-482/13)
2013/C 352/06
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Unicaja Banco SA
Konvenuti: José Hidalgo Rueda, María del Carmen Vega Martín, Gestión Patrimonial Hive SL, Francisco Antonio López Reina u Rosa María Hidalgo Vega
Domandi preliminari
|
(1) |
Skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), u b’mod partikolari skont l-Artikolu 6(1) tagħha, u sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti bi qbil mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, meta qorti nazzjonali tiddeċiedi li hemm klawżola abbużiva dwar interessi moratorji f’self ipotekarju, għandha l-imsemmija qorti tiddikjara n-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha jew inkella għandha, bil-kontra ta’ dan, temenda l-klawżola dwar l-interessi billi tinkariga lill-kreditur li qed jitlob l-implementazzjoni jew lis-sellief jikkalkolaw l-interessi mill-ġdid? |
|
(2) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tikkostitwixxi limitazzjoni ċara tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur, sa fejn din timponi impliċitament fuq il-qrati l-obbligu li jemendaw klawżola dwar interessi moratorji li tista’ tiġi kklassifikata bħala abbużiva, billi jikkalkolaw mill-ġdid l-interessi previsti u billi jżommu fis-seħħ dispożizzjoni ta’ natura abbużiva, minflok ma jiddikjaraw in-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha fil-konfront tal-konsumatur? |
|
(3) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tmur kontra d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, sa fejn din tipprekludi l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u tevita l-applikazzjoni tas-sanzjoni li tikkonsisti fid-dikjarazzjoni tan-nullità u tan-natura mhux vinkolanti tal-klawżoli dwar interessi moratorji li jistgħu jiġu kklassifikati bħala abbużivi, previsti f’self ipotekarju konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Marzu 2013? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2013 — Unicaja Banco S.A. vs Steluta Grigore
(Kawża C-483/13)
2013/C 352/07
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Unicaja Banco SA
Konvenut: Steluta Grigore
Domandi preliminari
|
(1) |
Skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), u b’mod partikolari skont l-Artikolu 6(1) tagħha, u sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti bi qbil mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, meta qorti nazzjonali tiddeċiedi li hemm klawżola abbużiva dwar interessi moratorji f’self ipotekarju, għandha l-imsemmija qorti tiddikjara n-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha jew inkella għandha, bil-kontra ta’ dan, temenda l-klawżola dwar l-interessi billi tinkariga lill-kreditur li qed jitlob l-implementazzjoni jew lis-sellief jikkalkolaw l-interessi mill-ġdid? |
|
(2) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tikkostitwixxi limitazzjoni ċara tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur, sa fejn din timponi impliċitament fuq il-qrati l-obbligu li jemendaw klawżola dwar interessi moratorji li tista’ tiġi kklassifikata bħala abbużiva, billi jikkalkolaw mill-ġdid l-interessi previsti u billi jżommu fis-seħħ dispożizzjoni ta’ natura abbużiva, minflok ma jiddikjaraw in-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha fil-konfront tal-konsumatur? |
|
(3) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tmur kontra d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, sa fejn din tipprekludi l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u tevita l-applikazzjoni tas-sanzjoni li tikkonsisti fid-dikjarazzjoni tan-nullità u tan-natura mhux vinkolanti tal-klawżoli dwar interessi moratorji li jistgħu jiġu kklassifikati bħala abbużivi, previsti f’self ipotekarju konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Marzu 2013? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2013 — Caixabank SA vs Manuel María Rueda Ledesma u Rosario Mesa Mesa
(Kawża C-484/13)
2013/C 352/08
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Caixabank SA
Konvenuti: Manuel María Rueda Ledesma u Rosario Mesa Mesa
Domandi preliminari
|
(1) |
Skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), u b’mod partikolari skont l-Artikolu 6(1) tagħha, u sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti bi qbil mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, meta qorti nazzjonali tiddeċiedi li hemm klawżola abbużiva dwar interessi moratorji f’self ipotekarju, għandha l-imsemmija qorti tiddikjara n-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha jew inkella għandha, bil-kontra ta’ dan, temenda l-klawżola dwar l-interessi billi tinkariga lill-kreditur li qed jitlob l-implementazzjoni jew lis-sellief jikkalkolaw l-interessi mill-ġdid? |
|
(2) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tikkostitwixxi limitazzjoni ċara tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur, sa fejn din timponi impliċitament fuq il-qrati l-obbligu li jemendaw klawżola dwar interessi moratorji li tista’ tiġi kklassifikata bħala abbużiva, billi jikkalkolaw mill-ġdid l-interessi previsti u billi jżommu fis-seħħ dispożizzjoni ta’ natura abbużiva, minflok ma jiddikjaraw in-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha fil-konfront tal-konsumatur? |
|
(3) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tmur kontra d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, sa fejn din tipprekludi l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u tevita l-applikazzjoni tas-sanzjoni li tikkonsisti fid-dikjarazzjoni tan-nullità u tan-natura mhux vinkolanti tal-klawżoli dwar interessi moratorji li jistgħu jiġu kklassifikati bħala abbużivi, previsti f’self ipotekarju konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Marzu 2013? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2013 — Caixabank SA vs José Labella Crespo et
(Kawża C-485/13)
2013/C 352/09
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Caixabank SA
Konvenuti: José Labella Crespo, Rosario Márquez Rodríguez, Rafael Gallardo Salvat u Manuela Márquez Rodríguez
Domandi preliminari
|
(1) |
Skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), u b’mod partikolari skont l-Artikolu 6(1) tagħha, u sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti bi qbil mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, meta qorti nazzjonali tiddeċiedi li hemm klawżola abbużiva dwar interessi moratorji f’self ipotekarju, għandha l-imsemmija qorti tiddikjara n-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha jew inkella għandha, bil-kontra ta’ dan, temenda l-klawżola dwar l-interessi billi tinkariga lill-kreditur li qed jitlob l-implementazzjoni jew lis-sellief jikkalkolaw l-interessi mill-ġdid? |
|
(2) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tikkostitwixxi limitazzjoni ċara tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur, sa fejn din timponi impliċitament fuq il-qrati l-obbligu li jemendaw klawżola dwar interessi moratorji li tista’ tiġi kklassifikata bħala abbużiva, billi jikkalkolaw mill-ġdid l-interessi previsti u billi jżommu fis-seħħ dispożizzjoni ta’ natura abbużiva, minflok ma jiddikjaraw in-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha fil-konfront tal-konsumatur? |
|
(3) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tmur kontra d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, sa fejn din tipprekludi l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u tevita l-applikazzjoni tas-sanzjoni li tikkonsisti fid-dikjarazzjoni tan-nullità u tan-natura mhux vinkolanti tal-klawżoli dwar interessi moratorji li jistgħu jiġu kklassifikati bħala abbużivi, previsti f’self ipotekarju konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Marzu 2013? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2013 — Caixabank SA vs Antonio Galán Rodríguez
(Kawża C-486/13)
2013/C 352/10
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Caixabank SA
Konvenut: Antonio Galán Rodríguez
Domandi preliminari
|
(1) |
Skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), u b’mod partikolari skont l-Artikolu 6(1) tagħha, u sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti bi qbil mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, meta qorti nazzjonali tiddeċiedi li hemm klawżola abbużiva dwar interessi moratorji f’self ipotekarju, għandha l-imsemmija qorti tiddikjara n-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha jew inkella għandha, bil-kontra ta’ dan, temenda l-klawżola dwar l-interessi billi tinkariga lill-kreditur li qed jitlob l-implementazzjoni jew lis-sellief jikkalkolaw l-interessi mill-ġdid? |
|
(2) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tikkostitwixxi limitazzjoni ċara tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur, sa fejn din timponi impliċitament fuq il-qrati l-obbligu li jemendaw klawżola dwar interessi moratorji li tista’ tiġi kklassifikata bħala abbużiva, billi jikkalkolaw mill-ġdid l-interessi previsti u billi jżommu fis-seħħ dispożizzjoni ta’ natura abbużiva, minflok ma jiddikjaraw in-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha fil-konfront tal-konsumatur? |
|
(3) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tmur kontra d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, sa fejn din tipprekludi l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u tevita l-applikazzjoni tas-sanzjoni li tikkonsisti fid-dikjarazzjoni tan-nullità u tan-natura mhux vinkolanti tal-klawżoli dwar interessi moratorji li jistgħu jiġu kklassifikati bħala abbużivi, previsti f’self ipotekarju konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Marzu 2013? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2013 — Caixabank SA vs Alberto Galán Luna u Domingo Galán Luna
(Kawża C-487/13)
2013/C 352/11
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Caixabank SA
Konvenuti: Alberto Galán Luna u Domingo Galán Luna
Domandi preliminari
|
(1) |
Skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), u b’mod partikolari skont l-Artikolu 6(1) tagħha, u sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti bi qbil mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, meta qorti nazzjonali tiddeċiedi li hemm klawżola abbużiva dwar interessi moratorji f’self ipotekarju, għandha l-imsemmija qorti tiddikjara n-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha jew inkella għandha, bil-kontra ta’ dan, temenda l-klawżola dwar l-interessi billi tinkariga lill-kreditur li qed jitlob l-implementazzjoni jew lis-sellief jikkalkolaw l-interessi mill-ġdid? |
|
(2) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tikkostitwixxi limitazzjoni ċara tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur, sa fejn din timponi impliċitament fuq il-qrati l-obbligu li jemendaw klawżola dwar interessi moratorji li tista’ tiġi kklassifikata bħala abbużiva, billi jikkalkolaw mill-ġdid l-interessi previsti u billi jżommu fis-seħħ dispożizzjoni ta’ natura abbużiva, minflok ma jiddikjaraw in-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha fil-konfront tal-konsumatur? |
|
(3) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tmur kontra d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, sa fejn din tipprekludi l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u tevita l-applikazzjoni tas-sanzjoni li tikkonsisti fid-dikjarazzjoni tan-nullità u tan-natura mhux vinkolanti tal-klawżoli dwar interessi moratorji li jistgħu jiġu kklassifikati bħala abbużivi, previsti f’self ipotekarju konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Marzu 2013? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fl-10 ta’ Settembru 2013 — Ronny Verest, Gaby Gerards vs Belgische Staat
(Kawża C-489/13)
2013/C 352/12
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ronny Verest, Gaby Gerards
Konvenut: Belgische Staat
Domanda preliminari
L-Artikolu 56 KE jipprekludi l-impożizzjoni ta’ taxxa fi Stat Membru fuq beni immobbli mhux mikrija li jinsabu fi Stat Membru ieħor fuq bażi oħra li ma hijiex dik tad-dħul katastali lokali tagħhom meta, b’mod partikolari fil-każ preżenti, ikun magħruf li d-dħul katastali lokali huwa ddeterminat b’mod simili għad-dħul katastali Belġjan minn beni immobbli Belġjani?
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/7 |
Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 minn Cytochroma Development, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-106/12 — Cytochroma Development, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-490/13 P)
2013/C 352/13
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Cytochroma Development, Inc. (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, A. Smith, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Teva Pharmaceutical Industries, Ltd.
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-106/12; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata għas-segwenti raġunijiet:
|
— |
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 65(6) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) u l-Artikolu 1(d)(1) tar-Regolament Nru 216/96 (2) fir-rigward tal-miżuri adottati mill-UASI biex josserva s-sentenza tal-Qorti Ġenerali; |
|
— |
Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali kif ukoll l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/96, tal-5 ta’ Frar 1996, li jistipula r-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 221)
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Settembru 2013 — Boston Scientific Medizintechnik GmbH vs AOK Sachsen-Anhalt
(Kawża C-503/13)
2013/C 352/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Boston Scientific Medizintechnik GmbH
Konvenut: AOK Sachsen-Anhalt
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott li huwa prodott mediku li jiddaħħal fil-ġisem (f’dan il-każ, peacemaker) ikun diġà difettuż fejn tagħmir li jagħmel parti mill-istess grupp ta’ prodotti għandu riskju ta’ nuqqas kunsiderevolment ogħla, iżda ma jkunx ġie kkonstatat difett fir-rigward tal-apparat imdaħħal fil-każ speċifiku inkwistjoni? |
|
(2) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: L-ispejjeż tal-operazzjoni sabiex jiġi estratt il-prodott u sabiex jiddaħħal peacemaker ieħor jikkostitwixxu dannu kkawżat minn korriment personali fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 85/374/KEE? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Settembru 2013 — Boston Scientific Medizintechnik GmbH vs Betriebskrankenkasse RWE
(Kawża C-504/13)
2013/C 352/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti fil-proċedura ta’ “Reviżjoni”: Boston Scientific Medizintechnik GmbH
Konvenuta fil-proċedura ta’ “Reviżjoni”: Betriebskrankenkasse RWE
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott li huwa prodott mediku li jiddaħħal fil-ġisem tal-bniedem (f’dan il-każ, defibrillatur kardijaku li jiddaħħal fil-ġisem) ikun diġà difettuż meta fir-rigward ta’ numru sinjifikattiv ta’ apparati tal-istess serje jkun ġie kkonstatat li ma jiffunzjonawx tajjeb għalkemm ma jkunx ġie kkonstatat difett fir-rigward tal-apparat imdaħħal fil-każ ineżami? |
|
(2) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: L-ispejjeż tal-operazzjoni sabiex jiġi estratt il-prodott u sabiex jiddaħħal defibrillatur kardijaku ieħor jikkostitwixxu ħsara kkawżata minn korriment personali fis-sens tal-Artikolu 1 u tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 85/374/KEE? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/9 |
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 minn Philips Lighting Poland S.A., Philips Lighting BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-469/07 — Philips Lighting Poland S.A., Philips Lighting BV vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-511/13 P)
2013/C 352/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Philips Lighting Poland S.A., Philips Lighting BV (rappreżentanti: M.L. Catrain González, avukat, E.A. Wright, H. Zhu, Barristers)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Hangzhou Duralamp Electronics Co., Ltd, GE Hungary Ipari és Kereskedelmi Zrt. (GE Hungary Zrt), Il-Kummissjoni Ewropea, Osram GmbH
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza u tannulla r-Regolament ikkontestat sa fejn japplika għall-appellanti; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż tal-appellanti kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kf ukoll f’dak li jikkonċerna dawn il-proċeduri. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti jitolbu li s-sentenza tiġi annullata u li r-Regolament ikkontestat jiġi annullat minħabba l-motivi li ġejjin:
|
(1) |
Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”) (“Artikolu 9(1)”) meta kkonkludiet li l-Kunsill għandu d-dritt li japplika l-Artikolu 9(1) a fortiori għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni (jiġifieri meta ma jkunx hemm irtirar ta’ lment, iżda sempliċement ma jkunx hemm iktar sostenn għalih). L-interpretazzjoni wiesgħa tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 9(1) ma hijiex sostnuta kemm mill-kliem jew mill-istruttura tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. Din hija kkontestata wkoll mill-prassi tal-istituzzjonijiet tal-aħħar 25 sena li matulhom dipendenza fuq l-Artikolu 9(1), wara l-irtirar ta’ lment, dejjem waslet għat-tmiem tal-investigazzjoni relatata. |
|
(2) |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat ħażin, u għalhekk applikat ħażin, l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku (“Artikolu 4(1) u Artikolu 5(4)”) meta ddefinixxiet l-“industrija Komunitarja”. Dan wassal għall-konklużjoni żbaljata li “proporzjon kbir” tal-produzzjoni Komunitarja totali għandu jiġi stabbilit permezz tal-applikazzjoni ta’ wieħed biss miż-żewġ limiti meħtieġa mill-Artikolu 5(4), il-limitu ta’ 25 % biss. Id-definizzjoni żbaljata tal-“industrija Komunitarja” vvizzjata mill-analiżi ta’ ħsara tal-Istituzzjonijiet li, minflok ma tiġi stabbilita abbażi tal-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-“industrija Komunitarja” kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku (“Artikolu 3(1)”), u ddefinit fl-Artikolu 5(4) kienet evalwata abbażi tas-sitwazzjoni tal-“kumpannija li tipprovdi sostenn” jew tal-“ikbar produttur”. Ebda wieħed minn dawn it-termini ma jintuża fir-Regolament bażiku sabiex tiġi stabbilita l-“ħsara”. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45).
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fis-27 ta’ Settembru 2013 — Belgacom SA, li assumiet l-istanza istitwita minn Belgacom Mobile SA vs Province de Namur
(Kawża C-517/13)
2013/C 352/17
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Namur
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Belgacom SA, li assumiet l-istanza istitwita minn Belgacom Mobile SA
Konvenut: Province de Namur
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li regolamentazzjoni ta’ awtorità nazzjonali jew ta’ awtorità lokali tistabbilixxi, għal finijiet baġitarji li huma estranji għall-finijiet ta’ din l-awtorizzazzjoni, taxxa fuq l-infrastrutturi ta’ komunikazzjonijiet mobbli użati fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ attivitajiet koperti minn awtorizzazzjoni ġenerali mogħtija fl-implementazzjoni ta’ din id-direttiva (jekk ikun il-każ billi ssir distinzjoni tal-każ fejn dawn l-infrastrutturi huma stabbiliti fuq beni privati mill-każ fejn dawn huma stabbiliti fuq beni pubbliċi)? |
|
(2) |
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li regolamentazzjoni ta’ awtorità nazzjonali jew ta’ awtorità lokali tistabbilixxi, għal finijiet baġitarji li huma estranji għal dawk ta’ din l-awtorizzazzjoni, taxxa fuq l-infrastrutturi ta’ komunikazzjonijiet mobbli li ma tinsabx indikata fost il-kundizzjonijiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari peress li din ma tikkostitwixxix ħlas amministrattiv fis-sens tal-Artikolu 12? |
(1) ĠU Edizzjonali Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fid-9 ta’ Ottubru 2013 — Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry vs Öljytuote ry, Shell Aviation Finland Oy
(Kawża C-533/13)
2013/C 352/18
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Työtuomioistuin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry
Konvenuti: Öljytuote ry, Shell Aviation Finland Oy
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (2008/104/KE (1)) dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-awtoritajiet nazzjonali, inklużi l-qrati, obbligu kontinwu li jiżguraw, permezz tal-miżuri għad-dispożizzjoni tagħhom, li ma jeżistux dispożizzjonijiet legali jew klawżoli ta’ ftehim kollettivi nazzjonali li jiksru r-regoli ffissati mid-Direttiva, jew, jekk jeżistu, li dawn ma jiġux applikati? |
|
(2) |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjonali nazzjonali li skont din l-impjieg ta’ ħaddiema provviżorji huwa awtorizzat biss f’ċerti każijiet preċiżi bħall-assorbiment ta’ żieda fix-xogħol jew xogħlijiet li impriża ma tkunx tista’ teżegwixxi permezz tal-impjegati tagħha stess? Huwa possibbli li jiġi kklassifikat bħala użu illegali tax-xogħol provviżjoru r-reklutaġġ matul perijodu twil ta’ ħaddiema provviżorji għall-attivitajiet ordinarji tal-impriża, flimkien mal-impjegati tagħha stess? |
|
(3) |
Jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija ddikjarata li tmur kontra d-Direttiva, liema huma l-miżuri li qorti għandha sabiex twettaq l-għanijiet tad-Direttiva, meta tkun inkwistjoni klawżola kollettiva li tapplika fir-relazzjonijiet bejn partijiet privati? |
(1) Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, p. 9).
Il-Qorti Ġenerali
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-248/10) (1)
(Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)
2013/C 352/19
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall, J. Baquero Cruz u B. Eggers, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, għall-istabbiliment ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amminisraturi (AD5) fl-oqsma tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea, tal-Liġi, tal-Ekonomija, tal-Verifika u tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) (ĠU 2010, C 64 A, p. 1).
Dispożittiv
|
(1) |
L-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, għall-istabbiliment ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amminisraturi (AD5) fl-oqsma tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea, tal-Liġi, tal-Ekonomija, tal-Verifika u tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) huwa annullat. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — Vivendi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-432/10) (1)
(Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq Franċiż tal-broadband u tal-abbonament telefoniku - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Nuqqas ta’ interess Komunitarju - Importanza tal-ksur allegat għall-funzjonament tas-suq intern - Probabbiltà li tkun tista’ tiġi stabbilita l-eżistenza tal-ksur allegat)
2013/C 352/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vivendi (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Struys, O. Fréget u J.-Y. Ollier, sussegwentement minn M. Struys, O. Fréget u L. Eskenazi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u N. von Lingen, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Orange, li kienet France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Hautbourg, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4730, tat-2 ta’ Lulju 2010, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra France Télécom għal allegat abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-suq Franċiż tal-broadband u tal-abbonament telefoniku (Każ COMP/C-1/39.653 — Vivendi & Iliad vs France Télécom).
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Vivendi għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sosntuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
(3) |
Orange għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-457/10) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi esterni marbuta mal-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ informazzjoni (ESP DESIS II) - Klassifikazzjoni ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt - Konsorzju offerenti - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)
2013/C 352/21
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude u N. Bambara, u sussegwentement S. Delaude, aġent, assistiti inizjalment minn P. Wytinck, u sussegmentement minn B. Hoorelbeke, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Lulju 2010, li tikklassifika l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata fil-kuntest tas-sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2009/045, dwar “Servizzi esterni marbuta mal-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ informazzjoni” (ESP DESIS II) (ĠU 2009/S 198-283663), għal-lott Nru 2 “Proġetti ta’ żvilupp barra mis-sit”, fit-tielet, u mhux fl-ewwel, pożizzjoni u li tagħti l-ewwel u t-tieni pożizzjoni lil offerenti oħrajn, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha tad-Direttorat Ġenerali tal-Informatika tal-Kummissjoni li huma relatati magħha, inklużi dawk li jingħataw il-kuntratti rispettivi lill-offerenti kklassifikati fl-ewwel u fit-tieni pożizzjoni, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-474/10) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi esterni għall-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ sistemi ta’ informazzjoni (ESP DESIS II) - Klassifikazzjoni ta’ offerent - Għoti ta’ kuntratt - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)
2013/C 352/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u S. Delaude, sussegwentement S. Delaude, aġenti, assistiti minn O. Graber-Soudry, solicitor)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament ta’ erba’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni kkomunikati permezz ta’ erba’ ittri distinti tas-16 ta’ Lulju 2010 li l-offerta tar-rikorrenti, sottomessa fil-kuntest tas-sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2009/045, dwar is-“Servizzi esterni għall-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ sistemi ta’ informazzjoni” (ESP DESIS II) (ĠU 2009/S 198-283663), tiġi kklassifikata, għal-Lott Nru 1A fit-tieni pożizzjoni, għal-Lott Nru 1 B fit-tielet pożizzjoni, għal-Lott Nru 1C fit-tieni pożizzjoni u għal-Lott Nru 3 fit-tielet pożizzjoni, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha tad-Direttorat Ġenerali tal-Informazzjoni tal-Kummissjoni relatati magħhom, inklużi dawk li l-kuntratti rispettivi jingħataw lill-offerenti kklassifikati fl-ewwel u fit-tieni pożizzjonijiet, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — TF1 vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-275/11) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku tax-xandir - Għajnuna prevista mill-awtoritajiet Franċiżi favur France Télévisions - Sussidju baġitarju annwali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Artikolu 106(2) TFUE - Rabta vinkolanti bejn taxxa u minżura ta’ għajnuna)
2013/C 352/23
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Télévision française 1 (TFI) (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J. P. Hordies u C. Smits, sussegwentement J. P. Hordiez u J. Vogel, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)
Parti konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Muñoz Pérez, sussegwentement S. Centeno Huerta, sussegwentement N. Díaz Abad, Abogados del Estado); ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u J. Gstalter, sussegwentement D. Colas u J. Rossi, aġenti); u France Télévisions (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. P. Gunther u A. Giraud, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/140/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C-27/09 (ex N 34/B/09) sussidju baġitarju għal France Télévisions li r-Repubblika Franċiża tipprevedi li timplementa favur France Télévisions (ĠU 2011, L 59, p. 44).
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Télévision française 1 (TFI) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u France Télévisions. |
|
(3) |
Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 — European Dynamics Belgium et vs EMA
(Kawża T-638/11) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-EMA - Provvista ta’ servizzi ta’ għajnuna għal applikazzjonijiet informatiċi - Ċaħda tal-offerta ta’offerent - Kriterji ta’ attribuzzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Osservanza tal-kriterji ta’ attribuzzjoni stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt - Stabbiliment ta’ sottokriterji għall-kriterji ta’ attribuzzjoni - Aċċess għal dokumenti)
2013/C 352/24
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju); European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu); Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja); u European Dynamics UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment V. Salvatore, sussegwentement T. Jabłoński u C. Maignen, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u E. Arsenidou, avukati)
Suġġett
Minn naħa, annullament tad-Deċiżjoni EMA/787935/2011 tal-EMA, tat-3 ta’ Ottubru 2011, li permezz tagħha l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa EMA/2011/05/DV ġiet miċħuda, u, min-naħa l-oħra, annullament tad-Deċiżjoni EMA/882467/2011 tad-Direttur Eżekuttiv par interim tal-EMA, tad-9 ta’ Novembru 2011, li permezz tagħha t-talba konfermatorja tar-rikorrenti sabiex ikollhom aċċess għad-dokumenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti relatati mal-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni ġiet miċħuda.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-Deċiżjoni EMA/787935/2011 tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), tat-3 ta’ Ottubru 2011, li permezz tagħha l-offerta magħmula minn European Dynamics Belgium SA, European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics UK Ltd fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa EMA/2011/05/DV ġiet miċħuda, hija annullata. |
|
(2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni EMA/882467/2011 tad-Direttur Eżekuttiv par interim tal-EMA, tad-9 ta’ Novembru 2011, li permezz tagħha t-talba konfermatorja tar-rikorrenti sabiex ikollhom aċċess għad-dokumenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti relatati mal-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(3) |
L-EMA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — El Corte Inglés vs UASI — Sohawon (fRee YOUR STYLe.)
(Kawża T-282/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva fRee YOUR STYLe. - Trade marks Komunitarja u nazzjonali verbali preċedenti FREE STYLE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 352/25
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela, J. L. Rivas Zurdo u I. Munilla Muñoz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, agent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Nadia Mariam Sohawon (Londra, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ April 2012 (Każ R 1825/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u N. Mariam Sohawon.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — Mundipharma vs UASI — AFT Pharmaceuticals (Maxigesic)
(Kawża T-328/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Maxigesic - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti OXYGESIC - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 352/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mundipharma GmbH (Limburg an der Lahn, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: AFT Pharmaceuticals Ltd (Takapuna, New Zealand) (rappreżentanti: M. Nentwig, L. Kouker u G. M. Becker, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1788/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mundipharma GmbH u AFT Pharmaceuticals Ltd.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Mundipharma GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 — Electric Bike World vs UASI — Brunswick (LIFECYCLE)
(Kawża T-379/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LIFECYCLE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIFECYCLE - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment mill-Bord tal-Appell - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2013/C 352/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Electric Bike World Ltd (Southamptom, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Brunswick Corp. (Lake Forest, Illinois, l-Istati Uniti)
Suġġett
Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2308/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brunswick Corp. u Electric Bike World Ltd.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
|
(2) |
Electric Bike World Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — Zoo Sport vs UASI — K-2 (ZOOSPORT)
(Kawża T-453/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZOOSPORT - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZOOT u trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti SPORTS ZOOT SPORTS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 352/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zoo Sport Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentant: I. Rungg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: K-2 Corp. (Seattle, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 1119/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn K-2 Corp. u Zoo Sport Ltd.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Zoo Sport Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — Zoo Sport vs UASI — K-2 (zoo sport)
(Kawża T-455/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ZOO Sport - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZOOT u trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti SPORTS ZOOT SPORTS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 352/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zoo Sport Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentant: I. Rungg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: K-2 Corp. (Seattle, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 1395/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn K-2 Corp. u Zoo Sport Ltd.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Zoo Sport Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/16 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2013 — GEA Group vs UASI (engineering for a better world)
(Kawża T-488/13)
2013/C 352/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schneiders, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-21 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 935/2012-4; |
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “engineering for a better world” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 9, 11, 35, 37, 39, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 244 416
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/16 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2013 — ASPA vs UASI — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (ARGENTARIA)
(Kawża T-502/13)
2013/C 352/31
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV (ASPA) (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: K. De Winter u M. De Vroey, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Madrid, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Lulju 2013 fil-Każ R 1581/2011-4. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “ARGENTARIA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 42 — Trade mark Komunitarja Nru 159 707
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: tiddikjara l-proċedimenti ta’ kanċellazzjoni magħluqa wara l-waqfien tas-servizzi kkontestati mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud bħala inammissibbli
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 51(1)(a) u 80 tar-Regolament Nru 207/2009.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/17 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 — Urb Rulmenti Suceava vs UASI — Adiguzel (URB)
(Kawża T-506/13)
2013/C 352/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Urb Rulmenti Suceava SA (Suceava, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Burdusel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Harun Adiguzel (Diosd, l-Ungerija)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 1309/2012-4; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż; u |
|
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “URB” għal prodotti fil-klassijiet 6 u 7 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 380 009
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: raġunijiet assoluti ta’ invalidità taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u raġunijiet relattivi ta’ invalidità taħt l-Artikolu 8(1)(b) flimkien mal-Artikolu 53(1) tar-Regolament Nru 207/2009.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 52(1)(b), 53(1)(a) u 73 tar-Regolament Nru 207/2009.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/17 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 — Il-Gvern tal-Malasja vs UASI — Vergamini (HALAL MALAYSIA)
(Kawża T-508/13)
2013/C 352/33
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Gvern tal-Malasja (Putrajaya, il-Malasja) (rappreżentanti: R. Volterra, Solicitor, R. Miller, Barrister, V. von Bomhard u T. Heitmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paola Vergamini (Castelnuovo di Garfagnana, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Ġunju 2013 mogħtija fil-Każ R 326/2012-1; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk tingħaqad bħala intervenjenti, għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha l-elementi verbali “HALAL MALAYSIA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 18, 25, 29, 30, 31, 32 u 43 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 169 343
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent
Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva mhux irreġistrata li fiha l-elementi verbali “HALAL MALAYSIA”, li hija magħrufa sew fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fis-sens tal-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja flimkien mal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi u għall-fini tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, trade mark figurattiva mhux irreġistrata fir-Renju Unit
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/18 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — AgriCapital vs UASI — agri.capital (AGRI.CAPITAL)
(Kawża T-514/13)
2013/C 352/34
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AgriCapital Corp. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Meyer u M. Gramsch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: agri.capital GmbH (Münster, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Lulju 2013 mogħtija fil-Każ R 2236/2012-2; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “AGRI.CAPITAL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 7, 35, 36, 37, 39, 40, 42 u 45 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 341 323
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali “AgriCapital” irreġistrata bin-Nru 6 192 322 għal servizzi fil-klassi 36 u t-trade mark Komunitarja verbali “AGRICAPITAL” irreġistrata bin-Nru 4 589 339 għal servizzi fil-klassi 36.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizjoni miċħuda fit-totalità tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/19 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 — Éditions Quo Vadis vs UASI — Gómez Hernández (“QUO VADIS”)
(Kawża T-517/13)
2013/C 352/35
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Éditions Quo Vadis (Carquefou, Franza) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Francisco Gómez Hernández (Jacarilla, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-10 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 1166/2012-4. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “QUO VADIS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 33 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 871 758
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Franċiża Nru 92 422 947 għat-trade mark verbali “QUO VADIS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 u t-trade mark Franċiża Nru 257 750 għat-trade mark verbali “QUO VADIS” għal prodotti fil-klassi 16
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti u servizzi kkontestati
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/19 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — Future Enterprises vs UASI — McDonald’s International Property (MACCOFFEE)
(Kawża T-518/13)
2013/C 352/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Future Enterprises Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: J. Olsen, B. Hitchens, R. Sharma u M. Henshall, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: McDonald’s International Property Co. Ltd (Wilmington, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Ġunju 2013 mogħtija fil-Każ R 1178/2012-1; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “MACCOFFEE” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 307 382
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-motivi kienu dawk imniżżla fl-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikoli 8(1)(a) u (b), 8(2)(ċ) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/20 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 — Alpinestars Research vs UASI — Tung Cho u Wang Yu (A ASTER)
(Kawża T-521/13)
2013/C 352/37
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alpinestars Research Srl (Coste di Maser, l-Italja) (rappreżentanti: G. Dragotti and R. Valenti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kean Tung Cho (Taichung City, Tajwan); u Ling-Yuan Wang Yu (Wuci Township, Tajwan)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-15 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 2309/2012-4; |
|
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-partijiet l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad li tinkludi l-elementi verbali “A ASTER” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 084 395
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “A-STARS” għal prodotti fil-klassijiet 9, 12, 14, 18, 25 u 28 — Trade mark Komunitarja Nru 6 181 002
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/20 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2013 — Tsujimoto vs UASI — Kenzo (KENZO ESTATE)
(Kawża T-522/13)
2013/C 352/38
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Wenninger-Lenz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kenzo, SA (Pariġi, Franza)
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fit-3 ta’ Lulju 2013 fil-Każ R 1363/2012-2; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KENZO ESTATE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 31, 35, 41 u 43 — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W 1 016 724
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark “KENZO” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 720 706
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/21 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 — Euromed vs UASI — DC Druck-Chemie (EUROSIL)
(Kawża T-523/13)
2013/C 352/39
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Euromed, SA (Mollet del Vallès, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DC Druck-Chemie GmbH (Ammerbuch-Altingen, il-Ġermanja)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ R 1854/2012-1; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EUROSIL” għal prodotti fil-klassi 1 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 558 751
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EUROSIL-85” għal prodotti fil-klassi 5 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 140 099 u t-trade mark verbali “EUROSIL-85” għal prodotti fil-klassi 5 — reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 2 785 209
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/21 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 — Euromed vs UASI — DC Druck-Chemie (EUROSIL)
(Kawża T-524/13)
2013/C 352/40
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Euromed, SA (Mollet del Vallès, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DC Druck-Chemie GmbH (Ammerbuch-Altingen, il-Ġermanja)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ R 1829/2012-1; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EUROSIL” għal ċerti prodotti fil-klassi 1 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 540 049
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EUROSIL-85” għal prodotti fil-klassi 5 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 140 099 u t-trade mark verbali “EUROSIL-85” għal prodotti fil-klassi 5 — reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 2 785 209
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/22 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2013 — Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-541/13)
2013/C 352/41
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Abertis Telecom, SA (Barcelona, Spanja) u Retevisión I, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: L. Cases Pallarés, J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, A. Lamadrid de Pablo, M. Muñoz de Juan u M. Reverter Baquer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari, l-Artikolu 1 tagħha, sa fejn din tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern; |
|
— |
b’konsegwenza ta’ dan tannulla l-ordnijiet ta’ rkupru previsti fl-Artikoli 3 u 4 tad-deċiżjoni; |
|
— |
bħala miżura ta’ organizzazjoni tal-proċedura, tordna lill-Kummissjoni tipproduċi r-rapport dwar l-ispejjeż ipprovdut minn ASTRA, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess waħda kkontestata fil-Kawża T-462/13, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi diġà invokati fl-imsemmija kawża.
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/23 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — BF vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża F-69/11) (1)
(Servizz pubbliku - Proċedura intiża sabiex timtela pożizzjoni ta’ direttur - Rapport tal-Kumitat ta’ Preselezzjoni - Motivazzjoni - Assenza - Illegalità tad-deċiżjoni ta’ ħatra - Kundizzjonijiet)
2013/C 352/42
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BF (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy u J. Vermer, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li r-rikorrent ma jinħatarx bħala Direttur tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani u li jinħatar kandidat ieħor għall-imsemmija pożizzjoni.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjonijiet tat-18 ta’ Novembru 2010 li permezz tagħhom il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea ħatret lil Z bħala Direttur tar-Riżorsi Umani u ċaħdet il-kandidatura ta’ BF għal dan l-impjieg huma annullati. |
|
(2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba tal-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea sabiex mill-proċess jitneħħew l-Annessi A 7 u A 11 tar-rikors. |
|
(3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(4) |
Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn BF. |
(1) ĠU C 282, 24.9.2011, p. 52.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/23 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2013 — de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-126/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sistema dixxiplinari - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Twissija - Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-persunal - Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-persunal)
2013/C 352/43
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: José António de Brito Sequeira Carvalho (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Boury, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-ħatra sa fejn din timponi sanzjoni dixxiplinari fil-forma ta’ twissija lir-rikorrent.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
J. A. de Brito Sequeira Carvalho għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea |
(1) ĠU C 174, 16.6.2012, p. 31
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/23 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — BQ vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża F-39/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjal - Rapport ta’ evalwazzjoni - Fastidju prikoloġiku - Danni - Ammissibbiltà - Termini)
2013/C 352/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BQ (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy, B. Schäfer u I. Ní Riagáin Düro, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għar-rikonoxximent ta’ aġir illegali li allegatament ikkawżalu dannu materjali u morali.
Dispożittiv tas-sentenza
|
(1) |
Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata tħallas EUR 2 000 lil BQ. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
(1) DO C 138, de 12.5.2012, p. 38.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/24 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Settembru 2013 — Scheidemann vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-76/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjal - Trasferiment interistituzzjonali - Artikoli 43 u 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Promozzjoni - Punti ta’ mertu - Ugwaljanza fit-trattament - Awtonomija tal-istituzzjonijiet)
2013/C 352/45
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sabine Scheidemann (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tat-trasformazzjoni tal-punti ta’ mertu miksuba fi ħdan istituzzjoni oħra u tan-nota amministrattiva li tippubblika l-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2011.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
S. Scheidemann għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 287, 22.9.2012, p. 41
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/24 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Vasilev vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-77/12) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/208/11 - Impossibbiltà matul l-eżami preliminari li tintuża l-keyboard li l-kandidat kien imdorri juża - Rifjut ta’ ammissjoni għall-eżami ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament)
2013/C 352/46
Lingwa tal-kawża:il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrent: Vasil Vasilev (Sandanski, il-Bulgarija) (rappreżentant: R. Nedin, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u N. Nikolova, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/208/11.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
V. Vasilev għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawn tal-Kummissjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 319, 20.10.2012, p. 18.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/24 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — D’Agostino vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-93/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Dmir ta’ premura - Interess tas-servizz - Eżami komplet u dettaljat fi ħdan is-servizzi kollha tal-possibbiltajiet ta’ impjieg li jikkorrispondu għall-kompiti previsti fil-kuntratt)
2013/C 352/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Luigi D’Agostino (Lussemburgu, il-Lussembrugu) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrent.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ L. D’Agostino hija annullata. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata tbati terz tal-ispejjeż sostnuti minn L. D’Agostino. |
|
(4) |
L. D’Agostino għandu jbati żewġ terzi mill-ispejjeż rispettivi tiegħu. |
(1) ĠU C 343, 10.11.2012, p. 23.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/25 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Verstreken vs Il-Kunsill
(Kawża F-98/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2008 - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa - Motivazzjoni - Motivazzjoni ġenerali u stereotipata)
2013/C 352/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Kathleen Verstreken (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, S. Orlandi, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)
Suġġett
Talba sabiex jiġu annullati d-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AD12 fil-proċeduri ta’ promozzjoni 2008 u 2009.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tas-7 ta’ Novembru 2011, li Kathleen Verstreken ma tiġix promossa fil-proċeduri ta’ promozzjoni 2008 u 2009 hija annullata. |
|
(2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Kathleen Verstreken. |
(1) ĠU C 343, 10.11.2012, p. 24.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/25 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Solberg vs OEDT
(Kawża F-124/12) (1)
(Servizz pubbliku - Ex membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata tas-setgħa diskrezzjonali)
2013/C 352/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ulrik Solberg (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, S. Orlandi, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) (rappreżentant: D. Storti, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju ma jiġġeddidx.
Dispożittiv tas-sentenza
|
(1) |
Ir-rikors ta’ U. Solberg huwa miċħud. |
|
(2) |
U. Solberg għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA). |
(1) ĠU C 26, 26.1.2013, p. 72.
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/26 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Solberg vs (EMCDDA)
(Kawża F-148/12) (1)
(Servizz pubbliku - Ex membru tal-persunal temporanju - Rapport ta’ evalwazzjoni - Interess ġuridiku - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata tas-setgħa diskrezzjonali)
2013/C 352/50
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ulrik Solberg (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, S. Orlandi, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) (rappreżentanti: D. Storti, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2011.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
M. Solberg għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/26 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-58/13)
2013/C 352/51
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Mansullo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jikseb il-kumpens għad-danni mġarrba minħabba allegat ksur tad-dritt tiegħu għal kunfidenzjalità kkawżat mill-konvenuta meta bagħtet ittra li tikkonċerna s-sitwazzjoni tiegħu lil avukat li ma kienx qiegħed jirrappreżentah.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla ċ-ċaħda, tkun f’liema forma tkun, tat-talba tad-9 ta’ Marzu 2012, trażmessa mir-rikorrent lill-Kummissjoni, li jrċevitha b’mod regolari; |
|
— |
tannulla n-nota tat-28 ta’ Ġunju 2012; |
|
— |
tannulla ċ-ċaħda, tkun f’liema forma tkun, tal-ilment tas-26 ta’ Settembru 2012, ippreżentat kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tad-9 ta’ Marzu 2012, trażmessa mir-rikorrent lill-Kummissjoni, li jrċevitha b’mod regolari; |
|
— |
sa fejn ikun meħtieġ, tannulla n-nota tal-1 ta’ Frar 2013; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tirrimborsa lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000, flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma b’rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mid-9 ta’ Marzu 2012 u sal-ħlas effettiv tal-imsemmija somma; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/26 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-62/13)
2013/C 352/52
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Mansullo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament taż-żamma ta’ EUR 500 u ta’ ħames darbiet is-somma ta’ EUR 504,67 mill-allowance tal-invalidità tar-rikorrent għax-xhur ta’ Lulju sa Diċembru 2012.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni, inkluża fir-rendikont tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Lulju 2012, li jinżammu EUR 500 mill-allowance tal-invalidità li għaliha r-rikorrent kellu dritt għax-xahar iċċitat iktar ’il fuq; |
|
— |
jannulla d-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikonti tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xhur ta’ Awwissu sa Diċembru 2012, li jinżammu EUR 504,67 mill-allowance tal-invalidità li għaliha r-rikorrent kellu dritt għax-xhur iċċitati iktar ’il fuq; |
|
— |
sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjonijiet, irrispettivament mill-forma tagħhom, li jiċħdu l-ilmenti tal-15 ta’ Ottubru 2012 u tal-15 ta’ Jannar 2013, imressqa kontra d-deċiżjonijiet iċċitati iktar ’il fuq; |
|
— |
jannulla n-nota tas-6 ta’ Frar 2013, kif ukoll id-dokument anness magħha u l-kopja tan-nota tat-3 ta’ Awwissu 2012, li allegatament ħarġet mill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Pagament tal-Intitolamenti Individwali tal-Kummissjoni; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni tirrimborsa lir-rikorrent is-somom li ġejjin: (1) EUR 500 flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-jum li fih isir il-ħlas effettiv; (2) EUR 504,67 flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-1 ta’ Settembru 2012 sal-jum li fih isir il-ħlas effettiv; (3) EUR 504,67 flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-1 ta’ Ottubru 2012 sal-jum li fih isir il-ħlas effettiv; (4) EUR 504,67 flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-1 ta’ Novembru 2012 sal-jum li fih isir il-ħlas effettiv; (5) EUR 504,67 flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-1 ta’ Diċembru 2012 sal-jum li fih isir il-ħlas effettiv; (6) EUR 504,67 flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-jum li fih isir il-ħlas effettiv; |
|
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/27 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 — ZZ vs Europol
(Kawża F-77/13)
2013/C 352/53
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: W. Brouwer, avukat)
Konvenuta: Europol
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tiffissa l-interessi li għandhom jitħallsu fuq l-ammont imħallas għal inkapaċità totali għax-xogħol wara żewġ inċidenti li rriżultaw matul żewġ vjaġġi mwettqa waqt is-servizz u l-ħlas ta’ danni u interessi għad-dannu allegatament subit.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Ottubru 2012, flimkien ma’ dik tat-13 ta’ Marzu 2012 u dik tat-18 ta’ Diċembru 2012, rispettivament; |
|
— |
jannulla d-deċiżjoni impliċita tal-10 ta’ Mejju 2013 ta’ ċaħda tal-ilment tal-10 ta’ Jannar 2013; |
|
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-interessi dovuti minnha fuq l-ammont ta’ EUR 170 074,39 imħallas lir-rikorrent fl-14 ta’ Mejju 2013, jiġifieri:
|
|
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’:
|
|
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-onorarji tal-mandatarju. |
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/28 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — ZZ et vs L-Aġenżija Ferrovjarja Ewropea (ERA)
(Kawża F-95/13)
2013/C 352/54
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, u E. Marchal, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti bħala membri tal-persunal temporanju għal żmien determinat ma jiġix klassifikat mill-ġdid bħala kuntratt ta’ impjieg għal żmien indeterminat.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrenti, tal-20 ta’ Diċembru 2012, intiża għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt ta’ impjieg tagħhom ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien definit fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, bħala kuntratt ta’ impjieg għal żmien indeterminat skont l-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg fid-data ta’ dħul fis-seħħ effettiv tagħhom; |
|
— |
jikkundanna lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għall-ispejjeż. |