ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CE2013.349.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 349E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
29 ta' Novembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2012–2013
Dati tas-seduti: 3–5 ta' Lulju 2012
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 316 E, 19.10.2012.
TESTI ADOTTATI

 

It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012

2013/C 349E/01

Evoluzzjoni tal-Istrateġiji Makroreġjonali tal-UE: Prassi Attwali u Prospettivi Futuri, b'mod partikolari fil-Mediterran
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-evoluzzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE: Prassi attwali u prospettivi futuri, b’mod partikolari fil-Mediterran (2011/2179(INI))

1

2013/C 349E/02

L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma, qabel l-adozzjoni ta' approċċ globali neċessarju għall-isfidi Ewropej rigward l-ilma (2011/2297(INI))

9

2013/C 349E/03

eCall: servizz ġdid "112" għaċ-ċittadini
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 ecall: servizz ġdid "112" għaċ-ċittadini (2012/2056(INI))

19

2013/C 349E/04

L-attrazzjoni tal-investiment fl-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-attrazzjoni tal-investimenti fl-Ewropa (2011/2288(INI))

27

2013/C 349E/05

Aspetti kummerċjali tas-sħubija tal-Lvant
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-aspetti kummerċjali tas-Sħubija tal-Lvant (2011/2306(INI))

38

 

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012

2013/C 349E/06

Baġit 2013 - Mandat għat-Trilogu
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013 (2012/2016(BUD))

48

2013/C 349E/07

L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015 (2012/2043(INI))

62

2013/C 349E/08

L-istabbiliment ta' qafas legali tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-istabbiliment ta' qafas legali tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq (2012/2670(RSP))

71

2013/C 349E/09

Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (28-29 ta' Ġunju 2012)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (28-29 ta' Ġunju 2012) (2011/2923(RSP))

72

2013/C 349E/10

L-aċċess għal Servizzi Bankarji Bażiċi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Aċċess għas-Servizzi Bankarji Bażiċi (2012/2055(INI))

74

ANNESS GĦALL-RIŻOLUZZJONI:

77

 

Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012

2013/C 349E/11

Il-politika tal-UE dwar ix-Xatt tal-Punent u Ġerusalemm tal-Lvant
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-politika tal-UE dwar ix-Xatt tal-Punent u l-Ġerusalemm tal-Lvant (2012/2694(RSP))

82

2013/C 349E/12

Il-vjolenza kontra l-leżbjani u d-drittijiet tal-persuni LGBT fl-Afrika
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-vjolenza kontra l-leżbjani u d-drittijiet tal-persuni LGBT fl-Afrika (2012/2701(RSP))

88

2013/C 349E/13

Il-libertà tal-espressjoni fil-Bjelorussja, b'mod partikolari l-każ ta' Andrzej Poczobut
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-libertà tal-espressjoni fil-Bjelorussja, b'mod partikolari l-każ ta' Andrzej Poczobut (2012/2702(RSP))

93

2013/C 349E/14

L-iskandlu tal-abort sfurzat fiċ-Ċina
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-iskandlu tal-abort sfurzat fiċ-Ċina (2012/2712(RSP))

98

2013/C 349E/15

L-edukazzjoni dwar l-iżvilupp u ċ-ċittadinanza globali attiva
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-edukazzjoni dwar l-iżvilupp u ċ-ċittadinanza globali attiva

99

2013/C 349E/16

It-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-Ġelat Artiġjanali
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar it-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-Ġelat Artiġjanali

100

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012

2013/C 349E/17

Firem elettroniċi ta' emendi (interpretazzjoni tal-Artikoli 156, paragrafu 1, t-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proġett pilota li jippermetti il-firem eletroniċi tal-emendi mill-Kumitati (interpretazzjoni tal-Artikoli 156, paragrafu 1, t-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura)

101

 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012

2013/C 349E/18

Assigurazzjoni u Riassigurazzjoni (Solvenza II) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) rigward id-dati tat-traspożizzjoni tagħha u l-applikazzjoni u d-data tar-revoka ta' ċerti Direttivi (COM(2012)0217 – C7-0125/2012 – 2012/0110(COD))

102

P7_TC1-COD(2012)0110Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Lulju bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvibbiltà II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta' ċerti Direttivi

103

2013/C 349E/19

L-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li timmodifika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (COM(2012)0061 – C7-0054/2012 – 2012/0024(CNS))

103

2013/C 349E/20

Zona ferrovjarja unika Ewropea ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) (18581/2/2011 – C7-0268/2010 – 2010/0253(COD))

104

P7_TC2-COD(2010)0253Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-3 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni)

105

2013/C 349E/21

Reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2011)0451 – C7-0205/2011 – 2011/0196(COD))

105

P7_TC1-COD(2011)0196Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

106

2013/C 349E/22

L-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (COM(2011)0285 – C7-0139/2011 – 2011/0137(COD))

148

P7_TC1-COD(2011)0137Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

148

 

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012

2013/C 349E/23

Regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (COM(2010)0539 – C7-0294/2010 – 2010/0267(COD))

180

P7_TC1-COD(2010)0267Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa

181

2013/C 349E/24

Appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (COM(2010)0537 – C7-0295/2010 – 2010/0266(COD))

215

P7_TC1-COD(2010)0266Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

216

2013/C 349E/25

Organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (COM(2010)0799 – C7–0008/2011 – 2010/0385(COD))

231

P7_TC1-COD(2010)0385Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika)

232

ANNESS I

425

ANNESS II

448

ANNESS III

449

ANNESS IV

455

ANNESS V

457

ANNESS VI

460

ANNESS VII

461

ANNESS VIII

463

ANNESS IX

464

ANNESS X

465

ANNESS XI

466

ANNESS XII

466

Appendiċi għall-Anness XII (imsemmi fil-Parti II)

481

ANNESS XIII

484

ANNESS XIV

488

ANNESS XV

489

ANNESS XVI

490

ANNESS XVII

490

ANNESS XVIII

503

ANNESS XIX

504

ANNESS XX

504

2013/C 349E/26

Il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008 (COM(2010)0745 – C7-0429/2010 – 2010/0365(COD))

519

P7_TC1-COD(2010)0365Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008

520

2013/C 349E/27

Il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi (COM(2010)0759 – C7-0001/2011 – 2010/0364(COD))

533

P7_TC1-COD(2010)0364Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi

533

2013/C 349E/28

Is-sistema ta' finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (COM(2010)0761 – C7-0002/2011 – 2010/0366(COD))

545

P7_TC1-COD(2010)0366Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija

546

 

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012

2013/C 349E/29

Ftehim UE-Russja fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni attwali bejn l-UE u r-Russja (16815/2011 – C7-0522/2011 – 2011/0328(NLE))

550

2013/C 349E/30

Ftehim UE-Russja dwar il-kummerċ ta' partijiet u komponenti ta' vetturi bil-mutur ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta' partijiet u komponenti ta' vetturi bil-mutur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa (16806/2011 – C7-0517/2011 – 2011/0324(NLE))

550

2013/C 349E/31

Ftehim UE-Russja dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda mill-Federazzjoni Russa ta' dazji talesportazzjoni fuq il-materja prima ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta' dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima (16827/2011 – C7-0520/2011 – 2011/0332(NLE))

551

2013/C 349E/32

Il-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Messiku, il-Marokk, New Zealand, Singapor, l-Isvizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, l-Istati Uniti tal-Messiku, ir-Renju tal-Marokk, New Zealand, ir-Repubblika ta’ Singapor, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika (12195/2011 – C7-0027/2012 – 2011/0167(NLE))

552

2013/C 349E/33

Pagamenti diretti lill-bdiewa (2013) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 dwar l-applikazzjoni ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa fir-rigward tas-sena 2013 (COM(2011)0630 – C7-0337/2011 – 2011/0286(COD))

553

P7_TC1-COD(2011)0286Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 dwar l-applikazzjoni tal-pagamenti diretti lill-bdiewa fir-rigward tas-sena 2013

554

 

Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012

2013/C 349E/34

Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Anness I tiegħu (02074/2011 – C7-0090/2011 – 2011/0901A(COD))

555

P7_TC1-COD(2011)0901APożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Anness I tiegħu

556

2013/C 349E/35

Imħallfin ad interim tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imħallfin ad interim tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea (01923/2011 – C7-0091/2011 – 2011/0902(COD))

556

P7_TC1-COD(2011)0902Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

557

2013/C 349E/36

Għajnuna finanzjarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija (COM(2011)0659 – C7-0372/2011 – 2011/0301(COD))

557

P7_TC1-COD(2011)0301Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija

558

2013/C 349E/37

Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2012: il-bilanċ favorevoli mis-sena finanzjarja 2011
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni (11113/2012 – C7-0147/2012 – 2012/2071(BUD))

558

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2012–2013 Dati tas-seduti: 3–5 ta' Lulju 2012 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 316 E, 19.10.2012. TESTI ADOTTATI

It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012

29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/1


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
Evoluzzjoni tal-Istrateġiji Makroreġjonali tal-UE: Prassi Attwali u Prospettivi Futuri, b'mod partikolari fil-Mediterran

P7_TA(2012)0269

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-evoluzzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE: Prassi attwali u prospettivi futuri, b’mod partikolari fil-Mediterran (2011/2179(INI))

2013/C 349 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Programm Operazzjonali MED 2007-2013 adottat mill-Kummissjoni f’Diċembru 2007,

wara li kkunsidra l-Programm ENPI ta' kooperazzjoni transkonfinali "Baċir Marittimu tal-Mediterran" 2007-2013, adottat mill-Kummissjoni fl-14 ta' Awwissu 2008,

wara li kkunsidra l-Pjan Strateġiku tal-Arco Latino 2010-2015 “Mediterran Strutturat u innovattiv”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u r-rwol tal-makroreġjuni fil-politika ta’ koeżjoni tal-ġejjieni (1),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-istrateġija Ewropea għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni muntanjużi, tal-gżejjer u ta’ żoni li fihom ma tantx jgħixu nies (2),

wara li kkunsidra l-ħames rapport tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: Il-futur tal-politika tal-koeżjoni (Il-ħames rapport dwar il-koeżjoni) (COM(2010)0642),

wara li kkunsidra l-komunuikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 dwar l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tad-Danubju (COM(2010)0715) u l-pjan ta’ azzjoni indikattiv li jakkompanja l-istrateġija (SEC(2009)0712),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni għar-reġjun tad-Danubju (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-ARLEM tad-29 ta’ Jannar 2011 dwar id-dimensjoni territorjali tal-Unjoni għall-Mediterran – rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Id-Dimensjoni tan-Nofsinhar (4),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2011 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (COM(2011)0381),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-għan 3: sfida għall-kooperazzjoni territorjali – l-aġenda futura tal-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali (5),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ġunju 2011 li japprovaw l-Istrateġija Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju u li jistiednu lill-Istati Membri biex ikomplu x-xogħolijiet, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, dwar strateġiji makroreġjonali futuri possibbli, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna r-reġjun tal-Adrijatiku u l-Jonju,

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Ottubru 2011 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' “Kooperazzjoni territorjali Ewropea” (COM(2011)0611),

wara li kkunsidra l-opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar kooperazzjoni territorjali fil-baċir tal-Mediterran permezz tal-makroreġjun tal-Adrijatiku ul-Jonju, adottata b’mod unanimu fis-sessjoni plenarja tal-Kumitat tar-Reġjuni fil-11 ta’ Ottubru 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali mill-president tal-Forum Interistituzzjonali li saret f'Katanja fl-10 ta' Diċembru 2011 dwar ‘Uċuħ familjari u uċuh ġodda f’Mediterran li dejjem jevolvi: ir-rwol tal-poplu, ir-reġjuni u l-korpi lokali, il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet sopranazzjonali fi strateġija ta' għaqda intrinsika’,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (6),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2012 dwar it-twaqqif tal-Patt tal-Gżejjer bħala inizjattiva Ewropea uffiċjali (7), fl-applikazzjoni tal-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2012 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (COM(2012)0128),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Belgrad, approvata waqt l-14-il laqgħa tal-Kunsill Adrijatiku u Jonju fit-30 ta’ April 2012,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata ‘Niżviluppaw Strateġija Marittima għaż-Żona tal-Oċean Atlantiku’ (COM(2011)0782),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0219/2012),

A.

billi l-istrateġija makroreġjonali għall-Baħar Baltiku ġiet validata fl-2009 u li l-Kummissjoni (ir-rapport tat-22 ta’ Ġunju 2011 – COM(2011)0381) enfasizza ‘il-valur ta’ [dan] il-metodu ġdid ta’ kooperazzjoni’;

B.

billi fit-13 ta’ April 2011 (8) il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni ‘biex tieħu rwol ta' tmexxija fil-koordinazzjoni strateġika’ tal-istrateġija makro-reġjonali għad-Danubju;

C.

billi l-istrateġija makro-reġjonali timmira li tiftaħ qasam ġdid għall-politika tal-koeżjoni fl-Ewropa, bil-għan ta’ żvilupp fuq bażi territorjali;

D.

billi l-linja tal-baġit ‘assistenza teknika favur il-Baħar Baltiku’ vvutata fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew matul l-adozzjoni tal-baġit 2011 tal-Unjoni wriet l-interess ta’ tali krediti għall-iżvilupp tajjeb ta’ strateġija makroreġjonali;

E.

billi l-Kummissjoni qed tipproponi li l-fergħa transnazzjonali tal-politika ta’ kooperazzjoni territorjali għandha tittejjeb biex tappoġġa politiki makroreġjonali ulterjuri (COM(2010)0642);

F.

billi diversi proġetti makro-reġjonali waslu fi stadju avvanzat, u billi l-Kummissjoni, fil-kapaċità tagħha bħala koordinatur, għandha tgħin l-istabbiliment ta’ governanza sostenibbli u tal-kriterji komuni u ta’ indikaturi li jistgħu jitkejlu biex tkun valutata r-rilevanza tagħhom;

G.

billi l-Mediterran kellu rwol ġeopolitiku ewlieni fl-istorja tal-Ewropa;

H.

billi r-‘Rebbiegħa Għarbija’ enfasizzat il-potenzjal strateġiku tar-rabtiet ġeografiċi, politiċi u ekonomiċi bejn iż-żewġ naħat tal-Mediterran;

I.

jinnota s-suċċess tal-kooperazzjoni fil-qafas tal-Proċess ta' Barċellona u l-Unjoni għall-Mediterran u l-inizjattivi ta' kooperazzjoni multilaterali u bilaterali meħuda taħt strumenti tal-UE u programmi bħall-MED u l-ENPI fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat;

J.

jinnota l-iżvilupp attwali tal-Unjoni għall-Mediterran u minħabba li l-potenzjal tagħha bħala katalista tar-reġjun se jikber;

K.

billi strateġija makroreġjonali tippermetti li jiġi definit proġett ġenerali f’dan l-ispazju essenzjali għall-futur tal-Unjoni, sabiex din toħroġ mill-kriżi attwali u tirrispondi għall-aspettattivi tal-viċinat kollu tagħha, partikolarment dawk tal-popli tan-Nofsinhar;

L.

billi l-ispazju tal-Mediterran huwa wieħed koerenti, li jifforma baċir wieħed kulturali u ambjentali u li jikkondividi karatteristiċi u prijoritajiet komuni numerużi minħabba ‘l-klima Mediterranja’: l-istess għelejjel, riżorsi tal-enerġija rinnovabbli abbundanti, b’mod partikolari l-enerġija solari, l-importanza tat-turiżmu, l-istess riskji fir-rigward ta’ katastrofi naturali (nirien, għargħar, terremoti, nuqqas fir-riżorsa tal-ilma), u l-istess riskji fir-rigward tal-attività umana, b’mod partikolari t-tniġġis tal-baħar;

M.

billi l-Mediterran huwa żona vasta ħafna li tifrex mil-Lvant għall-Punent fuq madwar 4 000 km, b’diversi gżejjer u b’territorji li għandhom fruntieri marittimi u tal-art mat-Tramuntana tal-Afrika, u billi li jaqbel li ssir promozzjoni ta' netwerk vast ta' rotot fuq il-baħar li jippermettu l-iżvilupp tal-iskambji filwaqt li jnaqqas l-impatt tas-CO2 tagħhom;

N.

billi, minkejja l-Artikolu 174 tat-TFUE, l-istituzzjonijiet Ewropej għadhom ma adottawx strateġija permanenti li tqis il-bżonnijiet speċifiċi tal-gżejjer, u billi l-aċċessibilità sħiħa tar-reġjuni insulari tal-Mediterran u l-integrazzjoni aqwa tagħhom fis-suq uniku Ewropew jistgħu ikunu ggarantiti bl-aħjar mod permezz tal-allokazzjoni ta' riżorsi xierqa u l-adozzjoni ta' approċċ integrat fir-rigward tal-kwistjoni tal-insularità, filwaqt li jkunu rikonoxxuti l-iżvantaġġ strutturali li jiffaċċjaw il-popolazzjonijiet tal-gżejjer fl-oqsma tat-trasport u l-enerġija;

O.

billi l-proposta ta’ strateġija makroreġjonali tal-Adrijatiku-Jonju miexja ’l quddiem, u qed tissawwar fil-kuntest ta' kooperazzjoni u solidarjetà li ilha għaddejja f'territorju kontigwi madwar il-baħar Adrijatiku u Jonju, u appoġġjat mit-tmien Istati parteċipanti tal-Inizjattiva tal-Adrijatiku-Jonju (AII), kif jidher ripetutament fid-dikjarazzjonijiet magħmula mit-tmien ministri tal-affarijiet barranin li ffirmaw l-Inizjattiva f’Ancona (2010), Brussell (2011) u Belgrad (2012);

P.

billi kien hemm laqgħat ma' diversi reġjuni involuti, mal-Unjoni għall-Mediterran u mad-diversi korpi involuti fil-politika ta’ kooperazzjoni territorjali tal-Ewropea Unjoni, bħala parti mill-proċess ta' abbozzar ta’ dan ir-rapport;

Dwar l-istrateġiji makroreġjonali b’mod ġenerali

1.

Japprova l-approċċ makroreġjonali għall-politiki ta' kooperazzjoni territorjali bejn territorji li jappartjenu għal żona ta’ servizzi u ħidma: żona marittima, medda ta’ muntanji jew baċir ta’ xmara; jemmen li l-istrateġiji makroreġjonali fetħu kapitlu ġdid fil-kooperazzjoni territorjali Ewropea billi applikaw approċċ minn isfel għal fuq u firxu l-kooperazzjoni għal aktar u aktar oqsma permezz ta’ użu aħjar tar-riżorsi disponibbli; jirrakkomanda li, fid-dawl tal-valur miżjud Ewropew ċar tagħhom, l-istrateġiji makroreġjonali għandhom jirċievu aktar attenzjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, li se tissaħħaħ mill-2013;

2.

Iqis li dan it-tip ta’ strateġija ta’ kooperazzjoni territorjali jista’ jkun utli partikolarment meta dawn it-territorji kienu mifruda storikament permezz ta’ fruntieri, u jista’ jsaħħaħ l-integrazzjoni ta’ Stati Membri ġodda u r-reġjuni tagħhom;

3.

Iqis li l-vista globali li tipprovdi strateġija makro-reġjonali tagħmel il-proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali u l-REKT aktar ta’ benefiċċju, u li b’hekk ser jissaħħu s-sinerġiji mal-istrateġiji ewlenin tal-UE bħan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport jew il-Politika Marittima Integrata; iqis ukoll li tkun aktar faċli l-implikazzjoni tal-għodod l-oħra tal-politika Ewropea, bħal dawk proposti mill-BEI; iqis li dawn l-istrateġiji itejbu l-koordinazzjoni tal-politiki Ewropej fil-livell transnazzjonali u interreġjonali;

4.

Jirrakkomanda li l-istrateġiji makroreġjonali jkunu bbażati fuq il-governanza f'diversi livelli, filwaqt li jkun żgurat l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-akbar numru possibbli ta’ sħab u ta’ partijiet interessati, bħalma huma r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka, kemm fit-tfassil kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali sabiex tiżdied l-approprjazzjoni tagħhom fil-livell lokali u reġjonali;

5.

Jenfasizza li l-makroreġjuni huma qafas favorevoli għall-involviment tal-atturi politiċi lokali kif ukoll tal-atturi mhux governattivi, peress li dawn ir-reġjuni jrawwmu l-iżvilupp ta’ sistemi ta' koordinazzjoni effikaċi li jiffavorixxu l-approċċi minn isfel għal fuq, bil-għan li jiżguraw l-involviment ġenwin tas-soċjetà ċivili fit-teħid ta' deżjonijiet politiċi, u l-ħolqien ta’ sinerġija tal-inizjattivi eżistenti sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi u jitlaqqgħu l-atturi involuti;

6.

Iqis li l-istrateġija makroreġjonali tista’ tagħmel il-politiki tal-viċinat u/jew ta’ qabel l-adeżjoni tal-Unjoni aktar effettivi;

Dwar l-istrateġiji makroreġjonali attwali

7.

Jilqa’ l-evidenza li l-istrateġija makroreġjonali għall-Baħar Baltiku hi ta’ benefiċċju kbir għall-Ewropa; l-istrateġija fasslet pjan ta’ azzjoni bi prijoritajiet identifikati biċ-ċar, u hi approvata mill-Kunsill, appoġġata mill-Kummissjoni u kondiviża mill-partijiet konċernati nazzjonali, reġjonali u lokali kollha;

8.

Jitlob li din l-istrateġija tkun is-suġġett ta’ valutazzjoni kompluta abbażi ta' kriterji oġġettivi u ta' indikaturi li jistgħu jitkejlu għal kull wieħed minn dawn l-oqsma ta' prijorità;

9.

Iqis li huwa neċessarju, sabiex ikun żgurat is-suċċess sħiħ ta’ din l-istrateġija, li tinżamm l-istruttura tal-governanza fuq medda ta’ żmien twila, tiġi estiża biex tinkludi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, billi tiġi inkluża fil-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014-2020;

10.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jappoġġjaw bis-sħiħ l-approċċ użat għall-baċir tad-Danubju li, wkoll għandu jiġi evalwat u monitorjat b’mod regolari;

Dwar l-istrateġiji makroreġjonali tal-futur

11.

Jissuġġerixxi lill-Kummissjoni tikkoordina proċess ta’ konsultazzjoni u djalogu għall-istrateġiji makroreġjonali tal-ġejjieni; iqis li għandhom jiġu identifikati l-oqsma ta’ prijorità abbażi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni jew tal-ħtieġa li tiġi msaħħa l-kooperazzjoni eżistenti bejn it-territorji Ewropej li jappartjenu għal Stati Membri differenti, imma li jipparteċipaw fl-istess żona ta’ servizzi u ħidma; iqis li dan id-djalogu għandu jwassal għal żvilupp ta’ “karta proġettata tal-makroreġjuni Ewropej”, fil-parti l-kbira mfassla mal-Istati Membri u r-reġjuni konċernati, li ma tkunx vinkolanti u li tkun tista’ tinbidel skont id-dinamika lokali;

12.

Hu tal-fehma li l-istrateġiji makroreġjonali jeħtieġu allinjament aħjar tal-finanzjament, użu aktar effiċjneti tar-riżorsi eżistenti u koordinazzjoni tal-istrumenti; iqis li, għalkemm strateġiji bħal dawn ma jeħtiġux aktar finanzjament, strumenti istituzzjonali jew regolamentazzjoni, il-finanzjament għall-monitoraġġ tagħhom – fil-forma ta' approprjazzjonijiet ta' assistenza teknika u approprjazzjonijiet għall-evalwazzjoni preliminari u l-ġbir tad-data – u għal kull stabbiliment ta’ negozju huwa ġustifikat, u li l-istrateġija makroreġjonali għandha tippromwovi proġetti strutturali, filwaqt li tqis il-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jikkunsidraw l-istrateġiji makroreġjonali tal-UE meta jiddeċiedu dwar pakketti baġitarji bħall-fondi ta’ koeżjoni u l-fondi strutturali, ir-riċerka u l-iżvilupp, u b’mod partikolari l-kooperazzjoni reġjonali;

14.

Jitlob għall-introduzzjoni ta’ allokazzjoni vinkolanti tal-programmi operazzjonali sabiex jikkonċentraw fuq il-prijoritajiet tal-istrateġiji makroreġjonali biex jiżguraw l-aħjar koordinazzjoni possibbli tal-objettivi u tal-mezzi;

Prospetti fil-Mediterran

15.

Jappoġġja t-twaqqif ta’ strateġija makroreġjonali għall-baċir tal-Mediterran biex jiġi offrut pjan ta’ azzjoni ħalli jiġu indirizzati l-isfidi komuni u problematiċi li qed jiffaċċjaw il-pajjiżi u r-reġjuni tal-Mediterran u sabiex tingħata struttura lil din iż-żona li hi kruċjali għall-iżvilupp u l-integrazzjoni tal-Ewropa, u jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jaġixxu malajr fuq dan il-kwistjoni;

16.

Hu tal-fehma li strateġija makroreġjonali Mediterranja li tinvolvi lill-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet reġjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-NGOs tal-parti Ewropea tal-baċir tal-Mediterran u l-Unjoni għall-Mediterran, u li miftuħa għall-pajjiżi tal-viċinat u/jew pajjiżi fil-fażi ta’ qabel l-adeżjoni, tista’ ttejjeb b’mod sinifikanti l-kooperazzjoni territorjali f’din iż-żona f’termini politiċi u operattivi; jenfasizza l-importanza li jittieħed vantaġġ tal-esperjenza, ir-riżorsi eżistenti u l-kisbiet tal-organizzazzjonijiet reġjonali eżistenti;

17.

Jenfasizza li makroreġjun Mediterranju jista’ jiżgura li l-programmi differenti tal-UE dwar il-Mediterran jikkumplimentaw lil xulxin u li l-finanzjament eżistenti jintuża bl-iktar mod effiċjenti possibli, u li jista' jġib miegħu valur reali miżjud għall-proġetti konkreti għall-Mediterran imwettqa mill-Unjoni u jinvolvi l-pajjiżi terzi u r-reġjuni relevanti meta jiddefinixxi l-istrateġija, billi juża l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija għal dan il-għan, dejjem b’konformità stretta mal-istat tad-dritt u fuq il-bażi tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u d-demokrazija, filwaqt li jippromwovi, fejn meħtieġ, il-prinċipju ta' 'iktar għal iktar';

18.

Jenfasizza l-importanza tal-Mediterran bħala żona ta' kooperazzjoni diċentralizzata, li tmur lil hinn fruntieri ġeografiċi stretti, għat-tisħiħ tat-teħid ta' deċiżjonijiet transreġjonali u l-kondiviżjoni tal-prassi tajbin, fil-qasam b'mod partikolari tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt, tal-ekoloġija, tal-iżvilupp ekonomiku kif ukoll tas-sħubijiet kulturali, ta' riċerka, edukattivi, taż-żgħażagħ u tal-isport; jenfasizza l-importanza speċifika tal-edukazzjoni bħala katalist għat-tranżizzjoni demokratika;

19.

Iqis li l-makroreġjun Mediterranju jrid jiżviluppa b’mod konformi mal-istandards internazzjonali dwar id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali;

20.

Iħeġġeġ lill-Kunsill isegwi l-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Ġunju 2011 u jqis ir-rieda li wrew it-territorji konċernati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fir-rigward tal-istrateġija makroreġjonali tal-Adrijatiku-Jonju, ir-rabtiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-inizjattivi meħuda, billi jadottaw din l-istrateġija fix-xhur li ġejjin, biex iwettqu l-ewwel pass lejn strateġija makroreġjonali Mediterranja;

21.

Jenfasizza li l-istrateġija makroreġjonali Adrijatiku-Jonju tikkostitwixxi fatur sinifikanti ta’ rikonċiljazzjoni bejn it-territorji tal-Balkani tal-Punent u tista’ għalhekk tikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi fl-UE;

22.

Jixtieq li fil-Punent tal-Mediterran u fil-Lvant tal-Mediterran jitfasslu wkoll strateġiji makroreġjonali li jgħaqqdu komponent marittimu importanti u li jikkunsidraw il-punti speċifiċi tal-bosta territorji tal-kosta u gżejjer tal-Mediterran u l-bżonnijiet għall-iżvilupp tagħhom; jemmen li strateġiji futuri bħal dawn għandhom jagħtu aktar kas għall-ħarsien tal-ambjent, il-bijodiversità u t-turiżmu sostenibbli;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta l-Artikolu 174 TFUE ġenwinament permezz ta' pjan strateġiku, bil-ħsieb li jingħelbu l-iżvantaġġi strutturali ta' territorji gżejjer u jkunu żgurati l-kundizzjonijiet għal tkabbir ekonomiku u koeżjoni soċjali u territorjali effettiva; jenfasizza li jeħtieġ tingħata attenzjoni partikolari lill-iżgurar tal-aċċessibilità sħiħa u l-kontinwità territorjali ta' dawn it-territorji mal-kontinent, permezz ta' finanzjament xieraq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tadotta miżuri, bħal żieda fl-ammont massimu tal-għajnuna de minimis għall-gżejjer, b'referenza speċjali għall-agrikoltura, it-trasport u s-sajd, li jikkontribwixxu biex territorji gżejjer ikunu kompetittivi daqs it-territorji kontinentali sabiex titnaqqas id-differenza bejn il-livelli differenti ta' żvilupp fost ir-reġjuni Ewropej u tkun żgurata l-integrazzjoni effettiva tagħhom fis-suq uniku;

24.

Jittama li l-Kummissjoni se tieħu pożizzjoni pożittiva lejn id-dimensjoni insulari tal-istrateġija makroreġjonali Mediterranja, b’mod partikolari meta tqis l-għajnuna statali li tikkostitwixxi kumpens leġittimu għall-iżvantaġġi tal-insularità u meta l-politika ta’ koeżjoni u l-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni jiġu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-gżejjer biex tiżdied l-integrazzjoni tagħhom fl-Ewropa kontinentali;

25.

Jenfasizza l-importanza tal-industriji kulturali u kreattiva bħala pilastru fundamentali għall-iżvilupp u l-ħolqien tal-impjiegi fir-reġjuni gżejjer;

26.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddetermina liema strumenti huma meħtieġa għall-valutazzjoni u t-tnedija ta' inizjattivi makroreġjonali ġodda fil-Mediterran tal-Punent u tal-Lvant, bħal pereżempju proġetti pilota;

27.

Jenfasizza li l-oqsma ewlenin ta’ intervent għal makroreġjun Mediterranju għandhom ikunu mmirati fuq il-livelli sottoreġjonali xierqa għall-kooperazzjoni fuq proġetti speċifiċi u għandhom jinkludu n-netwerks tal-enerġija, il-kooperazzjoni xjentifika u l-innovazzjoni, in-netwerks għall-kultura, l-edukazzjoni u t-taħriġ, it-turiżmu, il-kummerċ, il-ħarsien tal-ambjent, it-trasport marittimu sostenibbli, is-sigurtà u s-sikurezza marittima u l-protezzjoni tal-ambjent marittimu kontra t-tniġġis, is-sajd żejjed u s-sajd illegali permezz tal-ħolqien ta’ netwerk integrat ta’ sistemi ta’ rappurtar u sorveljanza għal attivitajiet marittimi, it-tisħiħ tal-governanza tajba u l-amministrazzjoni pubblika effettiva, sabiex jitrawwem il-ħolqien tal-impjiegi;

28.

Iqis li l-koordinazzjoni ta’ dawn it-tliet strateġiji makroreġjonali – il-Punent tal-Mediterran, ir-reġjun Adrijatiku-Jonjiku u l-Lvant tal-Mediterran – għandha tippermetti li titwettaq politika globali għall-baċir kollu tal-Mediterran, f’sinerġija mal-prijoritajiet definiti mill-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, u b’mod partikolari dawk definiti mill-Unjoni għall-Mediterran, u l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki li jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE ta’ tkabbir ekonomiku intelliġenti u sostenibbli;

29.

Iqis li hija ħaġa importanti, speċjalment wara l-avvenimenti tar-Rebbiegħa Għarbija, li l-makroreġjun il-ġdid jikkontribwixxi għad-definizzjoni ta’ strateġija ġdida ma' pajjiżi terzi għall-ġestjoni tajba tal-flussi tal-immigrazzjoni u għall-benefiċċji reċiproċi tal-mobilità miżjuda, imsejsa fuq il-ġlieda kontra l-faqar u t-trawwim tal-impjiegi u l-kummerċ ġust, biex b’hekk jingħata kontribut għall-istabbiltà tal-makroreġjun;

30.

Iqis li minħabba li t-territorji Mediterranji tal-UE jikkondividu l-fruntieri tal-baħar u tal-art mal-Afrika ta’ Fuq, strateġija makroreġjonali tista’ tagħti spinta lid-dimensjoni tan-Nofsinhar tal-Politika tal-Viċinat tal-UE, filwaqt li tittieħed dimensjoni reġjonali konkreta li tiggarantixxi ġestjoni akbar tal-flussi migratorji u tħalli impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tal-ekonomiji tal-pajjiżi kkonċernati;

31.

Iqis li strateġija makroreġjonali fil-Mediterran għandha tikkoordina l-fondi Ewropej eżistenti, b’mod partikolari dawk tal-politika tal-viċinat, tal-politika ta’ koeżjoni u tal-kooperazzjoni territorjali, sabiex jiġu implimentati proġetti intiżi biex jiffaċċaw sfidi komuni, bħall-ħarsien u l-iżvilupp tal-wirt kulturali Ewro-Mediterranju; ifakkar fl-importanza ta’ politika tal-viċinat koordinata u bbilanċjata għan-Nofsinhar u fl-eliġibbiltà tal-proġetti kulturali għall-finanzjamenti tal-FEŻR biex ikunu ffaċċati dawn l-isfidi;

32.

Jenfasizza l-importanza ta’ industriji kreattivi u kulturali u jqis li dan is-settur tal-ekonomija se jkollu rwol dejjem iktar importanti fit-tkabbir ekonomiku u l-impjieg fir-reġjun; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ skambju kulturali u akkademiċi, kif ukoll għat-tisħiħ tar-rabtiet kulturali u tat-turiżmu stabbli;

33.

Jikkunsidra li t-turiżmu kulturali jista’ jkollu impatt partikolari fuq ir-reġjun tal-Mediterran, kemm mill-perspettiva ekonomika u bħala fattur tal-għarfien reċiproku u l-ftehim interkulturali;

34.

Jenfasizza li l-makroreġjun Mediterranju jiffavorixxi d-djalogu interkulturali u l-arrikkiment tal-wirt kulturali komuni tal-Unjoni Ewropea, jimmobilizza s-soċjetà ċivili u, għalhekk, jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tal-popli Mediterranji fil-programmi kulturali u edukattivi tal-UE;

35.

Ifakkar fir-rwol fundamentali li taqdi l-edukazzjoni fid-demokrazija u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, kif ukoll fl-importanza tat-taħriġ professjonali fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ;

36.

Jenfasizza, fil-kuntest tal-makroreġjun Mediterranju u filwaqt li titqies il-motivazzjoni taż-żgħażagħ b’mod partikolari tal-pajjiżi tan-Nofsinhar, l-importanza tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ permezz tal-promozzjoni ta' programmi Ewropej u permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji max-xogħol tal-Uffiċċju Mediterranju għaż-Żgħażagħ;

37.

Jenfasizza l-importanza tal-iffukar b’mod partikolari fuq iż-żagħżagħ għaliex huma se jkunu l-pedament ta’ ġenerazzjoni ġdida u dawk li se jkollhom l-akbar influwenza fuq kif il-pajjiżi rispettivi tagħhom jiffaċċaw il-futur;

38.

Jirrakomanda, sabiex jiġu promossi programmi ta' skambju, ir-riċerka dinamika, l-innovazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, il-ħolqien ta' netwerks ma' istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għola u r-riċerka fil-makroreġjun Mediterranju futur u l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-edukazzjoni f'dak ir-reġjun, kif ukoll it-tneħħija tal-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni tal-istudenti, il-persuni li qed jitħarrġu, il-volontiera żgħażagħ, l-għalliema, min iħarreġ, ir-riċerkaturi u l-persunal amministrattiv; jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ il-kwalità tat-tagħlim u tar-riċerka f'dawk l-oqsma billi jiġu ffinanzjati u appoġġati b'mod xieraq il-programmi Tempus u Erasmus Mundus, speċjalment fid-dawl tan-numru baxx ta' benefiċċjarji tal-programm Erasmus Mundus fiż-żona Mediterranja;

39.

Iqis li l-mobilità tal-artisti u tal-arti fiż-żona Ewro-Mediterranja hija mxekkla minn bosta ostakli li jvarjaw skont il-pajjiż u r-reġjun, u li huma marbuta mhux biss ma' diffikultajiet fil-kisba tal-viżi, iżda wkoll man-nuqqas ta' status li jħabbtu wiċċhom miegħu l-artisti u mal-kundizzjonijiet li jiffaċċaw bħala kreaturi ta' ħidmiet artistiċi, partikolarment fil-pajjiżi tan-Nofsinhar; iqis li makroreġjun Mediterranju jkun jista' jservi biex jippromwovi r-rikonoxximent reċiproku tal-istatus tal-artisti, joffri opportunitajiet biex issir riflessjoni dwar il-mobilità u jottimizza l-użu tal-programmi ta’ taħriġ, tan-netwerking u tal-moviment liberu tal-atturi kulturali, tal-artisti u tax-xogħlijiet;

40.

Jitlob li jiġi implimentat, għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, programm standard 'Erasmus Ewro-Mediterranju' maħsub biex jinkoraġġixxi l-mobilità transnazzjonali tal-istudenti miż-żewġ naħat tal-Mediterran, kif ukoll programm 'Leonardo da Vinci Ewro-Mediterranju' għaż-żgħażagħ li jixtiequ jiksbu taħriġ professjonali barra mill-pajjiż fil-qafas ta' strateġija makroreġjonali;

41.

Jenfasizza l-ħtieġa tal-adozzjoni ta' miżuri kontra t-tendenza li qed tikber ta’ eżodu tal-imħuħ minn dan ir-reġjun;

42.

Jitlob li jsir dak kollu possibbli bid-diversità storika, kulturali u lingwistika taż-żona Mediterranja, li hija sors ta' innovazzjoni li tagħti spinta lill-industriji kulturali u kreattivi kif ukoll lis-settur tat-turiżmu; jitlob li l-kooperazzjoni bejn il-mużewijiet u l-istabbilimenti kulturali titħeġġeġ u tiġi appoġġata;

43.

Ifakkar li fil-pajjiżi madwar il-Mediterran jeżisti interess partikolari fiċ-ċinema u fil-produzzjonijiet awdjoviżivi Ewropej, u li dan għad għandu influwenza importanti għad-djalogu bejn il-kulturi taż-żona, bħala parti mill-istadju attwali tal-iżvilupp demokratiku ta’ dawk is-soċjetajiet;

44.

Jissuġġerixxi aktar kooperazzjoni u skambju mal-pajjiżi terzi, biex jitjieb il-valur tal-produzzjoni Ewropea fis-suq dinji, u partikolarment fiż-żona tal-Mediterran, u b'hekk ikunu promossi l-iskambju kulturali u t-tnedija ta' inizjattivi ġodda biex jitħeġġeġ id-djalogu Ewro-Mediterranju u l-progress demokratiku fir-reġjun kollu, partikolarment fid-dawl tal-impenji meħuda matul il-Konferenza Ewro-Mediterranja dwar iċ-Ċinema;

45.

Jistieden lill-Istati Membri involuti biex jinkoraġġixxu l-ispirtu ta' koperazzjoni li ħareġ matul l-abbozzar ta’ dan ir-rapport preżenti u jħeġġeġ lill-Presidenza Ċiprijotta futura tal-UE biex tappoġġja dan il-proġett sabiex il-Kummissjoni u l-Kunsill ikunu jistgħu jadottaw pjan ta' azzjoni għall-istrateġija makroreġjonali Mediterranja bħala kwistjoni ta’ urġenza; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza tal-kooperazzjoni intergovernattiva u interreġjonali fl-iżvilupp ta' strateġija makroreġjonali;

*

* *

46.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 55.

(3)  ĠU C 188 E, 28.6.2012, p. 30.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0154.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2011)0285.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2011)0576.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2012)0016.

(8)  8743/1/2011 REV 1.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/9


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma

P7_TA(2012)0273

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma, qabel l-adozzjoni ta' approċċ globali neċessarju għall-isfidi Ewropej rigward l-ilma (2011/2297(INI))

2013/C 349 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (1) (‘id-WFD’),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament (2) (‘id-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art’);

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (‘l-EQSD’),

wara li kkunsidra d-Direttiva 91/271/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (4)(‘il-UWWTD’),

wara li kkunsidra d-Direttiva 91/676/KEE tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (5)(‘id-Direttiva dwar in-Nitrati’),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (6) (‘id-Direttiva dwar l-Għargħar’),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7);

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (8) (‘ir-Regolament REACH’),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (9);

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (10) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (11),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti bijoċidali (12);

wara li kkunsidra l-‘Blueprint għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma tal-Ewropa’ li jmiss tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni ‘L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020’(COM(2011)0244),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu ‘Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi’ (COM(2011)0571),

wara li kkunsidra s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar l-Ilma li jmiss,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Lulju 2007, bit-titolu ‘Li tindirizza l-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa fl-Unjoni Ewropea’ (COM(2007)0414),

wara li kkunsidra r-Riżoluzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2012 (13) dwar is-Sitt Forum Dinji dwar l-Ilma f’Marsilja mit-12 sas-17 ta' Marzu 2012 u l-Pjattaforma ta’ Soluzzjonijiet u Impenji li ġiet adottata hemmhekk,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-indirizzar tal-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u tan-nixfa fl-Unjoni Ewropea (14),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-White Paper tal-Kummissjoni bit-titolu ‘L-adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni’ (15),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0192/2012),

A.

billi d-WFD stabbiliet qafas għall-protezzjoni u r-restawr tal-ilma nadif fl-UE u biex ikun żgurat l-użu fit-tul u sostenibbli tiegħu, u għandha l-għan li takkwista ‘stat ekoloġiku u kimiku tajjeb’ sal-2015, iżda billi r-reviżjoni tal-Pjanijiet għall-Ġestjoni tal-Baċiri tax-Xmajjar stabbiliti mill-Istati Membri kif rekwiżit mid-Direttiva tindika li numru sinifikanti ta’ korpi tal-ilma tal-UE mhumiex se jilħqu 'stat tajjeb' sal-2015 minħabba sfidi kemm antiki u kemm emerġenti;

B.

billi l-bijodiversità tal-ilma ħelu fl-Ewropa hija fi kriżi, fejn 37 % tal-ispeċi tal-ħut tal-ilma ħelu Ewropew u 40 % tal-molluski tal-ilma ħelu huma kkunsidrati bħala mhedda skont il-kriterji tal-Lista l-Ħamra tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN);

C.

billi l-ilma huwa partikolarment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima, u dan jista' jwassal għal tnaqqis fil-kwantità u l-kwalità tal-ilma – partikolarment tal-ilma tax-xorb – disponibbli, kif ukoll għal żieda fil-frekwenza u l-intensità tal-għargħar u taż-żminijiet ta’ nixfa;

D.

billi l-ilma huwa ass pubbliku inaljenabbli li huwa essenzjali għall-ħajja, u l-ġestjoni ekwa tal-ilma għandha rwol vitali fil-konservazzjoni tal-kapital naturali dinji u tas-servizzi tal-ekosistema, kif ukoll fl-aspetti kollha tal-użu tar-riżorsi u l-produzzjoni ekonomika, u billi l-futur tal-industrija fl-Ewropa jiddependi fuq ir-rispons effettiv għall-isfidi preżenti tal-ilma u l-immaniġġjar tar-riżorsi eżistenti tal-ilma, li għandhom konsegwenzi diretti fuq is-saħħa tal-bniedem, il-produzzjoni tal-enerġija, l-agrikultura u s-sigurtà alimentari, b’mod responsabbli kif ukoll effiċjenti;

E.

billi l-Ewropa qiegħda testratta madwar 13 % biss tat-total tal-ilma ħelu disponibbli tagħha, li diġà jindika ċertu pressjoni dwar l-ilma, u billi f’ħafna postijiet fl-Ewropa, l-estrazzjoni tal-ilma taqbeż il-livelli sostenibbli u thedded l-organiżmi slavaġ, il-provvista sikura tas-soċjetà u l-użi ekonomiċi differenti, u billi f’ċerti reġjuni tan-Nofsinhar tal-Ewropa l-indiċi tal-konsum tal-ilma huwa fuq l-40 %, li jfisser livell ogħla ta’ pressjoni dwar l-ilma;

F.

billi l-klima nofsha niexfa ta’ territorji oħra fin-Nofsinhar tal-Ewropa hija karatterizzata wkoll minn distribuzzjoni inugwali ħafna tar-riżorsi tal-ilma matul is-sena u fuq diversi snin, u billi din id-distribuzzjoni irregolari ferm turi t-tendenza li t-tibdil fil-klima qed ikompli jiggrava;

G.

billi l-istrateġija Ewropa 2020 tistipula użu aktar effiċjenti tar-riżorsi, iżda bħalissa t-tendenzi fl-użu tal-ilma huma spiss insostenibbli minħabba prattiċi ineffiċjenti li jirriżultaw f’ħela ta’ ilma u billi s-sistemi tal-infrastruttura tal-ilma huma spiss skaduti, kemm fir-reġjuni l-aktar żviluppati u wkoll f’dawk l-anqas żviluppati, u hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni u t-telf attwali;

H.

billi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika tista’ sseħħ biss billi tiġi kkunsidrata l-problema tal-ilma;

I.

billi ilma mormi mhux imsaffi kif suppost jibqa’ jikkawża żieda fit-tniġġis tal-kosti tal-ibħra Ewropej, għalhekk huwa essenzjali li titħaffef l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura tat-tisfija tal-ilma fl-Istati Membri;

L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma: suċċessi u nuqqasijiet

1.

Jirrikonoxxi li d-WFD hija bażi leġiżlattiva solida u ambizzjuża għall-ġestjoni integrata fit-tul tal-ilma fl-UE; jilqa’ t-titjib fil-kwalità tal-ilma Ewropew u t-trattament tal-iskart tal-ilma fis-snin reċenti; jinnota, madankollu. li r-rata tal-implimentazzjoni kienet baxxa u inugwali fost l-Istati Membri u r-reġjuni u li jeħtieġ li l-implimentazzjoni tad-WFD tiġi mtejba b’mod sinifikanti sabiex jintlaħaq ‘stat tajjeb’ fl-ilmijiet Ewropej kollha sal-2015;

2.

Jirrikonoxxi li l-ilma huwa beni komuni tal-umanità u beni pubbliku u li l-aċċess għall-ilma għandu jikkostitwixxi dritt fundamentali u universali; jenfasizza li l-użu sostenibbli tal-ilma huwa neċessità ambjentali u ta’ saħħa u li għandu rwol fundamentali fiċ-ċiklu tar-regolazzjoni tal-klima; itenni l-ħtieġa li r-regoli tas-suq intern jiġu adattati għall-karatteristiċi distintivi tas-settur tal-ilma u jistieden lill-Istati Membri biex fil-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, iġestu l-ilma u l-utilitajiet tal-ilma skont l-Artikolu 9 tad-WFD;

3.

Jinnota li minkejja l-progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi, għad hemm lakuni fir-rigward tar-rati ta' konformità fis-sistemi ta' ġbir u/jew ta' trattament;

4.

Jissottolinja li, filwaqt li l-punt fokali ewlieni għandu jkun l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali dwar is-settur tal-ilma, jeżistu nuqqasijiet speċifiċi li jeħtieġ li jiġu solvuti kemm bl-adattament tal-leġiżlazzjoni eżistenti mal-prijoritajiet tal-ilma, kif ukoll bil-provvista tal-leġiżlazzjoni l-ġdida biex tindirizza l-impatt tas-setturi u l-attivitajiet speċifiċi, u li għandha titqies l-importanza tal-kooperazzjoni bejn id-diversi fornituri u partijiet oħra affettwati għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma;

5.

Isostni li l-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz ta’ proposta simili għal dak tad-Direttiva dwar l-għargħar, li jippromwovi l-adattament għall-politika tal-UE b’rabta mal-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa, kif ukoll l-adattament għat-tibdil fil-klima;

6.

Jikklassifika l-‘Blueprint għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma tal-Ewropa’ li jmiss tal-Kummissjoni bħala r-rispons tal-politika tal-UE għall-isfidi attwali u futuri dwar l-ilma, bil-għan li tkun żgurata biżżejjed disponibbiltà ta’ ilma ta’ kwalità tajba għal użu sostenibbli u ekwu tal-ilma sal-2050, mingħajr għalhekk, ma jinkisru d-drittijiet sovrani nazzjonali dwar l-ilma;

7.

Ifakkar lill-Istati Membri fl-obbligi tagħhom skont id-WFD li jintlaħaq stat tajjeb tal-ilma sal-2015; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni determinata biex iġġib fi tmiemu l-ksur tal-liġi tal-UE mill-Istati Membri fil-qasam tal-ilma; jitlob fl-istess ħin għal aktar assistenza, pereżempju billi jiġu żviluppati u mqiegħda għad-dispożizzjoni linji gwida komprensivi u strumenti effettivi biex jitrawwem il-bini tal-kapaċità partikolarment għal awtoritajiet reġjonali u aġenziji tal-baċiri tax-xmajjar, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd u sabiex l-Istati Membri jkunu megħjuna jiksbu konformità aħjar fl-istadji futuri tal-implimentazzjoni tal-politika tal-ilma tal-UE, sabiex iwettqu l-impenji dwar il-politika tal-ilma; jirrimarka li, f’ħafna każijiet, il-petizzjonijiet żvelaw problemi relatati mat-traspożizzjoni u l-implementazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tkun aktar determinata fl-inkjesti tagħha, b’mod partikolari, meta teżamina l-petizzjonijiet;

L-Effiċjenza tal-Ilma u l-Ġestjoni tar-Riżorsi

8.

Jenfasizza l-importanza tal-effiċjenza tal-ilma; jitlob użu aktar effiċjenti tal-ilma speċjalment f’setturi, bħal dawk tal-enerġija u l-agrikoltura, li huma l-akbar utenti tal-ilma;

9.

Jenfasizza r-rabta bejn il-produzzjoni tal-enerġija, l-effiċjenza tal-enerġja u s-sigurtà tal-ilma; jinnota li jinħtieġu strateġiji u kunċetti addizzjonali fil-livell Ewropew, bħal pereżempju l-użu tal-ilma bħala ħażna tal-enerġija, sabiex ikun żgurat li d-domanda li dejjem tikber għall-enerġija ma tipperikolax is-sigurtà tal-ilma u li jintuża l-potenzjal għat-tnaqqis fl-użu tal-enerġija permezz tal-effiċjenza tal-ilma; jenfasizza li l-użu tal-ilma għandu jkun ikkunsidrat fil-valutazzjoni tas-sostenibbiltà ta' sorsi tal-enerġija tradizzjonali kif ukoll dawk ta' karbonju baxx, inklużi b'mod partikolari l-bijoenerġija u l-bijokarburanti, u jiġbed l-attenzjoni għar-riskji assoċjati mal-estrazzjoni tal-gass naturali mhux konvenzjonali;

10.

Jenfasizza li l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-użu tal-ilma mis-settur tal-agrikoltura jistgħu jittejbu bl-introduzzjoni ta’ teknoloġiji u prattiċi innovattivi, u bit-titjib tal-informazzjoni u l-kuxjenza tal-bdiewa u l-utenti finali; jenfasizza f’dan ir-rigward, li l-kooperazzjoni bejn il-maniġers tal-art u partijiet interessati oħra hija mezz tajjeb biex jintlaħqu riżultati pożittivi fir-rigward tal-protezzjoni tal-ilma hija xierqa; jenfasizza wkoll li fir-rigward tal-isfidi tat-tibdil fil-klima u s-sigurtà tal-ikel, għandhom jiġu mmobilizzati riżorsi adegwati tal-ilma għall-agrikoltura, pereżempju billi tiġi żviluppata l-ħażna tal-ilma; jinnota li l-maġġorparti tal-ilma tintuża mis-settur agrikolu u jenfasizza l-importanza tal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-ilma fir-riforma attwali tal-PAK;

11.

Jemmen li d-domanda li dejjem qed tikber tal-ilma teħtieġ investiment urġenti fl-irrigazzjoni u jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-użu ta’ soluzzjonijiet biex tindirizza l-iskarsezza tal-ilma ġieri bħall-iċċarġjar artifiċjali tal-akwiferi, l-irkupru tal-ilma u l-iżvilupp ta’ tekniki alternattivi għall-irrigazzjoni; fl-istess ħin, jenfasizza l-importanza tat-trasferiment tal-għarfien u tat-teknoloġiji relatati ma’ dawk it-tekniki, kif ukoll il-konservazzjoni tal-ilma, l-estrazzjoni tal-ilma, il-ġestjoni tal-ilma ta’ taħt l-art u t-trattament tal-ilma mormi;

12.

Jenfasizza li l-formazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art hija għolja ħafna taħt uċuħ agrikoli u tal-foresti u li s’issa, l-agrikoltura u l-forestrija għandhom responsabbiltà speċjali biex jiġi kkontrollat it-tniġġis tal-ilma ta’ taħt l-art li hu ta’ kwalità għolja; jirrikonoxxi l-isforzi preċedenti tal-bdiewa biex titjieb il-kwalità tal-ilma’;

13.

Jenfasizza li politika ta’ ġestjoni dwar is-sanità tal-ilma u l-iskart tal-ilma ambjentalment u ekonomikament b’saħħitha għandha tindirizza t-tniġġis mis-sors qabel ma tgħaddi s-sustanzi li jniġġsu kollha minn trattament fil-punt tar-rimi li jkun jiswa ħafna, partikolarment rigward l-ilma li jgħaddi minn ħamrija kkontanimata; jinkoraġġixxi l-użu tal-ilma mormi u l-prodotti sekondarji tat-trattament fil-punt tar-rimi, bħala riżors ġdid abbażi ta’ rekwiżiti ta’ kwalità stretti; jinnota li l-ilma mormi huwa sors tal-enerġija permezz tal-irkupru tas-sħana jew l-irkupru tal-enerġija mill-materjal organiku li jittrasporta, u li hemm bżonn tiġi żviluppata din l-opportunità;

14.

Jitlob biex il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma tkun aġġornata biex tqis b’mod xieraq l-avvanzi teknoloġiċi għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-ilma, biex tippermetti l-użu mill-ġdid ekonomiku u effiċjenti tal-ilma mormi li ġie trattat għat-tisqija u l-industrija, kif ukoll l-użu mill-ġdid tal-ilma tal-ħasil fid-djar; jitlob għal miżuri għall-monitoraġġ xieraq tal-kwalità kimika u bijoloġika tal-ilma riċiklat; jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja metodi għall-ħolqien ta’ inċentivi għal użu iktar ġeneralizzat tal-ilma mormi trattat, l-ilma tal-ħasil u l-ilma tax-xita, bil-għan li jgħin sabiex titnaqqas l-iskarsezza tal-ilma;

15.

Jenfasizza li t-tnaqqis tal-konsum tal-ilma għandu jingħata prijorità; jissottolinja l-importanza tal-ekodisinn u tal-apparati li jiffrankaw l-ilma u jitlob li l-kejl tal-ilma jsir vinkolanti fis-setturi kollha u l-utenti fil-pajjiżi kollha tal-UE; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tirregola l-effiċjenza tal-ilma ta’ apparat għall-użu agrikolu;

16.

Ifakkar li fl-UE jintilef madwar 20 % tal-ilma minħabba l-ineffiċjenza, għalhekk it-titjib tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tal-ilma huwa essenzjali għas-sostenibbiltà tal-ġestjoni tal-ilma u b’mod partikolari sabiex jiġu indirizzati l-problemi tal-iskarsezza tal-ilma u ż-żminijiet ta’ nixfa; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġi verifikat l-istat tan-netwerk Ewropew tal-ilma f'termini ta’ kwalità tal-ilma, id-danni u l-interkonnettività, bil-possibbiltà li sa 70 % tal-ilma fil-bliet Ewropej jista' jintilef minħabba tnixxijiet fis-sistema tal-ilma, u li jiġi promoss l-investiment tal-infrastruttura;

L-Ilma u l-Ekosistemi

17.

Jinnota li l-ilma huwa fil-qalba tal-biċċa l-kbira tas-servizzi tal-ekosistema u jenfasizza l-importanza ta’ ġestjoni xierqa tal-ilma sabiex jintlaħqu l-miri tal-bijodiversità; jenfasizza l-ħtieġa għar-riforestazzjoni u miżuri ta' restawr tal-artijiet mistagħdra fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma; jitlob għal allinjament aħjar tal-objettivi tad-WFD man-Natura 2000; jenfasizza li l-bażi tal-għarfien għandha tintegra l-kunċett ta’ ‘flussi ambjentali’ u tqis is-servizzi tal-ekosistema sostnuti mill-ilma; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi kkunsidrat il-fatt li l-bidliet fiċ-ċiklu tal-ilma jiddependu fuq il-ħabitat u li dan jinfluwenza l-persentaġġ tal-ilma li jiġi rriċiklat: iċ-ċiklu tal-ilma mhuwiex l-istess kullimkien u jeżistu differenzi bejn iċ-ċikli fit-tropiċi, tal-Mediterran u tal-latitudnijiet medji u għoljin.

18.

Jenfasizza li l-ilma huwa partikolarment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima, u dan jista' jwassal għal tnaqqis fil-kwantità u l-kwalità tal-ilma disponibbli, partikolarment tal-ilma tax-xorb, kif ukoll għal żieda fil-frekwenza u l-intensità tal-għargħar u taż-żminijiet ta’ nixfa; jitlob biex il-politiki ta’ mitigazzjoni u ta' adattament tat-tibdil fil-klima jqisu kif jixraq l-impatt fuq ir-riżorsi tal-ilma; jissottolinja l-importanza ta' strateġiji ta' prevenzjoni tar-riskju, ta' mitigazzjoni u ta' rispons bil-għan li jiġu evitati fenomeni estremi relatati mal-ilma;

19.

Jenfasizza l-impatti li t-tibdil fil-klima jista’ jkollu fuq is-sistema ekoloġika relatata mal-ilma, fejn ikunu meħtieġa miżuri strinġenti u sistematiċi li jkollhom l-għan tal-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità u li jobbligaw li jiġu introdotti regolamenti li jqisu aktar il-ġestjoni ta’ mases ta’ ilma trasformati, speċjalment għall-ġestjoni ta’ lagi artifiċjali u sistemi tal-ilma trasformati filwaqt li jirrispetta l-kompetenza tal-Istati Membri dwar is-suġġett;

20.

Jinnota li xi pajjiżi oħra ma jbatux minn nuqqas ta’ ilma iżda qed ikollhom diffikultà biex iġestu l-eċċess tal-ilma li jirriżulta minn xita regolari jew qawwija, mill-għargħar, mill-erożjoni tax-xmajjar u mit-tniġġis li jaffettwaw iż-żoni tal-baċiri tax-xmajjar u dawk kostali, kif ukoll l-effetti ta’ dawn il-fenomeni fuq il-popolazzjoni lokali, kif jintwera mill-ħafna petizzjonijiet li waslu; jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq analiżi adegwata tal-modi ta’ prefenzjoni tal-effetti tal-għargħar, minħabba ż-żieda fir-riskju li jista’ jkun innotat ta’ għargħar fl-Istati Membri f’dawn l-aħħar snin;

21.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jippromwovu r-riintroduzzjoni ta’ attivitajiet agrikoli li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent f’postijiet fil-muntanji bl-iskop li tiġi miġġielda l-instabilità idroġeoloġika u tiġi promossa r-regolamentazzjoni tal-ilma u li jiddaħħlu mill-ġdid il-prattiki t-tajbin tat-twettiq ta’ gandotti, drejns u imbankmenti tax-xmajjar, li jippermettu, f’każ ta’ xita żejda, li jittaffa l-impatt negattiv f’qiegħ il-wied, kif ukoll f’każ ta’ nixfa, jiggarantixxu riżorsi ta’ ilma maħżun li jista’ jintuża wkoll fil-ġlieda kontra n-nirien tal-boskijiet;

22.

Jirrikonoxxi r-rwol essenzjali li għandhom l-akwiferi ta’ taħt l-art fiċ-ċiklu tal-ilma u f’numru ta’ kwistjonijiet ewlenin inkluż it-tniġġis tal-ilma, l-iskemi ta’ mitigazzjoni tal-għargħar, l-intrużjoni tal-melħ u l-kollass tal-art minħabba tnaqqis fit-tul tal-ilma ta’ taħt l-art; jitlob lill-Kummissjoni biex tqiegħed biżżejjed enfasi fuq l-importanza ta’ ġestjoni sostenibbli tal-akwiferi ta’ taħt l-art;

23.

Rigward ir-riskji sinifikanti kemm għall-ilma tal-wiċċ kif ukoll għal dak tal-art ikkawżati mill-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-gass “shale”, jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li tali attivitajiet jkunu koperti mid-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex toħroġ gwida malajr dwar il-ġbir ta’ data ta’ referenza tal-monitoraġġ tal-ilma li għandha tinkiseb qabel kwalunkwe ‘fracking’- kemm esploratorju kif ukoll esplojtattiv u l-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-impatt tal-‘fracking’ f’formazzjonijiet ġeoloġiċi differenti, inkluża tnixxija potenzjali, f’riżervi tal-ilma ta’ taħt l-art;

24.

Ifakkar li l-protezzjoni tal-ħamrija hija element ewlieni għall-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma; jinnota li r-raġunijiet u l-konsegwenzi tad-degradazzjoni tal-ħamrija huma qabel xejn ikkundizzjonati fuq livell lokali u reġjonali u li għalhekk, il-prinċipju ta’ sussidjarjetà għandu jiġi mħares; jistieden lill-Istati Membri kollha biex iwettqu l-obbligu tagħhom li jiżguraw il-kwalità tal-ħamrija u jżommu l-ħamrija f’kundizzjoni tajba, u jħeġġeġ lill-Istati Membri, li m’għandhomx dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, biex jerfgħu r-responsabilitajiet tagħhom;

25.

Jinnota li l-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma u l-ippjanar tal-art fil-livell tal-baċiri tax-xmajjar għandha tqis l-attivitajiet ekonomiċi li jiddependu fuq l-ilma u l-ħtiġijiet tal-ilma għall-utenti kollha, kif ukoll il-bżonn ta’ approċċ olistiku għall-iskarsezza tal-ilma, u għandha tiżgura s-sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ilma;

26.

Jemmen li l-ilma mormi minn riżorsi urbani jħalli effetti sinifikanti ta' tniġġis fuq l-ambjent akwatiku, fuq ix-xmajjar u fuq il-kosta, u li l-implimentazzjoni b’suċċess tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi se jkollha influwenza sinifikanti fuq il-kwalità tal-ilma fl-Istati Membri kollha, u għalhekk fuq l-implimentazzjoni b’suċċess tad-WFD;

27.

Jiġbed l-attenzjoni għall-impatt serju li dan it-tniġġis jista’ jkollu fuq is-saħħa tal-bniedem kif jixhdu l-petizzjonijiet li waslu mill-Irlanda (Galway), minn Franza (Brittany), u minn Stati Membri oħra; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 dwar il-kwestjonijiet imqajma mill-petizzjonanti fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Ġestjoni tal-Iskart, u ta' Direttivi relatati oħra, fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li ġibdu l-attenzjoni għal-livelli perikolużi tal-kontaminazzjoni fl-ilma li tirriżulta minn miżbliet u barrieri ġestiti b’mod ħażin jew li huma illegali li wasslu għall-infiltrazzjoni u t-tniġġis tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-ilma tal-pjan (nappes phréatiques);

28.

Jiġbed l-attenzjoni dwar fatturi negattivi denunzjati mill-petizzjonanti - inklużi l-miżbliet, in-nuqqas tal-awtoritajiet kompetenti li jikkontrollaw il-kwalità tal-ilma, il-prattiki agrikoli u industrijali irregolari jew illegali, l-iżvilupp urban u dak relatat mal-enerġija, l-agrikoltura u l-industrija - li għandhom impatt fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u huma responsabbli għall-kwalità fqira tal-ilma; jitlob, għalhekk, li jiġu stabbiliti inċentivi aktar speċifiċi għall-ġestjoni effiċjenti tal-ilma - b'mod partikolari għall-popolazzjonijiet fqar u rurali - u għall-aċċess għall-ilma għal kulħadd, u għad-distribuzzjoni tal-ilma f’żoni li jiffaċċjaw skarsezza tal-ilma, b’mod partikolari dawk iż-żoni li qegħdin ’il bogħod minn agglomerazzjonijiet urbani kbar mgħammra b’infrastruttura għall-ilma;

29.

Iqis li l-arrikkiment tan-nutrijenti hu wieħed minn għadd ta' fatturi responsabbli għat-tniġġis tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ, li b’hekk jaffettwa l-bijodiversità u jnaqqas servizzi siewja tal-ekosistema; jirrikonoxxi li l-kundizzjonijiet tan-nutrijenti investigati possibilment jistgħu jimpedixxu, għal aktar minn nofs il-każi, l-isforz biex jintlaħaq ‘stat tajjeb’ fil-korpi tal-ilma tal-wiċċ sal-2015;

30.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra ż-żieda fir-rilaxx fl-ilma ta’ sustanzi li jniġġsu bħal residwi ta’ antibijotiċi, mediċini kif ukoll residwi tal-ormoni mill-pilloli ta’ kontra l-konċepiment, minħabba li dawn ir-residwi għandhom effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent;

L-Għarfien u l-Innovazzjoni

31.

Jirrikonoxxi li l-qafas tal-politika tal-UE ppermetta l-ġbir ta’ data inqas frammentata dwar l-ilma kif ukoll monitoraġġ aħjar; jinnota madankollu n-nuqqas ta’ data affidabbli dwar il-kwantità tal-ilma, pereżempju dwar l-estrazzjoni u t-tnixxija ta’ ilma; jinnota l-potenzjal għall-immaniġġjar aħjar tad-data, ibbażat fuq it-titjib fl-informazzjoni tal-istatistika u l-użu ta’ stazzjonijiet ta’ ġbir tad-data, is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Ilma għall-Ewropa (WISE) u l-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) għall-monitoraġġ tal-istat tar-riżorsi tal-ilma u l-pressjonijiet li qed tħalli fuqhom l-attività ekonomika; jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, biex tiżviluppa sett ġdid ta’ indikaturi affidabbli dwar kontijiet tal-ilma; jissottolinja li l-bażi tal-għarfien għandha tintegra l-kunċett ta’ ‘flussi ambjentali’ u tqis is-servizzi tal-ekosistema sostnuti mill-ilma u l-konnessjonijiet bejn il-klima, it-territorju u r-riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art provduti miċ-ċiklu tal-ilma;

32.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' konċentrazzjoni fuq l-objettivi speċifiċi u l-attivitajiet tal-programm Orizzont 2020 f’termini tal-immaniġġjar aħjar u sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-ambjenti akkwatiċi fl-UE u fil-pajjiżi viċin; jemmen li l-politika ta’ riċerka tal-UE għandha tirrispondi għall-isfidi dejjem jikbru dwar l-immaniġġjar tal-ilma għall-agrikoltura, il-bini, l-industrija, id-djar u l-ambizzjonijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-ilma; jinnota, f’dan ir-rigward, il-programm BONUS għall-Baħar Baltiku bħala eżempju għal reġjuni oħrajn;

33.

Jemmen li huwa importanti li jiġu promossi r-riċerka u l-innovazzjoni fuq it-tema tal-ilma u li għandu jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' raggruppamenti Ewropej f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u partijiet interessati oħra relevanti biex jappoġġaw is-Sħubija għall-Innovazzjoni Ewropea dwar l-Ilma bħala strument effettiv biex l-isforzi jkunu kkonċentrati fuq l-aqwa riċerka u innovazzjoni fid-dinja u biex jitneħħew l-ostakli li jfixklu t-trasferiment mgħaġġel u l-integrazzjoni tal-għarfien, tal-aħjar tekniki disponibbli u tal-avvanzi teknoloġiċi fis-suq, kif ukoll biex jippromwovu l-iżvilupp tas-suq intern għat-teknoloġija tal-ilma; jenfasizza l-importanza ta’ innovazzjonijiet ekoloġiċi għall-preservazzjoni tas-sorsi tal-ilma, id-diversità bijoloġika u l-ekosistemi bilanċjati; Jirrimarka l-potenzjal tal-ħolqien ta’ ‘impjiegi sostenibbli’, politika tal-ilma abbażi tal-innovazzjoni u tal-għarfien, il-ġestjoni aħjar tal-ilma u t-titjib fl-effiċjenza tal-ilma; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tivvaluta u tikkwantifika l-impatt fuq l-impjiegi fil-ħidma tagħha sabiex tippromwovi l-R&D fil-qasam tal-ilma;

L-Integrazzjoni tal-Ilma

34.

Jenfasizza l-ħtieġa għal konsistenza aħjar u integrazzjoni aħjar tal-objettivi relatati mal-ilma u tal-aġenda dwar l-effiċjenza tar-riżorsi, li tinkludi objettivi kruċjali tal-effiċjenza tal-ilma,fil-leġiżlazzjoni fil-livelli tal-UE, nazzjonali u reġjonali; jitlob biex fit-tfassil tal-politiki ġenerali tal-governanza ekonomika bħall-UE2020 u tal-politiki konġunti tal-UE, bħall-oqsfa tal-politika agrikola komuni u tal-politika tal-koeżjoni tiġi kkunsidrata evalwazzjoni sħiħa tal-effetti fuq ir-riżorsi tal-ilma, sabiex tinkiseb konċentrazzjoni tematika tal-fondi disponibbli dwar il-kwistjonijiet tal-ilma u sabiex il-kwistjoni tal-ilma tkun integrata fl-oqsma tal-politika kollha, bil-għan li titjieb il-kwalità tal-ilma fir-reġjuni Ewropej kollha;

35.

Jinnota li l-istrateġija finanzjarja l-ġdida tal-UE dwar il-fondi ta’ koeżjoni għandha tqis b’mod aktar wiesa’ mill-passat l-investimenti fl-infrastruttura idroteknika;

36.

Jinnota li n-normi li japplikaw għall-bdiewa huma diġà għoljin u mmonitorjati mill-qrib; jitlob għat-tisħiħ tal-kundizzjonalità ekoloġika fil-PAK abbażi tal-obbligi eżistenti;

L-Ilma u l-Ekonomija

37.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipji ta' ‘min iniġġes iħallas’ u ‘min juża jħallas’ permezz ta’ skemi trasparenti u effettivi ta’ pprezzar implimentati fl-ilma kollu permezz ta’ setturi li jimmiraw għal irkupru sħiħ tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma, inklużi l-ispejjeż ambjentali u tar-riżorsi, kif stipulati fid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; jissottolinja madankollu li l-kwistjonijiet soċjali għandhom jiġu kkunsidrati fl-istabbiliment tat-tariffi tal-ilma u li l-ilma nadif għandu jkun disponibbli bi prezz raġonevoli għall-bżonnijiet tal-bniedem; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jivvalutaw u jirrevedu s-sussidji li huma ta’ dannu għall-ilma u jiżviluppaw u jintroduċu aktar strumenti ekonomiċi biex inaqqsu l-attività li tagħmel ħsara lill-ambjent u biex jinċentivaw użu aktar sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma; jenfasizza li l-ipprezzar tal-ilma għandu jirrifletti l-impatt ambjentali tat-trattament tal-ilma mormi; jinnota li minkejja li hemm rieda politika, il-kriżi ekonomika u t-tnaqqis fin-nefqa pubblika qegħdin jagħmluha diffiċli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jiffinanzjaw proġetti għat-trattament tal-ilma tal-ħasil, għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura finanzjament xieraq għall-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija biex jiġu internalizzati l-ispejjeż esterni, li jinħolqu minħabba l-konsum tal-ilma, it-tniġġis tal-ilma u t-trattament tal-ilma mormi;

38.

Jemmen li d-djar sekondarji jirċievu l-istess disponibbiltà tar-riżorsi tal-ilma bħar-residenzi prinċipali u li l-kontribut għall-finanzjament tagħhom għandu tal-anqas ikun daqs;

39.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jisfruttaw il-possibilitajiet offruti mill-Fondi Strutturali, il-Fondi ta’ Koeżjoni u l-Fond għall-Iżvilupp Rurali u sabiex jinvestu fit-titjib u t-tiġdid tal-infrastrutturi u t-teknoloġiji eżistenti sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tal-ilma;

40.

Iqis li l-ġestjoni tad-domanda hija essenzjali għall-indirizzar tal-iskarsezza tal-ilma u jitlob pjanijiet tal-ġestjoni tad-domanda tal-ilma, flimkien ma' miżuri min-naħa tal-provvista, li jkunu kkunsidrati bħala kriterji importantigħall-għoti ta’ appoġġ tal-fond struttural u ta’ koeżjoni tal-UE lis-settur tal-ilma jew lil attivitajiet li jużaw l-ilma, kif ukoll li l-Istati Membri jeħtieġu valutazzjonijiet tas-sostenibbilità tal-ilma bħala kundizzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi li jużaw l-ilma bħat- turiżmu tal-massa jew tipi partikolari ta’ agrikoltura;

41.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-impriżi biex jużaw materjali li jaħlu inqas ilma, permezz ta’ għajnuna għar-R&Ż u permezz tal-fondi strutturali fiż-żoni fejn ir-riżorsi jkunu l-inqas disponibbli;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, sabiex ifasslu miżuri amministrattivi u jfittxu riżorsi finanzjarji sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għas-sistemi tad-drenaġġ għall-popolazzjoni li tgħix f’żona rurali;

43.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw mingħajr dewmien pjanijiet konkreti għall-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji kollha li jagħmlu ħsara lill-ambjent qabel l-2020 u biex jirrappurtaw dwar il-progress permezz tal-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali;

L-Ilma u s-Soċjetà

44.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jistimolaw id-djalogu intersettorjali kif ukoll id-djalogu bejn l-atturi ekonomiċi differenti u ċ-ċittadini dwar il-kwistjonijiet marbuta mal-ilma u bejn l-awtoritajiet u l-Kumitat tal-Petizzjonijiet kull meta dan tal-aħħar jindirizza t-tħassib taċ-ċittadini Ewropej rigward il-kwistjonijiet tal-ilma, u biex irawmu l-parteċipazzjoni sħiħa u trasparenti tal-komunitajiet lokali u l-partijiet interessati fil-livelli kollha fl-iżvilupp tal-politika dwar l-ilma; jenfasizza l-importanza ta’ governanza effettiva fuq bosta livelli li ssolvi l-problema tal-ilma li tikkunsidra l-ħtieġa tal-ġestjoni tal-ilma integrata fil-kampanja madwar il-baċiri tax-xmajjar u trawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki;

45.

Jinsisti li biex politika dwar l-immaniġġjar tal-ilma tkun effettiva, din għandha tiġi implimentata qrib ir-riżorsi; jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra ż-żoni bi żvantaġġi naturali bħaż-żoni muntanjużi, il-gżejjer u r-reġjuni l-iktar imbiegħda;

46.

Jitlob għat-tisħiħ tal-kuxjenza u l-informazzjoni tal-pubbliku dwar il-kwistjonijiet tal-ilma, sabiex ikun hemm għarfien aħjar tar-rabtiet bejn l-ilma, l-ekosistemi, is-sanità, l-iġjene, is-saħħa, is-sikurezza tal-ikel, is-sigurtà tal-ikel u l-prevenzjoni tad-diżastri fost il-konsumaturi, l-operaturi tas-saħħa u dawk li jfasslu l-politika u jieħdu d-deċiżjonijiet; jenfasizza r-rwol primarju tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-kampanji tal-ħolqien ta’ kuxjenza u fl-attivitajiet edukattivi; jinsisti li dawn il-programmi li jaqjmu kuxjenza fil-komunità għandhom ikunu diretti lejn iċ-ċittadini ta’ kull età, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu aħjar u b’mod aktar effiċjenti minn dan il-ġid pubbliku vitali;

47.

Jenfasizza, li l-ilma u l-ekosistemi tiegħu m’għandhom l-ebda limiti amministrattivi, u li konsegwentement il-miżuri kollha għall-ħarsien u l-konservazzjoni tal-valur tagħhom għandhom jiġu implimentati b’mod uniformi u koordinat, preferibbilment minn awtoritajiet kompetenti b’setgħat għall-baċir tax-xmara kollu;

48.

Itenni li d-WFD tippreskrivi koordinazzjoni bejn l-Istati Membri biex jikkondividu l-baċir komuni tax-xmara fejn l-użu tal-ilma jista’ jkollu effetti transkonfinali, u jħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati biex jidħlu f’komunikazzjoni u f’kooperazzjoni transkonfinali regolari sabiex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tad-WFD fir-rigward tat-tniġġis ikkawżat minn sustanzi ta’ prijorità, minn sustanzi ta’ prijorità perikolużi u minn nutrijenti;

49.

Jinnota li l-kwalità tal-ilma għandha impatt fuq it-turiżmu; jitlob li s-sistema tal-Bandiera Blu tiġi estiża għaż-żoni kollha tal-għawm fl-Ewropa, inklużi x-xmajjar, il-lagi u l-għadajjar;

50.

Jenfasizza li l-kunċett tat-turiżmu sostenibbli jinkudi l-konservazzjoni tar-riżorsi tal-ilma; jitlob li jiġi pprovdut it-taħriġ dwar l-iffrankar u l-użu sostenibbli tal-ilma fost il-professjonisti tat-turiżmu, speċjalment fiż-żoni kostali u fiż-żoni termali;

51.

Jenfasizza l-importanza li jiġu introdotti sistemi tal-ilma tajbin fil-bini u ż-żoni pubbliċi li jgħinu jnaqqsu l-ħtieġa għall-ilma fil-fliexken;

52.

Jinnota li mill-1988, fost il-petizzjonijiet relatati ma’ lmenti dwar l-ambjent indirizzati lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, 601 minn dawn il-petizzjonijiet (Spanja 166, ir-Renju Unit 129, il-Ġermanja 97, l-Italja 60, Franza 55, il-Greċja 34, l-Olanda 16, il-Portugall 16, l-Irlanda 12, il-Polonja 4, ir-Rumanija 4, il-Finlandja 3, il-Bulgarija 2, l-Ungerija 2 u s-Slovenja 1), xi drabi koiffirmati minn diversi firmatarji (ara petizzjoni 0784/2007, koiffirmata minn 2036 firmatarju), jirrigwardaw il-kwalità u l-kwantità tal-ilma fl-Istati Membri; jirrikonoxxi li dawn il-petizzjonijiet huma prova li l-ilma huwa problema ferm serja għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea;

53.

Jinnota li skont stħarriġ tal-Ewrobarometru ta' Marzu 2012, 68 % tal-Ewropej jaħsbu li l-problemi dwar il-kwantità u l-kwalità tal-ilma huma serji, 80 % jemmnu li t-tniġġis kimiku huwa theddida għall-ambjent tal-ilma, 62 % jħossu li mhumiex infurmati biżżejjed dwar il-problemi li jistgħu jaffettwaw l-ilma ta’ taħt l-art, il-lagi, ix-xmajjar u l-ilmijiet kostali ta’ pajjiżhom, 67 % jaħsbu li l-iktar mod effettiv biex jiġu ttrattati l-problemi dwar l-ilma huwa żieda fil-kuxjenza dwar il-problemi relatati mal-ilma, u 73 % jaħsbu li l-UE għandha tipproponi miżuri addizzjonali biex jiġu indirizzati l-problemi dwar l-ilma fl-Ewropa;

L-Ilma u d-Dinja

54.

Jilqa’ l-fatt li ntlaħaq kmieni l-Għan ta' Żvilupp tal-Millennju (MDG) tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-ilma għax-xorb sikur; jitlob lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti fil-livelli kollha biex jinfurzaw l-impenn tagħhom li jieħdu rwol attiv fl-akkwist tal-MDG dwar is-sanità bażika u biex iqisu r-riżultati rilevanti tal-Konferenza Rio+20 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, li tiżgura li l-aċċess għall-ilma tax-xorb u s-sanità jkunu garantiti bħala dritt fundamentali tal-bniedem li huwa essenzjali għat-tgawdija sħiħa tal-ħajja, skont it-termini adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2010;

55.

Jilqa’ l-parteċipazzjoni attiva tal-Unjoni Ewropea fis-Sitt Forum Dinji dwar l-Ilma li ġie organizzat bejn it-12 u s-17 ta’ Marzu 2012, f’Marsilja; jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tkompli timpenja ruħha sabiex jitjieb l-aċċess għall-ilma fid-dinja, partikolarment bi tħejjija għas-Seba’ Forum Dinji dwar l-Ilma li ser jiġi organizzat fil-Korea t’Isfel fl-2015;

56.

Jinnota li l-UE għandha livell għoli ħafna ta’ kompetenza fl-ilma li għandha tiġi utilizzata fil-prattika sabiex jinkiseb l-MDG fuq is-sanità bażika u fuq għanijiet oħra ta’ żvilupp sostenibbli relatati mal-ilma; jistieden lill-Kummissjoni tieħu ħsieb li pajjiżi terzi japplikaw prattiċi tajbin fl-użu tal-ilma tax-xita miġbur u li l-ilma mormi jintuża ripetutament mill-ġdid u biex b’hekk titnaqqas l-iskarsezza tal-ilma, speċjalment f’perjodi ta’ nixfa; jinkoraġġixxi li tiżdied il-kooperazzjoni f’dawn l-oqsma mal-pajjiżi terzi l-aktar avvanzati teknoloġikament f’termini tal-użu tar-riżorsi tal-ilma;

57.

Jemmen li l-ambizzjonijiet internazzjonali għandhom jiżdiedu sabiex jinkiseb użu sostenibbli tal-ilma permezz ta’ ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma u żieda fl-effiċjenza tar-riżorsi;

58.

Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali biex jiddedikaw proporzjon tat-taxxi miġburin mill-utenti għall-forniment tas-servizzi tal-ilma u tas-sanità għal miżuri ta’ kooperazzjoni deċentralizzati; b’hekk jiġbed l-attenzjoni, bħala eżempju ta' promozzjoni u ta’ implimentazzjoni, għall-prinċipju tal-"1 % solidarjetà għall-ilma", adottat minn uħud mill-Istati Membri;

59.

Jitlob lill-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, u lill-Istati Membri sabiex jaderixxu mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1997 dwar il-mogħdijiet tal-ilma internazzjonali u sabiex jippromwovu wkoll id-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Konvenzjoni ta’ Ħelsinki tal-1992 dwar il-protezzjoni u l-użu tal-mogħdijiet tal-ilma transkonfinali u l-lagi internazzjonali, li jippermettu l-estensjoni tal-ambitu ta' dan l-istrument lil hinn mill-uniċi pajjiżi tal-UNECE, kif ukoll biex jinkoraġġixxu r-ratifika aktar wiesgħa tal-protokoll dwar l-ilma u s-saħħa ta’ Ħelsinki tal-1992 bil-għan li tiġi promossa ġestjoni koordinata u ġusta tal-ilma fil-baċiri nazzjonali u transnazzjonali;

*

* *

60.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19.

(3)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84.

(4)  ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40.

(5)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

(6)  ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27.

(7)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(8)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.

(10)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(11)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(12)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(13)  Testi adottati, P7_TA(2012)0091.

(14)  ĠU C 9E, 15.1.2010, p. 33.

(15)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 115.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/19


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
eCall: servizz ġdid "112" għaċ-ċittadini

P7_TA(2012)0274

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 ecall: servizz ġdid "112" għaċ-ċittadini (2012/2056(INI))

2013/C 349 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 2011 dwar appoġġ għal servizz tal-eCall offrut madwar l-UE kollha fin-netwerks tal- komunikazzjoni elettronika għat-trażmissjoni ta’ sejħiet tal-emerġenza bbażati fuq in-numru 112 minn sistemi mmuntati fil-vetturi (“eCalls”) (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħra ta’ trasport (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva tas-Servizz Universali) (3),

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni ‘Valutazzjoni tal-Impatt’ li jakkumpanja r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar appoġġ għal servizz ta’ sejħiet tal-eCall offrut madwar l-UE kollha fin-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika għat-trażmissjoni ta’ sejħiet tal-emerġenza bbażati fuq in-numru 112 minn sistemi mmuntati fil-vetturi ('eCalls') (SEC(2011)1020),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Lejn Żona Ewropea ta’ sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020’ (COM(2010)0389),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Futur sostenibbli għat-trasport: Lejn sistema integrata, immexxija mit-teknoloġija u li tista' tintuża faċilment’ (COM(2009)0279),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘eCall: Wasal il-waqt għall-Mobilizzazzjoni’ (COM(2009)0434),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Lejn Mobilità aktar Sikura, aktar Nadifa u aktar Effiċjenti madwar l-Ewropa: L-Ewwel Rapport dwar il-Karozzi Intelliġenti’ (COM(2007)0541),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Dwar l-Inizjattiva tal-Karozzi Intelliġenti - “Is-Sensibilizzazzjoni dwar l-ICT għal Vetturi Aktar Intelliġenti, Aktar Sikuri u Aktar Nodfa” ’ (COM(2006)0059),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Inġibu l-eCall Lura fi Triqitha - Pjan ta’ Azzjoni (It-Tielet Komunikazzjoni dwar l-eSafety)’ (COM(2006)0723),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘It-twassil tal-eCall liċ-Ċittadini’ (It-Tieni Komunikazzjoni dwar l-eSafety) (COM(2005)0431),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Informazzjoni u Teknoloġiji tal-Komunikazzjoni għal Vetturi Sikuri u Intelliġenti' (COM(2003)0542),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Programm ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza fit-Toroq - Innaqqsu bin-nofs l-għadd ta' vittmi ta' inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni Ewropea sal-2010: Responsabilità konġunta’ (COM(2003)0311),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma dwar il-ħarsien tad-data u l-implikazzjonijiet għall-privatezza fl-inizjattiva eCall (Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 – 1609/06/MT, WP 125),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar is-Sikurezza fit-Toroq 2011-2020 (5),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 dwar il-ħtieġa ta’ servizzi ta’ emerġenza 112 aċċessibbli (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar futur sostenibbli għat-trasport (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar is-Servizz Universali u n-numru tal-emerġenza "112" (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni fil-Qasam tas-Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2008 (10) dwar l-Ewwel Rapport dwar il-Karozzi Intelliġenti,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2007 dwar it-Tielet Programm ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq - reviżjoni ta' nofs iż-żmien (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2006 dwar is-sikurezza fit-toroq: inwasslu l-eCall liċ-ċittadini (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Settembru 2005 dwar ‘Programm Ewropew ta' Azzjoni għas-Sikurezza fit-Toroq - Innaqqsu bin-nofs l-għadd ta' vittmi ta' inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni Ewropea sal-2010: responsabilità konġunta’ (13),

wara li kkunsidra l-‘World report on road traffic injury prevention’ ippubblikat b’mod konġunt fl-2004 mill-Bank Dinji u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0205/2012),

A.

billi skont il-previżjoni magħmula mill-Bank Dinji u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, in-numru ta’ vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku huwa mistenni li jikber f’kull żona tad-dinja (mid-disa’ l-ogħla kawża ta’ mwiet għat-tielet l-ogħla sal-2020), u l-livell ta’ mortalità f'età iżgħar fil-grupp ta’ bejn 5 u 14-il sena jħalli wkoll impatt kbir fuq il-ġenituri u fuq is-soċjetà,

B.

billi abbażi tad-dejta fl-Unjoni Ewropea għall-2004, iktar minn 40 000 ruħ imutu kull sena f’inċidenti tat-traffiku u 150 000 ruħ isofru diżabilità permanenti;

C.

billi l-għan tas-sistema tal-eCall immuntata fuq il-vetturi huwa biex jassigura n-notifika awtomatika tas-servizzi tal-emerġenza f’każ ta’ inċident serju, bl-iskop li jitnaqqsu l-fatalitajiet tat-traffiku u tittaffa s-severità ta’ korrimenti fit-toroq billi l-assistenza kwalifikata u mgħammra tasal aktar malajr (il-prinċipju ‘golden hour’ (is-siegħa tad-deheb));

D.

billi t-telefonata ta’ emerġenza eCall hi ġġenerata awtomatikament permezz tal-attivazzjoni ta’ sensers immuntati ġewwa l-vettura li, meta jiġu attivati, jistabbilixxu konnessjoni tal-vuċi u tad-data direttament maċ-Ċentri li Jirċievu t-Telefonati relatati mas-Sikurezza Pubblika (PSAPs) rilevanti;

E.

billi, skont id-dejta statistika uffiċjali dwar l-eCall, huwa stmat li l-integrazzjoni sħiħa tas-sistema fil-karozzi fl-Istati Membri tal-UE se ssalva sa 2 500 ħajja kull sena, filwaqt li tnaqqas ukoll il-gravità tal-korrimenti b’10-15 %,

F.

billi l-eCall jipprovdi benefiċċju għall-utenti tat-toroq li jivvjaġġaw ġewwa jew barra pajjiżhom, li jistgħu ma jkunux familjari mat-toroq u mal-pożizzjoni preċiża tagħhom f’każ li jseħħ inċident;

G.

billi l-eCall jippermetti li telefonati ta’ emerġenza jsiru mingħajr diffikultajiet ta’ lingwa bis-saħħa ta’ data diġitali miżmuma fil-format ta’ messaġġ magħmul minn Sett Minimu ta’ Data (MSD), li aktarx itaffi nuqqas ta’ ftehim u stress u jgħin biex jiġu eliminati l-barrieri tal-lingwa bejn l-okkupanti tal-vettura u l-operatur PSAP, li huwa importanti fl-ambjent multilingwi Ewropew;

H.

billi, fil-kuntest tas-sikurezza tat-triq, il-mobilizzazzjoni tas-servizz tal-eCall madwar l-UE disponibbli fil-vetturi kollha u fil-pajjiżi kollha kienet ta’ prijorità kbira għall-Unjoni mill-2002, u hija inkluża fil-Programm ta’ Azzjoni rigward is-Sikurezza fit-Toroq 2011-2020 biex itejjeb is-sikurezza tat-triq u jikkontribwixxi fl-objettiv li jitnaqqas in-numru ta’ mwiet u korrimenti fit-toroq fl-Ewropa;

I.

billi d-Direttiva 2010/40/UE tinkludi "il-forniment armonizzat ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha" fost l-azzjonijiet ta’ prijorità tagħha u tistabbilixxi l-obbligu għall-Kummissjoni biex tadotta, sal-aħħar tal-2012, speċifikazzjonijiet komuni għat-titjib tal-PSAPs;

J.

billi l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għat-tip ta’ organizzazzjoni għall-PSAPs li jirċievu l-eCalls, kemm jekk tkun organizzazzjoni pubblika jew waħda privata li taġixxi taħt delega pubblika;

K.

billi l-Memorandum ta’ Qbil (MtQ) għat-Twettiq ta’ eCall Interoperabbli Abbord il-Vetturi fl-Ewropa s’issa ġie ffirmat minn 22 Stat Membru, 5 Stati Assoċjati, u aktar minn 100 organizzazzjoni; billi żewġ Stati Membri oħra esprimew l-appoġġ tagħhom għall-użu mandatorju tal-eCall;

L.

billi f’diversi okkażjonijiet, il-Parlament esprima l-appoġġ tiegħu għall-introduzzjoni tal-eCall, inkluż appoġġ għall-użu mandatorju tiegħu, inizjattiva li se toħloq sens ta’ aktar sikurezza għaċ-ċittadini meta jivvjaġġaw;

M.

billi l-approċċ volontarju għall-użu fl-UE kien il-politika tal-Kummissjoni mill-2003 iżda sal-lum ma kisibx progress sinifikanti;

N.

billi fil-komunikazzjoni tagħha ‘eCall: Wasal il-Waqt għall-Mobilizzazzjoni’, il-Kummissjoni indikat li jekk sal-aħħar tal-2009 ma jsirx progress sinifikanti, f’termini kemm ta’ disponibilità tat-tagħmir eCall fil-vetturi kif ukoll tal-investiment neċessarju fl-infrastruttura tal-PSAP, se tipproponi miżuri regolatorji;

O.

billi skont ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika li twettqet mill-Kummissjoni fl-2010 dwar l-implimentazzjoni tal-eCall, aktar minn 80 % ta' dawk li taw ir-reazzjoni tagħhom, isibu s-sistema tal-eCall utli u jixtiequ li l-vettura tagħhom tkun mgħammra biha;

P.

billi s-sewwieqa tal-muturi huma l-grupp ta' utenti li jista' jkollhom l-ikbar diffikultà biex jikkuntattjaw lis-servizzi tal-emerġenza f’każ li jsibu ruħhom involuti f'inċident tat-traffiku;

Q.

billi l-vetturi agrikoli u industrijali, b’mod partikolari t-tratturi agrikoli, normalment joperaw f’żoni remoti u mwarrba u għalhekk ħafna drabi ma jistgħux jikkuntattjaw lis-servizzi tal-emerġenza f’każ ta' inċident;

R.

billi diġà jeżistu servizzi privati ta' telefonati ta' emerġenza mmuntati ġo vetturi, u l-użu tagħhom fl-Ewropa qed jiżdied, iżda l-ebda wieħed minnhom ma jkopru t-territorju kollu tal-UE u l-penetrazzjoni tas-suq huwa taħt 0.4 % tal-flotta tal-vetturi, waqt li xi wħud mis-servizzi introdotti tneħħew minħabba fallimenti fis-suq, bir-riżultat li l-utent spiċċa mingħajr is-servizz ta' telefonati ta' emerġenza minn ġewwa vetturi tul il-ħajja tal-vettura;

S.

billi t-teknoloġija hija lesta u kien hemm qbil dwar standards komuni tal-UE u qed jiġu rfinuti u ttestjati mill-industrija u l-awtoritajiet pubbliċi fil-qafad ta' proġetti pilota;

T.

billi fl-2010, il-Kummissjoni pubblikament ħabbret li se tippreżenta, fl-ewwel tliet xhur tal-2012, regolament ġdid li jinkludi s-sistema eCall bħala rekwiżit addizzjonali fi ħdan qafas regolatorju tal-vetturi bil-mutur tat-tip approvat,

1.

Jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Settembru 2011, u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Operaturi ta' Netwerks Mobbli (MNOs) jimplimentaw il-miżuri u l-aġġornamenti meħtieġa tagħha sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2014; jiddispjaċih, madankollu, li 18-il Stat Membru biss irrispondew fil-ħin; jistieden lill-bqija tal-Istati Membri biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli;

2.

Jiddispjaċih għad-dewmien u n-nuqqas ta' progress fl-operazzjoni volontarja tas-sistema eCall sal-ġurnata tal-lum u l-fatt li 3 Stati Membri ma ffirmawx il-MtQ tal-eCall jew ma ddikjarawx l-appoġġ tagħhom għall-operazzjoni tal-eCall, jistieden, għalehkk, lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ffirmawx il-MtQ dwar l-iżvilupp ta' servizz tal-eCall pan-Ewropew interoperabbli fl-Ewropa biex jagħmlu dan, u jħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti biex jaġixxu flimkien sabiex jiġi stabbilit dan is-servizz;

3.

Jenfasizza l-fatt li jeżistu nuqqasijiet sinifikanti fil-funzjonament tan-numru ta' emerġenza Ewropew 112 li fuqu għandu jkun ibbażat l-eCall; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet b’mod urġenti u jistieden lill-Kummissjoni żżid il-monitoraġġ tagħha f’dan ir-rigward;

4.

Jikkunsidra li s-sistema eCall għandha tkun sistema pubblika ta' telefonati ta' emerġenza madwar l-UE, inkorporata fil-vettura u bbażata fuq il-112 u fuq standards komuni pan-Ewropej sabiex tiġi garantita n-newtralità teknoloġika, sabiex jiġi żgurat servizz affidabbli, ta' kwalità għolja, għal but ta' kulħadd u faċli biex jintuża li jista' jaħdem mingħajr problemi u b’mod interoperabbli madwar l-Ewropa kollha fil-vetturi kollha, irrispettivament mill-marka, il-pajjiż jew il-pożizzjoni attwali tal-vettura, biex b’hekk ikunu massimizzati l-benefiċċji tas-sistema eCall għas-sewwieqa kollha, inklużi l-persuni b’diżabilità;

5.

Jenfasizza l-effetti pożittivi tas-sistema eCall, f’termini mhux biss ta' titjib fil-ġestjoni ta' inċidenti, ta' tnaqqis tal-konġestjoni kkawżata minn inċidenti u sabiex jiġu evitati inċidenti sekondarji, iżda b'mod partikolari sabiex tiġi aċċellerata l-wasla tas-servizzi ta' emerġenza u b’hekk titnaqqas il-mortalità u l-gravità tal-feriti li jirriżultaw mill-inċidenti tat-traffiku, biex b'hekk titjieb il-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej meta jkunu qed jivvjaġġaw fi Stat Membri oħra;

6.

Jikkunsidra li jekk l-introduzzjoni tas-sistema eCall titħalla għall-forzi tas-suq, l-eCall se jibbenefikaw minnha biss persuni li jistgħu jaffordjaw vetturi għoljin, filwaqt li introduzzjoni mandatorja tas-sistema installata fil-vetturi kollha twassal għal spejjeż aktar baxxi u l-użu universali fil-lievll tal-UE;

7.

Ifakkar li l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni turi li l-adozzjoni ta' miżuri regolatorji sabiex isseħħ l-introduzzjoni mandatorja tas-sistema eCall bħalissa hija l-unika possibbiltà biex jinkisbu l-effetti pożittivi kollha;

8.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissottometti proposta fi ħdan il-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE sabiex sal-2015 tiżgura l-użu mandatorju ta' sistema pubblika ta' eCall ibbażata fuq il-112 fil-karozzi l-ġodda approvati kollha u fl-Istati Membri kollha;

9.

Jikkunsidra li s-servizz eCall pubbliku għandu jkun b’xejn u obbligatorju, u għandu jiġi installat fil-vetturi l-ġodda kollha li jaqgħu fl-ambitu ta' din il-proposta;

10.

Iqis li s-servizz eCall pubbliku għandu jkun sempliċi, għal but ta' kulħadd, operattiv u aċċessibbli għal kulħadd fl-UE kollha, irrispettivament mill-vettura u l-pożizzjoni tagħha;

11.

Jiċħad l-idea li l-implimentazzjoni ta' aspetti tas-sistema eCall mmuntata ġewwa l-vetturi tista' ssir gradwalment fuq perjodu estiż ta' żmien;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi kwalunkwe miżura regolatorja oħra meħtieġa sabiex jiġi evitat dewmien addizzjonali, li jista' jirriżulta f’imwiet li setgħu jiġu evitati;

13.

Jikkunsidra li, filwaqt li l-metodu ta' analiżi tal-ispejjeż u l-nenefiċċji (CBA) jista' jkollu rwol importanti fil-ħolqoen ta' data li fuqha jiġu bbażati deċiżjonijiet kumplessi relatati mal-investimenti u l-użu tat-teknoloġija, dan l-approċċ jista' wkoll jiġi kkritikat kull meta xi parti importanti tal-analiżi tinvolvi stima tal-valur tal-ħajja tal-bniedem;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni, waqt li tivvaluta l-impatt tal-implimentazzjoni tas-sistema eCall fl-UE, tikkunsidra mhux biss l-investiment u l-ispejjeż operattivi iżda wkoll il-benefiċċji soċjali li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tas-sistema eCall;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi regoli ċari dwar ir-responsabbiltà tal-partijiet interessati involuti fis-sistema eCall;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-possibbiltà ta' allarmi foloz li jsiru minn sistemi eCall, l-influwenza ta' tali allarmi foloz fuq is-servizzi ta' emerġenza ta' kuljum, il-bżonn li ssir distinzjoni bejn inċidenti serji u inqas serji u bejn sinjali ta' emerġenza u informazzjoni oħra li għandha tiġi trażmessa lis-servizzi ta' emerġenza biex tkun żgurata l-operazzjoni effiċjenti tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet konkreti għal dawn il-problemi, jekk ikun meħtieġ;

17.

Jilqa' t-twaqqif tal-Pjattaforma Ewropea għall-Implimentazzjoni tal-eCall u jistieden lill-partijiet interessati rilevanti u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri biex jipparteċipaw sabiex tiġi żgurata introduzzjoni armonizzata tas-sistema eCall;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra testendi s-sistema eCall biex fil-futur qrib tinkludi wkoll vetturi oħra, bħal Vetturi Tqal tal-Merkanzija (HGVs), xarabanks u kowċis u vetturi bil-magni b’żewġ roti (PTW), u tevalwa jekk din għandhiex tiġi estiża għat-tratturi agikoli u l-vetturi industrijali;

19.

Jikkunsidra li l-użu ta' apparat tal-E-call tas-suq ta' wara l-bejgħ għandu jkun permess għal vetturi eżistenti;

PSAPs (Ċentri li Jirċievu t-Telefonati relatati mas-Sikurezza Pubblika) : aspetti ta' rispons f’emerġenza

20.

Jinnota kemm huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-PSAPs kollha fl-Istati Membri kollha huma mgħammra tajjeb jekk se jkun hemm livell uniformi ta' protezzjoni għaċ-ċittadini kollha fl-Unjoni, u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni li teħtieġ lill-Istati Membri jaġġornaw l-infrastruttura tagħhom tas-servizzi ta' rispons f’emerġenza u jipprovdu taħriġ adegwat għall-operaturi sabiex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw l-eCalls sal-2015, b'mod adegwat għall-istrutturi nazzjonali tagħhom u b'tali mod li s-servizz ikun aċċessibbli għal kulħadd;

21.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta speċifikazzjonijiet komuni għal PSAPs fi ħdan il-qafas tad-Direttiva dwar l-STI sal-aħħar tal-2012, u tipproponi direttiva dwar l-implimentazzjoni tas-sistema eCall;

22.

Japprezza r-rieda tal-operaturi ta' netwerks mobbli (MNOs) li jimmaniġġjaw l-eCalls bħal ma jagħmlu b’telefonati tal-112 oħra u jissuġġerixxi li hum, flimkien mal-Istati Membri, għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun inkiseb u d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fuq bażi annwali, b’mod partikolari fir-rigward tal-element identifikattiv eCall;

23.

Jilqa' l-fatt l-istabbiliment ta' konnessjoni bil-vuċi bejn l-okkupanti tal-vettura u l-operaturi tal-PSAP li qed jiġġestixxu t-telefonati ta' emerġenza, li jippermetti komunikazzjoni reċiproka, inaqqas kemm ir-riskju ta' risposti mhux adegwati u l-mobilizzazzjoni mhux neċessarja tas-servizzi ta' emerġenza, pereżempju fil-każ ta' inċidenti ħfief;

24.

Jenfasizza li hemm ħtieġa li dejjem qed tikber għal protokoll komuni għat-trasferiment tad-dejta biex tintbagħat informazzjoni bħal din lil ċentri li jirċievu t-telefonati relatati mas-sikurezza pubblika u lil servizzi ta' rispons f’emerġenza, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' konfużjoni u ta' interpretazzjoni ħażina tad-dejta kkomunikata; jenfasizza li l-mod kif tintbagħat l-informazzjoni minn operaturi tan-netwerk mobbli lil ċentri li jirċievu t-telefonati relatati mas-sikurezza pubblika għandu jkun stabbiliti b’mod trasparenti u nondiskriminatorju;

25.

Ifakkar li l-fatt li jkollok data elettronika fil-PSAPs jista' jwassal ukoll għal vantaġġi addizzjonali, bħal gwida avvanzata għall-membri tas-servizzi tas-salvataġġ sabiex dawn ikunu infurmati kif xieraq dwar sorsi ġodda ta' periklu li jistgħu jiltaqgħu magħhom minħabba l-iżvilupp ta' karozzi li jaħdmu bl-elettriku u sistemi ta' propulsjoni oħra ġodda;

26.

Jikkunsidra li għandhom jiġu promossi r-rabtiet bejn il-PSAPs u l-operaturi tat-trasport biex titjieb il-ġestjoni tal-inċidenti, b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Pjattaforma Ewropea għall-Implimentazzjoni tal-eCall (EeIP);

27.

Jappoġġa x-xogħol intensiv li sar fi ħdan il-proġett HeERO (Pilota Ewropew tal-eCall Armonizzat) fuq l-awtentikazzjoni transkonfinali pilota tal-eCall Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni bejn il-PSAPs nazzjonali u s-servizzi ta' rispons ta' emerġenza, b'mod partikolari f’postijiet transkonfinali fl-Ewropa, u jħeġġu l-iżvilupp ta' taħriġ konġunt u ta' skambji tal-aħjar prattiki, bl-għan li titjieb l-effettività tal-katina ta' provvista tas-servizzi ta' emerġenza kollha;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sistema eCall u l-kollegamenti mal-PSAP huma wkoll kompatibbli kemm mas-sistemi ta' interazzjoni mal-infrastruttura kif ukoll mas-sistemi intelliġenti abbord il-vetturi. (bħal pereżempju barrieri ta' protezzjoni intelliġenti li jibagħtu twissija dwar il-possibbiltà ta' inċident, sistemi intelliġenti tal-veloċità abbord il-vetturi, eċċ.);

Servizzi privati ta’ telefonati ta’ emerġenza

29.

Jikkunsidra li servizz pubbliku tal-eCall madwar l-UE jista’ jikkoeżisti ma’ servizzi privati ta’ telefonati ta’ emerġenza, bil-kundizzjoni li l-istandards ta’ prestazzjoni kollha huma sodisfatti, kemm mis-servizzi privati kif ukoll minn dawk pubbliċi – irrelevanti jekk xerrej tal-vettura jiddeċiedi favur soluzzjoni privata – il-vetturi kollha huma mgħammra bis-servizz pubbliku tal-eCall sabiex tiġi żgurata kontinwità tas-servizz fl-Istati Membri kollha, tul il-ħajja tal-vettura;

30.

Jenfasizza li s-sistema tal-eCall trid tkun faċli biex tintuża, u jenfasizza li l-konsumaturi għandhom jiġu offruti ħarsa ġenerali realistika tas-sistema, kif ukoll informazzjoni komprensiva u affidabbli dwar il-funzjonalitajiet jew servizzi addizzjonali marbuta mal-applikazzjonijiet offruti fil-vettura għall-emerġenza jew it-telefonati ta' assistenza, u rigward il-livell ta' servizz mistenni max-xiri ta' tali applikazzjonijiet u spejjeż assoċjati;

31.

Jitlob li meta konsumatur li juża servizz privat tat-telefonati ta' emerġenza jagħżel li ma jużax dak is-servizz, jew ikun qed jivvjaġġa f’pajjiż fejn dak is-servizz mhux offrut, is-servizz pubbliku tal-eCall ibbażat fuq il-112 għandu jkun awtomatikament disponibbli;

32.

Jikkunsidra li l-fornituri privati tas-servizz tal-eCall għandhom ukoll il-possibbiltà li jemigraw lejn is-servizz tal-eCall tal-UE kollha fi kwalunkwe ħin filwaqt li jkomplu jipprovdu servizzi oħra ta' telefonati;

33.

Jistieden lill-intrapriżi Ewropej sabiex jinvolvu ruħhom fl-iżvilupp tal-applikazzjonijiet, is-servizzi u l-infrastruttura tas-sistema tal-eCall neċessarji, sabiex tiġi stimulata l-innovazzjoni madwar l-UE;

Protezzjoni tad-Data

34.

Jisħaq fuq il-fatt li s-sistema pubblika tal-eCall m'għandha taħt l-ebda ċirkustanza tippermetti li jiġi traċċat il-vjaġġ tal-vettura, li tfisser li trid tibqa' sistema inattiva sakemm tagħti bidu għal telefonata ta' emerġenza, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Artikolu 29 tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data; ifakkar li s-servizz eCall għandu l-għanijiet prijoritarji li titjieb il-ġestjoni ta’ inċidenti, u li d-data pprovduta mis-servizz eCall ma tista’ tintuża bl-ebda mod biex jiġu sorveljati u studjati l-movimenti ta’ persuna, jew li tinsab il-pożizzjoni tagħha sakemm din ma tkunx ġiet involuta f’inċident;

35.

Jenfasizza li regoli xierqa, li josservaw it-trasparenza, għandhom jiġu inklużi għall-ipproċessar ta’ data personali relatati mal-eCalls, mhux biss mill-Operaturi ta’ Netwerks Mobbli iżda wkoll mill-atturi l-oħra kollha involuti, li jinkludu l-produtturi tal-vetturi, il-PSAPs u s-servizzi tal-emerġenza sabiex jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipji tal-privatezza u l-protezzjoni ta’ data personali skont id-direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u l-leġiżlazzjoni nazzjonali; jenfasizza li kull leġiżlazzjoni li jmiss għandha tiċċara kemm ir-responsabbiltajiet tal-atturi differenti involuti fl-eCall skont id-Direttiva 95/46/KE kif ukoll il-metodi għall-provvista ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data u għall-iffaċilitar tal-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom;

36.

Jenfasizza li servizzi privati tal-eCall għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data, li jipprevedu b’mod partikolari l-kunsens infurmat u l-possibilità li wieħed jitlaq minn servizz, b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Artikolu 29 tal-Grupp ta’ Ħidma; jenfasizza li l-kunsens infurmat tal-konsumaturi għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni sħiħa dwar l-ammont ta’ data miġbura u l-għan li għalih tkun inġabret, u li l-konsumaturi għandhom ikunu kapaċi jirtiraw f'kwalunkwe ħin il-kunsens tagħhom;

37.

Jenfasizza li s-sid jew il-kerrej tal-vettura għandu jiddeċiedi, bħala konsumatur infurmat, min ikollu aċċess għad-data tiegħu rigward is-servizzi privati tal-eCall irreġistrati mal-vettura;

Oqsma oħra relatati

38.

Jenfasizza li s-sistema tal-eCall tutilizza komponenti tekniċi (kapaċitajiet tal-ippożizzjonar, ipproċessar u komunikazzjoni bis-satellita) li jistgħu jipprovdu wkoll il-bażi għal diversi applikazzjonijiet u servizzi oħra mmuntati ġewwa l-vettura;

39.

Jikkunsidra li, sabiex tiġi żgurata għażla miftuħa għall-klijenti, is-sistema tal-eCall mgħammra fil-vettura trid tkun aċċessibbli mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni għall-partijiet interessati kollha bħall-fornituri tal-prodotti u s-servizzi tas-suq ta’ wara l-bejgħ, il-fornituri tal-apparat, il-ħwienet tat-tiswija, il-fornituri tas-servizzi indipendenti, l-assistenza fit-triq u servizzi relatati; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li s-sistema tal-eCall hija bbażata fuq pjattaforma interoperabbli u b’aċċess miftuħ għal applikazzjonijiet jew servizzi futuri possibbli fil-vettura sabiex tinkuraġġixxi l-innovazzjoni u tingħata spinta lill-kompetittività tal-industrija Ewropea tat-teknoloġija tal-informatika fis-swieq globali; jenfasizza li kwalunkwe applikazzjoni u servizz bħal dawn għandhom jibqgħu mhux obbligatorji;

40.

Jikkunsidra li l-għażla miftuħa għall-klijenti u l-aċċess miftuħ għall-fornituri tas-servizzi għandhom isiru parti mill-kriterji tal-manifatturi tal-apparat oriġinali (OEM) għad-disinn tal-pjattaforma mgħammra fil-vetturi u li l-interfaċċji relatati mgħammra fil-vetturi għandhom ikunu standardizzati sabiex jippermettu l-kompetizzjoni ġusta u sabiex tiġi mħeġġa l-innovazzjoni fis-suq Ewropew tat-telematika;

41.

Jenfasizza li kull servizz addizzjonali li se jintuża fil-vettura – b’mod speċjali waqt is-sewqan – irid ikun konformi ma’ standards ċari ta’ sikurezza, sigurtà u protezzjoni ta’ data, u li konformità ma’ standards bħal dawn għandha tkun imkejla u kkontrollata;

42.

Ifakkar li s-Servizz Overlay tan-Navigazzjoni Ġeostazzjonarja Ewropea (EGNOS) u l-Galileo jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-ġestjoni tat-traffiku tat-triq u l-interventi ta’ emerġenza, u dan jeħtieġ kampanja ta’ informazzjoni sabiex jiġi promoss użu usa’ tal-opportunitajiet li din is-sistema toffri fir-rigward tal-applikazzjoni tal-eCall;

43.

Iqis li l-Istati Membri għandhom jippermettu l-istabbiliment ta' sistemi ta' filtru tal-eCall għall-PSAPs li jippermettu l-identifikazzjoni mgħaġġla tat-telefonati urġenti, b'hekk iċ-ċentri tat-telefonati jiġu evitati milli jkollhom piż żejjed filwaqt li tiżdied l-effiċjenza tas-servizzi ta' emerġenza; iqis li tali sforzi għandhom ikunu appoġġati mill-Kummissjoni;

44.

Jistieden lill-Istati Membri, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, biex jistabbilixxu u jużaw programmi pilota nazzjonali biex jimplimentaw is-sistema awtomatika ta’ rispons f’emerġenza fil-vettura (eCall) sabiex jidentifikaw il-problemi possibbli u jwittu t-triq għall-implimentazzjoni obbligatorja tas-sistema fl-Istati Membri kollha fl-2015;

45.

Jitlob li interfaċċja standard tal-eCall, l-hekk imsejħa “buttuna tal-eCall”, li tkun identifikabbli wkoll għal persuni b’diżabbiltajiet, tiddaħħal fil-vetturi kollha sabiex jiġu evitati n-nuqqas ta’ fehim u l-possibbiltà ta’ użu ħażin tas-sistema; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni biex jipproponu standard armonizzat għal dan il-mekkaniżmu ta’ attivazzjoni;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-impatt possibbli tal-eCall fuq l-infiq tas-sistemi pubbliċi tas-saħħa; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Istati Membri biex jaqblu dwar definizzjoni armonizzata ta' korriment serju;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iżidu l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni prattika estensiva permezz ta' żvilupp ta' strateġija ta' komunikazzjoni mmirata u b'ambitu wiesa', u jimplimentaw kampanji kkoordinati li jqajmu l-kuxjenza rigward is-sistema tal-eCall u l-benefiċċji tagħha, l-użu tagħha u l-funzjonalitajiet tagħha, ukoll f'termini ta' sikurezza għaċ-ċittadini tal-UE, bl-għanijiet li jiżdiedu kemm il-fehim pubbliku ta' tali servizzi kif ukoll id-domanda tagħha għalihom, u li jimminimizzaw ir-riskju li dawn is-servizzi jintużaw jew jinftiehmu b'mod ħażin;

48.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu ħsieb li s-servizz tal-eCall ikun interoperabbli ma’ servizzi ta’ emerġenza simili oħra mgħammra fil-vettura promossi fir-reġjuni ġirien, bħas-servizz ERA-GLONASS;

*

* *

49.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 303, 22.11.2011, p. 46.

(2)  ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(4)  Test adottati P7_TA(2011)0453.

(5)  Test adottati P7_TA(2011)0408.

(6)  Test adottati P7_TA(2011)0519.

(7)  ĠU C 351E, 2.12.2011, p. 13.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2011)0306.

(9)  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 50.

(10)  ĠU C 286 E, 27.11.2009, p. 45.

(11)  ĠU C 244 E, 18.10.2007, p. 220.

(12)  ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 268.

(13)  ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 609.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/27


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
L-attrazzjoni tal-investiment fl-Ewropa

P7_TA(2012)0275

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-attrazzjoni tal-investimenti fl-Ewropa (2011/2288(INI))

2013/C 349 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 3, 49, 50, 119, 219 u 282 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (COM(2011)0121),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-OECD dwar l-Investiment Internazzjonali u l-Intrapriżi Multinazzjonali u Linji Gwida għall-Intrapriżi Multinazzjonali (aġġornament tal-25 ta' Mejju 2011),

wara li kkunsidra r-rapport Monti, ‘Strateġija ġdida għas-Suq Uniku’, li ġie ppubblikat fid-9 ta' Mejju 2010,

wara li kkunsidra r-Rapport UNCTAD tal-2011 dwar l-Investimenti Dinjija,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata ‘Lejn politika komprensiva ta' investiment internazzjonali Ewropew’ (COM(2010)0343),

wara li kkunsidra l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2012 (COM(2011)0777),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-3 133 laqgħa tal-Kunsill dwar il-Forum dwar is-Suq Uniku,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (5),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1311/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda minn diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabbiltà finanzjarja tagħhom (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (7),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Fondi Kapitali ta’ Riskju Ewropej (COM(2011)0860),

wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju (COM(2011)0453),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata ‘Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012’ (COM(2011)0815),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titlu ‘L-Att dwar is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja – Flimkien għal tkabbir ġdid’ (COM(2011)0206),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar pjan ta’ azzjoni għal titjib fl-aċċess għall-finanzi għall-SMEs (COM(2011)0870),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tal-2011 dwar l-Ostakli għall-Kummerċ u l-Investiment lill-Kunsill Ewropew (COM(2011)0114),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-13 ta' Diċembru 2011 dwar ostakli għall-Kummerċ u l-Investiment (8),

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE (COM(2011)0594),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-fattibiltà tal-introduzzjoni ta’ Bonds ta’ Stabbiltà (COM(2011)0818),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar baġit għall-Ewropa 2020 (COM(2011)0500, Partijiet I u II),

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-effetti tar-regoli għal għajnuna temporanja mill-Istat adottati fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja u ekonomika (SEC(2011)1126),

wara li kkunsidra r-rapport dwar ‘Żviluppi fis-Suq tax-Xogħol fl-Ewropa, 2011’ tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji,,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-OECD-WTO-UNCTAD dwar il-miżuri tal-kummerċ u l-investiment tal-G20 (nofs Ottubru 2010 sa April 2011),

wara li kkunsidra l-istħarriġ dwar is-self bankarju taż-żona tal-euro tal-Bank Ċentrali Ewropew għal Jannar 2012,

wara li kkunsidra l-projezzjonijiet makroekonomiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew għaż-żona tal-euro (Diċembru 2011),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-integrazzjoni finanzjarja fl-Ewropa (Mejju 2011),

wara li kkunsidra l-Qafas Politiku għall-Investiment (PFI) tal-OECD,

wara li kkunsidra l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020) (COM(2011)0834),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-19 ta’ April 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (9),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ‘Business Dynamics: Start-ups, Business Transfers and Bankruptcy (Id-dinamika tan-Negozju: Impriżi ġodda, Trasferimenti tan-negozju u Falliment) (Jannar 2011),

wara li kkusnidra r-Rapport tal-Bank Dinji ‘Doing Business 2012: Doing Business in a More Transparent World’ (Negozju 2012: Negozju b’mod aktar f’dinja aktar trasparenti),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata ‘Erasmus għal Kulħadd: il-Programm ġdid tal-UE għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport’ (COM(2011)0787),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni intitolat ‘Evalwazzjoni interim tal-Proġett pilota Erasmus għall-Imprendituri Żgħar / Azzjoni preparatorja (2011)’,

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku (COM(2011)0896),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0190/2012),

A.

billi l-kriżi ekonomika, finanzjarja u fiskali fl-UE wessgħet b'mod sinifikanti d-disparitajiet fost l-Istati Membri u r-reġjuni, li rriżultaw f’distribuzzjoni mhux ugwali ta’ investiment intern u barrani madwar l-Unjoni Ewropea;

B.

billi jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas konsistenti ta’ stabilità fi ħdan il-politika monetarja, fiskali u tal-kummerċ, sabiex jiġi ffaċilitat il-fluss ta’ investimenti diretti fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha tal-UE biex b’hekk jikkontribwixxi g]all-korrezzjoni tal-żbilanċi makroekonomiċi tal-UE;

C.

billi l-laqgħa informali tal-membri tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2012 enfasizzat il-ħtieġa li l-politiki tal-UE jiġu mmobilizzati ħalli jsostnu bis-sħiħ it-tkabbir, jintensifikaw l-isforzi għall-finanzjament tal-ekonomija permezz tal-investiment u jsaħħu l-ħolqien tal-impjiegi;

D.

billi, skont l-aħħar Tbassir Interim tal-Kummissjoni, l-UE tbati minn tkabbir dgħajjef u billi huwa mistenni li se jkun hemm diverġenzi sinifikanti fir-rati ta' tkabbir madwar l-Unjoni, filwaqt li dawn ir-rati ta’ tkabbir se jkunu mminati minn inċertezza kontinwa u nuqqas ta' fiduċja fost il-konsumatur u fis-suq;

E.

billi l-Unjoni għandha tisfrutta aktar il-vantaġġi tagħha, bħall-istandard għoli ta’ konsum, l-edukazzjoni u kwalità tal-ħajja, il-kapaċità tagħha ta’ riċerka u innovazzjoni, effiċjenza u produttività tax-xogħol għoljin kif ukoll l-ambjent kummerċjali favorevoli u ta’ motivanti, sabiex tindirizza l-kriżi fiskali u ssaħħaħ t-tkabbir u l-impjiegi;

F.

billi l-finanzjament tad-dejn pubbliku tal-Istati Membri għandu l-effett li jassorbi riżorsi għall-investiment, it-tkabbir u l-impjieg, filwaqt li l-ħruġ tal-kapital minn ċerti Stati Membri lejn ċerti Stati Membri oħrajn kif ukoll lejn ċerti pajjiżi terzi jista’ jikkontribwixxi għal deterjorament tas-sitwazzjoni tal-UE rigward il-bilanċ tal-pagamenti;

G.

billi s-self mill-banek – bħala s-sors l-iktar importanti tal-finanzi fiż-żona tal-euro, jammonta għal aktar mill-ekwità u l-finanzi tal-bonds flimkien, filwaqt li fl-Istati Uniti tal-Amerika u reġjuni oħra tad-dinja l-kreditu tal-banek jammonta għal perċentwal iżgħar tal-finanzi totali – ġie affettwat bil-kbir mill-iżviluppi ta’ dan l-aħħar;

H.

billi l-potenzjal għat-tkabbir ipprovdut minn setturi bħalma huma t-teknoloġiji l-ħodor, is-saħħa u l-kura, l-edukazzjoni u l-ekonomija soċjali jistgħu jixkattaw u jixprunaw l-investiment billi jqawwu d-domanda reċiproka, u b’hekk jagħtu spinta lill-investiment;

I.

billi hemm ħtieġa li jsiru monitoraġġ u rieżami tal-impatt u l-implimentazzjoni tar-regolamenti finanzjarji tal-UE sabiex jiġi żgurat li ma joħolqux piżijiet amministrattivi żejda u ma joħonqux l-investiment barrani dirett fl-UE;

J.

billi l-aħħar rapport tal-UNCTAD juri li l-UE għad għandha kapaċità qawwija biex tattira l-investiment barrani dirett;

K.

billi l-investiment intern fl-Unjoni jista’ jespandi b’mod sinifikanti s-swieq għall-investiment barrani dirett permezz ta’ titjib fl-infrastruttura sostenibbli għan-negozju, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp;

L.

billi l-investiment jikkonsisti f’żewġ pilastri – l-investiment pubbliku u dak privat – u billi l-pilastru privat huwa magħmul minn investiment domestiku u barrani;

M.

billi l-ġlieda kontra d-dipendenza żejda fuq l-importazzjoni taż-żejt, tal-gass u ta’ riżorsi oħrajn mhux rinovabbli tirrkjedi investiment qawwi fl-enerġija rinovabbli u fl-effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi;

N.

billi d-dejn sovran Ewropew u riskji tar-rifinanzjament tad-dejn, kif ukoll defiċjenzi u ostakoli għall-kummerċ u għall-ikompletar tas-suq intern, inklużi ostakoli nontariffarji u restrizzjonijiet tad-dejta, jistgħu jillimitaw il-kapaċità tar-reġjun tal-UE li jattira investituri kemm Ewropej kif ukoll internazzjonali;

O.

billi. f’termini ta’ kompetittività u intraprenditorija, l-isfidi ewlenin li l-impriżi tal-Unjoni għadhom iħabbtu wiċċhom magħhom huma diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzjament min-naħa tal-SMEs; spirtu imprenditorjali dgħajjef (45 % biss taċ-ċittadini Ewropej jixtiequ jaħdmu għal rashom imqabbla ma’, pereżempju, 55 % fl-Istati Uniti); ambjent tan-negozju li mhuwiex favorevoli għan-negozji ġodda u għat-tkabbir, ikkaratterizzat minn persistenza ta’ frammentazzjoni regolatorja u burokrazija żejda; kapaċita limitata tal-SMEs biex jadattaw għal ekonomija effiċjenti fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi u jespandu s-swieq barra minn pajjiżhom, sew fi ħdan is-Suq Uniku kif ukoll lil hinn minnu;

P.

billi, skont l-aktar indiċi riċenti tal-Bank Dinji “Doing Business”, l-Istati Membri tal-UE jirrappreżentaw biss 40 % (u l-membri taż-żona tal-euro 26 % biss) mill-aqwa 35 pajjiż f’termini ta’ intraprenditorija fil-livell globali;

Q.

billi, kif intwera fir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija tal-Kummissjoni (COM(2012)0068), restrizzjonijiet tal-baġit nazzjonali u rati għolja ta’ qgħad jenfasizzaw il-ħtieġa, speċjalment fir-rigward ta’ bilanċi tal-kontijiet kurrenti, ishma tas-suq tal-esportazzjoni u dejn privat u pubbliku, li jsiru riformi strutturali effikaċi sabiex itejbu l-ambjent tan-negozju, filwaqt li jnaqqsu l-burokrazija u jottimizzaw il-valur miżjud tal-fondi strutturali u tal-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment, speċjalment fil-pajjiżi li jibbenefikaw mill-Politika Ewropea tal-Viċinat;

R.

billi investimenti soċjali mmirati tajjeb huma kruċjali għallilħiq ta’ livell għoli ta’ impjiegi fit-tul, l-istabbilizzazzjoni tal-ekonomija, it-tisħiħ tal-kapital uman u t-tqawwija tal-kompetittività tal-UE;

S.

billi x-xejriet tal-investiment barrani dirett huma fost l-indikaturi ewlenin li l-Kummissjoni tuża fit-tabella ta’ valutazzjoni għas-sorveljanza ta’ żbilanċi makroekonomiċi;

T.

billi studji mwettqa mill-UNEP u l-ILO juru li l-investiment fil-formazzjoni tal-kapital uman huwa kruċjali biex jattira l-investiment fis-setturi ekonomiċi ħodor u jisfrutta l-potenzjal tagħhom għat-tkabbir;

U.

billi l-fluss ta' investiment barrani dirett fl-UE, b’mod partikolari jekk indirizzat b’tali mod li jnaqqas id-disparitajiet bejn l-Istati Membri, għandu effetti pożittivi fuq l-ekonomija reali u fuq il-bilanċ tal-pagamenti, il-kompetittività, l-impjiegi u l-koeżjoni soċjali, iżda jaġixxi wkoll bħala stimolu pożittiv fir-rigward tal-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni, il-ħiliet u l-mobilità tax-xogħol;

V.

billi d-definizzjoni ta’ miri sekondarji nazzjonali annwali li jkopru l-oqsma sottostanti għal ambjent attraenti u kompetittiv għal investituri internazzjonali, b’konformità mal-parametri tal-OECD, se tgħin biex joħorġu fid-dieher dgħufijiet u vantaġġi nazzjonali, kif ukoll opportunitajiet għal interventi mmirati;

W.

billi l-objettiv taż-żona tal-euro u tal-BĊE li tinżamm rata ta’ inflazzjoni ta’ ftit inqas minn 2 % fiż-żona tal-euro jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ qafas ta’ stabbiltà li jattira l-investiment;

X.

billi l-iżvilupp tas-swieq Ewropew tal-bonds huwa dipendenti ħafna fuq it-twessigħ tal-bażi ta’ investiment;

Y.

billi, fil-proposta tagħha dwar bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva (BKKTK), il-Kummissjoni ma estendietx l-armonizzazzjoni għar-rati tat-taxxa korporattivi, li huma maħsuba biex jibqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri, u billi jeħtieġ li jittieħdu passi ulterjuri biex is-sistema tat-taxxa fl-Unjoni ssir iktar trasparenti u inqas kumplessa għal investituri barranin filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm koordinament tar-rati tat-taxxa fl-Ewropa kollha kemm hi;

Z.

billi l-protezzjoniżmu kummerċjali qed jinfirex mad-dinja kollha, u għaldaqstant l-UE, li tokkupa l-ewwel post fis-suq tal-investiment intern minn sorsi barranin, għandha tissokta bin-negozjati għal Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li jippromwovu l-kummerċ miftuħ u ġust, kif ukoll standards internazzjonali fil-qasam tal-ħarsien soċjali u ambjentali filwaqt li tipproteġi l-vantaġġi kompetittivi kummerċjali tagħha;

AA.

billi fl-Unjoni Ewropea għad hemm ostakoli sinifikanti għall-forniment ta’ servizzi transfruntiera, li jtellfu l-funzjonament tas-suq ħieles;

AB.

billi, bi qbil mat-Trattati Ewropej, il-politika komuni tal-kummerċ, inklużi l-investimenti barranin diretti, hija kompetenza esklussiva tal-UE, u billi, f’dan il-qasam, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill joperaw fuq livell ugwali, peress li tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

1.

Jenfasizza li l-UE għadha tirrappreżenta l-ewwel destinazzjoni madwar id-dinja kollha ta’ investiment barrani dirett (FDI) u għandha bħala tali tibqa’ tissodisfa l-aspettattivi ta’ stati investituri u benefiċjarji filwaqt li tikkonforma mal-objettivi usa’ tal-politika ekonomika, soċjali u ambjentali tal-UE biex b’hekk tipproteġi r-rwol ewlieni tagħha fil-livell Ewropew u nazzjonali;

2.

Jemmen li l-politika ta’ koeżjoni hija essenzjali biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi u reġjonali fil-livell tal-UE, u li din għandha tkun politika ewlenija tas-suq intern għat-tisħiħ tal-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, li għandha wkoll il-potenzjal li żżid l-attrattiva tal-investimenti fl-UE; jenfasizza li permezz tal-investiment tal-politika tal-koeżjoni fl-infrastruttura u l-ħiliet tas-suq tax-xogħol l-attrattiva għal investituri prospettivi tista’ titqawwa b’mod sinifikanti;

3.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-kooperazzjoni regolatorja internazzjonali, inkluż fil-fora multilaterali, u l-konverġenza tar-rekwiżiti regolatorji fuq il-bażi ta’ standards internazzjonali u, fejn possibbli, twettaq djalogu regolatorju sabiex tindirizza ostakli eżistenti jew futuri potenzjali għall-kummerċ bil-għan li tillimita t-tilwim kummerċjali u l-ispejjeż assoċjati miegħu;

4.

Iqis li l-konsolidazzjoni u l-istabilizzazzjoni fiskali u l-ikkompletar tas-suq intern għandhom jitwettqu, filwaqt li jiżguraw valutazzjoni tal-valur miżjud li jistgħu joffru; jemmen li kooperazzjoni qawwija bejn il-korpi ekonomiċi kif ukoll aktar kumplementarjetà bejn l-ekonomiji tal-UE għandhom inaqqsu d-disparitajiet reġjonali fl-investiment barrani dirett biex tissaħħaħ il-bażi industrijali Ewropea u jinġieb ‘il quddiem l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli fit-tul, li huwa prerekwiżit kruċjali għal konsolidazzjoni fiskali ta’ suċċess u effikaċi;

5.

Jenfasizza li huwa kruċjali li jiġi sostnut l-interess tal-investituri Ewropej strateġiċi fl-attivitajiet tagħhom fi ħdan l-UE, filwaqt illi m’għandux jintesa li, bi rbit mal-kriżi finanzjarja u ekonomika dinjija usa’, is-sentimenti negattivi u l-inċertezza maħluqa mill-kriżi tad-dejn u min-nuqqas ta’ risposti rapidi jwasslu biex l-investituri jnaqqsu l-espożizzjoni tagħhom għar-reġjun; jissottolinja li nuqqas ta’ investiment domestiku kkoordinat fit-tul sejjer jagħmel ħsara sinifikanti għall-atrattiva tal-UE għal investituri bħal dawn fil-ġejjieni; jirrikonoxxi li approċċ b’diversi livelli għall-governanza, bl-involviment tal-komunità lokali fl-istadji xierqa, huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-investiment ikun immirat lejn il-qadi tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull reġjun u kull Stat Membru;

6.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq komunikazzjoni dwar l-attrattiva tal-investimenti fl-Ewropa, meta mqabbla mas-sħab u l-kompetituri ewlenin tagħha, li tidentifika l-vantaġġi u d-dgħufijiet ewlenin tal-UE bħala ambjent ta’ investiment, u tipproponi strateġija integrata li tinkludi politiki u rakkomandazzjonijiet speċifiċi, kif ukoll proposti leġiżlattivi jekk xieraq, biex ittejjeb l-ambjent ta’ investiment tal-UE;

7.

Jemmen li l-UE, hija u tindirizza l-kriżi tad-dejn, għandha tisfrutta bis-sħiħ il-pożizzjoni tagħha bħala l-ikbar suq komuni uniku tad-dinja (inkluż l-istandard għoli ta' ħajja, il-produttività għolja tax-xogħol, iċ-ċertezza legali u l-kapaċità tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħha), kif ukoll l-ikbar qawwa ta’ investiment u kummerċ barrani fid-dinja, u jenfasizza l-ħtieġa għal strumenti, metodi u mekkaniżmi ta' finanzjament aktar effiċjenti u skemi ta' investiment ġodda, bħal bonds ta' proġetti tal-UE, li jistgħu jisfruttaw il-vantaġġi kompetittivi tal-Ewropa u l-kumplimentarjetajiet bejn l-Istati Membri tagħha u jilħqu l-miri tal-istraeġija ta’ tkabbir Ewropa 2020, sabiex jiġu indirizzati r-riċessjoni u l-isfidi tat-tkabbir kajman;

8.

Iħeġġeġ lill-UE biex tintroduċi l-investiment bħala element ewlieni tal-inizjattivi ewlenin kollha fi ħdan l-Istrateġija Ewropa 2020, sabiex tiġi ssodisfata l-ħtieġa kritika għat-tkabbir u l-impjiegi u jsir użu mill-kontribuzzjoni prinċipali tagħhom lejn l-indirizzar tal-kriżi fiskali; b’mod partikolari, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġija industrijali tal-UE ambizzjuża, ekoeffiċjenti u sostenibbli sabiex taħji mill-ġdid il-kapaċità ta’ manifattura fl-UE kollha u tiġġenera impjiegi ta’ kwalità għolja fl-UE;

9.

Jenfasizza b’mod partikolari l-potenzjal enormi għall-ġbid ta’ investiment barrani dirett permezz tal-promozzjoni tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-ħolqien ta’ impjiegi fl-oqsma tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinovabbli u ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika biex jintlaħqu l-miri tal-2020 u biex l-UE ssir minn ta’ quddiem fid-dinja fit-teknoloġija l-ħadra;

10.

Ifakkar li jekk ma jiżdiedxl-investiment pubbliku permezz tal-finanzjament sostenibbli, jew saħansitra jitnaqqas minħabba l-kriżi finanzjarja, għal setturi kruċjali bħas-saħħa, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-infrastrutturi, jista’ jkun hemm effetti negattivi fuq il-kompetittività u l-attrattiva għall-investituri, speċjalment jekk dan isir mudell fit-tul; għalhekk jeħtieġ li l-investiment pubbliku jiżdied b’mod sostennibbli;

11.

Jappoġġja l-programm ġdid propost “Erasmus għal Kulħadd” li jista’ jżid b’mod sinifikanti l-fondi allokati għall-mobilità u l-iżvilupp ta’ għarfien, taħriġ u ħiliet, biex jagħti spinta lill-iżvilupp personali u l-prospettivi tax-xogħol taż-żgħażagħ u b’hekk jikkontribwixxi fit-tisħiħ tal-potenzjal uman u jindirizza l-problema tal-qgħad għoli fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa; jappoġġja “Erasmus għall-Intrapriżi” u b’mod partikolari l-programm ta’ skambju “Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ” li se jinkoraġġixxi l-ftuħ ta’ negozji, trasferimenti tal-għarfien minn pajjiż għall-ieħor, kooperazzjoni bejn ditti żgħar, innovazzjoni u ħolqien ta’ impjiegi;

12.

Jipproponi titjib u twessigħ tad-database statistika għall-investiment dirett, bi qbil mal-mudelli internazzjonali tal-OECD u tal-Bank Dinji, u l-adozzjoni ta’ miri ta’ investiment u indikaturi supplementari fuq livell nazzjonali (ambjent urban, infrastruttura soċjali), sabiex joħroġ fid-dieher il-progress li qed isir lejn ambjent ta’ investiment attraenti, filwaqt li fl-istess ħin jiġu evalwati l-politiki ta’ investiment u l-effetti pożittivi tagħhom fuq l-ekonomija u l-impjiegi fil-pajjiżi u r-reġjuni varji;

13.

Jemmen li kwalunkwe strateġija maħsuba biex tiġbed l-investiment barrani u lokali għandha torbot mal-ikkompletar tas-suq uniku, investimenti u flussi transkonfinali, swieq miftuħa, u aċċess imtejjeb għas-suq u kompetizzjoni ġusta għall-professjonijiet liberali, fid-dawl tal-għadd u u l-varjetà ta’ opportunitajiet ġodda; huwa konvint, f’dan ir-rigward, li l-UE għandha tippromwovi n-Netwerks Trans-Ewropej u l-mobilità tal-ħaddiema, tal-istudenti u tar-riċerkaturi u ssaħħaħ il-kooperazzjoni u l-kumplimentarjetajiet bejn l-ekonomiji tal-UE;

14.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jitnaqqsu l-ostakoli tat-taxxa għall-ħaddiema u impjegaturi transkonfinali biex tiġi ffaċilitata l-mobilità taċ-ċittadini u jiġi promoss l-investiment transkonfinali;

15.

Jistieden lill-UE biex tinnegozja f’livell globali u fil-qafas tad-WTO, tal-G20 u tal-G-8, l-istabbiliment ta’ regoli komuni li jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd fid-dawl tal-iżbilanċi makroekonomiċi internazzjonali relatati mar-regolazzjoni u t-tassazzjoni finanzjarja sabiex tipproteġi l-kompetittività tal-UE u tiżgura r-rispett tal-objettivi soċjali u ambjentali tal-Unjoni; jistieden lill-Unjoni biex tkun deċiżiva fin-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehimiet komprensivi ta’ kummerċ ħieles (FTAs) ma’ sħab ewlenin bħala element prinċipali għall-ftuħ ta’ swieq ġodda tal-prodotti u s-servizzi, it-tkattir tal-opportunitajiet ta’ investiment, il-faċilitazzjoni ta’ kummerċ miftuħ u ġust u l-promozzjoni ta’ ambjent ta’ politika aktar prevedibbli; jissottolinja l-importanza li jimxu ‘l quddiem negozjati fuq taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji fil-livell dinji;

16.

Huwa tal-idea li l-ħolqien ta’ Osservatorju Ewropew ad hoc għall-investimenti diretti barranin, stabbiliti fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, jista’ jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politiki tal-Istati Membri f’dan il-qasam u, fl-istess ħin, jipprovdi monitoraġġ aħjar tal-politiki applikati, inklużi l-effetti makroekonomiċi tagħhom, sabiex l-Ewropa tiġi promossa bħala destinazzjoni ta’ investiment;

17.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tintensifika l-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi, fiskali u soċjali tal-Istati Membri bl-għan li tattira investimenti barranin, filwaqt li tqis id-diverġenzi ekonomiċi u soċjali osservati bejn membri taż-żona tal-euro u bejn l-Istati Membri tal-UE;

18.

Jikkunsidra li l-UE u l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni b’mod partikolari biex itejbu l-użu tal-fondi strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni bħala katalista biex jiġi attirat finanzjament addizzjonali mill-BEI, mill-BERŻ, minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra u mis-settur privat, filwaqt li jiġu mħeġġa wkoll inizjattivi oħra bbażati fuq sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat (PPP), bħal Bonds ta’ Proġetti tal-UE; jinnota li l-SMEs jistgħu jibbenefikaw b’mod partikolari minn investimenti li jsaħħu l-kapaċitajiet, l-infrastruttura u l-kapital uman; jirrikonoxxi l-potenzjal tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ strumenti finanzjarji innovattivi sabiex jintużaw aħjar bħala aċċess għall-finanzjament sabiex jikkumplementaw metodi tradizzjonali ta’ finanzjament; jenfasizza li natura rotanti ta’ strumenti finanzjarji u approċċ flessibbli għall-integrazzjoni ta’ strumenti bħal dawn fil-livell reġjonali jistgħu jwasslu għal effett ta’ multiplikazzjoni tal-baġit tal-UE, irawmu sħubijiet bejni il-publiku u l-privat, jiftħu sorsi alternattivi ta’ finanzjament u jipprovdu fluss ġdid ta’ finanzjament importanti għal investimenti strateġiċi, li jappoġġjaw investimenti sostenibbli fit-tul fi żmien ta’ restrizzjoni fiskali;

19.

Jilqa’ l-operazzjonijiet tal-BĊE ta’rifinanzjament fuq żmien itwal (LTRO); jistieden lill-BĊE biex ikompli jaġixxi b’mod deċiżiv huwa u jindirizza l-kriżi kurrenti tad-dejn fiż-żona tal-euro billi jżomm l-istabilità tal-prezzijiet filwaqt li fl-istess ħin jimminimizza l-effetti ta' konsegwenzi sekondarji negattivi fuq l-ekonomija reali u fuq l-investimenti li l-problemi tal-likwidità tas-settur bankarju jistgħu jiġġeneraw; jemmen li s-settur bankarju jeħtieġlu jieħu l-passi meħtieġa biex jindirizza d-dgħufijiet strutturali tiegħu rigward riskji ta’ likwidità aktar fit-tul, biex l-investituri jerġgħu jiksbu l-kunfidenza u b’hekk il-BĊE ma jkollux għalfejn jintervjeni bmod daqshekk massiċċ fil-ġejjieni; iqis li l-qafas operazzjonali tal-bank għandu jissawwar b'tali mod li proporzjon tal-għotjiet tkun disponibbli għal finijiet ta’ żvilupp u biex tirfed l-impriżi żgħar u medji;

20.

Jemmen li r-riforma li jmiss tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali għandha tiżgura li riżervi kapitali miżjuda biex jippromwovu l-istabilita tas-settur bankarju fuq żmien twil ma jżommux lill-banek milli jinjettaw fl-ekonomija l-likwidità, li hija kruċjali għall-investiment;

21.

Jenfasizza l-ħtieġa għall-approfondiment tas-swieq kapitali Ewropej sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal finanzjament minn sorsi oħra apparti l-banek;

22.

Jinnota l-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni biex tittejjeb ir-regolamentazzjoni tas-suq tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu, b’mod partikolari l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu u l-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati ma’ impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-gradazzjoni tal-kreditu, u jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu iktar passi sabiex jiġu żgurati ambjent tan-negozju b'saħħtu u kompetizzjoni ġusta; 16a. Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-ħafna ostakli li baqa’ li jtellfu l-provvista u r-riċeviment ta’ servizzi transkonfinali fi Stati Membri individwali;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-ħafna ostakli li baqa’ li jtellfu l-forniment u r-riċeviment ta’ servizzi transkonfinali fi Stati Membri individwali;

24.

Jinnota l-importanza tal-proposti tal-Kummissjoni għall-modernizzazzjoni tas-suq Ewropew tal-akkwist pubbliku; jenfasizza li suq dinamiku pan-Ewropew tal-akkwist jista’ jipprovdi opportunitajiet ta’ negozju importanti għall-kumpaniji Ewropej u jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jistimola industrija Ewropea kompetittiva, jiġbed l-investiment u jippromwovi t-tkabbir ekonomiku;

25.

Jesprimi tħassib dwar ix-xejra li investituri istituzzjonali taż-żona tal-euro jiċċaqalqu mill-ekwitajiet taż-żona tal-euro għal ekwitajiet maħruġa fi mkejjen oħra fid-dinja, fid-dawl ta' (i) ir-rwol tagħhom, li dejjem qiegħed jikber, fis-settur finanzjarju taż-żona tal-euro, u (ii) it-tnaqqis, fil-poratfolli totali tal-fondi ta’ investiment, ta’ishma u ekwità oħra maħruġa mir-residenti taż-żona tal-euro, minn 26 % fl-2009 għal 23 % matul l-2010;

26.

Jenfasizza r-rwol ta’ fondi ta’ investimenti sovrani minn pajjiżi terzi u jisħaq fuq l-importanza tat-tisħiħ tal-prinċipji tat-trasparenza u tar-responsabbiltà għall-promozzjoni ta’ sinerġiji bejn il-fondi ta' investimenti sovrani u dawk tal-UE;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iħeġġu lill-investituri istituzzjonali jipparteċipaw fil-fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju u l-fondi Ewropej ta’ imprenditorija soċjali, u biex jeliminaw restrizzjonijiet fuq il-provvista ta’ finanzjament ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju lil impriżi żgħar u medji;

28.

Jemmen li l-imprenditorija transkonfinali toffri benefiċċji sinifikanti kemm għar-reġjuni tal-UE, billi tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tagħhom, kif ukoll għall-intrapriżi individwali billi toffrilhom opportunitajiet ta’ aċċess għal swieq u sorsi ta’ provvista ġodda u akbar, kif ukoll kapital, xogħol u teknoloġija;

29.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iċ-ċifri għolja tal-qgħad fost iż-żgħażagħ li ġew osservati f’għadd ta’ Stati Membri, kif ukoll il-prospetti negattivi relatati mal-impjiegi; jinnota bi tħassib il-kapaċità limitata tal-Unjoni Ewropea li tattira kapital uman ta’ livell għoli, filwaqt li hemm flussi sinifikanti ta’ kapital uman lejn pajjiżi tat-tielet dinja; jirrikonoxxi li l-Unjoni Ewropea għandha potenzjal vast f’dak li jirrigwarda l-kapital uman, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintensifikaw l-azzjoni fuq il-qgħad taż-żgħażagħ permezz ta’ programmi u azzjonijiet konkreti fil-livell Ewropew u f’dak nazzjonali; jilqa’, f’dan ir-rigward, id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew, li jistieden lill-Istati Membri jintroduċu skemi nazzjonali simili għall-Garanzija taż-Żgħażagħ, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex isostnu din it-talba permezz ta’ azzjoni rapida u konkreta fil-livell nazzjonali biex jiżguraw li ż-żgħażagħ ikollhom impjieg deċenti, jew inkela jkunu fl-edukazzjoni jew it-taħriġ (inkluż it-taħriġ mill-ġdid); iqis li l-Unjoni Ewropea għandha tintensifika l-isforzi tagħha biex tilħaq l-objettivi ta’ impjiegi ddikjarati fll-istrateġija UE 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, inklużi taxxi mnaqqsa fuq ix-xogħol maħsuba biex jiġbdu aktar investiment f’setturi tal-ekonomja li jirrikjedu forza tax-xogħol kbira;

30.

Jirrmarka l-isfida quddiem l-Unjoni kollha kemm hi, flimkien mal-Istati Membri individwali, rigward it-tixjiħ tal-popolazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġiji konsistenti li jittrattaw l-isfida demografika, b’tali mod li jibbilanċjaw l-implikazzjonijiet negattivi potenzjali;

31.

Jappoġġja l-objettivi tal-Unjoni tal-Innovazzjoni; jistieden lill-Istati Membri biex jimmiraw lejn l-investiment fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, minħabba fl-effetti pożittivi li dan jista' jkollu fuq it-tkabbir u l-iżvilupp fiż-żmien medju u twil; jappoġġja l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti bħala prinċipju ta’ politika importanti u kunċett għall-politika tal-innovazzjoni u rabtiet iktar qawwija bejn ir-riċerka u l-intraprenditorija f’oqsma bħalma hija t-teknoloġija l-ħadra;

32.

Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa għandha tkun prijorità ewlenija għall-Unjoni Ewropea speċjalment fis-sitwazzjoni attwali ta’ kriżi, fejn l-evażjoni tat-taxxa tirrappreżenta telf kbir għall-baġits nazzjonali u d-dħul addizzjonali jista’ jintuża biex iqawwi l-investiment pubbliku; jirrimarka li jeħtieġ li jkun hemm kooperazzjoni u kooordinazzjoni tajba bejn il-Kummisjsni u l-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-tassazzjoni doppja, in-nontassazzjoni doppja, il-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u d-dumping, kif ukoll l-użu ta' rifuġji fiskali għal finijiet illeċiti; b’mod aktar ġenerali, jappella għal aktar koordinazzjoni fiskali, sew mil-lat tal-introjtu kif ukoll minn dak tal-infiq, inklużi kooperazzjoni u koordinazzjoni tajba bejn is-sistemi tat-taxxa tal-Istati Membri, kif ukoll għal tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi tqa; u l-ispejjeż għoljin tal-ottemperanza mat-taxxa li jħabbtu wiċċhom magħhom in-negozji Ewropej u li joħolqu diżinċentivi għall-investiment fl-Unjoni Ewropea; jilqa’ l-pożizzjoni tal-Parlament fuq bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva (BKKTK) filwaqt li jistenna bil-ħerqa li l-Kunsill jadotta d-Direttiva;

33.

Jirrimarka li aċċess diffiċli għall-finanzi jibqa’ wieħed mill-preokkupazzjonijiet ewlenin għall-SMEs; jinsab partikolarment inkwetat dwar il-fatt li kumpaniji b’saħħithom ma jistgħux jakkwistaw il-finanzjament li jkunu ppjanaw għalih; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw malajr azzjonijiet u miżuri regolatorji biex jiffaċilitaw il-finanzjament għall-SMEs, kif propost fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE biex jittejjeb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs; jenfasizza li t-tkabbir fil-livelli lokali ta’ spiss isir mill-SMEs u l-impriżi soċjali u l-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni mogħti permezz ta’ approċċ ta’ governanza b’diversi livelli jista’ jiżgura li l-SMEs u l-impriżi soċjali jisfruttaw il-potenzjal tagħhom u jkomplu jagħtu kontribut siewi għall-kompetittività tal-UE;

34.

Jenfasizza l-ħtieġa għal reviżjoni komprensiva tal-impatt ekonomiku tar-regolament finanzjarju tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tkun proporzjonata u ma toħnoqx l-investiment;

35.

Jilqa’ l-“Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs” (COSME) propost mill-Kummissjoni għall-perjodu 2014-2020 bħala mezz biex jinkoraġġixxi l-kultura intraprenditorjali u jippromwovi negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu tal-SMEs prinċipalment f’setturi ġodda bħal servizzi tal-midjasoċjali, l-ekonomija l-ħadra u t-turiżmu;

36.

Jappella għal liġijiet ġodda u effiċjenti dwar il-falliment, inklużi għodod ta’ twissija bikrija, sabiex jinkoraġġixxu politika tat-tieni opportunità maħsuba biex trawwem l-intraprenditorija u l-bidu mill-ġdid tan-negozji peress li t-Tieni Opportunità mhix rikonoxxuta b’mod adegwat mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali; jenfasizza l-importanza ta’ aktar netwerking fost l-intraprendituri u dawk li jiftħu negozju mill-ġdid sabiex tiġi promossa t-Tieni Opportunità kif ukoll il-ħtieġa li jiġu indirizzati diffikultajiet fil-finanzjament ta’ dawk li jiftħu negozju mill-ġdid;

37.

Jistieden lill-Unjoni biex tisfrutta bis-sħiħ l-opportunitajiet ta’ investiment fl-UE u lil hinn li jirriżultaw mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u strateġiji makroreġjonali;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, fit-tabella ta’ valutazzjoni, tinkludi l-indikaturi rilevanti kollha għall-kejl tal-iżbilanċi makroekonomiċi u l-effetti tagħhom fuq ir-reġjuni tal-UE;

39.

Ifakkar li huwa importanti li jiġu żviluppati iktar sħubijiet immirati lejn setturi ambjentali, li qed jattiraw żieda fl-imgħax minn investituri, fil-qies tar-riżorsi u tal-kapaċità tal-UE;

40.

Jilqa' l-fatt li fl-2011 l-għadd ta' kumpaniji li kien biħsiebhom jinvestu fl-UE żdied b'5 %; jiddispjaċih, madankollu, li l-ammont medju ta' impjiegi ġodda li nħolqu għal kull proġett ta' investiment baqa' l-istess;

41.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw il-Pjan ta' Azzjoni tal-Gvern elettroniku, li permezz tiegħu jkunu jistgħu jipprovdu servizzi tal-Gvern elettroniku – anki għall-kumpaniji – b'mod aktar effiċjenti u bi prezz orħos, kemm fil-livell lokali kif ukoll dak transkonfinali;

42.

Jinsisti li jeħtieġ li, biex l-investiment isir aktar attraenti, l-UE u l-Istati Membri tagħha:

a)

jieħdu vantaġġ mill-wirt storiku tal-UE billi jrawmu l-industriji kulturali, l-isport u t-turiżmu bħala swieq li qed jikbru u attraenti,

b)

irawmu l-ekonomija trans-Atlantika bħala s-sieħba prinċipali tagħna tal-lum fil-kummerċ, in-negozju u l-investiment barrani dirett, bi sfruttament aħjar tal-flussi tax-xogħol speċjalizzati bejn iż-żewġ kontinenti u bi żvilupp tal-potenzjal għat-tisħiħ tal-ekonomija tal-innovazzjoni;

43.

Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal programm li jiffoka fuq il-kompetittività tal-SMEs; jilqa' ż-żidiet reċenti fil-kapital tar-riskju u f’dak informali f'bosta Stati Membri tal-UE, iżda jtenni li l-UE għandha tkompli tissemplifika r-regolamenti u l-aċċess għall-finanzjament tal-SMEs u ta' operaturi ekonomiċi oħrajn, billi tħeġġeġ sistemi effikaċi ta' kapital ta' riskju u ta' kapital informali fl-UE kollha u ssaħħaħ ir-rwol tal-investimenti tal-ekwità privata u pubblika fil-finanzjament tat-tkabbir korporattiv fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera b’mod aktar attiv ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali fil-ħolqien ta’ mekkaniżmi finanzjarji innovattivi għall-finanzjament tal-SMEs;

44.

Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-istandards biex jgħinu fl-iżvilupp tal-innovazzjoni fil-prodotti u s-servizzi l-ġodda, biex jitlesta s-suq intern u jattiraw l-investiment fl-UE, u jarmonizzaw l-istandards Ewropej ma’ dawk internazzjonali;

45.

Itenni l-proposta preċedenti tiegħu li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-BEI, fid-dawl tal-kwalità tar-riżorsi umani tagħha u tal-esperjenza tagħha fil-finanzjament tal-infrastrutturi l-kbar, għandha twettaq missjoni ta' riflessjoni strateġika dwar il-finanzjament tal-investimenti mingħajr ma teskludi l-ebda ipoteżi: sussidji, il-ħlas ta' somom sottoskritti mill-Istati Membri għall-kapital tal-BEI, sottoskrizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-kapital tal-BEI, self, strumenti ta' innovazzjoni, inġinerija finanzjarja adattata għall-proġetti fuq medda twila ta' żmien li ma jħallux profitt immedjat, l-iżvilupp ta' sistemi ta' garanzija, il-ħolqien ta' sezzjoni ta' investiment fi ħdan il-baġit tal-Unjoni, konsorzji finanzjarji bejn l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali, sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat;

46.

Jilqa’ l-inizjattivi emblematiċi tal-Ewropa 2020 bit-titolu ‘Politika industrijali integrata għall-era tal-globalizzazzjoni’, ‘Unjoni tal-Innovazzjoni’ u ‘Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza’, u jinnota li l-istrateġija Ewropa 2020 se tgħin biex l-investiment fl-UE tagħmlu aktar attraenti, toħloq impjiegi fi ħdan l-UE u żżomm il-kompetittività internazzjonali tagħha;

47.

Jenfasizza li, bil-livelli baxxi attwali ta’ tkabbir u l-livelli għoljin tal-qgħad, il-politika ta’ koeżjoni tal-UE tagħti kontribut importanti lill-ekonomija Ewropea, kif ukoll lir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej, u tikkostitwixxi l-ikbar partita ta’ nfiq fil-baġit tal-UE għal investimenti fl-ekonomija reali, billi ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bit-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali u bl-implimentazzjoni ta’ strateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv li joffri lieva notevoli għall-investimenti pubbliċi u privati, fil-livell tal-UE kif ukoll f’dawk nazzjonali, reġjonali u lokali;

48.

Jenfasizza li approċċ diskriminatorju fir-rigward ta’ intrapriżi kbar jista’ jostakola l-innovazzjoni u jnaqqas il-kompetittività ta’ kumpaniji oħra tal-UE – partikolarment l-SMEs – billi jeskludihom minn sħubijiet globali kruċjali fl-innovazzjoni kollaborattiva u billi jnaqqas l-aċċess tagħhom għal teknoloġija avvanzata;

49.

Japprova r-raġunament ekonomiku ta’ politika ta’ żvilupp ibbażata fuq il-post lokali/reġjonali, imsejsa fuq il-loġika fundamentali li l-interess fir-reġjuni l-anqas żviluppati tal-Unjoni x’aktarx li jiżdied jekk ikunu kapaċi joffru vantaġġi komparattivi kompetittivi (infrastruttura adegwata, riżorsi umani ta’ ħila, eċċ.) kif ukoll ġabriet sodi ta’ inċentivi; f’dan il-kuntest, jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri u r-reġjuni f’ħidmiethom dwar il-politiki ta’ inċentivi għall-investiment tagħhom stess, speċjalment fir-rigward ta’ investimenti fit-tul – mhux l-inqas fil-livell transkonfinali – b’enfasi fuq proġetti tal-infrastruttura; jinnota b’dispjaċir li reġjuni anqas żviluppati tal-UE qegħdin iktar u iktar jitilfu l-attrattiva tagħhom, għall-benefiċċju ta’ pajjiżi terzi; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jfasslu miżuri urġenti mmirati biex iżommu l-investimenti attwali u jiġbdu oħrajn ġodda;

50.

Jenfasizza li l-UE għandha saħħa enormi fil-bliet tagħha, u li proġetti kbar ta’ infrastruttura urbana, u “business parks” innovattivi, jipprovdu l-aktar attrattiva qawwija għall-investiment; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu investimenti għall-infrastruttura, teknoloġiji ġodda u riċerka u żvilupp fuq skala kbira, inklużi sistemi ta’ trasport multimodali, sabiex itejbu l-kwalità tal-ambjent ta’ ħajja u l-kompetittività tal-bliet tal-Ewropa, billi jibnu fuq il-punti b’saħħithom tagħhom, u filwaqt li jiżguraw li dawn l-investimenti ma jsirux għad-detriment ta’ koeżjoni territorjali reali u ta’ żvilupp rurali bbilanċjat.

51.

Jenfasizza li jeħtieġ li r-riċerka u l-edukazzjoni fil-livell lokali mhux biss jixxerrdu u jiġu implimentati, iżda wkoll li jitkattru. Dan ifisser li l-potenzjal uman disponibbli – ir-riċerkaturi u l-fondazzjonijiet akkdemiċi fil-livell lokali – jeħtieġ li jintuża bis-sħiħ, sabiex jiġu attirati kemm l-investimenti domestiċi kif ukoll l-investimenti diretti minn barra. F’dan il-kuntest, huwa importanti wkoll li tiġi kkunsidrata l-mobilità tal-element uman: l-għalliema, ir-riċerkaturi u l-istudenti;

52.

Jemmen li r-reġjuni sottożviluppati għandhom ikomplu jibbenefikaw minn finanzjament sostanzjali mill-Unjoni biex l-investituri jgawdu minn vantaġġi kompetittivi lokali oħra minbarra spejjeż tax-xogħol imnaqqsa;

53.

Jinnota l-ħtieġa li jissaħħu l-infrastrutturi ħalli jitqawwew il-koeżjoni soċjali u l-kompetittività tar-reġjuni; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza tan-Netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport u l-użu ta’ strumenti finanzjarji supplimentari, bħal bonds tal-proġetti u sħubijiet settorjali bejn il-pubbliku u l-privat;

54.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.

(3)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

(5)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.

(6)  ĠU L 337, 20.12.2011, p. 5.

(7)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2011)0565.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2012)0135.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/38


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
Aspetti kummerċjali tas-sħubija tal-Lvant

P7_TA(2012)0276

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-aspetti kummerċjali tas-Sħubija tal-Lvant (2011/2306(INI))

2013/C 349 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra n-negozjati li għadhom għaddejjin dwar il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina, l-UE u l-Moldova, l-UE u l-Ġeorġja, l-UE u l-Armenja u bejn l-UE u l-Azerbajġan, li se jinkludu elementi ta’ kummerċ sostanzjali,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2007 li adotta d-direttivi ta’ negozjar għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina li jinkludi Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2010 li adotta l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Armenja u bejn l-UE u l-Ġeorġja, li kull wieħed minnhom jinkludi Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Ġunju 2009 li adotta d-direttivi ta’ negozjar għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova u wara li kkunsidra d-direttivi ta’ negozjar iddettaljati addizzjonali dwar iż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, adottati mill-Kunsill fl-20 ta’ Ġunju 2011,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2010 li adotta d-direttivi ta’ negozjar għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Azerbajġan

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni konkluż mill-Komunità Ewropea ma’ dik li dak iż-żmien kienet l-Unjoni Sovjetika fl-1989 u sussegwentement approvat mill-Bjelorussja,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni (COM(2011)0303),

wara li kkunsidra l-iżvilupp tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) mill-2004 ’il quddiem, u b’mod partikolari r-rapporti ta’ progress tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħha

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għan-negozjar ta’ Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni mal-Moldova, il-Ġeorġja, l-Armenja u l-Azerbajġan,

wara li kkunsidra l-Pjanijiet ta’ Azzjoni adottati b’mod konġunt mal-Armenja, l-Azerbajġan, il-Ġeorġja u l-Moldova u wara li kkunsidra l-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni mal-Ukraina,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant fi Praga tas-7 ta’ Mejju 2009 u tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant f’Varsavja tad-29 u t-30 ta’ Settembru 2011,

wara li kkunsidra l-ħolqien tal-Assemblea Parlamentari EURONEST mill-Att Kostitwenti tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0183/2012),

A.

billi l-konklużjoni u l-implimentazzjoni ta’ Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni inklużi ż-Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi (ŻKĦAK) huma għan u ambizzjoni ta’ prijorità tal-Politika Ewropea tal-Viċinat rieżaminata rigward is-Sħab tal-Lvant;

B.

Billi erbgħa mis-sitt pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant huma diġà membri tad-WTO, bil-gvernijiet tal-Azerbajġan u tal-Bjelorussja li għandhom biss status ta’ osservatur;

C.

billi, wara l-movimenti rivoluzzjonarji li seħħew fl-2011 fil-viċinanzi tan-Nofsinhar tal-UE, li issa huma magħrufa bħala r-Rebbiegħa Għarbija, l-interess tal-UE ġie ffukat fuq il-ġirien tan-Nofsinhar; billi l-pajjiżi li jappartienu lis-Sħubija tal-Lvant u r-relazzjonijiet kummerċjali li l-UE għandha magħhom jixirqilhom l-attenzjoni tal-UE;

D.

billi l-preżenza ekonomika taċ-Ċina fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant qed tkompli tikber;

E.

billi n-negozjati taż-ŻKĦAK mal-Ukraina ġew kompluti f’Ottubru 2011; billi ż-ŻKĦAK se tidħol fis-seħħ biss wara l-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina, li bħalissa hu imblukkat minħabba li l-UE mhix kuntenta bl-iżviluppi politiċi interni fl-Ukraina u bil-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja tagħha;

F.

billi n-negozjati taż-ŻKĦAK mal-Ġeorġja u mal-Moldova ġew approvati mill-Kunsill f’Diċembru 2011 u l-ewwel rawnds ta’ negozjati għandhom isiru fir-Rebbiegħa tal-2012;

G.

billi fl-2011 l-Armenja għamlet progress sinifikanti lejn is-sodisfar tar-rakkomandazzjonijiet ewlenin, u n-negozjati taż-ŻKĦAK bejn l-UE u l-Armenja ġew varati fi Frar 2012 u bdew fis-6 ta’ Marzu, 2012;

H.

billi l-proċess tal-adeżjoni tal-Azerbajġan fid-WTO ilu għaddej mill-1997 iżda l-progress f’dan ir-rigward kien limitat, sitwazzjoni li hi waħda mill-ostakoli ewlenin għall-varar ta’ negozjati taż-ŻKĦAK mal-UE;

I.

billi l-Bjelorussja s’issa pparteċipat biss b’mod limitat fil-pjattaformi differenti tas-Sħubija tal-Lvant; billi din is-sitwazzjoni tipperikola is-sodisfar tal-għan aħħari tas-Sħubija tal-Lvant, li hu d-demokrazija msaħħa, il-progress, l-istabilità u l-prosperità fil-viċinanzi tal-Lvant tal-UE; jinnota d-dinamika ekonomika tal-ispazju ekonomiku ġdid li jikkonsisti fir-Russja, il-Kazakstan u l-Bjelorussja u jinkoraġġixxi lill-membri tiegħu jwettqu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom f’konformità ma' regoli kummerċjali li huma aċċettati internazzjonalment, jiġifieri dawk li joriġinaw mid-WTO;

J.

billi s-Sħab tal-Lvant tal-UE kollha, li huma l-istati li kienu jiffurmaw l-Unjoni Sovjetika, għandhom l-istess sfond storiku u istituzzjonali u ffaċċjaw sfidi simili fit-transizzjoni politika u ekonomika tagħhom matul dawn l-aħħar għoxrin sena;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.

Jenfasizza li l-prospett li jinħolqu ŻKĦAK mal-UE huwa waħda mill-inċentivi ewlenin għall-pajjiżi sħab biex isegwu l-isforzi ta’ riforma tagħhom; iqis il-ħolqien taż-ŻKĦAK bħala waħda mill-għodod l-aktar ambizzjużi tal-politika kummerċjali bilaterali tal-UE biex jinkiseb ambjent ekonomiku stabbli, trasparenti u prevedibbli li jkun jirrispetta d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, li tkun tipprovdi mhux biss għal integrazzjoni ekonomika akbar permezz tat-tneħħija gradwali tal-ostakoli għall-kummerċ imma wkoll għall-konverġenza regolatorja f‘oqsma li għandhom impatt fuq il-kummerċ tal-beni u s-servizzi, b’mod partikolari billi jiġi msaħħaħ il-ħarsien tal-investiment, jiġu ssemplifikati l-proċeduri doganali u tal-fruntieri, jitnaqqsu l-ostakoli tekniċi u ostakoli mhux tariffarji oħra għall-kummerċ, jiġu msaħħa r-regoli sanitarji u fitosanitarji, jittejjeb il-benesseri tal-annimali, jissaħħu l-oqfsa ġuridiċi għall-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku u jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli. hu tal-fehma li l-konklużjoni taż-ŻKĦAK hi fundamentali fil-ġlieda kontra tendenzi lejn protezzjoniżmu fuq livell globali;

2.

Jagħraf li ż-ŻKĦAK jipprovdu lill-UE strument kummerċjali vitali għall-bini ta’ relazzjonijiet ekonomiċi fit-tul ma’ pajjiżi terzi; jirrikonoxxi l-impatt taż-ŻKĦAK fuq il-funzjonament sħiħ tal-pajjiżi sħab kummerċjali tal-UE li jmur bil-wisq lil hinn minn kwestjonijiet purament kummerċjali, li jinfluwenza wkoll l-istat tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u standards komuni oħra;

3.

Jenfasizza li l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet biex tiġi vvalutata l-preparatezza tas-sħab potenzjali tal-UE biex jidħlu f'negozjati kummerċjali għandu jkun ħieles minn preġudizzji politiċi u għandu, fil-biċċa l-kbira, jiddependi fuq il-kapaċità reali li għandu s-sieħeb kummerċjali biex jimplimenta b’mod effikaċi l-kundizzjonijiet taż-ŻKĦAK;

4.

Jirrikonoxxi l-fatt li ż-ŻKĦAK jistgħu jkunu komponent ewlieni ta’ ftehim politiku usa’ (Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni); jenfasizza, madankollu, li fil-każijiet fejn mhuwiex possibbli jew rakkomandabbli li jiġi konkluż Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (FA) ma' pajjiż partikolari għandhom jitqiesu strateġiji oħrajn sabiex jiġu segwiti f’mod effiċjenti l-għanijiet ekonomiċi u kummerċjali tal-Unjoni mal-pajjiż ikkonċernat;

5.

Jenfasizza l-importanza tal-Programm Komprensiv ta’ Bini ta’ Istituzzjonijiet, l-istrument ta’ Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX) u programmi ta’ ġemellaġġi sabiex is-Sħab tal-Lvant jiġu mgħejjuna jissodisfaw ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin kif ukoll sabiex itejbu l-kapaċità tagħhom ta’ implementazzjoni;

6.

Jagħraf il-fatt li integrazzjoni kummerċjali akbar, bit-tibdiliet profondi fl-istrutturi ekonomiċi li teħtieġ, titlob sforzi sinifikanti kemm fuq perjodu qasir u kemm fit-tul mis-Sħab tagħna tal-Lvant, jinsab konvint madankollu, li fil-ġejjieni 'l bogħod, il-benefiċċji ta' tali integrazzjoni se jikkumpensaw għal dawk l-isforzi; jenfasizza li l-appoġġ u l-involviment tas-soċjetà ċivili lokali u tal-NGOs internazzjonali fil-promozzjoni tal-benefiċċji fuq perijodu twil hu essenzjali għas-suċċess tal-proċessi ta’ riforma tagħhom;

7.

Jinsab favur it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-UE u s-Sħab tal-Lvant tagħha f’għadd ta’ setturi, b’mod partikolari l-industrija, l-SMEs, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, l-ICT u t-turiżmu;

8.

Jikkunsidra li d-divrenzjar akkumpanjat minn applikazzjoni tal-prinċipju ‘aktar għal aktar’ kif iddeskrivit fil-qosor fil-Komunikazzjoni Konġunta imsemmi hawn fuq dwar ‘Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni’ huwa pass fid-direzzjoni t-tajba fir-relazzjonijiet ta’ kummerċ mas-Sħab tal-Lvant, u jirrikonoxxi l-isforzi ta’ dawk li jagħmlu l-aktar progress filwaqt li jinċentiva oħrajn biex jagħmlu aktar sforzi; jikkunsidra li l-kummerċ għandu jkun faċilitatur tal-bidla u jenfasizza l-importanza tal-klawżoli tal-kondizjonalità u l-infurzar sussegwenti tagħhom;

9.

Jinsab konvint li l-integrazzjoni ekonomika tas-Sħab tal-Lvant mal-UE ma tistax titwettaq b’mod effiċjenti mingħajr riformi politiċi u soċjali, il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-integrazzjoni ekonomika fost is-Sħab tal-Lvant infushom; jenfasizza li l-integrazzjoni ekonomika fost dawn il-pajjiżi għandha tkun miftuħa, ħalli tikkapitalizza mill-benefiċċji tagħha; jiddispjaċih f’dan ir-rigward li l-konflitti reġjonali ffriżati kien ilhom ħafna snin jagħmlu ħsara lill-effikaċja u lill-iżvilupp tal-kummerċ transkonfinali u għadhom jikkawżaw telfiet ekonomiċi enormi lil xi wħud mis-Sħab tal-Lvant u jwasslu għall-iżolament ekonomiku tagħhom;

10.

Jikkunsidra li hu importanti li l-UE toffri lis-sħab kollha taż-ŻKĦAK il-flessibbiltajiet li huma intitolati għalihom taħt ir-regoli tad-WTO;

11.

Jenfasizza l-importanza tal-prevenzjoni tal-kunflitti permezz ta’ koeżjoni ekonomika u soċjali;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti, b’mod partikolari, flessibbiltajiet li jippromwovu l-iżvilupp ta’ industriji li għadhom jibdew fil-pajjiżi sħab taż-ŻKĦAK;

13.

Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020 li jipproponi żjieda ta’ 40 % fil-finanzjament għall-Politika Ewropea tal-Viċinat; jenfasizza l-fehma tiegħu li s-Sħab tal-Lvant ma jistgħux iġorru waħedhom il-piż tal-ispejjeż tal-approssimazzjoni ġuridika u r-riformi istituzzjonali u strutturali neċessarji, u li l-appoġġ finanzjarju tal-UE, li għandu jikkumplementa l-isforzi ta’ riforma tagħhom stess, hu wkoll strumentali għas-suċċess; jistieden f’dan ir-rigward lill-Kunsill isostni l-finanzjament propost mill-Kummissjoni;

14.

Jenfasizza r-rwol tal-parlamenti nazzjonali tas-Sħab tal-Lvant tal-UE fl-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-kummerċ mal-acquis tal-UE, li hu prerekwiżit għall-konklużjoni u l-implimentazzjoni xierqa taż-ŻKĦAK futuri; jistieden f'dan ir-rigward lill-UE u lill-Istati Membri tagħha sabiex jipprovdulhom assistenza teknika akbar u jistieden speċjalment lill-Istati l-Membri tal-UE l-ġodda jikkondividu magħhom il-kompetenza esperta u l-aħjar prattiki li kisbu fil-proċess tagħhom stess tal-allinjament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-acquis communautaire relatat mal-kummerċ;

15.

Jilqa’ l-adeżjoni tal-Ukraina u l-Moldova mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, minħabba r-rwol potenzjalment vitali tiegħu f’dawk li huma l-iżgurar tal-ilħuq tal-objettivi tal-UE fir-rigward tas-sigurtà tal-enerġija u l-kontribut għas-sigurtà għal dawk il-pajjiżi;

16.

Jilqa’ l-isforzi kollha li jsiru għat-tisħiħ tas-Sħubija tal-Lvant, speċjalment l-inizjattivi ewlenin tal-Kummissjoni dwar l-SMEs, inkluża l-faċilità għall-SMEs tas-Sħubija tal-Lvant, u dwar is-swieq tal-enerġija reġjonali u l-effiċjenza enerġetika;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa aktar l-Istrateġija tal-UE dwar il-Baħar l-Iswed, minħabba li din tirrappreżenta komponent importanti tal-istrateġija tal-enerġija esterna tal-UE, minħabba r-rwol ġeostrateġiku tagħha, li joffri potenzjal sinifikanti għas-sigurtà enerġetika u għad-diversifikazzjoni tal-provvista;

18.

Jagħraf l-importanza tal-Assemblea Parlamentari (AP) tal-EURONEST, partikolarment il-Kumitat tagħha għall-Integrazzjoni Ekonomika, l-Approssimazzjoni Ġuridika u l-Konverġenza mal-Politiki tal-UE kif u l-Kumitat tagħha għas-Sigurtà tal-Enerġija, fid-diskussjonijiet dwar kwestjonijiet ta’ kummerċ bejn il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-parlamentari nazzjonali tas-Sħab tal-Lvant tal-UE; jesprimi t-tama tiegħu li l-kundizzjonijiet biex il-membri tal-Parlament tal-Bjelorussja jissieħbu fl-AP tal-EURONEST jiġu ssodisfati fil-futur prevedibbli;

19.

Jenfasizza li ż-ŻKĦAK mhix assistenza mogħtija lis-Sħab tal-Lvant, iżda hi ftehim ta’ kummerċ li jġib vantaġġi u obbligi reċiproki għaż-żewġ partijiet; jiddispjaċih li l-analiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) għadha ma telaborax kif l-iżvilupp ta’ politika tal-kummerċ bħal din jista’ jippreżenta spinta għall-interessi ekonomiċi tal-UE billi jġib benefiċċji sostanzjali lill-konsumaturi, lill-kumpaniji u lill-ħaddiema tal-UE; jenfasizza li ż-ŻKĦAK ma jkunux iġibu biss benefiċċji ekonomiċi għas-Sħab tal-Lvant iżda jistgħu wkoll jaċċeleraw ir-riformi, il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp istituzzjonali;

20.

Jieħu nota li fit-18 ta’ Ottubru 2011 inħolqot żona ta’ kummerċ ħieles fost il-maġġoranza tal-membri tal-Komunità ta’ Stati Indipendenti, li tinkludi s-Sħab tal-Lvant tal-UE bl-eċċezzjoni tal-Ġeorġja u, għalissa, tal-Azerbajġan; jemmen li l-konklużjoni ta’ Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles ma’ pajjiżi oħra ma għandhiex tagħmel ħsara liż-ŻKĦAK li l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant jikkonkludu mal-UE, jenfasizza f’dan ir-rigward li hu importanti għall-UE li tipprovdi lis-Sħab tal-Lvant alternattiva attraenti u vijabbli;

21.

Jinsisti li l-istrateġija tal-UE lejn ir-Russja għandha tqis kif dovut l-influwenza Russa fuq is-Sħab tal-Lvant; jinnota li r-Russja kkonkludiet unjoni doganali mal-Kazakistan u ma’ wieħed mis-Sħab tal-Lvant, il-Bjelorussja; jiddispjaċih li r-Russja setgħet dgħajfet in-negozjati tal-kummerċ bejn l-UE u għadd ta’ Sħab tal-Lvant, b’mod partikolari l-Ukraina, billi offritilhom rotta alternattiva, ibbażata fuq soluzzjonijiet fuq perjodu qasir, bħalma huma prezzijiet tal-gass aktar baxxi; iqis li maż-żmien dawn l-alternattivi se jkunu kontroproduttivi għas-Sħab tal-Lvant;

22.

Jinsisti li s-suċċess taż-ŻKĦAK se jiddependi fil-parti kbira mill-bini tal-istituzzjonijiet u mill-implimentazzjoni xierqa tal-impenji, li jistgħu jiġu żgurati biss f’ambjent ta’ negozju miftuħ, trasparenti u ħieles mill-korruzzjoni, li huwa prerekwiżit għall-implimentazzjoni b’suċċess taż-ŻKĦAK;

23.

Jinnota li l-prosperità u l-istabbiltà fil-viċinanzi tal-Lvant tal-UE huma fl-aqwa interess tal-UE u barra minn hekk li relazzjonijiet stabbli u prevedibbli bejn l-UE u s-Sħab tal-Lvant tagħha mingħajr dubju se jżidu l-volumi tal-kummerċ fiż-żewġ direzzjonijiet;

24.

Jinnota fl-istess ħin li l-UE hija s-sieħba esportatriċi ewlenija tal-maġġoranza tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

25.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li, minkejja li għamlu progress suffiċjenti fis-sodisfar tar-rakkomandazzjonijiet ewlenin, bħala kundizzjonijiet li jippermettu l-varar tan-negozjati taż-ŻKĦAK, il-Ġeorġja u l-Moldova xorta waħda għandhom bżonn jiżguraw li l-impenn tagħhom lejn il-proċess tar-riforma hu ta’ natura li tieħu fit-tul u li jinvolvu ruħhom fi proċess ta’ riforma b’saħħtu matul in-negozjati kollha; jenfasizza li ż-żewġ pajjiżi xorta waħda għandhom bżonn jagħmlu progress sinifikanti fir-riforma regolatorja li tikkonċerna b’mod partikolari l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-liġi tal-kompetizzjoni;

26.

Jesprimi tħassib dwar il-kapaċità istituzzjonali tas-Sħab tal-Lvant ikkonċernati fir-rigward tal-implimentazzjoni attwali ta’ ŻKĦAK; jenfasizza li l-konklużjoni ta’ ŻKĦAK fiha nnifisha ma tiggarantixxix suċċess sakemm ma tkunx implimentata b’mod effikaċi u akkumpanjata minn miżuri effettivi dwar il-kompetizzjoni u kontra l-korruzzjoni;

27.

Jinnota li l-istandards tax-xogħol li huma approvati internazzjonalment għandhom jiġu osservati meta jkunu qed jiġu konklużi ż-ŻKĦAK; jinnota li l-osservanza tad-drittijiet fundamentali tax-xogħol approvati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol hija element ewlieni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

28.

Jitlob li jkun hemm approċċ ambizzjuż lejn l-integrazzjoni tal-ekonomiji tal-UE u tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant permezz taż-ŻKĦAK billi jiġu inklużjoni aspetti oħra relatati mal-kummerċ ħieles u ġust; jirrakkomanda li ż-ŻKĦAK kollha jinkludu kapitolu vinkolanti dwar l-iżvilupp sostenibbli, b’dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien ambjentali u d-drittijiet tax-xogħol internazzjonali;

L-Armenja

29.

Jifraħ lill-Gvern tal-Armenja talli żied l-isforzi tiegħu biex iwettaq ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin fl-2011, li wasslu għall-varar tan-negozjati taż-ŻKĦAK fi Frar tal-2012;

30.

Jilqa’ l-varar tan-negozjati taż-ŻKĦAK bejn l-Armenja u l-UE li sar fi Frar tal-2012 u l-bidu tagħhom fis-6 ta’ Marzu 2012; jinkoraġġixxi lill-Armenja tuża l-potenzjal taż-ŻKĦAK biex tagħti spinta lill-ekonomija tagħha, lill-opportunitajiet tal-esportazzjoni u lill-aċċess għas-suq tal-UE, biex tħaffef ir-riformi neċessarji u tgħolli b’mod ġenerali l-istandards tal-Armenja għal livell Ewropew; jenfasizza li integrazzjoni ekonomika aktar mill-qrib mal-UE trid tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-istabbiltà politika u s-sigurtà fir-reġjun; jittama li n-negozjati taż-ŻKĦAK bejn l-UE u l-Armenja jiġu konklużi malajr;

31.

Jilqa’ l-varar tan-negozjati taż-ŻKĦAK, li se jipprovdu opportunitajiet biex jissaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn iż-żewġ naħat; iqis li huwa neċessarju li jiġu sostnuti r-riformi biex jinħoloq ambjent ekonomiku stabbli u trasparenti li se jattira investimenti barranin, jagħti spinta lit-tkabbir u joħloq l-impjiegi;

32.

Jemmen li l-konklużjoni ta’ ŻKĦAK se tistimula l-ekonomija tal-Armenja billi, fost affarijiet oħra, tagħti spinta lill-kompetizzjoni;

33.

Jiddispjaċih li l-kunflitt tan-Nagorno-Karabakh għadu jidwi fil-fruntieri magħluqa tal-Armenja mal-Azerbajġan u t-Turkija, u qiegħed iżomm lill-pajjiż ekonomikament iżolat minħabba fin-nuqqas ta’ rotot ta’ aċċess; jenfasizza li l-ftuħ tal-fruntieri hu, inter alia, kundizzjoni importanti sabiex jiġi attirat l-investiment barrani;

34.

Jinsab imħasseb dwar l-indikazzjonijiet tal-konnessjonijiet mil-qrib li għaddejjin bħalissa bejn ċrieki politiċi u tan-negozju u l-impedimenti sinifikanti għan-negozji, inklużi s-sistema tat-taxxa li mhix trasparenti u l-protezzjoni dgħajfa li tingħata lill-investiment; jagħraf il-ħtieġa li jkun hemm qafas istituzzjonali b’saħħtu għall-politika tal-akkwist pubbliku u tal-kompetizzjoni bil-għan li jinkludu mekkaniżmu effettiv ta’ infurzar;

35.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Armenja li tingħaqad mill-ġdid mal-Ftehimiet Plurilaterali tad-WTO dwar l-Akkwist Pubbliku f’Diċembru 2011; jinsab konvint li dan il-pass huwa ta’ ġid għall-immaġni tal-Armenja bħala sieħba affidabbli fil-kummerċ;

36.

Jenfasizza li ż-ŻKĦAK għandha tinkludi impenn qawwi min-naħa tal-Armenja li tirriforma r-regolamenti tagħha fid-direzzjoni tal-istandards tal-UE, akkumpanjati minn miżuri effikaċi kontra l-korruzzjoni;

37.

Jirrakkomanda wkoll li ż-ŻKĦAK jmissha tinkludi miżuri mmirati biex isaħħu l-implimentazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni, ħalli b’hekk investituri u l-kumpaniji barranin ikunu kapaċi jipparteċipaw, b’mod partikolari, fl-industriji tal-kostruzzjoni u tal-enerġija tal-Armenja;

38.

Iħeġġeġ lill-Armenja taċċelera l-proċess ta’ konformità mal-miżuri sanitarji u fitosanitarji tal-UE, ħaġa li tkun tippermetti diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-Armenja sabiex jinkludu wkoll prodotti agrikoli;

39.

Jemmen li d-tidgħif tad-dipendenza tal-Armenja mill-appoġġ kummerċjali Russu u mill-gvern tar-Russja bħala riżultat tal-fatt li l-Armenja tiftaħ il-fruntieri tagħha u ssaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali jippromwovi t-tkabbir ekonomiku tagħha; jemmen li l-konklużjoni ta’ ŻKĦAK mal-UE jkun partikolarment ta’ benefiċċju f’dan ir-rigward;

L-Ażerbajġan

40.

Jirrikonoxxi l-isforzi u l-kisbiet tal-Azerbajġan lejn l-approssimazzjoni mal-acquis tal-UE; jilqa’ f’dan ir-rigward l-adozzjoni riċenti tal-Kodiċi tad-Dwana u l-Kodiċi tal-Kostruzzjoni l-ġodda;

41.

Jenfasizza li l-adeżjoni tal-Azerbajġan fid-WTO hi l-prerekwiżit ewlieni għall-ftuħ tan-negozjati taż-ŻKĦAK u b’hekk ir-relazzjonijiet tal-kummerċ bejn l-UE-Azerbajġan jinġiebu għal livell ogħla; jinnota li l-istruttura tal-ekonomija tal-Azerbajġan ma tagħtix lill-gvern tagħha motivazzjoni qawwija biex ifittex sħubija fid-WTO u ŻKĦAK mal-UE; jenfasizza madankollu li l-benefiċċji ta’ ŻKĦAK mhumiex purament ekonomiċi iżda li tista’ wkoll tiżviluppa l-ekonomija lokali lil hinn mid-dipendenza żejda tagħha mill-esportazzjonijiet tal-enerġija; iħeġġeġ għalhekk lill-Gvern tal-Azerbajġan iżid l-isforzi tiegħu għal sħubija fid-WTO; f’dan ir-rigward jistieden lill-UE tipprovdi lill-Azerbajġan l-għajnuna meħtieġa;

42.

Ifaħħar it-tkabbir ekonomiku notevoli esperjenzat mill-Azerbajġan fis-snin imgħoddija; jirrimarka, madankollu, li s-settur taż-żejt jipprovdi 50 % tal-PDG tal-Azerbajġan, 95 % tal-esportazzjonijiet tagħha u 60 % tad-dħul tal-baġit tagħha, u dan jagħmel l-ekonomija tal-Azerbajġan waħda vulnerabbli għall-volatilità tal-prezzijiet taż-żejt u għall-bidliet kollha fid-domanda globali; jistieden f’dan ir-rigward lill-Gvern tal-Azerbajġan jikkunsidra li jadotta miżuri effettivi u konsistenti sabiex jiddiversifika l-ekonomija tal-pajjiż;

43.

Ifakkar li l-Azerbajġan għandu potenzjal li jiżviluppa produzzjoni agrikola kompetittiva, u jirrakkomanda li l-Gvern tal-Azerbajġan iqis dan il-qasam bħala pass potenzjalment importanti lejn id-diversifikazzjoni tal-ekonomija tiegħu u tal-esportazzjonijiet tiegħu lejn l-UE, suġġett għall-konformità mar-rekwiżiti sanitarji u fitosanitarji tal-UE, u lejn pajjiżi oħra;

44.

Jistieden lill-Gvern tal-Azerbajġan jinvolvi ruħu b’mod ġenwin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-inugwaljanzi soċjali li jistgħu jwasslu għal ferment soċjali, itejjeb l-aċċess tan-negozji għall-finanzjament, u b’hekk jagħmel l-ekonomija tal-pajjiż aktar kompetittiva u attraenti għall-investiment barrani;

45.

Jappoġġja bil-qawwa li l-komponent tal-kummerċ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni futur bejn l-UE u l-Azerbajġan għal ŻKĦAK jiġi mtejjeb għal livell aqwa ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha;

Il-Bjelorussja

46.

Jiddispjaċih li l-Bjelorussja, minkejja l-potenzjal inkontestabbli tagħha, qed titbiegħed dejjem iżjed mill-UE f’dawk li huma l-istandards politiċi u ekonomiċi ġenerali tagħha, kif ukoll fir-rigward tal-mudell ekonomiku tagħha;

47.

Jenfasizza l-importanza tal-pożizzjoni strateġika tal-Bjelorussja bħala pajjiż ta’ passaġġ għall-enerġija, partikolarment il-provvisti tal-gass naturali għall-UE; jistieden lill-Bjelorussja, għalhekk, tirratifika minnufih u timplimenta kif dovut il-Karta tal-Enerġija;

48.

Ifakkar li l-UE hija t-tieni l-akbar sieħba tal-kummerċ tal-Bjelorussja wara r-Russja;

49.

Jenfasizza l-bżonn ta’ aktar għajnuna mill-UE sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-istrutturi amministrattivi, b’mod partikolari l-ħtieġa li tiġi miġġielda l-korruzzjoni;

50.

Jiġbed l-attenzjoni lejn id-diffikultajiet fl-ivvalutar tas-sitwazzjoni ekonomika reali fil-Bjelorussja, minħabba fl-istatistiċi uffiċjali li, skont osservaturi indipendenti, jaħbu r-realtà li fiha allegatament 20 % tal-Bjelorussi jgħixu taħt il-linja tal-faqar;

51.

Jinnota li 80 % tal-kumpaniji huma pubbliċi u l-iżvilupp tas-settur privat hu mxekkel minn miżuri diskriminatorji u arbitrarji, bidliet li jsiru fil-leġiżlazzjoni u taxxi iebsa, sitwazzjoni li ġġiegħel lis-settur privat jopera parzjalment fl-ekonomija li mhix uffiċċjali;

52.

Ifakkar li, minħabba fil-klima politika u ekonomika negattiva fil-Bjelorussja, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji ffriżaw il-krediti tagħhom lill-Bjelorussja fl-1996 u l-UE għamlet l-istess fl-1997; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan kollu iddisswada u jkompli jiddisswadi lill-investituri barranin, fejn l-investiment barrani dirett issa jammonta biss għal 1 % tal-PDG tal-pajjiż;

53.

Jemmen li l-UE jmissha tgħin biex tissaħħaħ is-soċjetà ċivili tal-Bjelorussja billi torjenta mill-ġdid il-fondi tal-UE f’din id-direzzjoni;

54.

Jinsab konvint li hemm bżonn li jitwettqu riformi istituzzjonali u strutturali profondi sabiex tibda tinbena ekonomija tas-suq li tiffunzjona, tkun trasparenti u miftuħa;

55.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-adeżjoni tal-pajjiż mad-WTO hi kundizzjoni biex jinbdew negozjati dwar kwalunkwe tip ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles mal-UE; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Bjelorussja timpenja ruħha b’mod ġenwin fil-proċess ta’ adeżjoni fid-WTO; jirrimarka li l-Bjelorussja, peress li hija membru tal-Unjoni Doganali mar-Russja u l-Kazakstan, tista’ tieħu mill-esperjenza tar-Russja fir-rigward tal-proċess ta’ adeżjoni mad-WTO;

56.

Jinsab konvint li l-UE jmissha tagħmel kull sforz biex iddaħħal lill-Bjelorussja fi djalogu politiku u ekonomiku reali u tipprovdi inċentivi għar-riformi li huma indispensabbli u ta’ importanza estrema għaċ-ċittadini tal-Bjelorussi; jinnota, f’dan ir-rigward, il-miżuri ekonomiċi restrittivi b’miri speċifiċi li qed tieħu l-UE bħalissa kontra l-Bjelorussja; hu tal-fehma li l-UE jmissha tkompli għaddejja bil-miżuri restrittivi individwali tagħha b’miri speċifiċi filwaqt li tkompli tappoġġja lis-soċjetà ċivili u lill-intraprendituri bil-għan mhux biss li ttejjeb il-kundizzjonijiet ekonomiċi imma wkoll li ssaħħaħ l-istat tad-dritt, it-trasparenza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

Il-Ġeorġja

57.

Jirrimarka li, skont l-evalwazzjoni tal-Bank Dinji, il-Ġeorġja hi waħda mill-ekonomiji tad-dinja li l-aktar li qegħdin jirriformaw ruħhom malajr u li skont il-Bank Dinji tinsab ikklassifikata fis-16 l-aħjar post fid-dinja biex isir negozju fih;

58.

Jirrikonoxxi x-xogħol ta’ rikostruzzjoni tal-Ġeorġja wara l-gwerra tal-2008 u l-ftuħ tagħha ta’ swieq ġodda;

59.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Gvern tal-Ġeorġja qiegħed jipprova jtejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, madankollu jirrimarka li l-Ġeorġja xorta għad għandha l-ogħla prevalenza allegata ta’ softwer akkwistat bil-piraterija minn kwalunkwe pajjiż ieħor; jistieden f’dan ir-rigward lill-Gvern tal-Ġeorġja jiżviluppa liġijiet għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’kunsiderazzjoni, madankollu, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-proporzjonalità;

60.

Iqis li l-Ġeorgja uriet tkabbir ekonomiku u rati ta’ investiment notevoli u jenfasizza li ż-ŻKĦAK tkun fattur addizzjonali biex jiġi appoġġjat it-tkabbir fuq bażi wiesgħa u biex jiġu attirati l-investimenti barranin;

61.

Jinkoraġġixxi lill-Ġeorġja biex tipperfezzjona l-leġiżlazzjoni tagħha, ittejjeb l-effiċjenza tal-istituzzjonijiet tagħha u tiżgura standards għolja ta’ kontroll tal-kwalità għall-prodotti tagħha sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea;

62.

Jilqa’ s-sistema tal-akkwist il-ġdida tal-Ġeorġja, li tippermetti irkanti elettroniċi għal kull tip ta’ kuntratti, irrispettivament mid-daqs jew in-natura tagħhom; jirrimarka li l-Ġeorġja jmissha wkoll isservi ta’ eżempju għall-Istati Membri tal-UE f’dan il-qasam;

63.

Jistieden lill-Ġeorġja tassigura li, wara l-konklużjoni tan-negozjati taż-ŻKĦAK, huma biss il-prodotti li joriġinaw mir-reġjuni li jirrikonoxxu formalment l-adeżjoni tagħhom mal-istat tal-Ġeorġja li jkunu eliġibbli għall-preferenzi kummerċjali;

Il-Moldova

64.

Jirrikonoxxi b’sodisfazzjon il-fatt li l-Moldova, minkejja l-fraġilità tal-ekonomija tagħha, f’dawn l-aħħar snin għaddiet minn proċess ta’ riforma notevoli u tejbet bil-kbir il-prestazzjoni ekonomika tagħha; jenfasizza f’dan ir-rigward l-importanza vitali tal-assistenza finanzjarja pprovduta mill-Fond Monetarju Internazzjonali u l-assistenza makrofinanzjarja pprovduta mill-UE;

65.

Huwa tal-opinjoni li ż-ŻKĦAK futuri jmisshom japplikaw għat-territorju kollu tal-Moldova li jirrikonoxxi formalment l-adeżjoni tiegħu mal-istat tal-Moldova;

66.

Jinnota li, għalissa, il-parti l-kbira tal-esportazzjonijiet tal-Moldova joriġinaw mill-agrikoltura u għalhekk jiffaċċjaw kompetizzjoni ħarxa u rekwiżiti stretti fis-suq tal-UE; hu tal-fehma li ŻKĦAK għandha tgħin fid-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-Moldova u tagħmel lill-pajjiż aktar kompetittiv u tkun tippermetti lill-Moldova tattira investimenti barranin sabiex ittemm id-dipendenza tagħha mir-rimessi ta’ flus u tagħmel it-tranżizzjoni għal ekonomija tas-suq kompetittiva fl-esportazzjonijiet;

67.

Jenfasizza kemm hu importanti li l-Moldova tkompli tiġi allinjata mal-UE fl-infrastruttura u fis-sistemi tagħha għar-regolamentazzjoni teknika, l-istandardizzazzjoni, il-valutazzjni tal-konformità, l-ittestjar, is-sorveljanza tas-suq u l-metroloġija;

68.

Jirrimarka li għad hemm bżonn li jsir progress konsiderevoli fil-qasam tas-servizzi u l-protezzjoni tal-investiment;

69.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-UE jinvolvu ruħhom aktar fis-sejbien ta’ soluzzjoni paċifika għall-problemi tar-reintegrazzjoni territorjali tal-Moldova;

L-Ukraina

70.

Jilqa’ l-konklużjoni taż-ŻKĦAK bejn l-UE u l-Ukraina, bħala l-ewwel ftehim ta’ kummerċ ħieles li qatt sar bejn l-UE u Sieħba tal-Lvant; jikkunsidra li dan il-ftehim li kiseb riżultati ġodda u l-esperjenza miksuba matul in-negozjar tiegħu għandhom mingħajr dubju jservu ta’ eżempju utli f’negozjati ta’ ŻKĦAK futuri;

71.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Ukraina hi l-akbar Sieħba tal-Lvant tal-UE u li ż-ŻKĦAK tiftaħ suq ġdid ta’ 46 miljun konsumatur għall-UE; jikkunsidra li għall-UE l-akbar benefiċċji mill-implimentazzjoni taż-ŻKĦAK se jiġu minn reġim ta’ kummerċ u investiment aktar stabbli u prevedibbli fl-Ukraina;

72.

Jilqa’ l-isforzi tal-awtoritajiet tal-Ukraina biex jiffukaw fuq li jegħilbu l-inugwaljanzi soċjali u ġeografiċi, b’mod partikolari bejn il-belt kapitali u r-reġjuni;

73.

Jiddispjaċih minħabba d-dewmien fl-iffirmar tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li huwa l-kundizzjoni għad-dħul fis-seħħ taż-ŻKĦAK; jesprimi t-tama li l-ostakoli għall-iffirmar ma jdumux ma jiġu megħluba;

74.

Jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni eskludiet il-possibilità tal-applikazzjoni proviżorja taż-ŻKĦAK qabel il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-approvazzjoni tiegħu mill-Parlament Ewropew; jirrimarka li l-applikazzjoni kemm tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u kemm taż-ŻKĦAK se ġġib magħha riformi strutturali u politiċi u għalhekk jixtieq li t-tnejn li huma jiġu implimentati malajr.

75.

Jirrikonoxxi l-fatt li, fir-rigward tal-integrazzjoni fi strutturi Ewropej, l-Ukraina għamlet ċertu progress u bdiet ukoll tadatta s-sistema legali tagħha għall-istandards tal-UE u għal standards internazzjonali u li għamlet ukoll progress kbir fl-adozzjoni tal-istandards u n-normi tal-OECD; jinnota madankollu li l-klima tan-negozju fl-Ukraina għadha kklassifikata bħala l-152 waħda mid-Doing Business tal-Bank Dinji, flimkien mal-fatt li l-problemi tal-kummerċ transkonfinali qed imorru għall-agħar.

76.

Jenfasizza li implimentazzjoni taż-ŻKĦAK b’suċċess se tiddependi ħafna mir-rieda politika u mill-kapaċità amministrattiva li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet kollha tagħha b’mod li jkun f’waqtu u eżatt; jikkunsidra li din hija sfida serja għall-Ukraina, li għandha rekord imħallat f’dik li hi r-riforma tal-ekonomija u l-istat tagħha u li għadha tissielet biex tissodisfa l-impenji kollha tagħha skont il-proċess ta’ adeżjoni fid-WTO, kif ukoll impenji fir-rigward tal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali;

77.

Itenni li r-riformi ekonomiċi, politiċi u istituzzjonali fundamentali, inkluża parteċipazzjoni wiesgħa u permanenti tal-organizzazzjonijiet u n-netwerks tas-soċjetà ċivili, iridu jiġu aċċelerati u mmexxija b’mod aktar komprensiv u konsistenti, sabiex jiġu assigurati implimentazzjoni xierqa taż-ŻKĦAK u l-kisbiet li ġejjin minnha; jitlob, b’mod partikolari, għal kontinwazzjoni tar-riformi ekonomiċi fl-oqsma tas-setturi tal-agrikoltura, tal-enerġija u tat-trasport;

78.

Jinsab imħasseb dwar l-indikazzjonijiet negattivi rigward il-klima tan-negozju u l-investiment tal-Ukraina li tirriżulta minn diversi defiċjenzi istituzzjonali u sistemiċi bħalma huma l-ostakoli għad-dħul fis-suq, il-permessi amministrattivi, l-għadd eċċessiv ta’ spezzjonijiet amministrattivi, sistemi tat-taxxa u tad-dwana li mhumiex trasparenti u amministrazzjoni ta’ kwalità baxxa, is-sistema ġuridika instabbli u mhix trasparenti u l-funzjonament batut tagħha, l-amministrazzjoni pubblika u l-ġudikatura dgħajfa u korrotti, l-infurzar dgħajjef ta’ kuntratti u l-protezzjoni insuffiċjenti tad-drittijiet ta’ proprjetà, in-nuqqas ta’ żvilupp u l-monopolizzazzjoni tal-infrastruttura; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Ukraina jaċċelera l-proċess ta’ riforma sabiex jelimina l-ostakoli ta’ hawn fuq li qed ixekklu n-negozju u l-kummerċ ħielsa u ġusti;

79.

Jistieden lill-Gvern tal-Ukraina jindirizza l-preokkupazzjonijiet tas-settur tan-negozju b’mod aktar effikaċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kreditu u l-art, l-ipoteka, il-krediti preferenzjali għall-iżvilupp ta' intrapriżi agrikoli żgħar; sistema tal-ġbir tat-taxxi li tkun aktar semplifikata u aktar trasparenti, ir-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-esportaturi, l-ikklerjar tad-dwana u proċeduri ta' approvazzjoni għall-importazzjonijiet, il-promozzjoni tas-settur tal-SMEs, it-titjib tal-infurzar tal-liġi fil-qasam tal-protezzjoni tal-beni materjali u tal-propjetà intellettwali; peress li dawk il-fatturi kollha għandhom impatt immedjat u dirett fuq il-kwantità u l-kwalità tar-relazzjonijiet kummerċjali mal-UE u l-influss ta’ investiment dirett barrani tagħha fl-Ukraina;

80.

Jistieden lill-Ukraina tadatta l-leġislazzjoni interna tagħha sabiex tiffaċilita l-passaġġ ħieles u mhux interrott tal-gass lejn l-Istati Membri tal-UE; jinnota li dan il-proċess imissu jinkludi ristrutturar tas-settur tal-gass u l-istabbiliment ta’ regolamentazzjoni ġusta tal-infrastruttura tal-enerġija bil-ħsieb li l-fornituri barranin, il-klijenti barranin u d-domanda lokali għall-enerġija jitqiegħdu fuq l-istess livell ta’ kundizzjonijiet; jitlob li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina fis-settur enerġetiku, li s-settur enerġetiku tal-Ukraina jiġi integrat fl-isfera enerġetika Ewropea u li jingħata bidu għal proġetti konġunti ta’ modernizzazzjoni u żvilupp fl-isfera tal-infrastruttura tal-enerġija; jistieden lill-gvern jimplimenta t-tielet pakkett tal-enerġija;

81.

Jesprimi t-tama tiegħu li l-Ukraina se ssib rieda politika u kuraġġ biżżejjed biex toħloq kundizzjonijiet politiċi u regolatorji għall-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha taż-ŻKĦAK, ħaġa li tkun ta’ benefiċċju kbir għall-popolazzjoni tagħha;

82.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-UE jagħtu aktar appoġġ għat-titjib tal-prestazzjoni tal-istrutturi amministrattivi tal-Ukraina u għall-promozzjoni tal-istandards tal-UE fil-qasam tal-governanza;

*

* *

83.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jqisu kif dovut il-kunsiderazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet t'hawn fuq fin-negozjar u l-implimentazzjoni tal-partijiet tal-kummerċ tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni mal-Armenja, l-Azerbajġan, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukraina kif ukoll fl-iżviluppar tar-relazzjonijiet ta’ kummerċ tal-UE mal-Bjelorussja;

84.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b’mod regolari u komplet lill-Parlament Ewropew dwar il-progress tan-negozjati u, wara d-dħul tagħha fis-seħħ, dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ kull ŻKĦAK;

85.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lis-SEAE u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi li jappartienu lis-Sħubija tal-Lvant.


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012

29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/48


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Baġit 2013 - Mandat għat-Trilogu

P7_TA(2012)0289

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013 (2012/2016(BUD))

2013/C 349 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit għas-sena finanzjarja 2013, li l-Kummissjoni adottat fil-25 ta’ April 2012 (COM(2012)0300),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1) (FII),

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2012 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2013 (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 dwar il-linji gwida tal-baġit għall-2013,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa interistituzzjonali dwar il-pagamenti tat-30 ta’ Mejju 2012,

wara li kkunsidra t-Titolu II, Kapitolu 7 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għas-Sajd,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, kif ukoll l-ittra tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0215/2012),

Abbozz tal-baġit 2013 – valutazzjoni ġenerali

1.

Ifakkar li l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2012, qiegħed fil-qalba tal-prijoritajiet tiegħu l-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi, bi qbil mal-istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li għamel l-argument b’mod partikolari favur il-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’politiki u programmi li jirriżulta li jkunu strumentali għall-ilħiq ta’ dawk l-objettivi, partikolarment b’appoġġ tal-SMEs u ż-żgħażagħ; jilqa’ l-fatt li l-abbozz ta’ baġit għall-2013 tal-Kummissjoni jimxi fl-istess direzzjoni f’dak li jirrigwarda prijoritajiet identifikati li għandom jissaħħu;

2.

Jagħraf ir-restrizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji persistenti fil-livell nazzjonali, kif ukoll il-ħtieġa ta’ konsolidazzjoni fiskali; itenni l-konvinzjoni tiegħu, madankollu, li l-baġit tal-UE jirrappreżenta strument komuni u effikaċi ta’ investiment u solidarjetà, li huwa partikolarment meħtieġ fil-preżent biex jiskatta t-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi fis-27 Stat Membru; jenfasizza li, minkejja d-daqs limitat tiegħu, li ma jisboqx 2 % tal-infiq pubbliku totali fl-Unjoni, il-baġit tal-UE kellu impatt ekonomiku reali u sal-lum irnexxielu jikkomplementa l-politiki ta’ rkupru tal-Istati Membri;

3.

Biħsiebu, għaldaqstant, jiddefendi bil-qawwa livell adegwat ta’ riżorsi għall-baġit tas-sena d-dieħla, kif definit fl-abbozz ta’ baġit, u jopponi kwalunkwe tentattiv ta' tnaqqis tar-riżorsi, speċjalment għal politiki li jġibu t-tkabbir u l-impjiegi; jemmen li l-baġit tal-UE, li ma jistax ikun f’defiċit, m’għandux jisfa vittma ta’ politiki ekonomiċi li ma rnexxewx fil-livell nazzjonali; jirrimarka li, fl-2012, bosta Stati Membri qed ikabbru d-daqs tal-baġits nazzjonali tagħhom;

4.

Huwa konvint li, partikolarment f’perjodu ta’ kriżi, ir-responsabbiltà finanzjarja għandha importanza mill-akbar; jemmen, għaldaqstant, li r-riżorsi jeħtieġ li jiġu kkonċentrati f’dawk l-oqsma fejn il-baġit tal-UE jista’ jġib valur miżjud, filwaqt li jistgħu jitnaqqsu minn setturi li qed jesperjenzaw dewmien mhux ġustifikat u assorbiment baxx, bil-ħsieb li jsir iffrankar f'linji fejn irriżultaw problemi fl-implimentazzjoni; iqis li jista' jsir iffrankar reali billi jiġu identifikati sovrappożizzjonijiet u ineffiċjenzi fil-linji baġitarji; fuq din il-bażi, biħsiebu jidentifika, flimkien mal-kumitati speċjalizzati tiegħu, prijoritajiet sew pożittivi kif ukoll negattivi għall-2013; jitlob lill-Kummissjoni, għal dan il-għan, tagħti liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja informazzjoni pronta, regolari u sħiħa dwar l-implimentazzjoni - abbażi ta' indikaturi mira ta' prestazzjoni - tad-diversi programmi u inizjattivi u tivvalutahom f'paragun mal-impenji politiċi tal-UE;

5.

Jemmen li l-UE, mhux tal-anqas fil-kuntest tal-politiki ta' awsterità li qed jiġu implimentati fl-Istati Membri, teħtieġ turi responsabilità u tieħu miżuri konkreti immedjati biex tistabbilixxi sede unika għall-Parlament;

6.

Jinnota li l-abbozz ta’ baġit tal-UE għall-2013 propost mill-Kummissjoni jammonta għal EUR 150 931,7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) (jiġifieri + 2 % mqabbla mal-baġit 2012) u EUR 137 924,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament (AP) (jiġifieri + 6,8 % mqabbla mal-Baġit 2012); jirrimarka li dawn l-ammonti rispettivament jirrappreżentaw 1,13 % u 1,03 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tal-UE previst għall-2013; ifakkar li l-Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) jipprovdi limiti ta’ EUR 152 502 miljun għall-AI u EUR 143 911 miljun għall-AP, bi prezzijiet kurrenti; jindika d-diskrepanza kontinwa bejn il-livelli ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament li se tirriżulta f’iktar żieda fir-reste-à-liquider (RAL);

7.

Jifhem li l-Kummissjoni fi, tmiem il-perjodu ta’ programmar, l-aċċent qed tqiegħdu fuq in-naħa tal-pagamenti, minħabba li biħsiebha tipprovdi soluzzjoni wkoll għal-livell dejjem jikber tar-RALs; filwaqt li jikkondividi dan l-approċċ, huwa partikolarment imħasseb dwar l-iffriżar propost tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-livell tar-rata stmata tal-inflazzjoni għas-sena d-dieħla; jenfasizza l-importanza tal-impenji għad-determinazzjoni tal-prijoritajiet politiċi u b’hekk għall-iżgurar li l-investiment meħtieġ eventwalment isir biex jagħti spinta lit-tkabbir u l-impjiegi; biħsiebu janalizza bir-reqqa jekk dan il-livell ta' impenji hux se jippermetti l-implimentazzjoni xierqa ta' politiki ewlenin tal-UE; huwa tal-opinjoni li anke jekk l-iffriżar tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn jista' jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni u mill-Istati membri bħala soluzzjoni parzjali għall-problema tar-RALs, ma jistax jitqies bħala strateġija aċċettabbli il-livell tar-RALs jinżamm taħt kontroll;

8.

Iqis iż-żieda proposta ta’ 6,8 % fl-AP mqabbla mal-2012 bħala risposta inizjali għat-talba tal-Parlament għal baġit responsabbli u realistiku; jinnota li ż-żidiet fil-pagamenti huma kkonċentrati fl-oqsma tal-kompetittività u l-koeżjoni, minħabba l-livell ogħla ta' talbiet mistenni għal proġetti operattivi f’dawn l-oqsma; japprova bis-sħiħ din iż-żieda, li hija r-riżultat mhux biss ta' impenji tal-imgħoddi li jeħtieġ li jkunu onorati imma wkoll tal-implimentazzjoni reali ta’ programmi, li mistennija tilħaq livell tajjeb ta’ attività fl-aħħar sena tal-QFM kurrenti; jitlob lill-Kummissjoni tivverifika mal-Istati Membri li d-domandi stmati tagħhom għal żidiet fil-pagamenti huma eżatti u realistiċi;

9.

Jibqa’ xettiku, madankollu, dwar jekk il-livell propost ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2013 hux se jkun adegwat biex ikopri l-ħtiġijiet reali għas-sena d-dieħla, speċjalment fl-Intestaturi 1b u 2; se jimmonitorja b’attenzjoni s-sitwazzjoni tal-pagamenti matul l-2012, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari għat-trasferimenti u r-riallokazzjonijiet kollha proposti; iwissi wkoll li l-livell insuffiċjenti tal-pagamenti għall-2012 flimkien mal-livell propost mill-Kummissjoni għall-2013 jista’ ma jkunx biżżejjed biex jonora t-talbiet li qed jiġu indirizzati lill-Kummissjoni, u jista’ mbagħad iwassal għal biljuni f’diżimpenji fil-politika ta' koeżjoni weħidha; jenfasizza li l-proposta kurrenti l-livell globali ta’ pagamenti għall-perjodu 2007-2013 iġġibu għal EUR 859,4 biljun, jiġifieri madwar EUR 66 biljun anqas mil-livelli massimi maqbula tal-QFM; jitlob lill-Kummissjoni, fid-dawl tat-talba reċenti għal trasferiment (DEC 9/2012), biex tressaq, fil-kuntest tal-baġit emendatorju għall-2012, informazzjoni akkurata dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni kurrenti tal-programmi tal-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku;

10.

Ifakkar li diġà fl-2011, il-Kummissjoni ma setgħetx tħallas numru sinifikanti ta’ talbiet leġittimi, partikolarment fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni; jinnota li dawk it-talbiet ukoll se jkun jeħtieġ li jkunu koperti mill-baġit 2012, li diġà qed iġarrab nuqqas ta’ fondi bħala konsegwenza taż-żieda limitata fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament minħabba l-pożizzjoni tal-Kunsill matul il-proċedura baġitarja tas-sena li għaddiet; jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tfassal abbozz ta’ baġit emendatorju malajr kemm jista’ jkun, biex issewwi din is-sitwazzjoni u tevita li pagamenti tal-2012 jgħaddu fuq is-sena ta’ wara, peress li dan joħloq livell mhux sostenibbli ta’ pagamenti għall-2013; jerġa’ jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jaħdmu b’mod kostruttiv, flimkien mal-Parlament, sabiex tiġi evitata ripetizzjoni ta’ din is-sitwazzjoni f’ċikli tal-baġit futuri billi tittejjeb l-eżattezza tal-previżjoni u billi jiftiehmu dwar estimi realistiċi tal-baġit;

11.

Jiddeplora r-riluttanza tal-Presidenza tal-Kunsill li jieħu sehem fil-laqgħa politika interistituzzjonali dwar il-pagamenti li l-Parlament ippropona bħala segwitu għall-konċiljazzjoni baġitarja tas-sena li għaddiet; iqis din l-imġiba bħala tentattiv irresponsabbli sabiex tiġi injorata l-kwistjoni tan-nuqqas tal-ħruġ tal-pagamenti u l-kwistjoni tar-RAL; iqis li laqgħa bħal din tkun il-pjattaforma ideali biex iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja jilħqu fehim komuni – qabel il-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom dwar l-abbozz ta’ baġit – dwar id-dejta disponibbli rigward l-implimentazzjoni u l-kapaċità ta’ assorbiment u biex jagħmlu stima korretta tal-ħtiġijiet ta’ pagament għall-2012 u l-2013; ifakkar li approprjazzjonijiet ta’ pagament proposti mill-Kummissjoni fl-abbozz ta’ baġit tagħha huma bbażati fuq l-estimi li saru mill-Istati Membri stess; huwa konvint, għalhekk, li kwalunkwe dubji jew bdil fl-opinjoni - kif espressi minn ċerti delegazzjonijiet tal-Kunsill - dwar iċ-ċifri u l-kalkoli tal-Kummissjoni jeħtieġ li jiġu kkomunikati, eżaminati u ċċarati mill-aktar fis possibbli, biex ma jsirux impediment għall-ilħiq ta’ ftehim fil-konċiljazzjoni ta’ din is-sena;

12.

Jenfasizza li, skont id-data riċenti ppreżentata mill-Kummissjoni fil-laqgħa interistituzzjonali dwar il-pagamenti li seħħet fit-30 ta’ Mejju 2012, kwalunkwe tnaqqis fil-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament taħt il-livell tal-proposta tal-Kummissjoni jwassal ukoll għal tnaqqis ulterjuri fl-impenji pendenti (RALs), li fi tmiem l-2011 diġà kienu laħqu l-ogħla livell li qatt kellhom sa dakinhar, jiġifieri EUR 207 biljun; itenni l-appell tiegħu, għaldaqstant, li l-Kunsill jaġixxi b’mod responsabbli u joqgħod lura milli jagħmel tnaqqisiet artifiċjali billi jiddeċiedi dwar livell globali tal-pagamenti a priori, bla ma jqis il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet reali għall-ilħiq tal-objettivi u l-impenji maqbula tal-UE; jitlob lill-Kunsill, fil-każ li dan iseħħ, biex jidentifika u jiġġustifika b’mod ċar u pubbliku liema programmi u proġetti tal-UE għandhom jiddewmu jew jitwaqqgħu għalkollox;

13.

Jirrimarka li, skont l-istima tal-Kummissjoni, kollox ma’ kollox 43,7 % tal-Abbozz ta’ Baġit għall-2013 (jiġifieri EUR 64,5 biljun) huwa allokat għall-objettivi tal-Ewropa 2020, li jirrappreżenta żieda ta’ 0,2 % meta mqabbel mal-baġit 2012; japprezza l-fatt li għall-ewwel darba l-linji baġitarji u l-programmi li jikkontribwixxu għal dawn l-objettivi huma identifikabbli biċ-ċar fl-abbozz ta’ baġit;

14.

Jieħu nota tal-marġni kumplessiv ta’ EUR 2,4 biljun f’AI fl-Abbozz ta’ Baġit 2013, u huwa determinat li jutilizzah bis-sħiħ – flimkien mal-mekkaniżmi l-oħra ta’ flessibbiltà previsti mill-FII – kull meta jkun hemm bżonn biex jiffinanzja l-objettivi u l-prijoritajiet li joħorġu minn impenji u deċiżjonijiet politiċi kondiviżi, jiġifieri dawk tal-istrateġija Ewropa 2020;

15.

Jinnota li, minbarra n-nefqa amministrattiva, ma ddaħħlu l-ebda approprjazzjonijiet fl-abbozz ta' baġit għall-adeżjoni tal-Kroazja f'Lulju 2013; jistenna li r-reviżjoni tal-QFM prevista mill-Punt 29 tal-IIA tiġi adottata malajr, u jitlob lill-Kummissjoni tressaq il-proposta tagħha permezz ta' baġit emendatorju għall-approprjazzjonijiet addizzjonali korrispondenti malli l-Att ta' Adeżjoni jiġi rratifikat mill-Istati Membri kollha; ifakkar li kwalunkwe rekwiżiti finanzjarji ġodda għandhom jiġu ffinanzjati b’fondi ġodda aktar milli b'ridistribuzzjonijiet għat-tieni parti tal-2013;

16.

Ifakkar li l-baġit annwali għall-2013 se jkun l-aħħar wieħed fil-QFM kurrenti, iżda jtenni li l-livelli massimi tal-QFM għall-2013, kif miftiehem fl-IIA, se jibqgħu r-referenza għal mill-inqas il-livelli massimi tal-qafas finanzjarju għall-2014 jekk ma jintlaħaqx qbil, skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 30 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006;

Intestatura 1a

17.

Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal żieda ta’ impenji f’din l-Intestatura b’4,1 % (għal EUR 16,032 miljun) meta mqabbla mal-baġit 2012; jinnota li l-proposta għal AI taħt il-possibbiltajiet tal-ipprogrammar finanzjarju (jiġifieri TEN-T, EIT, Progress) tħalli marġni ogħla ta’ EUR 90,9 miljun imqabbel mal-EUR 47,7 miljun previst fl-ipprogrammar finanzjarju; jieħu pjaċir jara li l-ogħla żidiet fl-AI huma kkonċentrati fl-Intestatura 1a, fejn tqiegħdu l-parti l-kbira tal-politiki u programmi li jiskattaw it-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi, u li dawn jirriflettu l-prijoritajiet li l-Parlament enfasizza għall-2013;

18.

Jilqa’, b’mod partikolari, iż-żidiet għall-programmi FP7-EC (+ 6,1 %), CIP (+ 7,3 %) u TEN-T (+ 6,4 %), li huma fost dawk li l-aktar jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-objettivi tal-Ewropa 2020; jiddispjaċih, madankollu, li bl-ammonti proposti mill-Kummissjoni, żewġ programmi emblematiċi bħalma huma l-FP7 u t-TEN-T fil-fatt se jallokaw anqas AI milli kien previst fil-bażijiet legali tagħhom (FP: EUR – 258,8 miljun u TEN-T: EUR – 122,5 miljun) għall-aħħar sena tal-QFM kurrenti; jiddispjaċih ukoll li l-proposta mill-Kummissjoni ma tipprovdix għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Programm Enerġija Intelliġenti-Ewropa;

19.

Iqis li ż-żieda sostanzjali fil-pagamenti, bi 17,8 % (għal EUR 13 552 miljun) meta mqabbla mal-Baġit 2012 hija stima realistika tal-pagamenti meħtieġa taħt din l-Intestatura, b’mod partikolari biex tkopri t-talbiet tas-sena d-dieħla għal proġetti ta’ riċerka li jirriżultaw minn obbligi kuntrattwali tal-Unjoni; iqis il-livell ta’ pagamenti propost mill-Kummissjoni bħala dak minimu meħtieġ taħt l-Intestatura 1a;

20.

Jieħu nota tar-raġunament adottat mill-Kummissjoni hija u tippropni tnaqqisiet meta mqabbla mal-ipprogrammar finanzjarju, li wasslu, fil-fehma tagħha, għall-identifikazzjoni ta’ ffrankar potenzjali fi ħdan il-linji sottoimplimentati ta’ – fost l-oħrajn – FP7, TEN-T, Marco Polo, Progress, il-programm statistiku, id-Dwana u Fiscalis; huwa determinat li janalizza bir-reqqa l-prestazzjoni f’kull wieħed minn dawn il-programmi biex jivverifika kemm huma f’lokhom it-tnaqqisiet proposti u jeskludi impatti negattivi fuq il-programmi kkonċernati;

21.

Ifakkar fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar il-finanzjament tal-kosts addizzjonali tal-programm ITER għall-2012-2013, fejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu wkoll li fil-proċedura tal-Baġit 2013 jagħmlu disponibbli EUR 360 miljun f’AI “b'użu sħiħ tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u fl-FII, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe reviżjoni ulterjuri tal-QFM relata mal-ITER”; huwa mħasseb li l-Kummissjoni tipproponi li dan l-ammont addizzjonali tiffinanzjah biss permezz ta’ riallokazzjoni mil-linji tal-programm FP7, kontra l-pożizzjoni li l-Parlament ilu jħaddan dwar din il-kwistjoni; jieħu kont bis-sħiħ tal-asserzjoni tal-Kummisjsoni li dan l-ammont joħroġ minn iffrankar fil-prestazzjoni tal-FP7, u li dawk it-tnaqqisiet fil-linji amministrattivi mhumiex se jagħmlu ħsara lill-operat tal-programm; biħsiebu jeżamina din l-asserzjoni aktar, kif ukoll jesplora mezzi oħra disponibbli skont l-FII u r-Regolament Finanzjarju għal dan il-għan;

22.

Jenfasizza l-ħtieġa għal livell adegwat ta’ persunal għall-Enerġija tal-Fużjoni (F4E), l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER, sabiex tiġi żgurata ġestjoni bir-reqqa u l-implimentazzjoni tajba tal-kontribut tal-UE għall-proġett tal-ITER; huwa mħasseb dwar il-livell attwali tal-persunal kif propost mill-Kummissjoni;

23.

Jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tal-SMEs bħala l-muturi tal-ekonomija tal-EU u l-ħallieqa ta’ 85 % tal-impjiegi ġġenerati f’dawn l-aħħar għaxar snin; ifakkar fid-diffikultajiet tradizzjonalment iffaċċjati mill-SMEs biex jiksbu aċċess għas-swieq finanzjarji għal proġetti ta’ riċerka u inovazzjoni, diffikultajiet li l-kriżi finanzjarja attwali issa kompliet tkabbarhom; huwa konvint li l-baġit tal-UE għandu jikkontribwixxi biex jegħleb dan il-falliment tas-suq, billi jiffaċilita l-aċċess ta’ SMEs innovattivi għad-dejn u għall-finanzjament azzjonarju u jilqa’ l-proposta riċenti tal-Kummissjoni li tinħoloq sezzjoni speċjali għall-SMEs taħt l-RSFF eżistenti; jappoġġa, barra minn hekk, iż-żieda proposta għall-istrumenti finanzjarji taħt il-programm CIP-EIP (b’EUR 14,7 miljun), bi qbil mal-prestazzjoni pożittiva tagħhom sal-lum u d-domanda akbar mill-SMEs;

24.

Jiddispjaċih ħafna li, fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika u speċjalment ta’ rata għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ l-approprjazzjonijiet għall-programm Progress tnaqqsu b’EUR 5,3 miljun meta mqabbla mal-ipprogrammar finanzjarju, biex b'hekk prattikament treġġgħu lura għal-livelli tal-2012, minkejja l-prestazzjoni tajba ta’ dan il-programm sal-lum, inklużi t-taqsimiet tiegħu dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni; itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-programmi soċjali tal-UE huma strumentali biex jintlaħqu l-miri soċjali u tal-impjiegi tal-istarteġija Ewropa 2020; jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni lanqas fl-aħħar sena tal-QFM kurrenti ma ħadet l-opportunità li treġġa’ f'dan il-programm is-EUR 60 miljun li kienu ġew riallokati favur il-Faċilità ta' Mikrofinanzjament Progress, kif kienet impenjat ruħha li tagħmel fl-2010;

25.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkludi fl-AB, għat-tielet sena konsekuttiva, approprjazzjonijiet ta’ pagament (EUR 50 miljun) għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); jenfasizza l-fatt li dan mhux biss jagħti viżibbiltà ogħla lill-fond iżda anke jevita trasferimenti minn linji tal-baġit oħra li jsegwu għanijiet differenti u jkopru ħtiġijiet differenti; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa ta' aktar simplifikazzjoni tal-modalitajiet prattiċi tal-proċedura għall-mobilizzazzjoni ta' dan il-fond, speċjalment fil-kuntest tan-negozjati kontinwi dwar ir-regolament il-ġdid tal-FEG;

26.

Jiddispjaċih li l-kontribuzzjoni għall-Inizjattiva Emblematika Żgħażagħ Mobbli hija daqsxejn imnaqqsa meta mqabbla mas-sena li għaddiet; jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-valur miżjud tal-programmi Tagħlim tul il-Ħajja, Erasmus u Erasmus Mundus, li, fi sfond finanzjarju modest, iħallu redditu kbir f’termini ta' implimentazzjoni effikaċi u immaġni pożittiva tal-Unjoni vis-à-vis ċ-ċittadini tagħha; ifakkar li f’ħafna Stati Membri tal-UE, iż-żgħażagħ qed jiġu milquta b’mod sinifikanti mill-kriżi ekonomika u finanzjarja u li f’dan il-kuntest il-finanzjament adegwat u l-immirar ta’ skemi edukattivi u ta’ mobilità u programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja huma sinifikanti fl-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fiż-żieda tal-livelli tal-ħiliet, tal-mobilità u tal-adattabilità taż-żgħażagħ, biex b’hekk jingħata kontribut b'mod ġenerali għal Ewropa innovattiva, ibbażata fuq l-għarfien, intelliġenti u inklużiva; għal dan l-għan, jappoġġa b’mod qawwi l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs sabiex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-programmi u l-politiki varji għaż-żgħażagħ tal-UE, irrispettivament mill-isfond edukattiv tagħhom; huwa kontra, għaldaqstant, it-tnaqqis propost b’EUR 10,2 miljun meta mqabbel mal-baġit 2012 għall-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja u, bi qbil mal-pożizzjoni stabbilita tiegħu fl-aħħar proċeduri baġitarji u r-rati eċċellenti ta’ prestazzjoni ta’ dan il-programm, biħsiebu jsaħħaħ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għal-linja tal-baġit korrispondenti;

27.

Jenfasizza li l-programm TEN-T, permezz tal-investiment f’infrastrutturi b’valur miżjud Ewropej għoli, għandu rwol ċentrali fl-ilħiq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; jikkunsidra dan il-programm bħala essenzjali sabiex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE kollha kemm hi, billi joħloq l-infrastruttura nieqsa u jelimina l-punti ta’ konġestjoni fis-suq intern; jenfasizza li l-proġetti tal-infrastruttura jagħtu wkoll kontribut dirett għat-tkabbir billi jistimulaw l-impjieg matul il-fażi tal-bini; jenfasizza r-rwol tal-programm TEN-T għall-issodisfar tal-għanijiet tal-adattament għat-tibdil fil-klima billi jiżgura s-sostenibbiltà tan-netwerks tat-trasport tal-UE fil-futur; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal żieda b’madwar EUR 85 miljun meta mqabbel mal-baġit 2012, imma jitlob kjarifika ulterjuri dwar it-tnaqqis propost b’EUR 118 miljun meta mqabbel mal-ipprogrammar finanzjarju; ifakkar li l-programm ewlieni TEN-T ġie eżegwit għalkollox fl-2011, u jindika li ġudizzju finali dwar kif ġew implimentati u mħallsa l-impenji għall-proġetti fil-qafas finanzjarju tal-2007-2013 jista’ jsir biss fl-2017;

28.

Jemmen li l-programm għall-appoġġ tal-iżvilupp ulterjuri ta' Politika Marittima Integrata jeħtieġ finanzjament adegwat għall-2013; jenfasizza d-diżappunt tiegħu dwar in-nuqqas ta' linja baġitarja dwar it-turiżmu, u jiddispjaċih għat-tnaqqis kostanti fl-allokazzjoni baġitarja għas-sigurtà fit-toroq;

29.

Jisħaq fuq il-fatt li s-soluzzjonijiet innovattivi huma meħtieġa b'urġenza bil-għan li jiġu mobilizzati aktar il-fondi privati jew pubbliċi u titwessa' l-firxa ta' strumenti finanzjarji għad-dispożizzjoni tal-proġetti tal-infrastruttura; jappoġġa bis-sħiħ l-Inizjattiva pilota tal-Bonds tal-Proġetti bħala mezz biex tingħata spinta lill-kapaċità ta' investiment fil-qasam tat-trasport, tal-enerġija u tan-netwerks ICT tal-UE; jilqa' favorevolment il-fatt li l-abbozz tal-baġit jinkludi l-approprjazzjonijiet għall-fażi pilota anki jekk jiġu fil-fatt riallokati fi ħdan il-linji baġitarji rilevanti (CIP - TEN-T - TEN -E) kif miftiehem mill-awtorità leġiżlattiva;

30.

Jiddeplora t-tnaqqis propost mill-Kummissjoni għall-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, meta mqabbel ma' dak li oriġinarjament kien previst fl-ipprogrammar finanzjarju, li jmorru kontra l-appell ripetut tal-Parlament biex jiġu ffinanzjati b'mod adegwat; iqis li l-livell attwali tal-approprjazzjonijiet mhuwiex biżżejjed biex dawk l-aġenziji jkunu jistgħu jaqdu l-kompiti tagħhom b'mod effiċjenti, notevolment ir-reklutaġġ ta' esperti bi kwalifiki għolja; jemmen li l-kompiti supplementari fdati lill-ASE għandhom ikunu kkomplementati minn valutazzjoni tal-kostijiet; jesprimi, għalhekk, l-intenzjoni tiegħu li l-approprjazzjonijiet jerġa' jġibhom tal-anqas għal-livell tal-2012, għall-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u għall-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX), kif ukoll li jsaħħaħ aktar l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) fid-dawl tal-kompiti ġodda li nfdat bihom;

Intestatura 1b

31.

Jinnota li l-AB 2013 jipprevedi żieda fl-AI ta' 3,3 % (għal EUR 54 498 miljun) meta mqabbel mal-baġit 2012, li minnhom EUR 42 144 miljun huma għall-Fondi Strutturali (FEŻR u FSE) u EUR 12 354 miljun għall-Fond ta' Koeżjoni; jenfasizza li t-tnaqqis fil-livell tal-impenji fl-AB għall-assistenza teknika meta mqabbel ma' dak li kien previst oriġinarjament fl-ipprogrammar finanzjarju wassal biex il-marġni jiżdied għal EUR 25 miljun meta mqabbel mal-previżjoni inizjali ta' EUR 0,4 miljun;

32.

Jiddispjaċih għat-tnaqqis propost għall-assistenza teknika għall-istrateġiji makroreġjonali; itenni l-ħtieġa għal appoġġ kontinwu tekniku u amministrattiv għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji kif ukoll għal kapital inizjali għal proġetti ġodda, kif indikat mir-rata għolja ta' implimentazzjoni fl-2011;

33.

Jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni ilha li wriet il-valur miżjud tagħha bħala strument neċessarju ta' investiment sabiex jinġieb it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi b'mod effikaċi billi jiġu indirizzati b'mod eżatt il-ħtiġijiet ta' investiment tar-reġjuni, u għaldaqstant jikkontribwixxi mhux biss għat-tnaqqis fid-disparitajiet bejniethom, iżda anke għall-irkupru ekonomiku u għall-iżvilupp tal-Unjoni kollha kemm hi; jikkunsidra wkoll il-Fondi Strutturali bħala strument kruċjali – fid-dawl kemm tad-daqs finanzjarju tagħhom kif ukoll tal-objettivi li jridu jintlaħqu – biex jitħaffef l-irkupru ekonomiku fl-UE u jintlaħqu l-objettivi rigward it-tkabbir u l-impjiegi sostenibbli minquxa fl-Istrateġija Ewropa 2020; jilqa', għalhekk, l-inizjattiva tal-Kummissjoni ta' riprogrammar fejn possibbli ta' EUR 82 biljun ta' Fondi Strutturali mhux allokati f'xi Stati Membri favur l-SMEs u l-impjiegi għaż-żgħażagħ, skont il-prijoritajiet tal-Parlament għall-2013; jinnota li, skont il-Kummissjoni, EUR 7,3 biljun f'finanzjament tal-UE ġie mmirat f'dan il-kuntest għal twassil jew riallokazzjoni aċċelerat; jitlob li jinżamm infurmat kif xieraq dwar l-implimentazzjoni ta' din l-inizjattiva fil-livell nazzjonali, l-impatt mistenni tagħha fuq it-tkabbir u l-impjiegi, u l-impatt possibbli tagħha fuq il-baġit 2013;

34.

Huwa mħasseb ferm dwar is-sitwazzjoni tal-pagamenti tal-proġetti ta' koeżjoni fl-ambitu ta' din l-Intestatura, u jinnota li żewġ terzi mil-livell totali ta' impenji pendenti (RAL) fi tmiem l-2011 (jiġifieri EUR 135,8 biljun) jiriflettu l-proġetti mhux imħallsa fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni; ifakkar li fi tmiem l-2011 il-Kummissjoni ma setgħetx tirrimborża madwar EUR 11 biljun korrispondenti għal talbiet leġittimi għal pagament imressqa mill-benefiċjarji tal-proġetti minħabba l-livell insuffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament previsti fil-baġit; josserva li dan wassal għal sitwazzjoni ta' xogħol konsiderevoli b'lura ta' pagamenti, li jkollha tiġi indirizzata permezz tad-disponibbiltà ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti ta' pagament fl-2012; jirrimarka b'fermezza li mhuwiex se jaċċetta li din is-sitwazzjoni terġa' sseħħ fl-2013;

35.

Ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-2013 hija l-aħħar sena tal-MFF attwali, bl-implimentazzjoni tal-proġetti kofinanzjati tkun għaddejja b'ritmu mgħaġġel ħafna u mistennija li tkun aktar mgħaġġla u l-biċċa l-kbira tat-talbiet għal pagament mistennija tasal għand il-Kummissjoni fit-tieni semestru; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni janalizzaw u jivvalutaw immedjatament, flimkien mal-Parlament, iċ-ċifri u r-rekwiżiti bil-għan li l-implimentazzjoni għall-2013 ma tkunx kompromessa; jindika li nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament jista' jipperikola l-programmi li attwalment qed jiffunzjonaw sew; jenfasizza, barra minn hekk, li l-2013 se tkun is-sena meta, minħabba li r-regola N+3 ma tibqax tgħodd, it-talbiet għal pagament imressqa minn 12-il Stat Membru jkollhom jiġu ppreżentati għal żewġ segmenti annwali ta' impenji (2010 u 2011 skont ir-regola N+3 u N+2, rispettivament); għalhekk, iqis bħala minima ż-żieda proposta fl-approprjazzjonijiet ta' pagament bi 11,7 % (għal EUR 48 975 miljun) meta mqabbel mas-sena li għaddiet billi, kif imsemmi mill-Kummissjoni, tirrigwarda strettament l-2013 u tassumi li l-ħtiġijiet ta' pagament minn snin preċedenti jkunu ġew koperti;

36.

Iqis din iż-żieda fil-pagamenti biss bħala l-ewwel pass biex jiġu koperti l-ħtiġijiet attwali tal-proġetti li għaddejjin bħalissa, u jtenni l-preokkupazzjoni tiegħu fir-rigward ta' skarsezza possibbli ta' fondi fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jevalwaw b'attenzjoni l-ħtiġijiet reali f'termini ta' pagamenti għall-2013 taħt l-Intestatura 1b, u biex ma jagħmlux tnaqqis li mhuwiex realistiku u ma jiħdux deċiżjonjiet li jmorru kontra l-previżjonijiet provduti mill-Istati Membri stess u użati bħala bażi għall-abbozz ta' baġit tal-Kummissjoni; għalhekk se jopponi kull tnaqqis possibbli fil-livell ta' pagamenti meta mqabbel mal-proposta inkluża fl-AB 2013;

37.

Jistieden ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, f'każ li l-approprjazzjonijiet ta' impenn ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet reali matul din is-sena, jippreżentaw u jadottaw fi żmien debitu baġit emendatorju, biex b'hekk jiġi sodisfatt l-impenn konġunt li sar fid-dikjarazzjoni interistituzzjonali ta' Diċembru 2011;

Intestatura 2

38.

Jinnota li l-AB 2013 jipproponi li l-AI jiżdiedu b'0,6 % (għal EUR 60 307 miljun) u li l-AP jiżdiedu b'1,6 % (għal EUR 57 964 miljun) meta mqabbel mal-baġit 2012; jissottolinja li dawn il-livelli għadhom anqas miż-żieda proposta mill-Kummissjoni għall-baġit kollu kemm hu; jirrimarka li dawn iż-żidiet huma parzjalment il-konsegwenza tad-dħul gradwali kontinwu ta' pagamenti diretti lill-Istati Membri l-ġodda u l-ħtiġijiet addizzjonali għal proġetti għall-iżvilupp rurali; jenfasizza li l-fondi proposti għal interventi fis-suq huma EUR 419 miljun anqas għall-2013 meta mqabbel mal-baġit 2012;

39.

Jinnota li l-marġni mbassar ta' EUR 809 miljun għas-subintestatura tan-nefqa relatata mas-suq u l-għajnuniet diretti taħt l-Intestatura 2 jirrappreżenta żieda sinifikanti meta mqabbel mal-2012, li, skont il-Kummissjoni, huwa fil-parti l-kbira r-riżultat ta' effett ta' darba wara t-tmiem tal-Fond għar-Ristrutturar tal-Industrija taz-Zokkor; jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li dan il-marġni jfisser li l-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja mhux se jiġi applikat fl-2013; jenfasizza li jinħtieġ marġni suffiċjenti taħt din l-intestatura biex itaffi kwalunkwe kriżi potenzjali li sseħħ fis-settur agrikolu, kif kien il-każ fis-snin reċenti waqt il-kriżi tal-EHEC;

40.

Jenfasizza li l-2013 hija l-aħħar sena tal-perjodu ta' programmazzjoni attwali u għalhekk irid jiġi żgurat livell xieraq ta' approprjazzjonijiet ta' pagament taħt l-Intestatura 2 sabiex jiġu koperti, b'mod partikolari, il-ħtiġijiet tal-proġetti għall-iżvilupp rurali u tal-proġett LIFE+ attwali;

41.

Jirrimarka li l-Intestatura 2 hija strumentali għall-ilħuq tal-objettivi tat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi tal-Istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari permezz tal-programmi tagħha għall-iżvilupp rurali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġati l-SMEs fiż-żoni rurali, billi huma dawn li l-aktar joħolqu impjiegi, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ; jilqa', f'dan ir-rigward, iż-żieda proposta ta' AI b'1,3 % (għal EUR 14 808 miljun) għall-iżvilupp rurali;

42.

Jinnota li l-approprjazzjonijiet għall-Intestatura 2 huma anqas mill-ħtiġijiet stmati, billi li huwa stmat li d-dħul allokat għall-FAEG huwa ogħla fl-2013 (EUR 1 332,8 miljun) milli fl-2012 (EUR 1 010 miljun); jinnota li din id-differenza toriġina mill-bilanċ li jifdal tal-Fond Temporanju għar-Ristrutturar tal-Industrija taz-Zokkor (EUR 647,8 miljun), filwaqt li huwa mistenni li d-dħul allokat mid-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ikun anqas minn dak fl-2012 (EUR 400 miljun fl-abbozz ta' baġit 2013 meta mqabbel ma' EUR 600 miljun fil-baġit 2012); ifakkar li aġġustament tal-istimi attwali abbażi tal-ħtiġijiet effettivi se jsir fil-ħarifa permezz tal-ittra emendatorja rigward l-agrikoltura;

43.

Ifakkar li l-volatilità tal-prezzijiet f'dan is-settur hija preokkupazzjoni kbira u japprova miżuri biex tiġi miġġielda l-ispekulazzjoni f'komoditajiet agrikoli; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jimmonitorjaw b'attenzjoni l-iżviluppi fis-swieq agrikoli; f'dan il-kuntest, ifakkar lill-Kummissjoni bl-appell li għamel il-Parlament – li sal-lum l-ebda azzjoni ma ttieħdet – għall-ħolqien ta' 'osservatorju tal-marġnijiet u tal-prezzijiet', li jkun jagħmilha possibbli li tiniseb komparabbiltà tal-prezzijiet u aħjar u aktar trasparenza fl-iffissar tal-prezzijiet tal-ikel;

44.

Jinnota li ż-żieda proposta fl-għajnuniet diretti hija prinċipalment dovuta għall-introduzzjoni gradwali kontinwa ta' pagamenti diretti fl-UE-12, li joħloq ħtieġa baġitarja addizzjonali ta' EUR 860 miljun fl-2013, filwaqt li n-nefqa fuq l-interventi fis-suq mistennija tonqos minħabba dħul assenjat ogħla u sitwazzjoni favorevoli tas-suq għall-maġġoranza tas-setturi;

45.

Jinnota li l-ammonti assenjati lil ċerti linji baġitarji, inkluż il-programm tal-ħalib fl-iskejjel, tnaqqsu b'mod sinifikanti, u jitlob lill-Kummissjoni tagħti lill-Parlament ġustifikazzjoni għal dan;

46.

Jisħaq fuq il-fatt li l-politiki tal-UE u l-baġit tal-UE huma elementi fundamentali biex jinlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020; jemmen f'dan il-kuntest li l-azzjoni klimatika u l-objettivi ambjentali għandhom natura trasversali u jridu jissarrfu f'miżuri konkreti implimentati fl-ambitu ta' diversi programmi u politiki tal-UE, bil-għan li jingħata kontribut sostanzjali lit-tkabbir sostenibbli u jiġu indirizzati b'mod effikaċi l-isfidi bħall-iskarsezza tar-riżorsi u t-tibdil fil-klima;

47.

Jinnota ż-żieda żgħira proposta fl-AI – bi 3,3 % għal EUR 366,6 miljun – għal LIFE+, iżda jiddispjaċih li l-approprjazzjoni hija EUR 10,55 miljun inqas mil-livell tal-ipprogrammar finanzjarju ta' Jannar 2012; se janalizza, f'dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet kollha kif iddikjarati fil-punt 37 tal-FII;

48.

Jilqa' pożittivament l-ammonti proposti mill-Kummissjoni għall-programm ta' distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar foqra; jistieden lill-Kunsill jirrispetta d-deċiżjoni konġunta li ttieħdet fit-tmiem tal-2011 dwar iż-żamma tal-finanzjament għal dan il-programm għall-2012 u l-2013;

49.

Jiddispjaċih bis-sussidji kontiwni għall-produzzjoni tat-tabakk fl-UE, li jmorru kontra l-objettivi tal-politika tas-saħħa tal-Unjoni;

50.

Iqis li huwa importanti li jinżamm l-appoġġ finanzjarju għall-politika komuni tas-sajd (PKS) minħabba r-riforma imminenti tagħha; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jiġu appoġġati l-SMEs fis-settur tas-sajd u l-promozzjoni tal-aċċess għall-impjiegi għaż-żgħażagħ f'dan il-qasam, filwaqt li tiġi garantita n-natura sostenibbli tal-PKS, kif ukoll il-bżonn ta' promozzjoni ta' miżuri li jiżguraw il-fattibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali tas-settur; jilqa', f'dan ir-rigward, iż-żieda proposta għall-Fond Ewropew għas-Sajd bi 2,2 % (għal EUR 687,2 miljun) f'AI u b'7,3 % (għal EUR 523,5 miljun) f'AP rispettivament, meta mqabbel mal-baġit 2012; jiddispjaċih, madankollu, bit-tnaqqis proposta fil-qasam tal-governanza tal-PKS, il-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd, u l-monitoraġġ u l-infurzar tal-PKS;

Intestatura 3a

51.

Jinnota li ż-żieda globali fil-finanzjament proposta fl-AB 2013 – EUR 1 392,2 miljun u EUR 928,3 miljun f'impenji u pagamenti rispettivament – meta mqabbel mal-baġit 2012 għal azzjonijiet inklużi taħt din l-Intestatura hija ta' 1,8 % (b'EUR 24,42 miljun) f'AI u 11,1 % f'AP; iqis li dan huwa konformi mal-ambizzjonijiet li qed jikbru tal-UE fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja;

52.

Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-approprjazzjonijiet għaċ-ċibersigurtà fis-settur tal-IT, minħabba l-ħsara enormi li l-attività kriminali li qed tiżdied f'dan il-qasam qed tikkawża lill-ekonomiji tal-Istati Membri; jinsisti li spinta lill-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità fil-livell tal-Unjoni permezz taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità se tirrikjedi finanzjament adegwat u għalhekk jiddeplora t-tnaqqis propost mill-Kummissjoni għall-Europol, minħabba li l-kompiti taċ-Ċentru kif identifikati mill-Kummissjoni ma jistgħux jitwettqu bir-riżorsi umani u finanzjarji attwali tal-Europol; jinnota li, għall-kuntrarju tal-ipprogrammar finanzjarju, tnaqqis ta' EUR 64,4 miljun huwa proposta għall-programm għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u l-Ġlieda kontriha, meta mqabbel mal-baġit 2012, għalkemm dan il-programm kien ġie maħsub biex ikopri wkoll iċ-ċiberkriminalità u l-użu illeċitu tal-internet;

53.

Jappella għal sostenn kontinwu għall-Frontex, kif ukoll għad-diversi aġenziji maħluqa reċentement taħt din l-intestatura (partikolarment l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u l-aġenzija għas-sistemi tal-IT fuq skala kbira; jinnota t-tnaqqis ta' 8,9 % (-EUR 7,3 miljun) għall-kontribuzzjoni lill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) meta mqabbel mal-baġit 2012, u jistenna li l-Kummissjoni tagħti informazzjoni addizzjonali dwar dan it-tnaqqis propost;

54.

Jinnota li t-tnaqqis ta' EUR 30 miljun għall-programm VIS u t-terminazzjoni ta' Eurodac (-EUR 0,5 miljun) se jkun ikkumpensat bit-trasferiment ta' dawn il-kompiti u l-approprjazzjonijiet baġitarji korrispondenti lill-aġenzija l-ġdida għall-ġestjoni operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira;

55.

Jinnota ż-żieda sinifikanti f'impenji u l-livell komparattivament baxx ta' pagamenti għal SIS II; jinnota li, skont l-iskeda globali għal SIS II, fl-2013 l-iżvilupp u l-migrazzjoni tagħha għandhom jitlestew u l-Aġenzija tal-IT se tieħu f'idejha l-ġestjoni tas-sistema; jikkritika, għalhekk, iż-żieda sinifikanti fil-baġit lil hinn mill-ippjanar finanzjarju oriġinali tiegħu fi stadju daqshekk tard qabel tibda topera s-SIS II; jirrakkomanda li tinżamm f'riżerva parti sostanzjali tal-baġit għal SIS II sakemm ikunu ġew iġġustifikati l-progress operattiv u l-konformità mal-ippjanar finanzjarju;

56.

Japprezza ż-żieda b'EUR 9,8 miljun meta mqabbel mal-baġit 2012 li ġiet proposta mill-Kummissjoni għall-Fond Ewropew għar-Rifuġjati, li hija koerenti mad-deċiżjonijiet meħuda fis-snin li għaddew u l-implimentazzjoni ta' bħalissa ta' Sistema Ewropea Komuni tal-Asil; jieħu nota taż-żieda ta' 19 % tal-allokazzjoni baġitarja tal-Fond għall-Fruntieri Esterni, li tammonta għal EUR 415,5 miljun, ekwivalenti għan-nofs ta' dik prevista mill-ipprogrammar finanzjarju; ifakkar fit-talba b'saħħitha tiegħu għal reazzjoni xierqa u ekwilibrata għall-isfidi, bl-għan tal-ġestjoni tal-migrazzjoni legali u tat-tnaqqis tal-migrazzjoni illegali;

57.

Jenfasizza li l-miżuri mmirati lejn il-ġlieda kontra l-vjolenza tal-ġeneru jridu jkunu ffinanzjati suffiċjentement; jenfasizza r-rwol importanti li żvolġa l-programm tal-prevenzjoni u l-ġlieda tal-forom kollha ta' vjolenza (Daphne) fl-eliminazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet fl-UE, u jisħaq fuq l-importanza ta' żieda fil-finanzjament xieraq għall-programm fl-2013;

Intestatura 3b

58.

Ifakkar li l-Intestatura 3b, għalkemm hija l-iżgħar intestatura tal-MFF f'termini ta' allokazzjoni finanzjarja, tkopri kwistjonijiet ta' interess fundamentali għaċ-ċittadini tal-Ewropa, bħall-programmi edukattivi, kulturali u għaż-żgħażagħ, is-saħħa pubblika, il-ħarsien tal-konsumatur, l-istrument ta' protezzjoni ċivili u l-politika tal-komunikazzjoni; jiddeplora, għalhekk, il-fatt li għal darb'oħra fl-2013 l-approprjazzjonijiet ġenerali taħt din l-Intestatura jitnaqqsu, meta mqabbla mal-baġit 2012, bi tnaqqis fl-AI ta' 1,2 % (EUR 26,08 miljun) u fl-AP ta' 0,4 %, bl-esklużjoni tal-Fond ta' Solidarjetà;

59.

Jilqa' pożittivament, abbażi tal-implimentazzjoni soda tiegħu fis-snin preċedenti, iż-żieda tal-finanzjament fl-2013 għall-programm "Żgħażagħ fl-Azzjoni" (għal EUR 140,45 miljun), li tirrappreżenta żieda ta' EUR 0,8 miljun meta mqabbel mal-baġit 2012 u ta' EUR 16,5 miljun meta mqabbla mal-ipprogrammar finanzjarju;

60.

Japprezza ż-żidiet f'approprjazzjonijiet meta mqabbel mal-baġit 2012 għall-programm "Kultura" (+ 1,4 %), "Media 2007" (+ 1,1 %) u l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (+ 3,1 %), iżda jiddispjaċih bit-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet meta mqabbel mal-baġit 2012 għall-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" – speċjalment matul is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini – kif ukoll l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-politika tal-konsumatur u l-programm "Media Mundus";

61.

Jiddispjaċih għall-volum imnaqqas ta' impenji għal azzjonijiet ta' komunikazzjoni meta mqabbel mal-baġit 2012, fi żmien meta d-distakk bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha huwa aktar evidenti minn qatt qabel, kif jidher mill-għadd dejjem jonqos ta' votanti fl-elezzjonijiet Ewropej; huwa konvint mill-ħtieġa ta' sforzi msaħħa ta' komunikazzjoni u ta' finanzjament proporzjonat biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u biex jintwera l-kontribut tagħhom biex tingħeleb il-kriżi ekonomika u finanzjarja;

62.

Jissottolinja l-fatt li għal darb'oħra din is-sena jibqa' biss marġni limitat ħafna disponibbli (EUR 25,6 miljun) taħt din l-Intestatura, u dan iħalli possibbiltà ċkejkna ta' manuvra jekk jinħtieġu azzjonijiet jew deċiżjonijiet ġodda dwar il-prijoritajiet ta' finanzjament direttament rilevanti għaċ-ċittadini;

Intestatura 4

63.

Jinnota li l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament ippreżentati fl-AB 2013 jirrappreżentaw żieda ta' 0,7 % u 5,1 % meta mqabbel mal-baġit 2012, għal EUR 9 467,2 miljun u EUR 7 311,6 miljun rispettivament; jirrimarka li dawn iż-żidiet għadhom iktar baxxi minn dawk proposti mill-Kummissjoni għall-baġit in ġenerali;

64.

Ifakkar fil-ħtieġa għal koordinazzjoni aktar mill-qrib u koerenza tal-isforzi fil-finanzjament tal-azzjonijiet esterni mill-Unjoni u l-Istati Membri biex jiġu evitati t-trikkib u d-duplikazzjoni ta' riżorsi skarsi; jissottolinja l-ħtieġa li jitħeġġu l-kooperazzjoni u s-sinkronizzazzjoni tal-azzjonijiet ma' donaturi internazzjonali, lokali u reġjonali oħra sabiex il-fondi jintużaw bl-aħjar mod possibbli u jinħolqu sinerġiji; jemmen li fi żminijiet ta' diffikultà ekonomika huwa importanti wkoll li tittejjeb il-flessibbiltà fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-istrumenti kif ukoll li r-riżorsi skarsi jiġu kkomplementati bi strumenti b'effetti ta' lieva li jippermettu l-użu u l-użu mill-ġdid ta' fondi investiti u ġġenerati;

65.

Jinnota ż-żieda sinifikanti ta' EUR 272,3 miljun fil-marġni propost għall-Intestatura 4 meta mqabbel mal-ipprogrammar finanzjarju għall-2013 (minn EUR 119,6 miljun għal EUR 391,9 miljun), li hija l-effett nett taż-żieda f'impenji għall-ENPI (rinfurzati b'EUR 51,7 miljun), l-ICI u l-ICI+ (EUR 0,3 miljun aktar mill-ipprogrammar finanzjarju) u tat-tnaqqis fit-tkabbir tal-impenji għall-Fond ta' Garanzija (EUR – 104,5 miljun), l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (EUR – 99,3 miljun), l-assistena makrofinanzjarja (EUR – 37,4 miljun), l-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (EUR – 28,6 miljun) u l-Istrument għall-Istabbiltà (EUR – 41,4 miljun); jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi biżżejjed spjegazzjonijiet dwar għaliex kien meħtieġ ridimensjonament daqshekk sinifikanti ta' wħud mill-programmi meta mqabbel mal-ipprogrammar finanzjarju; jenfasizza li filwaqt li jista’ jaqbel mal-prinċipju ta' ridimensjonament tal-programmi li mhumiex implimentati sew jekk dan iwassal għall-iffrankar tal-enerġija, it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet m'għandux ikun trasversali; iwissi dwar il-fatt li l-użu ta' marġni artifiċjalment għoli bħal għodda ta' negozjar fil-proċedura baġitarja ma jistax jitqies bħala prassi baġitarja tajba;

66.

Jiddispjaċih b’mod partikolari dwar it-tnaqqis kontinwu ta’ approprjazzjonijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-iżvilupp; jistaqsi kif dan huwa kompatibbli mal-impenji internazzjonali tal-UE sabiex talloka, sal-2015, 0,7 % tal-PNG għall-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-livell totali ta’ impenji skont l-Istrument ta' finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), kif propost fl-AB 2013, jirrappreżenta tnaqqis ta' inqas mir-rata ta’ inflazzjoni prevista u li l-livell propost ta’ pagamenti totali tad-DCI huwa anqas minn dak tal-2012; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura approċċ iktar koerenti, realistiku u ppjanat aħjar għall-finanzjament tad-DCI;

67.

Jieħu nota tal-proposta li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat, li jindirizza l-bżonnijiet ta’ pajjiżi li jħabbtu wiċċhom ma’ bidliet politiċi u ekonomiċi ewlenin; jilqa' l-iffukar fuq is-Sħubija tal-Lvant, u jerġa' jafferma l-appoġġ tiegħu għall-pajjiżi li flimkien jagħmlu l-komponent tan-Nofsinhar tagħha peress li jaffaċċjaw sfidi ta' proporzjonijiet storiċi wara r-Rebbiegħa Għarbija; iqis ir-rappurtar tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju "aktar għal aktar" bħala insuffiċjenti, u jistedinha tiżviluppa kriterji ċari għal kif għandu jiġi applikat;

68.

Iqis li livell suffiċjenti ta' assistenza finanzjarja tal-UE lill-Awtorità Palestinjana u lill-UNRWA għadu meħtieġ sabiex ikun hemm reazzjoni adegwata u komprensiva għas-sitwazzjoni politika u umanitarja fil-Lvant Nofsani u għall-proċess ta' paċi; jenfasizza s-sitwazzjoni partikolarment diffiċli ffaċċjata bħalissa mill-UNWRA, notevolment wara l-avvenimenti fis-Sirja; jinnota li l-effett nett taż-żieda fl-impenji għall-ENPI huwa prinċipalment dovut għall-fatt li jinżamm l-appoġġ għat-territorji okkupati tal-Palestina fil-livell tal-abbozz ta’ baġit tal-2012;

69.

Jenfasizza li, grazzi għall-impenn qawwi tal-Parlament, il-kontribuzzjoni annwali tal-UE lill-Awtorità Palestinjana, lill-UNRWA u lill-proċess ta’ paċi tal-Lvant Nofsani matul l-aħħar snin tammonta għal EUR 300 miljun, u jfakkar li l-awtorità baġitarja, matul il-fażi tal-konċiljazzjoni baġitarja, qablet dwar allokazzjoni ta’ EUR 200 miljun għas-sena 2012, bil-kundizzjoni li jkun hemm żieda supplimentari sine qua non ta’ EUR 100 miljun għas-sena finanzjarja 2011 li tiġi minn approprjazzjonijiet mhux użati; jitlob li jkun hemm impenn ta' finanzjament li jirrifletti l-ħtiġijiet reali mill-bidu tas-sena baġitarja biex jiġi żgurat li l-UE tkun tista' tappoġġa b'mod effikaċi l-bini ta' paċi sostenibbli; jinsisti li għandhom jiġu imposti kontrolli finanzjarji stretti u li għandhom jintbagħtu analiżi u valutazzjoni dettaljati tal-infiq lill-Parlament Ewropew;

70.

Jirrikonoxxi l-fatt li bl-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, l-allokazzjonijiet għall-IPA jonqsu b'EUR 67,6 miljun; madankollu, huwa preokkupat li l-Kummissjoni qed tipproponi tnaqqis akbar fl-appoġġ għall-bini ta' kapaċitajiet istituzzjonali għall-pajjiżi kandidati milli mistenni bit-tnaqqis ta’ allokazzjonijiet għall-IPA għall-Kroazja (total ta’ EUR – 29,14 miljun meta mqabbel mal-2012), filwaqt li l-istess linja għal kandidati potenzjali ġiet rinfurzata (EUR + 10,5 miljun meta mqabbel mal-2012); ifakkar li l-kapaċità istituzzjonali hija ta' importanza fundamentali għall-użu korrett tal-finanzjament tal-Unjoni u hija ugwalment importanti kemm għall-kandidati kif ukoll għall-kandidati potenzjali; jilqa’ li ż-żieda proposta f'AI għall-iżvilupp rurali tal-IPA hija ta' 10,2 % meta mqabbel mal-baġit għall-2012;

71.

Itenni l-fatt li speċjalment fi żminijiet ta' awsterità, l-approprjazzjonijiet ta' impenn għandhom jiġu ppjanati b'attenzjoni għal kull linja baġitarja tal-PESK sabiex jiġi ggarantit li l-flus tal-UE jiġu allokati għall-miżuri l-aktar meħtieġa, filwaqt li jitqiesu kemm jista' jkun il-flessibbiltà u imprevedibbiltà tal-operazzjonijiet tal-PESK; f’dan ir-rigward, jilqa’ talbiet għal sinerġiji akbar permezz ta’, fost l-oħrajn, il-ġbir flimkien, il-kondiviżjoni u l-integrazzjoni ta’ kapaċitajiet u permezz tal-prestazzjoni mtejba, l-ippjanar u t-twettiq ta’ missjonijiet u operazzjonijiet; jilqa’ sforzi għal ħarsa ġenerali trasparenti u kompluta tal-missjonijiet kollha tal-PESK; se janalizza b'attenzjoni ż-żieda ta' 9,2 % f'AI għall-PESK fl-2013;

72.

Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' reazzjoni għat-theddid transreġjonali fl-oqsma tal-kriminalità organizzata, tat-traffikar, tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, tat-theddid għas-saħħa pubblika u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; madankollu, jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi provi li jiġġustifikaw għaliex tinħtieġ żieda ta' 50 % għal dawn il-miżuri fl-2013;

Intestatura 5

73.

Jinnota li n-nefqa amministrattiva totali għall-istituzzjonijiet kollha hija stmata li hi EUR 8 544,4 miljun, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 3,2 % meta mqabbel mal-2012 u li jħalli marġni ta' EUR 636,6 miljun, inkluża nefqa addizzjonali marbuta mal-adeżjoni tal-Kroazja;

74.

Jirrikonoxxi li l-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet, inkluż il-Parlament Ewropew, għamlu sforz sabiex jillimitaw il-baġits amministrattivi tagħhom għal żieda taħt ir-rata tal-inflazzjoni mistennija, minbarra l-ispiża tat-tkabbir għall-Kroazja; f’dan ir-rigward, jenfasizza l-ħtieġa għar-razzjonalizzazzjoni ta’ riżorsi amministrattivi fuq perjodu ta’ żmien twil u jinisisti fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni interistituzzjonali f’oqsma bħar-riżorsi umani, it-traduzzjoni, l-interpretazzjoni, il-bini, u t-teknoloġija tal-informatika;

75.

Jenfasizza li ż-żieda ta’ 3,2 % meta mqabbla mal-2012 hija primarjament dovuta għal obbligi statutarji jew kuntrattwali bħall-pensjonijiet jew l-aġġustamenti tas-salarji; jinnota madankollu li l-Kummissjoni kkonformat mal-impenn tagħha li żżomm iż-żieda nominali fl-approprjazzjonijiet amministrattivi tagħha fl-Intestatura 5 inqas mill-inflazzjoni prevista ta' 1,9 % meta mqabbel mal-2012, kif spjegat fl-ittra tat-23 ta' Jannar 2012 mill-Kummissarju għall-Baġit u l-Ipprogrammar Finanzjarju, u saħansitra marret lil hinn minn dan l-impenn;

76.

Jifhem li dan intlaħaq diġà għall-2013 permezz ta' tnaqqis ta' iktar minn 1 % fin-numru ta' karigi fl-organigramma tal-Kummissjoni, notevolment fl-oqsma tal-appoġġ amministrattiv, il-ġestjoni baġitarja u l-ġlieda kontra l-frodi, kif ukoll permezz ta' aktar tnaqqis f'punti oħra ta' nefqa amministrattiva; jitlob spjegazzjoni ulterjuri dwar il-ħtieġa reali li wieħed jipproċedi bi tnaqqis bħal dan fil-persunal sabiex tiġi ffriżata n-nefqa amministrattiva f'termini reali, meta l-Kummissjoni rnexxielha tiffriża n-nefqa amministrattiva tagħha f'termini nominali fl-2012 mingħajr ma rrikorriet għal tnaqqis fil-persunal;

77.

Jilqa' dan l-isforz favur konsolidament baġitarju fin-nefqa amministrattiva fi żmien ta' restrizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji fil-livell nazzjonali; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jikkondividu l-isforzi ta’ din il-konsolidazzjoni; madankollu jinsab imħasseb dwar l-impatt negattiv li tali miżuri jista' jkollhom fuq l-implimentazzjoni rapida, regolari u effettiva tal-azzjonijiet u l-programmi tal-UE min-naħa ta' amministrazzjoni moderna, meta jitqies b'mod partikolari l-bżonn li jiġu ppremjati l-prestazzjoni u l-kwalità tas-servizz, billi jitqies l-ilħiq ta' bilanċ ġeografiku, speċjalment fi żmien meta l-kompetenzi tal-UE qed ikomplu jiżdiedu u Stati Membri ġodda jissieħbu fl-Unjoni; jilqa' l-informazzjoni mogħtija dwar dawk l-oqsma msaħħa f'termini ta' persunal, bħall-governanza ekonomika Ewropea, is-suq uniku u s-sigurtà u l-ġustizzja, iżda jitlob informazzjoni simili dwar dawk l-oqsma tal-politika u t-tipi ta' karigi fejn kien hemm tnaqqis fil-persunal meta mqabbel mal-2012;

78.

Itenni f'dan l-isfond li kull tnaqqis bħal dan tal-persunal għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tal-impatt preliminari u jikkunsidra bis-sħiħ, inter alia, l-obbligi legali tal-Unjoni, il-prijoritajiet tal-UE kif ukoll il-kompetenzi l-ġodda tal-istituzzjonijiet u ż-żieda fil-kompiti li ġejja mit-trattati; jenfasizza li din il-valutazzjoni għandha tqis b'attenzjoni l-effetti għad-Direttorati Ġenerali u s-servizzi differenti, notevolment meta jitqies id-daqs u l-ammont ta' xogħol tagħhom, kif ukoll l-effetti fuq it-tipi differenti ta' karigi kkonċernati kif ippreżentati fl-iskrining annwali tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni (tfassil tal-politiki, ġestjoni tal-programmi, appoġġ amministrattiv, ġestjoni baġitarja u attivitajiet kontra l-frodi, servizzi lingwistiċi, eċċ.);

79.

Jenfasizza li f'ħafna oqsma tal-azzjoni tal-UE, għandhom jiġu żgurati livelli suffiċjenti ta' persunal fid-dawl tal-istadju tal-implimentazzjoni tal-programmi, prijoritajiet ġodda u żviluppi oħrajn; għalhekk se jiskrutinizza b'attenzjoni l-evoluzzjoni globali tal-livelli tal-persunal fid-DĠ u s-servizzi differenti anke fid-dawl tal-prijoritajiet ippreżentati f'dan ir-rapport; minbarra l-provvista ta' aktar informazzjoni dettaljata f'dan ir-rigward, jitlob lill-Kummissjoni tipproċedi għal valutazzjoni dettaljata simili tal-impatt tat-tnaqqis trasversali propost fil-persunal, filwaqt li jitqies ukoll fuq perjodu itwal ta' żmien kwalunkwe tnaqqis ieħor fil-persunal tal-Kummissjoni, u tirrapporta lura lill-Parlament; jinsisti li din għandha tkun prerekwiżit sabiex l-awtorità baġitarja tikkunsidra li taċċetta, skont l-eżitu tagħha, it-tnaqqis ta' 1 % fil-persunal għall-2013;

80.

Huwa tal-opinjoni li għad hemm mistoqsijiet dwar in-numru għoli ta’ pożizzjonijiet ta’ ġestjoni għoljin f’livelli ta’ grad għoli fost il-persunal tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna; għalhekk jitlob lill-SEAE sabiex jipprovdi informazzjoni addizzjonali b’mod partikolari fir-rigward taż-żieda sinifikanti (+ 9,2 %) f’postijiet ta' AD14 propost fl-abbozz ta’ baġit; bl-istess mod jitlob informazzjoni ulterjuri dwar iż-żidiet kbar f’approprjazzjonijiet proposti għas-sigurtà u s-sorveljanza tal-bini (+ 57,2 %);

81.

Huwa konvint li l-prevenzjoni u l-medjazzjoni huma fost l-aktar mezzi kosteffikaċi sabiex jiġu ġestiti kunflitti billi jiġu evitati milli jeskalaw fi vjolenza; jilqa’ għalhekk il-proposta li tiġi introdotta intestatura tal-baġit li tammonta għal EUR 500 000 għal Servizzi ta’ Appoġġ għall-Prevenzjoni tal-Kunflitt u l-Medjazzjoni fil-baġit tal-SEAE, wara t-tlestija b’suċċess fl-aħħar ta’ din is-sena ta’ azzjoni preparatorja proposta mill-Parlament;

82.

Huwa tal-opinjoni li l-Iskejjel Ewropej għandhom jiġu ffinanzjati b'mod xieraq sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni speċifika tat-tfal tal-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-UE; jieħu nota tal-allokazzjoni globali proposta ta' 180,7 miljun, li tirrappreżenta żieda ta' 6,8 % meta mqabbel mal-2012, u aktar mill-ammonti tal-ipprogrammar finanzjarju; madankollu se jiskrutinizza b'attenzjoni kull waħda mil-linji baġitarji tal-Iskejjel Ewropej, u matul il-qari tiegħu, se jagħmel kwalunkwe modifika li jqis li tkun xierqa f'dan ir-rigward;

Proġetti pilota – azzjonijiet preparatorji

83.

Jenfasizza l-importanza tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji bħala strumenti prinċipali għall-formulazzjoni ta’ prijoritajiet politiċi u biex titwitta t-triq għal inizjattivi ġodda fuq perjodu ta’ żmien twil kemm fil-livell reġjonali kif ukoll tal-UE li jistgħu jinbidlu f’attivitajiet u programmi tal-UE li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini tal-UE; biħsiebu jipproċedi għall-identifikazzjoni ta' pakkett bilanċjat ta' PP-AP abbażi tal-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u filwaqt li jitqiesu bir-reqqa s-sostenibilità u d-durabilità tar-riżultati mistennija;

84.

Skont l-Anness II, parti D tal-IIA, se jittrażmetti lill-Kummissjoni l-ewwel lista proviżorja ta' PP u AP potenzjali għall-Baġit 2013; jistenna lill-Kummissjoni tipprovdi analiżi mmotivata sew tal-proposti indikattivi tal-Parlament; jenfasizza li din il-lista proviżorja ma teskludix it-tressiq u l-adozzjoni formali ta’ emendi li jirrigwardaw il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji matul il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament;

85.

Ifakkar li fil-baġit għall-2012 kien adottat numru totali ta' 70 proġett pilota u azzjoni preparatorja, li jammontaw għal EUR 105,45 miljun f'AI fl-intestaturi kollha; jirrimarka li jekk l-awtorità baġitarja tadotta għall-2013 proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji f'livell simili u bi tqassim simili fl-intestaturi, 54 % tal-marġni taħt l-Intestatura 1a, 27 % ta ta' dak taħt l-Intestatura 3a u 37 % ta' dak taħt l-Intestatura 3b jkunu diġà ntużaw;

86.

Jieħu nota tal-proposti tal-Kummissjoni għal erba' azzjonijiet preparatorji u żewġ proġetti pilota għal ammont totali ta' EUR 15,5 miljun f'AI; biħsiebu janalizza b'attenzjoni l-objettivi u l-kontenuti ta' dawn il-proposti u jiċċekkja l-ammonti mitluba;

L-Aġenziji

87.

Jinnota l-livell globali ta' EUR 748 miljun (jiġifieri 0,5 % tal-baġit totali tal-UE) iddedikat għall-aġenziji deċentralizzati tal-UE fl-AB 2013, li jwassal għal żieda fil-kontribuzzjoni totali tal-UE (inkluż dħul assenjat) ta' EUR 24 miljun jew + 3,2 % meta mqabbel mal-Baġit 2012; huwa konxju li din iż-żieda ġejja primarjament mit-tmien aġenziji li jinsabu fil-fażi inizjali tagħhom, bil-ħsieb li jingħatalhom finanzjament adegwat, u mis-seba' aġenziji li l-kompiti tagħhom ġew estiżi, sabiex ma titfixkilx il-prestazzjoni tagħhom; jinnota li l-kontribuzzjoni tal-UE għall-aġenziji li qed jiffunzjonaw b'ritmu normali qed tonqos f'termini nominali, b'żieda ta' 1,2 %, madankollu, fil-persunal; jinnota li l-aġenziji issa għandhom total ta' 5 115 kariga fl-organigramma, jiġifieri żieda ta' 257 kariga li jikkonċernaw primarjament l-aġenziji b'kompiti ġodda jew li jinsabu fil-fażi tal-bidu tagħhom;

88.

Jinnota li għall-ewwel darba l-Kummissjoni naqqset it-talbiet baġitarji ta' kważi l-aġenziji kollha, li kienu konformi b'mod ġenerali mal-ammonti tal-ipprogrammar finanzjarju; dan jinkludi dawk l-aġenziji li l-kompiti tagħhom jaqgħu taħt il-prijoritajiet tal-Parlament, li jinvolvu ammont totali ta' madwar EUR 44 miljun; ifakkar li analiżi b’attenzjoni tal-metodoloġija, il-motivi u l-impatt possibbli ta' dan it-tnaqqis hija meħtieġa fir-rigward ta’ diversi riżoluzzjonijiet, l-aktar riċenti il-kwittanza tal-2010, li jenfasizzaw li r-reviżjoni tal-aġenziji mill-IWG għandha twassal għal titjib strutturali kemm fl-impatt kif ukoll fil-kosteffikaċja tagħhom, inkluż billi jiġu identifikati l-oqsma tad-duplikazzjoni u s-sovrapożizzjoni fost aġenziji eżistenti; jenfasizza għal darba oħra li l-allokazzjonijiet baġitarji tal-aġenziji tal-EU huma 'l bogħod milli jkunu konfinati għan-nefqa amministrattiva biss, iżda minflok jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u tal-objettivi tal-UE inġenerali, filwaqt illi jimmiraw lejn l-iffrankar fil-livell nazzjonali, kif deċiż mill-awtorità leġiżlattiva;

*

* *

89.

Jikkunsidra li l-kwistjonijiet li ġejjin huma ta’ interess speċifiku għat-trilogu li se jseħħ fid-9 ta’ Lulju 2012:

livell biżżejjed ta' ħlasijiet li jippermetti li l-impenn tal-Kunsill Ewopew ta' Ġunju tal-2012 jimmobilizza fondi tal-baġit tal-UE għal miżuri ta' tkabbir li jaġixxu b'mod mgħaġġel sabiex jiġu implimentati mingħajr dewmien u fil-qafas tal-QFM attwali;

appoġġ għat-tkabbir, il-kompetittività u l-impjieg, b’mod partikolari għall-SMEs u ż-żgħażagħ, fil-baġit tal-2013,

livell suffiċjenti ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li dejjem jiżdiedu ta’ proġetti li jkunu għaddejjin, b’mod partikolari taħt l-Intestaturi 1a, 1b u 2, fl-aħħar tal-perjodu ta’ programmazzjoni,

il-problema ta’ impenji pendenti (RAL);

il-baġit emendatorju għall-2012 sabiex jiġu koperti ħtiġijiet ta’ pagamenti tal-passat u attwali u sabiex jiġi evitat li l-pagamenti tal-2012 jiġu trasferiti għall-2013 kif kien il-każ din is-sena;

livell suffiċjenti ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn – iktar Ewropa fi żminjiet ta’ kriżi;

il-laqgħa interistituzzjonali dwar il-pagamenti;

il-finanzjament tal-ITER fil-baġit tal-2013;

diskrepanza bejn l-ipprogrammar finanzjarju u l-AB 2013 fir-rigward tal-Intestatura 4;

90.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0077.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/62


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali

P7_TA(2012)0290

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015 (2012/2043(INI))

2013/C 349 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Jannar 2012 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012 – 2015 (COM(2012)0006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 7 u 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2006 dwar Pjan ta' Azzjoni Komunitarju dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri tal-Annimali 2006-2010 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2008 dwar Strateġija ġdida għas-Saħħa tal-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007 – 2013) (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar evalwazzjoni u bilanċ tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006 – 2010 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-agrikoltura tal-UE u l-kummerċ internazzjonali (6),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2012 dwar l-istabbiliment ta' limitu massimu ta' 8 sigħat ta' vvjaġġar għall-bhejjem li jiġu ttrasportati fl-Unjoni Ewropea biex jittieħdu għall-qatla (7);

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-ġestjoni tal-popolazzjoni tal-klieb fl-Unjoni Ewropea (8),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Agrikoltura u s-Sajd tad-29 ta' Novembru 2010 dwar il-benessri tal-klieb u l-qtates,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2011 dwar pjan ta' azzjoni kontra t-theddid li qed jiżdied ta' reżistenza antimikrobika (COM(2011)0748),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Novembru 2011 dwar l-impatt tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport (COM(2011)0700),

wara li kkunsidra l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat-2 ta' Diċembru 2010 dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport (9),

wara li kkunsidra l-opinjoni xjentifika tal-EFSA tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar Gwida fuq Valutazzjoni tar-Riskju għall-Benessri tal-Annimali (10),

wara li kkunsidra d-definizzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) tal-benessri tal-annimali (11),

wara li kkunsidra t-tnax-il Prinċipju u kriterju addizzjonali ta' Benessri tajba tal-Annimali żviluppati mill-Proġett għall-Kwalità tal-Benessri (12),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 78/923/KEE tad-19 ta' Ġunju 1978 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali miżmuma għal għanijiet tal-biedja (13),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali Domestiċi (14),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali (15),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE tad-29 ta' Marzu 1999 dwar iż-żamma ta' annimali selvaġġi fiż-żuwijiet (16),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (17),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2009 dwar l-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fil-politiki tal-UE u dwar l-Analiżi tal-2009 tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għal Żvilupp Sostenibbli (COM(2009)0400),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2009 dwar għażliet għat-tikkettjar tal-benessri tal-annimali u l-istabbiliment ta' Netwerk Ewropew ta' Ċentri ta' Referenza għall-protezzjoni u l-benessri tal-annimali (COM(2009)0584),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0216/2012),

A.

billi livell għoli tal-benessri tal-annimali, li huwa parti minn żvilupp sostenibbli, huwa importanti biex jipproteġi s-saħħa tal-annimali, u biex jassigura l-produttività, għalkemm dan ifisser spejjeż addizzjonali operattivi li mhumiex imqassma proporzjonalment tul il-katina alimentari;

B.

billi d-deterjorazzjoni fl-istat tal-iġjene ta’ annimali selvaġġi li l-popolazzjoni tagħhom qed tiżdied fil-parti l-kbira tal-Istati Membri, tista' tirriżulta fi trażmissjoni akbar ta’ mard jittieħed għall-annimali domestiċi u, fl-istess ħin, tipperikola s-saħħa pubblika;

C.

billi r-regoli tal-UE u dawk nazzjonali dwar il-benessri tal-annimali, minħabba l-kumplessità u l-interpretazzjonijiet differenti tagħhom, joħolqu inċertezza ġuridika u jistgħu jqiegħdu lill-produtturi f’ċerti Stati Membru fi żvantaġġ kompetittiv serju; billi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE, in-nuqqas ta’ konformità, l-istandards mhux armonizzati u n-nuqqas ta’ avvenimenti importanti ġuridikament ifixklu l-kompetizzjoni u jirriżultaw f’kundizzjonijiet mhux indaqs;

D.

billi r-regoli nazzjonali dwar il-benessri tal-annimali m’għandhomx imorru kontra l-prinċipji tas-suq uniku tal-UE;

E.

billi l-approċċ għall-benessri tal-annimali għandu jkun ibbażat fuq evidenza xjentifika soda u l-aħjar għarfien xjentifiku, filwaqt li tibqa' titqies il-ħtieġa ta' semplifikazzjoni, kosteffiċjenza, applikabilità tal-istandards u koerneza, b'mod partikolari, mal-politika dwar l-ambjent u s-saħħa pubblika;

F.

billi l-konsumaturi moderni jistennew, b’mod raġonevoli, li l-bhejjem tal-farms ikunu intitolati għall-istess bżonnijiet li huma intitolati għalihom il-bnedmin: ikel tajjeb, kundizzjonijiet ta’ għajxien tajbin u kura medika adegwata;

G.

billi standards tas-saħħa tal-annimali huma ta’ importanza ewlenija għall-ġestjoni tal-bhejjem fl-Ewropa, li għandha impatt dejjem akbar fuq il-livell ta’ kompetittività tal-impriżi agrikoli;

1.

Jilqa’ l-Istrateġija wiesgħa għall-Benessri tal-Annimali għall-UE fl-2012 – 2015;

2.

Ifakkar li l-Artikolu 13 tat-Trattat huwa ta’ applikazzjoni ġenerali u, għalhekk, huwa importanti daqs id-dispożizzjonijiet għall-ambjent jew il-protezzjoni tal-konsumatur, u jieħu preċedenza legali fuq il-politiki kollha tas-suq intern;

3.

Jenfasizza li l-benessri tal-annimali hija kwistjoni kumplessa u multidimensjonali li għandha impatt fuq politiki internazzjonali u domestiċi, u għandha dimensjonijiet etiċi, xjentifiċi, ekonomiċi, kulturali u politiċi importanti;

4.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tindirizza l-kwistjoni tal-konformità mal-liġi dwar il-benessri tal-annimali bħala kwistjoni ta’ prijorità;

5.

Jilqa' l-fatt li l-karta tal-istrateġija tiddeskrivi politika li permezz tagħha l-libertà tal-għażla tal-konsumatur timmobilizza s-swieq tal-użu għall-prodotti tajbin għall-benessri tal-annimali u tisfrutta l-qawwiet tas-suq komuni għall-benessri tal-annimali tal-farms;

6.

Jikkundanna l-fatt li xi azzjonijiet mill-Pjan ta’ Azzjoni għall-2006 – 2010 ma setgħux jiġu mitmuma u jistieden lill-Kummissjoni tadatta d-dati tal-miri tal-azzjonijiet il-ġodda ma’ skadenzi ġuridiċi;

7.

Jikkundanna l-fatt li l-Istrateġija ma ngħatatx l-appoġġ finanzjarju li l-Parlament kien talab għalih fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ dan l-appoġġ billi tipprijoritizza mill-ġdid, u billi tassigura integrazzjoni aħjar u aktar koerenti tal-benessri tal-annimali f’oqsma oħra tal-politika tal-UE, bħall-politika tal-konsumatur, il-programmi ta’ riċerka, u l-PAK, kif ikun xieraq;

8.

Jilqa’ l-proposti għal riforma tal-Kummissjoni u l-impenn tagħha favur il-benessri tal-annimali; jenfasizza l-importanza li jingħata appoġġ b’saħħtu lill-bdiewa li jirrispettaw l-istandards u l-prattiki tajba fit-trobbija tal-annimali u li jinvestu f’faċilitajiet tal-biedja aħjar; jenfasizza l-importanza ta’ finanzjament adegwat għall-PAK tal-ġejjieni, għaliex huwa meħtieġ baġit li jkun kompatibbli mal-livell tal-ambizzjonijiet tagħna;

9.

Jenfasizza li l-bdiewa fil-ġurnata tal-lum jiffaċċjaw diversi sfidi, bħat-tibdil fil-klima, u jridu jissodisfaw diversi rekwiżiti, li waħda biss minnhom hija l-benessri tajba tal-annimali; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-koerenza xierqa tal-politika skont l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE);

10.

Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu aktar effettiv mill-opportunitajiet għall-għajnuna offruta mill-fondi għall-iżvilupp rurali tal-UE, u mis-Seba’ Programm ta’ Qafas (2007-2013) tad-DĠ Riċerka, sabiex jippromwovu r-riċerka applikata u jinvestu f’soluzzjonijiet għal benessri tal-annimali innovattivi u moderni; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iżidu l-investimenti fir-riċerka dwar u fl-iżvilupp ta’ tekniki u teknoloġiji ġodda għall-benessri tal-annimali;

11.

Jiddispjaċih li l-Istrateġija ma tagħmilx użu mill-opportunitajiet offruti mill-politiki tal-Produzzjoni u l-Konsum Sostenibbli, tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku u tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva sabiex tippromwovi livelli għoljin ta' standards tal-benessri tal-annimali;

12.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkun aktar ambizzjuża fir-rigward tal-inklużjoni u l-prijoritizzazzjoni tar-reċiproċità tal-istandards tal-benessri tal-annimali, bħala element mhux kummerċjali fil-politika tal-kummerċ tagħha u meta tinnegozja ftehimiet multilaterali u bilaterali ta’ kummerċ internazzjonali, u tippromwovi l-benessri tal-annimali f’pajjiżi terzi billi teżiġi standards ta’ benessri ekwivalenti għall-annimali u l-prodotti importati flimkien ma' kontrolli stretti;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u tirrapporta dwar l-istandards tal-benessri tal-annimali li japplikaw f’pajjiżi terzi qabel ma tibda n-negozjati dwar il-ftehimiet ta’ kummerċ; jitlob lill-Kummissjoni twettaq ukoll dan l-eżerċizzju mingħajr dewmien fil-pajjiżi fejn in-negozjati kummerċjali diġà jinsabu għaddejjin;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni biex mil-lum 'il quddiem toqgħod lura milli tippreżenta ftehimiet ta' kummerċ ħieles lill-Parlament Ewropew li ma jiżgurawx li l-istess regolamenti dwar il-benessri tal-annimali japplikaw għal prodotti importati bħalma japplikaw għall-prodotti Ewropej;

15.

Jilqa’ wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li teżamina kif il-benessri tal-annimali jista’ jiġi integrat aħjar fil-qafas tal-politika Ewropea tal-viċinat;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tinsisti li l-WTO tinkorpora rapidament kwistjonijiet mhux kummerċjali fl-Istrateġija għall-Kummerċ Dinji, sabiex jiġi evitat li l-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE – li jeħtieġ li jikkonformaw mal-aktar standards stretti fid-dinja tal-benessri tal-annimali – u pajjiżi terzi tkun inġusta;

17.

Iqis li għandu jkun obbligatorju li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar jekk prodott impurtat, jew prodott li jkun fih prodott impurtat, ikunx magħmul minn annimali li kienu miżmuma f’kundizzjonijiet differenti minn dawk meħtieġa mir-regolamenti Ewopej għall-benessri tal-annimali;

18.

Jiddispjaċih li l-Istrateġija tonqos milli turi l-importanza tas-saħħa tal-annimali għall-benessri tal-annimali u r-rabta bejn is-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika; jistieden lill-Kummissjoni biex tapplika l-prinċipju ta’ ‘Saħħa Waħda’ għal din l-Istrateġija u tiżgura l-koordinazzjoni effiċjenti mal-Istrateġija għas-Saħħa tal-Annimali, peress li t-trobbija tajba tal-annimali, fost fatturi oħra, tgħin fil-prevenzjoni tal-firxa tal-mard u r-reżistenza antimikrobika;

19.

Ifakkar li l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi, enfasizza l-ħtieġa li jkollna stampa sħiħa ta’ meta, fejn, kif, u fuq liema annimali fil-fatt jintużaw illum l-antimikrobiċi, u jemmen li din id-dejta għandha tinġabar, tiġi analizzata u ssir pubblika mill-Kummissjoni mingħajr dewmien;

20.

Josserva li fl-UE, it-tilqim ta’ emerġenza, u xi kultant it-tilqim ta’ prevenzjoni, huwa permess, imma li r-regolamenti għadhom ixekklu l-bejgħ internazzjonali ta’ prodotti minn annimali vaċċinati; josserva li dawn il-limitazzjonijiet ma jikkunsidrawx b’mod adegwat l-avvanzi li qed isiru fit-teknoloġija tat-tilqim u d-dijanjostika; jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tħassar, fejn hu possibbli, miżuri li li jillimitaw il-kummerċ li jirrestrinġu mingħajr ħtieġa l-użu ta’ tilqim;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni xierqa lir-riskji għas-saħħa li jippreżentaw l-annimali selvaġġi; jikkunsidra li għadd sinifikanti ta’ mard infettiv emerġenti huwa żoonotiku (trażmissibbli bejn l-annimali selvaġġi, domestiċi u l-bnedmin), u jirrikonoxxi li l-kummerċ fl-annimali selvaġġi, kif ukoll it-tibdil fl-użu u t-tħaddim tal-art, jistgħu jwasslu għal interfaċċji ġodda jew immodifikati bejn il-bnedmin, l-annimali domestiċi u selvaġġi li jistgħu jaġevolaw it-trażmissjoni tal-mard; jenfasizza l-ħtieġa għal koerenza bejn il-politiki għas-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali u l-kummerċ;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, sal-2015, tħejji rapport dwar l-istat tal-iġjene tal-annimali selvaġġi u r-riskju tal-kontaminazzjoni għall-annimali domestiċi u għall-bnedmin;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb attivament u kontinwament ir-regolamenti dwar il-benessri tal-annimali fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (18) (kif emendat);

24.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-popolazzjoni tal-klieb u l-qtates fl-UE hi stmata li tilħaq madwar mitt miljun annimal, u li ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benessri tal-annimali domestiċi;

25.

Jitlob li jsir rapport dwar annimali li jiġġerrew barra li jirrakkomanda soluzzjonijiet konkreti, etiċi u sostenibbli għall-Istati Membri u li jinkludi l-valutazzjoni ta’ sistema koordinata għar-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni elettronika ta’ annimali domestiċi, biex tkun miżjuda mal-lista ta’ azzjonijiet;

26.

Jenfasizza li l-identifikazzjoni obbligatorja tal-klieb u l-qtates, meta kkombinata ma’ sistema effettiva u affidabbi ta' reġistrazzjoni, tiżgura t-traċċabbiltà u hija kruċjali għall-ġestjoni b’suċċess tas-saħħa u l-benessri tal-annimali, filwaqt illi tgħin biex tiġi promossa s-sjieda responsabbli u tiġi ppreservata s-saħħa pubblika;

27.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jirratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali Domestiċi, u biex jittrasponu d-dispożizzjonijiet tagħha f’sistemi legali nazzjonali;

28.

Jistieden lill-Istati Membri jadottaw strateġiji komprensivi ta’ ġestjoni tal-popolazzjoni tal-klieb li jinkludu miżuri bħal liġijiet dwar il-kontroll tal-klieb u kontra l-moħqrija, appoġġ għal proċeduri veterinarji – li jinkludu tilqim għal kontra l-marda tar-rabja u sterilizzazzjoni – meħtieġa biex jiġi kkontrollat l-għadd ta' klieb mhux mixtieqa, u l-promozzjoni tas-sjieda responsabbli ta' annimal domestiku, kif mitlub mid-Dikjarazzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2011;

29.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fl-istudju tagħha għall-2014 dwar il-benessri tal-klieb u l-qtates involuti f’għanijiet kummerċjali, biex tirrakkomanda soluzzjonijiet konkreti biex jiġi evitat li l-klieb u l-qtates jitrabbew u jiġu nnegozjati b’mod li aktarx joħloq problemi ta’ benessri;

Infurzar l-ewwel

30.

Jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li fil-ġurnata tal-lum għad hemm nuqqasijiet fir-rigward tal-konformità mar-regoli għall-benessri tal-annimali, minkejja l-progress imwettaq f’diversi oqsma; ifakkar lill-Kummissjoni li filwaqt li l-leġiżlazzjoni attwali dwar il-benessri tal-annimali hija diġà, fil-biċċa l-kbira, suffiċjenti, ma ġietx applikata kemm mixtieq fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali tiġi applikata fl-Istati Membri kollha;

31.

Jiddispjaċih li seba’ snin wara l-implimentazzjoni sħiħa tagħha, id-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE dwar iż-żamma ta’ annimali selvaġġi fiż-żuwijiet, għadha ma ġietx implimentata bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha; itenni li l-kundizzjonijiet biex, u l-benessri ta', l-annimali miżmuma fiż-żuwijiet ġew stabbiliti speċifikament f’din id-Direttiva u għandhom jiġu infurzati;

32.

Jilqa’ l-“Kodiċi ta’ Prattika Preferuta għaż-Żuwijiet” tal-Kummissjoni, u jitlob li l-Kummissjoni tinkludi f'dan il-Kodiċi gwida dwar l-aħjar prattika għaż-żamma xierqa tal-annimali ta’ speċi selvaġġi fil-magħluq;

33.

Jikkunsidra li qasam wieħed fejn jinħtieġ infurzar aħjar huwa l-qasam tat-trasport tal-annimali li, għalkemm jirrappreżenta biss parti limitata ħafna mill-ħajja ta' annimal, jeħtieġ li jiġi mtejjeb fid-dawl tad-dejta xjentifika miġbura mill-EFSA kif mitlub mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (19);

34.

Jenfasizza li l-korp sħiħ ta' leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-benessri tal-annimali għandu jiġi implimentat bis-sħiħ u għandu jkun hemm konformità sħiħa miegħu fl-Istati Membri kollha tal-UE; madankollu, iqis li n-nonkonformità m'għandhiex ixxekkel leġiżlazzjoni ġdida f'oqsma li fihom jeħtieġ li l-leġiżlazzjoni tiġi aġġornata fid-dawl ta' żviluppi xjentifiċi ġodda jew f'każijiet fejn ikun hemm lakuni;

35.

Ifakkar li hemm żbilanċi fil-katina alimentari li jqiegħdu lill-produttur primarju fi żvantaġġ, u li din is-sitwazzjoni tillimita l-iskop għal investimenti fil-qasam tal-benessri tal-annimali fil-livell tal-farms;

36.

Jenfasizza l-ispejjeż li jġarrbu l-produtturi, u l-potenzjal ta’ telf ta’ kompetittività, b’riżultat tal-adozzjoni tal-istandards il-ġodda u li jinbidlu dwar il-benessri tal-annimali; jinnota li spiss ikun il-każ li dawn l-ispejjeż ma jiġux riflessi fil-prezz li jirċievu l-bdiewa;

37.

Jilqa’ l-proposta biex il-konsumatur jiġi infurmat aħjar dwar il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali; jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi aktar lill-bdiewa fil-proġetti u l-kampanji ta' riċerka; jenfasizza l-ħtieġa li l-konsumaturi jsiru aktar konxji dwar l-ispejjeż addizzjonali marbuta ma' benessri aħjar tal-annimali, u biex iqassmu dawn l-ispejjeż b’mod bilanċjat tul il-katina alimentari;

38.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fejn ikun hemm evidenza xjentifika ċara li turi problemi marbuta mal-benessri tal-annimali u t-trasport tal-annimali, li tadatta jew tintroduċi strumenti ta’ politika ġodda biex dawn il-problemi jissolvew, filwaqt li ddaħħal mod aħjar ta' distribuzzjoni tal-ispejjeż tal-benessri tal-annimali tul il-katina alimentari; iqis li dawn l-istrumenti jistgħu jinkludu leġiżlazzjoni speċifika għall-ispeċi, indikaturi tal-benessri tal-annimali bbażati fuq ir-riżultati kif ukoll kriterji marbuta ma’ sistema ta’ valutazzjoni tar-riskju kif applikata fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel;

39.

Jenfasizza l-ħtieġa tal-implimentazzjoni, fi sħubija mal-partijiet interessati kollha, ta’ ‘avvenimenti importanti ġuridikament’ iġġustifikati kif xieraq waqt il-perjodu tranżitorju fil-leġiżlazzjoni futura tal-benessri tal-annimali;

40.

Jitlob li tinħoloq sistema ġdida ta’ intervent komprensiv bikri sabiex tiġi żgurata l-konformità; jenfasizza li l-Istati Membri li jkunu qed jitħabtu biex iżommu mal-iskadenza għandhom jiġu identifikati kmieni permezz ta’ proċedura ġdida li titlob kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni; jipproponi li jiġu stabbiliti forums dwar l-aħjar prattika biex il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar l-aħjar mod biex dawn l-iskadenzi jinżammu, li l-Istati Membri jfasslu pjan ta' implimentazzjoni li jinkorpora l-avvenimenti importanti u l-miri li jwasslu sal-iskadenza fi stadji, u li jinbeda studju biex jiġu identifikati l-possibilitajiet li bihom l-awtoritajiet Ewropej jistgħu jgħinu biex tkun żgurata konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali;

41.

Jenfasizza li l-Kummissjoni, u b’mod partikulari l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, għandhom jingħataw aktar riżorsi, skont ir-rakkomandazzjonijiet baġitarji u s-setgħat tal-UE, biex jikkontrollaw b’mod adegwat l-ispezzjonijiet tal-benessri tal-annimali mwettqa mill-Istati Membri, li parti minnhom għandhom ikunu kontrolli mhux imħabbra, u biex jindirizzaw ksur; jistieden lill-Istati Membri jassiguraw li jkun hemm numru suffiċjenti ta’ spetturi tal-benessri tal-annimali li jkunu mħarrġa b’mod adegwat, b’miżuri ta’ prestazzjoni armonizzati fis-seħħ sabiex jiġu żgurati kontrolli konsistenti fl-Istati Membri kollha, u jikkunsidraw li jagħtu aktar responsabbiltà u setgħa lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

42.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jiżguraw li ksur tar-regoli tal-UE dwar il-benessri tal-annimali jiġi ppenalizzat b’mod effikaċi u proporzjonat, u li kull sanzjoni jkollha magħha biżżejjed informazzjoni u gwida mill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll miżuri korrettivi xierqa;

43.

Ifakkar fl-oppożizzjoni tal-Parlament Ewropew għall-użu ta’ assistenti tal-ispezzjoni kkuntrattati b’mod privat (PIAs) fil-biċċeriji fis-settur tal-laħam aħmar; jikkunsidra li l-ispezzjoni tal-iġjene f’dan is-settur għandha titwettaq minn spetturi tal-laħam indipendenti;

44.

Jinnota l-iskadenza finali ta’ Marzu 2013, li warajha l-bejgħ ta’ kożmetiċi ġodda li jkunu ġew ittestjati fuq l-annimali ma jkunx permess; jappoġġja din l-iskadenza u jistieden lill-Kummissjoni biex ma testendihiex;

45.

Ifakkar fl-obbligu tal-Kummissjoni li, meta jkun hemm raġuni dovuta għal tħassib, tagħmel kontrolli tal-ispezzjonijiet nazzjonali sabiex tivverifika l-konformità mad-Direttiva 2010/63/UE dwar l-ittestjar fuq l-annimali;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tinkoraġġixxi r-riċerka dwar metodi tal-ittestjar li jirrikjedu anqas annimali għat-testijiet u biex tippromwovi l-applikazzjoni ta' tali metodi fejn dan ikun possibbli; f’dak il-kuntest, jitlob lill-Kummissjoni tagħraf u tuża t-test ‘estiż’ skont ir-REACH;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-Programm ta’ Riċerka Orizzont 2020 jipprevedi opportunitajiet adegwati għar-riċerka fl-oqsma tal-konservazzjoni tal-bijodiversità, il-kummerċ tal-annimali selvaġġi, l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ alternattivi li ma jinvolvux annimali u l-impatt ta’ teknoloġiji emerġenti;

48.

Jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-benessri tal-annimali bħala objettiv tas-seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali li se jiġi implimentat fil-futur, filwaqt li tiżgura, b'mod partikolari, l-inklużjoni ta’ strateġiji u azzjonijiet bl-għan tat-tnaqqis tal-użu tal-annimali fir-riċerka;

49.

Jiġbed l-attenzjoni lejn it-tħassib fost iċ-ċittadini Ewropej, li qed jesprimuh permezz tal-petizzjonijiet tagħhom lill-Parlament, dwar l-abbuż fl-UE relatat mad-derogi dwar it-tbiċċir tal-annimali mingħajr anestesija; huwa mħasseb li d-deroga attwali favur qtil ta’ annimali mingħajr ma’ jiġu mraqqda, hija abbużata b’mod konsiderevoli f’xi Stati Membri, għad-detriment tal-benessri tal-annimali, tal-bdiewa u tal-konsumaturi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tgħaġġel il-valutazzjoni tagħha dwar it-tikkettar tal-laħam minn annimali maqtula mingħajr ma’ jiġu mraqqda u tippreżenta r-rapport tagħha qabel l-2013, wara l-impenn tagħha li twettaq din il-valutazzjoni fl-2011; jenfasizza li l-kwistjoni tal-konsumaturi li ma jkunux infurmati dwar jekk il-laħam li qed jixtru huwiex ġej mill-qtil ta’ annimali mingħajr ma’ jiġu mraqqda hija kwistjoni ta’ interess pubbliku kbir għal raġunijiet kemm ta’ trasparenza kif ukoll ta’ tbatija fuq l-annimali; jenfasizza, madanakollu, li t-tikkettar mhuwiex alternattiva għall-infurzar korrett minħabba li dan iservi biss ta’ gwida għall-konsumaturi jekk l-informazzjoni mogħtija tkunx verifikata u korretta;

50.

Jenfasizza l-bżonn li jiġu stabbiliti miżuri protettivi effettivi għal annimali għat-tbiċċir li jiġu esportati lejn pajjiżi terzi mill-UE;

51.

Jikkunsidra li linji gwida prattikabbli u armonizzati għandhom jakkumpanjaw l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benessri tal-annimali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni li tkopri, pereżempju, kwistjonijiet bħall-kundizzjoni għat-trasport u l-provvista tal-ilma qabel u matul it-trasport, fil-waqfiet tal-mistrieħ u fid-destinazzjoni;

52.

Jinnota li xi nuqqasijiet fl-implimentazzjoni ta' spiss jiġu ġustifikati permezz ta' rekwiżiti legali, li fil-prattika ma jkunux possibbli;

53.

Jenfasizza li ċ-ċittadini Ewropej iressqu petizzjonijiet quddiem il-Parlament b’mod regolari rigward in-nuqqas tal-Istati Membri li jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

54.

Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fid-doveri tagħhom hekk kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004, biex jagħtu informazzjoni komparabbli dwar il-benessri tal-annimali; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjonijiet effettivi f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità;

55.

Jistieden lill-bejjiegħa bl-imnut Ewropej ewlenin kollha jimpenjaw ruħhom, permezz tal-adozzjoni ta’ dikjarazzjoni pubblika konġunta, li jbigħu biss il-prodotti li jissodisfaw jew imorru lil hinn mill-istandards stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benessri tal-annimali;

Komunikazzjoni u edukazzjoni

56.

Jenfasizza l-importanza li l-informazzjoni u l-edukazzjoni jkunu adattati u disponibbli fil-livell reġjonali u lokali, pereżempju permezz ta’ workshops reġjonali u l-użu ta’ teknoloġija moderna, u li informazzjoni dwar leġiżlazzjoni ġdida u progressi xjentifiċi jaslu għand il-persuni li jaħdmu mal-annimali; ifakkar fir-rwol li jista’ jitwettaq minn netwerk koordinat tal-UE ta’ ċentri għall-benessri tal-annimali f’dan ir-rigward;

57.

Iqis li n-netwerk Ewropew ta’ ċentri ta’ referenza għandu jipprovdi appoġġ rilevanti, ta’ kwalità għolja, professjonali u konsistenti lill-Istati Membri u lil partijiet oħra interessati rigward l-aqwa prattiki għall-benessri tal-annimali;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-linji gwida eżistenti dwar il-benessri tal-annimali u inizjattivi volontarji oħra billi tiżviluppa portal fuq l-internet li minnu dawn id-dokumenti, wara li jkunu ġew ivvalidati, ikunu jistgħu jinġabru u jinxterdu;

59.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mid-dispożizzjonijiet għat-trasferiment tal-informazzjoni transkonfinali dwar il-benessri tal-annimali, is-sistemi ta’ trobbija u l-kontroll ta’ mard, fil-kuntest ta’ programmi ffinanzjati tal-UE għall-iżvilupp rurali u reġjonali;

60.

Jikkunsidra li r-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali għandhom isiru obbligatorji fil-programmi tal-iżvilupp rurali tal-ġejjieni; jemmen, barra minn hekk, li l-valur miżjud Ewropew ta’ benessri għoli tal-annimali għandu jiġi rifless fir-rati ta’ kofinanzjament;

Liġi qafas

61.

Jilqa’ l-inklużjoni ta’ Liġi Qafas Ewropea għall-Benessri tal-Annimali fl-Istrateġija, hekk kif propost mill-Parlament, u jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposti tagħha flimkien mar-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (20) prevista għall-2013; jemmen li Liġi Qafas bħal din għandha tkun miktuba b’mod ċar, għandha titħejja wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha, għandha tiffoka kemm fuq l-inputs kif ukoll fuq l-eżiti u għandha twassal għal benessri aħjar tal-annimali;

62.

Jirrimarka li Liġi Qafas bħal din għandha tkun għodda għas-simplifikazzjoni u l-integrazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-benessri tal-annimali; jinnota li l-għan ewlieni tal-Liġi Qafas għandu jkun li jinkisbu livelli aħjar u aktar stretti ta' konformità mal-liġi eżistenti dwar il-benessri tal-annimali;

63.

Ifakkar li l-produtturi huma saturati bl-obbligi amministrattivi u li, fi tfittxija permanenti għas-semplifikazzjoni amministrattiva, din il-leġiżlazzjoni qafas Ewropea m'għandhiex tkompli żżid dan il-piż;

64.

Ifakkar li l-Parlament jikkunsidra li Liġi Qafas bħal din għandha tkun ibbażata fuq xjenza validata u esperjenza ppruvata u li tkopri l-annimali kollha miżmuma u dawk abbandunati, inklużi annimali li jiġġerrew barra ta’ speċi domestikati; ifakkar li għall-ispeċi tal-annimali mrobbija għall-produzzjoni tal-ikel, il-Parlament talab li l-proġett Kwalità tal-Benessri tal-Annimali jkompli jiġi żviluppat fir-rigward tas-semplifikazzjoni u tal-applikazzjoni prattika tiegħu;

65.

Jemmen li Liġi Qafas, relatata mill-qrib mad-definizzjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-OIE, għandha ssaħħaħ l-kompetittività tas-sidien tal-annimali u tal-produtturi tal-bhejjem tal-UE fis-suq internazzjonali, waqt li tgħin ukoll biex tassigura kompetizzjoni ġusta fis-suq intern;

66.

Iqis li l-Liġi Qafas Ewropea dwar il-Benessri tal-Annimali għandha tistabbilixxi livell ta’ bażi komuni għall-benessri tal-annimali madwar l-Unjoni Ewropea bħala kundizzjoni essenzjali għal kompetizzjoni ħielsa u ġusta fis-suq intern, kemm għal prodotti domestiċi u kemm għal dawk impurtati minn pajjiżi terzi; iqis, madankollu, li l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom ikunu jistgħu jippermettu lill-produtturi individwali jew lil gruppi ta’ produtturi li jwaqqfu sistemi volontarji b’effetti aktar profondi, filwaqt li jevitaw it-tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni u filwaqt li jipproteġu l-kompetitività tal-UE fi swieq internazzjonali;

67.

Ifakkar li l-Parlament jikkunsidra li Liġi Qafas bħal dan m’għandhiex twaqqaf produtturi milli jintroduċu sistemi volontarji li jmorru lil hinn mir-regoli tal-UE, u jemmen li dawk is-sistemi għandhom ikunu wkoll ibbażati fuq ix-xjenza u jistgħu jiġu promossi b’tikketti ċċertifikati u koerenti; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-Komunikazzjoni tagħha COM(2009)0584 billi tipproduċi studju, akkumpanjat jekk xieraq bi proposti leġiżlattivi, dwar skemi tat-tikkettar fl-UE kollha għal prodotti tal-laħam u tal-ħalib, bl-għan li tinforma lill-konsumaturi dwar il-metodi tal-biedja użati, u l-impatt tagħhom fuq il-benessri tal-annimali, sabiex jinkiseb l-effett massimu u trasparenza u komunikazzjoni konsistenti għall-konsumaturi;

68.

Jikkunsidra li l-Liġi Qafas Ewropea dwar il-Benessri tal-Annimali għandha tinkludi:

a)

definizzjoni u għarfien komuni bbażati fuq l-OIE dwar il-benessri tal-annimali, u għanijiet ġenerali bbażati fuq ix-xjenza;

b)

il-prinċipju tad-dover ta’ kura li torbot lis-sidien u lil dawk kollha li jaħdmu mal-annimali, billi l-annimali li jiġġerrew barra għandhom qabel kollox ikunu r-responsabilità tas-sid u fl-aħħar nett tal-awtoritajiet tal-Istati Membri minħabba riskji relatati mas-saħħa u s-sikurezza pubblika;

c)

għodda u linji gwida li jżidu s-sensibilizzazzjoni għall-persunal mill-awtoritajiet pubbliċi, dwar kif jidentifikaw kwistjonijiet dwar il-benessri tal-annimali waqt il-qadi ta’ dmirijiethom;

d)

rekwiżit, meta jkun meħtieġ, biex tiġi żgurata l-kompetenza – filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-ħiliet u l-għarfien diġà miksuba permezz tal-esperjenza prattika jew it-taħriġ – ta' kull persuna li taħdem ma’ annimali fil-qadi tad-dmirijiet professjonali tagħha, flimkien ma' rekwiżiti ta’ taħriġ adegwat għal responsabilitajiet speċifiċi rigward il-benessri tal-annimali;

e)

obbligu għall-Istati Membri biex jissottomettu rapport kull sentejn lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benessri tal-annimali, inkluż pjan direzzjonali għas-sentejn ta’ wara, u l-obbligu tal-Kummissjoni li tippubblika, mingħajr dewmien, dawn ir-rapporti flimkien ma’ sommarju eżekuttiv;

f)

azzjonijiet effettivi u fil-ħin kontra dawk l-Istati Membri li ma jissottomettux rapporti jew ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom li jimplimentaw kontrolli u spezzjonijiet;

g)

il-ħolqien ta’ Netwerk Ewropew koordinat għall-Benessri tal-Annimali li, abbażi tal-esperjenzi tal-Proġett Pilota X/2012, jappoġġja kampanji ta’ informazzjoni u edukazzjoni, jevalwa r-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali abbażi tal-għarfien xjentifiku l-aktar riċenti evalwat bejn il-pari, u jikkoordina sistema tal-UE għall-ittestjar minn qabel ta’ teknoloġiji ġodda b'konformità ma' programmi eżistenti promossi mill-Kummissjoni u l-aġenziji u l-kumitati tagħha;

h)

struttura għal leġiżlazzjoni settorjali bbażata fuq ix-xjenza u miżuri mhux leġiżlattivi;

i)

klawżola ta’ rieżami li tippermetti li l-liġi qafas tiġi adattata b’mod regolari għal żviluppi xjentifiċi ġodda filwaqt li titħares il-ħtieġa għal ċertezza legali u filwaqt li jitqies it-tul tal-ħajja ekonomiku tal-investimenti li saru;

*

* *

69.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 308 E, 16.12.2006, p. 170.

(2)  ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 89.

(3)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 326.

(4)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 25.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2011)0238.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2011)0083.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2012)0096.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2011)0444.

(9)  EFSA Journal 2011; 9(1)1966.

(10)  EFSA Journal 2012;10(1):2513.

(11)  OIE Terrestrial Animal Health Code, Artikolu 7.1.1. (2011). http://www.oie.int/index.php?id=169&L=0&htmfile=chapitre_1.7.1.htm.

(12)  www.welfarequality.net/everyone/43395/7/0/22.

(13)  ĠU L 323, 17.11.1978, p. 12.

(14)  ETS 125 – Protezzjoni tal-annimali domestiċi, 13.11.1987.

(15)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(16)  ĠU L 94, 9.4.1999, p. 24.

(17)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33.

(18)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(19)  ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.

(20)  ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/71


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
L-istabbiliment ta' qafas legali tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq

P7_TA(2012)0291

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-istabbiliment ta' qafas legali tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq (2012/2670(RSP))

2013/C 349 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-għadd kbir ta' petizzjonijiet minn ċittadini tal-UE li jitolbu l-istabbiliment ta' qafas legali tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq (1613/2010, 1274/2011, 1321/2011, 1377/2011, 1412/2011 u oħrajn),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali Domestiċi (CETS Nru 125),

wara li kkunsidra l-Artikolu 202(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Artikolu 13 tat-TFUE jistipula li, peress li l-annimali huma ħlejjaq senzjenti, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu konsiderazzjoni sħiħa għar-rekwiżiti tal-benessri tagħhom;

B.

billi m'hemm l-ebda leġiżlazzjoni tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq, minkejja l-fatt li l-popolazzjoni tal-annimali domestiċi tal-UE hija stmata li tammonta għal aktar minn mitt miljun;

C.

billi l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali Domestiċi għadha ma ġietx iffirmata mill-Istati Membri kollha;

D.

billi l-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq huma vittmi ta' trattament ħażin u moħqrija f'ħafna Stati Membri, u billi l-petizzjonanti jirreferu prinċipalment għall-Istati Membri fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Ewropa;

1.

Jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jirratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali Domestiċi u biex jittrasponu d-dispożizzjonijiet tagħha fis-sistemi legali nazzjonali;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq qafas legali tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq, inkluż:

regoli għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali,

strateġiji għall-ġestjoni tal-annimali li jiġru fit-toroq, inkluż programmi ta' tilqim u sterilizzazzjoni,

miżuri li jippromwovu sjieda responsabbli,

il-projbizzjoni ta' postijiet fejn jinżammu l-klieb u xelters li ma jkollhomx permess,

il-projbizzjoni ta' qtil ta' annimali li jiġru barra mingħajr indikazzjoni medika,

programmi informattivi u edukattivi dwar il-benessri tal-annimali fl-iskejjel,

sanzjonijiet severi li jiġu imposti fuq kull Stat Membru li jonqos milli jikkonforma mar-regoli;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/72


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (28-29 ta' Ġunju 2012)

P7_TA(2012)0292

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (28-29 ta' Ġunju 2012) (2011/2923(RSP))

2013/C 349 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012,

wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-28-29 ta' Ġunju 2012,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jilqa' l-passi konkreti meħuda mill-Kunsill Ewropew biex jiffaċċja l-kriżi taż-żona tal-euro u r-rikonoxximent tiegħu dwar il-ħtieġa għal reazzjoni li tindirizza kemm il-konsolidazzjoni fiskali kif ukoll it-tkabbir; jemmen li s-summit jirrifletti l-approċċ tal-Kunsill Ewropew għall-isfidi li l-Ewropa qed tiffaċċja, bl-għan li tintlaħaq aġenda għal kontra l-kriżi li tkun aktar bilanċjata, ekonomikament effikaċi u soċjalment ġusta;

2.

Jenfasizza s-sinifikat tal-ftehim taż-żona euro dwar miżuri importanti u sostanzjali li jwaqqfu ċ-ċirku vizzjuż bejn il-banek u d-dejn sovran u jnaqqsu t-tifrix tad-dividenti tad-dejn sovran taż-żona euro; jilqa', f'dan ir-rigward, l-użu flessibbli u effiċjenti li jista' jsir mill-istrumenti tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja u tal-MES eżistenti għal Stati Membri li jirrispettaw ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż tagħhom u l-impenji l-oħra tagħhom, inkluż is-Semestru Ewropew u l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir;

3.

Iqis li dan il-ftehim hu pass importanti lejn it-triq li twassal għal unjoni komprensiva tal-banek għall-UE kollha, imma jirrimarka li l-fatt kritiku li din il-possibbiltà ma tistax tiġi attivita immedjatament minħabba li hi kundizzjonata mill-ftehim dwar mekkaniżmu ta' sorveljanża uniku;

4.

Jilqa' wkoll il-Patt għat-Tkabbir u l-Impjiegi, b'mod partikolari l-ftehim li jiġu mobilizzati EUR 120 biljun biex jistimulaw l-investiment, it-tkabbir u l-impjiegi u s-sejħa għal konsolidazzjoni fiskali differenzjata li tinkoraġġixxi t-tkabbir, b'kunsiderazzjoni sħiħa għar-rwol tal-investiment; iqis dan bħala pass importanti lejn ir-rivitalizzazzjoni meħtieġa ta' investiment pubbliku u privat sostenibbli li jinkuraġġixxi t-tkabbir fl-Ewropa, immirat l-aktar lejn it-twettiq tal-objettivi Ewropa 2020, u b'mod partikolari lejn l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tar-riżorsi, kif ukoll lejn it-tkomplija tas-Suq Uniku;

5.

Jilqa', barra minn hekk, l-impenn li jagħmel il-baġit tal-UE għodda għat-tkabbir; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-ebda progress tanġibbli ma sar fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju biex jintlaħaq ftehim dwar l-MFF li jmiss, i.e. għall-2014-2020; iħeġġeġ lill-Presidenza Ċiprijotta biex issaħħaħ l-isforzi tagħha dwar din il-materja, b'involviment sħiħ tal-Parlament fin-negozjati tal-MFF, inkluż rispett sħiħ lejn id-drittijiet tal-kodeċiżjoni tiegħu; jinsisti, madankollu, li r-riforma dwar ir-riżorsi proprji hi element essenzjali, li mingħajrha l-ebda ftehim dwar il-qafas finanzjarju multiannwali ma jkun possibbli; itenni l-konvinzjoni tiegħu li sa tmiem din is-sena jeħtieġ jintlaħaq ftehim kemm dwar id-dħul kif ukoll dwar in-nefqa tal-MFF, u dan għandu jikkorrispondi għall-bżonnijiet u l-ambizzjonijiet attwali tal-Unjoni għall-perjodu li jmiss;

6.

Jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern dwar it-tisħiħ tal-governanza tas-Suq Uniku; jappoġġa bis-sħiħ lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tagħha tal-qagħda tas-Suq Uniku u jitlob li tittieħed azzjoni fir-rigward tat-twettiq sħiħ tas-Suq Uniku;

7.

Jilqa' l-abbozz ta' proposti li hemm fir-rapport bit-titolu ‘Towards a Genuine Economic and Monetary Union’(Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina), kif preżentat mill-Presidenti Van Rompuy, Juncker, Barroso u Draghi, bħala punt ta' tluq lejn Unjoni Monetarja Ewropea (EMU) soda u ġenwina; jemmen, b'mod partikolari, li, il-proposti dwar it-twaqqif ta' qafas finanzjarju integrat u dwar kontrollur tal-banek Ewropej, jirrapreżentaw ukoll passi importanti lejn futur aktar stabbli fuq perjodu twil ta' żmien għall-banek Ewropej; iħares 'il quddiem ukoll lejn l-inklużjoni ta' responsabbiltà soċjali akbar tal-UE fil-proposta u ta' tisħiħ tat-trasparenza u r-responsabbiltà tad-dispożizzjonijiet Ewropej il-ġodda f'dan il-qasam;

8.

Jemmen li hi meħtieġa azzjoni rapida f'kull wieħed mill-erba' pedamenti identifikati f'dan ir-rapport:

(a)

qafas finanzjarju integrat li jiżgura stabbiltà finanzjarja b'mod partikolari fiż-żona euro u li jimminimizza l-ispiża tal-falliment tal-bank għaċ-ċittadini Ewropej; dan il-qafas jgħolli r-responsabbiltà ta' superviżjoni għal-livell Ewropew, u jipprovdi għal mekkaniżmi komuni li jsibu soluzzjoni għall-banek u jiggarantixxu d-depożiti tal-klijenti;

(b)

qafas baġitarju integrat li jiżgura tfassil ta' politika fiskali soda fuq livelli nazzjonali u Ewropew, li jkun fiha koordinazzjoni, teħid ta' deċiżjonijiet kondiviżi, aktar infurzar u passi li jwasslu għall-ħruġ ta' dejn komuni (inkluż strumenti ta' fondi għal perjodu qasir ta' żmien fuq bażi limitata u kundizzjonata, jew li jimmaturaw f'fond ta' redenzjoni); dan il-qafas jista' jinkludi wkoll forom differenti ta' solidarjetà fiskali;

(c)

qafas ta' politika ekonomika integrata li jkollu mekkaniżmi suffiċjenti biex jiżgura li l-politiki nazzjonali u Ewropej attwali jippromovu tkabbir sostenibbli, impjiegi u kompetittività, u jkunu kumpatibbli mal-funzjonament bla xkiel tal-EMU;

(d)

l-iżgurar tal-leġitimità demokratika u tar-responsabilità neċessarja tat-teħid ta' deċiżjonijiet fi ħdan l-EMU, ibbażati fuq l-eżerċizzju konġunt ta' sovranità għall-politiki komuni u s-solidarjetà;

9.

Jilqa' d-deċiżjoni li ssejjaħ għal aktar ħidma dwar l-iżvilupp ta' pjan direzzjonali għal unjoni ekonomika u monetarja ġenwina; jinsisti li l-Parlament Ewropew għandu jkun involut b'mod sħiħ bħala sħab ugwali f'dan il-kompitu, minbarra r-rwol tiegħu ta' koleġiżlatur; jitlob, barra minn hekk, għall-proċess ta' riforma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet li jinvolvu mhux biss l-istituzzjonijiet Ewropej u l-parlamenti nazzjonali, imma wkoll is-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra f'dibattitu pubbliku miftuħ dwar integrazzjoni politika, ekonomika, soċjali u fiskali aktar profonda tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza li l-involviment mill-qrib tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali se jkun ċentrali, bir-rispett sħiħ lejn il-metodu Komunitarju; jemmen li l-Protokol 1 tat-TFUE dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-UE joffri qafas xieraq għall-kooperazzjoni interparlamentari;

10.

Jemmen, barra minn hekk, li għad fadal ħafna xogħol leġiżlattiv xi jsir sabiex tintlaħaq reazzjoni globali, strutturali u komprensiva għall-kriżi; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tressaq pakkett ta' proposti leġiżlattivi sa Settembru 2012, bi qbil mal-metodu Komunitarju, fuq il-bażi ta' dawn l-erba' pedamenti;

11.

Jistieden lill-Kunsill jaqbel fuq programm koordinat ta' investiment immirat fuq livell nazzjonali sabiex jistimula l-ekonomija Ewropea;

12.

Jikkommetti lilu nnifsu, ladarba jirċievi l-pakkett leġiżlattiv imsemmi hawn fuq, fiż-żmien mitlub, u jkun eżaminah, li jiżgura teħid ta' deċiżjonijiet effiċjenti u rapidi;

13.

Jinnota, madankollu, li se jasal għall-konklużjonijiet tiegħu jekk ma jirċevix il-pakkett leġiżlattiv imsemmi fiż-żmien mitlub;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/74


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
L-aċċess għal Servizzi Bankarji Bażiċi

P7_TA(2012)0293

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Aċċess għas-Servizzi Bankarji Bażiċi (2012/2055(INI))

2013/C 349 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2010 intitolata 'Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2011' (COM(2010)0623), u partikolarment ir-referenza għal-"leġiżlazzjoni dwar l-aċċess għal servizzi bankarji bażiċi" ppjanata,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta' April 2011 bit-titolu 'L-Att dwar is-Suq Uniku: Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja Flimkien għal tkabbir ġdid” (COM(2011)0206),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (1), u partikolarment it-twaqqif taż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (2),

wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni finanzjara: l-iżgurar ta' aċċess għal kont bankarju bażiku mill-2009 u għal aċċess għal kont bażiku tal-ħlas mill-2010,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2011/442/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta' Lulju 2011 dwar l-aċċess għal kont bażiku tal-ħlas (3) u l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanjah (SEC(2011)0906),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni bit-titolu ''Single Market through the lens of people: A snapshot of citizens’ and businesses’ views and concerns' (SEC(2011)1003), u partikolarment il-preokkupazzjoni 7, li tirrigwarda d-diffikultajiet li jsibu ċ-ċittadini meta jiftħu kont bankarju fi Stati Membri li mhumiex il-pajjiż ta' residenza tagħhom,

wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0197/2012),

A.

billi l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-iżvilupp ta' ekonomija moderna u soċjali tas-suq jiddependi mill-provvista universali ta' servizzi ta’ ħlas bażiċi, affordabbli u aċċessibbli faċilment u minn settur bankarju soċjalment responsabbli;

B.

billi l-aċċess għas-servizzi bażiċi ta’ ħlas huwa wieħed mill-prekondizzjonijiet sabiex il-konsumaturi jibbenefikaw mis-suq intern, l-aktar mill-moviment liberu, it-trasferiment tal-flus u x-xiri ta' prodotti u servizzi bi spejjeż ta’ tranżazzjonijiet raġonevoli; billi s-servizzi bażiċi ta’ ħlas huma essenzjali sabiex il-konsumaturi jgawdu l-benefiċċji tal-kummerċ elettroniku; billi l-prezz opportunistiku annwali tan-nuqqas ta' aċċess għal kont tal-ħlas huwa stmat bejn EUR 185 u EUR 365 għal kull konsumatur; billi l-aċċess għas-servizzi bażiċi ta’ ħlas, b’mod partikolari, qed isir dejjem aktar prerekwiżit għall-inklużjoni soċjali f’termini ta’ aċċess għall-impjiegi, il-kura tas-saħħa u d-djar;

C.

billi l-Kummissjoni tistima li attwalment 7 % tal-popolazzjoni adulta tal-Unjoni, jiġifieri madwar 30 miljun persuna, m’għandhomx kont bankarju, u huwa stmat li 6.4 miljun minn dawk il-persuni ġew miċħuda minn kont bankarju, jew lanqas biss ażżardaw isaqsu għal wieħed; billi l-esklużjoni finanzjarja tvarja minn Stat Membru għall-ieħor; billi xi Stati Membri għandhom rata ta’ penetrazzjoni baxxa ħafna ta’ kontijiet bankarji, fejn l-inqas persentaġġ ikun ta’ madwar 50 % tal-popolazzjoni adulta fir-Rumanija u l-Bulgarija;

D.

jenfasizza li kull konsumatur għandu d-dritt li jagħżel li ma jkollux kont ta’ ħlas jew kont bażiku ta’ ħlas; billi, għalhekk, il-konsumaturi m’għandhomx ikunu obbligati li jkollhom kont ta’ ħlas jew kont bażiku ta’ ħlas; billi, f'dan il-kuntest, l-edukazzjoni finanzjarja li tispjega l-vantaġġi tal-inklużjoni finanzjarja hija importanti;

E.

billi l-banek jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-opportunità lil persuna li tiftaħ kont bankarju jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx resident tal-Istat Membru fejn il-bank ikun irreġistrat; billi d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom dawk li ma jkunux residenti rigward il-ftuħ ta’ kontijiet tal-bank itellfu l-funzjonament xieraq tas-suq intern;

F.

billi l-iżvilupp ekonomiku ġenerali u l-iżvilupp soċjali jikkontribwixxu għal penetrazzjoni għolja tal-kontijiet bankarji; billi fost l-Istati Membri, 33 % tal-varjazzjoni fil-persentaġġ tal-popolazzjoni li tagħmel użu minn kont ta’ ħlas kurrenti tista' tiġi spjegata permezz tal-livell ta' żvilupp ekonomiku u, għalhekk, 67 % tiddependi minn fatturi oħra, bħal arranġamenti ta' regolazzjoni jew awtoregolazzjoni;

G.

billi l-fornituri ta’ servizz tal-ħlas, li jaġixxu skont il-loġika tas-suq, għandhom it-tendenza li jiffokaw fuq konsumaturi kummerċjalment attraenti, u għalhekk f’ċertu każijiet iħallu l-konsumaturi li huma kummerċjalment inqas attraenti neqsin mill-istess għażla ta’ prodotti; billi l-kodiċijiet industrijali introdotti fil-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, is-Slovenja u r-Renju Unit kienu fost l-oħrajn riżultat ta' pressjoni pubblika u ta' talbiet għal inizjattiva leġiżlattiva; billi l-istrumenti awtoregolatorji wasslu għal riżultati pożittivi jew imħallta u s’issa għadhom ma tawx garanzija ta’ aċċess għal servizzi bażiċi ta’ ħlas fl-Istati Membri kollha;

H.

billi l-approċċi leġiżlattivi biex jiżguraw aċċess għal servizzi bankarji bażiċi kellhom riżultati sodisfaċenti; pereżempju, filwaqt li kważi 100 % tad-djar fid-Danimarka u fil-Finlandja huma koperti minn servizzi ta’ ħlas u n-numru ta’ ċittadini bla bank naqas konsiderevolment fil-Belġju u fi Franza, b'riżultat tal-implementazzjoni tal-inizjattivi leġiżlattivi;

I.

billi mhux l-Istati Membri kollha ħadu l-azzjoni adegwata mitluba mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/442/UE tat-18 ta' Lulju 2011 dwar l-aċċess għall-kont bażiku ta’ ħlas (4), u hemm wisq Stati Membri li għad m’għandhomx rekwiżit legali jew volontarju għall-fornituri biex joffru servizzi bażiċi ta’ ħlas;

J.

billi sabiex ikun effikaċi, kont bażiku tal-ħlas jeħtieġ li jkun jista' jinfetaħ faċilment u jipprovdi varjetà speċifika ta' servizzi bażiċi, u jeħtieġ li jkun hemm miżuri fis-seħħ għal sorveljanza effikaċi u għas-soluzzjoni tal-kunflitti u għall-iffaċilitar tal-aċċess għal dan il-kont għall-konsumaturi li m’għandhomx indirizz fiss; billi leġiżlazzjoni kontra l-money laundering u kontra l-finanzjament ta’ attivitajiet terroristċi għandha tiġi applikata b’mod proporzjonat u qatt m’għandha tintuża bħala pretest infondat għar-rifjut ta’ konsumaturi kummerċjalment inqas attraenti; billi l-Kummissjoni għandha tesplora jekk għandux ikun meħtieġ li l-konsumaturi jkollhom rabta mal-Istat Membru biex ikunu eliġibbli għal kont bażiku ta’ ħlas;

K.

billi l-operaturi ta’ servizzi ta’ ħlas għandhom jipprovdu aċċess għal kont bażiku ta’ ħlas mingħajr ħlas jew bi spiża raġonevoli;

L.

billi l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-konsumaturi finanzjarjament vulnerabbli meta joffru self kurrenti u prodotti ta’ kreditu addizzjonali sabiex jevitaw id-dejn żejjed; billi l-Istati Membri għandhom jevitaw li kwalunkwe ħlasijiet potenzjali għal servizzi ta’ ħlas bażiċi jsiru ostakolu li jippreveni l-konsumaturi esklużi finanzjarament milli jkollhom aċċess għal servizzi bażiċi ta’ ħlas;

M.

billi, parzjalment minħabba l-kriżi soċjali u ekonomika, id-dejn żejjed sar l-aktar “riskju soċjali ġdid” sinifikanti fl-Unjoni kollha u l-protezzjoni kontra s-sekwestru, li għandha tkun indirizzata u żviluppata esklussivament fil-livell tal-Istat Membru, hija aspett importanti f’dan ir-rigward.

N.

billi t-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni għandu jiġi evitat u għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet tal-konsumaturi f'reġjuni b'nuqqas ta' banek u għalhekk l-ambitu tal-iniżjattiva għandu jkun kemm jista' jkun wiesa'; billi l-iżviluppi ġodda fis-suq tas-servizzi tal-ħlas, bħal soluzzjonijiet imħallsa minn qabel jew servizzi bankarji mobbli għandhom jitqiesu waqt l-iżvilupp u l-valutazzjoni tal-inizzjattivi f’dan il-qasam;

O.

billi għal kwalunkwe inizjattiva dwar l-aċċess għal servizzi baċiċi ta’ ħlas, id-disponibbiltà ta’ informazzjoni li tiftiehem għall-konsumaturi hija element prinċipali; billi l-Kummissjoni għandha, għalhekk, tinkoraġġixxi l-Istati Membri jiżviluppaw kampanji ta’ komunikazzjoni immirati tajjeb li jindirizzaw il-ħtiġijiet partikolari u t-tħassib tal-konsumaturi bla bank, vulnerabbli u mobbli; billi, sabiex il-konsumaturi ta’ kont bażiku ta’ ħlas jirċievu servizz b’mod adegwat, il-fornituri għandhom jiżguraw li l-persunal rilevanti jitħarreġ adegwatament; billi l-fornituri għandhom jiżguraw ukoll li l-konflitti ta’ interess potenzjali ma jaffettwawx lil dawk il-konsumaturi b’mod negattiv;

P.

billi l-istudenti, il-ħaddiema u l-operaturi tas-servizzi għandhom ikunu jistgħu jiċċaqalqu bejn il-fruntieri u faċilment jakkwistaw vantaġġ mill-mobilità fi ħdan l-Unjoni;

Q.

billi l-ftuħ ta’ kont ta’ ħlas fi Stat Membru m’għandux jobbliga lill-konsumatur li jagħlaq kont eżistenti fi Stat Membru ieħor;

R.

billi r-rekwiżiti eżistenti mill-operatur tas-servizz tal-ħlas għall-ftuħ ta’ kont ta’ ħlas bażiku huma restrittivi u jistgħu jxekklu l-mobilità transkonfinali fl-Unjoni.

1.

Jitlob lill-Kummissjoni tressaq valutazzjoni dettaljata dwar is-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha sa’ Settembru 2012; jitlob lill-Kummissjoni tissottometti, sa Jannar 2013, abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, proposta għal direttiva li tiżgura l-aċċess għal servizzi bażiċi ta’ ħlas għall-konsumaturi kollha residenti b’mod legali fl-Unjoni, sakemm din il-valutazzjoni dettaljata ma turix li m’hemmx bżonn għal tali proposta, wara r-rakkomandazzjonijiet dettaljati stipulati fl-Anness miżjud hawnhekk;

2.

Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

3.

Jikkunsidra li l-proposta mitluba m'għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati fl-anness, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(3)  ĠU L 190, 21.7.2011, p. 87.

(4)  ĠU L 190, 21.7.2011, p. 87.


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS GĦALL-RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li d-Direttiva li għandha tiġi adottata għandu jkollha l-għan li tirregola dan li ġej:

Ir-Rakkomandazzjoni 1 (dwar l-ambitu)

1.

It-terminu “kont bażiku tal-ħlas” għandu jiġi definit bħala kont tal-ħlas offrut b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni proposta. Kontijiet ta’ ħlas ta’ natura bażika li ma jikkonformawx bis-sħiħ ma’ dawk id-dispożizzjonijiet m’għandhomx jitqiesu bħala li huma koperti minn dan it-terminu.

2.

Id-Direttiva għandha tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal servizzi bażiċi ta’ ħlas billi jobbligaw, bħala prinċipju, il-fornituri kollha tas-servizzi tal-ħlas kif definit fl-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2007/64/KE li joffru kontijiet ta’ ħlas lill-konsumaturi bħala parti integrali min-negozju regolari tagħhom ta’ provvista ta’ kontijiet bażiċi ta’ ħlas.

3.

Kwalunkwe inizjattiva leġiżlattiva għandha tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u għandha tikkunsidra arranġamenti esżistenti legali jew volontarji fi Stati Membri meta d-dritt għall-aċċess u l-użu ta’ kont bażiku ta’ ħlas ikun diġà ġie żgurat b’suċċess;

4.

Għalhekk, sabiex jiġu evitati piżijiet żejda fuq l-operaturi tas-servizz tal-ħlas li ma joffrux kontijiet ta’ ħlas lill-konsumaturi, dawn li ġejjin għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jipprovdu kont ta’ ħlas bażiku:

(a)

l-operaturi ta' servizzi tal-ħlas msemmija fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2007/64/KE;

(b)

l-istituzzjonijiet tal-ħlas li huma awtorizzati jipprovdu wieħed jew aktar mis-servizzi tal-ħlas mniżżla fil-punti 4 sa 7 tal-Anness għad-Direttiva 2007/64/KE;

5.

L-Istati Membri għandhom jiġu permessi li jeżentaw fornituri oħra ta’ servizz tal-ħlas mill-obbligu li jipprovdu kont bażiku ta’ ħlas. Kwalunkwe eżenzjoni għandha tkun ibbażata fuq kriterji objettivi u restrittivi ħafna, u għandha tkopri biss tali fornituri ta’ servizz ta’ ħlas li huma bbażati fuq mudell kummerċjali ta’ bla profitt jew dawk li ma joperawx f’servizzi ta’ ħlas ġenerali bl-imnut. Kwalunkwe eżenzjoni m’għandhiex iddgħajjef id-dritt ta’ aċċess għall-konsumaturi u l-eżenzjonijiet għandhom ikunu minimi sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni.

Ir-Rakkomandazzjoni 2 (dwar ir-rekwiżiti tal-aċċess u tal-identifikazzjoni)

6.

Il-leġiżlazzjoni li għandha tiġi adottata għandha tiżgura li kwalunkwe konsumatur, jiġifieri kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal skopijiet lil hinn min-negozju, kummerċ, sengħat jew professjoni tagħha, li hija residenti legalment fl-Unjoni, għandha d-dritt li tiftaħ jew tuża kont bażiku ta’ ħlas ma’ fornitur ta’ servizz ta’ ħlas li jopera fi Stat Membru, sakemm il-konsumatur mhuwiex diġà jkun fil-pussess ta’ kont ta’ ħlas f’dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm mekkaniżmi li jiffunzjonaw u li huma disponibbli għall-konsumatur għall-għeluq ta’ kont ta’ ħlas regolari, sabiex il-konsumaturi jistgħu jaqilbu jew jixxiftjaw għal kont bażiku ta’ ħlas. Għandha tkun meħtieġa prova tal-identità għall-ftuħ ta’ kont bażiku ta’ ħlas.

7.

Il-leġiżlazzjoni li se tiġi adottata għandha tiżgura li ma jkunx ta’ piż żejjed għall-konsumaturi li juru li għad m’għandhomx kont ta’ ħlas. Dan jista’ jiġi akkwistat, fost l-oħrajn, billi jeħtieġu dikjarazzjoni fuq l-unur tal-konsumatur.

8.

Il-kriterji bħal-livell jew ir-regolarità tad-dħul, l-impjiegi, l-istorja tal-kreditu, il-livell ta' dejn, is-sitwazzjoni individwali rigward il-falliment jew il-fatturat mistenni tas-sid tal-kont m'għandhomx jitqiesu għall-ftuħ ta' kont bażiku ta’ ħlas. L-aċċess għal kont bażiku ta’ ħlas, taħt l-ebda ċirkostanza m’għandu jkun jiddependi mix-xiri ta' prodotti jew servizzi oħrajn, bħal assigurazzjoni jew kont addizzjonali.

9.

Il-proposta għandha tipprevedi li kont bażiku ta’ ħlas jista’ jiġi rrifjutat jew ikkanċellat biss f’ċirkostanzi oġġettivament ġustifikati skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali li mhumiex marbuta mal-kriterji fil-paragrafu 8, bħal fil-każ ta’:

(a)

inkompatibilità mal-leġiżlazzjoni dwar il-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

impustura, abbuż ta' fiduċja jew falsifikazzjoni ta' dokumenti;

(c)

nuqqas ta’ konformità severa u persistenti mal-obbligi li joriġinaw mill-kont bażiku ta’ ħlas.

10.

Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu miżuri mhux diskriminatorji u flessibbli biex jassistu l-konsumaturi jissodisfaw ir-rekwiżiti dovuti tad-diliġenza, filwaqt li jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu. Tali miżuri għandhom, partikolarment, iqisu l-ħtiġijiet tal-konsumaturi mingħajr indirizz fiss.

11.

Biex dan jiġi ffaċilitat, l-Istati Membri għandhom jitħallew jikklassifikaw il-kontijiet bażiċi tal-ħlas bħala prodotti b'riskju baxx skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE li timplimenta d-Direttiva 2005/60/KE. Għalhekk, il-fornituri jistgħu jiġu obbligati japplikaw l-obbligi ta’ diliġenza semplifikati għall-konsumaturi. Il-Kummissjoni għandha timmira li tkompli tiċċara l-interpretazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni kontra l-money laundering u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu sabiex tiżgura li, fil-kuntest tas-servizzi bankarji bażiċi, dawn jiġu applikati b’mod ibbilanċjat u proporzjonat. Ħadd m’għandu jiġi miċħud l-aċċess jew ikun diskwalifikat minn kont bażiku ta’ ħlas fuq il-bażi ta’ dawn ir-raġunijiet, minbarra jekk ikun hemm raġunijiet b’bażi soda u objettivi biex wieħed jagħmel dan. Tali regoli m’għandhom qatt jintużaw bħala pretest għar-rifjut ta’ konsumaturi li huma kommerċjalment anqas attraenti.

12.

Il-leġiżlazzjoni li se tiġi adottata għandha tobbliga lill-operaturi tas-servizz tal-ħlas jaġixxu b'mod trasparenti fir-rigward tad-deċiżjoni li jirrifjutaw li jiftħu jew jagħlqu kont bażiku tal-ħlas, filwaqt li jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll dwar il-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta’ delitti. Sabiex jippermettu lill-konsumatur jikkontesta d-deċiżjoni tal-operatur tas-servizz tal-ħlas, l-operatur tas-servizz tal-ħlas għandu jinforma lill-konsumatur bil-miktub dwar ir-raġuni għar-rifjut li jinfetah jew id-deċiżjoni li jingħalaq kont bażiku tal-ħlas; Il-fornitur għandu jiġi obbligat ukoll jinforma lill-konsumatur dwar il-possibilitajiet għal mekkaniżmi alternattivi ta' riżoluzzjoni tal-kunflitti.

13.

Il-leġiżlazzjoni li se tiġi adottata għandha teżiġi li l-operatur jaġixxi malajr meta jkun qed jivverifika jekk il-konsumatur għandux id-dritt għal aċċess għal kont bażiku ta’ ħlas, filwaqt li l-fornitur għandu jinforma l-konsumatur bil-miktub dwar ir-raġunijiet għal xi dewmien li jkun itwal minn ġimagħtejn. Ir-raġunijiet li għalihom hu responsabbli l-fornitur, bħall-piż tax-xogħol eċċessiv, ma jistgħux ikunu ġustifikazzjoni għal tali dewmien. L-operatur jista' jitlob li l-konsumaturi jkunu fiżikament preżenti fil-fergħa l-aktar qrib biex jiftħu l-kont. Madankollu, fejn ikun impossibbli jew ta’ piż kbir wisq għall-konsumaturi li dawn ikunu fiżikament preżenti, għandhom jinstabu soluzzjonijiet alternattivi.

Ir-Rakkomandazzjoni 3 (dwar il-funzjonalitajiet u l-ispejjeż)

14.

Il-leġiżlazzjoni għandha tippermetti li l-utent ta' kont bażiku ta’ ħlas iwettaq kwalunkwe tranżazzjonijiet ta’ ħlas essenzjali bħal li jirċievi dħul jew benefiċċji, iħallas kontijiet jew taxxi u jixtri prodotti u servizzi, permezz ta' kanali kemm fiżiċi kif ukoll rimoti, bl-użu ta' sistemi nazzjonali prinċipali.

15.

L-Istati Membri - sakemm ikunu tal-fehma li dan ikun xieraq - għandhom ikunu jistgħu jippermettu lill-fornituri tas-servizz ta’ ħlas jipprovdu self kurrenti bħala protezzjoni biex ikopru bilanċi negattivi temporanji. Il-fornituri għandhom, minbarra dan, ikunu ħielsa li joffru prodotti ta’ kreditu bħala servizzi separati għal klijenti tal-kontijiet bażiċi ta’ ħlas, fejn dan ikun xieraq. L-aċċess għal kont bażiku ta’ ħlas jew l-użu tiegħu m’għandu bl-ebda mod ikunu ristretti għax-xiri ta’ tali servizzi jew prodotti, jew ikunu kondizzjonali għalihom. Il-ħlasijiet iċċarġjati għal tali self kurrenti u għal prodotti separati tal-kreditu għandhom ikunu trasparenti u tal-anqas favorevoli daqs il-prezzijiet tas-soltu tal-fornitur.

16.

L-aċċess għal kont bażiku ta’ ħlas għandu jkun bla ħlas jew bi prezz raġonevoli. Jekk jitħallsu xi ħlasijiet, dawn għandhom ikunu trasparenti. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi limitu massimu għat-total ta’ ħlasijiet annwali relatati mal-ftuħ u l-użu ta’ kont bażiku ta’ ħlas. Kull Stat Membru għandu jivvaluta l-fattibilità tat-twaqqif ta’ limitu massimu għat-total ta’ ħlasijiet annwali relatati mal-ftuħ u l-użu ta’ kont bażiku ta’ ħlas. Il-Kummissjoni għandha tesplora wkoll il-modi kif tadatta dan il-limitu tal-Unjoni għaċ-ċirkostanzi nazzjonali bħal-livelli ġenerali tal-prezzijiet tal-konsumatur, il-livelli ta’ dħul u l-ħlasijiet medji assoċjati mal-kontijiet regolari tal-ħlas. Il-fornituri tas-servizz ta’ ħlas għandhom jiżguraw li, fost il-prodotti li joffru, il-kont bażiku ta’ ħlas ikun dejjem – indipendentement minn kif isir il-paragun – il-kont l-aktar affordabbli għat-twettiq tat-tranżazzjonijiet bażiċi ta’ ħlas.

17.

Kwalunkwe penalitajiet għal nuqqas ta’ ħlas għandhom ikunu raġonevoli u tal-anqas favorevoli daqs il-prezzijiet soltu mħaddma mill-operatur. Il-penalitajiet m’għandhomx jiġu inklużi meta jiġu kkalkulat it-total tal-ħlasijiet annwali.

18.

L-operaturi għandhom ikunu obbligati biss jinkludu l-funzjonalitajiet li huma parti mill-offertà regolari tagħhom. Meta dan ikun il-każ, il-kont bażiku ta’ ħlas għandu jinkludi s-servizzi li ġejjin:

A.   Servizzi tal-ġestjoni ta' kont bażiku

(a)

il-ftuħ u l-għeluq tal-kont bażiku ta’ ħlas;

(b)

servizzi li jippermettu li flus kontanti jitpoġġew f'kont tal-ħlas u li tranżazzjonijiet jiġu rċevuti fih;

(c)

servizzi li jippermettu l-ġbid ta' flus kontanti minn kont tal-ħlas;

(d)

il-provvista ta' rendikonti tal-kontijiet bankarji.

B.   Servizzi tal-ħlas standard

(a)

trasferimenti ta’ fondi bil-munita tal-Istat Membru fejn il-kont infetaħ permezz tal-eżekuzzjoni ta’ trasferimenti tal-kreditu inkluż eżekuzzjonijiet interbankarji;

(b)

trasferimenti ta’ fondi bil-munita tal-Istat Membru fejn ġie miftuħ il-kont permezz tal-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet tal-ħlas permezz ta’ karta tal-ħlas li ma tippermettix l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet tal-ħlas li jistgħu jaqbżu l-bilanċ kurrenti tal-kont tal-ħlas;

(c)

l-eżekuzzjoni ta’ standing orders bil-munita tal-Istat Membru fejn il-kont infetaħ, li jinkludi eżekuzzjonijiet interbankarji;

(d)

l-eżekuzzjoni ta’ debiti diretti bil-munita tal-Istat Membru fejn infetaħ il-kont, inklużi l-eżekuzzjonijiet interbankarji fl-Istati Membri fejn l-użu tiegħu huwa meħtieġ għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet essenzjali.

Ma għandux ikun hemm limitu għan-numru ta’ operazzjonijiet effettwati taħt A jew B. Għall-eżekuzzjoni tas-servizzi msemmija f’A u B, il-konsumatur għandu jiġi intitolat għal aċċess mhux diskriminatorju għall-kanali differenti offruti mill-operatur, bħat-tranżazzjonijiet manwali mhux uffiċjali fil-fergħat, it-tranżazzjonijiet permezz tal-ATM inklużi ATMs ta’ operaturi oħrajn fejn ikun teknikament possibbli, is-servizzi bankarji online u bit-telefown.

C.   Servizzi addizzjonali

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jiġu inklużi aktar funzjonalitajiet fil-kont bażiku ta’ ħlas. L-operaturi tas-servizz tal-ħlas għandhom jingħataw ukoll il-permess li, fuq inizjattiva tagħhom, iżidu l-firxa ta' funzjonalitajiet, bħal faċilità għat-tfaddil jew il-faċilità biex jintbagħtu flus internazzjonalment minn jew għal kontijiet barra l-Unjoni.

Ir-Rakkomandazzjoni 4 (dwar l-informazzjoni)

19.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-konsumaturi b’informazzjoni meħtieġa u li tiftiehem dwar id-disponibbiltà ta’ kontijiet bażiċi ta’ ħlas, li huma mmirati lejn il-ħtiġijiet partikolari u t-tħassib ta’ konsumaturi mingħajr bank, vulnerabbli u mobbli. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għal-livell għoli ta’ kuxjenza fost il-konsumaturi u l-partijiet interessati. Il-fornituri għandhom jużaw kanali differenti disponibbli, pereżempju l-websajts tagħhom u, fejn japplika, fergħat fejn l-informazzjoni tkun viżibbli għall-konsumaturi.

20.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-banek biex jiżviluppaw arranġamenti sabiex jikkonsultaw il-klijenti l-aktar vulnerabbli tagħħhom sabiex jgħinuhom jaġixxu b’mod responsabbli u jimmaniġjaw il-baġit tagħhom.

21.

Sabiex il-konsumaturi ta’ kont bażiku ta’ ħlas jirċievu servizz b’mod adegwat, il-leġiżlazzjoni li se tiġi adottata għandha teħtieġ lill-fornituri jiżguraw li l-persunal rilevanti jkun imħarreġ b’mod xieraq u li l-kunflitti ta’ interess potenzjali ma jaffettwawx lil dawn il-konsumaturi b’mod negattiv.

22.

Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni li se tiġi adottata għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stipulati mid-Direttiva 2007/64/KE, li tirrigwarda d-dispożizzjoni tal-informazzjoni lill-konsumaturi.

Ir-Rakkomandazzjoni 5 (dwar is-sorveljanza, is-soluzzjoni ta' kunflitti, l-istatistiki u l-kumpens)

23.

Il-leġiżlazzjoni li se tkun adottata għandha tobbliga l-Istati Membri jaħtru awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw u jissorveljaw il-konformità effikaċi mar-rekwiżiti tagħha. L-awtoritajiet kompetenti magħżula għandhom ikunu indipendenti mill-operaturi tas-servizz tal-ħlas.

24.

L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jispeċifikaw il-prinċipji għas-sanzjonijiet li jiġu imposti fuq il-fornituri għal nuqqas ta’ konformità mal-qafas ta’ konijiet bażiċi ta’ ħlas, inkluż għall-ksur ta’ rekwiżiti statistiċi kif deskritt fil-paragrafu 25.

25.

L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw li l-fornituri jipprovdu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'informazzjoni affidabbli dwar il-kontijiet bażiċi ta’ ħlas li jinfetħu u jingħalqu, kif ukoll dwar l-applikazzjonijiet għal kontijiet bażiċi ta’ ħlas li jkunu ġew rifjutati u r-raġunijiet għal tali rifjuti. Il-fornituri għandhom jagħmlu disponibbli wkoll informazzjoni dettaljata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-ispejjeż relatati mal-kontijiet bażiċi tal-ħlas.

26.

Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni aggregata kif deskritta fil-paragrafu 25 lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea). Id-dejta għandha tiġi pubblikata f'forma aggregata u li tiftiehem.

27.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri ta' lmenti u rimedju adegwati u effikaċi għas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim rigward id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont il-prinċipji stipulati fil-leġiżlazzjoni li se tiġi adottata bejn l-operaturi tas-servizz tal-ħlas u l-konsumaturi, bl-użu tal-entitajiet eżistenti fejn dan ikun adegwat. L-entitajiet tas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR) għandhom ikunu indipendenti, faċilment aċċessibbli u s-servizzi tagħhom għandhom ikunu bla ħlas. Sabiex tiġi żgurata l-imparzjalità tagħhom, ir-rappreżentanza ugwali tal-operaturi, tal-konsumaturi u tal-utenti oħra għandha tiġi żgurata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi kollha tal-kont bażiku ta’ ħlas jaderixxu ma' entità waħda jew aktar minn waħda li timplimenta dawn il-proċeduri ta' lment u rimedju.

28.

L-Istati Membri għandhom jiġu mitluba jiżguraw li l-entitajiet ADR jikkooperaw attivament fis-soluzzjoni ta' tilwim transkonfiinali. Meta t-tilwim jinvolvi partijiet fi Stati Membri differenti, in-netwerk FIN NET għandu iintuża biex isolvi l-ilmenti tal-konsumaturi.

Ir-Rakkomandazzjoni 6 (dwar l-implementazzjoni u r-rieżami)

29.

Il-leġiżlazzjoni li se tiġi adottata għandha tiġi implimentata mill-Istati Membri fi żmien 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

30.

F'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-partijiet interessati, il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tad-direttiva u, sussegwentement, kull ħames snin, tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni tagħha. Dan ir-rapport għandu jivvaluta:

(a)

jekk l-Istati Membri jkunux implimentaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni;

(b)

il-progress fl-iżgurar tal-aċċess għas-servizzi bażiċi ta’ ħlas għall-klijenti kkonċernati kollha tal-Unjoni Ewropea, inklużi kemm l-effetti diretti u dawk indiretti tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva dwar l-eliminazzjoni tal-esklużjoni finanzjarja;

(c)

il-kuxjenza fost il-konsumaturi mmirati mid-Direttiva rigward id-disponibbiltà u l-karatteristiċi tal-kontijiet bankarji bażiċi u d-drittijiet tal-konsumaturi relatati ma' dawn il-kontijiet bankarji;

(d)

il-valutazzjoni tal-ħlasijiet relatati mal-provvista ta’ kontijiet bażiċi ta’ ħlas, inkluż ir-relazzjoni mal-livelli tal-prezzijiet tal-konsumaturi;

(e)

l-aħjar prattiki u r-rakkomandazzjonijiet konkreti għall-Istati Membri b’livelli għoljin jew persistenti ta’ esklużjoni tal-konsumaturi tas-servizzi tal-ħlas;

(f)

l-effetti fuq l-integrazzjoni u l-kostruzzjoni tas-suq intern għas-servizzi bankarji bl-imnut fl-Unjoni Ewropea kollha u t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri tal-kontijiet bażiċi ta’ ħlas.

Fejn ikun adegwat, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta għal emendi tal-leġiżlazzjoni u minn rakkomandazzjonijiet għal implementazzjoni aħjar fl-Istati Membri. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

31.

Il-Kummissjoni għandha tikkomplimenta d-Direttiva proposta dwar il-kontijiet bażiċi ta’ ħlas b’inizjattivi oħra mmirati lejn aktar integrazzjoni u armonizzazzjoni tas-servizzi bankarji bl-imnut u l-prevenzjoni tal-esklużjoni finanzjarja. Tali pakkett għandu, partikolarment:

(a)

itejjeb il-kompetizzjoni rigward is-servizzi bankarji u ta’ ħlas:

(i)

jiżgura li l-prezzijiet tal-ħlasijiet relatati ma' kontijiet bankarji jkunu trasparenti u komparabbli sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu t-tariffi ta' banek differenti u jfittxu offerti aħjar;

(ii)

jelimina l-ostakoli tekniċi u amministrattivi biex wieħed jaqleb minn kont bankarju għal ieħor, sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu iċaqalqu faċilment il-kont bankarju tagħhom minn bank għal ieħor;

(b)

itejjeb l-aċċettazzjoni tal-bejjiegħa ta' tipi differenti ta' metodi ta' pagament sabiex jippermettu li l-konsumaturi japprofittaw mill-benefiċċji offruti mill-kummerċ elettroniku; f'dan il-kuntest, il-bejjiegħa għandhom universalment joffru l-possibiltà tal-ħlas permezz ta' karta bażika tal-ħlas mingħajr ħlas addizzjonali;

(c)

ikompli jiċċara l-interpretazzjonijiet nazzjonali tar-regoli kontra l-money laundering u kontra l-finanzjament ta’ attivitajiet terroristiċi sabiex jiżguraw li tali regoli qatt ma jintużaw bħala pretest infondat għar-rifjut ta’ konsumaturi kummerċjalment inqas attraenti;

(d)

itejjeb l-edukazzjoni finanzjarja, inkluż fl-iskola, il-ġlieda kontra d-dejn żejjed, “ir-riskju soċjali l-ġdid” l-aktar sinifikanti fl-Unjoni kollha u jtejjeb l-aċċess għal kreditu ġust u għal mikrokrediti fl-Unjoni kollha.


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012

29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/82


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
Il-politika tal-UE dwar ix-Xatt tal-Punent u Ġerusalemm tal-Lvant

P7_TA(2012)0298

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-politika tal-UE dwar ix-Xatt tal-Punent u l-Ġerusalemm tal-Lvant (2012/2694(RSP))

2013/C 349 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b’mod partikolari dawk tad-29 ta’ Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Palestina (1), tas-16 ta’ Frar 2012 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2), u tad-9 ta’ Settembru 2010 dwar is-sitwazzjoni tax-Xmara Ġordan b'attenzjoni speċjali għall-inħawi tan-naħa ta' isfel tax-Xmara Ġordan (3),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani tal-14 ta’ Mejju 2012, tat-18 ta’ Lulju u tat-23 ta’ Mejju 2011 u tat-8 ta’ Diċembru 2009,

wara li kkunsidra d-diskors tal-VP/RGħ Catherine Ashton dwar l-iżviluppi reċenti fil-Lvant Nofsani u fis-Sirja fis-sessjoni plenarja tal-Parlament tat-12 ta' Ġunju 2012,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-VP/RGħ Catherine Ashton, b'mod partikolari dawk dwar l-espansjoni tal-insedjamenti tat-8 ta' Ġunju 2012, dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Iżraeljani rigward l-istatus tal-insedjamenti ta' Sansana, Rechelim u Bruchin fit-territorju Palestinjan okkupat tal-25 ta' April 2012, u dwar l-approvazzjonijiet tal-insedjamenti Iżraeljani tat-22 ta' Frar 2012,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kapijiet tal-Missjoni tal-UE dwar Ġerusalemm tal-Lvant ta' Jannar 2012, u dwar "Iż-Żona C u l-Kostruzzjoni ta' Stat Palestinjan" ta' Lulju 2011, u r-rapport tal-Kapijiet tal-Missjoni tal-UE dwar il-Vjolenza mill-Kolonizzaturi ta' April 2011 u n-nota mehmuża tal-Kapijiet tal-Missjoni tal-UE dwar il-Vjolenza mill-Kolonizzaturi ta' Frar 2012,

wara li kkunsidra r-Raba’ Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1949 dwar il-Protezzjoni ta' Persuni Ċivili fi Żmien ta' Gwerra,

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 181 (1947) u 194 (1948), u r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU 242 (1967), 252 (1968), 338 (1973), 476 (1980), 478 (1980), 1397 (2002), 1515 (2003) u 1850 (2008),

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani, b'mod partikolari dawk tat-11 ta' April 2012 u tat-23 ta’ Settembru 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Iżrael u l-Awtorità Palestinjana (AP) tat-12 ta’ Mejju 2012,

wara li kkunsidra l-opinjoni konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja bl-isem "Konsegwenzi Legali tal-Kostruzzjoni ta' Ħajt fit-Territorju Palestinjan Okkupat" tad-9 ta' Lulju 2004,

wara li kkunsidra l-pjan ta' bini ta' stat f' sentejn tal-Prim Ministru Palestinjan Salam Fayyad ta' Awwissu 2009 bl-isem "Tmiem tal-okkupazzjoni, stabbiliment ta' stat",

wara li kkunsidra l-Ftehim Interim dwar ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża tat-18 ta' Settembru 1995,

wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Oslo ("Dikjarazzjoni tal-Prinċipji dwar Arranġamenti Interim ta’ Governanza Awtonoma") tat-13 ta' Settembru 1993,

wara li kkunsidra l-Artikolu110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-UE kkonfermat b’mod ripetut l-appoġġ tagħha għas-soluzzjoni ta' żewġ stati, fejn l-Istat tal-Iżrael bi fruntieri siguri u rikonoxxuti, u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli, jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà, u ddikjarat li m’għandu jiġi rikonoxxut ebda bdil tal-fruntieri ta’ qabel l-1967, inkluż fir-rigward ta' Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ Stati, ħlief il-bdil li diġà sar qbil dwaru bejn il-partijiet; billi d-dritt tal-Palestinjani għall-awtodeterminazzjoni u d-dritt li jkollhom l-istat tagħhom huwa inkontestabbli, daqs kemm huwa inkontestabbli d-dritt tal-Iżrael li jeżisti fi fruntieri sikuri;

B.

billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2012 enfasizzaw li ‘l-bidliet kontinwi fid-dinja Għarbija jagħmlu aktar urġenti l-ħtieġa għal progress fil-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani’ u s-smigħ tal-aspirazzjonijiet tal-poplu fir-reġjun, inklużi dawk tal-Palestinjani għas-sovranità u dawk tal-Iżraeljani għas-sigurtà huma element kruċjali għal paċi dejjiema, stabbiltà u prosperità fir-reġjun’;

C.

billi waqfu t-taħditiet tal-paċi diretti bejn il-partijiet u fallew l-isforzi reċenti kollha biex jerġgħu jibdew in-negozjati; billi l-UE stiednet lill-partijiet biex ifittxu azzjonijiet li jwasslu għal ambjent ta’ fiduċja meħtieġ biex jiġu żgurati negozjati sinifikanti, jastjenu minn azzjonijiet li jdgħajfu l-kredibilità tal-proċess u jipprevjenu t-tixwix;

D.

billi l-Iżrael u l-Awtorità Palestinjana ħarġu d-dikjarazzjoni konġunta li ġejja fit-12 ta' Mejju 2012: 'l-Iżrael u l-Awtorità Palestinjana ħadu l-impenn li jiksbu l-paċi, u l-partijiet jittamaw li l-iskambju ta' ittri bejn il-President Abbas u l-Prim Ministru Netanyahu jwassal għal progress lejn dan l-għan';

E.

billi d-Dritt Internazzjonali tal-Jeddijiet tal-Bniedem u Umanitarju, inkluża r-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra, japplikaw fis-sħiħ għax-Xatt tal-Punent, inklużi Ġerusalemm tal-Lvant u l-Istrixxa ta' Gaża; billi Iżrael hija obbligata li fost l-oħrajn tiżgura b’bona fidi li l-ħtiġiet bażiċi tal-popolazzjoni Palestinjana okkupata jiġu sodisfatti, li tamministra l-okkupazzjoni tagħha b’mod li jkun ta’ benefiċċju għall-popolazzjoni lokali, li tipproteġi u tippreżerva l-oġġetti ċivili, u li tevita t-trasferiment tal-popolazzjoni tagħha fit-territorju okkupat kif ukoll tal-popolazzjoni tat-territorju okkupat fit-territorju tagħha;

F.

billi r-rapporti reċenti tal-Kapijiet tal-Missjoni tal-UE dwar "Iż-Żona C u l-Kostruzzjoni ta' Stat Palestinjan", dwar Ġerusalemm tal-Lvant, u dwar il-Vjolenza mill-Kolonizzaturi, ikkonfermaw għal darba oħra żviluppi allarmanti u potenzjalment irreversibbli fuq il-post fiż-żoni kkonċernati; billi l-Ministeru Iżraeljan għall-Affarijiet Barranin jirrifjuta d-dikjarazzjonijiet magħmula fil-karti tal-UE u kkritika l-karti billi qal li ma jgħinux biex isir progress fil-proċess ta' paċi;

G.

billi, sa mill-Ftehimiet ta' Oslo tal-1995, ix-Xatt tal-Punent ġie diviż f'termini amministrattivi fi tliet żoni; billi ż-Żona C tinkludi parti ikbar mit-territorju tax-Xatt tal-Punent; billi l-iżviluppi soċjali u ekonomiċi fiż-Żona C huma ta' importanza kritika għall-vijabilità tal-Istat Palestinjan futur;

H.

billi l-preżenza Palestinjana fix-Xatt tal-Punent, f'kunsiderazzjoni speċjali għaż-Żona C, u f'Ġerusalemm tal-Lvant, ġiet ipperikolata mill-politiki tal-Gvern Iżraeljan, u partikolarment mill-bini u l-espansjoni tal-insedjamenti; billi l-insedjamenti Iżraeljani huma illegali skont il-liġi internazzjonali u jikkostitwixxu ostaklu ewlieni għall-isforzi tal-paċi filwaqt li huma ssussidjati mill-Gvern Iżraeljan b'inċentivi kbar fl-oqsma tat-tassazzjoni, djar, infrastruttura, toroq, aċċess għall-ilma, edukazzjoni, kura tas-saħħa, eċċ.;

I.

billi Iżrael, fil-pubblikazzjoni tagħha ‘Il-Liġi Bażika: Ġerusalemm: il-Kapital ta’ Iżrael’ tal-1980, iddikjarat li Ġerusalemm hija l-kapitali sħiħa u magħquda ta’ Iżrael, li jmur kontra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU 478 (1980); billi l-konklużjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2012 tennew li trid tinstab triq permezz tan-negozjati għar-riżoluzzjoni tal-istatus ta' Ġerusalemm bħala kapitali futura ta' żewġ stati; billi l-iżviluppi attwali f'Ġerusalemm tal-Lvant jagħmlu fil-prattika l-prospettiva ta' Ġerusalemm bħala l-kapitali futura taż-żewġ stati inqas u inqas possibbli u funzjonabbli; billi dejjem qed tiżdied is-separazzjoni bejn Ġerusalem tal-Lvant u x-Xatt tal-Punent, bħalma qed tiżdied ukoll is-separazzjoni bejn il-Baċin Storiku f'Ġerusalem u l-bqija ta' Ġerusalem tal-Lvant;

J.

billi, filwaqt li l-Palestinjani li jgħixu f'Ġerusalemm tal-Lvant jirrappreżentaw 37 % tal-popolazzjoni ta' Ġerusalemm u jirrappreżentaw 36 % tad-dħul fiskali tal-muniċipalità, 10 % biss tal-baġit muniċipali jintnefaq f'Ġerusalemm tal-Lvant u l-għoti ta' servizzi huwa għalkollox inadegwat; billi l-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet Palestinjani, inkluża l-Orient House, ingħalqu mill-awtoritajiet Iżraeljani f'Ġerusalemm tal-Lvant, u dan ħoloq vojt istituzzjonali u ta' tmexxija fil-popolazzjoni Palestinjana lokali, li għadu preokkupazzjoni ewlenija;

K.

billi l-Palestinjani li jgħixu f'Ġerusalemm tal-Lvant, għandhom l-istatus ta' residenti permanenti, li jista' jiġi trasferit lit-tfal taħt ċerti kundizzjonijiet biss u mhuwiex trasferit awtomatikament permezz ta' żwieġ, u dan ma jippermettix lill-miżżewġin u lit-tfal ta' ħafna residenti permanenti f'Ġerusalemm tal-Lvant li jgħixu flimkien mal-membri tal-familja tagħhom; billi min-naħa l-oħra, madwar 200 000 kolonizzatur Iżraeljan qed jgħixu fi u madwar Ġeruslaemm tal-Lvant;

L.

billi l-protezzjoni tal-popolazzjoni Palestinjana u tad-drittijiet tagħha fix-Xatt tal-Punent, fir-rigward b'mod partikolari taż-Żona C, u f'Ġerusalemm tal-Lvant, hija ta' importanza fundamentali għall-preservazzjoni tal-vijabilità tas-soluzzjoni ta' żewġ stati; billi l-espansjoni li għaddejja ta' insedjamenti illegali u l-vjolenza tal-kolonizzaturi, ir-restrizzjonijiet fuq l-ippjanar u n-nuqqas akut konsegwenti ta' djar, id-twaqqigħ tad-djar, l-evizzjonijiet u l-ispostamenti, il-konfiska ta' art, l-aċċess diffiċli għal riżorsi naturali, in-nuqqas ta' servizzi soċjali bażiċi u ta' assistenza bażika qed ikollhom impatt negattiv sinifikanti fuq il-kundizzjonijiet ta' għixien tal-Palestinjani; billi s-sitwazzjoni ekonomika f'dawn iz-zoni, aggravata mir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess, il-moviment u l-ippjanar, għadha sors kbir ta' preokkupazzjoni; billi skont ir-rapport annwali tal-ILO 53,5 % ta' nisa żgħażagħ u 32,3 % ta' rġiel żgħażagħ bejn l-etajiet ta' 15-il sena u 24 sena fix-Xatt tal-Punent huma qegħda;

M.

billi l-popolazzjoni Palestinjana fix-Xatt tal-Punent, b'mod partikolari fiz-Zona C, u f'Ġerusalemm tal-Lvant qed taffaċċja nuqqasijiet kbar ta' ilma; billi l-bdiewa Palestinjani huma affettwati b’mod gravi bin-nuqqas ta’ ilma għall-irrigazzjoni, u dan minħabba li fil-biċċa l-kbira jintuża mill-Iżrael u mill-Iżraeljani li jgħixu fl-insedjamenti; billi d-disponibilità ta' riżorsi suffiċjenti tal-ilma hija essenzjali għall-vijabilità ta’ Stat Palestinjan futur;

N.

billi l-ħajt tal-firda mibni minn Iżrael, li ma jimxix mal-Linja l-Ħadra, jaqta’ ’l barra partijiet kbar tat-territorju Palestinjan kemm fix-Xatt tal-Punent kemm f’Ġerusalemm tal-Lvant; billi l-opinjoni konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja bl-isem ‘Konsegwenzi Legali tal-Kostruzzjoni ta' Ħajt fit-Territorju Palestinjan Okkupat’ tal-2004 ddikjarat li ‘l-kostruzzjoni tal-ħajt li qed jinbena mill-Iżrael (…) u r-reġim assoċjat tiegħu, tmur kontra l-liġi internazzjonali’;

O.

billi l-Parlament esprima ripetutament l-appoġġ tiegħu għall-iforzi tal-bini ta' stat tal-President Mahmoud Abbas u l-Prim Ministru Salam Fayyad u rrikonoxxa u laqa' s-suċċess tal-pjan ta' bini ta' stat ta' sentejn tal-Prim Ministru Fayyad; billi z-Zona C u Ġerusalemm tal-Lvant għandhom jibqgħu prijoritajiet fil-pjanijiet ta' żvilupp nazzjonali Palestinjani, partikolarment bħala respons għas-sens ta' telqa li jħossu l-Palestinjani li jgħixu f’dawn l-inħawi;

P.

billi aktar minn 4 500 ħabsi Palestinjan, inkluż 24 membru tal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, madwar 240 tifel u tifla u aktar minn 300 detenut amministrattiv Palestinjan huma attwalment miżmuma f'ħabsijiet u ċentri ta' detenzjoni Iżraeljani;

Q.

billi l-Bedwini Għarab huma poplu indiġenu li jgħixu ħajja sedentarja u tradizzjonalment agrikola fuq l-artijiet ta' missirijiethom u qed ifittxu rikonoxximent formali u permanenti tas-sitwazzjoni u l-istatus uniku tagħhom; billi l-komunitajiet Għarab Bedwini, mheddin mill-politiki Iżraeljani li jimminawlhom l-għajxien tagħhom u jinkludu t-trasferiment forzat, huma popolazzjoni partikolarment vulnerabbli kemm fit-Territorju Palestinjan okkupat kemm fin-Negev;

R.

billi skont ir-rapport tal-Grupp ta' Ħidma dwar iċ-Ċaqliq li ġie ppubblikat fl-14 ta' Mejju 2012 u l-Monitoraġġ Umanitarju ta' kull xahar tal-OCHA, aktar minn 60 struttura, inklużi panils solari, tankijiet tal-ilma u bini agrikolu, iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u numru ta' Stati Membri tagħha ġġarrfu mill-forzi Iżraeljani sa minn Jannar 2011; billi 'l fuq minn 100 proġett simili għadhom mhedda b'tiġrif;

S.

billi f'ħafna okkażjonijiet, inkluż fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2012, l-UE u l-Istati Membri fakkru l-impenn fundamentali tagħhom għas-sigurtà tal-Iżrael, ikkundannaw bis-saħħa l-vjolenza li hija deliberatament immirata fuq iċ-ċivili, inklużi l-attakki bir-rokits mill-Istrixxa ta' Gaża, u talbu għall-prevenzjoni effettiva tal-armi li jiddaħħlu bħala kuntrabandu f'Gaża;

T.

billi l-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael, li jiddikjara li r-relazzjonijiet bejn il-partijiet se tkun imsejsa fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi li jiggwidaw il-politiki interni u internazzjonali tagħhom, huwa element essenzjali ta' dan il-Ftehim;

U.

billi l-imblokk tal-Istrixxa ta' Gaża u l-kriżi umanitarja li hemm issoktaw sa mill-2007 minkejja l-bosta appelli li saru mill-komunità internazzjonali għall-ftuħ, immedjat, sostnut u inkundizzjonat tal-punti ta' qsim jew għall-fluss ta' għajnuna umanitarja, oġġetti kummerċjali u persuni lejn u minn Gaża, kif imtenni wkoll fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2012;

1.

Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati abbażi tal-fruntieri tal-1967 b’Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati, bl-Istat tal-Iżrael bi fruntieri sikuri u rikonoxxuti, u l-Istat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli jgħixu spalla ma’ spalla fil-paċi u fis-sigurtà;

2.

Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani tal-14 ta' Mejju 2012 - li jinkludu konklużjonijiet dwar ix-Xatt tal-Punent u Ġerusalemm tal-Lvant - u jtenni li l-UE mhux se tirrikonoxxi bidliet tal-fruntieri ta' qabel l-1967, anke fir-rigward ta' Ġerusalemm, ħlief dawk li diġà ntlaħaq ftehim dwarhom bejn il-partijiet, u jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani tal-11 ta' April 2012;

3.

Jenfasizza li t-tmiem tal-konflitt huwa interess fundamentali tal-UE kif ukoll tal-partijiet infushom u r-reġjun b’mod ġenerali, u jista’ jinkiseb permezz ta’ ftehim ta’ paċi komprensiv, ibbażat fuq ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, il-Prinċipji ta’ Madrid inkluż dak ta’ skambju tal-art għall-paċi, il-Pjan Direzzjonali, il-ftehimiet milħuqa qabel mill-partijiet u l-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi. jinsisti fuq il-fatt li kwalunke soluzzjoni li tirriżulta m’għandhiex taffettwa d-dinjità ta’ xi waħda mill-partijiet; jinnota li l-UE, bħala l-ikbar donatur lill-Awtorità Palestinjana u wieħed mill-ikbar sħab kummerċjali ta' Iżrael, għandha strumenti għad-dispożizzjoni tagħha biex tħeġġeġ iktar attivament liż-żewġ partijiet biex jaħdmu għas-sejba ta' soluzzjoni; jitlob liż-żewġ partijiet biex jaħdmu flimkien mal-UE, li għandha tkompli bl-isforzi kollha tagħha biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt; ifakkar l-applikabbiltà tad-dritt umanitarju internazzjonali fit-territorju Palestinjan okkupat, inkluż l-applikabbiltà tar-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar il-Protezzjoni ta' Nies Ċivili fi Żminijiet ta' Gwerra;

4.

Jenfasizza li għandhom jitkomplew bla dewmien in-negozjati diretti li jwasslu għal soluzzjoni ta’ żewġ stati bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, u skont l-iskadenzi mitluba mill-Kwartett, biex jingħeleb l-istatus quo inaċċettabbli; jilqa’ l-iskambju ta’ ittri bejn il-partijiet li beda fis-17 ta’ April 2012 u d-dikjarazzjoni konġunta tal-Iżrael u l-AP tat-12 ta’ Mejju 2012;

5.

Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar l-iżviluppi fuq il-post taż-Żona C fix-Xatt tal-Punent u f'Ġersualemm tal-Lvant, kif deskritti fir-rapporti tal-Kapijiet tal-Missjoni tal-UE dwar "Żona C u Bini ta' Stat Palestinjan" ta' Lulju 2011 u dwar Ġerusalemm tal-Lvant ta' Jannar 2012;

6.

Jisħaq fuq l-importanza li jitħarsu l-popolazzjoni Palestinjana u d-drittijiet tagħha fiz-Zona C u f'Ġerusalemm tal-Lvant, li huwa essenzjali biex il-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta' żewġ stati tibqa' possibbli;

7.

Itenni li l-insedjamenti kollha jibqgħu illegali taħt id-dritt internazzjonali u jitlob lill-Gvern ta' Iżrael biex iwaqqaf kwalunkwe kostruzzjoni u estensjoni ta' insedjamenti fix-Xatt tal-Punent u f'Ġerusalemm tal-Lvant, u biex jiżżarmaw l-istakkamenti kollha li nbnew minn Marzu 2011;

8.

Jikkundanna bil-qawwa l-atti kollha ta' estremiżmu, vjolenza u fastidju minn naħa tal-kolonizzaturi kontra ċ-ċivili Palestinjani u jistieden lill-Gvern u lill-awtoritajiet Iżraeljani biex jibdew proċedimenti kontra min wettaq dawn l-atti u jqisuhom responsabbli;

9.

Jitlob l-implimentazzjoni sħiħa u effikaċi tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE għall-ftehimiet bilaterali eżistenti bejn l-UE u l-Iżrael kif ukoll li jiġi żgurat li l-mekkaniżmu ta' kontroll tal-UE - 'l-arranġamenti tekniċi' - ma jippermettix li prodotti mill-insedjamenti Iżraeljani jiġu importati fis-suq Ewropew skont it-termini preferenzjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael;

10.

Jistieden lill-Gvern Iżraeljan u lill-awtoritajiet Iżraeljani jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont id-dritt umanitarju internazzjonali, b'mod partikolari billi:

jiżguraw minnufih it-twaqqigħ tad-djar, l-evizzjonijiet, ul-ispostament sfurzat tal-Palestinjani,

jiffaċilitaw l-attivitajiet ta' ppjanar u bini tal-Palestinjani kif ukoll l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' żvilupp Palestinjani,

jiffaċilitaw l-aċċess u l-moviment,

jiffaċilitaw l-aċċess tal-Palestinjani għall-imkejjen tal-biedja u l-mergħat;

jiżguraw distribuzzjoni ġust tal-ilma b’mod li jiġu sodisfatti l-ħtiġiet tal-popolazzjoni Palestinjani,

itejbu l-aċċess tal-popolazzjoni Palestinjani għal servizzi u assistenza soċjali adegwati, b’mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni u s-saħħa pubblika, u

jiffaċilitaw l-operazzjonijiet umanitarji fiż-Żona C u f'Ġerusalem tal-Lvant;

11.

Jitlob li jintemm l-użu tad-detenzjoni amministrattiva mingħajr akkuża jew proċess formali kontra l-Palestinjani min-naħa tal-awtoritajiet Iżraeljani, li jkun hemm aċċess għal proċess ġudizzjarju ġust mid-detenuti Palestinjani kollha, u li jkun hemm ir-rilaxx tal-priġunieri politiċi Palestinjani, b’rigward speċjali għall-membri tal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan inkluż Marwan Barghouti, u d-detenuti amminstrattivi; jitlob ukoll li jkun hemm ir-rilaxx immedjat ta’ Nabil Al-Raee, id-direttur artistiku ta’ The Freedom Theatre in Jenin Refugee Camp, li ġie arrestat fis-6 ta' Ġunju 2012 u ilu detenut minn dak iż-żmien; jilqa' l-ftehim li ntlaħaq fl-14 ta' Mejju 2012 li ppermetta t-tmiem tal-istrajk tal-ġuħ tal-ħabsin Palestinjani u jitlob għall-implimentazzjoni sħiħa u immedjata tiegħu;

12.

Jitlob li jiġu protetti l-komunitajiet Bedwini tax-Xatt tal-Punent u fin-Negev, u biex jiġu rispettati bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom mill-awtoritajiet Iżraeljani, u jikkundanna kwalunkwe ksur (eż. twaqqigħ tad-djar, l-ispostament sfurzat, limitazzjonijiet tas-servizzi pubbliċi); jitlob, f'dan il-kuntest, li l-Gvern Iżraeljan jirtira l-Pjan Prawer;

13.

Iħeġġeġ lill-Gvern u lill-awtoritajiet Palestinjani jagħtu aktar attenzjoni liz-Zona C u lil Ġerusalemm tal-Lvant fil-pjani u proġġetti ta' żvilupp nazzjonali Palestinjani bl-iskop li jtejbu s-sitwazzjoni u l-kondizzjonijiet tal-għajxien tal-popolazzjoni Palestinjani f'dawn l-inħawi;

14.

Jerġa’ jenfasizza l-fatt li l-mezzi paċifiċi u mhux vjolenti huma l-uniku mod kif tista’ tinkiseb soluzzjoni sostenibbli għall-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestinjani; ikompli jappoġġa, f'dan il-kuntest, il-politika ta' reżistenza mhux vjolenti tal-President Abbas u jkompli jinkuraġġixxi r-rikonċiljazzjoni intra-Palestinjana u l-bini ta' Stat Palestinjan bl-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari jkunu elementi importanti ta' dan il-proċess;

15.

Itenni l-impenn qawwi tiegħu għas-sigurtà tal-Istat tal-Iżrael; jikkundanna kwalunkwe att ta' vjolenza minn kull naħa li jattakka b’mod deliberat liċ-ċivili, u huwa ddiżgustat bl-attakki bir-rokits mill-Istrixxa ta' Gaża;

16.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jkomplu jappoġġaw u jagħtu assistenza lill-istituzzjonijiet Palestinjani u lil proġetti ta' żvilupp fiz-Zona C u f'Ġerusalemm tal-Lvant bl-għan li l-popolazzjoni Palestinjana titħares u tissaħħaħ; jitlob li jkun hemm koordinazzjoni mtejba bejn l-UE u l-Istati Membri f'dan il-qasam; jenfasizza li Iżrael għandu jtemm il-prassi li jżomm id-dħul doganali u fiskali li jappartjeni lill-Awtorità Palestinjana;

17.

Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex jivverifikaw fuq il-post l-allegazzjonijiet kollha li jikkonċernaw il-qerda u l-ħsarat għal strutturi u proġetti ffinanzjati mill-UE fit-territorji okkupati, u li jressqu r-riżultati lill-Parlament;

18.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jkomplu jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet fil-livelli kollha fir-relazzjonijiet bilaterali tal-UE mal-Iżrael u l-Awtorità Palestinjana; jisħaq li l-impenn ta’ Iżrael f’dak li għandu x’jaqsam mal-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali tal-jeddijiet tal-bniedem u umanitarju versu l-popolazzjoni Palestinjana okkupata jitqies fis-sħiħ fir-relazzjonijiet bilaterali tal-UE mal-pajjiż;

19.

Iħeġġeġ mill-ġdid lill-UE u lill-Istati Membri jkollhom rwol politiku aktar attiv, inkluż fi ħdan il-Kwartett, fl-isforzi biex tinkiseb paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jenfasizza mill-ġdid ir-rwol ċentrali tal-Kwartett u jissokta fl-appoġġ tiegħu għar-Rappreżentant Għoli fl-isforzi tagħha biex toħloq perspettiva kredibbli għat-tnedija mill-ġdid tal-proċess ta' paċi;

20.

Itenni l-appell tiegħu għat-tneħħija immedjata, sostnuta u inkundizzjonata tal-imblokk tal-Istrixxa ta' Gaża f'termini ta' persuni, il-flussi tal-għajnuna umanitarja u tal-oġġetti kummerċjali, u biex jittieħdu miżuri li jippermettu r-rikostruzzjoni u l-irkupru ekonomiku ta' din iz-Zona; jitlob ukoll, billi jirrikonoxxi l-bżonnijiet tas-sigurtà leġittima tal-Iżrael, għal mekkaniżmu ta' kontroll effettiv li jevita l-kuntrabandu tal-armi fil-Gaża; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kunsill li testendi l-mandat tal-Missjoni ta' Assistenza fil-Fruntieri Ewropea ta' Rafah sat-30 ta' Ġunju 2013 u jippretendi li tissodisfa l-ħidmiet tagħha u jkollha rwol deċiżiv u effettiv fir-rigward tal-immaniġġjar ta' kuljum tar-relazzjonijiet transkonfinali u l-bini tal-kunfidenza bejn l-Iżrael u l-Awtorità Palestinjana; jitlob lil Hamas jirrikonoxxi l-Istat ta' Iżrael u jagħti l-appoġġ tiegħu lis-soluzzjoni ta' żewġ stati; jistieden ukoll lil Hamas itemm il-vjolenza mwettqa kemm internament kif ukoll esternament kontra l-Istat ta' Iżrael;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kumissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE fil-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lill-Mibgħut tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani, lill-Knesset u lill-Gvern ta' Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0429.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0060.

(3)  ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 81.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/88


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
Il-vjolenza kontra l-leżbjani u d-drittijiet tal-persuni LGBT fl-Afrika

P7_TA(2012)0299

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-vjolenza kontra l-leżbjani u d-drittijiet tal-persuni LGBT fl-Afrika (2012/2701(RSP))

2013/C 349 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem(UDHR), il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), u l-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli (ACHPR),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), li tenfasizza li n-nisa kollha għandhom id-dritt li jikkontrollaw u jieħdu deċiżjonijiet b’mod ħieles u responsabbli dwar kwistjonijiet relatati mas-sesswalità tagħhom mingħajr ma’ jġarrbu sfurzar, stigmatizzazzjoni u vjolenza,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A/HRC/17/19 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-17 ta’ Ġunju 2011 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, u r-Rapport tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-17 ta’ Novembru 2011 dwar liġijiet u prattiki diskriminatorji u atti ta’ vjolenza kontra individwi, abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom u l-identità tal-ġeneru tagħhom,

wara li kkunsidra d-diskussjoni f’panel tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, li saret fis-7 ta’ Marzu 2012,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-bniedem tan-NU Navanethem Pillay, magħmula fid-diskussjoni f’panel dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru waqt id-19-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fis-7 ta’ Marzu 2012,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-2012 tal-organizzazzjoni Amnesty International dwar il-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, li jgħid li kibret l-intolleranza kontra persuni Leżbjani, Gej, Bisesswali u Transesswali (LGBT) fl-Afrika,

wara li kkunsidra t-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) minn naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, u l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem ta’ dan il-Ftehim, b'mod partikolari l-Artikoli 8(4) u 9,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(5) u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jimpenjaw lill-UE u lill-Istati Membri tagħha li jiddefendu u jippromwovu d-drittijiet universali tal-bniedem u l-protezzjoni tal-individwi fir-relazzjonijiet tagħhom mal-bqija tad-dinja,

wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Mezzi ta’ Azzjoni tan-Nisa fl-Iżvilupp 2010-2015,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, u tal-President tal-Parlament Ewropew fil-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija fl-2010, 2011, u 2012,

wara li kkunsidra s-Sett ta’ Strumenti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem kollha minn Persuni Leżbjani, Gej, Bisesswali u Transesswali (LGBT toolkit),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ finanzjarjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (COM(2011)0840), u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2011: Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla' (COM(2011)0637),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar l-Uganda: abbozz ta’ leġiżlazzjoni kontra l-omosesswali (1), u tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-Uganda:‘l hekk imsejjaħ ‘abbozz ta’ liġi Bahati’ u d-diskriminazzjoni kontra l-popolazzjoni LGBT (2), tas-17 ta’ Frar 2011 dwar l-Uganda: il-qtil ta’ David Kato (3), u tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru fin-NU (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-relazzjonijiet barranin tal-UE u fil-konsolidazzjoni tal-paċi u tal-istrutturi tal-Istat (5),

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi kull bniedem jitwieled ħieles u b’dinjità u drittijiet indaqs; billi l-Istati kollha għandhom l-obbligu li jevitaw il-vjolenza u t-tixwix ta' mibegħda msejsa fuq l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru, u r-rispett tal-prinċipji tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

B.

billi d-drittijiet ta’ nisa leżbjani, bisesswali, transġeneru u intersesswali huma l-istess drittijiet tal-bniedem bħal dawk tan-nisa u l-irġiel kollha, li jridu jiġu mħarsa indipendentement mill-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru jew l-espressjoni tal-ġeneru tagħhom;

C.

billi xi pajjiżi Afrikani kienu fuq quddiem fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, filwaqt li l-kostituzzjoni post-apartheid tal-Afrika ta’ Isfel kienet l-ewwel waħda fid-dinja li abolixxiet id-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, u billi dan l-istess pajjiż ta bidu għar-riżoluzzjoni A/HRC/17/19 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru;

D.

billi jeżistu movimenti u mexxejja politiċi li se jkunu jistgħu iwittu t-triq għall-bidla u għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tan-nisa, u d-drittijiet ta' persuni leżbjani, gej, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI) fl-Afrika;

E.

billi qed jikbru l-istigmatizzazzjoni u l-vjolenza kontra nisa leżbjani, bisesswali, transġeneru u intersesswali, kif ukoll nisa meqjusa bħala tali, min-naħa tal-forzi tal-istat u tal-pulizija, tal-familji u tal-komunitajiet tagħhom fl-Afrika, u dan hu tħassib komuni, kif juru d-diversi dikjarazzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki Moon, il-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU Navanethem Pillay, u r-Riżoluzzjoni A/HRC/17/19 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru;

F.

billi fid-diskussjoni annwali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar id-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem, li saret fil-25 u s-26 ta’ Ġunju 2012, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, Margret Sekaggya, indikat li l-ksur li jsofru d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem isir f'sura speċifika għall-ġeneru, fosthom abbuż verbali abbażi tas-sess, abbuż sesswali u stupru; li dawn in-nisa tqiesu li qed jisfidaw in-normi soċjali aċċettati, il-kultura jew it-tradizzjonijiet, u li xi drabi tqiesu li qed jisfidaw preskrizzjonijiet reliġjużi u sussegwentement ġew stigmatizzati; u li d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem jeħtieġu attenzjoni speċifika, għax it-tbatija li jġarrbu fix-xogħol tagħhom xi drabi hija akbar minn dik li jġarrbu l-kontropartijiet maskili tagħhom;

G.

billi n-nisa li jiksru n-normi soċjali u kulturali jistgħu jiġu ttimbrati leżbjani u jissograw li jġarrbu mġiba maskili vjolenti u/jew trattament degradanti, u billi dan il-fatt jirriżulta fit-trażżin tal-espressjoni tas-sesswalità u l-libertà tal-għażla tan-nisa kollha, anke dak tan-nisa eterosesswali; billi d-drittijiet sesswali huma relatati mal-awtonomija tal-ġisem u l-libertà tal-għażla tan-nisa kollha;

H.

billi fl-Afrika, l-omosesswalità femminili hi legali f’27 pajjiż u illegali f’27, filwaqt li l-omosesswalità maskili hi legali f’16-il pajjiż u illegali fi 38 pajjiż, u billi l-piena għall-omosesswalità hija l-mewt fil-Mawritanja, fis-Sudan, f’partijiet mis-Somalja u min-Niġerja, u billi abbozz ta’ liġi mressaq minn deputat quddiem il-parlament tal-Uganda jipprevedi l-piena kapitali għall-omosesswalità;

I.

billi l-liġijiet li jikkriminalizzaw ir-relazzjonijiet u s-sesswalità bejn persuni tal-istess sess u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ klima li tinkoraġġixxi l-vjolenza kontra nisa leżbjani, jew nisa li jitqiesu li huma leżbjani,

J.

billi l-qtil, it-tortura, il-priġunerija, il-vjolenza, l-istigmatizzazzjoni u d-diskors ta’ mibegħda kontra persuni LGBTI, xi drabi leġittimizzat bil-liġi, huma rappurtati fir-reġjuni kollha tad-dinja; u billi kien hemm atti ta’ vjolenza u aggressjoni ripetuti kontra nisa leżbjani f’diversi pajjiżi Afrikani;

K.

billi l-ġlieda għall-ugwaljanza u l-ġustizzja u għall-viżibilità u d-drittijiet tal-leżbjani hi konnessa mill-qrib mal-ġlieda għad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa b’mod ġenerali; billi l-leżbjani wkoll, bħal ħafna nisa oħra, huma suġġetti għall-vjolenza, kemm abbażi tal-fatt li huma nisa kif ukoll abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom;

L.

billi fil-Kamerun, fi Frar 2012, għaxar nisa ġew arrestati u tlieta minnhom akkużati għall-ewwel darba, li pprattikaw l-omosesswalità; billi qed ikomplu jsiru arresti u swat min-naħa tal-pulizija, fejn l-aħħar każ magħruf seħħ fl-24 ta’ Ġunju 2012; billi l-avukat Alice Nkom ġiet mhedda bil-mewt u bi vjolenza f’diversi okkażjonijiet talli ddefendiet persuni akkużati b’omosesswalità; billi laqgħa tal-komunità LGBTI f’Yaoundé ġiet imwaqqfa b’mod vjolenti minn klikka vjolenti fid-19 ta’ Mejju 2012;

M.

billi s-Senat tal-Liberja bħalissa qed jiddibatti proposta biex ikompli jestendi l-projbizzjoni ta’ relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess lil hinn minn dak li tipprevedi l-liġi attwalment; billi l-midja u l-opinjoni pubblika qegħdin kulma jmur ifittxu li jintimidaw lil persuni LGBTI, u billi żewġ nisa leżbjani ġew attakkati riċentement minn irġiel armati;

N.

billi fil-Malawi, l-omosesswalità femminili ġiet projbita f'Jannar 2011; billi l-President il-ġdid Joyce Banda qalet li se titlob lill-parlament jirrevoka l-liġijiet li jikkriminalizzaw l-omosesswalità,

O.

billi n-Niġerja qed tfittex li tikriminalizza r-reġistrazzjoni, l-operat jew l-eżistenza ta’ ċerta organizzazzjonijiet, u l-laqgħat jew purċissjonijiet tagħhom, u tipprojbixxi attivitajiet li jagħmlu parti strettament mill-ambitu tal-ħajja privata;

P.

billi fl-Afrika t’Isfel, ‘l hekk imsejħa ‘stupri korrettivi’ ta’ nisa leżbjani u transġeneru għadhom għaddejjin bla rażan; billi d-dibattiti kontinwi dwar il-protezzjoni kostituzzjonali ta’ persuni vittmizzati minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom qed ikebbsu l-vjolenza kontra persuni LGBTI; billi l-attivist gej Thapelo Makutle riċentement ġie ttorturat u maqtul, filwaqt li Phumeza Nkolonzi, leżbjana ta’ 22 snin, sparawlha f’rasha minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħha, u Neil Daniels qala’ daqqiet ta’ sikkina, u ġie mutilat u maħruq ħaj minħabba li kien gej;

Q.

billi fi Sważiland qed isiru sforzi pożittivi biex tiġi evitata jew ikkurata l-HIV/AIDS fost popolazzjonijiet f’riskju, inklużi n-nisa, u l-irġiel li jkollhom x'jaqsmu mal-irġiel, minkejja l-kriminalizzazzjoni tal-omosesswalità fil-pajjiż;

R.

billi fl-Uganda, laqgħat privati ta’ attivisti tad-drittijiet tal-bniedem twaqqfu fi Frar u f’Ġunju 2012 mill-forzi tal-pulizija u l-Ministru għall-Etika u l-Integrità, mingħajr mandati u b’nuqqas ta’ rispett għal-libertà tal-għaqda taċ-ċittadini; billi l-Ministru qed jippjana li jabolixxi 38 organizzazzjoni li hu mifhum li jaħdmu għad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni LGBTI; billi l-Abbozz kontra l-Omosesswalità li ġie propost għall-ewwel darba fl-2009 għadu qed jiġi diskuss, u jista’ jinkludi dispożizzjonjiet dwar il-piena kapitali; billi l-kawżi pendenti u l-indaġnijiet fl-Uganda u fl-Istati Uniti juru r-rwol, fost l-oħrajn, ta’ Scott Lively u l-Abiding Truth Ministries, grupp evanġeliku fundamentalista ibbażat fl-Istati Uniti, fit-tixrid tal-mibegħda u l-intolleranza abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, u fl-introduzzjoni tal-liġi;

Diskriminazzjoni u vjolenza kontra n-nisa leżbjani fl-Afrika

1.

Jikkundanna bil-qawwa kull forma ta’ vjolenza u diskriminazzjonikontra l-leżbjani f’pajjiżi Afrikani fejn qed iseħħu, inklużi forom estremi ta’ vjolenza, bħal stupri ‘korrettivi’, u forom oħra ta’ vjolenza sesswali;

2.

Jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għal kampanji u inizjattivi li jimmiraw li jabolixxu l-liġijiet diskriminatorji kontra n-nisa u persuni LGBTI; jitlob lil dawk il-pajjiżi Afrikani li għad għandhom liġijiet diskriminatorji fis-seħħ biex jabolixxuhom immedjatament, inklużi liġijiet li jipprojbixxu l-omosesswalitàu liġijiet li jiddiskriminaw kontra n-nisa f’termini ta’ stat ċivili, proprjetà u drittijiet tal-wirt;

3.

Jikkonferma li l-ġlieda favur id-drittijiet fundamentali u umani tal-leżbjani fl-Afrika hi marbuta mill-qrib mal-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttivi tan-nisa kollha; jitlob, għaldaqstant, lill-UE tieħu impenn sod f’termini ta’ riżorsi u politika ta' appoġġ għas-saħħa sesswali u riproduttivi fix-xogħol tagħha ma’ pajjiżi sħab fl-Afrika;

4.

Jitlob lill-awtoritajiet relevanti fl-Afrika biex jipproteġu b’mod effettiv lin-nisa kollha mill-qtil, mill-istupru hekk imsejjaħ ‘korrettiv’ u minn vjolenza sesswali oħra, u biex l-atturi ta' dawn id-delitti jiġu proċessati;

5.

Jinnota li l-istigmatizzazzjoni u l-vjolenza kontra n-nisa leżbjani, bisesswali, transġeneru u intersesswali sikwit ikunu marbuta mad-diskriminazzjoni;

6.

Jesprimi s-solidarjetà u l-appoġġ tiegħu mal-atturi kollha li jaħdmu favur aġenda aktar b’saħħitha tad-drittijiet tan-nisa;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-UE jappoġġaw l-organizzazzjonijiet tan-nisa u l-organizzazzjonijiet LGBTI fl-Afrika fil-ġlieda tagħhom għall-ugwaljanza, l-awtonomija tal-ġisem u d-dritt tal-libertà fis-sesswalità għan-nisa u għall-persuni LGBTI kollha; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni speċjali lil-leżbjani fi ħdan il-moviment LGBTI u fi ħdan il-moviment tan-nisa, kif ukoll f’movimenti soċjali oħra, sabiex tiġi denunzjata d-diskriminazzjoni doppja jew xi drabi multipla li jħabbtu wiċċhom magħha l-leżbjani f'pajjiżi Afrikani;

8.

Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, is-SEAE u l-Istati Membri jħaffu r-ritmu tal-implimentazzjoni tal-għanijiet stipulati fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u t-Tisħiħ tal-Mezzi ta’ Azzjoni tan-Nisa fl-Iżvilupp, u jagħtu attenzjoni partikolari lid-drittijiet ta’ nisa leżbjani, bisesswali, transġeneru u intersesswali, kemm fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi kif ukoll meta jagħtu appoġġ lil organizzazzjonijiet mhux governattivi u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

Drittijiet LGBTI fl-Afrika

9.

Jisteiden lis-76 pajjiż fid-dinja fejn l-omosesswalità hi illegali, fosthom 38 pajjiż fl-Afrika, biex jiddikriminalizzaw l-omosesswalità;

10.

Jiddenunzja t-tixwix għall-mibegħda u l-vjolenza għal raġunijiet tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru jew l-espressjoni tal-ġeneru; jitlob lill-pajjiżi msemmija aktar ‘il fuq biex jirrispettaw b’mod effettiv id-dritt tal-ħajja u d-dinjità ta' persuni LGBTI, u jikkundanna kull att ta’ vjolenza, diskriminazzjoni, stigmatizzazzjnoi u umiljazzjoni kontrihom;

11.

Jistieden lill-mexxejja politiċi u reliġjużi jikkundannaw il-persekuzzjoni u d-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, u jieħdu pożizzjoni soda kontra l-omofobija, u jingħaqdu mas-sejħa tal-Arċisqof Desmond Tutu kontra l-inġustizzja u l-prġudizzju u favur is-solidarjetà u l-ġustizzja;

12.

Jistieden lill-SEAE, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jfakkru lill-pajjiżi Afrikani, fid-djalogi politiċi magħhom, bl-obbligu tagħhom li jwettqu l-impenji li ħadu fl-ambitu ta’ strumenti u konvenzjonijiet internazzjonali u legalment vinkolanti tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari li jirrispettaw u jippromwovu d-dritt li ma jklunx hemm diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru;

13.

Jilqa’ l-fatt li xi pajjiżi Afrikani, fosthom il-Kap Verde, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Gabon, il-Ginea Bissaw, il-Malawi, il-Mawrizju, ir-Rwanda, São Tomé u Principe, l-Afrika t’Isfel u s-Sważiland urew l-oppożizzjoni tagħhom għall-kriminalizzazzjoni, żguraw aċċess għall-kura tas-saħħa għal persuni LGBTI, jew wegħdu li jiddekriminalizzaw l-omosesswalità;

14.

Jistieden lill-Grupp ta’ Stati tal-ACP biex jipparteċipaw f'diskussjoni aperta, kostruttiva u b'rispett reċiproku;

15.

Jitlob lill-pajjiżi Afrikani jżidu s-sigurtà għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem LGBTI, u jitlob lill-UE biex tassisti s-soċjetà ċivili lokali bi programmi ta’ bini tal-kapaċità fl-Afrika;

16.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, l-SEAE u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mit-Toolkit LGBT, u jħeġġu lil pajjiżi terzi jiddekriminalizzaw l-omosesswalità, filwaqt li jgħinu biex tonqos il-vjolenza u d-diskriminazzjoni, u jipproteġu d-drittijiet ta’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem LGBTI;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni u b’mod partikolari lil Catherine Ashton, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, biex tieħu azzjoni konkreta billi timmobilizza l-istrumenti xierqa kollha biex tagħmel pressjoni sabiex tipproteġi l-persuni mid-diskriminazzjoni u l-persekuzzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali u sabiex tqajjem dawn il-kwistjonijiet fir-relazzjonijiet u d-djalogi tagħha ma’ pajjiżi terzi;

*

* *

18.

Jagħti Struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Grupp tal-Istati tal-ACP, lill-Ambaxxaturi tal-Istati tal-ACP għall-Unjoni Ewropea, lill-Parlament tal-Afrika ta’ Isfel, lill-Unjoni Afrikana u l-istituzzjonijiet tagħha.


(1)  ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 25.

(2)  ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 134.

(3)  ĠU C 188 E, 28.6.2012, p. 62.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0427.

(5)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 32.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/93


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
Il-libertà tal-espressjoni fil-Bjelorussja, b'mod partikolari l-każ ta' Andrzej Poczobut

P7_TA(2012)0300

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-libertà tal-espressjoni fil-Bjelorussja, b'mod partikolari l-każ ta' Andrzej Poczobut (2012/2702(RSP))

2013/C 349 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bjelorussja, b'mod partikolari dawk tad-29 ta’ Marzu 2012 (1), tal-16 ta’ Frar 2012 (2), tal-15 ta’ Settembru 2011 (3), tat-12 ta’ Mejju 2011 (4), tal-10 ta’ Marzu 2011 (5), tal-20 ta’ Jannar 2011 (6), tal-10 ta’ Marzu 2010 (7) u tas-17 ta’ Diċembru 2009 (8),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton tal-28 ta' Ġunju 2012 dwar is-sentenzi fil-Bjelorussja,

wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tat-22 ta’ Ġunju 2012 mir-rappreżentant tal-OSKE għal-libertà tal-midja, Dunja Mijatovic, dwar l-arrest tal-ġurnalist Pollakk-Bjelarussu Andrzej Poczobut;

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni bil-Miktub Nru 523 tas-26 ta’ Ġunju 2012 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li tablet għall-ħelsien tal-ġurnalist Pollakk Bjelorussu Andrzej Poczobut mill-ħabs fil-Bjelorussja;

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 u t-2 ta' Marzu 2012 li jesprimu t-tħassib profond tiegħu dwar id-deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/126/PESK tat-28 ta’ Frar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (9),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' djalogu Ewropew ta' modernizzazzjoni mas-soċjetà tal-Bjelorussja (it-3157 laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin, fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 354/2012 tat-23 ta’ April 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (10);

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-28 ta’ Frar 2012 tar-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton dwar id-deċiżjoni tagħha u dik tal-Gvern Pollakk li jsejħu lura lill-kap tad-delegazzjoni għall-UE f’Minsk u lill-ambaxxatur Pollakk għall-Bjelorussja rispettivament,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/36/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (11),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 1857(2012) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tal-25 ta' Jannar 2012 dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, li tikkundanna l-persekuzzjoni kontinwa ta' membri tal-oppożizzjoni u l-fastidju fil-konfront ta' attivisti tas-soċjetà ċivili, midja indipendenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ April 2012 u r-Riżoluzzjoni Nru 17/24 tal-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tas-17 ta’ Ġunju 2011 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant adottata fi Praga fis-7-9 ta' Mejju 2009 u d-Dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja adottata fis-Samit tas-Sħubija tal-Lvant f'Varsavja fit-30 ta' Settembru 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Grupp Visegrad, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja fi Praga fil-5 ta’ Marzu 2012;

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Pjattaforma Nazzjonali Bjelorussa tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant f’Minsk, fit-2 ta' Marzu 2012,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Bjelorussja adotatti fit-3101 laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-20 ta' Ġunju 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta’ April 2011 mill-kelliem tar-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton dwar ir-repressjoni tal-midja indipendenti fil-Bjelorussja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 19 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikolu 19 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 19 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem ta’ Diċembru 1988,

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fil-21 ta' Ġunju 2012 Andrzej Poczobut, il-korrispondent tal-gazzetta ta' kuljum Pollakka ‘Gazeta Wyborcza’ u anki attivist prominenti tal-minoranza Pollakka-Bjelorussa kif ukoll president tal-Kunsill tal-Unjoni tal-Pollakki fil-Bjelorussja, ġie arrestat fil-belt ta Grodno, Bjelorussja;

B.

billi l-appartament tas-Sur Poczobut fi Grodno safa mfittex mill-uffiċċju tal-prosekutur u l-affarijiet tiegħu ġew konfiskati; billi persunal tal-infurzar sussegwentement wettqu tfittxija fl-uffiċċju ta’ Grodno tal-Unjoni tal-Pollakki, li tiegħu s-Sur Poczobut huwa detentur tal-kera uffiċjali, u kkonfiskaw tagħmir tal-kompjuter;

C.

billi s-Sur Poczobut ġie akkużat fuq il-bażi tal-hekk imsejjaħ libell kontra l-President Alyaksandr Lukashenka, skont l-Artikolu 367 tal-Kodiċi Kriminali tar-Repubblika tal-Bjelorussja, minħabba tnax-il artiklu ppublikati fil-websajts "Charter 97" u "Belarusian Partisan", fost suġġetti oħrajn, dwar il-kawża tal-ibbumbardjar taħt l-art;

D.

billi s-Sur Poczobut diġà qatta’ tliet xhur fil-ħabs fil-passat u għandu sentenza sospiża ta’ ħabs ta' tliet snin imposta fuqu għall-istess akkuża talli allegatament insulta l-President f’artiklu ppubblikat fil-"Gazeta Wyborcza" u fuq websajt Bjelorussa; billi qed jaffaċċja r-restrizzjoni jew il-privazzjoni tal-libertà tiegħu għal massimu ta’ seba’ snin u disa’ xhur, inkluża s-sentenza sospiża;

E.

billi fit-30 ta’ Ġunju 2012 is-Sur Poczobut ġie rilaxxat b'libertà kondizzjonata, wara li ffirma li ma kienx se joħroġ mir-residenza tiegħu;

F.

billi fil-5 ta' Lulju 2011, il-qorti ta’ Leninski fi Grodna tat sentenza ta’ innoċenza għall-kawża tas-Sur Poczobut, skont il-Parti 1, Artikolu 368 tal-Kodiċi Kriminali, marbuta mal-akkuża ta’ insultar fil-konfront tal-President iżda sabitu ħati, skont Parti 1, Artikolu 367 tal-istess Kodiċi, li wettaq diffammazzjoni fir-rigward tal-President;

G.

billi l-aħħar arrest tas-Sur Poczobut fil-21 ta’ Ġunju 2012 ħabat ma' protesta paċifika, organizzata mill-Unjoni tal-Pollakki taħt it-tmexxija tiegħu, kontra l-introduzzjoni sfurzata ta' Russi fi skola Pollakka fi Grodno mir-reġim ta’ Lukashenka, f’liema prostesta ġew arrestati madwar 20 persuna;

H.

billi l-Liġi tal-Midja tal-Bjelorussja, li daħlet fis-seħħ fl-2008, hi fin-natura tagħha restrittiva, peress li l-attivitajiet ġurnalistiċi huma kkontrollati minn miżuri varji, bħaċ-ċensura tat-televiżjoni u tar-radju, is-sorveljanza ta' attivitajiet ta' ġurnalisti indipendenti, u l-kontroll fuq l-istamperiji;

I.

billi skont l-Artikolu 19 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, kulħadd għandu d-dritt li jkollu l-opinjonijiet tiegħu mingħajr indħil kif ukoll id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, filwaqt li l-Artikolu 34 tal-Kostituzzjoni tal-Bjelorussja jiggarantixxi l-libertà ta’ espressjoni; billi l-osservaturi u l-ġurnalisti indipendenti u internazzjonali b’mod konsistenti ddenunzjaw ir-restrizzjonjiet tal-gvern dwar il-libertà ta' espressjoni u tal-midja;

J.

billi, wara l-arrest tas-Sur Poczobut f’April 2011, Amnesty International irrikonoxxietu bħala priġunier tal-kuxjenza;

K.

billi l-każ tas-Sur Poczobut huwa parti minn tfassila aktar wiesgħa ta' fastidju, li għadu għaddej u li jmur lura ż-żmien, lis-soċjetà ċivili, lill-minoranza Pollakka u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, wara l-elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2010, li wassal għal deterjorament drammatiku fid-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili u politiċi fil-Bjelorussja,

L.

billi hemm rapporti kostanti ta' fastidju sistematiku tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja; billi kien hemm aktar każijiet riċenti ta' arrest, inkluż ta' personalitajiet, bħall-attivisti tal-oppożizzjoni demokratika, Alyaksandr Artsybashaw Paval Vinahradaw u Siarhei Kavalenka, kif ukoll id-detenzjoni tal-ġurnalisti Aliaksandr Barazenka, Siarhei Balai, Alina Radachynskaya u Ina Studzinskay u attivisti tal-organizzazzjoni "Tell the Truth" Hanna Kurlovich, Mikhail Pashkevich, Aliaksandr Ulitsionak u Siarhei Vazniak;

M.

billi Ales Bialiatski, President ta’ Viasna u Viċi-President tal-Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (FIDH), impriġunat fil-kolonja penali tal-belt ta' Bobruiks, reċentement ġie soġġett għal miżuri ġodda restrittivi u illegali kif ukoll pressjoni mill-amministrazzjoni penali bl-intenzjoni ċara li jġiegħluh jirrikonoxxi l-hekk imsejħa ħtija tiegħu;

N.

billi fl-24 ta’ Mejju 2012 Aleh Volchek, l-ex kap ta' ‘Legal Aid to the Population’, organizzazzjoni li pprovdiet assistenza legali sakemm sfat likwidata fl-2003, ġie arrestat minn uffiċjali tal-pulizija pajżana li akkużawh li kien qed ‘jitkellem ħażin fil-pubbliku’; billi fl-istess ġurnata ġie sentenzjat għal disat ijiem ta’ detenzjoni amministrattiva skont l-Artikolu 17.1 tal-Kodiċi ta’ Reati Amministrattivi (‘tkellem ħażin lill-pulizija’); billi s-Sur Volchek f'Jannar 2012 kien safa kkundannat, għal erbat ijiem detenzjoni amministrattiva talli allegatament użu lingwaġġ vulgari fit-triq; billi ismu tqiegħed fuq il-lista ta’ dawk li ma jistgħux jitilqu mill-Bjelorussja;

O.

billi sa mill-bidu ta’ Marzu 2012 ħmistax-il politiku tal-oppożizzjoni, ġurnalisti indipendenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ġew imċaħħda d-dritt tagħhom li jħallu l-pajjiż bl-użu ta’ skużi differenti, fil-waqt li l-awtoritajiet tal-Bjelorussja kienu allegatament qed jikkunsidraw ifasslu lista ta' 108 attivist tad-drittijiet tal-bniedem u tal-oppożizzjoni bil-għan li jwaqfuhom milli jħallu l-pajjiż;

P.

billi fl-14 ta' Ġunju 2012, il-Parlament tal-Bjelorussja adotta għadd ta' emendi li jikkonċernaw il-liġi tal-korpi tas-sigurtà statali, bl-għoti ta' setgħat wesgħin lill-KGB tal-Bjelorussja, inkluż l-użu liberu ta’ miżuri ta’ koerċizzjoni; billi skont il-liġi l-ġdida, il-KGB awtorizzat jidħol liberament fi proprjetà privata u jarresta, mingħajr restrizzjonijiet, ċittadini tal-Bjelorussja u diplomatiċi u rappreżentanti ta' istituzzjonijiet internazzjonali;

Q.

billi matul l-2011 tal-anqas 95 ġurnalist ġew arrestati matul azzjonijiet ta' 'protesta siekta', u 22 ġurnalist tressqu l-qorti u 13 sfaw ikkundannati għal sentenzi varji ta’ arrest amministrattiv; billi lejn tmiem l-2011 l-awtoritajiet issikkaw aktar il-kontroll fuq l-internet permezz, inter alia ta’ miżuri addizzjonali li jirregolaw l-internet;

R.

billi hemm il-biża’ li t-tentattivi tal-awtoritajiet tal-Bjelorussja li jressqu kawżi kriminali kontra attivisti tal-oppożizzjoni saru skuża biex iwaqqfuhom milli joħorġu barra mill-pajjiż u jkollhom interazzjoni man-Nazzjonijiet uniti u mekkaniżmi oħra;

1.

Jikkundanna bil-qawwi l-arrest reċenti u l-allegazzjonijiet kontra, Andrzej Poczobut, ġurnalist għall-gazzetta Pollakka ‘Gazeta Wyborcza’;

2.

Jilqa’ r-rilaxx mill-arrest tas-Sur Poczobut, u jirrikjedi li l-investigazzjoni u l-akkużi kollha mressqa kontrih jaqgħu;

3.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni li qed tmur għall-agħar tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja, u jikkundanna kull theddida kontra ġurnalisti u individwi li jagħmlu użu mid-dritt tagħhom tal-libertà ta' espressjoni;

4.

Jitlob lir-Raba’ laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tas-Sħubija tal-Lvant li saret fit-23-24 ta’ Lulju 2012 fi Brussell teżamina u tiddiskuti s-sitwazzjoni li qed tmur għall-agħar tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja u l-każ tas-Sur Poczobut;

5.

Jitlob li jintemm il-fastidju legali tal-ġurnalisti, tal-attivisti tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja biex imorru lura mill-politiki repressivi attwali tagħhom;

6.

Jemmen, f’dan il-kuntest u minħabba t-trażżin li qatt ma kien hemm bħalu fuq is-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja wara l-elezzjonijiet presidenzjali ta’ Diċembru 2010 u li ġara wara, (tal-anqas 21 korrispondent sfaw imsawta u 27 ġurnalist ġew arrestati, 13 minnhom ikkundannati għal bejn 10 u 15-il ġurnata ta' arrest), li l-kawża kontra s-Sur Poczobut hija motivata politikament u maħsuba biex tifxkel ix-xogħol leġittimu tiegħu bħala ġurnalist u mexxej ta’ minoranza nazzjonali;

7.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sentenza sospiża ta' tliet snin ħabs mogħtija lis-Sur Poczobut għal ‘reati’ simili allegati; huwa mħasseb li s-sospensjoni tista' titneħħa, peress li s-sentenza sospiża tfisser li huwa jista’ jintbagħat lura l-ħabs fi kwalunkwe mument bid-diskrezzjoni sħiħa tar-reġim ta’ Lukashenka jekk l-awtoritajiet jiddeċiedu li reġa' ‘kiser il-liġi’ waqt il-qadi tax-xogħol gurnalistiku tieghu; jemmen li din effettivament tikkostitwixxi forma ta’ intimidazzjoni u tentattiv biex ikun mġiegħel jiċċensura lilu nnifsu;

8.

Jikkundanna l-fatt li l-awtoritajiet tal-Bjelorussja qed jagħmluha impossibbli għall-ġurnalisti li joperaw, billi jintroduċu liġijiet repressivi bl-għan li jwaqqfu l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili u jużaw it-theddida ta’ sanzjonijiet kriminali biex jintimidaw id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti ta’ minoranzi;

9.

Jikkunsidra li l-liġi tal-Bjelorussja u l-mekkaniżmi internazzjonali intużaw ħażin intenzjonalment u strumentalizzati mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja;

10.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja jiżguraw, fiċ-ċirkostanzi kollha, ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, skont id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem irratifikati mill-Bjelorussja; jenfasizza li l-libertà tal-midja u l-libertà ta’ espressjoni huma fost is-sisien bażiċi tad-demokrazija li l-awtoritajiet tal-Bjelorussja impenjaw ruħhom li jirrispettaw;

11.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja jirriformaw il-liġi u jagħmlu mezz li l-leġiżlazzjoni tal-Bjelorussja, b'mod partikolari dik dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u espressjoni, tkun konformi mal-istandards internazzjonali, u jeliminaw il-prattika ta' ċensura u awtoċensura, u jżommu lura minn użu ħażin ulterjuri tal-liġi bħall-arrest ta’ avversarji politiċi, it-trażżin tal-ġurnalisti, il-fastidju ta’ avukati difensuri indipendenti u t-twettiq ta’ miżuri ta' kontroll tal-internet;

12.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja jirrevokaw l-emendi għal għadd ta' atti leġiżlattivi, adottati mill-Parlament f'Ottubru 2011, li jirrestrinġu ulterjorment il-libertajiet ta' assoċjazzjoni, ta' assemblea, ta' opinjoni u ta' espressjoni;

13.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja jwaqqfu l-arresti arbitrarji qosra u ż-żamma arbitrarja tal-ivjaġġar li jidhru immirati biex jintimidaw id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-midja, l-attivisti tal-oppożizzjoni politika u tas-soċjetà ċivili u jwaqqfuhom mill-jagħmlu xogħolhom;

14.

Iqis it-trasferiment ta’ Mykola Statkevych għall-arrest f’iżolament bħala att ta’ repressjoni u tentattiv biex iġiegħluh jiffirma rikjesta ta’ klemenza; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jintervjenu fil-kawża tiegħu;

15.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja jwaqqfu minnufih kull forma ta' pressjoni fuq il-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-midja u jirtiraw l-akkużi kollha kontra ġurnalisti li tħarrku minħabba l-attivitajiet professjonali tagħhom, u jieħdu miżuri biex jirrijabilitawhom; jistedinhom ukoll jiżguraw il-libertà ta' espressjoni u joħolqu ambjent legali u prattiki li jwasslu għal-libertà effettiva tal-midja, u jeliminaw il-prattika ta' ċensura u awtoċensura, kif ukoll jiżguraw li l-miżuri ta' kontroll tal-internet ikunu minimi u li r-regolamenti ma jwasslux għal ċensura tal-midja elettronika u tal-libertà tal-espressjoni;

16.

Jenfasizza li kull impenn potenzjali tal-UE mal-Bjelorussja se jkun soġġett għal kundizzjonalità stretta u kontinġenti fuq impenn tal-Bjelorussja li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, kif tistqarr id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant ta’ Praga tas-7 ta’ Mejju 2009, iffirmata wkoll mill-Gvern tal-Bjelorussja;

17.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex iżidu l-involviment tagħhom mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Bjelorussja u jippromwovu kuntatt interpersonali akbar;

18.

Jistieden lil dawk l-Istati Membri tal-UE li bħalissa huma membri tal-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet Bniedem biex jagħmlu kull sforz f’dik l-entità biex jistabbilixxu, għal tal-anqas sentejn, mandat speċifiku għall-pajjiż, bħal rapporteur speċjali, għas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil Bjelorussja; jenfasizza li mekkaniżmu bħal dan għandu jkollu wkoll rwol importanti fid-dokumentar indipendenti tal-abbużi u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-mekkaniżmi varji tan-NU, b'mod partikolari dawk ifformulati mill-Kummissarju Għoli fir-rapport l-aktar riċenti;

19.

Itenni l-ħtieġa li jissaħħew ir-relazzjoni u d-djalogu politiku bejn l-UE u l-ġirien tal-Lvant tagħha fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, inkluża d-dimensjoni parlamentari tagħha, l-Assemblea Parlamentari tal-Euronest, bl-għan komuni li tkun żgurata riforma demokratika fil-Bjelorussja;

20.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja, bil-ħsieb tal-elezzjonijiet parlamentari 2012, isegwu l-proċess ta' riforma tal-liġi elettorali u t-twettiq tagħha, billi jikkunsidraw il-grupp sħiħ ta' rakkomandazzjonijiet tal-OSKE/ODIHR u tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tal-Liġi, filwaqt li jaġixxu skont in-normi u l-istandards demokratiċi internazzjonali;

21.

Jistieden lill-Istati Membri jevalwaw l-effiċjenza tal-miżuri restrittivi eżistenti kontra l-Bjelorussja u jikkunsidraw it-twessigħ tas-sanzjonijiet eżistenti billi jkabbru l-lista ta’ Bjelorussi soġġetti għall-projbizzjoni tal-viża u l-iffriżar tal-assi;

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Assemblej Parlamentari tal-OSKE u tal-Kunsill tal-Ewropa, u lill-Gvern u l-Parlament tal-Bjelorussja.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0112.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0063.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0392.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0244.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2011)0099.

(6)  ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 57.

(7)  ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 37.

(8)  ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 16.

(9)  ĠU L 55, 29.2.2012, p. 19.

(10)  ĠU L 113, 25.4.2012, p. 1.

(11)  ĠU L 19, 24.1.2012, p. 31.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/98


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
L-iskandlu tal-abort sfurzat fiċ-Ċina

P7_TA(2012)0301

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-iskandlu tal-abort sfurzat fiċ-Ċina (2012/2712(RSP))

2013/C 349 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapporti mressqa fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll Fakultattiv tiegħu, u l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) li saret fil-Kajr fl-1994,

wara li kkunsidra l-politika ta’ wild wieħed fiċ-Ċina u l-liġijiet dwar l-abort fiċ-Ċina,

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fit-2 ta’ Ġunju 2012 mara ta’ seba’ xhur tqala, Feng Jianmei, inħatfet u ġiet sfurzata tagħmel abort fil-kontea ta’ Zhenpng (provinċja ta’ Shanxi), liema inċident qajjam mewġa ta’ indinjazzjoni u kundanna fiċ-Ċina u madwar id-dinja;

B.

billi l-aborti li jaqbżu s-sitt xhur huma illegali skont il-liġi Ċiniża; billi l-gvern muniċipali ta' Ankang wettaq investigazzjoni li kkonkludiet li uffiċjali fil-kontea ta' Zhenping użaw "mezzi krudili" u "ipperswadew" lis-Sa Feng biex tabortixxi l-fetu; billi r-rapport stqarr li din id-deċiżjoni kisret id-drittijiet tagħha; billi l-gvern muniċipali ta' Ankang ħabbar pieni għall-uffiċjali tal-ippjanar lokali involuti fil-każ, inkluża t-tkeċċija mill-post tax-xogħol;

C.

billi, skont l-investigazzjoni, l-uffiċjali lokali kienu saqsew lill-familja tas-Sa Feng għal depożitu ta’ RMB 40 000 bħala garanzija, li skont ir-raġel tagħha kienet multa talli kien se jkollhom it-tieni wild; billi l-awtoritajiet lokali ma kellhom ebda bażi legali biex jiġbru dan id-depożitu; billi s-Sa Feng ġiet sfurzata tiffirma formula ta’ kunsens biex ittemm it-tqala tagħha għaliex ma riditx tħallas il-multa, u nżammet l-isptar mill-gwardji;

D.

billi, minħabba l-politika ta’ wild wieħed li tadotta ċ-Ċina, aborti illegali selettivi abbażi tas-sess huma mifruxa, li joħolqu żbilanċ bejn l-għadd ta’ irġiel u nisa;

E.

billi l-UE pprovdiet, u għadha tipprovdi, fondi għall-organizzazzjonijiet involuti fil-politiki tal-ippjanar tal-familja fiċ-Ċina;

1.

Jenfasizza bil-qawwi li, skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp, l-għan tal-programmi dwar l-ippjanar tal-familja għandu jkun li jippermetti li l-kopji u l-individwi jieħdu deċiżjonijiet ħielsa, responsabbli u infurmati dwar li jkollhom it-tfal u li jkunu disponibbli medda wiesgħa ta' metodi sikuri, effettivi u aċċettabbli għall-għażla tagħhom marbuta mal-ippjanar tal-familja, u ma hemm lok għal ebda forma ta' koerċizzjoni;

2.

Itenni d-dritt fundamentali tan-nisa kollha li jkollhom aċċess għal sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika, b’mod partikolari għal kura tas-saħħa primarja, ġinekoloġika u ostettrika kif definit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

3.

Jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familja tal-vittmi, filwaqt li jikkundanna bil-qawwi l-fastidju li qed jiġu soġġetti għalih u jitlob protezzjoni pubblika għalihom;

4.

Jikkundanna bil-qawwi d-deċiżjoni li s-Sa Feng kienet imġiegħla tagħmel abort u jikkundanna l-prattika ta' aborti sfurzati u sterilizzazzjonijiet, speċjalment fil-kuntest tal-politika ta’ wild wieħed;

5.

Jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-gvern muniċipali ta’ Ankang li joffri kumpens lill-familja tas-Sa Feng u li l-uffiċjali lokali involuti fil-każ jingħataw pieni ħorox;

6.

Jieħu nota tal-fatt li l-każ tas-Sa Feng sar magħruf sew grazzi għall-internet u jenfasizza l-importanza tal-libertà ta’ espressjoni, inkluża dik onlajn; jilqa’ b’sodisfazzjon l-itfaċċar ta’ sfera pubblika għad-dibattitu, parzjalment grazzi għall-mikroblogging;

7.

Iqis importanti li jitkompla d-dibattitu fost l-intellettwali u l-akkademiċi dwar jekk għandhiex titkompla jew le il-politika ta’ wild wieħed fiċ-Ċina;

8.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament tagħha għal proġetti ma jmurx kontra l-kummenti li jinsabu fit-Taqsima III, Titolu 21 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jinkludu l-abort sfurzat fuq l-aġenda għad-djalogu bilaterali li jmiss tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem maċ-Ċina;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/99


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
L-edukazzjoni dwar l-iżvilupp u ċ-ċittadinanza globali attiva

P7_TA(2012)0302

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-edukazzjoni dwar l-iżvilupp u ċ-ċittadinanza globali attiva

2013/C 349 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, li jenfasizza li “l-UE se tagħti attenzjoni partikolari lill-edukazzjoni dwar l-iżvilupp u lit-tqajjim ta' kuxjenza”,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-Djalogu Strutturat dwar ir-rwol tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp, li jistieden “lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kummissjoni Ewropea [sabiex] jsaħħu l-istrateġiji tagħhom għall-Edukazzjoni dwar l-Iżvilupp u għat-Tqajjim ta' Kuxjenza”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-edukazzjoni dwar l-iżvilupp u t-tqajjim ta' kuxjenza huma ċentrali għall-politiki tal-iżvilupp Ewropej, kif inhu enfasizzat fil-Kunsens Ewropew dwar l-Edukazzjoni dwar l-Iżvilupp (“Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp: Il-Kontribut tal-Edukazzjoni dwar l-Iżvilupp u t-Tqajjim ta' Kuxjenza”);

B.

billi, minkejja li hija waħda mill-ikbar finanzjaturi tal-edukazzjoni dwar l-iżvilupp fl-Ewropa, l-Unjoni Ewropea m'għandhiex strateġija ddedikata f'dan il-qasam;

C.

billi, matul il-perjodi mmarkati b'awsterità, kriżijiet u l-qawmien ta' movimenti nazzjonalisti u populisti, huwa partikolarment importanti li tiġi appoġġjata ċ-ċittadinanza globali attiva;

1.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jiżviluppaw strateġija Ewropea trans-settorjali għal perjodu twil għall-edukazzjoni dwar l-iżvilupp, it-tqajjim ta' kuxjenza u ċ-ċittadinanza globali attiva;

2.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw u jsaħħu l-istrateġiji nazzjonali għall-edukazzjoni dwar l-iżvilupp;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tal-5 ta' Lulju 2012 (P7_PV(2012)07-05(ANN1)).


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/100


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
It-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-Ġelat Artiġjanali

P7_TA(2012)0303

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar it-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-Ġelat Artiġjanali

2013/C 349 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-leġiżlazzjoni tal-UE qed tkun immirata aktar lejn l-iżgurar tal-kwalità tal-ikel u, fost il-prodotti friski tal-ħalib kollha, il-ġelat artiġjanali huwa prodott eċċellenti fir-rigward tal-kwalità u tas-sikurezza tal-ikel, li jtejjeb il-profil tal-prodotti agroalimentari ta' kull Stat Membru individwali,

B.

billi l-konsumaturi qed jagħżlu aktar ikel tajjeb għas-saħħa, aktar nutrittiv u ta' togħma aħjar li huma miskuba permezz ta’ metodi tradizzjonali li m’għandhomx impatt fuq l-ambjent,

C.

billi s-settur jimpjega b’mod dirett madwar 300 000 impjegat, il-maġġoranza tagħhom żgħażagħ, f’madwar 50 000 ġelaterija fl-Ewropa kollha u l-konsum tal-ġelat gradwalment qed isir inqas staġjonali, li jirriżulta f’fatturat matul is-sena kollha ta' mijiet ta' miljuni ta' euro,

1.

Jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-prodott ta' kwalità li jirrappreżenta l-ġelat artiġjanali bħala settur li fih l-ekonomija tal-UE tista’ tikkompeti u bħala opportunità li għandha tkun sfruttata, minħabba l-kriżi attwali li qed taffettwa wkoll is-settur tal-ħalib, fost oħrajn;

2.

Iwaqqaf il-Jum Ewropew tal-Ġelat Artiġjanali, li għandu jiġi ċċelebrat fl-24 ta’ Marzu, biex jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta’ dan il-prodott u għall-iżvilupp tat-tradizzjoni gastronomika ta’ dan is-settur;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 2 għall-Minuti tal-5 ta' Lulju 2012 (P7_PV(2012)07-05(ANN2)).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012

29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/101


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
Firem elettroniċi ta' emendi (interpretazzjoni tal-Artikoli 156, paragrafu 1, t-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura)

P7_TA(2012)0277

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proġett pilota li jippermetti il-firem eletroniċi tal-emendi mill-Kumitati (interpretazzjoni tal-Artikoli 156, paragrafu 1, t-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura)

2013/C 349 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tad-19 ta' Ġunju 2012 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 156, paragrafu 1, t-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:

"Emendi jistgħu jiġu ffirmati elettronikament bħala parti minn proġett pilota li jinvolvi għadd limitat ta' kumitati parlamentari, bil-kundizzjoni, l-ewwel, li l-kumitati li jipparteċipaw fil-proġett ikunu qablu għal dan u, t-tieni, li jitqiegħdu fis-seħħ miżuri xierqa biex tkun żgurata l-awtentiċità tal-firem."

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012

29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/102


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
Assigurazzjoni u Riassigurazzjoni (Solvenza II) ***I

P7_TA(2012)0267

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) rigward id-dati tat-traspożizzjoni tagħha u l-applikazzjoni u d-data tar-revoka ta' ċerti Direttivi (COM(2012)0217 – C7-0125/2012 – 2012/0110(COD))

2013/C 349 E/18

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0217),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53(1) u 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0125/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Ġunju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0198/2012),

A.

Billi għal raġunijiet ta' urġenza huwa ġustifikat li jipproċedi għall-votazzjoni qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tmien ġimgħat stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta 'sussidjarjetà u proporzjonalità;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari hawn taħt imsemmija;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
P7_TC1-COD(2012)0110

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Lulju bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvibbiltà II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta' ċerti Direttivi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2012/23/UE.)


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/103


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
L-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea *

P7_TA(2012)0268

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li timmodifika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (COM(2012)0061 – C7-0054/2012 – 2012/0024(CNS))

2013/C 349 E/19

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0061),

wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0054/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0169/2012),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/104


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
Zona ferrovjarja unika Ewropea ***II

P7_TA(2012)0270

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) (18581/2/2011 – C7-0268/2010 – 2010/0253(COD))

2013/C 349 E/20

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fl-ewwel qari (18581/2/2011 – C7-0268/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Kamra tad-Deputati Lussemburgiża, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Marzu 2011 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta’ Jannar 2011 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0475),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0196/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 99.

(2)  ĠU C 104, 2.4.2011, p. 53.

(3)  Testi adottati tal-16.11.2011, P7_TA(2011)0503.


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
P7_TC2-COD(2010)0253

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-3 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2012/34/UE.)


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/105


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
Reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq ***I

P7_TA(2012)0271

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2011)0451 – C7-0205/2011 – 2011/0196(COD))

2013/C 349 E/21

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0451),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0205/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tal-5 ta’ Ottubru 2011 (2)

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0195/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 43, 15.2.2012, p. 79.

(2)  ĠU C 37, 10.2.2012, p. 6.


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
P7_TC1-COD(2011)0196

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2),

Waqt li jimxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 (4) jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu u l-ittestjar ta' apparat ta’ reġistrazzjoni takografi . Dan ġie sostanzjalment emendat f’ħafna okkażjonijiet, u sabiex tiġi żgurata aktar ċarezza, id-dispożizzjonijiet ewlenin tiegħu għandhom jiġu simplifikati u ristrutturati. [Em. 8, l-emenda 'takografu' tapplika matul it-test kollu]

(2)

L-esperjenza turi li sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, jeħtieġ li jitjiebu ċerti elementi tekniċi u proċeduri ta’ kontroll.

(3)

Ċerti vetturi huma soġġetti għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (5). Sabiex tiġi żgurata l-koerenza, għandu jkun possibbli li vetturi bħal dawn jiġu eżentati mill-ambitu tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-eżenzjonijiet differenti stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, sabiex u jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-impriżi tat-trasport, sabiex titnaqqas il-burokrazija u sabiex jiġi żgurat li l-apparat ta' reġistrazzjoni t-takografi jkomplu jiżviluppaw skont il-prattika fil-qasam, filwaqt li jiġu rispettati l-għanijiet ta’ dak ir-Regolament, id-distanzi massimi permissibbli stabbiliti fih għandhom jiġu riveduti. [Em. 2]

(5)

Ir-reġistrazzjoni tad-data tal-lokazzjoni tiffaċilita l-kontroverifika tal-ħinijiet tas-sewqan u tal-perjodi ta’ mistrieħ sabiex jiġu skoperti anomaliji u frodi. L-użu tat-apparat ta’ reġistrazzjoni takografi mqabbda ma’ sistema satellitari tan-navigazzjoni globali huwa mezz xieraq u kosteffikaċi li jippermetti r-reġistrazzjoni awtomatika ta’ data bħal din sabiex jgħin lill-uffiċjali tal-kontroll matul il-kontrolli, u għalhekk għandu jiddaħħal.

(6)

Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq (6) teħtieġ li l-Istati Membri jwettqu għadd minimu ta’ kontrolli fil-ġenb tat-triq. Il-komunikazzjoni mill-bogħod bejn l-apparat ta’ reġistrazzjoni t-takografu u l-awtoritajiet tal-kontroll għal skopijiet ta’ kontroll mill-ġenb tat-triq tiffaċilita l-kontrolli mill-ġenb tat-triq immirati, li jrendi possibbli t-tnaqqis tal-piż amministrattiv maħluq minn kontrolli aleatorji fuq impriżi tat-trasport, u għalhekk għandha tiġi introdotta.

(7)

Is-sistemi ta’ trasport intelliġenti (STI) jistgħu jgħinu biex jingħelbu l-isfidi quddiem il-politika tat-trasport Ewropea, bħall-volumi u l-konġestjoni li qed jikbru tat-trasport bit-triq u l-konsum dejjem jogħla tal-enerġija. Għandhom jiġu pprovduti interfaċċji standardizzati fl-apparat ta' reġistrazzjoni fit- takografi sabiex tkun żgurata l-interoperabblità mal-applikazzjonjiet tal-STI.

(8)

Is-sigurtà tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografu u s-sistema tiegħu hija essenzjali biex jiġi żgurat li tiġi prodotta data affidabbli. Il-manifatturi għandhom għalhekk jiddisinjaw, jittestjaw u jirrevedu kontinwament l-apparat ta’ reġistrazzjoni it-takografu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu sabiex jiskopru, jipprevjenu u jimmitigaw il-vulnerabbiltajiet tas-sigurtà.

(9)

Testijiet fuq il-post tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografu li għad ma għandux approvazzjoni tat-tip jippermettu li l-apparat jiġi ttestjat f’sitwazzjonijiet tal-ħajja reali qabel jiġi introdott fuq bażi wiesgħa, li jippermetti titjib aktar malajr. It-testijiet fuq il-post għalhekk għandhom ikunu permessi, sakemm il-parteċipazzjoni f’testijiet bħal dawn u l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jkunu sorveljati u kontrollati b’mod effettiv.

(10)

Il-fitters u l-ħwienet tax-xogħol għandhom parti importanti fis-sigurtà tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografi . Huwa għalhekk xieraq li jiġu stipulati ċerti rekwiżiti minimi għall-aġġrovazzjoni u l-verifika tagħhom u li tiġi żgurata l-prevenzjoni ta' kunflitti bejn il-ħwienet tax-xogħol u l-impriżi.

(11)

Sabiex jiġu żgurati skrutinju u kontroll iżjed effettivi tal-kards tas-sewwieqa, u jiġu ffaċilitati l-kompiti tal-uffiċjali tal-kontroll, għandhom jiġu stabbiliti r-reġistri elettroniċi nazzjonali, u għandu jkun hemm provvediment għall-interkonnessjoni ta’ dawk ir-reġistri.

(12)

Minħabba li l-frodi u l-użu ħażin relatati mal-liċenzji tas-sewqan huma anqas possibbli li jseħħu milli bil-kards tas-sewwieqa, is-sistema tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografu tkun iżjed affidabbli u effettiva kieku l-kards tas-sewwieqa kellhom fil-futur jiġu inkorporati fil-liċenzi tas-sewqan. Dan l-approċċ inaqqas il-piż amministrattiv għas-sewwieqa li ma jkollhomx aktar bżonn japplikaw għal, jirċievu u jżommu żewġ dokumenti differenti. Għalhekk għandu jkun hemm provvediment għal emenda għad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (7).

(13)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq is-sewwieq u l-impriżi, għandu jiġi kkjarifikat li mhemm ebda bżonn għal prova bil-miktub ta' perjodi ta' mistrieħ kuljum jew kull ġimgħa. Għal skopijiet ta’ kontroll, il-perjodu li matulhom ma tiġix reġistrata attività għas-sewwieq għandhom jitqiesu bħala perjodi ta’ mistrieħ.

(14)

L-uffiċjali ta’ kontroll jiffaċċjaw sfidi kontinwi bħala riżultat tal-bidliet għall-apparat ta’ reġistrazzjoni għat-takografi u għal tekniki ġodda ta’ manipulazzjoni. Sabiex ikun żgurat kontroll aktar effikaċi u sabiex titjieb l-armonizzazzjoni tal-approċċi ta’ kontroll mal-Unjoni kollha, għandha tiġi adottata metodoloġija komuni għat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-uffiċjali ta’ kontroll.

(15)

Ir-reġistrazzjoni tad-data mill-apparat ta’ reġistrazzjoni mit-takografi , kif ukoll l-iżvilupp ta’ teknoloġiji għar-reġistrazzjoni ta’ data tal-lokazzjoni, il-komunikazzjoni mill-bogħod u l-interfaċċja mall-STI jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tikkonċerna l-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ data bħal din, b’mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (8) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (9) għandha tiġi applikata.

(16)

Sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq intern tat-trasport bit-triq u jingħata messaġġ ċar lis-sewwieqa u lill-impriżi tat-trasport, id-definizzjoni ta’ ksur serju ħafna kontra dan ir-Regolament għandha tkun armonizzata u tkun torbot fin-natura tagħha u l-ogħla kategorija ta’ pieni tal-Istati Membri għandhom jiġu imposti fuq ksur ‘serju ħafna’ (kif stipulat fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq (10)), mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tas-sussidjarjetà. Għandhom isiru wkoll sforzi biex jiġi żgurat li l-pieni imposti għal kwalunkwe ksur ikunu dejjem effettivi, proporzjonati u dissważivi. B'mod partikolari għandhom jittieħdu passi konkreti biex tiġi eliminata l-prattika ta’ multi għoljin wisq għal ksur minuri. [Em. 3]

(16a)

Regoli differenti għall-kalkolu tal-ħin tas-sewqan ta' kuljum iwasslu għal nuqqas ta' uniformità fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u joħolqu inċertezza legali għas-sewwieqa u għall-impriżi tat-trasport fit-trasport transkonfinali. Fl-interess ta' implimentazzjoni ċara, effettiva, proporzjonali u uniformi tar-regoli tas-sigurtà soċjali fir-rigward tat-trasport bit-triq huwa indispensabbli li l-awtoritajiet tal-Istati Membri japplikaw ir-regoli b'mod uniformi. [Em. 4]

(17)

Permezz tal-adattamenti tal-ftehim Ewropew li jikkonċerna x-xogħol ta’ ekwipaġġi ta’ vetturi impenjati fit-trasport bit-triq internazzjonali (AETR), iffirmat f’Ġinevra fl-1 ta’ Lulju 1970, inklużi s-sitt emendi tiegħu, depożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-użu tal-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB tat-takografu diġitali sar obbligatorju fir-rigward ta’ vetturi rreġistrati f’pajjiżi terzi tal-viċinat. Minħabba li dawn il-pajjiżi huma affettwati direttament mill-bidliet fl-apparat ta’ reġistrazzjoni fit-takografi introdotti minn dan ir-Regolament, dawn għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fid-djalogu dwar kwistjonijiet tekniċi u dwar it-twaqqif ta’ sistema elettronika unika għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-kards tas-sewwieqa . Għalhekk għandu jiġi stabbilit Forum dwar it-Takografi. [Em. 5, din l-emenda 'takografu diġitali' tapplika matul it-test kollu]

(18)

Sabiex ikunu jistgħu jiġu riflessi l-iżviluppi tekniċi, il-Kummisjsoni għandha tingħata b’delega s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattament dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-adattament tal-Annessi I, IB u II għall-progress tekniku u s-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi neċessarji għar-reġistrazzjoni awtomatika tad-data tal-lokazzjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni mill-bogħod u sabiex tiġi żgurata interfaċċja mas-STI. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u l-abbozzar tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(19)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jikkonċernaw it-testijiet fil-post, l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar il-kards tas-sewwieqa bejn l-Istati Membri u t-taħriġ tal-uffiċjali tal-kontroll, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (11).

(20)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-proċeduri li jridu jiġu segwiti għat-twettiq tat-testijiet fuq il-post u l-formoli li jridu jintużaw għall-monitoraġġ ta’ testijiet bħal dawn, kif ukoll il-metodoloġija għat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-uffiċjali tal-kontroll.

(21)

Il-proċedura tal-eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni fuq il-kards tas-sewwieqa bejn l-Istati Membri.

(21a)

It-trasport ta' passiġġieri u oġġetti jsir taħt klawżoli u kundizzjonijiet differenti ferm. Għaldaqstant, għandha tiġi ppreżentata mill-aktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ sal-aħħar tal-2013, reviżjoni tar-rekwiżiti tat-takografi u tar-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ għas-sewwieqa tal-kowċis. [Em. 6]

(21b)

Standards u speċifikazzjonijiet għandhom jiġu elaborati bħala standards miftuħin, li jippermettu l-integrazzjoni ta' funzjonalitajiet oħra bħal apparat tar-reġistrazzjoni ta' aċċidenti u sejħa ta’ emerġenza lill-112, wara eżami mill-Kummissjoni, fl-istess apparat. [Em. 7]

(22)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 għalhekk għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa b'dan emendat kif ġej:

(-1)

It-titolu jinbidel b’dan li ġej:

"Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar takografi għat-trasport bit-triq" [Em. 8]

(1)

L-Artikoli 1 sa 21 huma mibdula bl-artikoli li ġejjin:

‘KAPITOLU I

Prinċipji u, ambitu u rekwiżiti [Em. 9]

Artikolu 1

Suġġett u prinċipju prinċipji [Em. 10]

1.    Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għall-kostruzzjoni l-obbligi u r-rekwiżiti fir-rigward tal-kostruzzjoni , l-installazzjoni, l-użu, l-ittestjar u l-kontroll tat-takografi użati fit-trasport bit-triq għall-kontroll tal-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (12), id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (13), u d-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE ta' l-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (14). [Em. 11]

1a.     Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom l-informazzjoni u d-data rreġistrata, ipproċessata jew maħżuna minn takografu kif definit fl-Artikolu 2 jistgħu jintużaw għal skopijiet oħra għajr dawk tal-kontroll tal-konformità mal-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. [Em. 12]

2.    L-apparat ta’ reġistrazzjoni It-takografi għandhom, fir-rigward tal-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu u l-ittestjar, jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li hemm fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

2.   B’żieda mad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

apparat ta’ reġistrazzjoni takografu ’ tfisser l-apparat intiż għall-installazzjoni f’vetturi tat-triq għall-wiri, ir-reġistrazzjoni, l-istampar, il-ħżin u l-ħruġ awtomatiku jew semiawtomatiku tad-dettalji tal-moviment ta’ vetturi bħal dawn u ta’ ċerti perjodi tax-xogħol tas-sewwieqa tagħhom b’rabta mal-perjodi differenti ta’ żmien li huma parti mill-perjodi ta’ xogħol ta’ kuljum tas-sewwieqa, u ta’ data msemmija fl-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament ; [Em 13+147+148]

(b)

‘unità ta’ vettura’ tfisser l-apparat ta’ reġistrazzjoni it-takografu minbarra s-senser tal-moviment u l-kejbils li jikkonnettjaw is-senser tal-moviment. L-unità ta’ vettura tista’ tkun unità waħda jew ħafna unitajiet distribwiti fil-vettura, sakemm din tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà ta’ dan ir-Regolament; L-unità tal-vettura tinkludi unità tal-ipproċċessar, memorja tad-data, arloġġ tal-ħin reali, żewġ mezzi ta' interfaċċja għal smart cards (tas-sewwieq u l-kosewwieq), tagħmir li jistampa, apparat li juri karattri fuq skrin, twissija viżwali, konnettur tal-kalibrazzjoni/downloading, u faċilitajiet għad-dħul tal-inputs tal-utent ; [Em. 14]

(c)

‘senser tal-moviment’ tfisser parti mill-apparat ta’ reġistrazzjoni mit-takografu li jipprovdi sinjal rappreżentattiv tal-veloċità tal-vettura u/jew id-distanza vjaġġata;

(ca)

'sensur tal-piż' ifisser parti mit-takografu diġitali li tipprovdi informazzjoni dwar il-piż tal-vettura, u għalhekk tirreġistra data dwar it-tagħbija u l-ħatt tal-vettura; [Em. 149]

(d)

‘kard tat-takografu’ tfisser kard intelliġenti maħsuba għall-użu mal-apparat ta’ reġistrazzjoni mat-takografu li tippermetti għal-identifikazzjoni mit-tagħmir ta’ reġistrazzjoni mit-takografu tar-rwol tad-detentur tal-kard, u d-drittijiet tiegħu ta’ aċċess għad-data u t-trasferiment u għal-ħżin tad-data; [Em. 15]

(e)

‘formula ta’ reġistrazzjoni’ tfisser formula maħsuba biex taċċetta u żżomm id-data reġistrata, li trid titpoġġa fl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness I fit-takografu analogu u li fuqha jinkiteb rekord kontinwu tal-informazzjoni li trid tiġi reġistrata; [Em. 16, din l-emenda 'takografu analogu' tapplika matul it-test kollu]

(f)

‘kard tas-sewwieq’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lil sewwieq partikolari li tidentifika s-sewwieq u tippermetti l-ħżin tad-data tal-attività tas-sewwieq;

(fa)

'takografu analogu' tfisser takografu li juża formola ta' reġistrazzjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament; [Em. 17]

(fb)

'takografu diġitali' tfisser takografu li juża kard tat-takografu f'konformità ma' dan ir-Regolament; [Em. 18]

(g)

‘kard tal-kontroll’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lil awtorità tal-kontroll nazzjonali kompetenti li tidentifika l-korp tal-kontroll u b’mod mhux obbligatorju l-uffiċjal tal-kontroll u tippermetti aċċess għad-data maħżuna fil-memorja tad-data jew il-kards personali tas-sewwieq u fil-kard tal-ħanut tax-xogħol għall-qari, l-istampar u/jew it-tniżżil; [Em. 19]

(h)

‘kard tal-kumpanija’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lis-sid jew lid-detentur tal-vetturi armati b’apparat ta’ reġistrazzjoni b'takografu u li tidentifika s-sid jew id-detentur u tippermetti l-wiri, it-tniżżil u l-istampar tad-data maħżuna fl-apparat ta’ reġistrazzjoni f'takografu li jkun ġie magħluq b'mod sigur minn dak is-sid jew detentur;

(i)

‘kard tal-ħanut tax-xogħol’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lil persunal maħtur ta' manifattur ta’ apparat tar-reġistrazzjoni takografi, fitter, manifattur tal-vetturi jew ħanut tax-xogħol approvat minn dak l-Istat Membru li tidentifika d-detentur tal-kard u tippermetti l-ittestjar u l-kalibrazzjoni ta' u/jew it-tniżżil tal-apparat ta’ reġistrazzjoni mit-takografi ; [Em. 20]

(j)

‘perjodu ta’ xogħol ta’ kuljum’ tfisser il-perjodu li jinkludi l-ħin tas-sewqan, il-perjodi l-oħra kollha tax-xogħol, il-perjodi ta’ disponibbiltà, il-pawżi fix-xogħol u l-perjodi ta’ mistrieħ li ma jaqbżux disa’ sigħat. li jibda fil-ħin li s-sewwieq jattiva t-takografu wara perjodu ta' mistrieħ ta' ġimgħa jew ta' jum, jew, jekk il-perjodu ta’ mistrieħ ta' kuljum jinqasam f'perjodi separati, wara perjodu ta' mistrieħ li jdum mill-inqas disa' sigħat . Huwa jispiċċa fil-bidu ta' perjodu ta' mistrieħ għal jum jew, jekk il-mistrieħ għal jum jinqasam f'perjodi ta’ mistrieħ separati, fil-bidu ta' perjodu ta' mistrieħ li jestendi aktar mill-minimu ta' disa' sigħat konsekuttivi; [Em. 21]

(ja)

‘attivazzjoni’ tfisser fażi fejn it-takografu jsir kompletament operattiv u jimplimenta l-funzjonijiet kollha, inklużi l-funzjonijiet tas-sigurtà; l-attivazzjoni ta' takografu jeħtieġ l-użu ta' kard tal-ħanut tax-xogħol; [Em. 22]

(jb)

‘awtentikazzjoni’ tfisser funzjoni maħsuba biex tistabbilixxi u tivverifika l-identità ddikjarata; [Em. 23]

(jc)

'l-awtentiċità' tfisser informazzjoni ġejja minn xi ħadd li l-identità tiegħu tista' tiġi vverifikata; [Em. 24]

(jd)

'kalibrazzjoni' tfisser l-aġġornament jew l-ikkonfermar ta' parametri tal-vettura li għandhom jinżammu fil-memorja tad-data. Il-parametri tal-vettura jinkludu l-identifikazzjoni u l-karatteristiċi tal-vettura. Il-kalibrazzjoni ta' takografu teħtieġ l-użu ta' kard tal-ħanut tax-xogħol; [Em. 25]

(je)

‘it-tniżżil tad-data’ tfisser l-ikkupjar, flimkien mal-firma diġitali, ta' parti, jew ta' sett komplut ta' fajls tad-data li huma maħżuna fil-memorja tad-data tal-vettura jew fil-memorja tal-kard tat-takografu, li għalih din id-data hija meħtieġa biex tkun stabbilita l-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 561/2006; [Em. 26]

(jf)

‘avveniment’ tfisser operazzjoni li nqabdet mit-takografu li tista’ tiġi minn tentattiv ta’ frodi; [Em. 27]

(jg)

‘ħsara’ tfisser operazzjoni anormali mikxufa mit-takografu li setgħet irriżultat minħabba li t-tagħmir ħadem ħażin jew ma ħadimx; [Em. 28]

(jh)

'installazzjoni' tfisser l-armar tat-takografu ġo vettura; [Em. 29]

(ji)

'kard mhux valida' tfisser kard li ntgħarfet bħala difettuża, jew li l-awtentikazzjoni inizjali tagħha falliet, jew li l-bidu tad-data tal-validità għadha ma ntlaħqitx, jew li d-data tal-iskadenza għaddiet; [Em. 30]

(jj)

'spezzjoni perjodika' tfisser sett ta' operazzjonijiet imwettqa biex ikun hemm kontroll li t-takografu jaħdem kif suppost u li l-issettjar jikkorrispondi mal-parametri tal-vettura; [Em. 31]

(jk)

'printer' tfisser komponent tat-takografu li jipprovdi kopji stampati tad-data maħżuna; [Em. 32]

(jl)

‘tiswija’ tfisser kull tiswija ta' sensorju ta' moviment jew ta' unità ta' vettura li jenħtieġ l-iskonnettjar tal-provvista tal-elettriku, jew skonnettjar minn komponenti oħra tat-takografu, jew il-ftuħ tagħha; [Em. 33]

(jm)

‘l-approvazzjoni tat-tip’ tfisser il-proċess biex ikun iċċertifikat, minn Stat Membru, li t-takografu (jew komponent), is-softwer jew il-kard tat-takografiku taħt investigazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament; [Em. 34]

(jn)

‘l-identifikazzjoni tal-vettura’ tfisser numri li jiddentifikaw il-vettura: in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura (NRV) bl-indikazzjoni tal-Istat Membru li rreġistraha u n-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura (NIV); [Em. 35]

(jo)

‘interoperabbiltà’ tfisser il-kapaċità tas-sistemi, u tal-proċessi industrijali li dawn is-sistemi jissejsu fuqhom, li jiskambjaw id-data u jikkondividu l-informazzjoni u l-konoxxenza; [Em. 36]

(jp)

'interfaċċja' tfisser faċilità bejn sistemi li tipprovdi l-mezzi li bihom jistgħu jikkollegaw u jaġixxu ma' xulxin. [Em. 37]

Artikolu 3

Ambitu

1.   L-apparat ta' reġistrazzjoniGħandhom jiġu stallati u wżati takografi f'vetturi reġistrati fi Stat Membru li jintużaw għat-trasport ta' passiġġieri jew ta' merkanzija bit-triq li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-vetturi msemmija fl-Artikolu 13(1) u 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri jistgħu, wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, jeżentaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament il-vetturi użati għall-operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament vetturi użati għall-operazzjonijiet ta’ trasport imsemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006; dawn għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

3a.     Sal-2020 il-vetturi kollha li mhumiex eżenti mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont il-paragrafi 2 u 3 għandu jkollhom takografu intelliġenti installat skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament. [Em. 38]

4.   Fil-każ ta' operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-installazzjoni u l-użu ta' apparat ta' reġistrazzjoni takografi skont dan ir-Regolament f'kull waħda mill-vetturi li għaliha mhux meħtieġ skont il-paragrafu 1 l-installazzjoni u l-użu ta' takografu.

Artikolu 3a

Rekwiżiti bażiċi

1.     It-takografi, il-kards tat-takografi u l-folji ta’ reġistrazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti tekniċi, funzjonali u oħrajn stretti sabiex ikun żgurat li jaqdu l-ħtiġijiet essenzjali stipulati fil-paragrafu 2 u li jiksbu l-objettivi ta' dan ir-Regolament.

2.     Biex jippermetti li l-konformità mal-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli tkun kontrollata b’mod effiċjenti, it-takografu għandu jkun konformi mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin. Għal dan il-għan għandu:

(a)

jirreġistra data eżatta u affidabbli li hija relatata mal-attività tas-sewwieq u l-vettura;

(b)

ikun sigur, sabiex tkun garantita l-integrità u l-oriġini tas-sors ta’ data rreġistrata u miksuba minn unitajiet tal-vettura, sensuri tal-moviment u kards tat-takografu;

(c)

ikun interoperabbli;

(d)

ikun faċli biex jintuża.

3.     It-takografu għandu jiġi ddisinjat u użat b'tali mod li jiżgura l-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.

4.     It-takografi għandhom jiġu ppożizzjonati fil-vettura b’tali mod li jintlaħqu u jinqraw kompletament mill-pożizzjoni bilqiegħda normali tas-sewwieq, jippermettu lis-sewwieq jaċċessa u jopera b’mod sikur waqt is-sewqan il-funzjonijiet neċessarji minn pożizzjoni bilqiegħda u ma jneħħux l-attenzjoni tas-sewwieq minn fuq it-triq.

5.     It-tniżżil tad-data għandu jitwettaq b’dewmien minimu għall-intrapriżi tat-trasport jew għas-sewwieqa.

6.     It-tniżżil ta’ data ma jistax iwassal għal alterazzjoni jew tħassir ta’ data. It-tniżżil tal-fajl iddettaljat tal-veloċità mhux bilfors li jkun meħtieġ biex tkun stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, imma madankollu jista' jsir u jintuża għal raġunijiet oħrajn, bħal fl-investigazzjoni ta’ xi inċident. [Em. 39]

Artikolu 3b

Il-funzjonijiet tat-takografu

It-takografu għandu jiżgura l-funzjonijiet li ġejjin:

(1)

Inserzjoni u rtirar ta' kards ta' monitoraġġ,

(2)

kejl tal-veloċità u tad-distanza,

(3)

kejl tal-ħin,

(4)

monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sewwieq,

(5)

monitoraġġ tal-istat tas-sewqan,

(6)

tniżżil manwali tas-sewwieq,

(7)

tniżżil ta' postijiet fejn jibdew u/jew jispiċċaw perjodi tax-xogħol ta' kuljum,

(8)

tniżżil manwali tal-attivitajiet tas-sewwieq,

(9)

tniżżil ta’ kondizzjonijiet speċifiċi,

(10)

amministrazzjoni tas-serraturi tal-kumpanija,

(11)

monitoraġġ tal-attivitajiet tal-kontroll,

(12)

kxif ta' avvenimenti u/jew ħsarat,

(13)

testijiet mibnija fih u dawk tiegħu stess,

(14)

qari mill-memorja tad-data,

(15)

reġistrazzjoni u ħżin fil-memorja tad-data,

(16)

qari minn kards tat-takografu,

(17)

reġistrazzjoni u ħżin fuq kards tat-takografu,

(18)

it-turija ta' karattri fuq skrin,

(19)

stampar,

(20)

twissijiet,

(21)

tniżżil ta' data għal fuq medja esterna,

(22)

data ta' ħruġ għall-apparati esterni addizzjonali,

(23)

kalibrazzjoni,

(24)

aġġustament tal-ħin,

(25)

apparat li juri l-kumplament tal-ħin tas-sewqan,

(26)

apparat li juri l-ħin tal-pawża li jkun ittieħed. [Am. 40]

Artikolu 3c

Data li trid tiġi rreġistrata

1.     It-takografu diġitali għandu jirreġistra d-data li ġejja:

(a)

id-distanza vvjaġġata, u l-veloċità tal-vettura;

(b)

il-kejl tal-ħin;

(c)

il-pożizzjoni tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta' ħidma ta' kuljum tas-sewwieq u ta’ kull operazzjoni ta’ trasport;

(d)

l-identità tas-sewwieq;

(e)

l-attività tas-sewwieq;

(f)

id-data ta' kalibrazzjoni, inkluż l-identità tal-ħanut tax-xogħol;

(g)

avvenimenti u ħsarat.

2.     It-takografu analogu għandu jirreġistra mill-inqas id-data msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (e).

3.     L-aċċess għad-data miġbura fit-takografu jista’ jingħata f’kull ħin:

(a)

lill-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti għall-verifiki ta’ kontroll, u,

(b)

lill-impriża tat-trasport rilevanti sabiex tikkonforma mal-obbligi legali tagħha, b’mod partikolari kif stipulat fl-Artikoli 28 u 29.

L-aċċess għal data li fiha data personali għandu jingħata biss wara l-awtorizzazzjoni xierqa f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-ħarsien tad-data. [Em. 41]

Artikolu 3d

Stampa fuq l-iskrin

1.     It-takografu għandu jkun jista’ juri:

(a)

data tal-mankanza,

(b)

data relatata ma' twissijiet,

(c)

data relatata mal-aċċess tal-menu,

(d)

data oħra rikjesta mill-utent f’konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3c,

(e)

informazzjoni relatata mas-sewwieq:

jekk l-attività kurrenti hija "QED ISSUQ", il-ħin kurrenti ta' sewqan kontinwu tiegħu u l-ħin kumulattiv kurrenti ta' pawża tiegħu,

jekk l-attività kurrenti tiegħu hija "MHUX QED ISSUQ", id-dewmien kurrenti tal-attività (minn meta ntgħażlet) u l-ħin kumulattiv kurrenti ta' pawża tiegħu.

2.     Informazzjoni addizzjonali tista' tintwera mit-takografu, basta tingħaraf b'mod ċar mill-informazzjoni meħtieġa hawn fuq.

3.     Meta l-ebda informazzjoni oħra ma teħtieġ li tintwera, it-takografu għandu juri, b'mankanza, is-segwenti:

ħin,

mod ta’ tħaddim,

l-attività kurrenti tas-sewwieq u l-attività kurrenti tal-kosewwieq.

Il-wiri ta' data relatata ma' kull sewwieq għandha tkun ċara, sempliċi u mhux ambigwa. Fil-każ fejn l-informazzjoni relatata mas-sewwieq u mal-kosewwieq ma tistax tintwera fl-istess ħin, it-takografu għandu juri b'mankanza l-informazzjoni relatata mas-sewwieq u għandu jippermetti lill-utent biex juri l-informazzjoni relatata mal-kosewwieq.

4.     It-takografu għandu juri informazzjoni ta' twissija skont l-Artikolu 3d. Deskrizzjoni letterali tat-twissija tista' tiżdied ukoll fil-lingwa magħżula tas-sewwieq. [Em. 42]

Artikolu 3e

Twissijiet

1.     It-takografu għandu jagħti twissija lis-sewwieq meta jinduna b'xi kwalunkwe avveniment u/jew difett. It-takografu għandu jagħti twissija lis-sewwieq 15-il minuta qabel ma jinqabeż il-ħin massimu ta' sewqan kontinwu permess u fil-ħin li dan jinqabeż.

2.     It-twissijiet għandhom ikunu viżwali. It-twissijiet viżwali għandhom jintgħarfu b'mod ċar mill-utent, ikunu eżibiti b'mod li s-sewwieq jarahom u għandhom ikunu leġibbli b'mod ċar kemm bi nhar kif ukoll bil-lejl. Twissijiet bis-smigħ jistgħu jingħataw ukoll mat-twissijiet viżwali.

3.     Twissijiet għandhom idumu mill-inqas 30 sekonda, sakemm ma jkunx rikonoxxut mill-utent billi jagħfas kwalunkwe buttuna fuq it-takografu.

4.     Il-kawża tat-twissija għandha tintwera fuq it-takografu u tibqa' viżibbli sakemm ikun rikonoxxut mill-utent billi juża buttuna jew kmand speċifiku tat-takografu. Twissijiet addizzjonali jistgħu jkunu pprovduti, basta li dawn ma jħawdux lis-sewwieqa meta mqabbla ma' dawk definiti qabel. [Em. 43]

Artikolu 3f

Protezzjoni tad-data u privatezza

1.     L-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament għandu jitwettaq skont id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità indipendenti pubblika tal-Istat Membru rilevanti msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE.

2.     Id-data strettament neċessarja għall-iskop tal-ipproċessar biss għandha tiġi proċessata.

3.     L-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data personali reġistrata, proċessata u maħżuna mit-takografu, l-integrità tad-data u l-prevenzjoni tal-frodi kif ukoll il-manipulazzjoni illegali ta’ din id-data.

Miżuri ta’ sigurtà xierqa għandhom jiġu adottati biex jiggarantixxu li d-data personali tkun protetta b’mod partikolari fir-rigward ta’:

l-użu ta’ sistema satellitari tan-navigazzjoni globali (GNSS) għar-reġistrazzjoni tad-data tal-lokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4,

l-użu ta’ komunikazzjoni mill-bogħod għal skopijiet ta’ kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 5,

l-użu ta’ takografu b’interfaċċja armonizzata kif imsemmi fl-Artikolu 6,

l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni fuq il-kards tas-sewwieqa kif imsemmi fl-Artikolu 26,

iż-żamma ta’ rekords mill-impriżi tat-trasport kif imsemmi fl-Artikolu 29.

4.     Is-sidien tal-vetturi u/jew tal-impriżi tat-trasport għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data personali.

5.     Sabiex ikunu promossi l-prattiki tal-protezzjoni tad-data tajba, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Artikolu 29 għandhom ikunu parti mill-Forum tat-Takografu previst fl-Artikolu 41 ta’ dan ir-Regolament.

6.     Kull skambju ta’ data transkonfinali ma’ awtoritajiet ta’ pajjżi terzi fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jeħtieġ l-eżistenza ta’ salvagwardji ta’ protezzjoni tad-data adegwati biex ikun żgurat li livell adegwat ta’ protezzjoni jkun garantit, f’konformità mal-Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva 95/46/KE. [Em. 44]

Artikolu 3g

Speċifikazzjonijiet

1.     Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 39 biex tadotta l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati neċessarji biex jiġu emendati u ssupplimentati l-Annessi ma’ dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li t-takografu, il-kards tat-takografu u s-softwer użat mill-uffiċjali tal-kontroll għall-analiżi u l-interpretazzjoni tad-data maħżuna fit-takografu jikkonformaw mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fil-Kapitoli I u II.

2.     Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati msemmija fil-paragrafu 1 sa … (15).

3.     Fejn hu relevanti, u skont il-qasam kopert bl-ispeċifikazzjoni, l-ispeċifikazzjoni tista’ tinkludi waħda jew aktar mit-tipi ta’ dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dispożizzjonijiet funzjonali li jiddeskrivu r-rwoli tad-diversi utenti u l-fluss tal-informazzjoni bejniethom;

(b)

dispożizzjonijiet tekniċi li jipprevedu li l-mezzi tekniċi jissodisfaw id-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti funzjonali stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(c)

dispożizzjonijiet organizzazzjonali li jiddeskrivu l-obbligi proċedurali tad-diversi partijiet interessati;

(d)

dispożizzjonijiet ta’ servizz li jiddeskrivu d-diversi livelli ta’ servizzi u l-kontenut tagħhom.

4.     L-ispeċifikazzjonijiet għandhom, fejn xieraq, ikunu bbażati fuq standards u għandhom jiggarantixxu l-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà bejn id-diversi verżjonijiet u ġenerazzjonijiet ta’ unitajiet tal-vetturi, kards tat-takografi u tagħmir tal-awtoritajiet tal-infurzar.

5.     Fir-rigward tal-prestazzjoni tal-funzjonijiet tat-takografu intelliġenti msemmija fil-Kapitolu II, l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jinkludu r-rekwiżiti meħtieġa li jiggarantixxu l-akkuratezza u l-affidabilità tad-data pprovduta mill-użu ta’ apparti esterni mwaħħal mat-takografu.

6.     Kwalunkwe data li tista’ tiġi trażmessa jew miġbura ġewwa jew barra mit-takografu, kemm jekk bla fili jew elettronikament, kemm jekk tifforma parti minn rekwiżit legali jew le, għandha tkun fil-forma ta’ protokolli pubblikament disponibbli.

7.     Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt inkluż analiżi dwar il-benefiċċji tan-nefqa qabel l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-Kapitoli II. [Em. 45]

KAPITOLU II

Apparat ta’ reġistrazzjoni Takografi intelliġenti

Artikolu 4

Reġistrazzjoni tad-data ta’ lokazzjoni

1.    Id-data ta’ lokazzjoni għandha tiġi reġistrata biex tippermetti l-identifikazzjoni tal-post tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum. Sabiex tkun faċilitatà l-verifika tal-konformità mal-leġiżlazzjoni relevanti, il-pożizzjoni tal-post tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum u ta’ kull operazzjoni ta’ trasport għandha tiġi reġistrata b’mod awtomatiku . Għal dak il-fini, il-vetturi fis-servizz għall-ewwel darba 48 xahar 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet kif imsemmija f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 3g ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu mgħammra b’apparat ta’ reġistrazzjoni takografu konness ma’ GNSS. [Em. 46]

1a.     Fir-rigward tal-konnessjoni tat-takografu ma’ sistema ta’ satellita ta’ navigazzjoni globali (GNSS), kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jsir użu biss minn konnessjonijiet ta’ servizz ta’ lokalizzazzjoni ta’ satellita li jisfruttaw servizz ta’ lokalizzazzjoni bla ħlas. M’għanda tinħażen fit-takografu ebda data oħra ta’ lokazzjoni minbarra dik espressa, kull fejn possibbli, f'koordinati ġeografiċi għad-determinazzjoni tal-postijiet tal-bidu u tat-tmiem imsemmija fil-paragrafu 1. [Em. 47]

2.    Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jirrigwardaw is-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati neċessarji li jippermettu l-ipproċessar tad-data ta’ lokazzjoni riċevuta mill-GNSS mill-apparat ta’ reġistrazzjoni mit-takografu kif stabbilit f'dan l-Artikolu .

B'mod partikolari, l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

għandhom ikunu bbażati fuq l-użu ta' servizz ta' GNSS mingħajr ħlas;

hija biss id-data ta' lokazzjoni meħtieġa strettament biex tiġi kkontrollata l-informazzjoni rreġistrata mit-takografu mill-awtoritajiet ta' kontroll li għandha tiġi reġistrata awtomatikament u b'mod obbligatorju;

għandha titwettaq u tkun pubblikament disponibbli valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-data qabel l-adozzjoni tal-atti delegati msemmija f'dan l-Artikolu;

l-użu ta' sinjali awtentikati m'għandux ikun obbligatorju sakemm ma jkunux jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas.

L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jistabbilixxu t-tip ta’ avvenimenti li jistgħu jikkawżaw reġistrazzjoni awtomatika ta’ pożizzjoni u s-sitwazzjoni li għaliha għandha tibqa’ possibbli reġistrazzjoni manwali. L-ispeċifikazzjoni għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti differenti għar-riċevitur tal-GNSS dwar jekk huwiex barra t-takografu jew huwiex integrat fih, u jekk ikun barra, kif il-GNSS għandha tiġi kkorrelata ma' data oħra dwar il-moviment tal-vettura. [Em. 48]

2a.     Kull użu ieħor tad-data ta' lokazzjoni rreġistrata mit-takografu għandu jkun volontarju għal impriżi tat-trasport u għandu jkun konformi mal-qafas legali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. [Em. 49]

Artikolu 5

Komunikazzjoni Identifikazzjoni mill-bogħod għal skopijiet ta’ kontroll bikrija ta' manipulazzjoni jew użu ħażin possibbli [Em. 50]

1.   Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq mill-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti, l-apparat ta’ reġistrazzjoni it-takografu installat fil-vetturi fis-servizz reġistrati għall-ewwel darba [48 xahar 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] tal-ispeċifikazzjonijiet imesmmija f’dan l-Artikolu u l-Artikolu 3g għandhom ikunu jistgħu jikkomunikaw lil data lil dawk l-awtoritajiet waqt li l-vettura tkun miexja. [Em. 51]

1a.     L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tal-kontroll tagħhom tagħmir ta’ ditezzjoni bikrija mill-bogħod li huwa meħtieġ biex jippermetti l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata f’dan l-Artikolu. [Em. 52]

2.   Għandha tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-apparat ta’ reġistrazzjoni biss l-komunikazzjoni tad-data, imsemmija fil-paragrafu 1, mat-takografu meta jkunmitlub mill-apparat tal-awtoritajiet tal-kontroll. Din għandha tkun sigura sabiex jiġu żgurati l-integrità tad-data u l-awtentifikazzjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni u ta’ kontroll. L-aċċess għad-data kkomunikata għandu jkun ristrett għal dawk awtorizzati biex jinfurzaw biex jiġi kkontrollat il-ksur ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) 561/2006 u għall-ħwienet tax-xogħol safejn ikun meħtieġ li jiġi vverifikat il-funzjonament tajjeb tat-takografu. [Em. 53]

3.   Id-data skambjata matul il-komunikazzjoni għandha tkun limitata għad-data neċessarja għall-iskop tal-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq. Tali data għandha tirrigwarda l-avvenimenti li ġejjin jew data rreġistrata mit-takografu:

It-tentattiv ta’ ksur ta’ sigurtà l-aktar riċenti

L-itwal interruzzjoni tal-provvista tal-elettriku

Ħsara fis-senser

Żball f’data ta’ moviment

Kunflitt fil-moviment tal-vettura

Sewqan mingħajr kard valida

Introduzzjoni tal-kard waqt is-sewqan

Data dwar l-aġġustament tal-ħin

Kalibrazzjoni tad-data inkluż id-dati tal-aħħar żewġ kalibrazzjonijiet

Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Vettura

Id-data li tikkonċerna l-identità u n-nazzjonalità tas-sewwieq, l-attivitajiet tas-sewwieq u l-veloċità ma għandhiex tiġi komunikata. [Em. 54]

4.   Id-data skambjata għandha tintuża għall-iskop uniku tal-kontroll tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (KE) Nru 561/2006. Din ma għandhiex tiġi trażmessa lil entitajiet minbarra l-awtoritajiet ta’ kontroll jew korpi ġudizzjarji, fil-qafas ta' proċedura ġudizzjarja li tkun għadha għaddejja . [Em. 55]

5.   Id-data tista’ tiġi maħżuna biss mill-awtoritajiet ta’ kontroll għad-dewmien ta’ kontroll fil-ġenb tat-triq, u għandha tiġi mħassra mhux aktar tard minn sagħtejn wara li din tiġi konkluża li tkun ġiet ikkomunikata sakemm id-data ma tindikax manipulazzjoni jew użu ħażin possibbli tat-takografu . Jekk matul il-kontroll fil-ġenb tat-triq sussegwenti l-manipulazzjoni jew l-użu ħażin ma jiġix ikkonfermat, id-data trażmessa għandha titħassar. Data marbuta mal-identifikazzjoni tal-vettura jew ma’ paremtru tekniku li ma fih ebda data personali jista’ jintuża mill-awtoritajiet ta’ kontroll għal raġunijiet statistiċi. [Em. 56]

6.   Is-sid jew id-detentur tal-vettura għandu jkun L-impriża tat-trasport li tħaddem il-vettura għandha tkun responsabbli li jinforma tinforma lis-sewwieq dwar il-possibbiltà ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. [Em. 57]

7.    F’ebda ċirkostanza l-komunikazzjoni tal-kontroll mill-bogħod tat-tip deskritt f’dan l-Artikolu ma twassal għal multi jew pieni awtomatiċi għas-sewwieq jew l-impriża. L-awtorità tal-kontroll kompetenti, abbażi tad-data skambjata, tista’ tiddeċiedi li twettaq kontroll fuq il-vettura u t-takografu. Ir-riżultat tal-komunikazzjoni mill-bogħod ma għandux iwaqqaf l-awtoritajiet ta’ kontroll mill-jwettqu kontrolli mal-ġenb tat-triq ibbażta fuq is-sistema tal-klassifikazzjoni tar-riskju introdotta mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq (16). [Em. 58]

8.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jikkonċernaw is-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet dettaljati neċessarji biex jippermettu l-komunikazzjoni mill-bogħod bejn l-apparat ta’ reġistrazzjoni it-takografu u l-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti stabbiliti f’dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista' wkoll testendi l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1 jekk tkun tista' turi fl-aħħar ta' dak il-perjodu li għad m'hemm l-ebda apparat xieraq disponibbli li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet mitluba. [Em 59+122]

Artikolu 6

Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (STI)

1.   L-apparat ta’ reġistrazzjoni It-takografu diġitali għandu jkun interoperabbli mal-applikazzjonijiet tal-STI kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (17).

1a.     Hija biss data rreġistrata mit-takografu li hi strettament meħtieġa għall-ipproċessar f’applikazzjoni ta’ STI li tista’ tkun aċċessibbli.

Data rreġistrata mit-takografu tista’ tiġi trasmessa lill-applikazzjonijiet tal-ITS sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

l-interfaċċja ma taffettwax l-awtentiċità u l-integrità tad-data tat-takografu;

(b)

l-apparat estern konness mal-interfaċċja għandu aċċess għal data personali, inkluż data ta’ ġeolokalizzazzjoni, wara biss il-kunsens verifikabbli tas-sewwieq li għalih id-data hija relatata. [Em. 60]

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-vetturi fis-servizz għall-ewwel darba [48 xahar 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament] tal-ispeċifikazzjoni tekniċi msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mgħammra b’apparat ta’ reġistrazzjoni b’takografu b’interfaċċja armonizzata li tippermetti jippermetti li d-data reġistrata jew prodotta li għandha tintuża għall-applikazzjonijiet tal-STI. [Em. 61]

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jikkonċernaw is-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet l-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tal-interfaċċja armonizzata , id-drittijiet tal-aċċess u l-lista tad-data li jista’ jkun hemm aċċess għaliha.

Il-Kummissjoni tista' wkoll testendi l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1 jekk tkun tista' turi fl-aħħar ta' dak il-perjodu li għad m'hemm l-ebda apparat xieraq disponibbli li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet mitluba.

Prijorità għandha tingħata lill-iżvilupp ta’ applikazzjoni tal-ITS armonizzata li tippermetti li s-sewwieqa jinterpretaw id-data reġistrata fit-takografu sabiex tgħinhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni soċjali. [Em 62+123]

KAPITOLU III

Approvazzjoni tat-tip

Artikolu 7

Applikazzjonijiet

1.   Il-manifatturi jew l-aġenti tagħhom għandhom jissottomettu applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ unità ta’ vettura, senser tal-piż, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu jew softwer li jintuża mill-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti biex janalizzaw id-data, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip magħżula għal dan l-iskop minn kull Stat Membru u li l-kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tagħhom huma rikonoxxuti mill-kumitat ta' ġestjoni tal-Grupp Uffiċjali Għoli dwar Is-Siġurtà tat-Tagħrif (SOG-IS) fil-qafas tal-ftehima Ewropea ta' għarfien reċiproku . Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat tal-Ġestjoni tal-ftehim SOG-IS qabel ma tittieħed kull deċiżjoni ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ta’ pajjiż terz . [Em 63+150]

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni tal-anqas tliet xhur wara … (18) l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet magħżula skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-awtoritajiet magħżula għall-approvazzjoni tat-tip fuq il-websajt tagħha. [Em. 64]

2a.     L-approvazzjoni tat-tip ta' takografi u ta' kards takografiċi għandhom jinkludu testijiet relatati mas-sigurtà, testijiet funzjonali u testijiet tal-interoperabbiltà. Riżultati pożittivi għal kull wieħed minn dawn it-testijiet għandhom jiġu ċċertifikati kif xieraq. [Em. 65]

3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandha tkun akkumpanjata mill-ispeċifikazzjonijiet xierqa u miċ-ċertifikati msemmija fit-Taqsima VIII tal-Anness IB. Il-Kummissjoni għandha taħtar l-evalwaturi indipendenti li għandhom jagħtu ċ-ċertifikat tas-sigurtà dwar is-sigurtà, l-funzjonalità u l-interoperabilità . Għandha tipprovdi wkoll tagħrif dwar kif elementi tat-takografu jiġu siġillati. [Em. 66]

3a.     Iċ-ċertifikat tas-sigurtà li jiddikjara l-konformità ma' miri ta' sigurtà għandu jingħata skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Iċ-ċertifikat tas-sigurtà għandu jinħareġ minn korp taċ-ċertifikazzjoni rikonoxxut mill-Kummissjoni.

Ċertifikat funzjonali għandu jinħareġ lill-manifattur biss wara li t-testijiet funzjonali kollha speċifikati skont dan ir-Regolament, li jiċċertifika li l-oġġett ittestjat jissodisfa r-rekwiżiti xierqa f'termini ta' funzjonijiet imwettqa, kejl eżatt u karatteristiċi ambjentali, ikunu għaddew b’suċċess. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha toħroġ iċ-ċertifikat funzjonali.

Ċertifikat tal-interoperabilità jingħata minn laboratorju wieħed bl-awtorità u r-responsabbiltà tal-Kummissjoni. It-testijiet ta’ interoperabilità, li jiċċertifikaw li t-takografi u l-kard tat-takografu huma interoperabbli totalment mat-takografi meħtieġa jew mal-mudelli tal-kards tat-tokografi, għandhom jitwettqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Ebda test ta’ interoperabilità ma għandu jitwettaq mil-laboratorju għal takografu jew kards tat-takografu li ma ngħatawx ċertifikat tas-sigurtà u ċertifikat ta’ funzjonalità, ħlief fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija f'dan ir-Regolament.[Em. 67]

3b.     Kull modifika fis-softwer jew ħardwer tat-takografu jew fin-natura tal-materjali użati għall-manifattura tiegħu għandhom, qabel ma jintużaw, jiġu nnotifikati lill-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip għat-tagħmir. Din l-awtorità għandha tikkonferma lill-manifattur l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip, jew tista' tirrikjedi aġġornament jew konferma taċ-ċertifikati rilevanti funzjonali, tas-sigurtà u/jew tal-interoperabilità. [Em. 68]

4.   Applikazzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe tip wieħed ta’ unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu tista’ tiġi ppreżentata biss lil Stat Membru wieħed.

Artikolu 8

L-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip

Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-komponent lil kwalunkwe xorta ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew, kard tat-takografu jew softwer għall-interpretazzjoni mill-awtoritajiet ta' kontroll ta' data maħżuna mit-takografu li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I jew IB stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f'dan ir-Regolament , kemm-il darba dak l-Istat Membru jkun f’pożizzjoni li jikkontrolla li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. [Em. 69]

Kwalunkwe modifika fil-mudell approvat jew xi żidiet miegħu jridu jirċievu approvazzjoni tat-tip tal-UE addizzjonali mill-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip tal-UE oriġinali.

Artikolu 9

Marka tal-approvazzjoni tat-tip

L-Istati Membri għandhom joħorġu lill-applikant marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE li għandha taqbel mal-mudell muri fl-Anness II, għal kull tip ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu li dawn japprovaw skont l-Artikolu 8.

Artikolu 10

Approvazzjoni jew ċaħda

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom, fir-rigward ta' kull tip ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew, kard tat-takografu jew softwer għall-interpretazzjoni mill-awtoritajiet ta' kontroll ta' data maħżuna mit-takografu, li dawn japprovaw, għandhom jibagħtu fi żmien xahar kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni flimkien ma' kopji tal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti inkluż informazzjoni dwar is-siġilli , lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra. [Em. 70]

Meta l-awtoritajiet kompetenti ma japprovawx l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra li l-approvazzjoni ġiet miċħuda u għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.

Artikolu 11

Konformità tal-apparat mal-approvazzjoni tat-tip

1.   Jekk Stat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 8 isib li kwalunkwe unità ta’ vettura, senser tal-moviment, formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu li jkollhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE li huwa jkun ħareġ ma jkunux jaqblu mal-prototip li huwa jkun approva, huwa għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jaqblu mal-prototip approvat. Il-miżuri li jistgħu jittieħdu, jekk dan ikun meħtieġ, jistgħu jwasslu għall-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

2.   Stat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jirtira din l-approvazzjoni jekk unità ta’ vettura, senser tal-moviment, formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu li jkunu ġew approvati ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jew jekk juru waqt l-użu xi difett ġenerali li jagħmilhom mhux xierqa għall-iskop li huma maħsubin għalih.

3.   Jekk Stat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE jiġi nnotifikat minn Stat Membru ieħor dwar wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, huwa għandu wkoll, wara li jikkonsulta lill-Istat Membru l-ieħor, jieħu l-passi msemmija f'dawk il-paragrafi, soġġett għall-paragrafu 5.

4.   Stat Membru li jivverifika li seħħ wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jista' jipprojbixxi, sa ma jingħata avviż ulterjuri, it-tpoġġija fis-suq u l-użu ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, formuli ta’ reġistrazzjoni jew kards tat-takografu. L-istess japplika fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, formuli ta’ reġistrazzjoni jew kards tat-takografu li jkunu ġew eżentati mill-verifika inizjali tal-UE, jekk il-manifattur, wara li jkun ingħata twissija, ma jġibx l-apparat konformi mal-mudell approvat jew mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

F'kull każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil xulxin u lill-Kummissjoni, fi żmien xahar, b'kull irtirar ta' approvazzjonjijiet tat-tip tal-UE jew b'kull miżuri oħrajn meħuda skont il-paragrafi 1, 2, u 3, u għandhom jispeċifikaw ir-raġunijet għal din l-azzjoni.

5.   Jekk Stat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE joġġezzjona dwar l-eżistenza ta' xi wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jiġu nnotifikati lilu, l-Istati Membri involuti għandhom jippruvaw isolvu t-tilwima u għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata.

Jekk taħditiet bejn l-Istati Membri ma jirriżultawx fi ftehim fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta ma' esperti mill-Istati Membri kollha u wara li tkun ikkunsidrat il-fatturi rilevanti kollha, bħal fatturi ekonomiċi u tekniċi, għandha tieħu deċiżjoni fi żmien sitt xhur mill-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ erba’ xhur li trid tiġi nnotifikata lill-Istati Membri involuti u fl-istess ħin kkomunikata lill-Istati Membri l-oħra. F'kull każ il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limitu taż-żmien għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni.

Artikolu 12

Approvazzjoni tal-formuli ta’ reġistrazzjoni

1.   Applikant għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' mudell ta' formula ta' reġistrazzjoni jrid jistqarr fl-applikazzjoni tiegħu it-tip jew tipi ta' apparat ta' reġistrazzjoni msemmija fl-Anness takografi analogi li għalihom hija intiża biex tintuża l-formula inkwistjoni, u għandu jipprovdi apparat xieraq ta' dan it-tip sabiex tkun tista' tiġi ittestjata l-formula.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jindikaw fuq iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni għall-mudell tal-formula ta' reġistrazzjoni t-tip jew tipi ta' apparat ta' reġistrazzjoni takografi analogi li għalihom jista' jintuża l-mudell tal-formula.

Artikolu 13

Ġustifikazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda

Kull deċiżjoni meħuda taħt dan ir-Regolament li tiċħad jew li tirtira l-approvazzjoni tat-tip ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu għandha tispeċifika fid-dettall ir-raġunijet li hija bbażata fuqhom. Għandha tiġi kkomunikata deċiżjoni lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi infurmata dwar ir-rimedji li għandha għad-dispożizzjoni tagħha taħt il-liġijiet tal-Istati Membri u dwar il-limiti ta' żmien għall-użu ta' dawn ir-rimedji.

Artikolu 14

Rikonoxximent ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni takografi bl-approvazzjoni tat-tip

L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta li jirreġistra vetturi mgħammra b'apparat ta' reġistrazzjoni b'takografi , jew jipprojbixxi l-għoti ta' servizzi jew l-użu ta' din il-vettura għal xi raġuni marbuta mal-fatt li l-vettura hija mgħammra b'apparat bħal dan, jekk l-apparat ikollu l-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmija fl-Artikolu 9 u l-plakka ta' installazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(4).

Artikolu 15

Sigurtà

1.   Il-manifatturi għandhom jiddisinjaw, jittestjaw u jirrevedu unitajiet ta’ vettura, sensers tal-moviment, sensers tal-piż jew kards tat-takografu mmanifatturati sabiex jiskopru l-vulnerabbiltajiet li jinqalgħu fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, u jipprevjenu jew jimmitigaw l-isfruttament possibbli tagħhom. Il-frekwenza tat-testijiet għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru li jkun ta ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni, f'limitu ta' żmien li ma għandux jaqbeż is-sentejn. [Em 71+151]

2.   Għal dan l-iskop, il-manifatturi għandhom jissottomettu d-dokumentazzjoni xierqa lill-evalwatur indipendenti lill-korp taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) fl-Artikolu 7(3a) għall-analiżi tal-vulnerabbiltajiet. [Em. 72]

3.   Evalwaturi indipendenti Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-korp taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(3a) għandhom iwettqu testijiet ta’ penetrazzjonijiet fuq l-unitajiet tal-vetturi, is-sensers tal-moviment u l-kards tat-takografi biex jikkonfermaw li l-vulnerabbiltajiet magħrufa ma jistgħux jiġu sfruttati minn individwi fil-pussess ta' għarfien magħruf b'mod pubbliku. [Em. 73]

3a.     Jekk matul it-testijiet kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 3, jiġu skoperti vulnerabbiltajiet fl-unità tal-vettura, is-sensers tal-moviment jew il-kards tat-takografi, dawn l-elementi ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq. F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jirtiraha, f'konformità mal-Artikolu 11(2). [Em. 74]

3b.     Meta manifattur jew korp ta’ ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(3a) jidentifika vulnerabilità serja ħafna fl-unità tal-vettura, is-sensers tal-moviment jew il-kards tat-takografi u dawn l-elementi jkunu diġà tqiegħdu fis-suq, il-manifattur jew il-korp ta’ ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(3a) għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru mingħajr dewmien. [Em. 75]

3c.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-problema msemmija fil-paragrafu 3b tiġi indirizzata, b'mod partikolari mill-manifattur, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-vulnerabilitajiet misjuba u l-miżuri previsti jew meħuda. [Em. 76]

Artikolu 16

Testijiet fuq il-post

1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw testijiet fuq il-post ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni takografu li ma jkollux approvazzjoni tat-tip. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b’mod reċiproku l-awtorizzazzjonijiet mogħtija minn Stat Membru wieħed.

2.   Sewwieqa u impriżi tat-trasport li jipparteċipaw f’test fuq il-post għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 561/2006. Sabiex juru tali konformità, is-sewwieqa għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31(2).

3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri li jridu jiġu segwiti fit-twettiq ta’ testijiet fuq il-post u l-formoli li jridu jintużaw sabiex jiġu mmonitorjati dawn it-testijiet fuq il-post. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 40(2).

KAPITOLU IV

Installazzjoni u spezzjoni

Artikolu 17

Installazzjoni u tiswija

1.   L-apparat ta' reġistrazzjoni Takografi jistgħu jiġu installati jew imsewwija biss minn fitters jew minn ħwienet tax-xogħol approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għal dak il-għan b’konformità mal-Artikolu 19.

2.   Il-fitters jew il-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jissiġillaw l-apparat ta’ reġistrazzjoni it-takografu skont l-ispeċifikazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Artikolu 10, wara li jkunu vverifikaw il-funzjonament tajjeb tiegħu, u b’mod partikolari li l-ebda apparat ta’ manipulazzjoni ma jista’ juża jew ibiddel id-data reġistrata. [Em. 77]

3.   Il-fitter jew il-ħanut tax-xogħol approvat għandu jpoġġi marka speċjali fuq is-siġilli li jwaħħal u, barra minn hekk, għat-takografu diġitali, għandu jniżżel id-data elettronika ta' sigurtà biex jitwettqu l-kontrolli tal-awtentikazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom iżommu reġistru tal-marki u tad-data elettronika tas-sigurtà użati u tal-kards tal-ħanut tax-xogħol u tal-fitters approvati maħruġa.

4.   Sabiex jiġi ċċertifikat li l-installazzjoni tal-apparat ta' reġistrazzjoni tat-takografu seħħet skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandha tintuża plakka ta' installazzjoni mwaħħla kif stipulat fl-Annessi I u IB.

5.   Siġill għandu jitneħħa mill-fitters jew mill-ħwienet tax-xogħol approvati mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-paragrafu 1 jew mill-uffiċjali tal-kontroll, jew fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Anness I, it-Taqsima V, il-punt 4 jew fl-Anness IB, it-Taqsima V, il-punt 3. [Em. 78]

Artikolu 17a

Siġillar

1.     Il-parti li ġejja tat-takografu għandha tiġi ssiġillata:

kull konnessjoni li, jekk tkun skonnettjata, tikkawża bidliet li ma jintgħarfux jew telf ta' data li ma jkunx jista' jiġi identifikat;

il-plakka tal-installazzjoni, sakemm ma tkunx imwaħħla b'tali mod li ma tkunx tista' titneħħa mingħajr ma l-marki tagħha jinqerdu.

2.     Siġill jista’ jitneħħa biss minn fitters jew ħwienet tax-xogħol approvati mill-awtoritajiet kompetenti skont Artikolu 17(1) jew mill-uffiċjali ta' kontroll ċertifikati, jew fiċ-ċirkostanzi deskritti f'dan ir-Regolament.

3.     Kull darba li jinkiser siġill għandha titħejja stqarrija bil-miktub li tagħti r-raġunijiet għal din l-azzjoni u għandha titqiegħed għad-disponibbiltà tal-awtorità kompetenti. [Em. 79]

Artikolu 18

Spezzjonijiet tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografi

L-apparat ta’ reġistrazzjoni It-takografi għandhom jkunu soġġetti għal spezzjoni regolari minn ħwienet tax-xogħol approvati. Għandha titwettaq spezzjoni regolari mill-anqas kull sentejn.

Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jinkludu l-kontrolli minimi li ġejjin:

(1)

li t-takografu qed jaħdem kif suppost;

(2)

li t-takografu għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip;

(3)

li l-marka tal-installazzjoni hija mwaħħla;

(4)

li s-siġilli fuq it-takografu u fuq partijiet oħra tal-installazzjoni huma intatti;

(5)

li ma hemm ebda tagħmir ta’ manipulazzjoni mwaħħal mat-takografu. [Em. 80]

Il-ħwienet tax-xogħol għandhom iħejju rapport ta’ spezzjoni fil-każijiet fejn kellhom jissewwew irregolaritajiet fil-funzjonament tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografu , irrispettivament minn jekk dan iseħħx bħala riżultat ta’ spezzjoni perjodika, jew spezzjoni mwettqa fuq talba speċifika tal-awtorità kompetenti nazzjonali. Il-ħwienet tax-xogħol għandhom iżommu lista tar-rapporti kollha ta’ spezzjoni li jiġu ppreparati.

Ir-rapporti tal-ispezzjoni għandhom jinżammu mill-ħanut tax-xogħol għal perjodu minimu ta’ sentejn minn meta jsir ir-rapport. Fuq talba mill-awtorità kompetenti, il-ħwienet tax-xogħol għandhom jagħmlu disponibbli r-rapporti tal-ispezzjonijiet u l-kalibrazzjonijiet imwettqa matul dak il-perjodu.

Artikolu 19

Approvazzjoni tal-fitters u l-ħwienet tax-xogħol

1.   L-Istati Membri għandhom japprovaw, jikkontrollaw regolarment u jiċċertifikaw lill-fitters u l-ħwienet tax-xogħol li jistgħu jwettqu l-installazzjonijiet, il-kontrolli, l-ispezzjonijiet u t-tiswijiet tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografi .

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fitters u l-ħwienet tax-xogħol ikunu kompetenti u affidabbli. Għal dan l-iskop, dawn għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw sett ta’ proċeduri nazzjonali ċari u għandhom jiżguraw li l-kriterji minimi li ġejjin jiġu sodisfati:

(a)

il-persunal ikun imħarreġ kif xieraq;

(b)

l-apparat neċessarju għat-twettiq tat-testijiet u l-kompiti rilevanti jkun disponibbli;

(c)

il-fitters u l-ħwienet tax-xogħol huma ta’ reputazzjoni tajba.

3.   Il-verifiki tal-fitters u l-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jitwettqu kif ġej:

(a)

Fitters jew ħwienet tax-xogħol approvati għandhom ikunu soġġetti għal verifika annwali tal-proċeduri applikati mill-ħanut tax-xogħol fil-ġestjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografi . Il-verifika għandha tiffoka b’mod partikolari fuq il-miżuri ta’ sigurtà meħuda u l-ġestjoni tal-kards tal-ħanut tax-xogħol.

(b)

Kontrolli tekniċi mingħajr preavviż tal-fitters jew tal-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jitwettqu għall-kontroll tal-kalibrazzjonijiet u tal-installazzjonijiet li jkunu twettqu. Dawn il-kontrolli għandhom ikopru mill-anqas 10 % 20 % tal-ħwienet tax-xogħol approvati kull sena. [Em. 81]

4.   L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu kunflitti ta’ interess bejn il-fitters u l-ħwienet tax-xogħol u l-impriżi tat-trasport tat-triq. B’mod partikolari, jekk impriża tat-trasport qed topera wkoll bħala fitter jew ħanut tax-xogħol approvat, din ma għandhiex tkun awtorizzata tinstalla u tikkalibra apparat tar-reġistrazzjoni fil-vetturi tagħha stess. fil-każ ta’ risku serju ta’ kunflitt ta’ interess, għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi addizzjonali biex jiżguraw li l-fitter jew il-ħanut tax-xogħol jikkonforma ma’ dan ir-Regolament . [Em. 82]

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-listi ta’ fitters u ħwienet tax-xogħol approvati u l-kards maħruġin minnhom, kif ukoll kopji tal-marki u tal-informazzjoni neċessarja relatata mad-data tas-sigurtà elettronika użata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-fitters u l-ħwienet tax-xogħol approvati fuq il-websajt tagħha.

6.   L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-approvazzjoni, jew temporanjament jew inkella b’mod permanenti, mill-fitters u l-ħwienet tax-xogħol li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament.

6a.     L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jipprosegwixxu l-offerta dejjem tikber ta’ installazzjonijiet frodulenti u l-installazzjoni ta’ strumenti ta’ manipulazzjoni għat-takografi fuq l-internet. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-attivitajiet tagħhom f’dan ir-rigward; il-Kummissjoni għandha imbagħad tagħmel l-informazzjoni disponibbli lill-awtoritajiet l-oħra kollha ta’ kontroll tal-UE sabiex tinfurmahom dwar il-prattiki l-aktar ġodda f’installazzjoni u manipulazzjoni frodulenti. [Em. 152]

Artikolu 20

Kards tal-ħanut tax-xogħol

1.   Il-perjodu ta’ validità amministrattiva tal-kards tal-ħwienet tax-xogħol ma jistgħux jaqbżu aktar minn sena. Meta tiġġedded il-kard tal-ħanut tax-xogħol, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-kriterji elenkati fl-Artikolu 19(2) jkunu ssodisfati mill-fitters jew mill-ħanut tax-xogħol. [Em. 83]

2.   Jekk il-kard tal-ħanut tax-xogħol tiġi estiża, issirilha ħsara, taħdem ħażin, jew tintilef jew tinsteraq, l-awtorità għandha tipprovdi kard ta’ sostituzzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi talba dettaljata għal dan. L-awtorità li toħroġ il-kard għandha żżomm reġistru tal-kards mitlufin, misruqin jew difettużi.

3.   Meta Stat Membru jirtira l-approvazzjoni ta’ fitter jew ħanut tax-xogħol kif stabbilit fl-Artikolu 19, dan għandu jirtira wkoll il-kards tal-ħanut tax-xogħol maħruġin lilu.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jevitaw li l-kards tal-ħwienet tax-xogħol distribwiti lil fitters u ħwienet tax-xogħol approvati jiġu ffalsifikati.

KAPITOLU V

Kards tas-sewwieqa

Artikolu 21

Ħruġ tal-kards tas-sewwieqa

1.   Il-kard tas-sewwieq għandha tinħareġ, fuq talba tas-sewwieq, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-sewwieq ikun normalment residenti. Din għandha tinħareġ fi żmien xahar 15 il-ġurnata minn meta l-awtorità kompetenti tirċievi t-talba. [Em. 84]

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘residenza normali’ tfisser il-post fejn il-persuna normalment tgħix, jiġifieri mill-anqas għal 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rbit personali u okkupazzjonali, jew, fil-każ ta’ persuna mingħajr irbit okkupazzjonali, minħabba rbit personali li juri konnessjonijiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn qed tgħix; madankollu, ir-residenza normali ta’ persuna li l-irbit okkupazzjonali tagħha huwa f’post differenti mill-irbit personali tagħha u li konsegwentement tgħix f’postijiet differenti li jinsabu f’żewġ Stati Membri jew iżjed għandha titqies li hija l-post tal-irbit personali tagħha, sakemm persuna bħal din tirritorna f’dak il-post regolarment. Mhijiex meħtieġa konformità ma’ din l-aħħar kundizzjoni jekk il-persuna tkun qed tgħix fi Stat Membru biex twettaq inkarigu fuq perjodu fiss.

3.   Is-sewwieqa għandhom jagħtu xhieda tar-residenza normali tagħhom permezz ta' mezzi approprjati, bħalma hi l-kard tal-identità jew dokument validu ieħor. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-kard tas-sewwieq ikollu dubji dwar il-validità ta' dikjarazzjoni dwar ir-residenza normali, jew għal finijiet ta’ ċerti kontrolli speċifiċi, dawn jistgħu jitolbu aktar informazzjoni jew evidenza.

3a.     Mingħajr preġudizzju għall-post ta' residenza tas-soltu u bil-għan li tiġi garantita kompetizzjoni ġusta fit-trasport bit-triq internazzjonali, il-kuntratt ta' impjieg individwali tas-sewwieqa internazzjonali għandu jkun regolat mid-dritt tal-pajjiż li fih, jew alternattivament, li minnu, fid-dawl tal-fatturi kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet tiegħu, is-sewwieq jaqdi, fuq bażi regolari, il-maġġoranza tal-obbligi tiegħu fil-konfront ta' min iħaddmu, fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt tiegħu. [Em. 132]

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru awtorizzanti għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiżguraw li l-applikant ma jkollux diġà kard valida ta' sewwieq u għandhom jippersonalizzaw il-kard tas-sewwieq skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness IB.

5.   Għal skopijiet amministrattivi, il-kard tas-sewwieq ma tistax tkun valida għal aktar minn ħames snin.

6.   Kard tas-sewwieq valida ma tistax tiġi rtirata jew sospiża ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jindunaw li l-kard ġiet falsifikata, jew is-sewwieq ikun qiegħed juża kard li huwa mhuwiex id-detentur tagħha, jew li l-kard li jkollu tkun inkisbet bis-saħħa ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew dokumenti ffalsifikati. Jekk dawn il-miżuri ta' sospensjoni jew ta' rtirar jittieħdu minn Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru konċernat, dan tal-ewwel għandu jirritorna l-kard lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħariġha , mill-aktar fis possibbli, u għandu jindika r-raġunijiet għalfejn qiegħed jirritornaha għall-irtirar jew is-sospensjoni . [Em. 85]

7.   Il-kards tas-sewwieqa għandhom jinħarġu biss lill-applikanti li jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

8.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw kull possibbiltà li l-kards tas-sewwieqa jiġu ffalsifikati.

Artikolu 22

Użu tal-kards tas-sewwieqa

1.   Il-kard tas-sewwieq hija personali.

2.   Is-sewwieq jista' jkollu kard valida waħda biss, u huwa awtorizzat li juża biss il-kard tiegħu personalizzata ta' sewwieq. Sewwieq ma għandux juża kard tas-sewwieq li tkun diffettuża jew li tkun skadiet.

Artikolu 23

Tiġdid tal-kards tas-sewwieqa

1.   Meta sewwieq ikun jixtieq iġedded il-kard tas-sewwieq tiegħu, għandu japplika mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza normali mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol qabel l-iskadenza tal-kard.

2.   Meta l-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza normali jkunu differenti minn dawk li jkunu ħarġu l-kard u fejn dawn ta’ qabel ikunu mitluba jġeddu l-kard tas-sewwieq, dawn għandhom jinformaw lill-awtoritajiet li ħarġu l-kard l-antika bir-raġunijiet għat-tiġdid tagħha.

3.   Fil-każ ta’ talba għat-tiġdid ta’ kard li d-data tal-iskadenza tagħha tkun qed toqrob, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi kard ġdida wara d-data tal-iskadenza sakemm dik it-talba tkun intbagħtet fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 24

Kards tas-sewwieqa misruqin, mitlufin jew difettużi

1.   L-awtorità li toħroġ il-kards għandha żżomm rekords tal-kards tas-sewwieqa maħruġin, misruqin, mitlufin jew difettużi għal perjodu mill-anqas ekwivalenti għall-perjodu tagħhom ta’ validità amministrattiva.

2.   Jekk kard tas-sewwieq ikollha l-ħsara jew ma taħdimx sew, is-sewwieq għandu jirritornaha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza normali. Is-serq tal-kard tas-sewwieq għandu jiġi ddikjarat formalment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat fejn ikun seħħ is-serq.

3.   It-telf tal-kard tas-sewwieq għandu jiġi rrapportat f’dikjarazzjoni formali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħariġha u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza normali jekk dan ikun differenti.

4.   Jekk il-kard tas-sewwieq issirilha ħsara, taħdem ħażin jew tintilef jew tinsteraq, is-sewwieq għandu fi żmien sebat ijiem kalendarji japplika għas-sostituzzjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza normali tiegħu. Dawn l-awtoritajiet għandhom jipprovdu kard ta’ sostituzzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievu talba dettaljata għal dan.

5.   Fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 4, is-sewwieq jista’ jkompli jsuq mingħajr kard tas-sewwieq għal perjodu massimu ta’ 15-il jum kalendarju jew għal perjodu itwal jekk dan ikun neċessarju għall-vettura biex tmur lura lejn is-sit tagħha, sakemm is-sewwieq jista’ juri l-impossibbiltà li jipproduċi jew juża l-kard matul dan il-perjodu.

Artikolu 25

Rikonoxximent reċiproku u skambju tal-kards tas-sewwieqa

1.   Il-kards tas-sewwieqa maħruġa mill-Istati Membri għandhom ikunu rikonoxxuti reċiprokament.

2.   Meta d-detentur ta’ kard tas-sewwieq valida maħruġa minn Stat Membru jkun stabbilixxa r-residenza normali tiegħu fi Stat Membru ieħor, jista’ jitlob li l-kard tiegħu tiġi mibdula għal kard tas-sewwieq ekwivalenti. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istat Membru li jagħmel il-bidla li jivverifika jekk il-kard li ġiet ippreżentata għadhiex valida.

3.   L-Istati Membri li jwettqu dan il-bdil għandhom jirritornaw il-kard il-qadima lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħariġha u jindikaw ir-raġunijiet għaliex.

4.   Meta Stat Membru jissostitwixxi jew ibiddel kard tas-sewwieq, is-sostituzzjoni jew il-bidla għandha tiġi rreġistrata f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 26

Skambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar il-kards tas-sewwieqa

1.   Sabiex jiġi żgurat li applikant ma jkollux diġà kard tas-sewwieq valida kif imsemmi fl-Artikolu 21(4), l-Istati Membri għandhom iżommu reġistri elettroniċi nazzjonali li jkun fihom l-informazzjoni li ġejja dwar il-kards tas-sewwieqa għal perjodu li huwa mill-anqas ekwivalenti għall-perjodu ta’ validità amministrattiva tagħhom:

Il-kunjom u l-ewwel isem tas-sewwieq

Id-data u l-post tat-twelid tas-sewwieq

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan validu u l-pajjiż li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan (jekk applikabbli) [Em. 86]

L-istatus tal-kard tas-sewwieq.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi jkunu interkonnessi u aċċessibbli fl-Unjoni kollha , bl-użu tas-Sistema ta’ Messaġġi TACHOnet jew sistema kompatibbli . [Em. 87]

3.   Meta joħorġu, iġeddu jew jissostitwixxu kard tas-sewwieq, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw permezz ta’ skambju ta’ data elettronika li s-sewwieq ma għandux diġà kard tas-sewwieq valida oħra. Id-data skambjata għandha tkun limitata għad-data neċessarja għall-fini ta’ din il-verifika.

4.   L-uffiċjali tal-kontroll jista’ għandu jkollhom aċċess għar-reġistru elettroniku sabiex jikkontrollow l-istatus tal-kard tas-sewwieq. [Em. 88]

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi proċeduri komuni u speċifikazzjonijiet neċessarji għall-interkonnessjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż il-format għad-data skambjata, il-proċeduri tekniċi għall-konsulenza elettronika tar-reġistri elettroniċi nazzjonali, il-proċeduri ta’ aċċess u l-mekkaniżmi ta’ sigurtà. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 40(3).

Artikolu 27

Integrazzjoni tal-kards tas-sewwieqa mal-liċenzji tas-sewqan

Il-kards tas-sewwieqa għandhom jinħarġu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu sat-18 ta’ Jannar 2018. B’effett mid-19 ta’ Jannar 2018, il-kards tas-sewwieqa għandhom ikunu inkorporati fil-liċenzji tas-sewqan u maħruġa, mġedda, mibdula u ssostitwiti skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126/KE.

Fi żmien 24 xahar minn … (19), il-Kummissjoni għandha twettaq Valutazzjoni tal-Impatt dwar il-fattibilità u l-merti li jkunu amalgamati l-kards kollha użati minn sewwieqa professjonali, b’mod partikolari l-kard tas-sewwieq mal-liċenzja tas-sewwieq, sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ frodi li qed iseħħ bħalissa fir-rigward tal-kards. B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha teżamina s-soluzzjonijiet tekniċi kollha li huma disponibbli, il-problemi ta’ kompatibilità tal-kards u l-kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tad-data. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew fi żmien 30 xahar minn … (19). [Em. 89]

KAPITOLU VI

Użu ta’ apparat

Artikolu 28

Użu korrett tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografi

1.   L-impriża tat-trasport, is-sid tal-vettura u s-sewwieq għandhom jiżguraw il-funzjonament korrett u l-użu xieraq tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografu u l-kard tas-sewwieq fejn sewwieq ikun meħtieġ isuq vettura armata bl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB b’takografu diġitali. Kull meta jintuża takografu analogu, l-impriża tat-trasport u s-sewwieq għandhom jiżguraw il-funzjonament tajjeb tiegħu u l-użu xieraq tal-folja ta’ reġistrazzjoni. [Em. 90]

1a.     It-takografu diġitali m’għandux jiġi stabbilit b’mod li jaqleb awtomatikament għal indikazzjoni speċifika meta l-magna jew l-ignition tal-vettura tintefa. Is-sewwieq għandu jkun jista’ jagħżel manwalment kategorija, skont l-attività jew il-mistrieħ tiegħu wara t-tifi. [Em. 91]

2.   Għandu jkun ipprojbit li wieħed jiffalsifika, jaħbi, jissopprimi jew jeqred id-data rreġistrata fuq il-formula ta’ reġistrazzjoni, li tkun maħżuna fl-apparat ta’ reġistrazzjoni fit-takografu jew fuq il-kard tas-sewwieq, jew fuq il-kopji stampati li joħorġu mill-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB mit-takografu diġitali . Kwalunkwe manipulazzjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografi , tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew tal-kard tas-sewwieq li tista’ tirriżulta fil-falsifikazzjoni, soppressjoni jew qerda tad-data u/jew tal-informazzjoni stampata għandha tkun ipprojbita wkoll. Ebda apparat li jista’ jintuża għal dan il-għan ma għandu jkun preżenti fuq il-vettura.

3.   Il-vetturi ma għandhomx ikunu armati b’aktar minn apparat ta’ reġistrazzjoni takografu wieħed ħlief għall-fini tat-testijiet fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 16.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, ir-reklamar u/jew il-bejgħ ta’ apparat mibni u/jew maħsub għall-manipulazzjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografi .

4a.     L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jipprosegwixxu l-offerta dejjem tikber ta’ installazzjonijiet frodulenti u l-installazzjoni ta’ strumenti ta’ manipulazzjoni għat-takografi fuq l-internet. [Em. 153]

Artikolu 29

Ir-responsabbiltà tal-impriża

-1.

L-impriża tat-trasport għandha:

(1)

tagħti lis-sewwieqa li timpjega jew li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha t-taħriġ u l-istruzzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-funzjonament korrett tat-takografi;

(2)

twettaq kontrolli regolari biex tiżgura li s-sewwieqa li timpjega jew li huma għad-dispożizzjoni tagħha jagħmlu użu tajjeb mit-takografi u;

(3)

ma tagħti ebda inċentivi diretti jew indiretti lis-sewwieqa li timpjega jew li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha li jistgħu jinkoraġġixxu l-użu ħażin tat-takografi. [Em. 92]

1.

L-impriża tat-trasport għandha toħroġ għadd suffiċjenti ta’ formuli tar-reġistrazzjoni lis-sewwieqa tal-vetturi mgħammra bl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness I b'takografu analogu b’kunsiderazzjoni tal-fatt li dawn il-formuli huma ta’ natura personali, it-tul tal-perjodu tas-servizz u l-possibbiltà tal-bżonn li jinbidlu l-formuli li ssirilhom ħsara, jew li jkunu ttieħdu minn uffiċjal awtorizzat tal-ispettorat. L-impriża tat-trasport għandha toħroġ lis-sewwieqa formuli ta’ reġistrazzjoni ta’ mudell approvat biss li huwa xieraq għall-użu fl-apparat installat fil-vettura.

Meta l-vettura tkun mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB b'takografu diġitali l-impriża tat-trasport u s-sewwieq għandhom jiżguraw li, b’kunsiderazzjoni tat-tul tal-perjodu ta’ servizz, l-istampar meta mitlub kif imsemmi fl-Anness IB jista’ jsir b’mod korrett fil-każ ta’ spezzjoni.

2.

L-impriża tat-trasport għandha żżomm il-formuli ta’ reġistrazzjoni u l-kopji stampati, kull meta jkunu nħarġu kopji stampati b’konformità mal-Artikolu 31, f'ordni kronoloġika u f'forma li tista' tinqara għal mill-inqas sena wara l-użu tagħhom u għandha tagħti kopji lis-sewwieqa kkonċernati li jitolbuhom. L-impriża tat-trasport għandha wkoll tagħti kopja tad-data mniżżla mill-kards tas-sewqan, lis-sewwieqa kkonċernati li jitolbuhom u l-verżjonijiet tal-kopji stampati ta' dawn il-kopji. Il-formuli ta' reġistrazzjoni, il-kopji stampati u d-data mniżżla għandhom jintwerew jew jingħataw meta mitluba minn kwalunkwe uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.

3.

Impriża tat-trasport għandha tkun responsabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament imwettaq mis-sewwieqa tal-impriża. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri jew minn dawk li jkunu għad-dispożizzjoni tagħha . Waqt li Stati Membri jistgħu li jżommu l-impriżi tat-trasport kompletament responsabbli, jekk jagħmlu dan l-Istati Membri jistgħu madankollu jqisu kwalunkwe prova li turi li l-impriża tat-trasport ma tistax raġonevolment tinżamm responsabbli għall-ksur li jkun sar.

L-awtoritajiet ta' kontroll għandhom jagħmlu kontrolli regolari skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006. [Em 94+124+133]

Artikolu 30

Użu tal-kards tas-sewwieqa u l-formuli ta’ reġistrazzjoni

1.   Is-sewwieqa għandhom jużaw il-formuli ta’ reġistrazzjoni jew il-kards tas-sewwieqa kull jum li fih isuqu, li jibda mill-mument meta jieħdu f’idejhom il-vettura. Il-formula ta’ reġistrazzjoni jew il-kard tas-sewwieq ma għandhiex tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum sakemm dan l-irtirar ma jiġix awtorizzat mod ieħor. Ebda formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tas-sewwieq ma tista’ tintuża fuq perjodu itwal minn dak li hija maħsuba għalih.

2.   Is-sewwieq għandu jipproteġi b’mod xieraq il-formuli ta’ reġistrazzjoni jew il-kards tas-sewwieqa, u ma għandux juża formuli jew kards li jkunu maħmuġin jew bil-ħsara.

3.   Meta s-sewwieq ma jkunx jista' juża l-apparat ta’ reġistrazzjoni t-takografu installat fil-vettura minħabba li s-sewwieq kien 'il bogħod mill-vettura, il-perjodi tal-ħin imsemmija fil-punti (ii) u (iii) tal-paragrafu 5(b) għandhom:

(a)

jekk il-vettura tkun mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness I b'takografu analogu jiddaħħlu fil-formula ta’ reġistrazzjoni, jew manwalment, jew b'reġistrazzjoni awtomatika jew b'mezzi oħra, b'mod li jistgħu jinqraw u mingħajr ma titħammeġ il-formula; jew

(b)

jekk il-vettura tkun mgħammra bl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB b'takografu diġitali , jiddaħħlu fil-kard tas-sewwieq bl-użu tal-faċilità ta' dħul manwali li hemm fl-apparat ta’ reġistrazzjoni fit-takografu .

Għal fini ta’ kontroll, il-perjodi ta’ ħin li matulhom ma tiġix irreġistrata attività għandhom jitqiesu bħala mistrieħ jew pawża. Is-sewwieqa mhumiex obbligati jirreġistraw il-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa meta L-Istati Membri m'għandhom jimponu rekwiżit fuq is-sewwieqa li jippreżentaw formoli li juru l-attivitajiet tagħhom waqt li jkunu 'l bogħod mill-vettura. [Em. 95]

4.   Fejn ikun hemm aktar minn sewwieq wieħed fuq il-vettura mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjoni b'takografu diġitali , kull sewwieq għandu jiżgura illi l-kard tas-sewwieq tiegħu tiddaħħal fl-islott it-tajjeb fl-apparat ta’ reġistrazzjoni fit-takografu .

Meta jkun hemm iktar minn sewwieq wieħed f’vettura mgħammrabl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB b'takografu analogu , is-sewwieqa għandhom jemendaw il-formuli ta’ reġistrazzjoni skont kif ikun hemm bżonn, sabiex l-informazzjoni msemmija fit-Taqsima II (a), (b) u (c) tal-Anness I tiġi rreġistrata fuq il-formula ta’ reġistrazzjoni tas-sewwieq li jkun attwalment qiegħed isuq.

5.   Is-sewwieqa għandhom:

(a)

jiżguraw li l-ħin irreġistrat fuq il-formula jaqbel mal-ħin uffiċjali fil-pajjiż ta' reġistrazzjoni tal-vettura;

(b)

joperaw il-mekkaniżmi tal-iswiċċ li jippermettu li l-perjodi ta' ħin li ġejjin jiġu rreġistrati separatament u b'mod distint:

(i)

taħt is-sinjal

Image

: ħin ta' sewqan,

(ii)

taħt is-sinjal

Image

: ‘xogħol ieħor’, li tfisser kull attività minbarra s-sewqan, kif definita fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2002/15/KE, kif ukoll kull xogħol għall-istess persuna li tħaddem jew għal xi persuna oħra li tħaddem kemm fis-settur tat-trasport jew barra minnu,

(iii)

taħt is-sinjal

Image

: ‘disponibbiltà’, kif definita fl-Artikolu 3(b) tad-Direttiva 2002/15/KE;

(iv)

taħt is-sinjal

Image

: pawżi fix-xogħol u perjodi ta' mistrieħ.

6.   Kull sewwieq għandu jdaħħal l-informazzjoni li ġejja fuq il-formula ta' reġistrazzjoni tiegħu:

(a)

meta jibda juża l-formula — kunjomu u l-ewwel isem tiegħu;

(b)

id-data u l-post fejn jibda l-użu tal-formula u d-data u l-post fejn jintemm dan l-użu;

(c)

in-numru ta' reġistrazzjoni ta' kull vettura li huwa jkun ġie assenjat għaliha, kemm fil-bidu tal-ewwel vjaġġ irreġistrat fuq il-formula kif ukoll, fil-każ ta' bdil tal-vettura, waqt l-użu tal-formula;

(d)

il-qari tal-odometru:

(i)

fil-bidu tal-ewwel vjaġġ irreġistrat fuq il-formula,

(ii)

fit-tmiem tal-aħħar vjaġġ irreġistrat fuq il-formula,

(iii)

fil-każ ta' bidla fil-vetturi waqt ġurnata tax-xogħol, il-qari fuq l-ewwel vettura li huwa ġie assenjat għaliha u l-qari fuq il-vettura ta’ wara;

(e)

il-ħin ta' kull bidla tal-vettura.

7.   Is-sewwieq għandu jdaħħal fl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB fit-takografu diġitali is-simboli tal-pajjiżi li fihom jibda u jtemm il-perjodu tax-xogħol tiegħu ta' kuljum. Madankollu, Stat Membru jista' jeħtieġ li s-sewwieqa ta' vetturi involuti f'operazzjonijiet ta' trasport fit-territorju tiegħu jżidu aktar speċifikazzjonijiet ġeografiċi dettaljati mas-simbolu tal-pajjiż sakemm l-Istat Membru jkun innotifikahom lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' April 1998. [Em. 96]

Mhuwiex neċessarju li s-sewwieqa jdaħħlu din l-informazzjoni jekk l-apparat ta’ reġistrazzjoni takografu jirreġistra awtomatikament id-data tal-lokazzjoni skont l-Artikolu 4.

Artikolu 31

Kards tas-sewwieqa jew formuli ta’ reġistrazzjoni bil-ħsara

1.   Fil-każ li ssir ħsara lill-formula li jkun fiha reġistrazzjonijiet jew lill-kard tas-sewwieq, is-sewwieqa għandhom iwaħħlu l-formula jew il-kard tas-sewwieq li tkun ġratilha l-ħsara mal-formula żejda użata biex tibdilha.

2.   Jekk il-kard tas-sewwieq ikollha l-ħsara, ma tkunx taħdem sew, jew tkun intilfet jew insterqet, is-sewwieq għandu:

(a)

fil-bidu tal-vjaġġ tiegħu, jistampa d-dettalji tal-vettura li jkun qiegħed isuq, u għandu jdaħħal f'dik il-kopja stampata:

(i)

id-dettalji li bihom is-sewwieq jista' jiġi identifikat (l-isem, in-numru tal-kard tas-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma tiegħu;

(ii)

il-perjodi tal-ħin imsemmija fl-Artikolu 30 (5) (b) (ii), (iii) u (iv);

(b)

fl-aħħar tal-vjaġġ, jistampa l-informazzjoni dwar il-perjodi ta' ħin irreġistrati mill-apparat ta’ reġistrazzjoni mit-takografu , jirreġistra kull perjodu ta' xogħol ieħor, disponibbiltà u mistrieħ li jkun ħa mill-ħin mindu saret il-kopja stampata fil-bidu tal-vjaġġ, meta ma jkunx irreġistrat mill-apparat ta’ reġistrazzjoni mit-takografu, u jimmarka fuq dak id-dokument id-dettalji li bihom is-sewwieq jista' jiġi identifikat (l-isem, in-numru tal-kard s-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma tiegħu.

Artikolu 32

Rekords li jridu jinġarru mis-sewwieq

1.   Fejn is-sewwieq isuq vettura li tkun mgħammrabl-apparat ta' reġistrazzjoni b'takografu anologu msemmi fl-Anness I, is-sewwieq għandu jkun kapaċi juri, kull meta jintalab minn uffiċjal li jispezzjona:

(i)

il-formuli ta’ reġistrazzjoni għall-jum attwali u dawk użati mis-sewwieq fit-28 jum ta’ qabel,

(ii)

il-kard tas-sewwieq jekk dan ikollu waħda, u

(iii)

kull rekord manwali u kopji stampati li jkunu saru matul il-jum attwali u t-28 jum ta’ qabel kif meħtieġ taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006.

2.   Meta s-sewwieq isuq vettura mgħammrabl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB b'takografu diġitali , hu għandu jkun kapaċi juri, kull meta jintalab minn uffiċjal li jispezzjonaw:

(i)

il-kard tas-sewwieq tiegħu,

(ii)

kull rekord manwali u kopja stampata li tkun saret matul il-jum attwali u t-28 jum ta' qabel kif mitlub taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006, u

(iii)

il-formuli ta’ reġistrazzjoni li jaqblu mal-istess perjodu bħal dak imsemmi fil-punt (ii) li matulu huwa saq vettura mgħammrabl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness I b'takografu analogu .

3.   Uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat ċċertifikat jista' jivverifika l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 billi janalizza l-formuli ta’ reġistrazzjoni, tad-data murija jewstampata jew imniżżla li tkun ġiet irreġistrata mill-apparat ta' reġistrazzjoni mit-takografu jew mill-kard tas-sewwieq jew, fin-nuqqas ta' dan, billi janalizza kwalunkwe dokument ieħor ta' appoġġ illi jiġġustifika n-nuqqas ta' konformità ma’ xi disposizzjoni, bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 24(2) u 33(2) ta’ dan ir-Regolament. [Em. 97]

3a.     Il-Kummissjoni għandha twettaq studju tar-reġimi ta’ infurzar fl-Istati Membri kollha, fi żmien 18-il xahar mill-għoti tal-ewwel Ċertifikati tal-Uffiċjali tal-Infurzar, biex tistabbilixxi kemm hemm uffiċjali ċċertifikati f’kull Stat Membru.

Minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sena, jippreċiżaw it-taħriġ li rċevew l-uffiċjali, u n-numru ta’ Uffiċjali tal-Infurzar attivi li jkunu kisbu ċ-Ċertifikat ta' Nfurzar Ewropew. [Em. 98]

Artikolu 33

Proċeduri fil-każ ta’ apparat li ma jaħdimx sew

1.   Fil-każ ta' ħsara jew operazzjoni difettuża tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografu , l-impriża tat-trasport trid tieħdu għat-tiswija għand fitter jew ħanut tax-xogħol approvat, hekk kif jippermettu ċ-ċirkostanzi.

Jekk il-vettura ma tkunx tista' tittieħed lura lejn il-post fi żmien perjodu ta' ġimgħa kkalkulat mill-ġurnata tal-ħsara jew ta' meta tinstab l-operazzjoni difettuża, it-tiswija għandha ssir fit-triq.

Miżuri meħuda minn Stati Membri skont l-Artikolu 37 jistgħu jagħtu setgħa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex għandhom jinkludu s-setgħa tal-awtoritajiet kompetenti li jipprojbixxu l-użu tal-vettura f'każijiet fejn ħsara jew operazzjoni difettuża ma tkunx ġiet irranġata skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan l-Artikolu. [Em. 99]

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tagħmel verifiki ta’ trattament indaqs bejn vetturi nazzjonali u barranin sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni. [Em. 100]

2.   Waqt li l-apparat ta' reġistrazzjoni t-takografu jkun bil-ħsara jew ma jkunx qiegħed jaħdem sew, is-sewwieqa għandhom jimmarkaw data li tippermetti l-identifikazzjoni tas-sewwieq (l-isem, in-numru tal-kard tas-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma, kif ukoll l-informazzjoni kollha għad-diversi perjodi ta' żmien li ma jkunux għadhom irreġistrati jew stampati b'mod korrett mill-apparat ta' reġistrazzjoni mit-takografu :

(a)

fuq il-formula jew formuli ta’ reġistrazzjoni, jew

(b)

fuq formula temporanja li trid tiġi mehmuża mal-formula ta’ reġistrazzjoni jew tinżamm flimkien mal-kard tas-sewwieq.

KAPITOLU VII

Protezzjoni tad-data, Infurzar u pieni [Em. 101]

Artikolu 34

Protezzjoni ta’ data personali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament jitwettaq skont id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità indipendenti pubblika tal-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE.

2.   L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiżguraw li d-data personali tkun protetta fir-rigward ta’:

l-użu ta’ sistema satellitari tan-navigazzjoni globali (GNSS) għar-reġistrazzjoni tad-data tal-lokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4,

l-użu ta’ komunikazzjoni mill-bogħod għal skopijiet ta’ kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 5,

l-użu ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni ma’ interfaċċja armonizzata kif imsemmi fl-Artikolu 6,

l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni fuq il-kards tas-sewwieqa kif imsemmi fl-Artikolu 26,

iż-żamma ta’ rekords mill-impriżi tat-trasport kif imsemmi fl-Artikolu 29.

3.   L-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB għandu jkun magħmul f’mod li jiżgura l-privatezza. Id-data strettament neċessarja għall-iskop tal-ipproċessar biss għandha tiġi proċessata.

4.   Is-sidien tal-vetturi u/jew tal-impriżi tat-trasport għandhom jikkonformaw, fejn applikabbli, mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data personali. [Em. 102]

Article 34a

L-uffiċjali tal-kontroll

1.     Biex tiġi mmonitorjata kif jixraq il-konformità ma’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu disponibbli biżżejjed tagħmir standard u setgħat legali xierqa għall-uffiċjali kollha ċetifikati tal-kontroll biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari:

(a)

L-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll għandu jkollhom fil-pussess tagħhom kards ta’ kontroll li jippermettulhom aċċess għad-data rreġistrata fit-takografu u fil-kards tat-takografi, inkluża l-kard tal-ħanut tax-xogħol.

(b)

L-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll għandu jkollhom l-għodod armonizzati u standardizzati u s-softwer tat-tip approvat biex iniżżlu l-fajls tad-data tal-unità tal-vettura u l-kards tat-takografu u jkunu jistgħu janalizzaw malajr dawn il-fajls tad-data u l-kopji stampati mit-takografu diġitali flimkien mal-folji jew ċarts mit-takografu analogu.

2.     Jekk wara li jkunu wettqu kontroll, l-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll isibu biżżejjed provi li jqajmu suspett raġonevoli ta’ frodi, għandu jkollhom is-setgħa li jakkumpanjaw il-vettura sa ħanut tax-xogħol awtorizzat biex jitwettqu aktar testijiet biex jiġi kkontrollat, b’mod partikolari:

(a)

li t-takografu jaħdem kif suppost;

(b)

li t-takografu jirreġistra u jaħżen id-data korrettament; u

(c)

li l-parametri tal-kalibrazzjoni huma korretti.

3.     L-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll għandu jkollhom is-setgħa li jagħtu istruzzjonijiet lill-ħwienet tax-xogħol awtorizzati biex iwettqu t-test imsemmi fil-paragafu 2 u testijiet speċifiċi mfassla biex jittestjaw il-preżenza ta’ apparat ta’ manipulazzjoni. Jekk jinstab apparat ta’ manipulazzjoni, it-tagħmir, inkluż l-apparat innifsu, l-unità tal-vettura jew il-komponenti tagħha u l-kard tas-sewwieq jistgħu jitneħħew mill-vettura u jintużaw bħala provi f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-proċedura relatati mat-trattament ta’ provi bħal dawn.

4.     L-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll għandhom jagħmlu użu mill-possibilità li jiċċekkjaw it-takografi u l-kards tas-sewwieqa li jkunu fil-post matul kontroll tal-uffiċċji tal-impriża.

5.     Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 39 biex tiżviluppa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali rigward l-apparat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. [Em. 103]

Artikolu 35

Taħriġ tal-uffiċjali ta’ kontroll

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali ta’ kontroll ikunu mħarrġa kif xieraq għall-analiżi tad-data rreġistrata u l-kontroll tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tat-takografi .

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ taħriġ għall-uffiċjali ta’ kontroll tagħhom sa … (20).

2a.     Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet biex tistabbilixxi sistema komuni ta' taħriġ tal-uffiċjali ta' kontroll sa … (21). [Em. 104]

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet dwar il-metodoloġija metodoloġija għat-taħriġ tal-bidu u kontinwu tal-uffiċjali ta’ kontroll, inkluż dwar tekniki għall-immirar tat-tekniki u għall-iskoperta ta’ apparat ta’ manipulazzjoni u ta’ frodi. Din il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq linji gwida li jipprovdu interpretazzjoni komuni ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 biex tiġi garantita analiżi uniformi tad-data rreġistrata minn takografu fl-Istati Membri kollha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva ta' eżami msemmija fl-Artikolu 40(2) fl-Artikolu 40(3) . [Em. 105]

3a.     Sa … (22), l-uffiċjali ta' kontroll għandhom jgħaddu minn eżami biex jiksbu Ċertifikat Ewropew tal-Infurzar. Din iċ-ċertifikazzjoni armonizzata għandha tkun prova li għandhom il-ħiliet xierqa biex iwettqu l-kompiti tagħhom ta’ kontroll b’mod effiċjenti kif definit f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 34a. [Em. 106]

3b.     Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet dwar ir-rekwiżiti u l-kontenut tal-eżami msemmi fil-paragrafu 3a ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 40(3). [Em. 107]

3c.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kull sentejn rigward in-numru ta' uffiċjali ta' kontroll li jkunu qed jitħarrġu f'kull Stat Membru u li jiksbu ċ-Ċertfikat Ewropew ta' Infurzar. [Em. 108]

Artikolu 35a

Ksur serju ħafna

Il-ksur li ġej tal-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament, minħabba n-natura speċjalment gravi tiegħu u l-konsegwenzi possibbli għas-sikurezza fit-toroq, għandu jitqies bħala ksur serju ħafna fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri:

(1)

Fir-rigward tal-obbligi rigward l-installazzjoni tat-tagħmir ta’ takografi: l-installazzjoni u l-użu ta’ takografu mhux tat-tip approvat;

(2)

Fir-rigward tal-obbligi li jikkonċernaw l-użu tat-takografi, tal-kard tas-sewwieq jew tal-folja ta’ reġistrazzjoni:

(a)

l-użu ta’ takografu li ma jikkonformax mal-obbligi relatati mal-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 18;

(b)

l-użu ta’ takografu li ma jkunx ġie spezzjonat, ikkalibrat jew issiġillat kif jixraq;

(c)

l-użu ta’ kard tas-sewwieq li ma tkunx valida;

(d)

impriża li ma żżommx folji ta’ reġistrazzjoni, kopji stampati jew imniżżla;

(e)

sewwieq li jkollu aktar minn kard waħda valida tas-sewwieq;

(f)

l-użu ta’ kard tas-sewwieq li ma tkunx il-kard valida tas-sewwieq stess;

(g)

l-użu ta’ kard tas-sewwieq difettuża jew skaduta;

(h)

id-data rreġistrata jew maħżuna ma tkunx disponibbli għal tal-anqas 365 jum;

(i)

l-użu ta’ folji jew kards tas-sewwieq maħmuġin jew li tkun saritilhom ħsara u data li ma tkunx tista’ tinqara;

(j)

użu mhux korrett tal-folji ta’ reġistrazzjoni/kards tas-sewwieq;

(k)

il-folja ta' reġistrazzjoni jew il-kard tas-sewwieq tintuża biex tkopri perjodu itwal minn dak li hija intenzjonata għalih u tintilef id-data;

(l)

ma jsirx tidħil manwali meta dan ikun meħtieġ;

(m)

ma jintużawx il-folji ta’ reġistrazzjoni jew kards tas-sewwieqa t-tajbin fl-islott it-tajjeb (multipreżenza).

(3)

Fir-rigward tal-obbligu li tiddaħħal l-informazzjoni: l-isem u l-kunjom ma jkunux imniżżla fil-folja ta’ reġistrazzjoni.

(4)

Fir-rigward tal-obbligu li tingħata l-informazzjoni:

(a)

rifjut li jsir il-kontroll;

(b)

in-nuqqas mhux ġustifikat ta’ rekords għall-jum attwali;

(c)

in-nuqqas mhux ġustifikat ta’ rekords għat-28 jum preċedenti;

(d)

in-nuqqas mhux ġustifikat ta’ rekords tal-kard tas-sewwieq jekk is-sewwieq ikollu waħda;

(e)

in-nuqqas mhux ġustifikat ta’ rekords manwali u kopji stampati magħmula waqt il-ġimgħa attwali u t-28 jum preċedenti;

(f)

li wieħed ma jkunx jista’ jipproduċi kard tas-sewwieq;

(g)

li wieħed ma jkunx jista’ jipproduċi kopji stampati magħmula matul dik il-ġimgħa u matul it-28 jum preċedenti.

(5)

Diżaggregazzjoni:

It-takografu ma jkunx issewwa minn fitter jew ħanut tax-xogħol approvat.

(6)

Tidħil manwali fuq il-kopji stampati:

(a)

is-sewwieq ma jkunx immarka l-informazzjoni kollha għall-perjodi ta’ żmien li ma jiġux irreġistrati waqt li t-tagħmir ta’ takografu ma jkunx jista’ jitħaddem jew ikun qed jaħdem ħażin;

(b)

in-numru tal-kard tas-sewwieq u/jew l-isem u/jew in-numru tal-liċenzja tas-sewqan ma jiddaħħlux fuq il-folja temporanja;

(c)

it-telf jew is-serq tal-kard tas-sewwieq ma jiġux iddikjarati formalment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun seħħ it-telf jew is-serq.

(7)

Fir-rigward tal-frodi:

(a)

li wieħed jiffalsifika, jissopprimi jew jeqred id-data rreġistrata fuq il-folji ta’ reġistrazzjoni, maħżuna fit-takografu jew fuq il-kard tas-sewwieq, jew fuq il-kopji stampati li joħorġu mit-takografu;

(b)

il-manipulazzjoni tat-tagħmir ta’ takografu, tal-folja ta’ reġistrazzjoni, tal-kard tas-sewwieq jew tal-kard tal-kumpanija, li jirriżulta fil-falsifikazzjoni tad-data u/jew tal-informazzjoni fuq il-kopja stampata;

(c)

li jkun hemm fil-vettura apparat ta’ manipulazzjoni li jista’ jintuża biex jiffalsifika d-data u/jew l-informazzjoni fuq il-kopja stampata. [Em. 109]

Artikolu 36

Assistenza reċiproka

L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u fil-verifika tal-konformità miegħu.

Fi ħdan il-qafas ta’ din l-assistenza reċiproka, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jibagħtu lil xulxin regolarment l-informazzjoni l-oħra kollha disponibbli dwar il-ksur ta’ dan ir-Regolament minn fitters u ħwienet tax-xogħol, tipi ta' prattiki ta' manipulazzjoni u kwalunkwe pieni imposti għal ksur bħal dan. [Em. 110]

Artikolu36a

Linja telefonika “hotline”

Il-Kummissjoni għandha tinstalla website u numru tat-telefon “hotline” fl-UE kollha li s-sewwieqa jew kwalunkwe parti interessata oħra kkonċernata, li jkunu jixtiequ jirrapportaw frodi li jaqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, ikunu jistgħu jċemplu bla ħlas u anonimament. [Em. 111]

Artikolu 37

Pieni

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux diskriminatorji. Fil-każ ta’ ħwienet tax-xogħol li jkunu kisru d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, dan jista’ jinkludi l-kanċellazzjoni tal-approvazzjoni u l-irtirar tal-kard tal-ħanut tax-xogħol.

2.   Ebda ksur ta’ dan ir-Regolament ma għandu jkun soġġett għal aktar minn piena jew proċedura waħda.

3.   Il-pieni stabbiliti mill-Istati Membri għal ksur serju ħafna kif stipulat fid-Direttiva 2009/5/KE fl-Artikolu 35a ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu l-ogħla kategoriji applikabbli fl-Istat Membru għall-ksur tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport bit-triq. [Em. 112]

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri u r-regoli dwar il-pieni sa … (23). Dawn għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-miżuri.

KAPITOLU VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 38

Adattament għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 għall-fini tal-adattament tal-Annessi I, IB u II għall-progress tekniku.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6 sa … (24). Hi tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 biex testendi l-iskadenza jekk tkun tista' turi li f'dik id-data għad m’hemm l-ebda apparat adattat disponibbli li jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjonijiet mitluba. [Em. 125]

Artikolu 39

Eżerċizzju tad-delegazzjoni

1.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 5, 6 u 38 fl-Artikoli 3g, 4, 5, 6 u 34a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ta’ żmien indeterminat mill-[id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. ħames snin minn … (25). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delegazzjoni tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delegazzjoni ta’ setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. [Em. 113]

3.   Id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 4, 5, 6 u 38 fl-Artikoli 3g, 4, 5, 6 u 34a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ. [Em. 114]

4.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 5, 6 u 38 l-Artikoli 3g, 4, 5, 6 u 34a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 115]

Artikolu 40

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn l-opinjoni tal-Kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-Kumitat jew meta dan jintalab sempliċement mill-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat.

3.   Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn l-opinjoni tal-Kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-Kumitat jew meta dan jintalab sempliċement mill-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat.

Artikolu 41

Forum dwar it-Takografu

1.   Għandu jiġi stabbilit Forum dwar it-Takografu sabiex jappoġġja d-djalogu dwar kwistjonijiet tekniċi li jikkonċernaw l-apparat ta’ reġistrazzjoni t-takografi fost l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti minn pajjiżi terzi li jużaw l-apparat ta’ reġistrazzjoni t-takografi taħt il-Ftehim Ewropew dwar ix-xogħol tal-ekwipaġġi li jaħdmu fuq vetturi użati għat-trasport fuq it-toroq internazzjonali (AETR).

2.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw espert għall-Forum dwar it-Takografi.

3.   Il-Forum dwar it-Takografu għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn esperti minn Partijiet Kontraenti mhux tal-UE għall-AETR.

4.   Il-partijiet interessati, ir-rappreżentanti tal-manifatturi tal-vetturi, il-manifatturi tat-takografi u l-imsieħba soċjali, għandhom jiġu mistiedna għall-Forum dwar it-Takografu.

5.   Il-Forum dwar it-Takografu għandu jaddotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

6.   Il-Forum dwar it-Takografu għandu jiltaqa’ mill-anqas darba fis-sena.

Artikolu 42

Komunikazzjoni tal-miżuri nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil-Kummissjoni t-test tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jadottaw fil-qasam ikkontrollat minn dan ir-Regolament mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data tal-adozzjoni tiegħu u għall-ewwel darba [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament (26).

(2)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Kapitolu I Definizzjonijiet, il-punt (b) huwa mħassar;

(b)

fil-Kapitolu III (c), fil-punt 4.1, ir-referenza għal "Artikolu 15(3), it-tieni inċiż (b), (c) u (d) tar-Regolament" huwa mibdul b’"Artikolu 30(5), it-tieni inċiż (b), (c) u (d) ta’ dan ir-Regolament";

(c)

fil-Kapitolu III (c), fil-punt 4.2, ir-referenza għal "Artikolu 15 tar-Regolament" hija mibdula b’"Artikolu 30 tar-Regolament";

(d)

fil-Kapitolu IV (a) il-punt 1, it-tielet subparagrafu, ir-referenza għal "Artikolu 15(5) tar-Regolament" hija mibdula b’"Artikolu 30(6) tar-Regolament".

(3)

L-Anness IB huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu I Definizzjonijiet, il-punti (l), (o), (t), (y), (ee), (kk), (oo) u (qq) huma mħassra:

(b)

Il-Kapitolu VI huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel paragrafu, ir-referenza għal "Artikolu 12(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2135/98" hija mibdula b’"Artikolu 24(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85";

(ii)

it-Taqsima 1 "Approvazzjoni ta’ fitters jew ħwienet tax-xogħol" hija mħassra.

(c)

Fil-Kapitolu VIII, il-punt 271, ir-referenza għal "Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament" hija mibdula b’referenza għal "Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament".

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 huwa emendat kif ġej:

(-1)

Fl-Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a) huwa emendat kif ġej:

‘(a)

ta' merkanzija fejn il-massa massima permessa tal-vetturi, inkluż kwalunkwe karru, jew nofs-karru, taqbeż it-2,8 tunnellati, jew'. [Em. 134]

(-1a)

Fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-punt li ġej:

'(aa)

vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jintużaw għat-trasport ta' materjal, tagħmir jew magni għall-użu tas-sewwieq fl-eżerċizzju tax-xogħol tiegħu, u li jintużaw biss f'distanza ta' 100 kilometru mis-sede tal-impriża u li jintużaw biss bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma tkunx l-attività ewlenija għas-sewwieq;'. [Em 126+135]

(-1b)

Fl-Artikolu 7, jiddaħħal il-punt li ġej:

'Permezz ta' deroga mill-ewwel u mit-tieni paragrafi, sewwieq involut fil-ġarr ta' passiġġieri għandu, wara perjodu ta' sewqan ta' erba' sigħat u nofs, jieħu brejk ta' mhux inqas minn 45 minuta. Dan il-brejk jista' jiġi sostitwit minn numru ta' brejks ta' mill-inqas 15-il minuta kull wieħed.'. [Am. 127]

(-1c)

Fl-Artikolu 8, paragrafu 6a jiġi mibdul kif ġej:

‘6a.     B’deroga mill-paragrafu 6, sewwieq involut fil-ġarr ta' passiġġieri għandu, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (27), jista’ jipposponi l-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa b’sa 12-il perjodu konsekuttiv ta’ 24 siegħa wara perjodu regolari preċedenti ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, kemm-il darba:

(a)

wara l-applikazzjoni tad-deroga s-sewwieq jieħu perjodu regolari wieħed ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa;

(b)

f’perjodu ta’ żmien ta’ erba’ ġimgħat jittieħdu total ta’ 140 siegħa bħala perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa. [Em. 128]

(1)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

'1.   Sakemm ma jkunux preġudikati l-għanijiet ta' l-Artikolu 1, kull Stat Membru jista' jagħti eċċezzjonijiet għall-Artikoli 5 sa 9 u jagħmel tali eċċezzjonijiet soġġetti għal kondizzjonijiet individwali fit-territorju tiegħu stess jew, bi ftehim ma' l-Istati kkonċernati, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, li jkunu applikabbli għat-trasport b' dawn li ġejjin:

(a)

vetturi li huma proprjetà ta', jew li jkunu mikrija mingħajr xufier minn awtoritajiet pubbliċi biex jagħmlu trasport fit-triq li ma jikkompetix ma' impriżi privati tat-trasport;

(b)

vetturi wżati jew mikrija mingħajr ix-xufier minn impriżi ta' agrikoltura, ortikultura, forestrija, biedja jew sajd għat-trasport ta' merkanzija bħala parti mill-attività intraprenditorjali tagħhom stess f'raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi ta' l-impriża;

(ċ)

tractors għall-agrikoltura u tractors għall-forestrija wżati għal attivitajiet agrikoli jew ta' forestrija, f'raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi ta' l-impriża li tkun il-proprjetarja tal-vettura, jew tikriha jew twelliha;

(d)

vetturi jew kombinazzjoni ta' vetturi b'massa massima permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati bl-iskop li jitwasslu oġġetti tal-posta . Dawn il-vetturi għandhom jintużaw biss f'raġġ ta' 50 kilometru 100 kilometru mill-bażi ta' l-impriża, u bil-kondizzjoni illi s-sewqan tal-vetturi ma jkunx l-attività prinċipali tax-xufier; [Em. 117]

(e)

vetturi li joperaw b'mod esklużiv fuq gzejjer li ma jaqbżux l-2 300 kilometru kwadru f'żona li ma tkunx magħquda mal-bqija tat-territorju nazzjonali permezz ta' pont, baxxfond jew mina miftuħa għall-użu minn vetturi bil-mutur;

(f)

vetturi wżati għat-trasport tal-merkanzija f'raġġ ta' 50 km 100 km mill-bażi ta' l-impriża u li jaħdmu bil-gass naturali jew likwifikat jew bl-elettriku b'massa massima permissibbli li, meta jkun inkluż il-piż ta' karru jew nofs-karru, ma jaqbiżx is-7,5 tunnellati;

(g)

vetturi wżati għat-tagħlim u l-eżaminazzjoni bl-iskop li tinkiseb liċenzja tas-sewqan jew ċertifikat ta' kompetenza professjonali, sakemm dawn ma jkunux qegħdin jintużaw għat-trasport kummerċjali ta' merkanzija jew ta' passiġġieri;

(h)

vetturi wżati b'konnessjoni ma' servizzi ta' dranaġġ, ta' protezzjoni mill-għargħar, manutenzjoni ta' l-ilma, gass u elettriku, mal-kostruzzjoni, l-manutenzjoni u kontroll tat-toroq, ma' servizzi ta' ġbir ta' skart bieb b'bieb u ta' rimi, ma' servizzi tat-telegraf u telefon, ma' xandir tar-radju u televixin u mal-iskoperta ta' trasmettituri u riċevituri tar-radju jew tat-televixin; [Em. 118]

(i)

vetturi b'10 sa 17-il sedil użati esklużivament għat-trasport mhux kummerċjali tal-passiġġieri;

(j)

vetturi speċjalizzati li jġorru tagħmir taċ-ċirku u ta' fun-fairs;

(k)

vetturi mgħammra partikolarment għal proġetti mobbli, li l-iskop primarju tagħhom huwa li jintużaw bħala faċilità edukattiva meta jkunu wieqfa;

(l)

vetturi wżati għall-ġbir tal-ħalib minn irziezet u/jew -twassil lura fl-irziezet ta' kontenituri tal-ħalib jew it-twassil ta' prodotti tal-ħalib intiżi bħala għalf għall-annimali; [Em. 119]

(m)

vetturi speċjalizzati li jġorru flus u/jew oġġetti ta' valur;

(n)

vetturi wżati sabiex iġorru skart jew karkassi ta' annimali li ma jkunux intiżi għall-konsum mill-bniedem;

(o)

vetturi wżati esklużivament f'toroq li jinsabu f'faċilitajiet ċentrali ta' attività bħal portijiet, interportijet u termini tal-ferrovija;

(p)

vetturi wżati għat-trasport ta' annimali ħajjin mill-irziezet lejn is-swieq lokali u viċi-versa jew mis-swieq lejn il-biċċeriji lokali f'distanza ta' mhux aktar minn 50 100 km;

(q)

vetturi li jintużaw għat-trasport lejn u minn sit ta' kostruzzjoni għall-provvista u kunsinna ta' materjali tal-bini."

[Em. 120]

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika b’effett minn [sena waħda wara d-dħul fis-seħħ]. (28).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 43, 15.2.2012, p. 79.

(2)  ĠU C 37, 10.2.2012, p. 6.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012

(4)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.

(5)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.

(7)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18.

(8)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(9)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(10)  ĠU L 29, 31.1.2009, p. 45.

(11)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(12)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

(13)  ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35.

(14)  ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27.

(15)  

+

Data: sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(16)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.

(17)  ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.’

(18)  

+

Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(19)  

+

Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(20)  

+

Data: sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(21)  

++

Data: 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(22)  

+

Data: 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(23)  

+

Data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(24)  

+

Data: sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(25)  

++

Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(26)  

+

Data: 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(27)   ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88.’

(28)  Data: 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/148


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
L-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ***I

P7_TA(2012)0272

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (COM(2011)0285 – C7-0139/2011 – 2011/0137(COD))

2013/C 349 E/22

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u l-Kunsill (COM(2011)0285),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni preżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0139/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0046/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
P7_TC1-COD(2011)0137

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (1),

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talab, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar pjan Ewropew globali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija (3), li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra oġġetti suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra oġġetti li jinstabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (4) jiġi rivedut.

(2)

Il-kummerċ ta’ oġġetti li jiksru d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jagħmel ħsara konsiderevoli lid-detenturi tad-drittijiet, lill-manifatturi u lill-kummerċjanti li jħarsu l-liġi. Huwa qiegħed ukoll iqarraq bil-konsumaturi, u f’ċerti każijiet jista’ jipperikola s-saħħa u s-sigurtà tagħhom. Dawn l-oġġetti għandhom, safejn ikun possibbli, jiġu pprojbiti milli jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni u jinżammu barra mis-suq u għandhom jiġu adottati miżuri li jindirizzaw din l-attività illegali mingħajr ma jfixklu l-kummerċ leġittimu. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu infurmati sew dwar ir-riskji involuti meta jixtru dawk l-oġġetti. [Em. 1]

(3)

Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003 uriet li huwa meħtieġ ċertu titjib fil-qafas legali sabiex jissaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali mill-awtoritajiet doganali , kif ukoll sabiex tiġi żgurata ċarezza legali xierqa, biex b’hekk jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi, kummerċjali u legali. [Em. 2]

(4)

L-awtoritajiet doganali għandhom ikunu jistgħu jikkontrollaw l-oġġetti, li huma jew kellhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni doganali fit-territorju doganali tal-Unjoni, inklużi l-oġġetti mqiegħda taħt proċedura sospensiva, bil-għan li jinfurzaw id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. L-infurzar ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fuq il-fruntieri, kull fejn l-oġġetti huma jew kellhom ikunu, taħt ‘superviżjoni doganali’ kif spjegat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (5), jagħmel użu tajjeb mir-riżorsi. Fejn l-oġġetti jinżammu mid-dwana fil-fruntiera, tkun meħtieġa proċedura legali waħda, filwaqt li jkunu meħtieġa diversi proċeduri separati għall-istess livell ta' infurzar għall-oġġetti li jinstabu fis-suq, li jkunu ġew diżaggregati u mwassla lill-bejjigħa bl-imnut. Għandha ssir eċċezzjoni għall-oġġetti rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera taħt is-sistema ta’ użu aħħari, minħabba li dawn l-oġġetti jibqgħu taħt is-sorveljanza tad-dwana, anki jekk ikunu ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera. Ikun f'loku wkoll jekk dan ir-Regolament ma jiġix applikat għall-oġġetti li l-passiġġieri jkunu qed iġorru fil-bagalji personali tagħhom sakemm dawn l-oġġetti jkunu għall-użu personali u ma jkunx hemm indikazzjoni li jkun hemm involut traffiku kummerċjali. [Em. 3]

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 ma jkoprix ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u jeskludi ċertu ksur. Sabiex jissaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, il-kontroll doganali għandu għalhekk jiġi estiż għal tipi oħrajn ta’ ksurbħal ksur li jirriżulta mill-kummerċ parallel, kif ukoll ksur ieħor ta’ drittijiet diġà infurzati mill-awtoritajiet doganali iżda li m’humiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1383/2003. Għall-istess għan Għal dak l-għan huwa xieraq li jkunu inklużi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-drittijiet diġà koperti mir-Regolament (KE) Nru 1383/2003, ismijiet kummerċjali sakemm ikunu protetti bħala drittijiet ta’ proprjetà esklużivi taħt il-liġi nazzjonali, topografiji ta’ prodotti semikondutturi, mudelli ta’ utilità u apparat li jaħrab il-miżuri teknoloġiċi, kif ukoll kull dritt ta’ proprjetà intellettwali esklużiv stabbilit mil-liġi tal-Unjoni. [Em. 4]

(5a)

L-Istati Membri għandhom jimpenjaw biżżejjed riżorsi sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jwettqu r-responsabilitajiet estiżi tagħhom u jipprovdu taħriġ xieraq għall-uffiċjali doganali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jadottaw linji gwida biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta u uniformi tal-kontrolli doganali għat-tipi differenti ta' ksur koperti minn dan ir-Regolament. [Em. 5]

(5b)

Dan ir-Regolament, meta jiġi implimentat bis-sħiħ, għandu jikkontribwixxi għal suq uniku li jiżgura protezzjoni aktar effettiva lid-detenturi tad-drittijiet, jagħti impetu lill-kreattività u l-innovazzjoni u jipprovdi lill-konsumaturi prodotti affidabbli u ta’ kwalità għolja, li min-naħa tagħhom għandhom isaħħu t-tranżazzjonijiet transkonfinali bejn il-konsumaturi, in-negozji u n-negozjanti. [Em. 6]

(5c)

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tiżgura applikazzjoni armonizzata, mingħajr dewmien bla bżonn, mill-awtoritajiet doganali tal-qafas legali l-ġdid fl-Unjoni kollha biex tiżgura infurzar effiċjenti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li jipproteġu lid-detenturi tad-dritt mingħajr ma jfixklu l-kummerċ. L-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Modernizzat u b’mod partikolari sistema “eCustoms” interoperabbli jistgħu’, fil-ġejjieni, jiffaċilitaw tali infurzar. [Em. 7]

(5d)

L-Istati Membri dejjem qed jiffaċċaw aktar riżorsi limitati fil-qasam tad-dwana. Għalhekk, kwalunkwe regolament ġdid ma għandux jirriżulta f’piżijiet finanzjarji addizzjonali għall-awtoritajiet nazzjonali. Il-promozzjoni ta’ teknoloġiji u strateġiji ġodda ta’ ġestjoni tar-riskju biex jiġu massimizzati r-riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali għandha tiġi appoġġata. [Em. 8]

(6)

Dan ir-Regolament fih regoli ta’ proċedura għall-awtoritajiet doganali. Għaldaqstant, ir-Regolament ma jintrofuċi jistipula l-ebda kriterju ġdid biex ikun aċċertat li jeżisti ksur tal-liġi applikabli dwar il-proprjetà intellettwali. [Em. 9]

(7)

Dan ir-Regolament ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenza tal-qrati, b'mod partikolari dawk tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (6).

(8)

Kull persuna, kemm jekk tkun detentur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali kif ukoll jekk le, li tista’ tiftaħ proċeduri legali f’isimha kontra ksur possibbli ta’ dak id-dritt, għandha tkun intitolata li tissottometti applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritajiet doganali.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali jkunu infurzati madwar l-Unjoni. ikun xieraq li jkun provvedut li, fejn persuna intitolata li tissottometti applikazzjoni għal azzjoni tfittex l-infurzar ta' dritt ta' proprejtà intelletwali li jkopri t-territorju kollu tal-Unjoni, dik il-persuna tkun tista' titlob lill-awtoritajiet doganali ta' Stat Memeru li jieħdu deċiżjoni li tirrikjedi azzjoni mill-awtoritajiet doganali ta' dak l-Istati Membri u ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor fejn ikun imfittex l-infurzar tad-dritt tal-proprjetà intelletwali.

(10)

Biex ikun żgurat l-infurzar pront tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, għandu jkun ipprovdut li, f’każ li l-awtoritajiet doganali jissuspettaw, fuq il-bażi ta’ provi adegwati li jkollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu dan , li l-oġġetti taħt is-sorveljanza tagħhom qegħdin jiksru xi drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, dawk l-awtoritajiet doganali jistgħu jissospendu r-rilaxx jew iżommu l-oġġetti kemm fuq inizjattiva tagħhom jew fuq applikazzjoni, sabiex jippermettu lill-persuni intitolati li jissottomettu applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritajiet doganali, li jiftħu proċeduri sabiex jiddeterminaw jekk inkisirx xi dritt ta’ proprjetà intellettwali. [Em. 10]

(10a)

Meta oġġetti fi transitu jkunu suspettati li jkunu imitazzjoni jew kopja ta' prodott protett fl-Unjoni bi dritt tal-proprjetà intellettwali, id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti għandu jġarrab il-piż tal-prova tad-destinazzjoni finali tal-oġġetti. Id-destinazzjoni finali tal-oġġetti għandha titqies li tkun is-suq tal-Unjoni fl-assenza ta' evidenza ċara u konvinċenti għall-kuntrarju pprovduta mid-dikjarant, detentur jew proprjetarju tal-oġġetti. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida li se jipprovdu kriterji għall-awtoritajiet doganali sabiex jivvalutaw b'mod effettiv ir-riskju tagħhom ta' devjazzjoni fis-suq tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni tal-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. [Em. 11]

(11)

Fejn l-oġġetti li jkunu ssuspettati bi ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali ma jkunux oġġetti ffalsifikati jew ikkupjati, jista’ jkun diffiċli li wieħed jiddetermina permezz ta’ sempliċi spezzjoni viżiva mill-awtoritajiet doganali jekk inkisirx xi dritt ta’ proprjetà intelletwali. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun ipprovdut li jinbdew proċeduri, diment li l-partijiet ikkonċernati, jiġifieri d-detentur tal-oġġetti u d-detentur tad-dritt, jaqblu li jabbandunaw l-oġġetti għall-qerda. Għandu jkun f'idejn l-awtoritajiet kompetenti li jkunu qed jittrattaw tali proċeduri biex jiddeterminaw jekk inkisirx xi dritt tal-proprjetà intelletwali u biex jieħdu d-deċiżjonijiet addattati dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali kkonċernati. [Em. 12]

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 ippermetta lill-Istati Membri li jipprovdu għal proċedura li tippermetti l-qerda ta’ ċerti oġġetti mingħajr ma jkun hemm l-obbligu li jinbdew proċeduri biex jiġi stabbilit jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali jkunx inkiser. Kif rikonoxxut fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-impatt tal-falsifikazzjoni fuq il-kummerċ internazzjonali (7), din il-proċedura kienet ta’ suċċess kbir fl-Istati Membri fejn kienet disponibbli. Għalhekk, proċedura bħal din għandha tkun obbligatorja għal dak rigward il-ksur viżibbli li jkun faċli li jiġi identifikat mill-awtoritajiet kompetenti waqt sempliċi spezzjoni viżiva kollu u għandha tiġi applikata fuq talba tad-detentur tad-dritt, meta d-detentur tad-dritt ikun ikkonferma l-ksur ta' dritt tal-proprjetà intellettwali u jkun qabel mal-qerda u meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma joġġezzjonax għall-qerda. [Em. 13]

(13)

Biex il-piż u l-ispejjeż amministrattivi jitnaqqsu kemm jista’ jkun, mingħajr ħsara għad-dritt tal-konsumatur li jkun infurmat kif xieraq fi żmien raġonevoli dwar il-bażi legali tal-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet doganali, għandha tiddaħħal proċedura speċifika għal kunsinni żgħar ta’oġġetti foloz u pirati, li tippermetti li l-oġġetti jinqerdu mingħajr il-qbil tad-detentur tad-dritt. Sabiex jiġu stabbiliti l-limiti li taħthom il-kunsinni jistgħu jitqiesu bħala kunsinni żgħar, dan ir-Regolament għandu jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet meħtieġa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. meta d-detentur tad-dritt ikun talab l-użu tal-proċedura speċifika fl-applikazzjoni tiegħu . [Em. 14]

(14)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, it-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 15]

(15)

Għal aktar ċarezza legali u sabiex jiġu protetti l-interessi tal-kummerċjanti leġittimi mill-possibbiltà ta’ abbuż tad-dispożizzjonijiet ta’ infurzar fuq il-fruntieri, huwa xieraq li jinbidlu l-iskadenzi għas-sekwestru ta’ oġġetti ssuspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, il-kundizzjonijiet u l-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet doganali jistgħu jgħaddu informazzjoni lid-detenturi tad-drittijiet, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-proċedura li tippermetti l-qerda tal-oġġetti taħt il-kontroll doganali għal ksur issuspettat tad-drittjiet ta’ proprjetà intellettwali.minbarra għal oġġetti ffalsifikati jew ikkupjati u Meta l-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni wara l-għoti ta’ applikazzjoni, huwa xieraq ukoll li tiddaħħal dispożizzjoni li tippermetti lid-detentur tal-oġġetti li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu qabel l-amministrazzjoni tad-dwana tieħu deċiżjoni li taffettwah ħażin tissospendi r-rilaxx jew iżżomm oġġetti li jkunu ssuspettati bi ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, li ma jkunux oġġetti ffalsifikati jew ikkupjati, peress li jista’ jkun diffiċli għall-awtoritajiet doganali biex jiddeterminaw sempliċement billi jeżaminawhom viżwalment jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali nkisirx . [Em. 16]

(16)

Meta wieħed iqis in-natura provviżorja u preventiva tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet doganali f’dan il-qasam u l-interessi kunfliġġenti tal-partijiet affettwati mill-miżuri, xi aspetti tal-proċeduri għandhom jiġu adattati sabiex jiżguraw applikazzjoni bla problemi ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-partijiet ikkonċernati. Għalhekk, rigward id-diversi notifiki previsti mir-Regolament, l-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lill-persuna l-aktar xierqa, fuq il-bażi tad-dokumenti dwar it-trattament jew is-sitwazzjoni doganali fejn jiġu mqiegħda l-oġġetti. Il-perjodi stipulati f’dan ir-Regolament għan-notifiki meħtieġa għandhom jingħaddu miż-żmien li dawn in-notifiki jintbagħtu mill-awtoritajiet doganali sabiex il-perjodi kollha ta’ notifika mibgħuta lill-partijiet ikkonċernati jiġu allinjati. ikunu ġew irċevuti. Il-perjodu li jippermetti dritt li jinstema’ qabel ma tittieħed deċiżjoni negattiva is-sospensjoni tar-rilaxx jew iż-żamma ta' oġġetti għandu jkun ta’ tlett ijiem ta’ xogħol, minħabba li d-detenturi wara l-irċevuta fejn id-detenturi ta’ deċiżjonijiet li jagħtu l-applikazzjonijiet għall-azzjoni jkunu talbu volontarjament lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu azzjoni u li d-dikjaranti jew detenturi tal-oġġetti għandhom ikunu konxji tas-sitwazzjoni partikolari tal-oġġetti tagħhom meta jitqiegħdu taħt is-sorveljanza tad-dwana. Fil-każ tal-proċedura speċifika għal kunsinni żgħar, fejn il-konsumaturi x'aktarx ikunu direttament ikkonċernati u ma jistax ikun mistenni l-istess livell ta' diliġenza bħal operaturi ekonomiċi oħra li normalment ikunu involuti fil-ksib tal-formalitajiet tad-dwana, dak il-perjodu id-dritt li wieħed jinstema' għandu jingħata għat-tipi kollha ta' oġġetti u l-perjodu li jippermetti dak id-dritt għandu jkun estiż b'mod sinjifikanti. B'kunsiderazzjoni tax-xogħol potenzjali tal-infurzar tad-dwana pprovdut minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu preferenza lit-trattament ta' kunsinni kbar. [Em. 17]

(17)

Skont id-"Dikjarazzjoni dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika" adottata fil-Konferenza Ministerjali tad-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WTO) f'Doha fl-14 ta' Novembru 2001, Il-Ftehima dwar Aspetti li Għandhom X'Jaqsmu mal-Kummerċ tad-Drittijiet ta' Proprjeta Intellettwali (il-Ftehim TRIPS) jista' u għandu jiġi interpretat u implimentat b'mod li jappoġġja d-dritt tal-Membri tad-WTO li jipproteġu s-saħħa pubblika u, b'mod partikolari, li jippromwovu l-aċċess tal-mediċini għal kulħadd. B'mod Għalhekk huwa ta' importanza partikolari fir-rigward li l-awtoritajiet doganali jiżguraw li kull miżura meħuda minnhom tkun konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni u mal-politika tagħha ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp skont l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u ma jżommux jew jissospendu r-rilaxx ta' mediċini ġeneriċi li l-mogħdija tagħhom minn dan it-territorju mit-territorju tal-Unjoni, bit-trasbord jew mingħajru, magazzinaġġ, qsim tat-tagħbija, jew tibdiliet fil-mezz jew il-mod ta' trasport, huwa biss porzjon ta' vjaġġ sħiħ li jibda u jintemm lil hinn mit-territorju tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom, meta jkunu qed jivvalutaw ir-riskju ta' ksur tad-drittijiet tal-proprejtà intellettwali, jikkunsidraw kull possibilità sostanzjali ta' bdil tar-rotta ta' fejn ma jkunx hemm evidenza ċara u konvinċenti li dawn l-oġġetti għas-suq tal-Unjoni huma intenzjonati għall-bejgħ fl-Unjoni . [Em. 109+126+153]

(17a)

Il-mediċini li għandhom trademark jew deskrizzjoni kummerċjali falza jirrappreżentaw b'mod mhux korrett l-oriġini u l-livell ta' kwalità tagħhom u għalhekk għandhom ikunu trattati bħala mediċini falsifikati skont id-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta’ prodotti mediċinali falsifikati (8). Għandhom jittieħdu miżuri adegwati għall-prevenzjoni li tali prodotti jaslu għand il-pazjenti jew il-konsumaturi mingħajr ma jkun imxekkel li l-mediċini ġeneriċi legali jittranżitaw it-territorju doganali tal-Unjoni. Sa … (9) il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li janalizza l-effettività tal-miżuri doganali eżistenti maħsuba biex jiġġieldu kontra l-kummerċ fil-mediċini falsifikati, u l-impatt possibbli negattiv fl-aċċess ta' mediċini ġeneriċi f'rabta ma' dan. [Em. 110+127 u 154]

(17b)

Sabiex tiġi intensifikata azzjoni kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali għandu jkollu rwol importanti biex jipprovdi lill-awtoritajiet doganali informazzjoni utli li tgħinhom jaġixxu malajr u b’effikaċja. [Em. 20]

(17c)

Il-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-fruntieri esterni tal-Unjoni għandha ssir flimkien ma’ sforzi ffukati fuq is-sors. Dan jirrikjedi kooperazzjoni kemm ma’ pajjiżi terzi kif ukoll fil-livell internazzjonali, fejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jibnu rispett u jippromwovu standards għolja ta’ protezzjoni għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Dan għandu jikkonsisti fl-approvazzjoni tal-inklużjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fi ftehimiet kummerċjali, f'kooperazzjoni teknika, fit-tħeġġiġ ta’ diskussjoni fid-diversi fora internazzjonali, fil-komunikazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni, kif ukoll f’passi ulterjuri fil-kooperazzjoni operattiva mal-pajjiżi terzi u mal-industriji kkonċernati. [Em. 21]

(17d)

Bil-ħsieb li jiġi eliminat il-kummerċ internazzjonali fi prodotti li jiksru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-Artikolu 69 tal-Ftehim TRIPS jistipula li l-Membri tad-WTO għandhom jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali dwar il-kummerċ fi prodotti li jiksru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jippermetti li jiġu ttraċċati netwerks ta’ traffikar biex jitwaqqfu l-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti li jiksru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fi stadju aktar bikri tal-katina tal-provvista. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali fl-Unjoni u l-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data. [Em. 22]

(17e)

B’konformità mal-għan tal-Unjoni li ssaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni, il-piraterija u l-kummerċ parallel illegali f'oġġetti li jiksru l-proprjetà intellettwali ta' detenturi ta' dritt reġistrat, l-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali għandu rwol fundamentali billi jipprovdi lill-awtoritajiet doganali kollha tal-Istati Membri b’tagħrif rilevanti u f’waqtu biex jitwettqu kontrolli xierqa ta’ importaturi u distributuri awtorizzati ta’ prodotti suspettati li jiksru dritt tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern kif ukoll ta’ esportaturi ta’ dawn il-prodotti fi swieq barranin. Dak ir-rwol jista’ jissaħħaħ aktar permezz tal-ħolqien ta’ bażi ta’ data ta' prodotti u servizzi Komunitarji ġenwini u mħarsa bi trademarks, disinji u privattivi u li tista’ tkun ukoll disponibbli għal awtoritajiet doganali barranin li jikkooperaw mal-Unjoni fuq protezzjoni u infurzar aħjar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. [Em. 23]

(18)

Fl-interess tal-effiċjenza, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (10).

(19)

Ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet doganali għandha tkun regolata mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, għalkemm l-għoti mill-awtoritajiet doganali ta’ applikazzjoni għal azzjoni m’għandux jintitola lid-detentur tad-deċiżjoni għall-kumpens f’każ li dawn l-oġġetti ma jkunux skoperti minn uffiċċju tad-dwana u jiġu rilaxxati jew ma tittieħed l-ebda azzjoni sabiex dawn jiġu sekwestrati.

(20)

Minħabba li l-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni fuq applikazzjoni minn qabel, id-detentur tad-deċiżjoni li tagħti applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritajiet doganali għandu jirrimborża l-ispejjeż kollha mġarrba mill-awtoritajiet doganali waqt l-azzjoni sabiex jinfurzaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħu. Madankollu, dan m’għandux iżomm lid-detentur tad-deċiżjoni milli għandu jkollu d-dritt li milli jfittex għal kumpens mingħand min ikun wettaq il-ksur jew mingħand persuni oħrajn li jistgħu jitqiesu responsabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat , pereżempju ċerti intermedjarji bħat-trasportaturi . L-ispejjeż u d-danni mġarrba mill-persuni minbarra l-amministrazzjonijiet doganali bħala riżultat ta’ azzjoni doganali, meta l-oġġetti jiġu ssekwestrati fuq il-bażi ta’ talba ta’ parti terza bbażata fuq il-proprjetà intellettwali, għandhom ikunu regolati mil-leġiżlazzjoni speċifika f’kull każ partikolari. [Em. 24]

(20a)

Dan ir-Regolament jintroduċi l-possibilità li l-awtoritajiet doganali jippermettu li l-oġġetti mitluqa biex jinqerdu jiġu mċaqalqa, taħt superviżjoni doganali, minn post għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni. L-awtoritajiet doganali għandhom jitħeġġu jagħmlu użu minn dik il-possibbilta' sabiex tiġi ffaċilitata l-qerda ekonomikament u ambjentalment soda ta’ dawk l-oġġetti, kif ukoll għal skopijiet edukattivi u wirjiet, filwaqt li jipprovdu għal miżuri ta’ sigurtà xierqa. [Em. 25]

(21)

L-infurzar tad-dwana tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali jġorr miegħu l-iskambju tad-data dwar deċiżjonijiet marbuta mal-applikazzjonijiet għall-azzjoni. Tali pproċessar ta' data jkopri wkoll data personali li għandu jitwettaq skont il-liġi tal-Unjoni, kif stipulat, b'mod partikolari, fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment ħieles ta' tali data (11) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' tali data (12).

(21a)

L-elementi li ġejjin tal-bażi ta’ data għandhom jiġu definiti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni: l-entità li tikkontrolla u timmaniġġa l-bażi ta’ data u l-entità inkarigata biex tiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar tad-data miġbura fil-bażi tad-data. L-introduzzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ interoperabilità jew skambju possibbli qabel kollox għandha tkun konformi mal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, jiġifieri li d-data għandha tintuża għall-iskop li għalih tkun ġiet stabbilita l-bażi ta’ data, u l-ebda skambju jew interkonnessjoni ulterjuri ma għandu jkun permess barra dan l-iskop. [Em. 26]

(22)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-formoli għall-applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritajiet doganali u għat-talba tal-estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-azzjoni, għandhom jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni, prinċipalment sabiex jiġu stabbiliti formoli standard. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (13).

(23)

Għalkemm is-suġġett tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li għandhom jiġu implimentati jaqa’ fl-ambitu tal-politika kummerċjali komuni, minħabba n-natura u l-impatti tal-atti implimentattivi, għandha tintuża l-proċedura konsultattiva għall-adozzjoni tagħhom.

(24)

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 għandu jiġi revokat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għal azzjoni mill-awtoritajiet doganali meta oġġetti suspettati bi ksur tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali jinġiebu ġewwa jew jinħarġu barra t-territorju doganali tal-Unjoni u huma, jew kellhom ikunu, soġġetti għal superviżjoni doganali fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti li jkunu ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera skont ir-reġim ta’ użu finali fis-sens tal-Artikolu 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

3.   Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa bl-ebda mod il-liġijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni dwar il-proprjetà intelletwali.

4.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali li jkunu fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi.

4a.     Dan ir-Regolament għandu japplika għal oġġetti fi transitu mit-territorju doganali tal-Unjoni li jkunu suspettati bi ksur ta' dritt tal-proprjetà intellettwali. [Em. 27]

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

‘drittijiet ta’ proprjetà intellettwali’ tfisser:

(a)

marka kummerċjali;

(b)

disinn;

(c)

dritt tal-awtur jew kwalunkwe dritt relatat kif previst fil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru;

(d)

indikazzjoni ġeografika;

(e)

brevetta kif prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru;

(f)

ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal oġġetti mediċinali kif previst fir-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (14);

(g)

ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-ħolqien ta' kull ċertifikat supplimentari ta' ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (15);

(h)

dritt għal varjetajiet ta’ pjanti tal-Komunità kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità (16);

(i)

dritt għal varjetajiet ta’ pjanti kif previst fil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru;

(j)

topografija ta’ prodott semikunduttur kif previst fil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru;

(k)

mudell ta’ utilità kif previst sakemm ikun protett bħala dritt esklussiv tal-proprjetà intellettwali fil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru; [Em. 28]

(l)

marka kummerċjali sakemm din hija protetta bħala dritt għal proprjetà intellettwali esklussiv mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru;

(m)

kwalunkwe dritt ieħor li hu stabbilit bħala dritt għal proprjetà intellettwali esklussiv mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(2)

‘marka kummerċjali’ tfisser:

(a)

marka kummerċjali Komunitarja kif prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (17);

(b)

marka kummerċjali reġistrata fi Stat Membru, jew, fil-każ tal-Belġju, il-Pajjiżi l-Baxxi jew il-Lussemburgu, fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intelletwali;

(c)

marka kummerċjali reġistrata taħt ftehimiet internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru;

(d)

marka kummerċjali reġistrata skont ftehimiet internazzjonali li għandhom effett fl-Unjoni;

(3)

‘disinn’ tfisser:

(a)

disinn Komunitarju kif previst fil-Regolament (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar disinnji Komunitarji (18);

(b)

disinn irreġistrat fi Stat Membru;

(c)

disinn reġistrat skont ftehimiet internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru;

(d)

disinn reġistrat skont ftehimiet internazzjonali li għandhom effett fl-Unjoni;

(4)

‘indikazzjoni ġeografika’ tfisser:

(a)

indikazzjoni ġeografika jew denominazzjoni tal-oriġini protetta għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel (19);

(b)

denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika għall-inbid kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċertiprodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (20);

(c)

denominazzjoni ġeografika għall-inbid armonizzat kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid (21);

(d)

indikazzjoni ġeografika ta’ xorb alkoħoliku kif previst fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (22);

(e)

indikazzjoni ġeografika għal prodotti minbarra inbejjed, spirti, prodotti agrikoli jew ikel sakemm ikun stabbiliti bħala dritt esklużiv ta' proprjetà intellettwali permezz ta' leġiżlazzjoni ta' Stat Membri tal-Unjoni;

(f)

indikazzjoni ġeografika kif previst fil-Ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi u elenkati bħala tali f’dawn il-Ftehimiet;

(5)

‘oġġetti ffalsifikati’ tfisser:

(a)

oġġetti li jkunu suġġetti ta' azzjoni li tikser it-trademark u jkollhom trademark mingħajr awtorizzazzjoni, li tkun identika għal trademark li tkun irreġistrata b'mod validu fir-rigward tal-istess tip ta' oġġett, jew li ma tkunx tista' tingħaraf mill-aspetti essenzjali tagħha minn tali trademark , kif ukoll kwalunkwe sinjal ta' trademark, anke jekk ikun ippreżentat separatament, u ppakkjar li jkollu trademarks tal-oġġetti falsifikati ; [Em. 29]

(b)

oġġetti li jkunu suġġetti ta' azzjoni li tikser indikazzjoni ġeografika u jkollhom jew ikunu deskritti bl-isem jew it-terminu protett fir-rigward ta' dik l-indikazzjoni ġeografika;

(6)

‘oġġetti kkuppjati’ tfisser oġġetti li jkunu suġġetti ta' azzjoni li tikser il-dritt tal-awtur jew dritt relatat jew disinn u li jkunu jew ikun fihomm kopji li jkunu saru mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-dritt tal-awtur jew dritt relatat jew disinn, ikunx irreġistrat jew le, jew ta' persuna awtorizzata minn dak id-detentur fil-pajjiż tal-produzzjoni;

(7)

‘oġġetti suspettati bi ksur tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali’ tfisser oġġetti li dwarhom ikun hemm evidenza adegwata biżżejjed raġunijiet sabiex tissodisfa jissodisfaw lill-awtoritajiet doganali li l-oġġetti, fl-Istat Membru fejn jinstabu dawn l-oġġetti, huma prima facie: [Em. 30]

(a)

oġġetti li jkunu suġġetti għal azzjoni li tikser id-dritt ta’ proprjetà intellettwali skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ dak l-Istat fl-Istat Membru fejn jinsabu l-oġġetti ; [Em. 32]

(b)

apparat, prodotti jew komponenti li jaħrab kwalunkwe teknoloġija, apparat jew komponent li, matul il-kors normali tal-operazzjoni tiegħu, jipprevjeni jew jillimita atti fir-rigward ta’ xogħlijiet li mhumiex awtorizzati mid-detentur tad-dritt ta’ kwalunkwe dritt tal-awtur jew dritt relatat mad-dritt tal-awtur u li jikser id-dritt tal-proprjetà intellettwali ta’ dak l-Istat Membru;

(c)

kull forma jew mamma li tkun iddisinjata jew addattata speċifikament għall-manifattura ta’ oġġetti li jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali, jekk tali forma jew mamma tikser id-drittijiet tad-detentur tad-drittijiet skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta’ dak fl -Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-oġġetti ; [Em. 32]

(8)

‘applikazzjoni’ tfisser talba li ssir lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu azzjoni fejn oġġetti jkunu suspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali;

(9)

‘applikazzjoni nazzjonali’ tfisser applikazzjoni li titlob lill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru biex jieħdu azzjoni f’dak l-Istat Membru;

(10)

‘applikazzjoni tal-Unjoni’ tfisser applikazzjoni sottomessa fi Stat Membru u titlob lill-awtoritajiet doganali ta’ dak l-Istat Membru u ta’ Stat Membru ieħor jew aktar sabiex jieħdu azzjoni fl-Istati Membri rispettivi tagħhom;

(11)

‘applikant’ tfisser il-persuna li tissottometti applikazzjoni f’ismu jew f'isimha;

(12)

‘detentur tal-oġġetti’ tfisser il-persuna li hi s-sid tal-oġġetti jew li għandha dritt simili biex tiddisponi minnhom jew li għandha kontroll fiżiku fuqhom;

(13)

‘dikjarant’ tfisser id-dikjarant kif imsemmi fl-Artikolu 4(18) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 il-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni f'ismu jew f'isimha jew il-persuna li ssir dikjarazzjoni doganali f'isimha ; [Em. 33]

(14)

‘qerda’ tfisser id-distruzzjoni fiżika, ir-riċiklar jew ir-rimi ta’ oġġetti barra l-kanali kummerċjali, b’tali mod li jipprekludu l-korriment lil min ħa d-deċiżjoni li tkun tat l-applikazzjoni;

(15)

‘superviżjoni doganali’ tfisser is-superviżjoni azzjoni meħuda b'mod ġenerali mill-awtoritajiet doganali kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 4(13) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 bl-għan li jiżguraw li l-leġiżlazzjoni doganali u, fejn xieraq, dispożizzjonijiet oħra applikabbli għall-oġġetti soġġetti għal tali azzjoni jiġu osservati ; [Em. 34]

(16)

‘territorju doganali tal-Unjoni’ tfisser it-territorju doganali tal-Komunità kif hemm referenza għal dan fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

(17)

‘rilaxx tal-oġġetti’ tfisser l-att li bih l-awtoritajiet doganali jagħmlu l-oġġetti disponibbli għall-għanijiet speċifikati għall-proċedura doganali taħt liema jkunu qegħdin

(17a)

‘kunsinna żgħira’ tfisser pakkett uniku ta' natura kummerċjali li:

(a)

jinkludi inqas minn tliet oġġetti; jew

(b)

jinkludi oġġetti ta’ piż totali ta’ inqas minn 2 kilogrammi [Em. 35]

(17b)

'oġġett li jeħżien' tfisser oġġett li għandu tendenza jonqos b'mod sinifikanti fil-valur tul iż-żmien jew, minħabba n-natura tiegħu, ikun fil-periklu li jinqered. [Em. 36]

Artikolu 3

Liġi applikabbli

Bla ħsara għall-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (23), il-liġi tal-Istat Membru fejn l-oġġetti jinstabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) għandha tapplika bil-għan li jiġi stabbilit jekk l-użu ta’ dawk l-oġġetti jagħtix lok għal suspett ta’ ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jew jekk jiksirx dritt ta’ proprjetà intellettwali.

KAPITOLU II

APPLIKAZZJONIJIET GĦAL AZZJONI MILL-AWTORITAJIET DOGANALI

Taqsima 1

SOTTOMISSJONI TA’ APPLIKAZZJONIJIET GĦAL AZZJONI

Artikolu 4

Persuni intitolati biex jissottomettu applikazzjoni

1.   Il-persuni intitolati biex jissottomettu applikazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni għandhom ikunu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

detenturi ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali;

(b)

korpi amministrattivi tad-drittijiet kollettivi ta’ proprjetà intellettwali li huma rikonoxxuti regolarment li għandhom id-dritt jirrappreżentaw legalment lil detenturi ta’ drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati; [Em. 37]

(c)

korpi professjonali għad-difiża huma rikonoxxuti regolarment li għandhom id-dritt li jirrappreżentaw legalment lil detenturi ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali; [Em. 38]

(d)

gruppi skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, gruppi ta’ produtturi skont l-Artikolu 118(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew gruppi simili ta' produtturi previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-indikazzjonijiet ġeografiċi li jirrappreżentaw produtturi ta’ indikazzjoni ġeografika jew rappreżentanti ta’ tali gruppi; operaturi intitolati li jużaw l-indikazzjoni ġeografika; kif ukoll korpi ta' spezzjoni kompetenti għal tali indikazzjoni ġeografika;

2.   B'żieda mal-persuni stabbiliti f'paragrafu 1, kwalunkwe minn dawn li ġejjin għandu jkun intitolat biex jissottometti applikazzjoni nazzjonali:

(a)

il-persuni l-oħra kollha awtorizzati biex jużaw id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali;

(b)

Gruppi ta' produtturi previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri li tirregola l-indikazzjonijiet ġeografiċi li li jirrappreżentaw produtturi ta' indikazzjoni ġeografika jew rappreżentanti ta' tali gruppi, operaturi intitolati li jużaw indikazzjoni ġeografika, kif ukoll korpi ta' spezzjoni li huma kompetenti għal tali indikazzjoni ġeografika;

3.   Minbarra l-persuni stabbiliti fil-paragrafu 1, id-detentur ta’ liċenzja esklussiva li tkopri t-territorju doganali tal-Unjoni għandu jkun intitolat li jissottometti applikazzjoni tal-Unjoni.

4.   Kull persuna intitolata li tissottmetti applikazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 3 trid tkun tista’ tibda proċedimenti għal ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fl-Istat Membru fejn jinstabu l-oġġetti.

Artikolu 5

Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali koperti mill-applikazzjonijiet tal-Unjoni

Applikazzjoni tal-Unjoni tista’ tkun sottomessa fir-rigward ta’ kwalunkwe dritt ta’ proprjetà intellettwali madwar l-Unjoni.

Artikolu 6

Sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet

1.   Il-persuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4 jistgħu jitolbu azzjoni mill-awtoritajiet doganali fejn l-użu tal-oġġetti jkun issuspettat li jkun qed jikser id-dritt ta’ proprjetà intellettwali billi jissottomettu applikazzjoni lid-dipartiment doganali kompetenti. L-applikazzjoni għandha ssir permezz tal-formola li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 3.

1a.     Il-persuni msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jippreżentaw applikazzjoni waħda biss għal kull dritt ta’ proprjetà intellettwali protett fi Stat Membru jew fl-Unjoni. [Em. 39]

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar id-dipartiment doganali kompetenti biex jirċievi u jipproċessa l-applikazzjonijiet. L-Istat Membri għandu jinforma lill-Kummissjoni skont dan u l-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tad-dipartimenti doganali kompetenti maħtura mill-Istati Membri.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formola ta’ applikazzjoni bl-atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura konsultattiva li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 29(2). Meta teżerċita s-setgħa ta’ implimentazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. [Em. 40]

Il-formola għandha, b'mod partikolari, titlob l-informazzjoni li ġejja mill-applikanti:

(a)

dettalji tal-applikant;

(b)

status tal-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 4;

(c)

dokumenti ta' appoġġ li għandhom ikunu pprovduti biex id-dipartiment tad-dwana jkun sodisfatt li l-applikant hu persuna intitolata li jippreżenta applikazzjoni;

(d)

il-poter ta persuni naturali jew ġuridiċi li jirrappreżentaw l-applikant, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun ġiet iffajljata l-applikazzjoni;

(e)

id-diritt tal-proprjetà intellettwali jew id-drittijiet li għandhom jiġu infurzati;

(f)

fil-każ ta' applikazzjoni tal-Unjoni, l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fih/fihom hija mitluba l-azzjoni;

(g)

data speċifika u teknika dwar oġġetti awtentiċi, inklużi l-immarkar, bħall-użu ta’ barcodes, u stampi fejn hu xieraq; [Em. 41]

(h)

l-informazzjoni, li għandha tkun mehmuża mal-formola, teħtieġ li tagħmilha possibbli għall-awtoritajiet doganali li jidentifikaw minnufih l-oġġetti in kwistjoni;

(i)

Kwalunkwe informazzjoni relevanti għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet tad-dwana tar-riskju ta' ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kkonċernati , bħad-distributuri awtorizzati ; [Em. 42]

(j)

isem/ismijiet u indirizz/i tar-rappreżentant/i tal-applikazzjoni responsabbli minn kwistjonijiet legali u tekniċi;

(k)

l-impenn tal-applikant li jinnotifika lid-dipartiment doganali kompetenti bi kwalunkwe sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 14;

(l)

ir-rabta tal-applikant li jipprovdi kwalunkwe informazzjoni relevanti għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet tad-dwana tar-riskju ta' ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kkonċernati;

(m)

ir-rabta tal-applikant li jassumi r-responsabbiltà skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26;

(n)

Ir-rabta tal-applikant li jġorr il-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 27 skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu;

(o)

Ir-rabta tal-applikant li jaqbel li d-data pprovduta minnu tiġi pproċessata mill-Kummissjoni; [Em. 43]

L-applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lis-suġġett tad-data skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. [Em. 44]

4.   Fejn ikun hemm sistemi kompjuterizzati disponibbli għall-għanijiet ta’ riċeviment u l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi bl-użu ta’ tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dawn is-sistemi disponibbli mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2014. [Em. 45]

5.   Fejn applikazzjoni tkun sottomessa wara notifika mill-awtoritajiet doganali tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti skont l-Artikolu 17(4) (miżuri ex officio), dik l-appliazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

għandha tiġi sottomessa lid-dipartiment doganali kompetenti fi żmien erbat ijiem xogħol min-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti;

(b)

Għandha tkun applikazzjoni nazzjonali;

(c)

Għandu jkun fiha l-informazzjoni mitluba f'paragrafu 3. Madankollu, l-applikant għandu jitħalla li jħalli barra dettalji msemmija fl-ittri (g) sa (i) tal-paragrafu 3.

Taqsima 2

DEĊIŻJONIJIET DWAR L-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL AZZJONI

Artikolu 7

L-ipproċessar tal-applikazzjonijiet

1.   Meta, wara li jirċievi applikazzjoni, id-dipartiment doganali kompetenti jikkunsidra li ma fihiex l-informazzjoni kollha mitluba fl-Artikolu 6(3), id-dipartiment doganali kompetenti għandu jitlob lill-applikant biex jipprovdi l-informazzjoni nieqsa fi żmien għaxart ijiem xogħol mill-ġurnata li fiha tkun intbagħtet in-notifika.

F’każi bħal dawn, il-limitu ta’ żmien li hemm referenza għalih fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8 għandu jkun sospiż sakemm tasal l-informazzjoni relevanti.

2.   Fejn l-applikant ma jipprovdix l-informazzjoni nieqsa sa tmiem il-perjodu li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, id-dipartiment doganali kompetenti għandu jista’ jiċħad l-applikazzjoni. F'dak il-każ id-dipartiment doganali kompetenti għandu jipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jinkludi informazzjoni dwar il-proċedura ta' appell. [Em. 46]

3.   L-applikant ma għandux jintalab ħlas biex ikunu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-ipproċessar tal-applikazzjoni.

Artikolu 8

In-notifika tad-deċiżjonijiet li jagħtu jew li jiċħdu l-applikazzjoni għal azzjoni

Id-dipartiment doganali kompetenti għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu li tagħti jew li tiċħad l-applikazzjoni fi żmien 30 ġurnata xogħol mill-irċevuta tal-applikazzjoni.

Madankollu, f’każi fejn l-applikant kien ġie nnotifikat qabel dwar is-sospensjoni tar-rilaxx jew is-sekwestru tal-oġġetti mill-awtoritajiet doganali, id-dipartiment doganali kompetenti għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni li tagħti jew li tiċħad l-applikazzjoni fi żmien ġurnata xogħol minn meta jirċievi l-applikazzjoni.

Artikolu 9

Deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal azzjoni

1.   Deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni nazzjonali, deċiżjonijiet li jirrevokaw tali deċiżjonijiet jew li jemendawhom, u deċiżjonijiet li jestendu l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni, għandhom jidħlu fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni nazzjonali mid-data tal-adozzjoni tagħhom.

2.   Deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni tal-Unjoni, deċiżjonijiet li jirrevokaw tali deċiżjonijiet jew li jemendawhom u deċiżjonijiet li jestendu l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni, għandhom jidħlu fis-seħħ kif ġej:

(a)

fl-Istat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, mid-data tal-adozzjoni tagħhom;

(b)

fl-Istati Membri l-oħrajn kollha, fejn tkun mitluba azzjoni mill-awtoritajiet doganali, mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 13(2) u diment li d-detentur tad-deċiżjoni jkun issodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 27(3).

Artikolu 10

Perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni

1.   Meta japprova applikazzjoni, id-dipartiment doganali kompetenti għandu jispeċifika l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni fuq id-deċiżjoni li tkun ittieħdet.

Il-perjodu għandu jibda mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni u m’għandux jaqbeż sena (1).

2.   Meta l-applikazzjoni ppreżentata wara n-notifika mill-awtoritajiet doganali tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti skont l-Artikolu 17(4) ma jkollhiex id-dettalji imsemmijin fil-punti (g) sa (i) tal-Artikolu 6(3) għandha tintlaqa’ biss għal sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru ta' dawk l-oġġetti.

3.   Meta dritt ta’ proprjetà intellettwali ma jibqax effettiv jew meta applikant ma jibqax, għal raġunijiet oħra, il-persuna intitolata sabiex tissottometti applikazzjoni, ma għandha tittieħed l-ebda azzjoni mill-awtorità doganali. Id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni għandha titneħħa jew għandha tiġi emendata mill-awtoritajiet doganali li laqgħu d-deċiżjoni.

Artikolu 11

Estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni

1.   Meta jiskadi l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni, u bla ħsara għall-ħlas lura ta’ xi ammonti dovuti mid-detentur tad-deċiżjoni lill-awtoritajiet doganali skont dan ir-Regolament, id-dipartiment doganali li ħa d-deċiżjoni inizjali jista’, fuq it-talba tad-detentur tad-deċiżjoni li laqgħet l-applikazzjoni, jestendi dak il-perjodu.

2.   Meta t-talba għal estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni ssir f’inqas minn 30 ġurnata xogħol qabel l-iskadenza ta’ dik id-deċiżjoni, id-dipartiment doganali kompetenti jista’ jiċħad l-estensjoni.

3.   It-talba għal estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni għandha tindika kull bidla fl-informazzjoni pprovduta fl-Artikolu 6(3).

4.   Id-dipartiment doganali kompetenti għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu dwar l-estensjoni lid-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni fi żmien 30 ġurnata xogħol mill-irċevuta ta’ dik it-talba.

5.   Il-perjodu estiż li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni għandu jibda mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tilqa’ l-estensjoni u m’għandux jaqbeż is-sena (1).

Meta dritt ta’ proprjetà intellettwali ma jibqax effettiv jew meta applikant ma jibqax, għal raġunijiet oħra, il-persuna intitolata sabiex tissottometti applikazzjoni, ma għandha tittieħed l-ebda azzjoni mill-awtorità doganali. Id-deċiżjoni li tagħti l-estensjoni għandha titneħħa jew għandha tiġi emendata mill-awtoritajiet doganali li laqgħu d-deċiżjoni.

6.   Id-detentur tad-deċiżjoni ma għandux jintalab ħlas biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi għall-ipproċessar tat-talba għal estensjoni.

7.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formola għal talba għal estensjoni permezz ta’ atti implimentattivi. Dawn l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura konsultattiva li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 12

L-emendar tad-deċiżjoni fir-rigward tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali

Id-dipartiment doganali kompetenti li adotta d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni jista’, fuq it-talba tad-detentur tad-deċiżjoni, jimmodifika l-lista tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali f’dik id-deċiżjoni.

Fil-każ ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ applikazzjoni tal-Unjoni, kull modifika li tikkonsisti f’żieda ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għandha tkun limitata għal dawk id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali koperti mill-Artikolu 5.

Artikolu 13

Obbligi ta' notifikazzjoni tad-dipartiment doganali kompetenti

1.   Id-dipartiment doganali kompetenti li għandu tkun ippreżentata applikazzjoni nazzjonali għandu jgħaddi d-deċiżjonijiet li ġejjin lill-uffiċċji doganali tal-Istati Membru, immedjatament wara l-adozzjoni tagħhom:

(a)

deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni nazzjonali;

(b)

deċiżjonijiet li jirrevokaw deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni nazzjonali;

(c)

deċiżjonijiet li jemendaw deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni nazzjonali;

(d)

deċiżjonijiet li jestendu l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni.

2.   Id-dipartiment doganali kompetenti li għandu tkun ippreżentata applikazzjoni tal-Unjoni għandu jgħaddi d-deċiżjonijiet li ġejjin lid-dipartiment doganali kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri indikati fl-applikazzjoni tal-Unjoni:

(a)

deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni tal-Unjoni;

(b)

deċiżjonijiet li jirrevokaw deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni tal-Unjoni;

(c)

deċiżjonijiet li jemendaw deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni tal-Unjoni;

(d)

deċiżjonijiet li jestendu jew jirrifjutaw li jestendu l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni;

(e)

deċiżjonijiet li jissospendu l-azzjonijiet tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 15(2).

Id-dipartiment doganali kompetenti tal-Istat/i Membru/i indikati fl-applikazzjoni tal-Unjoni għandu eżatt wara immedjatament jgħaddi dawk id-deċiżjionijiet lill-uffiċċji tad-dwana.

3.   Ladarba l-bażi ta’ data ċentrali tal-Kummissjoni kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 31(3) tkun fis-seħħ, l-iskambji kollha ta’ data dwar deċiżjonijiet li jikkonċernaw applikazzjonijiet għal azzjoni, dokumenti relatati u notifiki bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom isiru permezz ta’ dik il-bażi ta’ data.

Artikolu 14

Obbligi ta’ notifika tad-detentur bid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni

Id-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni għandu jinnotifika fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol lid-dipartiment doganali kompetenti li adotta dik id-deċiżjoni bi kwalunkwe minn dawn li ġejjin: [Em. 47]

(a)

dritt ta’ proprjetà intellettwali kopert mill-applikazzjoni tiegħu/tagħha ma jibqax effettiv;

(b)

id-detentur tad-deċiżjoni ma jibqax, għal raġunijiet oħra, il-persuna intitolata sabiex tissottometti l-applikazzjoni;

(c)

modofiki fl-informazzjoni mitluba taħt l-Artikolu 6(3).

Artikolu 15

Nuqqas mid-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni li jissodisfa l-obbligi tiegħu

1.   Meta d-detentur ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni juża l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet doganali għal skopijiet differenti minn dawk ipprovduti fl-Artikolu 19, id-dipartiment doganali kompetenti jista’:

(a)

jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni fl-Istat Membru fejn l-informazzjoni kienet ġiet ipprovduta jew użata sal-iskadenza tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni;

(b)

jiċħdu l-estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni.

2.   Id-dipartiment doganali kompetenti jista’ jiddeċiedi li jissospendi l-azzjonijiet tal-awtoritajiet doganali sal-iskadenza tal-perjodu li matulu dawk l-awtoritajiet iridu jieħdu azzjoni, meta d-detentur tad-deċiżjoni:

(a)

ma jissodisfax l-obbligi għan-notifiki tiegħu skont l-Artikolu 14;

(b)

mhuwiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 18(2) dwar ir-radd lura tal-kampjuni; [Em. 48]

(c)

ma jissodisfax l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 27(1) u (3) fir-rigward ta’ spejjeż u traduzzjoni;

(d)

ma jibdiex proċedimenti kif previst fl-Artikolu 20(1), 23(4) fl-Artikolu 20(4), jew 24(9) l-Artikolu 24(9) . [Em. 49]

Fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni, id-deċiżjoni li l-azzjonijiet tal-awtoritajiet doganali jiġu sospiżi, ikollha effett biss fl-Istat Membru fejn tittieħed tali deċiżjoni.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW AZZJONIJIET MILL-AWTORITAJIET DOGANALI

Taqsima 1

SOSPENSJONI TAR-RILAXX JEW TAS-SEKWESTRU TA’ OĠĠETTI SUSPETTATI LI JIKSRU DRITT TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI

Artikolu 16

Sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru ta’ oġġetti wara approvazzjoni ta’ applikazzjoni

1.   Meta l-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru jidentifikaw, f’waħda mis-sitwazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1), oġġeti ssuspettati li jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali kopert minn deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni għal azzjoni, huma għandhom jieħdu deċiżjoni li jissospendu r-rilaxx tal-oġġetti jew li jżommuhom. [Em. 50]

2.   Qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni jissospendu r-rilaxx jew is-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti iżommu l-oġġetti , l-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu lid-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni biex jagħtihom kwalunkwe informazzjoni relevanti. L-awtoritajiet doganali jistgħu għandhom jipprovdu wkoll lid-detentur tad-deċiżjoni , fuq it-talba tiegħu, b’informazzjoni dwar in-numru ta’ oġġetti attwali jew issupponut, in-natura tagħhom u l-istampi ritratti ta’ dawk l-oġġetti kif xieraq. [Em. 51]

3.   Qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni ta’ rilaxx Meta l-oġġetti ssuspettati bi ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux oġġetti ffalsifikati jew ta’ sekwestru tal-oġġetti, ikkuppjati l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw l-intenzjoni lid-dikjarant jew, f’każi fejn l-oġġetti jkunu sejrin jiġu ssekwestrati, lid-detentur tal-oġġetti qabel jissospendu r-rilaxx tal-oġġetti jew jissekwestrawhom . Id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti għandu jingħata l-opportunità li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu fi żmien tliet ijiem xogħol minn meta tkun intbagħtet waslet dik il-komunikazzjoni. [Em. 52]

3a.     Meta l-oġġetti suspettati li huma imitazzjoni jew kopja ta’ prodott protett fl-Unjoni minn dritt ta’ proprjetà intellettwali jiġu suġġetti għal proċedura sospensiva, l-awtoritajiet doganali għandhom jitolbu lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti jipprovdi evidenza adegwata li d-destinazzjoni finali tal-oġġetti tinsab lil hinn mit-territorju tal-Unjoni fi żmien tlitt ijiem xogħol minn meta tasal dik it-talba. Fejn ma tkunx provduta evidenza adegwata li dan mhux minnu, l-awtoritajiet doganali għandhom jippreżumu li d-destinazzjoni finali hi t-territorju tal-Unjoni.

Sa … (24). il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu linji gwida għall-awtoritajiet doganali biex jiġi evalwat ir-riskju ta’ devjazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu fis-suq tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 29(2). [Em. 53]

4.   L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lid-detentur bid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni u lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti bid-deċiżjoni tagħhom li jissospendu r-rilaxx bis-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew li sejrin jissekwestrawhom bis-sekwestru tagħhom fi żmien ġurnata xogħol. mill-adozzjoni Inkella, l-awtoritajiet doganali jistgħu jitlobu d-detentur tad-deċiżjoni tagħhom ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni jinnotifika lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti b'dan, meta d-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni jiggarantixxi li se jirrispetta l-iskadenzi u l-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament . [Em. 54]

In-notifika lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti għandha tinkludi informazzjoni dwar il-konsegwenzi legali previsti fl-Artikolu 20. fir-rigward ta’ oġġetti ffalsifikati jew ikkupjati. [Em. 55]

5.   L-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lid-detentur bid-deċiżjoni li japprovaw l-applikazzjoni u lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti bil-kwantità attwali jew stmata, bin-natura attwali jew issopponuta tal-oġġetti, inklużi stampi ritratti ta’ dawn l-oġġetti kif xieraq, li r-rilaxx tagħhom ġie sospiż jew li ġew issekwestrati. [Em. 56]

6.   Meta diversi persuni huma kkunsidrati bħala d-detenturi tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali ma għandhomx ikunu obbligati li jinfurmaw aktar minn persuna waħda.

Artikolu 17

Sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru ta’ oġġetti wara approvazzjoni ta’ applikazzjoni

1.   Meta awtoritajiet doganali jidentifikaw, waqt l-azzjoni tagħhom f'waħda mis-sitwazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) oġġetti ssuspettati li jiksru d-dritt ta’ proprjetà intellettwali, huma jistgħu jissospendu r-rilaxx ta’ dawk l-oġġetti jew jissekwestrawhom qabel ma jkunu ġew innotifikati b’deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti.

2.   Qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni ta’ rilaxx jew sekwestru ma jiġi sospiż ir-rilaxx tal-oġġetti, jew qabel is-sekwestru tagħhom , l-awtoritajiet doganali jistgħu, mingħajr ma jiżvelaw ebda informazzjoni għajr in-numru ta’ oġġetti attwali jew issopponuti, in-natura jew l-istampi ir-ritratti ta’ dawk l-oġġetti kif xieraq, jitolbu lil kwalunkwe persuna intitolata biex tissottometti applikazzjoni dwar l-allegat ksur ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali biex tipprovdilhom kull informazzjoni relevanti. [Em. 57]

3.   Qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni ta’ rilaxx jew ta’ sekwestru tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw l-intenzjoni lid-dikjarant jew, f’każi fejn l-oġġetti jkunu sejrin jiġu ssekwestrati, lid-detentur tal-oġġetti. Id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti għandu jingħata l-opportunità li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu fi żmien tliet ijiem xogħol minn meta tkun intbagħtet dik il-komunikazzjoni. [Em. 58]

3a.     Jekk l-oġġetti suspettati li huma imitazzjoni jew kopja ta’ prodott protett fl-Unjoni minn dritt ta’ proprjetà intellettwali jiġu suġġetti għal proċedura sospensiva, l-awtoritajiet doganali għandhom jitolbu lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti jipprovdu evidenza adegwata li d-destinazzjoni finali tal-oġġetti tinstab lil hinn mit-territorju tal-Unjoni fi żmien tliet ijiem minn meta tintbagħat dik it-talba. Fejn ma tkunx provduta evidenza adegwata li dan mhux minnu, l-awtoritajiet doganali għandhom jippreżumu li d-destinazzjoni finali hi t-territorju tal-Unjoni.

Sa … (25). il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu linji gwida għall-awtoritajiet doganali biex jiġi evalwat ir-riskju ta’ devjazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu fis-suq tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 29(2). [Em. 59]

4.   L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw bis-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti lil kull persuna intotolata biex tissottometti applikazzjoni dwar l-allegat ksur ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fi żmien ġurnata (1) mis-sospensjoni tar-rilaxx jew mis-sekwestru tal-oġġetti.

4a.     Meta ma tkunx tista’ tiġi identifikata persuna intitolata tressaq applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkooperaw sabiex jidentifikaw persuna intitolata tressaq applikazzjoni. [Em. 60]

5.   L-awtoritajiet doganali għandhom japprovaw ir-rilaxx tal-oġġetti jew iwaqqfu immedjatament is-sekwestru tagħhom wara li jkunu ġew issodisfati l-formalitajiet doganali kollha fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta ma jkunu identifikaw l-ebda persuna intitolata li tissottometti applikazzjoni dwar l-allegat ksur ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fi żmien ġurnata xogħol waħda mis-sospensjoni tar-rilaxx jew mis-sekwestru tal-oġġetti;

(b)

meta ma jkunu rċevew jew meta jkunu rrifjutaw applikazzjoni skont l-Artikolu 6(5).

L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti bid-deċiżjoni tagħhom li jissospendu r-rilaxx bis-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew li jissekwestrawhom bis-sekwestru tagħhom fi żmien ġurnata mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħhom. [Em. 61]

6.   L-Artikolu ma għandux japplika għal prodotti li jeħżienu. [Em. 62]

Artikolu 18

Spezzjoni jew teħid ta’ kampjuni ta’ oġġetti li r-rilaxx tagħhom ġie sospiż jew li ġew issekwestrati

1.   L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu lid-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni u lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti l-opportunità li jispezzjonaw l-oġġetti li r-rilaxx tagħhom kien ġie sospiż jew li ġew issekwestrati.

2.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jieħdu kampjuni rappreżentattivi tal-merkanzija kollha u jistgħu jipprovdu jew jibagħtu tali kampjuni lid-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni, fuq talba tiegħu, strettament għal skopijiet ta’ analiżi u biex tkun iffaċilitata l-proċedura sussegwenti fir-rigward ta’ oġġetti ffalsifikati u kkupjati. Kull analiżi ta’ dawn il-kampjuni għandha ssir taħt ir-responsabbiltà unika tad-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni. [Em. 63]

Meta ċ-ċirkostanzi jippermettu, il-kampjuni għandhom jintraddu lura wara t-tlestija tal-analiżi teknika u qabel l-oġġetti jiġu rilaxxati jew jintemm is-sekwestru.

3.   L-awtoritajiet doganali għandhom, fuq talba u jekk ikunu magħrufa, jipprovdu lid-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni u, meta rilevanti, l-awtoritajiet u l-aġenziji responsabbli mill-infurzar tal-liġi, bl-ismijiet u bl-indirizzi tad-destinatarju, tal-ispeditur, tad-dikjarant jew tad-detentur tal-oġġetti, bil-proċedura doganali u bl-oriġini, bil-provenjenza u d-destinazzjoni tal-oġġetti ssuspettati bi ksur tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali. [Em. 64]

4.   Il-kundizzjonijiet ta’ ħażna tal-oġġetti matul il-perjodu ta’ sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru, inklużi d-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-ispejjeż, għandhom jiġu stabbiliti minn kull Stat Membru.

Artikolu 19

Użu permess ta’ ċerta informazzjoni mid-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni

Meta d-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni jkun irċieva l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18(3), id-detentur jista’ juża dik l-informazzjoni biss għall-għanijiet li ġejjin:

(a)

biex jingħata bidu għal proċedimenti biex jiġi ddeterminat jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali jkunx inkiser jew matul tali proċedimenti ; [Em. 65]

(aa)

biex tittieħed azzjoni ulterjuri sabiex jiġi identifikat min ikun kiser id-dritt tal-proprjetà intellettwali; [Em. 66]

(ab)

biex iniedi proċedimenti legali jew matul tali proċedimenti; [Em. 67]

(b)

biex ifittex kumpens mingħand dak li wettaq il-ksur jew minn persuni oħrajn meta oġġetti jinqerdu skont l-Artikolu 20(3) jew 23(3) l-Artikolu 20(3) . [Em. 68]

(ba)

għal jew f'konnessjoni ma' investigazzjoni kriminali jew proċediment kriminali, inkluża informazzjoni relatata ma' dritt ta' proprjetà intellettwali. [Em. 69]

(bb)

fil-kuntest ta' negożjati għal riżoluzzjoni extraġudizzjarja. [Em. 70]

Artikolu 19a

Il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u data bejn l-awtoritajiet doganali

B’suġġett għal salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-informazzjoni u d-data miġbura skont l-Artikolu 18(3) għandhom jiġu kondiviżi bejn l-awtoritajiet doganali fl-Unjoni u l-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal tali kondiviżjoni. [Em. 71]

Taqsima 2

IL-QERDA TAL-OĠĠETTI, IL-BIDU TAL-PROĊEDIMENTI U R-RILAXX ANTIĊIPAT TAL-OĠĠETTI [Em. 72]

Artikolu 20

Bidu Il-qerda tal-oġġetti u t-tnedija tal-proċedimenti [Em. 73]

1.   Meta oġġetti li mhumiex koperti mill-Artikoli 23 u 24 jkunu suspettati bi ksur ta’ Oġġetti li r-rilaxx tagħhom ikun ġie sospiż jew li jkunu ġew sekwestrati skont l-Artikolu 16 jistgħu jinqerdu taħt il-kontroll doganali, mingħajr ebda bżonn li jiġi stabbilit jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali, skont il-liġi tal-Istat Membru fejn ikunu nstabu l-oġġetti, meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:

(a)

id-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni għandu jibda l-proċedimenti biex jiddetermina jekk id-dritt għal proprjetà jkun, abbażi tal-informazzjoni pprovduta lilu jew lilha skont l-Artikolu 16(2), ikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet doganali li jkun inkiser dritt tal-proprjetà intellettwali jkunx filwaqt li jindika liema dritt intellettwali jkun inkiser fi żmien 10 ijiem xogħol , jew fi żmien tlitt ijiem xogħol fil-każ ta’ oġġetti li jeħżienu malajr, minn meta tintbagħat id-deċiżjoni ta’ sospensjoni tasal in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tas-sekwestru tal-oġġetti.

(b)

id-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni jkun informa lill-awtoritajiet doganali bil-miktub bil-qbil tiegħu jew tagħha għall-qerda tal-oġġetti fi żmien għaxart ijiem xogħol, jew fi żmien tlitt ijiem xogħol fil-każ ta’ prodotti li jeħżienu malajr, minn meta tasal in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew taż-żammatagħhom;

(c)

id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun ikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet doganali bil-qbil tiegħu għall-qerda tal-oġġetti fi żmien għaxart ijiem xogħol, jew tlitt ijiem xogħol fil-każ ta’ prodotti li jeħżienu malajr, minn meta tasal in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew taż-żamma tagħhom .

Fil-każ ta’ prodotti li jiħżienu suspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, il-perjodu għall-bidu ta’ proċedimenti msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ta’ tlett ijiem xogħol minn meta tintbagħat id-deċiżjoni ta’ sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti. [Em. 74]

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu Meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma jkunx ikkonferma l-qbil tiegħu għall-qerda fil-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 1(c) u lanqas ma jkun innotifika l-oppożizzjoni tiegħu għall-qerda lill-awtoritajiet doganali li adottaw id-deċiżjoni li jissospendu r-rilaxx ta’ oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom immedjatament wara li jiġu ssodisfati l-formalitajiet li jissekwestrawhom, l-awtoritajiet doganali kollha meta ma kinux ġew infurmati mid-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni, fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, b’kull punt minn dawn li ġejjin għandhom iqisu li d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun qabel li dawn l-oġġetti jinqerdu :

(a)

il-bidu ta’ proċediment biex jiġi stabbilit jekk inkisirx dritt għal proprjetà intellettwali;

(b)

ftehim bil-miktub bejn id-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni u d-detentur tal-oġġetti biex l-oġġetti jiġu abbandonati għall-qerda. [Em. 75]

3.   F’każ ta’ ftehim biex l-oġġetti jiġu abbandonati għall-qerda li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2(b), Il-qerda għandha ssir taħt il-kontroll doganali bi spejjeż u taħt ir-responsabbiltà tad-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat b’mod differenti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn l-oġġetti jinqerdu. Jistgħu jittieħdu kampjuni qabel il-qerda. [Em. 76]

4.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jestendu l-perjodu li hemm referenza għalih fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 b’massimu ta’ 10 ijiem xogħol fuq talba mid-detentur Meta ma jkunx hemm qbil dwar il-qerda, jew id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti joġġezzjona għall-qerda, id-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni f’każi xierqa għandu jniedi proċedimenti biex jistabbilixxi jekk ikunx inkiser dritt tal-proprjetà intellettwali, fi żmien 20 jum ta’ xogħol, jew fi żmien tlitt ijiem xogħol fil-każ ta’ prodotti li jeħżienu malajr, minn meta tkun waslet in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew taż-żamma tagħhom .

Fil-każ ta’ prodotti li jeħżienu malajr, il-perjodu li hemm referenza għalih fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 m’għandux jiġi estiż. [Em. 77]

4a.     L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu r-rilaxx ta’ oġġetti jew itemmu ż-żamma tagħhom, kif xieraq, immedjatament wara li jkunu ġew issodisfati l-formalitajiet doganali kollha, meta ma jkunux irċevew l-informazzjoni mid-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni dwar kwalunkwe punt minn dawn li ġejjin:

(a)

il-qbil tiegħu għall-qerda fil-perjodi imsemmija fil-paragrafu 1(b);

(b)

it-tnedija tal-proċedimenti biex jiġi stabbilit jekk inkisirx dritt ta’ proprjetà intellettwali fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 4. [Em. 78]

Artikolu 21

Ir-rilaxx antiċipat tal-oġġetti

1.   Meta l-awtoritajiet doganali jkunu ġew innotifikati bil-bidu tal-proċedimenti biex jiddeterminaw jekk disinn, brevetta, mudell ta’ utlità jew dritt għal varjetà ta’ pjanti ikunx inkiser u jekk il-perjodu previst fl-Artikolu 20 skadiex, id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jista’ jitlob lill-awtoritajiet doganali biex jirrilaxxaw l-oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom.

L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw l-oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom biss meta dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha jkunu ġew issodisfati:

(a)

id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti pprovda garanzija;

(b)

l-awtorità kompetenti biex tiddetermina jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali nkisirx ma awtorizzatx miżuri ta’ prekawzjoni;

(c)

il-formalitajiet doganali kollha ġew issodisfati.

2.   Il-garanzija msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tkun ipprovduta mid-dikjarant jew mid-detentur tal-oġġetti fi żmien 10 ijiem xogħol wara d-data li fiha l-awtoritajiet doganali jirċievu t-talba li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1.

3.   L-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu l-garanzija f’ammont għoli biżżejjed sabiex jipproteġu l-interessi tad-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni.

4.   Il-provvediment ta’ garanzija ma għandux jaffettwa r-rimedji legali l-oħrajn disponibbli għad-detentur ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ applikazzjoni.

Artikolu 22

It-trattament projbit approvat mid-dwana u l-użu ta’ oġġetti abbandunati għall-qerda

1.   Oġġetti abbandunati għall-qerda skont l-Artikolu 20, 23 jew l-Artikolu 24 ma għandhomx: [Em. 79]

(a)

jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera;

(b)

jinħarġu mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(c)

jiġu esportati;

(d)

jiġu esportati mill-ġdid;

(e)

jitpoġġew taħt proċedura sospensiva;

(f)

jitpoġġew f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles.

1a.     B'eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati, li għandhom l-għan li jiġġieldu l-falsifikazzjoni u li qabel dawn l-operazzjonijiet ikunu ġew awtorizzati individwalment, li jużaw il-miżuri elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1. Qabel il-qerda tal-oġġetti abbandunati, l-organizzazzjonijiet awtorizzati jistgħu jaħżnuhom, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjoni, għal skopijiet ta' analiżi u biex tiġi stabbilita bażi ta' data ta’ informazzjoni maħsuba kontra l-falsifikazzjoni. L-organizzazzjonijiet awtorizzati għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni. [Em. 80]

2.   Awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li tali oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jitpoġġew taħt superviżjoni doganali bejn postijiet differenti fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni bil-għan li jinqerdu taħt kontroll doganali jew fid-dawl tal-użu tagħhom għal skopijiet edukattivi u wirjiet akkumpanjati b’miżuri ta’ sigurtà xierqa . [Em. 81]

Taqsima 3

OĠĠETTI FFALSIFIKATI U KKUPJATI [Em. 82]

Artikolu 23

Il-qerda u l-bidu tal-proċedimenti

1.   Oġġetti suspettati li huma ffalsifikati jew ikkupjata jistgħu jinqerdu taħt kontroll doganali, mingħajr ebda bżonn li jiġi stabbilit jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali ikunx inkiser skont il-liġi tal-Istat Membru fejn instabu l-oġġetti, meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:

(a)

id-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni informa lill-awtoritajiet doganali bil-miktub bil-qbil tiegħu għall-qerda tal-oġġetti fi żmien 10 ijiem xogħol, jew tlett ijiem xogħol fil-każ ta’ prodotti li jeħżienu malajr, mid-data minn meta tintbagħat id-deċiżjoni għas-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew tas-sekwestru tagħhom;

(b)

id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet doganali bil-qbil tiegħu għall-qerda tal-oġġetti fi żmien 10 ijiem xogħol, jew tlett ijiem xogħol fil-każ ta’ prodotti li jeħżienu malajr, mid-data minn meta tintbagħat id-deċiżjoni għas-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew tas-sekwestru tagħhom.

2.   Meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma jkunx ikkonferma l-qbil tiegħu għall-qerda fil-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 1(b) u lanqas ma jkun innotifika l-oppożizzjoni tiegħu għall-qerda lill-awtoritajiet doganali li adottaw id-deċiżjoni li jissospendu r-rilaxx tal-oġġetti jew tas-sekwestru tagħhom, l-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu li d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun qabel li dawn l-oġġetti jinqerdu.

L-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lid-detentur bid-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-applikazzjoni.

Meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti joġġezzjona għall-qerda tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lid-detentur bid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni ta’ tali oġġezzjoni.

3.   Il-qerda għandha ssir taħt il-kontroll doganali, bi spejjeż ta’ u taħt ir-responsabbiltà tad-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn jinqerdu l-oġġetti. Qabel il-qerda, jistgħu jittieħdu kampjuni.

4.   Meta ma jkunx hemm qbil dwar il-qerda, id-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni għandu jibda proċedimenti, biex jistabbilixxi jekk ikunx inkiser dritt għal proprjetà intellettwali, fi żmien 10 ijiem xogħol, jew tlett ijiem xogħol fil-każ ta’ prodotti li jeħżienu malajr minn meta tkun ntbagħtet id-deċiżjoni għas-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew għas-sekwestru tagħhom.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jestendu l-perjodi msemmija fl-ewwel subparagrafu b’massimu ta’ 10 ijiem xogħol fuq talba mid-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni f’każi xierqa.

Fil-każ ta’ prodotti li jeħżienu malajr dawn il-perjodi ma għandhomx jiġu estiżi.

5.   L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu r-rilaxx ta’ oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom, kif xieraq, immedjatament wara li jkunu ġew sodisfatti l-formalitajiet doganali kollha, meta ma jkunux irċevew l-informazzjoni mingħand id-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni dwar xi punt minn dawn li ġejjin:

(a)

il-qbil tiegħu għall-qerda fil-perjodi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a);

(b)

il-bidu tal-proċedimenti biex jiġi stabbilit jekk inkisirx dritt ta’ proprjetà intellettwali fi ħdan il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4. [Em. 83]

Artikolu 24

Proċedura speċifika għall-qerda ta’ oġġetti f’kunsinni żgħar

1.   Dan l-Artikolu japplika għal oġġetti fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha jkunu ssodisfati:

(a)

oġġetti jkunu suspettati li huma foloz jew ikkupjati bi ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali ; [Em. 84]

(b)

prodotti/oġġetti li ma jeħżinux;

(c)

oġġetti jkunu koperti minn deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni;

(ca)

id-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ applikazzjoni jkun talab l-użu tal-proċedura speċifika fl-applikazzjoni tiegħu; [Em. 85]

(d)

oġġetti jkunu trasportati f’kunsinni żgħar.

2.   L-Artikolu 16 (3),(4) u (5) u l-Artikolu 18(2) ma għandhomx japplikaw. [Em. 86]

3.   Meta tiġi nnotifikata, fi żmien ġurnata xogħol wara l-adozzjoni tagħha, id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew tas-sekwestru tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti b’dan li ġej:

(a)

l-intenzjoni tal-awtoritajiet doganali li jeqirdu l-oġġetti;

(b)

id-drittijiet tad-dikjarant jew tad-detentur tal-oġġetti skont il-paragrafi 4 u 5.

4.   Id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti għandu jingħata l-opportunità li jesprimi l-opinjoni tiegħu fi żmien 20 jum ħamest ijiem xogħol minn meta tiġi rċevuta id-deċiżjoni għas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti. [Em. 87]

5.   L-oġġetti kkonċernati jistgħu jinqerdu meta, fi żmien 20 jum xogħol minn meta tkun intbagħtet id-deċiżjoni għas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti, id- d- dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun ikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet doganali l-qbil tiegħu għall-qerda tal-oġġetti. Din il-qerda għandha titwettaq taħt il-kontroll doganali bi spejjeż tad-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni. [Em.88 ]

6.   Meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma jkunx ikkonferma l-qbil tiegħu jew tagħha għall-qerda fil-perjodu li hemm referenza għalih fil-paragrafu 5, u lanqas ma jkun innotifika l-oppożizzjoni tiegħu jew tagħha għall-qerda lill-uffiċċju doganali li adotta d-deċiżjoni għas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu li d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti qabel mal-qerda tal-oġġetti.

7.   Il-qerda tista’ ssir taħt il-kontroll doganali bi spejjeż tal-awtoritajiet doganali. [Em. 89]

7a.     L-awtoritajiet doganali għandhom jipprovdu lid-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ applikazzjoni aċċess għall-informazzjoni dwar in-numru proprja jew preżunt ta’ oġġetti meqruda u n-natura tagħhom fejn ikun xieraq. [Em. 90]

8.   Meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti joġġezzjona għall-qerda ma jkunx ikkonferma l-qbil tiegħu mal-qerda jew ma jkunx innotifika l-oġġezzjoni tiegħu għall-qerda fi żmien għaxart ijiem xogħol minn meta tkun waslitlu d-deċiżjoni tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lid-detentur bid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni għal tali nuqqas ta’ qbil jew oġġezzjoni u bin-numru ta’ oġġetti u n-natura tagħhom, inklużi stampi ta’ dawk l-oġġetti jew kampjuni fejn xieraq. [Em. 91]

9.   L-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw ir-rilaxx tal-oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom, kif xieraq, immedjatament wara li jkunu ġew issodisfati l-formalitajiet doganali kollha meta ma jkunux irċevew informazzjoni mingħand id-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni dwar il-bidu tal-proċedimenti biex jiġi stabbilit jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali inkisirx, fi żmien 10 ijiem xogħol minn meta tintbagħat l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 8.

10.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30 dwar il-limiti li jiddefinixxu kunsinni żgħar għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu. [Em. 92]

KAPITOLU IV

RESPONSABBILTÀ, SPEJJEŻ U PIENI

Artikolu 25

Responsabbiltà tal-awtoritajiet doganali

Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Istati Membri, id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni ma għandhiex tintitola lid-detentur ta’ dik id-deċiżjoni għal kumpens f’każ li ma jinstabux oġġetti suspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali mill-uffiċċju doganali u dawn jiġu rilaxxati, jew ma tittieħed l-ebda azzjoni ta’ sekwestru tagħhom.

Artikolu 26

Responsabbiltà tad-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni

Meta proċedura li tinbeda kif xieraq skont dan ir-Regolament ma titkompliex minħabba att jew ommissjoni mid-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni jew meta l-oġġetti kkonċernati sussegwentament jinstabu li mhumiex qegħdin jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali, id-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni għandu jkun responsabbli għall-persuna involuta fis-sitwazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1(1) skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn jinstabu l-oġġetti.

Artikolu 27

Spejjeż

1.   Meta mitlub mill-awtoritajiet doganali, id-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni għandu jrodd lura l-ispejjeż kollha mġarrba mill-amministrazzjoni doganali għas-sekwestru tal-oġġetti taħt superviżjoni doganali skont l-Artikolu 16 u 17 u għall-qerda tal-oġġetti skont l-Artikoli 20 u 23 24 . Id-detentur ta' deċiżjoni għandu, fuq talba, jingħata informazzjoni mill-awtoritajiet doganali dwar fejn u kif l-oġġetti miżmuma qed jinħażnu u dwar l-ispejjeż konnessi ma' tali ħażna, u għandu jingħata l-opportunità jikkummenta dwar dik il-ħażna. [Em. 93]

2.   Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għad-dritt tad-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni biex jikseb kumpens mingħand dak li wettaq il-ksur jew mingħand persuni oħra skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn jinstabu l-oġġetti.

2a.     Meta min iwettaq il-ksur ma jkunx jista’ jiġi identifikat, ma jkunx tanġibbli jew ma jkunx jista’ jipprovdi kumpens, id-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ applikazzjoni jista’ jfittex kumpens mis-sid tal-oġġetti jew mill-persuna li jkollha dritt simili biex tiddisponi minnhom. [Em. 94]

2b.     Il-paragrafu 2a m’għandux japplika għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 24. [Em. 95]

3.   Id-detentur ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ applikazzjoni tal-Unjoni għandu jipprovdi u jħallas għal kull traduzzjoni li jkunu jeħtieġu l-awtoritajiet doganali li għandhom jieħdu azzjoni fuq l-oġġetti suspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali.

Artikolu 28

Sanzjonijiet amministrattivi

Bla ħsara għad-dritt nazzjonali, l -Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli japplikaw ir-regoli dwar is-sanzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-ksur relatati mal-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet amministrattivi previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. [Em. 96]

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kull b’emenda sussegwenti li taffettwawhom.

KAPITOLU V

KUMITAT, DELEGAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI [Em. 97]

Artikolu 29

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit mill-Artikoli 247a u 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dak il-kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 30

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħa li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24(10) għandha tingħata għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Id-delega tas-setgħat li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24(10) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 24(10) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 98]

Artikolu 31

Skambju ta’ data dwar deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjoni għal azzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.   Id-dipartimenti doganali kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawn li ġejjin bl-informazzjoni neċessarja relatata ma' dan li ġej :

(a)

id-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni ta’ applikazzjoni, inklużi applikazzjonijiet għal azzjoni, inklużi ritratt(i), stampa(i) jew fuljett(i);

(b)

deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-applikazzjonijiet;

(c)

kull deċiżjoni li testendi l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni jew kull deċiżjoni li tirrevoka d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni jew li temendaha;

(d)

kull sospensjoni ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni. [Em. 99]

2.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-punt (g) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97, meta r-rilaxx tal-oġġetti jkun sospiż jew l-oġġetti jiġu ssekwestrati, l-awtoritajiet doganali għandhom jgħaddu kull informazzjoni relevanti lill-Kummissjoni, inklużi dettalji dwar il-oġġetti, id-dritt ta’ proprjetà intellettwali, il-proċeduri u t-trasport.

3.   L-informazzjoni kollha li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinżamm f’bażi ta’ data ċentrali tal-Kummissjoni. Ladarba l-bażi ta’ data ċentrali tal-Kummissjoni tkun fis-seħħ, it-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha ssir permezz ta’ dik il-bażi ta’ data. [Em. 100]

4.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri f’forma elettronika l-informazzjoni relevanti li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 1 u 2 kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015 .

4a.     Bl-għan li jiġi żgurat l-ipproċessar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-bażi ta' data ċentrali msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi stabbilita f'forma elettronika. Il-bażi ta’ data ċentrali għandu jkun fiha l-informazzjoni, inkluża data personali, imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3), l-Artikolu 13 u l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

4b.     L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni miżmuma fil-bażi ta’ data ċentrali.

4c.     L-awtoritajiet doganali għandhom idaħħlu fil-bażi ta’ data informazzjoni relatati mal-applikazzjonijiet ippreżentati lid-dipartiment doganali kompetenti. L-awtorità doganali li tkun daħħlet l-informazzjoni fil-bażi ta’ data ċentrali għandha, fejn ikun neċessarju, tikkoreġi jew tħassar tali informazzjoni. Kull awtorità doganali li tkun daħħlet informazzjoni fil-bażi ta’ data ċentrali għandha tkun responsabbli għall-eżattezza, l-adegwatezza u r-relevanza ta’ dik l-informazzjoni.

4d.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm arranġamenti tekniċi u organizzattivi adegwati għall-operat affidabbli u sikur tal-bażi ta’ data ċentrali. L-awtorità doganali ta’ kull Stat Membru għandha tistabbilixxi u żżomm arranġamenti tekniċi u organizzattivi sabiex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa mill-awtoritajiet doganali tagħhom u fir-rigward tat-terminals tal-bażi ta’ data ċentrali li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

4e.     L-ipproċessar ta’ data personali fil-bażi ta' data ċentrali għandu jitwettaq b'konformità mal-Artikolu 32. [Em. 101]

Artikolu 32

Dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tad-data

1.   L-ipproċessar ta' data personali fil-bażi tad-data ċentrali tal-Kummissjoni għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Fi kwalunkwe każ, il-miżuri ta' implimentazzjoni li jridu jiġu adottati għandhom jispeċifikaw fid-dettall il-karatteristiċi funzjonali u tekniċi tal-bażi ta' data. [Em. 102]

2.   L-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità pubblika indipendenti tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 28 ta' dik id-Direttiva.

2a.     Id-data personali għandha tinġabar u tintuża biss għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament. Id-data personali li tinġabar b’dan il-mod għandha tkun eżatta u għandha tinżamm aġġornata.

2b.     Kull awtorità doganali li tkun daħħlet data personali fil-bażi ta’ data ċentrali għandha tkun il-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dik id-data.

2c.     Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt ta' aċċess għad-data personali relatata miegħu li tiġi pproċessata permezz tal-bażi ta' data ċentrali u, fejn ikun xieraq, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar ta’ data personali b’konformità mar-Regolament (KE) 45/2001 jew il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

2d.     It-talbiet kollha għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess, rettifika, tħassir jew imblukkar għandhom jiġu ppreżentati lid-dipartiment doganali kompetenti u għandhom jiġu pproċessati minnu. Meta s-suġġett ta’ data jkun ippreżenta talba għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess, rettifika, tħassir jew imblukkar lil uffiċċju ieħor tal-awtoritajiet doganali jew lil uffiċċju tal-Kummissjoni, l-uffiċċju li jirċievi t-talba għandu jgħaddi din it-talba lid-dipartiment doganali kompetenti.

2e.     Id-data personali m’għandhiex tinżamm iktar minn sitt xhur mid-data meta d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ applikazzjoni relevanti tkun ġiet revokata jew meta l-perjodu relevanti li matulu l-awtoritajiet doganali jistgħu jieħdu azzjoni jkun skada.

2f.     Meta d-detentur tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ applikazzjoni jkun nieda proċedimenti skont l-Artikolu 20(1) jew l-Artikolu 24(9) ta’ dan ir-Regolament u jkun innotifika lid-dipartiment doganali kompetenti bit-tnedija ta’ tali proċedimenti, id-data personali għandha tinżamm għal sitt xhur wara li l-proċedimenti jkunu ddeterminaw b’mod finali jekk kienx hemm ksur tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali. [Em. 103]

Artikolu 33

Perjodi, dati u limiti ta’ żmien

Ir-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (26) għandhom japplikaw.

Artikolu 34

Għajnuna amministrattiva reċiproka

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 515/97 għandhom japplikaw.

Artikolu 35

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 huwa revokat b’effett minn … (27).

Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 36

Dispożizzjonijiet transizzjonali

L-applikazzjonijiet għal azzjoni approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 għandhom jibqgħu validi għall-perjodu speċifikat fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-applikazzjoni li matulha l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni u m’għandhomx jiġu estiżi.

Artikolu 37

Dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni rappurtar [Em. 104]

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, Artikolu 24(1) sa (9) għandhom japplikaw minn XX.XX.20XX. [Em. 106]

Sa … (28), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll analiżi tal-impatt ta' dan ir-Regolament dwar id-disponibilità tal-mediċini ġeneriċi, fl-Unjoni kif ukoll globalment. Jekk meħtieġ, dak ir-rapport għandu jkollu mehmuż miegħu proposti u/jew rakkomandazzjonijiet xierqa. [Em. 121, 151 u 163]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 363, 13.12.2011, p. 1.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012.

(3)  ĠU C 253, 4.10.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 7.

(5)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(6)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(7)  ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 47.

(8)   ĠU L 174, 1.7.2011, p. 74.

(9)   Id-data: 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(10)  ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1.

(11)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(12)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(13)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(14)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 1.

(15)  ĠU L 198, 8.8.1996, p. 30.

(16)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(17)  ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.

(18)  ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1.

(19)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(20)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(21)  ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.

(22)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(23)  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40.

(24)   Id-data: 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(25)   Id-data: 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(26)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.

(27)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(28)   Id-data: 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012

29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/180


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa ***I

P7_TA(2012)0278

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (COM(2010)0539 – C7-0294/2010 – 2010/0267(COD))

2013/C 349 E/23

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0539),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0294/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Litwan, mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu u mid-Diet u s-Senat Pollakki, li jaffermaw li l-abbozz ta' att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0158/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 30.


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
P7_TC1-COD(2010)0267

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3) jagħti poteri lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-poteri mogħtija taħt ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 lill-Kummissjoni jeħtieġu jkunu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat).

(3)

Il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li ma jkunux essenzjali. L-elementi li għalihom il-poter jista' jkun eżerċitat għandhom ikunu definiti, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun soġġetta dik id-delegazzjoni. Biex ikun żgurat il-funzjonament xieraq tas-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament, il-poter li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jingħata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, xierqa u fil-ħin tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. [Em. 1]

(4)

Sabiex tiggarantixxi applikazzjoni uniformi tar-Regolament Nru 73/2009 fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha jkollha l-poter li tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. Salv meta hu espliċitament ipprovdut mod ieħor, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-... jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata poteri ta' implimentazzjoni . Dawn il-poteri, ħlief meta jkun previst espliċitament mod ieħor, għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewrepow u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (4). [Em. 2]

(4a)

Il-Kummissjoni, permezz ta' atti tal-implimentazzjoni, għandha tapprova l-għoti ta' ċertu appoġġ speċifiku, tiddeċiedi liema Stati Membri jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet rigward il-primjum tal-baqar li jreddgħu u tawtorizza lil Stati Membri ġodda jikkomplementaw, skont ċerti kundizzjonijiet, kwalunkwe pagamenti diretti. Minħabba n-natura speċjali ta' dawk l-atti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadottahom mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat għal Pagamenti Diretti. [Em. 3]

(5)

Xi wħud mid-dispożizzjonijiet dwar skemi ta’ appoġġ dirett li ġew adottati sa issa mill-Kummissjoni skont il-poteri mogħtija lilha mir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma kkunsidrati ta’ tali importanza li għandhom jiġu inkorporati f’dak ir-Regolament. Dawk l-elementi jikkonċernaw xi wħud mir-regoli dettaljati stipulati fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1120/2009 (5), (UE) Nru 1121/2009 (6) u (UE) Nru 1122/2009 (7).

(6)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu ssimplifikati, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità.

(7)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ċarezza huwa xieraq li jiġu pprovduti definizzjonijiet għal "art għall-kultivazzjoni", "uċuħ tar-raba’ permanenti", "mergħa permanenti" u "mergħat".

(8)

Minħabba li l-mergħa permanenti għandha effett ambjentali pożittiv, għandhom jiġu adottati miżuri sabiex jinkoraġġixxu l-manutenzjoni tal-mergħa permanenti eżistenti biex tiġi evitata l-konverżjoni massiva f’art għall-kultivazzjoni. Sabiex tiżgura li l-Istati Membri jiddeterminaw il-proporzjon ta’ mergħa permanenti u art agrikola li għandha tinżamm b’mod koerenti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar id-determinazzjoni tad-dejta meħtieġa sabiex tistabbilixxi dan il-proporzjon.

(9)

Sabiex tiżgura implimentazzjoni effettiva tas-sistema konsultattiva għall-farms ipprovduta fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, biex b’hekk tagħmel tali sistema kompletament operattiva, il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

(10)

Sabiex jiżguraw li l-osservanza tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità tkun tista’ tiġi vverifikata, il-bdiewa huma meħtieġa jiddikjaraw l-erjas agrikoli kollha tal-impriża tagħhom. Dan japplika wkoll meta l-bdiewa ma japplikaw għal ebda pagament dirett ibbażat fuq l-erja u jkollhom biss żoni żgħar għad-dispożizzjoni tagħhom. F’dawk il-każijiet, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li ma jkollhomx bżonn id-dikjarazzjoni ta’ dawk l-erjas, sakemm l-erja totali tal-impriża kkonċernata ma taqbiżx ettaru wieħed u sakemm issir referenza għal dawk l-erjas fl-applikazzjoni għal għajnuna.

(11)

Implimentazzjoni effettiva tal-kundizzjonalità teħtieġ verifika tal-osservanza tal-obbligi fuq il-livell tal-bdiewa. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, sabiex tiżgura livell uniformi u għoli biżżejjed ta’ prestazzjoni ta’ dawn il-verifiki b’mod partikolari fir-rigward tal-għażla tal-farms, twettiq ta’ kontrolli u rappurtar. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla li jikkunsidra nuqqas ta’ konformità bħala minuri jew li ma japplikax tnaqqis jew esklużjoni fejn ammont ikkonċernat huwa ta’ inqas minn EUR 100, l-awtorità kompetenti ta’ kontroll għandha, fis-sena ta’ wara, tivverifika li l-bidwi jirrimedja għas-sejbiet tan-nuqqas ta’ konformità kkonċernat. Madankollu, bl-għan li tissimplifika u li ttaffi l-piż amministrattiv, wieħed għandu jikkunsidra li jissimplifika s-sistema ta' kontrolli ta' segwitu.

(12)

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Sabiex tiżgura livell uniformi u għoli biżżejjed ta’ osservanza tal-elementi differenti ta’ dik is-sistema fir-rigward tal-aspetti tekniċi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar karatteristiċi bażiċi, definizzjonijiet u rekwiżiti ta’ kwalità dwar is-sistema u l-elementi differenti tagħha.

(13)

Sabiex tiżgura amministrazzjoni koerenti u effiċjenti tal-applikazzjonijiet għal għajnuna l-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni pertinenti għall-applikazzjoni għal għajnuna u għall-applikazzjoni għal intitolamenti għal pagament. Dawk l-atti għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti biżżejjed żmien u l-informazzjoni neċessarja kollha sabiex jippermettu l-verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà. Meta tkun iġġustifikata debitament, il-bidwi għandu jingħata ċerta flessibbiltà. Barraminnhekk, ir-regoli ta’ eliġibbiltà bħal perijodi ta’ żamma ta’ annimali ma għandhomx jostakolaw lill-bdiewa milli jittrasferixxu l-impriża kollha tagħhom wara li l-applikazzjoni tintbagħat imma matul dan il-perijodu. Il-kundizzjonijiet għal tali trasferimenti għandhom għalhekk jiġu ddefiniti.

(14)

Verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandha titwettaq bl-għan li tipproteġi l-Fondi tal-Unjoni. Sabiex tippermetti tali verifika tat-twettiq tal-obbligi marbutin mal-pagament mill-bdiewa kif ukoll sabiex tiżgura distribuzzjoni korretta tal-fondi għall-bdiewa intitolati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri. Meta xieraq, dawk l-atti għandhom ukoll jistabbilixxu regoli għas-sitwazzjoni meta servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet oħrajn minbarra l-awtorità kompetenti jkunu inkarigati mill-amministrazzjoni tal-pagamenti.

(15)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi għal rekwiżiti minimi li għandhom jiġu osservati, iżda l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) mhix xierqa għall-bdiewa li għadhom qegħdin jirċievu pagamenti diretti taħt ċerti skemi akkoppjati iżda li ma għandhomx ettari. Dawk il-bdiewa huma fl-istess sitwazzjoni bħall-bdiewa detenturi ta’ intitolamenti speċjali u sabiex jiżguraw l-effettività sħiħa tal-iskemi akkoppjati inkwistjoni huma għandhom għalhekk jiġu ttrattati bl-istess mod għall-iskopijiet tal-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament. Ukoll, meta Stat Membru jkun għażel limitu massimu f'ettari kif previst fl-Artikolu 28(1)(b), il-bdiewa li jirċievu l-appoġġ speċifiku msemmi fit-Titlu III tal-Kapitolu 5 u li għandhom inqas ettari mil-limitu massimu magħżul mill-Istat Membru għandhom ikunu soġġetti għal-limitu massimu f'Euro magħżul mill-Istat Membru skont kif previst fl-Artikolu 28(1)(a).

(16)

Għandhom jiġu ffissati r-regoli dwar il-qies minimu għal kull impriża li għaliha jista’ jintalab l-istabbiliment ta’ intitolamenti għal pagament.

(17)

Sabiex tiżgura l-kontinwità tas-sistema ta’ pagamenti diretti f’każ ta’ ċirkostanzi straordinarji, il-Kummissjoni għandha tingħata l-permess li tadotta miżuri neċessarji u ġustifikati sabiex tegħleb tali eventwalitajiet.

(18)

Sabiex tiżgura l-amministrazzjoni effiċjenti tal-iskema ta’ pagament uniku previst fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-użu ta’ erjas agrikoli għal attivitajiet mhux agrikoli għandu jiġi ddefinit.

(19)

Sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni l-organizzazzjoni interna tal-Istati Membri, huma għandhom jitħallew jamministraw ir-riżerva naturali fuq livell reġjonali. Għandhom jiġu stabbiliti regoli għal tali amministrazzjoni.

(20)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi mill-Istati Membri dwar ir-riverżjoni għar-riżerva nazzjonali tal-intitolamenti għal pagament mhux użati.

(21)

Ir-regoli rigward il-limitazzjoni fuq it-trasferiment ta’ intitolamenti għal pagament għandhom jiġu adattati sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni sitwazzjonijiet ta’ trasferiment partikolari.

(22)

Sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet għal intitolamenti speċjali jkomplu jintlaħqu għandhom jiġu adottati regoli dwar il-kalkolu tal-unitajiet ta’ bhejjem.

(23)

Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-allokazzjoni inizjali ta’ intitolamenti għal pagament fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku fl-Istati Membri l-ġodda kif previst fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(24)

Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-kalkolu tal-unitajiet ta’ bhejjem għal intitolamenti speċjali kif previst fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(25)

Sabiex tiżgura trattament ugwali bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-miżuri speċifiċi ta’ appoġġ li jikkonċernaw attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agriambjentali addizzjonali, erjas soġġetti għal ristrutturazzjoni u/jew miżuri ta’ assigurazzjoni għal programmi ta’ żvilupp, uċuħ tar-raba’, annimali u pjanti kif previst fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Fil-każ ta’ fondi reċiproċi għall-mard ta’ annimali u pjanti u l-inċidenti ambjentali, dawn ir-regoli għandhom b’mod partikolari jinkludu t-tul minimu u massimu tas-self kummerċjali eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja u l-obbligu tal-Istati Membri li jissottomettu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(26)

Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti tal-iskemi ta’ għajnuna previsti fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-funzjonament preċiż ta’ dawk is-sistemi.

(27)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw il-limitazzjonijiet għat-trasferiment ta’ drittijiet tal-primjum fil-każ tal-primjums fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż.

(28)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw l-għadd minimu ta’ annimali li għandhom jiġu ddikjarati fir-rigward tal-primjums speċjali u fir-rigward tal-primjum tal-baqar li jreddgħu.

(29)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw il-limiti għat-trasferiment tad-drittijiet tal-primjums ta’ baqar li jreddgħu.

(30)

Sabiex tiżgura amministrazzjoni tajba tal-għażliet magħmula mill-Istati Membri li jikkonċernaw il-pagamenti akkoppjati, il-Kummissjoni għandha tiffissa limiti li jikkorrispondu mal-iskema ta’ pagament uniku, il-miżuri akkoppjati fi ħdan l-appoġġ speċifiku, il-pagament separat taz-zokkor, il-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex, il-pagament separat tal-frott artab u l-fondi nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69(6)(a).

(31)

L-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprevedi l-possibbiltà fl-Istati Membri l-ġodda li tiġi kkumplimentata għajnuna diretta mħallsa lill-bidwi, soġġetta għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni. Pagamenti diretti nazzjonali komplementari mħallsin mhux b’konformità mal-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni għandhom jiġu kkwalifikati bħala għajnuna illegali.

(32)

L-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri huwa essenzjali għall-ġestjoni tajba tal-fondi. Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni l-Kummissjoni għandha tadotta regoli uniformi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni. Dawn għandhom b’mod partikolari jinkludu regoli dwar notifiki ta’ deċiżjonijiet mill-Istati Membri u dwar statistiki u rapporti li għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri.

(33)

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(i)

‘art għall-kultivazzjoni’ tfisser art ikkultivata għall-produzzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ jew miżmuma f’kundizzjoni agrikola jew ambjentali tajba skont l-Artikolu 6, irrispettivament minn jekk dik l-art hix taħt serer jew taħt kopertura fissa jew mobbli jew le;

(j)

‘uċuħ tar-raba’ permanenti’ tfisser uċuħ tar-raba’ mhux tar-rotazzjoni minbarra mergħat permamenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew aktar u jagħtu ħsad ripetut, inklużi mixtliet, u msaġar ta’ rotazzjoni qasira;

(k)

‘mergħa permanenti’ tfisser art użata għat-tkabbir ta’ ħxejjex jew pjanti naturalment erbaċji (li jitilgħu waħidhom) jew permezz tal-kultivazzjoni (miżrugħa) u li ma ġietx inkluża fir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ tal-impriża għal ħames snin jew aktar, esklużi l-erjas mwarrba skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 (8), erjas imwarrba skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (9) u erjas imwarrba skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005; u għal dan il-għan, ‘ħxejjex jew pjanti erbaċji oħrajn’ tfisser il-pjanti erbaċji kollha tradizzjonalment misjuba f’mergħat naturali jew normalment inklużi f’taħlitiet ta’ żrieragħ għal mergħat jew imraġ fl-Istat Membru (użati għall-annimali li jirgħu jew le). L-Istati Membri jistgħu jinkludu wċuħ tar-raba’ li jinħadmu kif iddefinit mill-Kummissjoni;

(l)

‘mergħa’ tfisser art għall-kultivazzjoni użata għall-produzzjoni tal-ħaxix (miżrugħ jew naturali); mergħa għandha tinkludi mergħa permanenti.

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 2a

Emenda tal-Anness I

Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni leġislazzjoni ġdida li tista’ ssir neċessarja, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, atti ddelegati temenda l-Anness I sabiex tinkludi referenzi xierqa għal leġislazzjoni ġdida .".

[Em. 4]

(2a)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), jitħassar il-punt (a). [Em. 5]

(3)

Fl-Artikolu 6, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3.   Sabiex tiżgura li jittieħdu miżuri sabiex l-art tinżamm taħt mergħa permanenti fuq il-livell tal-bdiewa, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dispożizzjonijiet inklużi obbligi individwali fuq il-livell tal-bdiewa li għandhom jiġu rrispettati fejn huwa stabbilit li l-proporzjon ta’ art taħt mergħa permanenti qiegħed jonqos." [Em. 6]

4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-metodi għad-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ mergħa permanenti u art agrikola li għandha tinżamm.".

(4)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni ddelegati , tirrevedi l-limiti stabbiliti fl-Anness IV sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni il-: [Em. 7]

(a)

modifiki fl-ammonti totali massimi ta’ pagamenti diretti li jistgħu jingħataw;

(b)

modifiki fis-sistema ta’ modulazzjoni volontarja pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 378/2007;

(c)

bidliet strutturali fl-impriżi;

(d)

trasferimenti lill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skont l-Artikolu 136 ta’ dan ir-Regolament.".

(5)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-parti introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

"L-ammonti li jikkorrispondu għal punt wieħed perċentwali għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fejn l-ammonti korrispondenti ġew iġġenerati. L-ammonti li jikkorrispondu għat-tnaqqis b’4 punti perċentwali għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kkonċernati mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:";

(b)

fil-paragrafu 3, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

"Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni leġislazzjoni ġdida li tista’ ssir neċessarja Il -Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, temenda l-Anness V.";

[Em. 8]

(c)

Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"4.   L-ammont li jifdal li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) u l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fejn l-ammonti korrispondenti ġew iġġenerati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Huma għandhom jintużaw skont l-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.".

(6)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"3.   Kwalunkwe ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) u (2) għandu jiġi allokat lill-Istat Membru l-ġdid fejn l-ammonti korrispondenti ġew iġġenerati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw skont l-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.".

(6a)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 jinbidel b'li ġej:

"2.     Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, waqt li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni ppreżentata mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena kalendarja li fiha japplikaw l-aġġustamenti msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiddeterminaw dawn l-aġġgustamenti mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tal-istess sena kalendarja.".

[Em. 9]

(7)

Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II, jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 11a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

1.   Sabiex tiżgura implimentazzjoni armonizzata tal-modulazzjoni u d-dixxiplina finanzjarja l-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dettaljati fuq il-bażi ta’ kalkolu ta’ tnaqqis li għandu jiġi applikat għall-bdiewa mill-Istati Membri minħabba l-modulazzjoni u d-dixxiplina finanzjarja kif previst fl-Artikolu 9, 10, 11.

2.   Sabiex tiżgura l-allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi l-kriterji għall-allokazzjoni ta’ ammonti magħmula disponibbli bl-applikazzjoni ta’ modulazzjoni.".

(8)

Fl-Artikolu 12, jiżdied l-paragrafu li ġej:

"5.   Sabiex tiggarantixxi l-funzjonament tajjeb tas-sistema konsultattiva għall-farms, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, dispożizzjonijiet bil-għan li tali sistema ssir kompletament operattiva. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jkunu relatati, fost l-oħrajn, mal-iskop tas-sistema konsultattiva għall-farms u l-kriterji ta’ aċċessibbiltà għall-bdiewa. [Em. 10]

6.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli tekniċi għall-implimentazzjoni uniformi tas-sistema konsultattiva għall-farms.".

[Em. 11]

(9)

Fl-Artikolu 19(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

"Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-qies minimu tal-ħbula tar-raba' li għalihom tista’ ssir applikazzjoni. Madankollu, il-qies minimu ma jistax jaqbeż 0,3 ett.

Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li bidwi li ma japplikax għal xi pagament dirett abbażi tal-erja mhuwiex obbligat jiddikjara l-ħbula tar-raba' kollha tiegħu fil-każ fejn l-erja totali ta’ dawk il-ħbula tar-raba' ma taqbiżx ettaru wieħed. Il-bidwi għandu madankollu jindika, fl-applikazzjoni tiegħu, li għandu ħbula tar-raba' u għandu, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, jindika l-post tal-ħbula tar-raba' kkonċernati.".

(10)

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"1.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe tnaqqis jew esklużjoni pprovduta fl-Artikolu 23, fejn jinstab li bidwi ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-għoti tal-għajnuna kif ipprovdut f’dan ir-Regolament, il-pagament jew parti mill-pagament mogħti jew li għandu jingħata li għalih intlaħqu l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandu jkun soġġett għal tnaqqis u esklużjonijiet.".

(11)

Fl-Artikolu 22, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli għat-twettiq ta’ kontrolli u verifiki sabiex tivverifika l-konformità mal-obbligi msemmija fil-Kapitolu 1.".

(12)

Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2.   Minkejja l-paragrafu 1 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 27a(5), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tnaqqis jew esklużjoni li tammonta għal EUR 100 jew inqas għal kull bidwi u għal kull sena kalendarja.

Meta Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla pprovduta fl-ewwel subparagrafu, fis-sena ta’ wara l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa sabiex tivverifika li l-bidwi jirrimedja għas-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità kkonċernati. Is-sejba u l-obbligu li tittieħed azzjoni ta’ rimedju għandhom jiġu nnotifikati lill-bidwi.".

[Em. 12]

(13)

L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)

paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"1.   Għall-kalkolu tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet, għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni s-severità, il-limitu, il-permanenza u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità misjubin kif ukoll il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4."

(b)

fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej mħassar :

"Sakemm il-bidwi ma jkunx ħa azzjoni immedjata ta’ rimedju sabiex itemm in-nuqqas ta’ konformità misjub, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa li jistgħu, fejn xieraq, jiġu limitati għal kontroll amministrattiv sabiex tivverifika li l-bidwi jirrimedja għas-sejba tan-nuqqas ta’ konformità kkonċernata. Is-sejba tan-nuqqas ta’ konformità minuri u l-obbligu li tittieħed azzjoni ta’ rimedju għandhom jiġu nnotifikati lill-bidwi."

[Em. 13]

(14)

Fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II, jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 27a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

1.   Sabiex tiżgura distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-bdiewa intitolati u sabiex tiżgura li l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll pprovduti f’dan il-Kapitolu jkunu implimentati b’mod effiċjenti, koerenti u b’mod mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a)

definizzjonijiet speċifiċi meħtieġa sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata tas-sistema integrata;

(b)

dispożizzjonijiet meħtieġa għal definizzjoni armonizzata tal-bażi għall-kalkolu tal-għajnuna, inklużi regoli dwar kif jiġu ttrattati ċerti każijiet fejn żoni eliġibbli fihom karatteristiċi ta’ pajsaġġ jew siġar;

(c)

regoli sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-bdiewa fil-każijiet ta’ force majeure u ċirkostanzi eċċezzjonali skont l-Artikolu 31;

(d)

regoli sabiex jiżguraw bażi armonizzata għall-kalkolu ta’ tnaqqis minħabba kundizzjonalità bit-teħid f’kunsiderazzjoni wkoll tat-tnaqqis minħabba l-modulazzjoni u d-dixxiplina finanzjarja;

(e)

regoli dwar li jippermettu lill-Istati Membri jieħdu kwalunkwe miżuri ulterjuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri għall-applikazzjoni tajba ta’ dan il-Kapitolu kif ukoll arranġamenti għal kwalunkwe assistenza reċiproka meħtieġa bejn l-Istati Membri. [Em. 14]

2.   Sabiex tiżgura distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-bdiewa intitolati fir-rigward tal-applikazzjonijiet ta’ għajnuna pprovduti fl-Artikolu 19 u sabiex tippermetti l-verifika tat-twettiq tal-obbligi relatati magħhom mill-bdiewa, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi dan li ġej:

(a)

regoli li jikkonċernaw il-qies minimu tal-ħbula tar-raba' li għandhom jiġu ddikjarati, sabiex inaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-bdiewa u l-awtoritajiet;

(b)

deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (10) sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-bdiewa fejn id-data finali għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet jew emendi hija btala pubblika, is-Sibt jew il-Ħadd;

(c)

f’każ ta’ applikazzjoni għal pagament jew għal allokazzjoni ta’ intitolamenti li ssir tard, id-dewmien massimu u t-tnaqqis f’każ ta’ tali dewmien.

3.   Sabiex tiżgura li l-verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà pprovduti fl-Artikolu 20 titwettaq b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dispożizzjonijiet, b’mod partikolari għall-avveniment li fih bidwi jipprevjeni t-twettiq ta’ kontroll.

4.   Sabiex tiżgura li l-kalkolu u l-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet jitwettqu skont il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 21 u b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a)

dispożizzjonijiet dwar tnaqqis jew esklużjonijiet relatati mal-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni fl-applikazzjoni bħal dikjarazzjonijiet eċċessivi ta’ erjas jew annimali jew b’nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ erjas kif ukoll dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw trattament armonizzat u proporzjonat ta’ irregolaritajiet intenzjonati, sitwazzjonijiet ta’ żbalji minuri, akkumulazzjoni ta’ tnaqqis u applikazzjoni simultanja ta’ tnaqqis differenti, kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi għall-iskop tal-miżuri implimentati taħt l-Artikolu 68;

(b)

regoli li jipprovdu għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis f’ċerti każijiet, li jiżguraw il-proporzjonalità meta japplikaw tnaqqis.

5.   Sabiex tiżgura li l-kundizzjonalità titwettaq b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli għall-kalkolu u l-applikazzjonijiet ta’ tnaqqis skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 23 u 24, inklużi regoli għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis f’ċerti każijiet.

Artikolu 27b

Regoli ta’ implimentazzjoni

Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi dan li ġej:

(a)

il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għas-sistema integrata sabiex tkun reġistrata l-identità ta’ kull bidwi li jissottometti applikazzjoni għal għajnuna provduta fl-Artikolu 15;

(b)

il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għall-bażi ta’ dejta kompjuterizzata provduta fl-Artikolu 16;

(c)

il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula tar-raba' provduti fl-Artikolu 17;

(d)

il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għas-sistema ta' identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament provduti fl-Artikolu 18;

(e)

regoli li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ għajnuna u l-applikazzjoni għal intitolamenti għal pagament provduti fl-Artikolu 19, inkluża d-data finali għal sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet, rekwiżiti għall-ammont minimu ta’ informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni, dispożizzjonijiet għal emendi jew l-irtirar ta’ applikazzjonijiet ta’ għajnuna, eżenzjoni mir-rekwiżiti għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal għajnuna u dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri japplikaw proċeduri ssimplifikati jew jaġġustaw żbalji ovvji;

(f)

regoli għat-twettiq ta’ kontrolli sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligi, il-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għal għajnuna. Fir-rigward tal-qanneb, dan għandu b’mod partikolari jinkludi regoli dettaljati rigward il-miżuri u metodi speċifiċi ta’ kontroll għad-determinazzjoni tal-livelli tat-tetraidrokannabinol u fir-rigward tal-qoton, sistema għall-kontroll tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati;

(g)

fir-rigward tal-qanneb, regoli rigward il-miżuri u metodi speċifiċi ta’ kontroll għad-determinazzjoni tal-livell tat-tetraidrokannabinol;

(h)

fir-rigward tal-qoton, sistema għall-kontroll tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati;

(i)

regoli dwar l-irkupru ta’ ammonti ta’ għajnuna mħallsin indebitament u intitolamenti għal pagament allokati indebitament;

(j)

definizzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-iskop tal-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu;

(k)

dispożizzjonijiet fir-rigward tas-sitwazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ impriżi meta tiġi ttrasferita wkoll kwalunkwe obbligazzjoni li tikkonċerna l-eliġibbiltà għall-għajnuna inkwistjoni li għadha trid tiġi sodisfatta;

(15)

Fl-Artikolu 28(1), it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Bdiewa detenturi ta’ intitolamenti speċjali msemmija fl-Artikolu 44(1) jew bdiewa li jirċievu l-primjums għal nagħaġ u mogħoż imsemmija fit-Taqsima 10 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV jew il-pagament għaċ-ċanga u l-vitella msemmi fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV jew bdiewa li jirċievu appoġġ speċifiku msemmi fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III li għandhom inqas ettari mil-limitu magħżul minn Stat Membru meta jiġi applikat il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu."

(16)

Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:

(a)

tipprovdi ħlasijiet bil-quddiem;

(b)

tawtorizza lill-Istati Membri, skont is-sitwazzjoni baġitarja, jagħmlu ħlasijiet bil-quddiem qabel l-1 ta’ Diċembru fir-reġjuni fejn, minħabba kundizzjonijiet eċċezzjonali, il-bdiewa jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji severi:

(i)

sa 50 % tal-pagamenti;

jew

(ii)

sa 80 % tal-pagamenti fejn il-ħlasijiet bil-quddiem diġà ġew provduti;

Il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward il-pagament ta’ dawk il-ħlasijiet bil-quddiem.".

(17)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 31a

Regoli ta’ implimentazzjoni Delega tal-poteri lill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni ddelegati , miżuri li huma kemm neċessarji kif ukoll debitament ġustifikati sabiex, f’emerġenza, isolvu problemi prattiċi u speċifiċi; tali miżuri jistgħu jagħtu deroga minn ċerti partijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda sal-limitu, u għal tali perijodu, safejn huwa strettament neċessarju. Meta raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 141ba għandha tapplika għall-atti ddelegati skont dan l-Artikolu. ".

[Em. 15]

(18)

Fl-Artikolu 33, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"4.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jiffissa qies minimu għal kull impriża f’termini ta’ erja agrikola li għaliha jista' jkun li jintalab l-istabbiliment ta’ intitolamenti għal pagament. Madankollu, il-qies minimu ma għandux ikun ogħla mil-limiti stabbiliti taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1). Ma għandux jiġi stabbilit qies minimu għall-istabbiliment tal-intitolamenti speċjali msemmija fl-Artikoli 60 u 65.

5.   Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni leġislazzjoni ġdida li tista’ ssir neċessarja, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat , temenda l-Anness IX. [Em. 16]

6.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward l-applikazzjoni għal appoġġ fis-sena tal-allokazzjoni ta’ intitolamenti fejn l-intitolamenti jistgħu ma jkunux għadhom definittivament stabbiliti u fejn l-allokazzjoni tkun affettwata minn ċirkostanzi speċifiċi, kif ukoll limitu għall-iskema ta’ pagament uniku msemmija f’dan it-Titolu.".

(19)

Fl-Artikolu 34(2), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Fejn żona agrikola ta’ impriża tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, dik l-erja għandha tkun ikkunsidrata bħala li tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli, jekk l-attività agrikola tista’ tiġi eżerċitata mingħajr ma tkun ostakolata b’mod sinifikanti mill-intensità, in-natura, it-tul u l-ħin tal-attività mhux agrikola. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għall-implimentazzjoni ta’ dan is-subparagrafu fit-territorju tagħhom.".

(20)

Fl-Artikolu 36, jitħassar it-tieni paragrafu.

(21)

Fl-Artikolu 38, it-tieni paragrafu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"Fl-avveniment ta’ integrazzjoni differita, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu li wċuħ tar-raba’ sekondarji jiġu kkultivati fuq l-ettari eliġibbli matul perijodu massimu ta’ tliet xhur li jibda kull sena fil-15 ta’ Awwissu. Madankollu, fuq rikjesta tal-Istat Membru, din id-data tista’ tiġi mmodifikata permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni għar-reġjuni fejn iċ-ċereali huma normalment maħsuda aktar kmieni għal raġunijiet klimatiċi.".

(22)

Fl-Artikolu 39, jitħassar il-paragrafu 2.

(23)

Fl-Artikolu 40(1), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Fejn l-intitolamenti għal pagament huma allokati għall-produtturi tal-inbid, il-Kummissjoni għandha, billi tieħu f’kunsiderazzjoni l-aħħar dejta pprovduta lilha mill-Istati Membri skont l-Artikolu 103o u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 188a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni ddelegati , tadotta l-limiti nazzjonali fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament. Sal-1 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel l-adattament tal-limiti nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-medja reġjonali tal-valur tal-intitolamenti msemmija fil-punt B tal-Anness IX għal dan ir-Regolament.".

[Em. 17]

(24)

L-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"L-Istati Membri jistgħu jamministraw ir-riżerva nazzjonali fuq livell reġjonali. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jallokaw, kompletament jew parzjalment, l-ammonti disponibbli fuq livell nazzjonali sal-livell reġjonali skont l-għan u l-kriterji mhux diskriminatorji u b’tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u jevitaw distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni.

L-ammonti allokati għal kull livell reġjonali jistgħu jiġu kkunsidrati disponibbli għal allokazzjoni fi ħdan ir-reġjun ikkonċernat biss, ħlief meta japplikaw il-paragrafu 4 jew, skont l-għażla tal-Istat Membru, il-paragrafu 2."

(b)

il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"4.   L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali għall-għan li jiġu allokati, skont il-kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u sabiex jevitaw distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni, intitolamenti għal pagament lill-bdiewa li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni speċjali.";

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

"7.   "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-allokazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament f’każ li l-bidwi huwa intitolat li jirċievi intitolamenti permezz ta’ deċiżjoni definittiva tal-qorti jew permezz ta’ att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru."

(25)

Fl-Artikolu 42, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"Il-bdiewa jistgħu jċedu intitolamenti għal pagament lir-riżerva nazzjonali volontarja.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri fir-rigward tal-kundizzjonijiet prattiċi applikabbli tar-riverżjoni ta’ intitolamenti għal pagament mhux użati lir-riżerva nazzjonali.".

[Em. 18]

(26)

L-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-limitazzjoni għat-trasferiment ta’ intitolamenti għal pagament imsemmija fit-tielet subparagrafu ma għandhiex tapplika fil-każ ta’ wirt attwali jew antiċipat tal-intitolamenti għal pagament mingħajr għadd ekwivalenti ta’ ettari eliġibbli."

(b)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"3.   Fejn jinbiegħu l-intitolamenti, bl-art jew mingħajrha, l-Istati Membri jistgħu, billi jaġixxu b’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, jiddeċiedu li parti mill-intitolamenti għal pagament mibjugħa jerġgħu lura għar-riżerva nazzjonali jew li l-valur ta’ unità tagħhom jitnaqqas fir-rigward tar-riżerva nazzjoanli, skont il-kriterji li għandhom jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

F’każ ta’ bejgħ tal-intitolamenti għal pagament, bl-art jew mingħajrha, għal bidwi li jibda l-attività agrikola tiegħu u f’każ ta’ wirt attwali jew antiċipat ta’ intitolamenti għal pagament, ma għandhiex tapplika żamma."

(c)

Jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw it-trasferiment ta’ intitolamenti għal pagament, kif ukoll il-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Istati Membri f’tali każ u, għall-iskopijiet tal-Artikolu 62(3), regoli dwar il-kalkolu tal-perċentwali tal-intitolamenti għal pagament li l-bidwi uża u l-użu ta’ tali intitolamenti. Dawk ir-regoli jistgħu wkoll ikopru trasferimenti ta’ intitolamenti fejn l-Istati Membri jużaw l-għażla provduta fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 u ż-żamma tal-valur ta’ intitolamenti għal pagament fil-każ ta’ bejgħ tal-intitolament imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.".

(27)

Fl-Artikolu 44, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kalkolu ta’ LU (unitajiet ta' bhejjem) għall-iskopijiet ta’ intitolamenti speċjali u l-attivazzjoni ta’ intitolamenti speċjali.".

(28)

Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III, jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 45a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

1.   Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi dan li ġej:

(a)

regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess għall-iskema ta’ pagament uniku tal-bdiewa, inkluż fil-każ ta’ wirt jew wirt antiċipat, wirt taħt kiri, bidla fl-istatus jew denominazzjoni legali jew f’każ ta’ amalgamazzjoni jew diviżjoni tal-impriża;

(b)

regoli dwar il-kalkolu tal-valur ta’ unità tal-intitolamenti għal pagament u għall-modifikazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament, b’mod partikolari fil-każ ta’ frazzjonijiet ta’ intitolamenti;

(c)

definizzjonijiet speċifiċi, għall-iskopijiet tal-Artikolu 41(2) għal bdiewa li jibdew l-attività agrikola tagħhom;

(d)

regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u l-għadd ta’ intitolamenti għal pagament jew żieda fil-valur ta’ intitolamenti riċevuti mir-riżerva nazzjonali;

(e)

regoli dwar l-allokazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali lill-bdiewa li jiddikjaraw inqas ettari mill-għadd li jikkorrispondi għall-intitolamenti għal pagament li kienu ġew allokati skont l-Artikoli 43 u 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f’każ li l-Istat Membru juża l-għażla provduta fl-Artikolu 41(3);

(f)

regoli li jiddefinixxu s-sitwazzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 41(4) u regoli dwar l-aċċess tal-bdiewa f’tali sitwazzjoni speċjali għal intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali.

2.   Sabiex tiżgura l-ġestjoni tajba tal-intitolamenti għal pagament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, tadotta regoli dwar id-dikjarazzjoni u l-użu tal-intitolamenti għal pagament.

3.   Sabiex tiċċara sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jseħħu fl-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej regoli dwar :

(a)

regoli dwar id-definizzjoni l-użu tad-definizzjoni mogħtija fil-leġislazzjoni nazzjonali għal tat-termini ‘wirt’ u ‘wirt antiċipat’ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament ; [Em. 19]

(b)

il-kalkolu tal-valur u l-għadd jew żieda fl-intitolamenti b’relazzjoni mal-allokazzjoni ta’ intitolamenti taħt kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan it-Titolu, inkluża l-possibbiltà ta’ valur u għadd proviżorju ta’ intitolamenti għal pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mingħand il-bidwi, il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-valur u l-għadd proviżorju u definittiv tal-intitolamenti u d-dispożizzjonijiet għall-każijiet fejn kuntratt ta’ bejgħ jew kiri jista’ jaffettwa l-allokazzjoni ta’ intitolamenti.

4.   Sabiex tiffaċilita l-integrazzjoni differita ta’ frott u ħxejjex fl-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli li jipprovdu għall-possibbiltà li jippermettu wċuħ tar-raba’ sekondarji li jiġu kkultivati fuq l-ettari eliġibbli għall-Istati Membri li jkunu użaw waħda mill-għażliet kif stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 51(1);

5.   Sabiex tistabbilixxi lista ta’ varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal pagamenti diretti u sabiex tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġett għall-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet u tipprovdi għall-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qanneb imsemmija fl-Artikolu 39.".

(29)

Fl-Artikolu 51(2), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina limitu għal kull wieħed mill-pagamenti diretti msemmija fl-Artikoli 52, 53 u 54.".

(30)

Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III, jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 54a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi kkonċernati, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu ta’ intitolamenti għal pagamenti u l-għażliet previsti f’dan il-Kapitolu.".

(31)

Fl-Artikolu 57, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2.   L-Istati Membri l-ġodda għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali għall-iskop ta’ allokazzjoni, skont il-kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u jiġu evitati distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni, intitolamenti għal pagament lil bdiewa li jinsabu f’sitwazzjoni speċjali.".

(32)

Fl-Artikolu 59, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward kundizzjonijiet għall-identifikazzjoni tal-bdiewa eliġibbli, l-istabbiliment proviżorju tal-għadd ta’ ettari u l-verifika preliminari tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni.".

(33)

Fl-Artikolu 60, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kalkolu tal-attività agrikola espressa f’LU msemmija fl-Artikolu 44(2)(a) u l-kontroll/verifika tal-attività agrikola minima fl-Istati Membri l-ġodda msemmija fl-Artikolu 44(2)(b).".

(34)

Fl-Artikolu 62(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tal-perċentwali tal-intitolamenti għal pagament użat mill-bidwi.".

(35)

Fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III, jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 62a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

1.   Sabiex ikollha ġestjoni effettiva tal-intitolamenti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-allokazzjoni inizjali tal-intitolamenti għal pagament fil-każ tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku fl-Istati Membri l-ġodda li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja.

2.   Sabiex tadatta għas-sitwazzjoni li qiegħda tinbidel tas-settur agrikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar perijodu rappreżentattiv għall-iskop tal-Artikolu 57(3) u l-Artikolu 59(3).

3.   Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-intitolamenti għal pagament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u l-għadd ta’ intitolamenti għal pagament jew żieda fil-valur tal-intitolamenti riċevuti mir-riżerva nazzjonali taħt dan il-Kapitolu u l-għażliet ipprovduti fih.

4.   Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a)

regoli dwar l-allokazzjoni tal-intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali lil bdiewa li jiddikjaraw inqas ettari mill-għadd li jikkorrispondi għall-intitolamenti għal pagament li kienu ġew allokati skont l-Artikoli 43 u 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f’każ li l-Istat Membru li jkun applika l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja juża l-għażla provduta fl-Artikolu 57(5) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

regoli li jiddefinixxu sitwazzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 57(2) u regoli dwar l-aċċess tal-bdiewa f’tali sitwazzjonijiet speċjali għall-intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali taħt dan il-Kapitolu.".

(36)

Fl-Artikolu 67, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu 2009, li jintegraw l-għajnuna għaż-żrieragħ imsemmija fit-Taqsima 5 tat-Titolu IV u l-iskemi msemmija fil-punt 1 tal-Anness XI, bl-eċċezzjoni tal-primjum ta’ kwalità speċifika għall-qamħ durum, fl-iskema ta’ pagament uniku fl-2010 u l-2011. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, taġġusta l-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 40 billi żżid l-ammonti mill-Anness XII għall-iskema ta’ għajnuna kkonċernata.".

(37)

Fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III, jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 67a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

Sabiex tippermetti l-integrazzjoni ta’ pagamenti akkoppjati elenkati fl-Anness XI, u t-trasferiment mill-programmi ta’ appoġġ tal-inbid imsemmija fl-Anness IX fl-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-aċċess għal pagamenti, dwar l-istabbiliment tal-ammont u dwar l-għadd jew iż-żieda tal-valur tal-intitolamenti li għandhom jiġu allokati.".

(38)

L-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2(a)(ii) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"(ii)

ġie approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 141c";

(b)

il-paragrafu 7 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"7.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u tevita l-finanzjament doppju taħt strumenti simili ta’ appoġġ oħrajn, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2(a)(ii) u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ imsemmi f’dan il-Kapitolu, regoli dwar il-konsistenza ma’ miżuri oħrajn tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ kif ukoll regoli dwar id-definizzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ individwali msemmija fil-paragrafu 1.";

(c)

fil-paragrafu 8, jitħassar it-tieni subparagrafu;

(d)

Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"9.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta dan li ġej:

(a)

regoli dwar il-kalkolu tal-valur ta’ kull intitolament għal pagament li jieħu bidwi li mhux proprjetarju ta’ kwalunkwe intitolament għal pagament u li jkun qiegħed japplika għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(c), inklużi regoli dwar il-kalkolu taż-żieda tal-ammont għal kull ettaru taħt l-iskema tal-pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 131(2);

(b)

regoli dwar il-kalkolu tal-qerda tal-produzzjoni medja annwali ta’ bidwi skont l-Artikolu 70(2) għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(d) ta’ dan l-Artikolu, inklużi regoli dwar l-obbligu għall-bdiewa li jinfurmaw lill-Istat Membru dwar il-polza tal-assigurazzjoni tagħhom;

(c)

il-proċedura għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-miżuri meħuda skont il-paragrafu (1)(a)(v).

10.   Skont id-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 8, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu li jikkorrispondi għal dak l-appoġġ.".

(39)

L-Artikolu 69 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Skont id-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont il-paragrafu 1 dwar l-ammont ta’ limitu nazzjonali li għandu jintuża, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu li jikkorrispondi għal dak l-appoġġ.";

(b)

fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu globali li jikkorrispondi għall-appoġġ imsemmi f’dan il-paragrafu.";

(c)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"(a)

fl-Artikolu 68(1) bl-użu ta’ ammont li għandu jiġi kkalkulat skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu u ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni; u/jew"

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tiffissa, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-ammont li jikkorrispondi għall-fondi msemmija fil-punt(a) tal-ewwel subparagrafu.";

(d)

fil-paragrafu 7, ir-raba’ subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Fuq talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tirrevedi l-ammonti stabbiliti fuq il-bażi ta’ regoli stabbiliti mill-Kummissjoni permezz tal-istess tip ta’ att.".

(39a)

Fl-Artikolu 70(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli biex jistabbilixxu l-kalkolu tal-produzzjoni annwali medja tal-produttur.".

[Em. 20]

(40)

L-Artikolu 71 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"It-tul minimu u massimu tat-tislif kummerċjali eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja kif ukoll is-sors tiegħu għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti jistgħu jinkludu regoli dwar l-informazzjoni ta’ komunitajiet tal-biedja.";

(b)

il-paragrafu 10 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"10.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Il-forma, kontenut, ħin u dati ta’ għeluq tar-rapport għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.".

(41)

Fl-Artikolu 76, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward il-koeffiċjenti ta’ tnaqqis, inklużi l-metodu ta’ kalkolu u d-data għall-iffissar ta’ dawk il-koeffiċjenti.".

(42)

Fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Artikolu 76a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u l-amministazzjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.".

(43)

Fl-Artikolu 77, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna lill-produtturi tal-lamtu tal-patata, inklużi regoli dwar l-eliġibbiltà, livell ta’ prezz minimu u pagament.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-pagament tal-għajnuna.".

(44)

Fl-Artikolu 80, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tal-kontenut qares tal-lupini ħelwin.".

(45)

Fl-Artikolu 81, il-paragrafi 2 u 3 huwa ssostitwiti b’dan li ġej:

"2.   Fejn l-erja li għaliha jintalab il-primjum tal-uċuħ tar-raba’ ta’ proteini taqbeż l-erja massima garantita, l-erja għal kull bidwi li għaliha jintalab il-primjum tal-uċuħ tar-raba’ ta’ proteini għandha titnaqqas b’mod proporzjonali f’dik is-sena mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-koeffiċjenti ta’ tnaqqis, inklużi l-metodu ta’ kalkolu u d-data għall-iffissar ta’ dawk il-koeffiċjenti.

3.   Fejn, skont l-Artikolu 67, Stat Membru jiddeċiedi li jintegra l-primjum tal-uċuħ tar-raba’ ta’ proteini provdut f’din it-Taqsima fl-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tnaqqas l-erja massima garantita msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi proporzjon għall-ammont ta’ wċuħ tar-raba’ ta’ proteini li jikkorrispondi għal dak l-Istat Membru fl-Anness XII.

Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u l-ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a)

regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi rigward iż-żriegħ u l-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima;

(b)

regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għal uċuħ tar-raba’ ta’ proteini, inklużi regoli dwar id-definizzjoni ta’ lupini ħelwin u l-eliġibbiltà tat-taħlita ta’ ċereali u wċuħ tar-raba’ ta’ proteini.".

(46)

Fl-Artikolu 84, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-koeffiċjenti ta’ tnaqqis, inklużi l-metodu ta’ kalkolu u d-data tal-iffissar ta’ dawk il-koeffiċjenti.".

(47)

Fl-Artikolu 85, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"4.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u sabiex tiżgura l-amministrazzjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-erjas minimi u r-regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.

5.   Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal ħbula tar-raba' miżrugħa mas-siġar tal-ġewż, regoli li jiddefinixxu l-qies minimu tal-plott u d-densità minima tas-siġar u r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-għajnuna nazzjonali għal ġewż provduta fl-Artikoli 86 u 120.".

(48)

L-Artikolu 87 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"L-ammont ta’ għajnuna għaż-żerriegħa ma għandux jaqbeż limitu ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u li jikkorrispondu mal-komponent tal-għajnuna għaż-żerriegħa għall-ispeċi kkonċernata fil-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament, kif iffissat skont l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ("limitu massimu ta' għajnuna għaż-żrieragħ"). Madankollu, għall-Istati Membri l-ġodda, dan il-limitu massimu ta' għajnuna għaż-żrieragħ għandu jikkorrispondi mal-ammonti stabbiliti fl-Anness XIV għal dan ir-Regolament.";

(b)

il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"4.   Sabiex tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tiddetermina l-varjetajiet ta’ qanneb (Cannabis sativa L.) li għalihom għandha titħallas l-għajnuna għaż-żrieragħ provduta f’dan l-Artikolu.".

(c)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"5.   Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi d-definizzjoni ta’ żerriegħa bażika u uffiċjalment ċertifikata.

6.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni għall-għajuna għaż-żrieragħ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-produzzjoni, l-eliġibbiltà territorjali u t-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ.

7.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat għall-Fondi tal-Unjoni u sabiex tiżgura l-amministazzjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi rigward iż-żriegħ u l-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.

8.   Sabiex tistabbilixxi lista tal-varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal pagamenti diretti u tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġetti għall-użu ta’ żrieragħ ċertifikati ta’ ċerti varjetajiet u li jipprovdu għall-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qanneb imsemmija fl-Artikolu 87(4).

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri neċessarji rigward l-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa minn stabbilimenti taż-żrieragħ jew dawk li jrabbu għall-kontroll tal-intitolamenti għall-għajnuna.".

(49)

L-Artikolu 89 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-art u l-varjetajiet imsemmija fil-paragrafu 1 skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.";

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3.   Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli u kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ art u varjetajiet għall-iskopijiet tal-pagament speċifiku għal wiċċ tar-raba’ tal-qoton.

4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-proċedura tal-awtorizzazzjoni u l-komunikazzjonijiet għall-proċeduri relatati ma’ din l-awtorizzazzjoni.".

(50)

Fl-Artikolu 90, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"5.   Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għal wiċċ, il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ddelegati, tadotta regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għal qoton, dwar ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u l-prattiki agronomiċi.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tipprovdi għal regoli dwar il-kalkolu tat-tnaqqis provdut fil-paragrafu 4.".

(51)

L-Artikolu 91 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2.   L-Istat Membru fejn huma stabbiliti l-ħallieġa għandu japprova organizzazzjonijiet interprofessjonali li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 3.";

(b)

Jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3.   Sabiex tippermetti l-applikazzjoni effiċjenti tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għal wiċċ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali u obbligi għall-produtturi. Barraminnhekk, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli għas-sitwazzjoni fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma tirrispettax dawk il-kriterji.".

(52)

Fl-Artikolu 97, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"5.   Sabiex tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bdiewa, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ddelegati, tadotta definizzjonijiet speċifiċi għall-iskopijiet ta’ din it-Taqsima.

6.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni għall-pagamenti tranżitorji ta’ frott u ħxejjex, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti għal dan il-kuntratt għall-ipproċessar imsemmi fil-paragrafu 3;

(b)

regoli dwar penali fil-każ li jinstab li proċessur jew ġabbar inizjali approvat jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fuq il-bażi tiegħu, jew fejn proċessur jew ġabbar inizjali approvat ma jaċċettax jew ma jiffaċilitax il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti.

7.   Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.

8.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-approvazzjoni u l-kontroll mill-Istati Membri tal-proċessuri u l-ġabbara inizjali u l-pubblikazzjoni mill-Istati Membri tal-lista ta’ proċessuri u ġabbara inizjali approvati, l-ammont ta’ għajnuna indikattiv li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri u l-bażi tal-ammont ta’ għajnuna.".

(53)

Fl-Artikolu 98, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"7.   Sabiex tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bdiewa, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ddelegati, tadotta definizzjonijiet speċifiċi għall-iskopijiet ta’ din it-Taqsima.

8.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni għall-pagamenti tranżitorji għall-frott artab, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti għal dan il-kuntratt għall-ipproċessar imsemmi fil-paragrafu 2;

(b)

regoli dwar penali f’każ li jinstab li proċessur jew ġabbar inizjali approvat jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fuq il-bażi tiegħu, jew fejn proċessur jew ġabbar inizjali approvat ma jaċċettax jew ma jiffaċilitax il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti;

(c)

regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.

9.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-approvazzjoni u l-kontroll mill-Istati Membri tal-proċessuri u l-ġabbara inizjali u l-pubblikazzjoni mill-Istati Membri tal-lista ta’ proċessuri u ġabbara inizjali approvati, l-ammont ta’ għajnuna indikattiv li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri u l-bażi tal-ammont ta’ għajnuna.".

(54)

Fl-Artikolu 101(2), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Lista ta’ tali żoni għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-verifika u n-notifika ta’ żoni li jilħqu l-kriterji stabbiliti msemmija fl-ewwel subparagrafu.".

(55)

L-Artikolu 103 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"1.   Il-primjums għandhom jitħallsu lill-bdiewa li jirċievu fuq il-bażi tal-għadd ta’ nagħaġ u/jew mogħoż miżmuma fl-impriża tagħhom matul perijodu minimu li għandu jiġi determinat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-applikazzjoni u d-dikjarazzjonijiet u dokumenti ulterjuri li għandhom jiġu sottomessi mill-bdiewa, kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-annimali sabiex jirċievu l-pagament u l-obbligu li jitfassal inventarju ta’ bdiewa li jqiegħdu fis-suq ħalib tan-nagħaġ jew prodotti mill-ħalib tan-nagħaġ.";

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3.   Sabiex tiżgura l-ġestjoni tajba tar-riżerva nazzjonali u sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a)

regoli dwar l-użu, it-trasferiment u l-kiri temporanju tad-drittijiet għal pagament fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ jew tal-laħam tal-mogħoż kif imsemmi fl-Artikolu 52;

(b)

regoli dwar l-aċċess għall-pagamenti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż kif imsemmi fl-Artikolu 52 fil-każ li l-bdiewa ma jkunux proprjetarji tal-art li jaħdmu.".

(56)

Fl-Artikolu 104, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tal-limiti individwali u t-tqarrib tad-drittijiet.".

(57)

L-Artikolu 105 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Minbarra f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati, fejn bidwi jkun kiseb id-drittijiet tal-primjum mingħajr pagament mir-riżerva nazzjonali, hu ma għandux ikun awtorizzat jittrasferixxi d-drittijiet tiegħu jew jikrihom temporanjament għal perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha jkun kiseb dawk id-drittijiet.";

(b)

Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"5.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward notifiki dwar it-trasferiment u/jew il-kiri mill-bidwi lill-awtorità kompetenti, l-istabbiliment tal-limitu massimu individwali, in-notifika tal-bdiewa f’każ ta’ trasferimenti jew il-kiri temporanju tad-drittijiet tal-primjum jew it-trasferiment u l-kiri temporanju permezz tar-riżerva nazzjonali.

6.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni ddelegati , tadotta miżuri neċessarji rigward l-irtirar u l-allokazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet tal-primjum mhux użati stabbiliti taħt din it-Taqsima.".

[Em. 21]

(58)

L-Artikolu 110 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet amministrattivi, jipprovdu li l-applikazzjonijiet għal għajnuna għal pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 19, fir-rigward tal-primjum speċjali, ikunu għal għadd minimu ta’ annimali, sakemm dak l-għadd ma jaqbiżx tlieta.";

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt(a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"(a)

kwalunkwe annimal kopert minn applikazzjoni għandu jinżamm mill-bidwi għat-tismin għal perijodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni;";

(c)

fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni ddelegati , tadotta miżuri neċessarji rigward l-ammont tal-primjum li għandu jingħata f’każ li l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu turi għadd ta’ annimali eliġibbli li mhux numru sħiħ.";

[Em. 22]

(d)

fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar in-notifika mill-Istati Membri lill-Kummissjoni tal-miżuri meħudin skont l-ewwel subparagrafu.";

(e)

fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri neċessarji li ġejjin rigward l-għoti tal-primjum fil-ħin tal-qatla, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kategoriji tal-età, l-applikazzjonijiet għal għajnuna u d-dokumenti li jakkumpanjawha, il-perijodu ta’ żamma meħtieġ f’tali każ u l-istabbiliment tal-piż tal-karkassa.";

(f)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

"9.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji dwar l-applikazzjonijiet, l-għoti tal-primjum għal annimali li ma kkwalifikawx minħabba l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali provdut fil-paragrafu 4, passaporti msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u dokumenti nazzjonali amministrattivi kif imsemmi fil-punt(b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u b’notifika lill-Kummissjoni f’każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li jintroduċu reġjuni differenti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 109(a) ta’ dan ir-Regolament jew jimmodifikaw reġjuni eżistenti.".

(59)

L-Artikolu 111 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet amministrattivi, jipprovdu li applikazzjonijiet għal għajnuna għal pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 19, fir-rigward tal-primjum tal-baqar li jreddgħu, għandha tkun għal għadd minimu ta’ annimali, sakemm l-għadd ma jaqbiżx tlieta.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-applikazzjonijiet għal għajnuna.";

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara t-tieni subparagrafu:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta dan li ġej:

(a)

miżuri neċessarji dwar iż-żamma tal-perijodu ta’ 6 xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu u l-obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-bidla jew ir-rinunzja tal-limitu kwantitattiv;

(b)

regoli dwar id-data li għandha tittieħed f’kunsiderazzjoni sabiex tiġi determinata l-kwota individwali ta’ ħalib disponibbli biex tikkwalifika għall-primjum tal-baqar li jreddgħu.";

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tar-rendiment medju ta’ ħalib.";

(c)

il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i)

is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri neċessarji dwar in-notifika tal-Kummissjoni dwar kundizzjonijiet addizzjonali għall-għotja.";

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji fir-rigward ta’:

(a)

in-notifika mill-Istati Membri dwar kundizzjonijiet addizzjonali għall-għoti tal-primjum addizzjonali nazzjonali għal baqar li jreddgħu, u

(b)

id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tittieħed permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 141c dwar l-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-raba’ subparagrafu.";

(d)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"7.   Sabiex tiggarantixxi l-ġestjoni tajba tal-isekma u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a)

regoli dwar l-eliġibbiltà tal-baqar li jappartjenu għal razza ta’ laħam għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1);

(b)

regoli dwar l-użu, it-trasferiment u l-kiri temporanju tad-drittijiet għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1);

(c)

regoli dwar l-aċċess għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1) fil-każ li l-bdiewa ma jkunux il-proprjetarji tal-art li jaħdmu;

(d)

regoli dwar l-eliġibbiltà għall-primjum addizzjonali nazzjonali għall-baqar li jreddgħu kif provdut fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

8.   Sabiex tiżgura li jiġu sodisfatti l-obbligi tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-aċċess għad-drittijiet tal-primjum għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1) li għandhom jagħtu d-drittijiet parzjali.".

(60)

L-Artikolu 112 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward id-determinazzjoni tal-limitu massimu individwali għal kull bidwi.";

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

"6.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri neċessarji kollha rigward it-tqarrib tad-drittijiet parzjali.".

(61)

L-Artikolu 113 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Minbarra f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati, meta bidwi jkun kiseb drittijiet għall-primjum mingħajr pagament mir-riżerva nazzjonali huwa ma għandhux ikun awtorizzat jittrasferixxi u/jew jikri temporanjament id-drittijiet tiegħu matul it-tliet snin kalendarji li jiġu wara.";

(b)

Jiżdied il-paragrafu Jiżdiedu l-paragrafi li ġej ġejjin : [Em. 23]

"5.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar:

(a)

in-notifika mill-bidwi li jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet u mill-bidwi li jirċievi d-drittijiet għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tat-trasferimenti u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet għall-primjum,

(b)

l-istabbiliment mill-Istat Membru u n-notifika lill-bidwi tal-limitu massimu individwali ġdid fil-każ ta’ trasferiment jew kiri temporanju tad-drittijiet tal-primjum,

(c)

it-trasferiment u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet permezz tar-riżerva nazzjonali." [Em. 24]

5a.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ddelegati, tadotta regoli dwar it-trasferiment u/jew il-kiri temporanju ta' drittijiet permezz tar-riżerva nazzjonali.". [Em. 25]

(62)

Fl-Artikolu 115, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3.   Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-aċċess għall-iskema speċjali għall-għoġġiela msemmija fil-paragrafu 1 għall-bdiewa li l-merħla ta’ għoġġiela tagħhom hija maħsuba għat-tkattir mill-ġdid tal-merħliet tal-baqar.

4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward:

(a)

in-notifika tal-Kummissjoni mill-Istati Membri li użaw il-possibbiltà provduta fil-paragrafu 1, tad-dejta li tippermetti l-istabbiliment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu, tal-limitu massimu speċifiku determinat, il-modifikazzjoni ta’ dan il-limitu massimu u l-kriterji adottati sabiex jiġi żgurat li l-primjum jitħallas lill-bdiewa li l-merħla ta’ għoġġiela tagħhom hija maħsuba għall-istokkjar mill-ġdid tal-merħliet tal-baqar;

(b)

id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1;

(c)

l-ammont tal-primjum li għandu jingħata f’każ li l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali msemmi fil-paragrafu 1 juri għadd ta’ annimali eliġibbli li mhux numru sħiħ;

(d)

l-għadd minimu ta’ annimali li għandu jinżamm;

(e)

it-tqarrib tal-għadd ta’ annimali f’każ li l-kalkolu tal-għadd massimu ta’ għoġġiela bħala perċentwali kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(2) jipproduċi riżultat li mhux numru sħiħ;" [Em. 26]

4a.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ddelegati, tadotta regoli dwar it-tqarrib tal-għadd ta’ annimali meta l-kalkolu tal-għadd massimu ta’ għoġġiela bħala perċentwali kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(2) jipproduċi riżultat li mhux numru sħiħ. ".

[Em. 27]

(63)

L-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Bidwi li jżomm annimali tal-frat fl-impriża tiegħu jista’ jikkwalifika, fuq applikazzjoni, għal primjum ta’ qatla. Dan għandu jingħata fil-qatla ta’ annimali eliġibbli jew fl-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiż terz u fi ħdan il-limiti nazzjonali li għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.";

(ii)

it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"L-annimali elenkati fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu għandhom ikunu eliġibbli għall-primjum tal-qatla sakemm ikunu nżammu mill-bidwi għal perijodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.";

(b)

fil-paragrafu 3 l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-limiti massimi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1. Dawk il-limiti massimi għandhom jiġu stabbiliti għal kull Stat Membru u b’mod separat għaż-żewġ gruppi ta’ annimali kif speċifikat fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu ta’ dak il-paragrafu. Kull limitu għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ annimali f’kull wieħed minn dawn iż-żewġ gruppi li, fl-1995, inqatlu fl-Istat Membru kkonċernat. L-għadd ta’ annimali esportati lejn pajjiżi terzi, skont dejta tal-Eurostat jew kwalunkwe informazzjoni statistika uffiċjali ppubblikata oħra għal dik is-sena aċċettata mill-Kummissjoni, għandha tiżdied ma’ kull limitu nazzjonali.";

(c)

Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"5.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-obbligu għal dikjarazzjoni ta’ parteċipazzjoni għall-aċċess tal-primjum ta’ qatla provdut f’dan l-Artikolu.

6.   Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-primjum ta’ qatla provdut f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-eliġibbiltà tal-karkassi.

7.   Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-ammont ta’ primjum għall-qatla provdut f’dan l-Artikolu li għandu juri għadd ta’ annimali eliġibbli li huwa inqas minn numru sħiħ.".

(64)

L-Artikolu 117 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Madankollu, annimal għandu jitqies ukoll bħala eliġibbli għall-pagamenti meta l-informazzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tkun ġiet irrappurtata lill-awtorità kompetenti fl-ewwel jum tal-perijodu taż-żamma tal-annimal kif determinat mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.";

(b)

Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta r-regoli dwar:

l-applikazzjonijiet għal primjums u d-dokumenti li għandhom jiġu sottomessi mill-bdiewa, id-determinazzjoni ta’ perijodi taż-żamma u l-proċedura applikabbli għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali.

l-avveniment operattiv għad-determinazzjoni tas-sena li għaliha l-annimali huma allokati bl-għan li jiġi ddeterminat l-ammont ta’ primjum applikabbli u l-applikazzjoni tar-rata ta’ għajnuna u l-kalkolu tat-tnaqqis proporzjonali.

l-irtirar u l-allokazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet għal primjum mhux użati stabbiliti taħt din it-Taqsima.".

(65)

Fl-Artikolu 119(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar it-tul tal-esklużjoni.".

(66)

Fl-Artikolu 124, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"9.   Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija f’dan it-Titolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tiddetermina l-erjas agrikoli taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kif previst fil-paragrafu 1, u l-qies minimu ta’ erja eliġibbli għal kull impriża li għalihom jistgħu jintalbu pagamenti fuq livell ogħla minn 0,3 ett, kif provdut fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2.

10.   Sabiex tistabbilixxi lista ta’ varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal pagamenti diretti u sabiex tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġett għall-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet u tipprovdi għall-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qanneb imsemmija fl-Artikolu 39.".

(67)

Fl-Artikolu 126, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4.   Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu li jikkorrispondi mal-appoġġ imsemmi f’dan l-Artikolu.".

(68)

Fl-Artikolu 127, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3.   Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu li jikkorrispondi għall-appoġġ imsemmi f’dan l-Artikolu.".

(69)

L-Artikolu 128 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu massimu ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq bażi annwali, jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa.";

(b)

fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu massimu ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq bażi annwali, jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa.".

(70)

Fl-Artikolu 129, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4.   Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu li jikkorrispondi għall-appoġġ imsemmi f’dan l-Artikolu.".

(71)

Fl-Artikolu 131(4), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.".

(72)

L-Artikolu 132 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-fażi introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

"L-Istat Membru l-ġdid għandu jkollu l-possibbiltà, soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 141c, li jikkumplimenta kwalunkwe pagamenti diretti.";

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"9.   Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli għall-iskopijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 7 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dik l-għajnuna.

10.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji:

għall-każijiet li fihom il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari jaqbżu l-livell massimu awtorizzat mill-Kummissjoni;

dwar il-kontrolli.".

(73)

Fl-Artikolu 139, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Madankollu, il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari provduti fl-Artikolu 132 li ma jitħallsux f’konformità mal-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala għajnuna illegali mill-Istat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999. (11)

(74)

Fl-Artikolu 140, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar in-notifika lill-Kummissjoni mill-Istati Membri ta’ informazzjoni, dokumenti, statistiki u rapporti, kif ukoll id-dati ta’ għeluq u l-metodi ta’ notifika tagħhom.".

(75)

Għandhom jitħassru l-Artikoli 141 u 142.

(76)

Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII, jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 141a

Poteri tal-Kummissjoni

Fejn jingħataw poteri lill-Kummissjoni, hija għandha taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 141b fil-każ ta’ atti ddelegati u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 141c fil-każ ta’ atti ta’ implimentazzjoni, salv fejn huwa espliċitament provdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 141b

Atti ddelegati L-eżerċitar tad-delega

1.   Il-poteri Il-poter li tadotta l-atti ddelegati msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw jingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indefinit. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu .

2.   Id-delegazzjoni tal-poter imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-delega tal-poter imsemmija fl-Artikolu 2a, l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(3), l-Artikoli 11a(1) u 11a(2), l-Artikolu 12(5), l-Artikoli 27a(1), 27a(2), 27a(3), 27a(4) u 27a(5), l-Artikolu 31a, l-Artikolu 33(5), l-Artikolu 40(1), l-Artikoli 45a(1), 45a(2), 45a(3), 45a(4) u 45a(5), l-Artikolu 54a, l-Artikoli 62a(1), 62a(3) u 62a(4), l-Artikolu 67a, l-Artikolu 68(7), l-Artikolu 76a, l-Artikolu 77, l-Artikolu 81(3), l-Artikoli 85(4) u 85(5), l-Artikoli 87(4), 87(5), 87(6), 87(7) u 87(8), l-Artikolu 89(3), l-Artikolu 90(5), l-Artikolu 91(3), l-Artikoli 97(5), 97(6), 97(7), 98(7) u 98(8), l-Artikolu 103(3), l-Artikolu 105(6), l-Artikolu 110(4), l-Artikoli 111(7) u 111(8), l-Artikolu 113(6) ġdid, l-Artikoli 115(3) u 115(5) ġdid, l-Artikoli 116(5), 116(6) u 116(7), l-Artikoli 124(9) u 124(10) u l-Artikolu 132(9) għandha tingata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn … (12). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tal-poteri ddelegati mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem ta' dan il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tal-poter għandha tiġġedded taċitament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponi tali tiġdid sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delegazzjoni tal-poter għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tindika l-poteri ddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u raġunijiet possibbli għal revoka.

Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tal-poteri speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fid-Deċiżjoni stess. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu isibu oġġezzjoni għall-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill dan il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahar.

Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkun sab oġġezzjoni għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill isib oġġezzjoni għal att iddelegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li ssib oġġezzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att iddelegat.

Id-delega tal-poter tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tal-poter speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tibda tgħodd l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.

4.     Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.     Att iddelegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 28]

Artikolu 141ba

Proċedura ta’ urġenza

1.     Atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.     Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 141b(5). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara li tgħarraf bid-deċiżjoni tal-oġġezzjoni lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill. [Em. 29]

Artikolu 141c

Atti ta’ implimentazzjoni - Proċedura tal- Kumitat

[Din il-parti għandha timtela wara li jiġi adottat ir-Regolament li jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali fir-rigward tal-mekkaniżmi għall-kontroll previsti fl-Artikolu 291(2) tat-TFUE, li bħalissa qiegħed jiġi diskuss quddiem il-PE u l-Kunsill.]

1.

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għal Pagamenti Diretti. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (13) .

2.

Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

[Em. 30]

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn …

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 30.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012.

(3)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(4)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(5)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.

(7)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.

(8)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85.

(9)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.".

(10)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.".

(11)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.".

(12)  

+

Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(13)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/215


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali ***I

P7_TA(2012)0279

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (COM(2010)0537 – C7-0295/2010 – 2010/0266(COD))

2013/C 349 E/24

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0537),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0295/2010),

wara li kkunsdira l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Litwan, il-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu u mid-Diet Pollakk u s-Senat Pollakk, li jaffermaw li l-abbozz ta' att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0161/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 30.


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
P7_TC1-COD(2010)0266

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (3) jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

(2)

B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, is-setgħat ikkonferiti skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 lill-Kummissjoni jeħtieġ li jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat).

(3)

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tar-reġim stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, is-setgħa biex tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' dak ir-Regolament. (KE) Nru 1698/2005. L-elementi li għalihom dik is-setgħa tista’ tiġi eżerċitata għandhom ikunu ddefiniti, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għalihom hija soġġetta dik id-delega. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert tagħha. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 1]

(4)

Sabiex tiġi ggarantita applikazzjoni jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 , fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ta' implimentazzjoni is-setgħat implimentattivi għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni . Dawk is-setgħat, ħlief fejn jingħad espliċitament xort'oħra, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, għandhom jiġu eżerċitati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (4). [Em. 2]

(5)

Xi wħud mid-dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp rurali li ġew adottati sa issa mill-Kummissjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha bir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 huma meqjusa ta’ importanza tali li għandhom jiġu inkorporati f’dak ir-Regolament.

(6)

Sabiex tkun żgurata preżentazzjoni uniformi ta’ aġġornamenti ta’ pjanijiet ta’ strateġija nazzjonali mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tistabbilixxi regoli uniformi permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni.

(7)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni huma meħtieġa jirrappurtaw dwar il-monitoraġġ tal-istrateġija nazzjonali u Komunitarja. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u biex ikun evitat xogħol doppju, l-għadd ta’ rapporti sommarji strateġiċi mibgħuta minn kull Stat Membru għandu jitnaqqas għal tnejn u l-kontenut tagħhom għandu jkun issemplifikat.

(8)

Sabiex ikun żgurat li l-valutazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali mibgħuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 tkun tista' ssir b’mod uniformi u komparabbli, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli uniformi għall-preżentazzjoni ta’ programmi ta’ żvilupp rurali.

(9)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, programmi ta’ żvilupp rurali għandhom ikunu approvati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni.

(10)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-effiċjenza fl-adozzjoni ta’ programmi ta’ żvilupp rurali, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tistipula l-proċeduri rilevanti permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni.

(11)

Il-Kummissjoni għandha wkoll, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tadotta deċiżjonijiet dwar talbiet għal reviżjoni ta’ programmi ta’ żvilupp rurali wara li tali talbiet jintbagħtu mill-Istati Membri.

(12)

Sabiex tkun żgurata t-trasparenza u l-effiċjenza fir-reviżjoni ta’ programmi ta’ żvilupp rurali, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistipula l-proċeduri rilevanti.

(13)

L-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza għandhom jgħinu lill-bdiewa biex jivvalutaw il-prestazzjoni tal-azjendi agrikoli tagħhom u jidentifikaw it-titjib meħtieġ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ġestjoni statutorja u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa (5) u l-istandards Komunitarji b’rabta mas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Meta jitqies li l-appoġġ għall-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza diġà ilu jeżisti għal diversi snin, huwa ffaċilitat użu aktar personalizzat tas-servizzi ta’ konsulenza, biex ikunu riflessi aħjar il-ħtiġijiet individwali tal-benefiċjarju.

(14)

B'segwitu għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Katina tal-Provvista Alimentari fl-Ewropa li Taħdem Aħjar u l-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Ħalib (6), il-possibbiltajiet attwali ta’ finanzjament għal appoġġ għall-istabbiliment u l-operat amministrattiv ta' gruppi ta’ produtturi għandhom jiġu estiżi għall-Istati Membri kollha. Madankollu, biex jiġu evitati każijiet fejn appoġġ jista’ jingħata fl-istess waqt minn sorsi differenti, għandu jiġi eskluż l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

(15)

Impenji multiannwali skont ċerti miżuri normalment għandhom jitwettqu, bħala regola ġenerali, għal perjodu bejn ħames u seba’ snin. Fejn ikun meħtieġ u ġġustifikat, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tapprova programmi ta’ żvilupp rurali li jkollhom perjodu itwal għal tipi partikolari ta’ impenji sabiex jitqiesu ċirkustanzi speċjali f’ċerti żoni.

(16)

L-Istati Membri huma meħtieġa jikkonfermaw id-delimitazzjoni ta’ żoni fil-muntanji u żoni affettwati minn żvantaġġi speċifiċi, u jiddelimitaw żoni affettwati minn żvantaġġi naturali sinifikanti. Il-Kummissjoni għandha permezz ta' atti ta' implimentazzjoni tiddefinixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi li skonthom dawn iż-żoni jiġu kkonfermati jew iddelimitati, sabiex jiġi żgurat li dan isir skont kriterji uniformi mill-Istati Membri kollha.

(17)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora slavaġ (7), jesiġi li l-Istati Membri, bil-għan li titjieb il-koerenza ekoloġika tan-netwerk ta’ Natura 2000, għandhom jippruvaw jinkoraġġixxu l-ġestjoni ta’ karatteristiċi, li, minħabba l-istruttura lineari u kontinwa tagħhom jew il-funzjoni tagħhom bħala mezzi ta' passaġġ, huma essenzjali għall-migrazzjoni, it-tixrid u l-iskambju ġenetiku ta’ speċijiet slavaġ. Żoni bħal dawn għandhom ikunu eliġibbli għal pagamenti ta’ Natura 2000. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-pagamenti jibqgħu primarjament jintużaw għas-siti ta' Natura 2000 iddeżinjati, huwa xieraq li l-proporzjon tagħhom jiġi llimitat meta mqabbel maż-żoni tan-Natura 2000.

(18)

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla li jqis nuqqas ta’ konformità bħala xi ħaġa minuri jew li ma japplikax tnaqqis jew esklużjoni fejn l-ammont konċernat ikun anqas minn EUR 100, l-awtorità kompetenti ta’ kontroll għandha, fis-sena ta’ wara, tivverifika li l-bidwi jirrimedja s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità konċernati. Madankollu, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, għandha titqies is-semplifikazzjoni tas-sistema ta' kontrolli ta' segwitu.

(19)

Kull Stat Membru huwa meħtieġ jistabbilixxi netwerk rurali nazzjonali. Sabiex ikun żgurat li d-diversi netwerks rurali nazzjonali jiġu stabbiliti b’mod koerenti u uniformi, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tiffissa dettalji dwar l-istabbiliment u l-operat ta’ dawk in-netwerks.

(20)

Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni oġġettiva u trasparenti ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenji disponibbli għall-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tagħmel analiżi annwali għal kull Stat Membru. Minħabba n-natura speċjali ta’ dawk l-atti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadottahom mingħajr l-għajnun tal-kumitat ipprovdut fir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(21)

Sabiex titqies kompatibbli mas-suq intern, kull miżura ta’ għajnuna għandu jkollha xi element ta’ inċentiv jew tkun tesiġi kontroparti min-naħa tal-benefiċjarju. Għajnuna li tingħata b'mod retrospettiv ma tistax titqies li fiha l-element ta' inċentiv meħtieġ. Konsegwentement, fir-rigward tal-miżuri li jaqgħu taħt l-ambitu tal-Artikolu 42 tat-Trattat, għandu jiġi pprovdut li l-appoġġ jiġi eskluż għal attivitajiet li jkunu diġà twettqu qabel ma tintbagħat applikazzjoni għal appoġġ.

(22)

L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jwettqu kontrolli skont ir-regoli li għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta' delega, notevolment rigward it-tip u l-intensità tal-kontrolli, adattati għan-natura tal-miżuri differenti ta’ żvilupp rurali. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li tiffissa, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ kontrolli mill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex tkun żgurata eżekuzzjoni koerenti tal-kontrolli.

(23)

Għandu jitfassal netwerk komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni b'kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Fl-interess tat-trasparenza, dan għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni.

(24)

L-Istati Membri huma meħtieġa li kull sena jibagħtu lill-Kummissjoni rapport annwali ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tagħhom ta’ żvilupp rurali. Dettalji rigward ir-rapporti annwali ta’ progress għal programmi speċifiċi għan-netwerks rurali nazzjonali għandhom ikunu ffissati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, biex ikun żgurat kontenut uniformi u komparabbli.

(25)

Għandha tkun stabbilita sistema ta’ informazzjoni li tippermetti skambju sikur ta’ dejta ta’ interess komuni bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tadotta kundizzjonijiet uniformi għall-operat ta’ dik is-sistema.

(26)

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna mill-FAEŻR u mill-Istati Membri tkun konsistenti mal-attivitajiet, il-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni. L-għajnuna mill-FAEŻR għandha tkun konsistenti mal-għanijiet tal-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali u b'mod partikolari ma’ dawk tal-istrument ta’ appoġġ tal-Unjoni għas-sajd. Sabiex jiġi żgurat li l-FAEŻR ikun konsistenti wkoll ma’ strumenti oħra ta’ appoġġ tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' delega, tistipula l-miżuri speċifiċi tal-Unjoni li magħhom għandha tiġi żgurata t-tali konsistenza.";

(b)

il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"6.   Ebda appoġġ skont dan ir-Regolament ma għandu jingħata lil skemi eliġibbli għal appoġġ taħt organizzazzjonijiet tas-suq komuni. Sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi f’żoni ta’ programmar, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' delega, tadotta eċċezzjonijiet għal din ir-regola.".

(2)

Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3.   Pjanijiet ta’ strateġija nazzjonali jistgħu jiġu aġġornati matul il-perjodu ta’ programmar. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli rigward dawk l-aġġornamenti.".

(3)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

"1.   Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni żewġ rapporti sommarji li jiddeskrivu l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ strateġija nazzjonali u l-għanijiet tiegħu u l-kontribut tiegħu għall-kisba ta’ linji gwida strateġiċi Komunitarji. L-ewwel rapport għandu jintbagħat fl-2010 u t-tieni wieħed fl-2015, mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru.

2.   Ir-rapport għandu jiddeskrivi b’mod partikolari:

(a)

il-kisbiet u r-riżultati tal-programmi ta’ żvilupp rurali relattivi għall-indikaturi stabbiliti fil-pjan ta’ strateġija nazzjonali;

(b)

ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ evalwazzjoni li tinsab għaddejja għal kull programm.".

(4)

Fl-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tippreżenta żewġ rapporti li jagħtu fil-qosor l-iżviluppi, ix-xejriet u l-isfidi ewlenin b’rabta mal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' strateġija nazzjonali u tal-linji gwida strateġiċi Komunitarji. L-ewwel rapport huwa ppreżentat fl-2011 u t-tieni wieħed fl-2016.".

(5)

L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3 jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tadotta kundizzjonijiet uniformi għall-preżentazzjoni ta’ programmi ta’ żvilupp rurali.";

(b)

il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova kull programm ta’ żvilupp rurali permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni.

Tista’ wkoll, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistipula l-proċedura għal tali approvazzjoni.".

(6)

Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tadotta deċiżjonijiet dwar talbiet għar-reviżjoni ta’ programmi ta’ żvilupp rurali wara li tali talbiet jintbagħtu mill-Istati Membri.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tapplika proċeduri effiċjenti u proporzjonati, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' delega, tistipula r-regoli rigward il-bidliet li ma jeħtiġux approvazzjoni mill-Kummissjoni jew li jeħtieġu approvazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 91c.

Dispożizzjonijiet proċedurali għas-sottomissjoni, il-valutazzjoni u l-approvazzjoni ta’ bidliet għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni.".

(7)

Fl-Artikolu 20(d), il-punt (ii) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"(ii)

Appoġġ għat-twaqqif ta’ gruppi ta’ produtturi;".

(8)

L-Artikolu li ġej jiddaħħal qabel is-Subtaqsima 1:

"Artikolu 20a

Kundizzjonijiet speċifiċi

Sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti u mmirat tal-fondi u sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti fit-trattament ta’ benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' delega, tadotta kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-miżuri pprovduti fl-Artikolu 20.".

(9)

Fl-Artikolu 24(1), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Bħala minimu, Is-servizz ta’ konsulenza lill-bdiewa (inkluża l-konsulenza teknika) għandu fil-każijiet kollha jkopri aktar minn rekwiżit wieħed jew aktar tal-ġestjoni statutorja u kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba pprovduti fl-Artikoli 5 u 6 u fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u, fejn rilevanti, standard wieħed jew aktar ta’ sikurezza fuq il-post tax-xogħol abbażi tal-leġislazzjoni tal-Unjoni.".

[Em. 3]

(10)

Fl-Artikolu 32(1), il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"(b)

ikun għal skemi tal-Unjoni għall-kwalità tal-ikel, jew għal dawk rikonoxxuti mill-Istati Membri li jkunu konformi ma’ kriterji preċiżi ddefiniti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta' delega, sabiex tiġi żgurata l-koerenza ta’ din il-miżura mal-politika u l-prijoritajiet tal-UE. Skemi li l-għan waħdieni tagħhom ikun li jipprovdu livell ogħla ta’ kontroll ta’ ħarsien ta’ standards obbligatorji skont il-liġijiet tal-Unjoni jew nazzjonali ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ;".

(11)

Fl-Artikolu 33, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"L-appoġġ għandu jingħata lill-gruppi ta’ produtturi li jkunu magħmula minn operaturi li jipparteċipaw b’mod attiv fi skema tal-kwalità tal-ikel kif imsemmi fl-Artikolu 32. Organizzazzjonijiet professjonali u/jew interprofessjonali li jirrappreżentaw settur wieħed jew aktar ma jistgħux jikkwalifikaw bħala ‘gruppi ta’ produtturi’.".

(12)

Fl-Artikolu 35, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"3.   L-appoġġ għandu jingħata lil gruppi ta’ produtturi li jkunu rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru sal-31 ta’ Diċembru 2013. Madankollu, ma għandu jingħata l-ebda appoġġ għall-istabbiliment ta’ gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.".

(13)

L-Artikolu li ġej jiddaħħal qabel is-Subtaqsima 1:

"Artikolu 36a

Kundizzjonijiet speċifiċi

Sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti u mmirat tal-fondi u sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti fit-trattament ta’ benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' delega, tadotta kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-miżuri pprovduti fl-Artikolu 36.".

(14)

Fl-Artikolu 38, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2.   L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Sabiex jiġi evitat li l-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 20(c)(i) u l-appoġġ ipprovdut fl-Artikolu 36(a)(iii) jikkoinċidu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' delega, tistabbilixxi r-regoli rigward l-iżvantaġġi relatati mar-rekwiżiti speċifiċi introdotti bid-Direttiva 2000/60/KE u tiffissa l-kundizzjonijiet fir-rigward tal-ammont ta’ appoġġ annwali għal pagamenti b’rabta ma’ dik id-Direttiva.".

(15)

Fl-Artikolu 39(3), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Dawn l-impenji għandhom jitwettqu, bħala regola ġenerali, għal perjodu bejn ħames u seba’ snin. Fejn ikun meħtieġ u ġġustifikat, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tapprova programmi ta’ żvilupp rurali li jkunu ta’ perjodu itwal għal tipi partikolari ta’ impenji.".

(16)

Fl-Artikolu 40(2), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Dawn l-impenji għandhom jitwettqu, bħala regola ġenerali, għal perjodu bejn ħames u seba’ snin. Fejn ikun meħtieġ u ġġustifikat, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tapprova programmi ta’ żvilupp rurali li jkunu ta’ perjodu itwal għal tipi partikolari ta’ impenji.".

(17)

Fl-Artikolu 41, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Biex jibbenefikaw minn tali appoġġ l-investimenti konċernati ma għandhomx iwasslu għal xi żieda sinifikanti fil-valur jew fil-profittabilità tal-azjenda agrikola jew tal-forestrija.".

(18)

Fl-Artikolu 43(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, ‘bdiewa’ tfisser persuni L-uniċi riċevituri eliġibbli għall-għajnuna li għaliha jirreferi dan l-Artikolu huma l-bdiewa jew l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa li jiddedikaw parti essenzjali mill-ħin tax-xogħol tagħhom għal attivitajiet agrikoli u li minnhom jaqilgħu parti sinifikanti tad-dħul tagħhom skont kriterji li għandhom jiġu ddefiniti mill-Istat Membru.".

[Em. 4]

(19)

Fl-Artikolu 47(1), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Dawn l-impenji għandhom jitwettqu, bħala regola ġenerali, għal perjodu bejn ħames u seba’ snin. Fejn ikun meħtieġ u ġġustifikat, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tapprova programmi ta’ żvilupp rurali li jkunu ta’ perjodu itwal għal tipi partikolari ta’ impenji.".

(20)

Fl-Artikolu 49, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Biex jibbenefikaw minn tali appoġġ l-investimenti konċernati ma għandhomx iwasslu għal xi żieda sinifikanti fil-valur jew fil-profittabilità tal-azjenda agrikola jew tal-forestrija.".

(21)

L-Artikolu 50 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 4 u 5 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

"4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli li skonthom l-Istati Membri għandhom, fil-programmi tagħhom:

(a)

jikkonfermaw id-delimitazzjoni eżistenti skont il-paragrafi 2 u 3(b) jew jemendawha, jew

(b)

jiddelimitaw iż-żoni msemmija fil-paragrafu 3(a).

5.   Iż-żoni agrikoli li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal pagamenti kif imsemmi fl-Artikolu 36(a)(iii):

(a)

żoni agrikoli ta’ Natura 2000 iddeżinjati skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (8) u d-Direttiva 92/43/KEE;

(b)

żoni oħra ddelimitati ta’ ħarsien tan-natura b’restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għall-biedja li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE;

(c)

żoni agrikoli, inklużi fi pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ baċiri ta’ xmajjar skont id-Direttiva 2000/60/KE.

(b)

il-paragrafu 7 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"7.   Iż-żoni ta’ foresti li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal pagamenti kif ipprovdut fl-Artikolu 36(b)(iv):

(a)

żoni ta’ foresti ta’ Natura 2000 iddeżinjati skont id-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE;

(b)

żoni oħra ddelimitati ta’ ħarsien tan-natura b’restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għall-foresti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE.";

(c)

Jiżdied il-paragrafu li ġej:

"9.   Iż-żoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5 u fil-punt (b) tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx, għal kull programm ta’ żvilupp rurali, jaqbżu 5 % taż-żoni ta’ Natura 2000 koperti bl-ambitu territorjali tagħha.".

(22)

L-Artikolu 51 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla msemmija fit-tieni subparagrafu, fis-sena ta’ wara l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tivverifika li l-benefiċjarju jirrimedja s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità konċernati. Is-sejba u l-obbligu li tittieħed azzjoni ta' rimedju għandhom ikunu nnotifikati lill-benefiċjarju.";

(b)

fil-paragrafu 4, il-frażi introduttorja għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

"Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni koerenti ta’ riduzzjonijiet u esklużjonijiet ta’ pagamenti msemmija f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' delega, tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ trasparenza u proporzjonalità. F’dan il-kuntest għandhom jitqiesu s-severità, id-daqs, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità misjub, kif ukoll il-kriterji li ġejjin:".

(23)

L-Artikolu li ġej jiddaħħal qabel is-Subtaqsima 1:

"Artikolu 52a

Kundizzjonijiet speċifiċi

Sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti u mmirat tal-fondi u sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti fit-trattament ta’ benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' delega, tadotta kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-miżuri pprovduti fl-Artikolu 52.".

(24)

Fl-Artikolu 53, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu ‘membru tal-familja ta' azjenda agrikola’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikun x’ikun l-istat legali mogħti lill-grupp u lill-membri tiegħu fil-liġi nazzjonali, bl-eċċezzjoni ta’ ħaddiema ta’ azjendi agrikoli. Fejn membru tal-familja ta’ azjenda agrikola jkun persuna ġuridika jew grupp ta’ persuni ġuridiċi, dak il-membru għandu jeżerċita attività agrikola fl-azjenda fiż-żmien tal-applikazzjoni għal appoġġ.".

(25)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 63a

Kundizzjonijiet speċifiċi

Sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti u mmirat tal-fondi u sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti fit-trattament ta’ benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' delega, tadotta kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-miżuri pprovduti fl-Artikolu 63.".

(26)

L-Artikolu 66 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2 jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Biex tkun żgurata l-konsistenza mar-rekwiżiti tal-politika, il-prijoritajiet u l-liġijiet tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' delega, tadotta kundizzjonijiet dwar ir-rata ta’ kontribuzzjonijiet għal għajnuna teknika f’każ ta’ programmi ta’ żvilupp rurali li jkopru kemm lir-reġjuni eliġibbli skont l-Objettiv ta’ Konverġenza u lir-reġjuni mhux eliġibbli skont l-Objettiv ta’ Konverġenza, u dwar kundizzjonijiet għall-allokazzjoni ta’ fondi għall-istabbiliment u t-tħaddim tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 68.";

(b)

fil-paragrafu 3, it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ regoli atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-istabbiliment u t-tħaddim tan-netwerk rurali nazzjonali.".

[Em. ma jikkonċernax il-verżjonijiet lingwistiċi kollha]

(27)

Fl-Artikolu 69, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 91c, tagħmel analiżi annwali għal kull Stat Membru tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, wara li jitnaqqas l-ammont imsemmi fil-paragrafu 2, u wara li tqis:

(a)

l-ammonti riżervati għal reġjuni eliġibbli skont l-Objettiv ta’ Konverġenza;

(b)

il-prestazzjoni tal-imgħoddi; u

(c)

sitwazzjonijiet u ħtiġijiet partikolari bbażati fuq kriterji oġġettivi.".

(27a)

Fl-Artikolu 69 jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5d.     Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, f'każ ta' Stati Membri li għażlu programmi reġjonali, il-kalkolu tal-kanċellazzjoni awtomatika tar-riżorsi finanzjarji jista' jsir fil-livell tal-Istat Membru.".

[Em. 6]

(28)

Fl-Artikolu 70, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"1.   Id-Deċiżjoni li tadotta programm ta’ żvilupp rurali għandha tistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR għal kull assi. Sabiex l-Istati Membri jkun jista' jkollhom grad ta’ flessibbiltà fir-rigward ta’ bdil żgħir ta' finanzjament mill-FAEŻR fost l-assijiet, għandu jkun stabbilit limitu ta’ flessibbiltà mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta' delega. Id-Deċiżjoni għandha tidentifika b’mod ċar, fejn ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet allokati lir-reġjuni eliġibbli skont l-Objettiv ta’ Konverġenza.".

(29)

L-Artikolu 71 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"Nefqa ġdida miżjuda fil-waqt tal-emenda ta’ programm imsemmi fl-Artikolu 19 għandu jkun eliġibbli mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi t-talba għal emenda tal-programm. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għan-nefqa bejn id-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi t-talba tagħhom għal emenda ta’ programm u d-data tad-deċiżjoni li tapprova l-emenda.

F’każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali, il-programmi ta’ żvilupp rurali jistgħu jipprovdu li l-eliġibbiltà ta’ nefqa relatata ma' bdil ta’ programmi tista’ tibda minn data aktar kmieni mid-data msemmija fit-tieni subparagrafu.";

(b)

fil-paragrafu 2, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

"Fir-rigward tal-miżuri rilevanti li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 42 tat-Trattat għandu jingħata appoġġ biss għal nefqa li sseħħ wara li tkun intbagħtet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti.

Madankollu r-rekwiżit stabbilit fit-tieni subparagrafu ma għandux japplika fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 20(a), l-Artikolu 20(b)(vi), l-Artikolu 20(c)(i) u (ii), l-Artikolu 20(d)(i) sa (iii), l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u l-Artikolu 36(b)(i), bl-eċċezzjoni tal-kostijiet għall-istabbiliment skont l-Artikolu 36(b)(i).";

(ba)

fil-paragrafu 3, punt (a) tat-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

"(a)

VAT, minbarra VAT mhux irkuprabbli meta tinżamm ġenwinament u definittivament minn benefiċarji.";

[Em. 7]

(bb)

il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 3:

"3a.     Ix-xogħol li jsir abbażi tal-ħin u l-materjal mill-benefiċċjarji aħħarija, bħala parti mill-miżuri tal-iżvilupp rurali, bl-użu tal-ħaddiema, tal-materjali u tat-tagħmir tal-impriża, għandu jkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR; f’każijiet bħal dawn, l-ammont tan-nefqa għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ lista ta’ prezzijiet għad-diversi xogħlijiet imwettqa.";

[Em. 8]

(c)

il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"5.   Minkejja l-paragrafu 3(b), il-kontribuzzjoni mill-FAEŻR tista’ ssir f’għamla oħra minbarra dik ta’ għajnuna diretta li ma titħallasx lura. Sabiex ikunu żgurati l-użu effiċjenti u l-implimentazzjoni koerenti tal-FAEŻR u biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' delega, tadotta kundizzjonijiet speċifiċi għall-kofinanzjament ta’ sussidji ta’ rati tal- imgħax u ta’ strumenti oħra ta’ inġinerija finanzjarja.".

(30)

Fl-Artikolu 74, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"4.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli skont regoli stabbiliti mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta' delega, fir-rigward tal-prinċipji ta’ kontrolli, sanzjonijiet, esklużjonijiet u l-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti, adattati għan-natura tal-miżuri differenti ta’ żvilupp rurali biex tkun żgurata l-effiċjenza fl-applikazzjoni tagħhom u fit-trattament ugwali tal-benefiċjarji kollha. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ kontrolli mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.".

(31)

Fl-Artikolu 78, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Għall-finijiet tal-punt (f), ‘proposta sostanzjali għal bidliet’ għandha tkopri l-bidliet li għalihom tkun meħtieġa deċiżjoni mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għajr il-bidliet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2), kif ukoll bidliet fl-analiżi finanzjarja skont il-miżura fi ħdan assi, bidliet għall-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda u tipi ta’ operazzjonijiet u l-irtirar ta’ miżuri eżistenti u tipi ta’ operazzjonijiet.".

(32)

L-Artikolu 80 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 80

Qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni

Il-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għandu jitfassal b’kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u għandu jkun adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni. Il-qafas għandu jispeċifika għadd limitat ta’ indikaturi komuni applikabbli għal kull programm.".

(33)

Fl-Artikolu 82, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dwar rapporti annwali ta’ progress għal programmi speċifiċi skont l-Artikolu 66(3).".

(34)

Fl-Artikolu 86, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"9.   Sabiex ikun żgurat li jsiru evalwazzjonijiet skont l-iskeda ta’ żmien iffissata f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ta' delega, tistabbilixxi l-penalitajiet xierqa għal nuqqas ta’ ħarsien ta’ dawn l-iskedi ta’ żmien.".

(35)

L-Artikolu li ġej jiddaħħal fit-Titolu IX:

"Artikolu 89a

Skambju ta’ informazzjoni u dokumenti

Il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi sistema ta’ informazzjoni li tippermetti skambju sikur ta’ dejta ta’ interess komuni bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tadotta kundizzjonijiet uniformi għat-tħaddim ta’ dik is-sistema.".

(36)

L-Artikoli 90 u 91 jitħassru.

(37)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 91a

Setgħat tal-Kummissjoni

Fejn jiġu kkonferiti kompetenzi lill-Kummissjoni, hija għandha taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 91b, fil-każ ta’ atti ta' delega, u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 91c, fil-każ ta’ atti ta' implimentazzjoni, ħlief fejn b'mod espliċitu jiġi pprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 91b

Atti ta' delega

1.   Is-setgħat Is-setgħa biex tadotta atti ta' delega msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jiġu kkonferiti qed tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat , filwaqt li tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu .

Malli tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.   Id-delega ta’ setgħa tista’ tiġi rrevokata f’kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill li saret referenza għaliha fl-Artikolu 5(2) u (6), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2), Artikolu 20a, Artikolu 32(1)b, Artikolu 36a, Artikolu 38(2), Artikolu 51(4), Artikoli 52a u 63a, Artikolu 66(2), Artikolu 70(1), Artikolu 71(5), l-ewwel sentenza tal-Artikolu 74(4), Artikolu 86(9) u Artikolu 92(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … (9). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delegazzjoni tas-setgħat mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix din l-estensjoni, mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna għal deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi rrevokata d-delega ta’ setgħa, għandha tagħmel li tista’ biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat ta' delega li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.     Id-delegazzjoni tas-setgħa tista' tiġi revokata f'kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandu jkollha effett l-għada tal-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. minnufih jew f’data wara speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ta' delega diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' joġġezzjona għal att ta' delega fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’[xahrejn].

Jekk mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkun oġġezzjona għall-att ta' delega, huwa huwa ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data indikata hemmhekk.

L-att ta' delega jista’ jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att ta' delega, l-att ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona l-att ta' delega għandha tagħti r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet tagħha.

4.     Malli jiġi adottat att delegat, il-Kummissjoni għandha simultanjament tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

5.     L-att delegat li jiġi adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, sew il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 9]

Artikolu 91c

Atti ta' implimentazzjoni – Kumitat

[Din għandha timtela wara l-adozzjoni tar-Regolament li jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali rigward il-mekkaniżmi ta' kontroll previsti fl-Artikolu 291(2) tat-TFUE, li bħalissa qed jiġi diskuss mill-PE u mill-Kunsill.]

1.     Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (10).

2.     Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

[Em. 10]

(38)

Fl-Artikolu 92, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"1.   Jekk ikunu meħtieġa miżuri speċifiċi biex titħaffef it-tranżizzjoni mis-sistema fis-seħħ għal dik stabbilita b'dan ir-Regolament, tali miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta' delega.".

(39)

Fl-Anness I, in-nota ta’ referenza f’qiegħ il-paġna (***) hija ssostitwita b’dan li ġej:

"(***)

Sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċjali li jeżistu f’Malta, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' delega, tistabbilixxi ammont minimu ta’ għajnuna għal setturi ta’ produzzjoni li jipproduċu ftit ħafna.".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 30

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012.

(3)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(4)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(5)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(6)  COM(2009) 591, 28.10.2009.

(7)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(8)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.";

(9)  

+

Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(10)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. "


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/231


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli ***I

P7_TA(2012)0280

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (COM(2010)0799 – C7–0008/2011 – 2010/0385(COD))

2013/C 349 E/25

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0799),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0008/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra tad-Deputati Lussemburgiża, mid-Diet u s-Senat tal-Polonja u mill-Parlament Svediż, li jaffermaw li l-abbozz ta' att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Marzu 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0322/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 89.


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
P7_TC1-COD(2010)0385

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (3) ġie emendat diversi drabi. Jeħtieġ li jsiru iktar emendi minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, sabiex is-setgħat mogħtija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u b’mod partikulari dawk mogħtija lill-Kummissjoni, jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”). Minħabba l-ambitu ta’ dawn l-emendi, huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jitħassar u li dan jinbidel b’Regolament ġdid dwar l-OKS unika. Fl-interess tas-simplifikazzjoni teknika, huwa xieraq li r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72 tat-2 ta’ Mejju, 1972 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna fir-rigward ta’ dud tal-ħarir għas-sena ta’ tkabbir 1972/73 (4) jiddaħħal f’dan ir-Regolament. Għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 922/72 għandu jitħassar ukoll.

(2)

Minħabba l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, il-Kunsill se jadotta miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, tad-dazji, tal-għajnuna u tal-limiti kwantitattivi. Fl-interess taċ-ċarezza, fejn japplika l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, dan ir-Regolament għandu jirreferi biċ-ċar għall-fatt li l-miżuri se jiġu adottati mill-Kunsill abbażi ta’ dan. [Em. 1]

(3)

Dan ir-Regolament għandu jkollu l-elementi bażiċi kollha tal-organizzazzjoni komuni tas-suq unika. F’ċerti każijiet, l-iffissar tal-prezzijiet, tad-dazji, tal-għajnuna u tal-limiti kwantitattivi huwa marbut ma’ dawk l-elementi bażiċi b’mod li ma jistax jinfired minn magħhom.

(4)

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda jew iżżid dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar jew l-emendar ta' ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament. L-elementi li għalihom tista’ tiġi eżerċitata din is-setgħa għandhom jiġu ddefiniti, flimkien mal-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun suġġetta dik id-delega. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, ir-reġjuni insulari, dawk b’popolazzjoni ferm imxerrda u dawk muntanjużi u r-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex jiġi evitat li r-restrizzjonijiet li tali reġjuni diġà qed jaffaċċaw fil-kriżi attwali jmorri għall-agħar. Fit- tħejjija u t-tfassal tal-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dokumenti kollha meħtieġa jintbagħtu fil-ħin, b’mod xieraq u simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 2]

(5)

L-użu ta’ proċedura ta’ urġenza għandu jitħalla għal każijiet eċċezzjonali meta dan ikun meħtieġ sabiex ikun hemm reazzjoni effiċjenti u effettiva kontra t-theddid ta’ tfixkil tas-suq jew fejn ikun qed iseħħ dan it-tfixkil tas-suq. L-għażla ta’ proċedura ta’ urġenza għandha tkun iġġustifikata u l-każijiet li fihom għandha tintuża din il-proċedura għandhom ikunu speċifikati.

(6)

Skont l-Artikolu 291 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-OKS”) stabbilita f’dan ir-Regolament. Sabiex tiżgura li l-OKS tkun implimentata fl-Istati Membri b’mod uniformi u biex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta jew id-diskriminazzjoni bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291(2) tat-Trattat. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni skont dik id-dispożizzjoni, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet uniformi li fihom japplikaw il-miżuri ta’ intervent fis-suq, il-kundizzjonijiet uniformi biex jiġu implimentati l-iskemi tal-għajnuna u biex jiġu applikati regoli marbutin mat-tqegħid fis-suq u mal-produzzjoni u regoli marbutin mal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi wkoll il-karatteristiċi minimi għall-kontrolli li għandhom japplikaw l-Istati Membri.

(7)

Barra minn hekk, sabiex tkun żgurata l-effiċjenza tal-iskemi stabbiliti mill-organizzazzjoni komuni tas-suq unika, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat meħtieġa għall-miżuri għall-ġestjoni tas-suq u għall-ħidmiet ta’ ġestjoni ta’ kuljum. Sabiex ikun żgurat it-tħaddim bla problemi tal-organizzazzjoni komuni tas-suq unika, il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħat li tirregola ċerti kwistjonijiet ta’ natura pjuttost teknika u li tadotta regoli dwar in-notifika, it-tagħrif u r-rappurtar, il-proċeduri u l-kriterji tekniċi marbutin mal-prodotti u mal-operaturi li huma eliġibbli għall-appoġġ għas-suq. Barra minn hekk, sabiex tiżgura t-tħaddim tajjeb tal-organizzazzjoni komuni tas-suq unika, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll, b’mod partikulari, d-dati, l-limiti taż-żmien, l-avvenimenti operattivi għar-rati tal-iskambju, il-perjodi rappreżentattivi u r-rati tal-imgħax, u f’dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi tal-għajnuna, il-Kummissjoni għandu jkollha, b’mod partikulari, l-bażi legali biex tiffissa l-għajnuna u tadotta regoli dwar il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi, ir-riklamar tal-benefiċċji tal-għajnuna mħallsa u r-regoli marbutin mal-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-iskemi soċjali. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tiddefinixxi l-proċeduri marbutin mal-ħlas tal-għajnuna u mal-għotjiet tal-għajnuna bil-quddiem.

(8)

Barra minn hekk, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-suq unika u jitħarsu l-prinċipji tagħha, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta regoli, inklużi regoli dwar il-ġestjoni ta’ skemi li għandhom l-għan li jillimitaw il-produzzjoni tal-ħalib, taz-zokkor u tal-inbid, spezzjonijiet u kontrolli, u hija għandu jkollha wkoll is-setgħa li tiffissa l-ammonti tal-garanziji, li tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri marbutin mal-irkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti u li tadotta r-regoli dwar il-kuntratti marbutin mal-appoġġ għas-suq.

(9)

Minbarra dan, fis-settur tal-inbid, il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li tiżgura li l-applikazzjonijiet għad-denominazzjonijiet tal-oriġini, għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għat-termini tradizzjonali jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi madwar l-Unjoni kollha. F’dak li għandu x’jaqsam mal-preżentazzjoni u mat-tikkettar tal-prodotti tas-settur tal-inbid, il-Kummissjoni għandha tingħata l-kompetenza li tadotta r-regoli meħtieġa kollha marbutin mal-proċeduri, man-notifiki u mal-kriterji tekniċi.

(10)

Sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-għanijiet tal-qafas leġiżlattiv stabbilit b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll setgħat permanenti ta’ monitoraġġ marbutin ma’ ċerti attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-gruppi tal-produtturi, tal-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur u tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi. Barra minn hekk, sabiex titħares l-istruttura ddefinita mill-organizzazzjoni komuni tas-suq unika u l-parametri essenzjali tagħha, il-Kummissjoni għandha tingħata l-kompetenza li tadotta r-regoli meħtieġa kollha marbutin ma’ miżuri eċċezzjonali tas-suq u ma’ miżuri eċċezzjonali tal-ġestjoni maħsubin biex isolvu problemi urġenti u mhux mistennija li jinqalgħu fi Stat Membru wieħed jew aktar.

(11)

Ħlief għal fejn jingħad biċ-ċar xort’oħra, Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni għandha tadotta Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar [it-titlu tar-Regolament] ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (5) . [Em. 3]

(12)

Fir-rigward ta’ ċerti miżuri skont dan ir-Regolament li jeħtieġu azzjoni ta’ malajr jew li jikkonsistu biss fl-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġenerali għal sitwazzjonijiet speċifiċi mingħajr ma jinvolvu d-diskrezzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 . [Em. 4]

(13)

Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li twettaq ċerti ħidmiet amministrattivi jew ta’ ġestjoni li ma jinvolvux l-adozzjoni ta’ atti delegati jew ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

(14)

Il-bidla b’Regolament ġdid dwar l-OKS unika ma għandhiex twassal għal dubji dwar id-deċiżjonijiet politiċi li ttieħdu matul is-snin fil-Politika Agrikola Komuni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-PAK”). Għalhekk, l-għan ta’ dan ir-Regolament għandu jkun essenzjalment li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni jinġiebu f’konformità mat-Trattat. Għalhekk, ma għandux iħassar jew ibiddel dispożizzjonijiet eżistenti li l-ġustifikazzjoni għalihom għadha valida, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunx għadda żmienhom, u lanqas ma għandu jipprovdi għal regoli jew miżuri ġodda. L-eċċezzjonijiet għal dan l-approċċ għandhom x’jaqsmu mad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-ikel lill-aktar persuni fil-bżonn fl-Unjoni, u mal-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-monopolju tal-alkoħol tal-Ġermanja. Id-dispożizzjonijiet dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jirriflettu proposti magħmula fil-kuntest ta’ analiżi komprensiva tal-politika tal-kwalità.

(15)

Għaċ-ċereali, r-ross, iz-zokkor, l-għalf imnixxef, iż-żrieragħ, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, il-kittien u l-qanneb, il-frott u l-ħaxix, il-banana, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u d-dud tal-ħarir għandhom jiġu stabbiliti snin tas-suq li jkunu adattati b’mod ewlieni għaċ-ċikli bijoloġiċi tal-produzzjoni ta’ kull wieħed minn dawn il-prodotti.

(16)

Sabiex jiġu stabbilizzati s-swieq u jkun żgurat standard ta’ għajxien ġust għall-komunità agrikola, ġiet żviluppata sistema ddifferenzjata ta’ appoġġ għall-prezzijiet għas-setturi differenti, b’mod parallel għall-introduzzjoni ta’ skemi ta’ appoġġ dirett, li tqis, minn naħa waħda, il-ħtiġijiet differenti f’kull wieħed minn dawn is-setturi u, min-naħa l-oħra, l-interdipendenza bejn is-setturi differenti. Dawn il-miżuri jieħdu l-forma ta’ intervent pubbliku jew, skont il-każ, ta’ ħlas ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ prodotti tas-setturi taċ-ċereali, tar-ross, taz-zokkor, taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, taċ-ċanga u l-vitella, tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż. Minħabba l-għanijiet tal-emendi sussegwenti għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, b’mod partikulari permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 dwar modifiki għall-Politika Agrikola Komuni billi jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1405/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008 u (KE) Nru 479/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, (KEE) Nru 1254/89, (KEE) Nru 2247/89, (KEE) Nru 2055/93, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 2596/97, (KE) Nru 1182/2005 u (KE) Nru 315/2007 (6), u fuq il-bażi tal-ġustifikazzjoni mogħtija fihom, jeħtieġ, għalhekk, li jinżammu l-miżuri ta’ appoġġ għall-prezzijiet fejn dawn huma previsti fl-istrumenti kif kienu żviluppati fl-imgħoddi, mingħajr ma ssir ebda bidla sostanzjali meta mqabbel mas-sitwazzjoni legali ta’ qabel.

(17)

Għall-finijiet taċ-ċarezza u tat-trasparenza, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dawn il-miżuri għandhom isiru suġġetti għal struttura komuni, filwaqt li tinżamm il-politika segwita f’kull settur. Għal dak il-għan, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn il-prezzijiet ta’ referenza u l-prezzijiet ta’ intervent.

(18)

L-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq agrikoli għaċ-ċereali, għaċ-ċanga u l-vitella u għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib kien fihom dispożizzjonijiet skont liema l-Kunsill, huwa u jaġixxi f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kellu s-setgħa jbiddel il-livelli tal-prezzijiet. Minħabba s-sensittività tas-sistemi tal-prezzijiet, għandu jiġi ċċarat li l-possibbiltà li jinbidlu l-livelli tal-prezzijiet teżisti skont l-Artikolu 43(2) tat-Trattat fir-rigward tas-setturi kollha koperti minn dan ir-Regolament.

(19)

Għandhom jiġu ffissati l-prezzijiet ta’ referenza għall-kwalitajiet standard taz-zokkor abjad u taz-zokkor mhux raffinat. It-tali kwalitajiet standard għandhom ikunu kwalitajiet medji li jirrappreżentaw iz-zokkor prodott fl-Unjoni u għandhom ikunu ddefiniti fuq il-bażi ta’ kriterji wżati fin-negozju taz-zokkor. Għandu jkun possibbli wkoll li wieħed janalizza mill-ġdid il-kwalitajiet standard sabiex jitqiesu, b’mod partikulari, ir-rekwiżiti kummerċjali u l-iżviluppi fl-analiżi teknika.

(20)

Sabiex tkun żgurata informazzjoni affidabbli dwar il-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni għaz-zokkor, f’dan ir-Regolament għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar sistema ta’ rrappurtar tal-prezzijiet, li abbażi tagħha għandhom jiġu stabbiliti l-livelli tal-prezzijiet tas-suq għaz-zokkor abjad.

(21)

Fuq il-bażi tal-emendi li ddaħħlu bir-Regolament (KE) Nru 72/2009, is-sistema ta’ intervent għaċ-ċereali, r-ross, il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat hija miftuħa matul ċerti perjodi tas-sena. Fir-rigward tas-settur taċ-ċanga u tal-vitella, il-ftuħ u l-għeluq tal-intervent pubbliku għandu jiddependi fuq il-livelli tal-prezzijiet tas-suq matul ċertu perjodu.

(22)

Il-livell tal-prezz li bih għandu jitwettaq ix-xiri b’intervent pubbliku fl-imgħoddi tnaqqas fl-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq agrikoli għaċ-ċereali, ir-ross u ċ-ċanga u l-vitella u huwa ġie stabbilit flimkien mal-introduzzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ dirett f’dawk is-setturi. Għalhekk, l-għajnuna skont dawk l-iskemi, minn naħa waħda, u l-prezzijiet ta’ intervent, min-naħa l-oħra, huma marbutin mill-qrib ma’ xulxin. Għall-prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, dak il-livell tal-prezzijiet ġie stabbilit bil-ħsieb li jiġi promoss il-konsum tal-prodotti kkonċernati u li tittejjeb il-kompetittività tagħhom. Dawk id-deċiżjonijiet politiċi għadhom validi.

(23)

Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għall-possibbiltà li wieħed jeħles mill-prodotti mixtrija b’intervent pubbliku. It-tali miżuri għandhom jittieħdu b’tali mod li jiġi evitat it-tfixkil fis-suq u li jkunu żgurati l-aċċess ugwali għall-oġġetti u t-trattament ugwali tax-xerrejja.

(24)

L-għanijiet tal-PAK kif iddefiniti fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat jinkludu l-istabbilizzazzjoni tas-swieq kif ukoll l-iżgurar li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Matul is-snin, l-iskema tad-distribuzzjoni tal-ikel saret il-bażi, b’suċċess, tal-ilħiq taż-żewġ għanijiet. Hija għandha tkompli tiżgura l-għanijiet tal-PAK u tgħin biex jinkisbu l-għanijiet ta’ koeżjoni. Madankollu, r-riformi suċċessivi tal-PAK irriżultaw fi tnaqqis progressiv tal-ħażniet tal-intervent, kif ukoll tal-medda ta’ prodotti disponibbli. Minħabba f’hekk, ix-xiri fis-suq għandu jsir ukoll sors permanenti ta’ provvista għall-iskema.

(25)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni baġitarja b’saħħitha u sabiex wieħed jibbenefika b’mod sħiħ mid-dimensjoni ta’ koeżjoni tal-iskema tal-Unjoni, għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar limitu massimu fiss tal-għajnuna tal-Unjoni u dispożizzjoni biex l-Istati Membri jikkofinanzjaw il-programm tad-distribuzzjoni tal-ikel. Barra minn hekk, l-esperjenza wriet li hemm bżonn ta’ perspettiva aktar fit-tul għall-iskema. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjanijiet ta’ tliet snin għall-implimentazzjoni tal-iskema u l-Istati Membri għandhom iħejju programmi nazzjonali għad-distribuzzjoni tal-ikel li jistabbilixxu l-għanijiet u l-prijoritajiet tagħhom għall-iskema, inklużi l-kunsiderazzjonijiet nutrittivi. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-kontrolli amministrattivi u fiżiċi x-xierqa u għandhom jipprovdu penali fil-każ ta’ irregolaritajiet sabiex jiżguraw li l-pjan ta’ tliet snin jiġi implimentat skont ir-regoli applikabbli.

(26)

Sabiex tiżgura t-tħaddim trasparenti, koerenti u effiċjenti tal-aktar skema mċaħħda, il-Kummissjoni għandha tadotta l-proċeduri għall-adozzjoni u r-reviżjoni tal-pjanijiet ta’ tliet snin u għandha tadotta dawk il-pjanijiet u, fejn meħtieġ, ir-reviżjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll dispożizzjonijiet dwar elementi addizzjonali li għandhom jiddaħħlu fil-pjanijiet ta’ tliet snin, regoli għall-provvista tal-prodotti, kif ukoll il-proċeduri u l-limiti taż-żmien applikabbli għall-irtirar ta’ prodotti tal-intervent, inklużi t-trasferimenti bejn l-Istati Membri, u regoli dwar il-format tal-programmi nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-ikel u tar-rapporti annwali tal-implimentazzjoni. Barra minn hekk, sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri jimplimentaw il-pjanijiet ta’ tliet snin b’mod uniformi, il-Kummissjoni għandha tadotta l-proċeduri għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-organizzazzjonijiet filantropiċi li l-Istati Membri għażlu li jqisu bħala eliġibbli, inklużi l-limiti taż-żmien u l-limiti finanzjarji, il-kundizzjonijiet marbuta mal-istedina għas-sejħiet għall-offerti u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-prodotti tal-ikel u għall-provvista tagħhom. Barra minn hekk, għandhom jiġu adottati regoli li jistabbilixxu l-obbligi tal-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontrolli, mal-proċeduri u mal-iskadenzi għall-ħlas, mat-tnaqqis meta dawn ma jitħarsux, kif ukoll dispożizzjonijiet tal-kontabilità u l-ħidmiet li l-entitajiet nazzjonali ta’ intervent iridu jwettqu, inkluż fil-każ ta’ trasferimenti bejn l-Istati Membri.

(27)

Sabiex jikkontribwixxi għall-ibbilanċjar tas-suq tal-ħalib u għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tas-suq, dan ir-Regolament jipprovdi għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħżin privat fir-rigward ta’ ċerti prodotti tal-butir. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tiddeċiedi li tagħti għajnuna għall-ħżin privat għaz-zokkor abjad, għal ċerti tipi ta’ żejt taż-żebbuġa u ta’ ċerti prodotti taċ-ċanga u l-vitella, għal-laħam tal-majjal u għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż.

(28)

L-iskali tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi fis-setturi taċ-ċanga u tal-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż huwa essenzjali għall-għanijiet ta’ reġistrazzjoni tal-prezzijiet u għall-applikazzjoni tal-arranġamenti tal-intervent f’dawk is-setturi. Barra minn hekk, dan il-kejl għandu l-għan li jtejjeb it-trasparenza tas-suq.

(29)

Ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment ħieles li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni ta’ miżuri maħsubin sabiex tiġi evitata l-firxa tal-mard tal-annimali jistgħu joħolqu diffikultajiet għas-suq f’ċerti prodotti f’wieħed mill-Istati Membri jew aktar. L-esperjenza turi li tfixkil serju tas-suq bħal tnaqqis sinifikanti fil-konsum jew fil-prezzijiet jista’ jiġi attribwit għal telf ta’ fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika jew għas-saħħa tal-annimali.

(30)

Il-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għaċ-ċanga u l-vitella, għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, għal-laħam tal-majjal, għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, għall-bajd u għal-laħam tat-tjur għandhom ikunu marbutin direttament ma’ miżuri tas-saħħa u miżuri veterinarji adottati sabiex tiġi evitata l-firxa ta’ mard jew għandhom ikunu konsegwenza tagħhom. Dawn għandhom jittieħdu fuq talba tal-Istati Membri sabiex jiġu evitati problemi serji fis-swieq ikkonċernati.

(31)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri speċjali ta’ intervent meta dan ikun meħtieġ sabiex ikun hemm reazzjoni effiċjenti u effettiva kontra t-theddid ta’ tfixkil tas-suq fis-settur taċ-ċereali u sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ intervent pubbliku fuq skala kbira f’ċerti reġjuni tal-Unjoni fis-settur tar-ross jew sabiex jagħmel tajjeb għal nuqqasijiet tar-ross fil-fosdqa wara li jseħħu diżastri naturali.

(32)

Għandu jiġi ffissat prezz minimu għall-pitravi ta’ kwota li jkun jikkorrispondi għal kwalità standard li għandha tiġi ddefinita, sabiex jiġi żgurat standard ta’ għajxien ġust għal dawk li jkabbru l-pitravi u l-kannamieli fl-Unjoni.

(33)

Hemm bżonn ta’ strumenti speċifiċi sabiex jiġi żgurat bilanċ ġust ta’ drittijiet u obbligi bejn l-impriżi taz-zokkor u dawk li jkabbru l-pitravi. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet standard li jirregolaw il-ftehimiet interprofessjonali.

(34)

Id-diversità tal-qagħdiet naturali, ekonomiċi u tekniċi tagħmilha diffiċli li wieħed jagħmel dispożizzjonijiet għal kundizzjonijiet ta’ xiri uniformi għall-pitravi madwar l-Unjoni kollha. Diġà jeżistu ftehimiet f’dan il-qasam bejn l-assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jkabbru l-pitravi u l-impriżi taz-zokkor. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta’ qafas għandhom jiddefinixxu biss il-garanziji minimi meħtieġa kemm minn dawk li jkabbru l-pitravi kif ukoll mill-industrija taz-zokkor sabiex jiġi żgurat it-tħaddim bla xkiel tas-suq taz-zokkor bil-possibbiltà li jsiru derogi minn xi regoli fil-kuntest ta’ ftehim fi ħdan dan il-qasam.

(35)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament dwar l-imposta fuq il-produzzjoni prevista fis-settur taz-zokkor bħala kontribut għall-finanzjament tal-infiq li jseħħ.

(36)

Sabiex jinżamm il-bilanċ strutturali tas-swieq taz-zokkor f’livell ta’ prezzijiet li jkun qrib il-prezz ta’ referenza, għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar il-possibbiltà li wieħed jiddeċiedi li jirtira z-zokkor mis-suq għal kemm ikun meħtieġ sabiex is-suq jerġa’ jibbilanċja ruħu.

(37)

Fir-rigward tal-pjanti ħajjin, taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur, għandha ssir dispożizzjoni dwar il-possibbiltà li wieħed jadotta ċerti miżuri sabiex jiffaċilita l-aġġustament tal-provvista għall-ħtiġijiet tas-suq. It-tali miżuri jistgħu jikkontribwixxu għall-istabbilizzazzjoni tas-swieq u għall-iżgurar ta’ standard ta’ għajxien ġust għall-komunità agrikola kkonċernata.

(38)

Fis-settur taz-zokkor, il-limitazzjoni kwantitattiva tal-produzzjoni kienet strument essenzjali tal-politika tas-suq. Ir-raġunijiet li fl-imgħoddi wasslu lill-Komunità biex tadotta sistemi ta’ kwoti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għadhom validi.

(39)

L-iskema tal-kwoti taz-zokkor skont dan ir-Regolament għandha, b’mod partikulari, żżomm l-istatus ġuridiku tal-kwoti safejn, skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, is-sistema tal-kwoti tkun tikkostitwixxi mekkaniżmu biex wieħed jirregola s-suq fis-settur taz-zokkor li jkollu l-għan li jiżgura li jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess pubbliku.

(40)

Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għall-possibbiltà li wieħed jaġġusta l-kwoti taz-zokkor sabiex jirrifletti d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri dwar l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwoti nazzjonali.

(41)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jitħalla ċertu ammont ta’ flessibbiltà nazzjonali fir-rigward tal-aġġustament strutturali tal-industrija tal-ipproċessar u tat-tkabbir tal-pitravi u tal-kannamieli matul il-perjodu li fih il-kwoti għandhom jiġu applikati, għandu jkun hemm dispożizzjoni biex l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jitħallew jibdlu l-kwoti tal-impriżi fi ħdan ċerti limiti filwaqt li ma jillimitawx it-tħaddim tal-fond ta’ ristrutturar bħala strument.

(42)

Sabiex jiġi evitat li z-zokkor żejjed ifixkel is-suq taz-zokkor, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tipprevedi, skont ċerti kriterji, sabiex iz-zokkor żejjed, l-isoglukożju żejjed jew il-ġulepp tal-inulina żejjed jiġi ttrasferit ’il quddiem sabiex jiġi ttrattat bħala produzzjoni tal-kwota tas-sena tas-suq ta’ wara. Barra minn hekk, jekk għal ċerti kwantitajiet ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet applikabbli, qed issir ukoll dispożizzjoni biex jiġi impost ħlas fuq l-ammont żejjed sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ dawn il-kwantitajiet, li jheddu l-qagħda tas-suq.

(43)

Is-sistema ta’ kwoti tal-ħalib għandha tinżamm sa ma tiskadi fl-2015, inkluża l-applikazzjoni ta’ imposta fuq il-kwantitajiet ta’ ħalib miġbur jew mibjugħ għall-konsum dirett li jaqbżu ċertu livell minimu ta’ garanzija.

(44)

Għandha tinżamm id-distinzjoni bejn il-kunsinna u l-bejgħ dirett tal-ħalib u l-iskema għandha tkun applikata fuq il-bażi ta’ kontenut individwali tax-xaħam li jkun rappreżentattiv u ta’ kontenut tax-xaħam li jservi ta’ referenza nazzjonali. Il-bdiewa għandhom jitħallew jittrasferixxu l-kwota individwali tagħhom b’mod temporanju f’ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, għandu jinżamm il-prinċipju li meta razzett jinbiegħ, jinkera jew jiġi ttrasferit b’wirt, il-kwota korrispondenti tiġi ttrasferita lix-xerrej, lill-kerrej jew lill-werriet flimkien mal-art rilevanti, filwaqt li għandhom jinżammu l-eċċezzjonijiet għall-prinċipju li l-kwoti huma marbutin mal-irziezet sabiex jitkompla r-ristrutturar tal-produzzjoni tal-ħalib u jitjieb l-ambjent. F’konformità mad-diversi tipi ta’ trasferiment tal-kwoti u filwaqt li jintużaw kriterji oġġettivi, għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar regoli li jawtorizzaw lill-Istati Membri jqiegħdu parti mill-kwantitajiet ittrasferiti fir-riżerva nazzjonali.

(45)

L-imposta fuq l-ammont żejjed li għandha titħallas fuq il-ħalib u l-prodotti l-oħra tal-ħalib għandha tiġi stabbilita f’livell dissważiv u għandha titħallas mill-Istati Membri hekk kif tinqabeż il-kwota nazzjonali. Imbagħad l-Istat Membru għandu jaqsam il-piż tal-ħlas fost il-produtturi li jkunu kkontribwixxew għall-ammont żejjed. Dawk il-produtturi għandhom ikunu responsabbli lejn l-Istat Membru għall-ħlas tal-kontribut tagħhom għall-imposta dovuta minħabba l-fatt li jkunu qabżu l-kwantità li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom iħallsu lill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) l-imposta li tikkorrispondi għall-ammont żejjed tal-kwota nazzjonali tagħhom, imnaqqsa b’ammont b’rata fissa ta’ 1 % sabiex jitqiesu l-każijiet ta’ falliment jew in-nuqqas definittiv ta’ ħila ta’ ċerti produtturi li jagħmlu l-kontribut tagħhom għall-ħlas tal-imposta dovuta.

(46)

L-għan ewlieni tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib li tnaqqas l-iżbilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq rispettiv u l-eċċessi strutturali li jirriżultaw minnu, biex b’hekk jinkiseb bilanċ aħjar fis-suq, deher li naqqas l-orjentazzjoni tas-suq għaliex għawweġ ir-risposta tal-bdiewa għas-sinjali tal-prezzijiet u evita milli jsir titjib fl-effiċjenza fis-settur billi naqqas il-pass tar-ristrutturar. Hemm dispożizzjoni dwar it-tneħħija gradwali tal-kwoti tal-prodotti tal-ħalib b’żieda annwali ta’ 1 % għal kull sena tas-suq mill-2009/2010 sal-2013/2014. Fil-kuntest tar-ristrutturar tas-settur, l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħtu aktar għajnuna nazzjonali f’ċerti limiti sal-31 ta’ Marzu 2014. Iż-żidiet fil-kwoti, inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008 (7), u ż-żieda annwali ta’ 1 %, flimkien mal-bidliet l-oħra li jnaqqsu l-probabbiltà li tiġġarrab l-imposta fuq l-ammont żejjed, ifissru li l-Italja biss tkun qiegħda f’riskju li ġġarrab l-imposta fuq il-bażi tax-xejriet attwali tal-produzzjoni li kieku ż-żidiet annwali ta’ 1 % kienu applikati mill-perjodu tal-2009/2010 sal-2013/2014. Għalhekk, meta wieħed iqis ix-xejriet attwali tal-produzzjoni fl-Istati Membri kollha, iż-żieda fil-kwoti kienet mogħtija bi preċedenza lill-Italja sabiex jiġi evitat dan ir-riskju.

(47)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fih dispożizzjonijiet dwar diversi tipi ta’ skemi tal-għajnuna. L-iskema għall-għalf imnixxef u għall-kittien u l-qanneb ipprevediet għajnuniet ta’ pproċessar għal dawn is-setturi bħala mezz biex wieħed jirregola s-suq intern fir-rigward tas-setturi kkonċernati. Minħabba l-emendi li saru mir-Regolament (KE) Nru 72/2009 u skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (8), l-għajnuna se tibqa’ tingħata sal-1 ta’ April 2012 għall-għalf imnixxef, u sas-sena tas-suq 2011/2012 għall-fibri twal tal-kittien, għall-fibri qosra tal-kittien u għall-fibri tal-qanneb. Is-sistema ta’ kwoti tal-lamtu tal-patata li dwarha hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009, u l-prezz minimu relatat japplikaw biss sal-aħhar tas-sena tas-suq 2011/12.

(48)

Sabiex jingħata kontribut għall-ibbilanċjar tas-suq tal-ħalib u sabiex jiġu stabbilizzati l-prezzijiet tas-suq għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, hemm bżonn ta’ miżuri li jżidu l-possibbiltà li wieħed jeħles mill-prodotti tal-ħalib. Dan ir-Regolament għandu jinkludi dispożizzjoni dwar l-għoti ta’ għajnuna għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib bil-għan li jintużaw b’mod speċifiku jew li jmorru f’destinazzjoni speċifika. Barra minn hekk, huwa għandu jinkludi dispożizzjoni li, sabiex jiġi stimulat il-konsum tal-ħalib mit-tfal u ż-żgħażagħ, l-Unjoni għandha tħalli parti mill-infiq li jsir għall-għoti tal-għajnuna għall-provvista tal-ħalib għall-istudenti fl-iskejjel.

(49)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar il-possibbiltà li wieħed jagħti rifużjoni tal-produzzjoni f’każijiet fejn, fir-rigward tal-manifattura ta’ ċerti prodotti industrijali, kimiċi jew farmaċewtiċi, jkun hemm il-ħtieġa li jittieħdu miżuri bil-għan li jkunu disponibbli ċerti prodotti taz-zokkor.

(50)

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-ħlas skont l-erja għall-ħops ġie diżakkoppjat mill-1 ta’ Jannar 2010. Sabiex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-ħops ikunu jistgħu jkomplu għaddejjin bl-attivitajiet tagħhom bħal qabel, għandu jkun hemm dispożizzjoni speċifika sabiex fl-Istat Membru kkonċernat jintużaw ammonti ekwivalenti għall-istess attivitajiet.

(51)

Il-finanzjament tal-Unjoni, li huwa magħmul mill-perċentwali ta’ għajnuna diretta li l-Istati Membri jistgħu jżommu skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, jeħtieġ li jinkoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet tal-operaturi approvati jfasslu programmi ta’ ħidma bl-għan li jtejbu l-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda. F’dak il-kuntest, dan ir-Regolament għandu jkun fih dispożizzjoni biex l-appoġġ tal-Unjoni jiġi allokat skont il-prijoritajiet mogħtija lill-attivitajiet imwettqa fi ħdan il-programmi ta’ ħidma kkonċernati.

(52)

Dan ir-Regolament jagħmel distinzjoni bejn, minn naħa waħda, l-frott u l-ħaxix, li jinkludi l-frott u l-ħaxix għall-kummerċjalizzazzjoni u l-frott u l-ħaxix għall-ipproċessar u, min-naħa l-oħra, il-frott u l-ħaxix ipproċessat. Ir-regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-programmi operattivi u l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni japplikaw biss għall-frott u l-ħaxix u għall-frott u l-ħaxix maħsub għall-ipproċessar biss.

(53)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi bażiċi fir-reġim tal-frott u l-ħaxix. Quddiem konċentrazzjoni tad-domanda dejjem akbar, ir-raggruppament tal-provvista permezz ta’ dawn l-organizzazzjonijiet ikompli jkun bżonn ekonomiku sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-produtturi fis-suq. Raggruppament bħal dan għandu jsir fuq bażi volontarja u għandu juri kemm hu utli permezz tal-ambitu u l-effikaċja tas-servizzi offruti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi lill-membri tagħhom. Ladarba l-organizzazjonijiet tal-produtturi jaġixxu esklużivament fl-interessi tal-membri tagħhom, huma għandhom jitqiesu li qed jaġixxu f’isem u għan-nom tal-membri tagħhom fi kwistjonijiet ekonomiċi.

(54)

Il-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix mhijiex prevedibbli u l-prodotti jeħżienu. Anki ammont żejjed limitat jista’ jfixkel is-suq b’mod sinifikanti. Għalhekk, għandhom jiġu implimentati miżuri għall-ġestjoni tal-kriżijiet. Sabiex jipprovdu għal żieda f’kemm huma attraenti l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, dawk il-miżuri għandhom jiġu integrati fi programmi operattivi.

(55)

Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-frott u l-ħaxix għandha tqis bis-sħiħ it-tħassib ambjentali, inklużi l-prattiki ta’ kultivazzjoni, il-ġestjoni tal-iskart u d-disponiment ta’ prodotti rtirati mis-suq, b’mod partikulari fir-rigward tal-protezzjoni tal-kwalità tal-ilma, iż-żamma tal-bijodiversità u ż-żamma tal-kampanja.

(56)

Il-gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data, jew li jinsabu f’xi wħud mir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew, u li jixtiequ jiksbu l-istatus ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi skont dan ir-Regolament għandhom jingħataw il-benefiċċju ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu jkunu jistgħu jingħataw appoġġ finanzjarju nazzjonali u mill-Unjoni dejjem jekk il-grupp ta’ produtturi jieħu ċerti impenji.

(57)

Sabiex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix jingħataw aktar responsabbiltà, b’mod partikulari għad-deċiżjonijiet finanzjarji tagħhom, u sabiex ir-riżorsi pubbliċi assenjati lilhom jiġu indirizzati lejn ir-rekwiżiti tal-ġejjieni, għandhom jiġu stabbiliti t-termini għall-użu ta’ dawn ir-riżorsi. Il-finanzjament konġunt ta’ fondi operattivi stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi hija soluzzjoni adegwata. F’każijiet partikulari għandu jkun permess ambitu addizzjonali għall-finanzjament. Il-fondi operattivi għandhom jintużaw biss biex jiġu ffinanzjati programmi operattivi fis-settur tal-frott u l-ħaxix. Sabiex jiġi kkontrollat l-infiq tal-Unjoni, għandu jkun hemm limitu fuq l-għajnuna mogħtija lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jistabbilixxu fondi operattivi.

(58)

F’reġjuni fejn l-organizzazzjoni tal-produzzjoni fis-settur tal-frott u l-ħaxix hija dgħajfa, għandu jitħalla l-għoti ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali addizzjonali. Fil-każ ta’ Stati Membri li jinsabu fi żvantaġġ partikulari fir-rigward tal-istrutturi, dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jitħallsu lura mill-Unjoni.

(59)

Sabiex titħaffef u titnaqqas l-ispiża tal-iskema, il-proċeduri u r-regoli għall-eliġibbiltà tal-infiq skont il-fondi operattivi għandhom, fejn possibbli, ikunu allinjati ma’ dawk tal-programmi għall-iżvilupp rurali minn Stati Membri li jitolbu dan, sabiex tkun stabbilita strateġija nazzjonali għall-programmi operattivi.

(60)

Huwa mixtieq li jiġi indirizzat il-konsum baxx ta’ frott u ħaxix fost it-tfal billi jiżdied b’mod stabbli s-sehem tal-frott u l-ħaxix fid-dieti tat-tfal fl-istadju fejn id-drawwiet tal-ikel tagħhom ikunu għadhom qed jiġu ffurmati. Għalhekk għandu jkun hemm dispożizzjoni għal għajnuna mill-Unjoni għall-kofinanzjament tal-provvista ta’ prodotti ta’ frott u ħaxix, ta’ frott u ħaxix ipproċessat u tas-settur tal-banana lit-tfal fi stabbilimenti edukattivi, u għall-kofinanzjament ta’ ċerti spejjeż relatati marbutin mal-loġistika u mad-distribuzzjoni, mat-tagħmir, mar-riklamar, mal-monitoraġġ u mal-evalwazzjoni. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni ordnata, l-Istati Membri li jixtiequ jużaw l-iskema tal-frott fl-iskejjel għandhom ifasslu strateġija minn qabel, li tinkludi, fost l-oħrajn, lista tal-prodotti eliġibbli, magħżula fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi inklużi l-istaġun, id-disponibbiltà, jew it-tħassib ambjentali.

(61)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni baġitarja b’saħħitha tal-iskema tal-frott fl-iskejjel, għandhom jiġu stabbiliti limitu massimu fiss tal-għajnuna tal-Unjoni u rati massimi ta’ kofinanzjament. L-għajnuna mill-Unjoni ma għandhiex tintuża biex tieħu post il-fondi ta’ kwalunkwe skema nazzjonali tal-frott fl-iskejjel li teżisti diġà. Fid-dawl tal-limiti baġitarji, l-Istati Membri għandhom xorta waħda jkunu kapaċi jibdlu l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom għall-iskema tal-frott fl-iskejjel b’kontribuzzjonijiet mis-settur privat. Sabiex jiżguraw li l-iskema tagħhom tkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal miżuri ta’ akkumpanjament li għalihom l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħtu għajnuna nazzjonali.

(62)

Huwa importanti li jkun hemm dispożizzjonijiet għal miżuri ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid li jistgħu jsaħħu l-istrutturi ta’ kompetizzjoni. Filwaqt li dawk il-miżuri għandhom ikunu ffinanzjati u ddefiniti mill-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħżlu huma stess is-sett ta’ miżuri adattati għall-ħtiġijiet tal-entitajiet reġjonali tagħhom, filwaqt li jqisu l-karatteristiċi partikulari tagħhom, fejn meħtieġ, kif ukoll li jintegrawhom fil-programmi nazzjonali ta’ appoġġ. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi.

(63)

Miżura ewlenija eliġibbli għall-programmi nazzjonali ta’ appoġġ għandha tkun il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed tal-Unjoni f’pajjiżi terzi. Il-ħidmiet ta’ ristrutturar u ta’ konverżjoni għandhom jibqgħu jkunu koperti minħabba l-effetti strutturali pożittivi tagħhom fuq is-settur tal-inbid. Għandu jkun disponibbli wkoll appoġġ għal investimenti fis-settur tal-inbid li jkollhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni ekonomika tal-intrapriżi. L-appoġġ għad-distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji għandu jkun miżura disponibbli għall-Istati Membri li jixtiequ jużaw strument bħal dan biex jiżguraw il-kwalità tal-inbid, filwaqt li jħarsu l-ambjent.

(64)

Strumenti ta’ prevenzjoni bħall-assigurazzjoni tal-ħsad, il-fondi mutwi u l-ħsad bikri għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ skont il-programmi ta’ appoġġ għall-inbid sabiex jinkoraġġixxu approċċ responsabbli f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

(65)

Għal diversi raġunijiet, l-Istati Membri jistgħu jippreferu jagħtu għajnuna diżakkoppjata skont l-Iskema ta’ Pagament Uniku lill-bdiewa. Għalhekk l-Istati Membri għandu jkollhom din il-possibbiltà, u minħabba l-karatteristiċi partikulari tal-Iskema ta’ Pagament Uniku kwalunkwe trasferiment ta’ dan it-tip m’għandux ikun jista’ jitraġġa’ lura u għandu jnaqqas b’mod korrispondenti l-baġit disponibbli għall-programmi nazzjonali ta’ appoġġ għall-inbid fis-snin ta’ wara.

(66)

L-appoġġ għas-settur tal-inbid għandu jiġi wkoll mill-miżuri strutturali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (9). Sabiex jiżdiedu l-mezzi finanzjarji disponibbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, għandu jiġi stabbilit trasferiment gradwali ta’ fondi lill-baġit skont dak ir-Regolament, li matulu l-ammonti rilevanti jkunu kbar biżżejjed.

(67)

Sabiex itejbu t-tħaddim tas-suq tal-inbejjed, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jimplimentaw deċiżjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur. Madankollu, l-ambitu tat-tali deċiżjonijiet għandu jeskludi prattiki li jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni.

(68)

Il-produzzjoni eċċessiva tal-inbid fl-Unjoni marret għall-agħar minħabba l-ksur tal-projbizzjoni tranżizzjonali fuq it-tħawwil il-ġdid. Fl-Unjoni jeżisti għadd sinifikanti ta’ tħawwil illegali, li jikkostitwixxi sors ta’ kompetizzjoni inġusta, li jżid il-problemi tas-settur tal-inbid u li għandu jiġi indirizzat.

(69)

Filwaqt li l-projbizzjoni tranżizzjonali fuq it-tħawwil il-ġdid kellha xi effett fuq il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-inbid, fl-istess ħin ħolqot xkiel għall-produtturi kompetittivi li jixtiequ jwieġbu b’mod flessibbli għaż-żieda fid-domanda. Minħabba li għadu ma nstabx bilanċ fis-suq, u minħabba li l-miżuri ta’ akkumpanjament bħall-iskema tal-qlugħ tad-dwieli għandhom bżonn iż-żmien biex jidħlu fis-seħħ, huwa importanti ferm li l-projbizzjoni fuq it-tħawwil il-ġdid tibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2015, f’liema mument, iżda, trid titneħħa b’mod definittiv sabiex tippermetti lill-produtturi kompetittivi jwieġbu b’mod ħieles għall-kundizzjonijiet tas-suq. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jestendu l-projbizzjoni għat-territorji tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2018 jekk iqisu li dan huwa meħtieġ.

(70)

Sabiex titjieb il-ġestjoni tal-potenzjal tal-vitikultura u sabiex issir promozzjoni tal-użu effiċjenti tad-drittijiet tat-tħawwil u b’hekk ikompli jittaffa l-effett tar-restrizzjoni tranżizzjonali fuq it-tħawwil, għandha tibqa’ teżisti xi flessibbiltà bħall-użu ta’ sistemi ta’ riżervi nazzjonali jew reġjonali.

(71)

It-tħaddim tajjeb tas-suq uniku jkun mhedded bl-għoti ta’ għajnuna nazzjonali. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat fil-prinċipju għandhom japplikaw għall-prodotti tas-settur tal-inbid li huma koperti mill-OKS għall-inbid. Madankollu, id-dispożizzjonijiet dwar il-primjums għall-qlugħ tad-dwieli u ċerti miżuri skont il-programmi ta’ appoġġ waħedhom ma għandhomx iwaqqfu l-għoti ta’ għajnuna nazzjonali għall-istess għanijiet.

(72)

Sabiex issir dispożizzjoni biex is-settur tal-inbid jiddaħħal fl-Iskema ta’ Pagament Uniku, iż-żoni kollha tal-vitikultura kkultivati b’mod attiv għandhom ikunu eliġibbli għall-Iskema ta’ Pagament Uniku li dwarha hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(73)

It-trobbija tan-naħal, minħabba li huwa settur tal-agrikoltura, hija kkaratterizzata mid-diversità tal-kundizzjonijiet u tal-ammonti tal-produzzjoni u mill-firxa u l-varjetà tal-operaturi ekonomiċi, kemm fl-istadju tal-produzzjoni kif ukoll f’dak tal-kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, minħabba l-firxa tal-“varroasis” f’diversi Stati Membri matul dawn l-aħħar snin u l-problemi li din il-marda toħloq għall-produzzjoni tal-għasel, l-azzjoni mill-Unjoni għadha meħtieġa billi l-“varroasis” ma tistax tinqered għal kollox u għandha tiġi ttrattata bi prodotti approvati. Minħabba t-tali ċirkustanzi u sabiex jittejbu l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura fl-Unjoni, għandhom jitfasslu programmi nazzjonali kull tliet snin, li jkunu jinkludu l-għajnuna teknika, il-kontroll tal-“varroasis”, ir-razzjonalizzazzjoni tat-transumanza, il-ġestjoni tat-tgħammir mill-ġdid tal-ġarar tan-naħal fl-Unjoni bin-naħal, u l-koperazzjoni fuq programmi ta’ riċerka dwar it-trobbija tan-naħal u l-prodotti tal-apikultura bil-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet ġenerali tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura. Dawk il-programmi nazzjonali għandhom jiġu ffinanzjati parzjalment mill-Unjoni.

(74)

Għandha tingħata għajnuna mill-Unjoni għat-trobbija tad-dud tal-ħarir għal kull kaxxa ta’ bajd tad-dud tal-ħarir użata.

(75)

L-applikazzjoni ta’ standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli tista’ tikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll għat-titjib tal-kwalità tat-tali prodotti. Għalhekk, l-applikazzjoni tat-tali standards hija fl-interess tal-produtturi, tal-kummerċjanti u tal-konsumaturi.

(76)

B’segwitu għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli (10) u għad-dibattiti sussegwenti, huwa xieraq li jinżammu standards tal-kummerċjalizzazzjoni skont is-setturi jew il-prodotti, sabiex jitqies dak li jistennew il-konsumaturi u sabiex ikun hemm kontribut għat-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli kif ukoll għall-kwalità tagħhom.

(77)

Sabiex ikun żgurat li l-prodotti kollha jkunu ta’ kwalità tajba, ġusta, u li tista’ titqiegħed fis-suq, u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet adottati fis-settur tal-ikel u, b’mod partikulari, għal-liġi ġenerali dwar l-ikel mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (11) u għall-prinċipji u r-rekwiżiti tagħha, standard ġenerali bażiku ta’ kummerċjalizzazzjoni kif previst fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni msemmija qabel għandu jkun xieraq għall-prodotti li mhumiex koperti minn standards tal-kummerċjalizzazzjoni skont is-setturi jew il-prodotti. Meta t-tali prodotti jkunu jikkonformaw ma’ standard internazzjonali applikabbli, kif inhu xieraq, dawk il-prodotti għandhom jitqiesu li jkunu konformi mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni.

(78)

Għal ċerti setturi u/jew prodotti, id-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u/jew id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ huma element importanti sabiex wieħed jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti d-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ għal dawk is-setturi u/jew il-prodotti, li għandhom jintużaw biss fl-Unjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti li jikkonformaw mar-rekwiżiti korrispondenti.

(79)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 żamm l-approċċ settorjali pprovdut mill-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq agrikoli ta’ qabel dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Huwa xieraq li jiddaħħlu dispożizzjonijiet ta’ natura orizzontali.

(80)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, s’issa l-Kummissjoni ġiet fdata bl-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal ċerti setturi. Minħabba l-karattru tekniku ddettaljat tagħhom u l-ħtieġa li tittejjeb kontinwament l-effikaċja tagħhom u li dawn jiġu adattati għal prattiki kummerċjali li qegħdin jinbidlu, huwa xieraq li dan l-approċċ jiġi estiż għall-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni kollha, filwaqt li jiġu speċifikati l-kriterji li għandhom jitqiesu meta jkunu qed jitfasslu r-regoli rilevanti.

(81)

Għandhom japplikaw standards tal-kummerċjalizzazzjoni biex jippermettu lis-suq jiġi pprovdut bi prodotti ta’ kwalità standardizzata u sodisfaċenti. Dawn għandhom jirrelataw, b’mod partikulari, mad-definizzjonijiet, mal-klassifikazzjoni f’kategoriji, mal-preżentazzjoni u mat-tikkettar, mal-ippakkjar, mal-metodu ta’ produzzjoni, mal-konservazzjoni, mat-trasport, mal-informazzjoni dwar il-produtturi, mal-kontentut ta’ ċerti sustanzi, mad-dokumenti amministrattivi relatati, mal-ħżin, maċ-ċertifikazzjoni u mal-limiti taż-żmien.

(82)

B’mod partikulari, filwaqt li jitqies l-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni adegwata u trasparenti dwar il-prodotti, wieħed għandu jkun jista’ jistabbilixxi indikazzjonijiet xierqa tal-post tal-biedja, b’approċċ ta’ każ b’każ fil-livell ġeografiku x-xieraq, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ xi setturi, b’mod partikulari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti agrikoli pproċessati.

(83)

Hija u tiddefinixxi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni skont is-setturi jew il-prodotti, il-Kummissjoni għandha tqis dak li jistennew il-konsumaturi, il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull settur u r-rakkomandazzjonijiet tal-entitajiet internazzjonali.

(84)

Barra minn hekk, għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-adozzjoni ta’ miżuri speċjali, fejn ikun meħtieġ, b’mod partikulari b’rabta mal-metodi tal-analiżi, sabiex jiġu evitati l-abbużi fir-rigward tal-kwalità u tal-awtentiċità tal-prodotti ppreżentati lill-konsumaturi.

(85)

Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar il-kontrolli u l-penali fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi f’dak ir-rigward. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għat-tali kontrolli.

(86)

Fil-prinċipju, l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom japplikaw għall-prodotti kollha kkummerċjalizzati fl-Unjoni.

(87)

Huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni dwar regoli speċjali fir-rigward ta’ prodotti importati minn pajjiżi terzi, skont liema dispożizzjonijiet speċjali fis-seħħ f’ċerti pajjiżi terzi jistgħu jiġġustifikaw derogi mill-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jekk tkun żgurata l-ekwivalenza tagħhom fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(88)

Fir-rigward ta’ xaħmijiet li jistgħu jiddelku huwa xieraq li tiddaħħal il-possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu jew li jadottaw ċerti regoli nazzjonali dwar il-livelli tal-kwalità.

(89)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-inbid għandhom jiġu applikati fid-dawl tal-ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat.

(90)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli għall-klassifikazzjoni ta’ varjetajiet tal-għeneb tal-inbid, skont liema Stati Membri li jipproduċu aktar minn 50 000 ettolitru kull sena għandhom ikomplu jkunu responsabbli għall-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li minnhom jista’ jsir l-inbid fit-territorji tagħhom. Ċerti varjetajiet tal-għeneb tal-inbid għandhom jiġu esklużi.

(91)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti ċerti prattiki enoloġiċi u restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni tal-inbid, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mat-taħlit u mal-użu ta’ ċerti tipi ta’ most, ta’ meraq tal-għeneb u ta’ għeneb frisk li joriġinaw f’pajjiżi terzi. Sabiex jiġu ssodisfati l-istandards internazzjonali, għal aktar prattiki enoloġiċi, il-Kummissjoni għandha tibbaża ruħha, bħala regola ġenerali, fuq il-prattiki enoloġiċi rrakkomandati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (l-OIV).

(92)

Għas-settur tal-inbid, l-Istati Membri għandhom jitħallew jillimitaw jew jeskludu l-użu ta’ ċerti prattiki enoloġiċi u jitħallew iżommu restrizzjonijiet aktar stretti għal inbejjed prodotti fit-territorju tagħhom, kif ukoll għall-użu sperimentali ta’ prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati f’kundizzjonijiet li għad iridu jiġu ddefiniti.

(93)

Il-kunċett ta’ nbejjed ta’ kwalità fl-Unjoni huwa bbażat, fost l-oħrajn, fuq il-karatteristiċi speċifiċi li jistgħu jingħataw lill-oriġini ġeografika tal-inbid. Inbejjed bħal dawn huma identifikati għall-konsumaturi permezz ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. Sabiex tippermetti qafas trasparenti u aktar elaborat li jsostni l-pretensjoni ta’ kwalità mill-prodotti kkonċernati, għandu jiġi stabbilit reġim skont liema l-applikazzjonijiet għal denominazzjoni tal-oriġini jew għal indikazzjoni ġeografika jiġu eżaminati f’konformità mal-approċċ segwit skont il-politika ta’ kwalità orizzontali tal-Unjoni applikabbli għal oġġetti tal-ikel oħrajn minbarra l-inbid u l-ispirti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (12).

(94)

Sabiex jitħarsu l-karatteristiċi partikulari ta’ kwalità tal-inbejjed b’denominazzjoni tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw regoli aktar stretti f’dak ir-rigward.

(95)

Biex jikkwalifikaw għall-protezzjoni fl-Unjoni, id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid għandhom jiġu rrikonoxxuti u rreġistrati fil-livell tal-Unjoni. Biex tiżgura li l-ismijiet rispettivi jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, suġġetti għall-konformità ma’ dispożizzjonijiet minimi komuni, inkluża proċedura nazzjonali biex wieħed joġġezzjona. Wara l-Kummissjoni għandha teżamina bir-reqqa l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żbalji evidenti u li l-liġi tal-Unjoni u l-interessi tal-partijiet interessati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni jkunu tqiesu.

(96)

Il-protezzjoni għandha tkun miftuħa għal denominazzjonijiet tal-oriġini u għal indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ pajjiżi terzi meta dawn ikunu protetti fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

(97)

Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni għandha tippermetti lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu fi Stat Membru jew f’pajjiż terz biex teżerċita d-drittijiet tagħha billi tinnotifika l-oġġezzjonijiet tagħha.

(98)

Id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati għandhom igawdu minn protezzjoni kontra użu li jieħu vantaġġ mhux dovut mir-reputazzjoni li jgawdu minnha l-prodotti li jikkonformaw. Sabiex ikun hemm il-promozzjoni tal-kompetizzjoni ġusta u sabiex il-konsumaturi ma jiġux ingannati, din il-protezzjoni għandha taffettwa wkoll il-prodotti u s-servizzi li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament, inklużi dawk li ma jinsabux fl-Anness I għat-Trattat.

(99)

Ċerti termini jintużaw tradizzjonalment fl-Unjoni u jwasslu informazzjoni lill-konsumaturi dwar il-karatteristiċi partikulari u l-kwalità tal-inbejjed li tikkumplimenta l-informazzjoni mogħtija mid-denominazzjonijiet tal-oriġini u mill-indikazzjonijiet ġeografiċi. Sabiex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern u l-kompetizzjoni ġusta u biex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu ingannati, dawk it-termini tradizzjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-protezzjoni fl-Unjoni.

(100)

Id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-inbid koperti minn dan ir-Regolament jista’ jkollhom effetti sinifikanti fuq kemm jistgħu jkunu kkumerċjalizzati. Differenzi bejn il-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-tikkettar tal-prodotti tas-settur tal-inbid jistgħu jfixklu l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli li jqisu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u tal-produtturi. Għal dan il-għan, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni dwar regoli tal-Unjoni dwar it-tikkettar.

(101)

Meta jakkumulaw ammonti żejda ta’ prodotti tal-ħalib jew ikun hemm ċans li dan iseħħ, u b’hekk joħolqu jew probabbli jkunu se joħolqu żbilanċ serju fis-suq, għandha tingħata għajnuna għall-ħalib xkumat u għat-trab tal-ħalib xkumat prodott fl-Unjoni u maħsub għall-użu bħala għalf. Ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-użu tal-kaseina u tal-kaseinati fil-manifattura tal-ġobon huma maħsuba sabiex jiġġieldu l-effetti ħżiena li jistgħu jirriżultaw minn dik l-iskema tal-għajnuna, billi jqisu l-vulnerabbiltà tal-ġobon għal ħidmiet ta’ sostituzzjoni bil-kaseina u bil-kaseinati, u b’hekk jikkontribwixxu biex jiġi stabbilizzat is-suq.

(102)

Dan ir-Regolament jiffoka fuq diversi tipi ta’ organizzazzjonijiet sabiex jintlaħqu l-miri politiċi, b’mod partikulari bil-ħsieb li jiġu stabbilizzati s-swieq fil-prodotti kkonċernati u li titjieb u tkun żgurata l-kwalità tagħhom permezz ta’ azzjoni konġunta. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma bbażati fuq organizzazzjonijiet li huma rrikonoxxuti mill-Istati Membri jew, f’ċerti kundizzjonijiet, mill-Kummissjoni. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinżammu.

(103)

Sabiex fis-settur tal-frott u l-ħaxix jissaħħaħ aktar l-impatt tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-assoċjazzjonijiet tagħhom u sabiex tkun żgurata l-istabbiltà kollha mixtieqa għas-suq, l-Istati Membri għandhom jitħallew jestendu r-regoli, skont ċerti kundizzjonijiet, għall-produtturi li mhumiex membri fir-reġjun tagħhom, b’mod partikulari dawk ir-regoli marbutin mal-produzzjoni, mal-kummerċjalizzazzjoni u mal-ħarsien ambjentali, li jkunu adottati għall-membri tagħhom mill-organizzazzjoni jew mill-assoċjazzjoni għar-reġjun ikkonċernat.

(104)

Għas-settur tal-frott u l-ħaxix b’mod partikulari, għandu jkun possibbli li jingħata rikonoxximent speċifiku lil dawk l-organizzazzjonijiet li jipprovdu prova li huma rappreżentattivi biżżejjed u li jwettqu azzjoni prattika fir-rigward tal-għanijiet tal-Artikolu 39 tat-Trattat. Id-dispożizzjonijiet dwar l-estensjoni tar-regoli adottati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet tagħhom u dwar il-qsim tal-ispejjeż li jkunu ġejjin mit-tali estensjoni għandhom, minħabba x-xebh tal-għanijiet segwiti, japplikaw ukoll għall-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur. Approċċ simili għandu japplika għall-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur fis-settur tat-tabakk.

(105)

Sabiex ikun żgurat l-iżvilupp raġonevoli tal-produzzjoni u sabiex ikun żgurat standard ta’ għajxien ġust għall-bdiewa fis-settur tal-ħalib, is-setgħa fin-negozjar tagħhom meta mqabbla ma’ dik tal-proċessuri għandha tissaħħaħ. Dan għandu jwassal għal tqassim aktar ġust tal-valur miżjud fil-katina tal-provvista. Għalhekk, sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet tal-politika agrikola komuni, għandha tiġi adottata dispożizzjoni skont l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat sabiex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li huma magħmula minn bdiewa fis-settur tal-ħalib jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom ikunu jistgħu jinnegozjaw it-termini tal-kuntratti, inkluż il-prezz, b’mod konġunt għall-produzzjoni kollha tal-membri tagħhom li għandhom maħleb jew għal parti minnha. Sabiex tinżamm kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-ħalib, din il-possibbiltà għandha tkun suġġetta għal limiti kwantitattivi xierqa. Għalhekk, it-tali organizzazzjonijiet tal-produtturi wkoll għandhom ikunu eliġibbli għar-rikonoxximent fl-OKS.

(106)

F’ċerti setturi ddaħħlu regoli fil-livell tal-UE għall-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur. Dawn l-organizzazzjonijiet jista’ jkollhom rwol utli sabiex jippermettu d-djalogu bejn l-atturi fil-katina tal-provvista u jippromwovu l-aħjar prattika u t-trasparenza tas-suq. It-tali regoli għandhom jiġu applikati bl-istess mod fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, flimkien ma’ dispożizzjonijiet li jiċċaraw il-pożizzjoni tat-tali organizzazzjonijiet fil-liġi tal-kompetizzjoni filwaqt li jiżguraw li ma jfixklux il-kompetizzjoni jew is-suq intern jew li ma jaffettwawx il-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni komuni tas-suq.

(107)

F’ċerti setturi, minbarra dawk li għalihom ir-regoli attwali jipprovdu għar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew ta’ organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur, l-Istati Membri jistgħu jkunu jixtiequ jirrikonoxxu t-tali tipi ta’ organizzazzjonijiet fuq il-bażi tal-liġi nazzjonali sakemm dan ikun kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni.

(108)

Suq uniku jinvolvi sistema ta’ kummerċ mal-fruntieri esterni tal-Unjoni. Dik is-sistema ta’ kummerċ għandha tinkludi d-dazji tal-importazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni u għandha, fil-prinċipju, tistabbilizza s-suq tal-Unjoni. Is-sistema ta’ kummerċ għandha tkun ibbażata fuq l-impriżi aċċettati skont in-negozjati kummerċjali multilaterali tas-Serje tal-Urugwaj.

(109)

Il-monitoraġġ tal-flussi tal-kummerċ huwa, qabel kollox, kwistjoni ta’ ġestjoni li għandha tiġi indirizzata b’mod flessibbli. Id-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ liċenzji għandha tittieħed billi titqies il-ħtieġa għal liċenzji għall-ġestjoni tas-swieq ikkonċernati u, b’mod partikulari, għall-monitoraġġ tal-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati.

(110)

Fil-biċċa l-kbira tagħhom, id-dazji doganali applikabbli għall-prodotti agrikoli skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-WTO) huma stabbiliti fit-Tariffa Doganali Komuni. Madankollu, għal xi prodotti tas-setturi taċ-ċereali u tar-ross, l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi addizzjonali toħloq il-ħtieġa li wieħed jipprovdi għall-possibbiltà li jiġu adottati derogi.

(111)

Sabiex jiġu evitati u bbilanċjati l-effetti ħżiena fuq is-suq tal-Unjoni li jistgħu jiġu mill-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli, l-importazzjonijiet tat-tali prodotti għandhom ikunu suġġetti għall-ħlas ta’ dazju addizzjonali, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

(112)

F’ċerti kundizzjonijiet, huwa xieraq li wieħed jiftaħ u jamministra kwoti tat-tariffi tal-importazzjoni li jkunu ġejjin minn ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-Trattat jew minn atti oħra.

(113)

Id-dazji tal-importazzjoni fuq it-taħlitiet għandhom l-għan li jiżguraw it-tħaddim tajjeb tas-sistema tad-dazji għall-importazzjonijiet ta’ taħlitiet taċ-ċereali, tar-ross u tar-ross miksur.

(114)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi bżonn tradizzjonali ta’ provvista taz-zokkor għar-raffinar għal sena tas-suq. Sabiex tkun żgurata l-provvista għall-industrija tar-raffinar fl-Unjoni, il-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor għar-raffinar għandhom ikunu rriżervati għar-raffinaturi full-time matul l-ewwel tliet xhur ta’ kull sena tas-suq, fil-limiti stabbiliti mill-ħtieġa tradizzjonali ta’ provvista.

(115)

Sabiex jiġi evitat milli wċuħ tar-raba’ illeċiti jfixklu l-OKS għall-qanneb għall-fibra, dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal kontrolli fuq l-importazzjonijiet tal-qanneb u taż-żerriegħa tal-qanneb sabiex jiżgura li t-tali prodotti joffru ċerti garanziji fir-rigward tal-kontenut ta’ tetraidrokannabinol. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet ta’ żrieragħ tal-qanneb maħsubin għal użu ieħor minbarra ż-żrigħ għandhom ikomplu jkunu suġġetti għal sistema ta’ kontroll li tipprevedi għall-awtorizzazzjoni tal-importaturi kkonċernati.

(116)

Is-sistema ta’ dazju doganali tagħmilha possibbli li jitwarrbu l-miżuri protettivi l-oħrajn kollha fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. Is-suq intern u l-mekkaniżmu tad-dazju jistgħu, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, juru li m’humiex adegwati. F’każijiet bħal dawn, sabiex is-suq tal-Unjoni ma jitħalliex mingħajr difiża kontra t-tfixkil li jista’ jinħoloq, l-Unjoni għandha tkun tista’ tieħu l-miżuri kollha meħtieġa mingħajr dewmien. It-tali miżuri għandhom ikunu konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni.

(117)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar il-possibbiltà li l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar attiv u passiv jiġi pprojbit. Għalhekk huwa xieraq li wieħed ikun jista’ jwaqqaf l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar attiv u passiv fit-tali sitwazzjonijiet.

(118)

Id-dispożizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni lil pajjiżi terzi, fuq il-bażi tad-differenza bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u dawk fis-suq dinji, u li jaqgħu fil-limiti stabbiliti mill-impenji meħudin fi ħdan il-WTO, għandhom iservu sabiex jissalvagwardjaw il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-kummerċ internazzjonali ta’ ċerti prodotti li jaqgħu fi ħdan dan ir-Regolament. L-esportazzjonijiet issussidjati għandhom ikunu suġġetti għal limiti f’termini tal-valur u tal-kwantità.

(119)

Għandha tiġi żgurata l-konformità mal-limiti f’termini tal-valur meta jiġu ffissati r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni permezz tal-monitoraġġ tal-ħlasijiet skont ir-regoli marbutin mal-FAEG. Il-monitoraġġ jista’ jiġi ffaċilitat billi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni jiġu ffissati b’mod obbligatorju bil-quddiem, filwaqt li titħalla l-possibbiltà, fil-każ ta’ rifużjonijiet iddifferenzjati, li d-destinazzjoni speċifikata tinbidel f’żona ġeografika li għaliha tkun tapplika rata waħda ta’ rifużjoni tal-esportazzjoni. Fil-każ ta’ bidla tad-destinazzjoni, għandha titħallas ir-rifużjoni tal-esportazzjoni li tapplika għad-destinazzjoni reali, b’limitu massimu fuq l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni ffissata bil-quddiem.

(120)

Għandha tiġi żgurata l-konformità mal-limiti tal-kwantità permezz ta’ sistema ta’ monitoraġġ affidabbli u effettiva. Għal dak il-għan, ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għandhom jingħataw suġġetti għal liċenzja tal-esportazzjoni. Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għandhom jingħataw sal-limiti disponibbli, skont is-sitwazzjoni partikulari ta’ kull prodott ikkonċernat. Għandhom ikunu permessi eċċezzjonijiet għal dik ir-regola biss għall-prodotti pproċessati li m’humiex imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat, li għalihom ma japplikawx limiti fuq il-volumi. Għandha ssir dispożizzjoni għal deroga minn konformità stretta mar-regoli tal-ġestjoni fejn l-esportazzjonijiet li jibbenefikaw minn rifużjonijiet tal-esportazzjoni mhumiex mistennija jaqbżu l-kwantità stabbilita.

(121)

Fil-każ tal-esportazzjoni ta’ annimali tal-ifrat ħajjin, għandha ssir dispożizzjoni sabiex ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni jingħataw u jitħallsu biss jekk jitħarsu d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-benesseri tal-annimali, b’mod partikulari dawk dwar il-ħarsien tal-annimali waqt it-trasport.

(122)

F’ċerti każijiet il-prodotti agrikoli jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċjali fuq l-importazzjoni f’pajjiżi terzi jekk il-prodotti jikkonformaw ma’ ċerti speċifikazzjonijiet u/jew ma’ ċerti kundizzjonijiet tal-prezzijiet. Hemm bżonn ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet fil-pajjiż terz tal-importazzjoni u l-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ sistema bħal din. Għal dak il-għan, il-prodotti għandhom ikollhom magħhom ċertifikat maħruġ fl-Unjoni.

(123)

L-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi ta’ basal tal-fjuri huma ta’ importanza ekonomika konsiderevoli għall-Unjoni. Il-kontinwazzjoni u l-iżvilupp ta’ esportazzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu żgurati billi jiġu stabbilizzati l-prezzijiet f’dan il-kummerċ. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal prezzijiet minimi tal-esportazzjoni għall-prodotti kkonċernati.

(124)

Skont l-Artikolu 42 tat-Trattat, id-dispożizzjonijiet tal-kapitolu tat-Trattat li għandu x’jaqsam mar-regoli dwar il-kompetizzjoni għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli biss safejn ikun deċiż mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 43(2) u (3) tat-Trattat u skont il-proċedura stabbilita fih. B’mod ġenerali, id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat ġew iddikjarati applikabbli. B’mod partikulari, l-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat li japplikaw għall-impriżi ġiet iddefinita iktar fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 tal-24 ta’ Lulju 2006 li japplika ċerti regoli ta’ kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli (13). F’konformità mal-għan li jinħoloq sett komprensiv wieħed ta’ regoli tal-politika tas-suq, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni dwar ir-regoli kkonċernati f’dan ir-Regolament.

(125)

Ir-regoli dwar il-kompetizzjoni marbutin mal-ftehimiet, mad-deċiżjonijiet u mal-prattiki msemmija fl-Artikolu 101 tat-Trattat u mal-abbuż ta’ pożizzjonijiet dominanti għandhom jiġu applikati għall-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u għall-kummerċ fihom, sakemm l-applikazzjoni tagħhom ma tfixkilx il-funzjonament ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali tas-swieq agrikoli jew ma theddidx l-ilħiq tal-għanijiet tal-PAK.

(126)

Għandu jkun hemm approċċ speċjali fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tal-bdiewa li jkollhom l-għan partikulari li jipproduċu jew li jikkummerċjalizzaw prodotti agrikoli b’mod konġunt jew li jużaw faċilitajiet konġunti, dejjem jekk it-tali azzjoni konġunta ma teskludix il-kompetizzjoni jew ma theddidx l-ilħiq tal-għanijiet tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

(127)

Sabiex jiġi evitat li jiġi kompromess l-iżvilupp tal-PAK kif ukoll sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u t-trattament mhux diskriminatorju tal-impriżi kkonċernati, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa unika, suġġetta għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, li tiddeċiedi jekk il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki msemmija fl-Artikolu 101 tat-Trattat humiex kompatibbli mal-għanijiet tal-PAK jew le.

(128)

It-tħaddim tajjeb tas-suq uniku bbażat fuq prezzijiet komuni jkun mhedded bl-għoti ta’ għajnuna nazzjonali. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat għandhom, bħala regola ġenerali, japplikaw għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. F’ċerti sitwazzjonijiet għandhom jitħallew xi eċċezzjonijiet. Madankollu, fejn ikunu japplikaw it-tali eċċezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tfassal lista ta’ għajnuniet nazzjonali eżistenti, ġodda jew proposti, sabiex tagħmel osservazzjonijiet xierqa lill-Istati Membri u tipproponilhom miżuri xierqa għalihom.

(129)

Sa mill-adeżjoni tagħhom, il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu, minħabba l-qagħda ekonomika speċifika tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tar-renna u tal-prodotti tar-renna, jagħtu għajnuna f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-Finlandja tista’, suġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, tagħti għajnuna għal ċerti kwantitajiet ta’ żrieragħ u għal ċerti kwantitajiet ta’ żerriegħa taċ-ċereali rispettivament li huma prodotti biss fil-Finlandja, minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi tagħha.

(130)

Sabiex jiġu indirizzati każijiet iġġustifikati ta’ kriżi anki wara li tintemm il-miżura tranżizzjonali ta’ appoġġ għad-distillazzjoni ta’ kriżi li dwarha hemm dispożizzjoni fil-programmi ta’ appoġġ fl-2012, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprovdu għajnuna għad-distillazzjoni ta’ kriżi f’limitu baġitarju ġenerali ta’ 15 % tal-valur rispettiv tal-baġit annwali rilevanti tal-Istat Membru għall-programm nazzjonali ta’ appoġġ tiegħu. Kwalunkwe għajnuna ta’ dan it-tip għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u għandha tiġi approvata skont dan ir-Regolament qabel ma tingħata.

(131)

Fi Stati Membri bi tnaqqis sinifikanti ta’ kwota taz-zokkor, dawk li jkabbru l-pitravi se jħabbtu wiċċhom ma’ problemi ta’ adattament partikolarment severi. F’każijiet bħal dawn, l-għajnuna tranżizzjonali tal-Unjoni għal dawk li jkabbru l-pitravi li dwarha hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 mhix se tkun biżżejjed sabiex tindirizza bis-sħiħ id-diffikultajiet ta’ dawk li jkabbru l-pitravi. Għaldaqstant, l-Istati Membri li jkunu naqqsu l-kwota tagħhom b’aktar minn 50 % tal-kwota taz-zokkor stabbilita fl-20 ta’ Frar 2006 fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [titlu mhux uffiċjali] (14) għandhom ikunu awtorizzati jagħtu għajnuna mill-Istat lil dawk li jkabbru l-pitravi matul il-perjodu li fih tapplika l-għajnuna tranżizzjonali tal-Unjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri ma jagħtux għajnuna mill-Istat li taqbeż il-ħtiġijiet ta’ dawk li jkabbru l-pitravi, id-determinazzjoni tal-ammont totali tal-għajnuna mill-Istat ikkonċernata għandha tibqa’ suġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, ħlief fil-każ tal-Italja fejn ġie stmat li l-produtturi tal-pitravi li jipproduċu l-aktar sejrin ikollhom bżonn ta’ massimu ta’ EUR 11 għal kull tunnellata ta’ pitravi prodotta sabiex jadattaw irwieħhom għall-kundizzjonijiet tas-suq ta’ wara r-riforma. Barra minn hekk, minħabba l-problemi partikulari li mistennija jinħolqu fl-Italja, għandha tinżamm id-dispożizzjoni dwar arranġamenti li jippermettu lil dawk li jkabbru l-pitravi jibbenefikaw direttament jew indirettament mill-għajnuna mogħtija mill-Istat.

(132)

Fil-Finlandja, it-tkabbir tal-pitravi huwa suġġett għal kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi partikulari li jaffettwaw lis-settur b’mod negattiv, lil hinn mill-effetti ġenerali tar-riforma taz-zokkor. Għalhekk, dak l-Istat Membru għandu jitħalla, fuq bażi permanenti, jagħti ammont adegwat ta’ għajnuna mill-Istat lil dawk li jkabbru l-pitravi fih.

(133)

Ir-regoli speċifiċi dwar l-għajnuna li tat il-Ġermanja fil-qafas tal-Monopolju tal-Alkoħol tal-Ġermanja kellhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2010. Il-volumi mibjugħin mill-Monopolju naqsu mill-2003 ’l hawn u d-distilleriji u l-irziezet żgħar u ta’ daqs medju tagħhom li jfornu l-materja prima għamlu sforzi biex iħejju rwieħhom għad-dħul tagħhom fis-suq ħieles. Madankollu, minħabba li hemm bżonn ta’ aktar żmien biex jiġi ffaċilitat dan l-adattament, hemm bżonn ta’ estensjoni għat-tneħħija gradwali tal-Monopolju u għall-għajnuna għal dawn il-benfiċjarji sal-31 ta’ Diċembru 2013. Xi distilleriji żgħar b’rata fissa, xi utenti tad-distilleriji, u xi distilleriji ta’ kooperattivi tal-frott li jikkontribwixxu, billi jużaw materja prima lokali, b’mod partikulari sabiex jitħarsu l-pajsaġġi tradizzjonali u l-bijodiversità, għandhom ikomplu jibbenefikaw mill-għajnuna mogħtija mill-Monopolju sal-31 ta’ Diċembru 2017, f’liema data l-Monopolju għandu jitneħħa. Għal dak il-għan, il-Ġermanja għandha tippreżenta pjan annwali għat-tneħħija gradwali sa mill-2013 ’il quddiem.

(134)

Jekk Stat Membru jkun jixtieq jappoġġa, fit-territorju tiegħu, miżuri li jippromwovu l-konsum tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fl-Unjoni, għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-possibbiltà li t-tali miżuri jiġu ffinanzjati permezz ta’ imposta promozzjonali fuq il-produtturi tal-ħalib fil-livell nazzjonali.

(135)

Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kuntratti formali bil-miktub, l-Istati Membri jistgħu, fi ħdan is-sistemi tal-liġi tal-kuntratti tagħhom stess, jagħmlu l-użu tat-tali kuntratti obbligatorju, dejjem jekk huma u jagħmlu hekk, titħares il-liġi tal-UE u jitħarsu b’mod partikulari t-tħaddim tajjeb tas-suq intern u tal-organizzazzjoni komuni tas-suq. Minħabba d-diversità tas-sitwazzjonijiet madwar l-UE f’dan il-kuntest, fl-interess tas-sussidjarjetà, deċiżjoni bħal din għandha titħalla f’idejn l-Istati Membri. Madankollu, sabiex ikunu żgurati standards minimi xierqa għat-tali kuntratti u t-tħaddim tajjeb tas-suq intern u tal-organizzazzjoni komuni tas-suq, għandhom jiġu stabbiliti ċerti kundizzjonijiet bażiċi għall-użu tat-tali kuntratti fil-livell tal-UE. Minħabba li ċerti kooperattivi fis-settur tal-ħalib jista’ jkollhom regoli b’dan l-effett fl-istatut tagħhom, fl-interess tas-sempliċità dawn għandhom ikunu eżentati minn rekwiżit għall-kuntratti. Sabiex ikun żgurat li kwalunkwe sistema bħal din tkun effettiva f’każijiet fejn intermedjarji jiġbru l-ħalib mingħand il-bdiewa sabiex iwassluh għand il-proċessuri, din għandha tapplika bl-istess mod fit-tali każijiet.

(136)

Hemm bżonn ta’ informazzjoni adegwata dwar il-qagħda attwali tas-suq tal-ħops fi ħdan l-Unjoni u dwar il-prospetti għall-iżvilupp tiegħu. Għalhekk għandu jkun hemm dispożizzjoni għar-reġistrazzjoni tal-kuntratti kollha tal-provvista fir-rigward tal-ħops prodott fl-Unjoni.

(137)

Sabiex ikun hemm ġestjoni aħjar tal-potenzjal tal-vitikultura, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw inventarju tal-potenzjal ta’ produzzjoni tagħhom lill-Kummissjoni, bbażat fuq ir-reġistru tad-dwieli. Sabiex l-Istati Membri jitħeġġu jikkomunikaw l-inventarju, l-appoġġ għar-ristrutturar u għall-konverżjoni huwa limitat għal dawk l-Istati Membri li jkunu kkomunikaw l-inventarju. Sabiex tkun disponibbli l-informazzjoni neċessarja biex isiru l-għażliet politiċi u amministrattivi rilevanti, il-produtturi tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid, il-produtturi tal-most u dawk tal-inbid għandhom jippreżentaw dikjarazzjonijiet dwar il-ħsad. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jeħtieġu lin-negozjanti tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid jiddikjaraw, ta’ kull sena, l-kwantitajiet ikkummerċjalizzati mill-aħħar ħsad. Il-produtturi tal-most u tal-inbid u n-negozjanti, apparti l-bejjiegħa bl-imnut, għandhom jiddikjaraw il-ħażniet tagħhom tal-most u tal-inbid.

(138)

Sabiex jiġi pprovdut livell sodisfaċenti ta’ traċċabbiltà tal-prodotti kkonċernati, b’mod partikulari fl-interess tal-ħarsien tal-konsumaturi, għandu jkun hemm dispożizzjoni biex il-prodotti kollha tas-settur tal-inbid koperti minn dan ir-Regolament ikollhom dokument ta’ akkumpanjament meta jiċċirkolaw fi ħdan l-Unjoni.

(139)

F’ċerti kundizzjonijiet u għal ċerti prodotti, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu f’każijiet fejn ikun qed iseħħ tfixkil jew fejn x’aktarx li se jseħħ tfixkil minħabba bidliet sinifikanti fil-prezzijiet tas-suq intern jew fir-rigward ta’ kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji.

(140)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, u għandhom isiru arranġamenti biex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq monitoraġġ u tiżgura t-tali konformità, b’mod partikulari fis-settur tal-inbid.

(141)

Jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas ta’ miżuri speċifiċi għall-etanol ta’ oriġini agrikola sabiex tkun tista’ tinġabar dejta ekonomika u tiġi analizzata informazzjoni statistika għall-għanijiet tal-monitoraġġ tas-suq. Safejn is-suq tal-etanol ta’ oriġini agrikola jkun marbut mas-suq tal-etanol b’mod ġenerali, jeħtieġ li jkun hemm ukoll informazzjoni disponibbli dwar is-suq tal-etanol ta’ oriġini mhux agrikola.

(142)

L-infiq imġarrab mill-Istati Membri minħabba l-obbligi li ġejjin mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi ffinanzjat mill-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (15).

(143)

Sabiex jiżdiedu l-mezzi finanzjarji disponibbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għas-settur tal-inbid, għandu jiġi stabbilit trasferiment gradwali ta’ fondi lill-baġit skont dak ir-Regolament, li matulu l-ammonti rilevanti jkunu kbar biżżejjed.

(144)

Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex issolvi problemi prattiċi speċifiċi f’każ ta’ emerġenza.

(145)

Billi s-swieq komuni tal-prodotti agrikoli qegħdin jiżviluppaw il-ħin kollu, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin infurmati dwar l-iżviluppi rilevanti u għandhom jadottaw il-mezzi ta’ notifika tal-iżviluppi rilevanti u l-mezzi ta’ notifika tal-informazzjoni rilevanti.

(146)

Sabiex jiġi evitat l-abbuż ta’ kwalunkwe wieħed mill-vantaġġi pprovduti f’dan ir-Regolament, it-tali vantaġġi m’għandhomx jingħataw jew għandhom jiġu rtirati, skont il-każ, f’każijiet fejn jinstab li l-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ kwalunkwe wieħed minn dawk il-vantaġġi jkunu nħolqu artifiċjalment, b’mod li jmur kontra l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(147)

Biex tkun żgurata l-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, hemm bżonn ta’ kontrolli u tal-applikazzjoni ta’ miżuri amministrattivi u ta’ penali amministrattivi fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, u ta’ regoli marbutin mal-ħlas u mar-rilaxx tal-garanziji biex tkun żgurata l-ġestjoni b’saħħitha tal-ġestjoni ta’ suq komuni uniku skont il-PAK. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu l-irkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti u l-obbligi ta’ rrappurtar tal-Istati Membri li ġejjin mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(148)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, diversi miżuri ta’ ġestjoni tas-swieq settorjali sejrin jiskadu fl-2012. Wara li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw sakemm jintemmu l-iskemi kkonċernati.

(149)

Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data li fiha ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma jibqgħux japplikaw għas-settur ikkonċernat.

(150)

Sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla problemi mill-arranġamenti li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mas-setturi tal-frott u l-ħaxix u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta miżuri tranżizzjonali.

(151)

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-dħul fis-seħħ tiegħu. Madankollu, id-dispożizzjoni li toħloq l-istandard ġenerali ta’ kummerċjalizzazzjoni għandha tapplika biss minn [sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

(152)

F’dak li għandu x’jaqsam mar-relazzjonijiet kuntrattwali u mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mal-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur fis-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma ġġustifikati fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi attwali tas-suq tal-ħalib u l-istruttura tal-katina tal-provvista. Għalhekk huma għandhom jiġu applikati għal perjodu taż-żmien li jkun twil biżżejjed (kemm qabel u kif ukoll wara li jitneħħew il-kwoti tal-ħalib) sabiex jitħallew ikollhom effett sħiħ. Madankollu, minħabba n-natura tagħhom ta’ effett fuq perjodu twil taż-żmien, huma għandhom xorta waħda jkunu miżuri temporanji fin-natura tagħhom, u għandhom ikunu suġġetti għal analiżi sabiex wieħed jara kif ikunu ħadmu u jekk għandhomx ikomplu japplikaw. Dan għandu jiġi ttrattat fir-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tas-suq tal-ħalib li għandhom jitressqu sat-30 ta’ Ġunju 2014 u sal-31 ta’ Diċembru 2018 u li għandhom ikopru b’mod partikulari l-inċentivi potenzjali sabiex il-bdiewa jitħeġġu jidħlu fi ftehimiet ta’ produzzjoni konġunta,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI I

DISPOŻIZZJONIJIET TAL-BIDU

Artikolu 1

L-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti tas-setturi li ġejjin, kif previst iktar fl-Anness I:

(a)

iċ-ċereali, il-Parti I tal-Anness I;

(b)

ir-ross, il-Parti II tal-Anness I;

(c)

iz-zokkor, il-Parti III tal-Anness I;

(d)

l-għalf imnixxef, il-Parti IV tal-Anness I;

(e)

iż-żrieragħ, il-Parti V tal-Anness I;

(f)

il-ħops, il-Parti VI tal-Anness I;

(g)

iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, il-Parti VII tal-Anness I;

(h)

il-kittien u l-qanneb, il-Parti VIII tal-Anness I;

(i)

il-frott u l-ħaxix, il-Parti IX tal-Anness I;

(j)

il-frott u l-ħaxix ipproċessati, il-Parti X tal-Anness I;

(k)

il-banana, il-Parti XI tal-Anness I;

(l)

l-inbid, il-Parti XII tal-Anness I;

(m)

il-pjanti ħajjin u l-prodotti tal-florikultura, il-Parti XIII tal-Anness I (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ is-settur tal-pjanti ħajjin);

(n)

it-tabakk mhux maħdum, il-Parti XIV tal-Anness I;

(o)

iċ-ċanga u l-vitella, il-Parti XV tal-Anness I;

(p)

il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-Parti XVI tal-Anness I;

(q)

il-laħam tal-majjal, il-Parti XVII tal-Anness I;

(r)

il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, il-Parti XVIII tal-Anness I;

(s)

il-bajd, il-Parti XIX tal-Anness I;

(t)

il-laħam tat-tjur, il-Parti XX tal-Anness I;

(u)

prodotti oħrajn, il-Parti XXI tal-Anness I.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi għas-setturi li ġejjin, kif inhu mniżżel, u, skont il-każ, kif iddefinit aktar fl-Anness II:

(a)

l-etanol ta’ oriġini agrikola, il-Parti I tal-Anness II (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “is-settur tal-etanol agrikolu”);

(b)

il-prodotti tal-apikultura, il-Parti II tal-Anness II (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “is-settur tal-apikultura”);

(c)

id-dud tal-ħarir, il-Parti III tal-Anness II;

3.   F’dak li għandu x’jaqsam mal-patata friska jew imkessħa li taqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 0701 għandu japplika l-Kapitolu II tal-Parti IV.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għal ċerti setturi għandhom japplikaw id-definizzjonijiet kif stabbiliti fl-Anness III.

2.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“bidwi” tfisser bidwi kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(b)

“aġenzija tal-pagamenti” tfisser l-entità jew l-entitajiet assenjati minn Stat Membru skont ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005;

(c)

“prezz ta’ intervent” tfisser il-prezz li bih il-prodotti għandhom jinxtraw b’intervent pubbliku.

Artikolu 3

Snin tas-suq

Għandhom jiġu stabbiliti s-snin tas-suq li ġejjin:

(a)

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ sena partikulari għas-settur tal-banana;

(b)

mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara:

(i)

għas-settur tal-għalf imnixxef;

(ii)

għas-settur tad-dud tal-ħarir;

(c)

mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara:

(i)

għas-settur taċ-ċereali;

(ii)

għas-settur taż-żrieragħ;

(iii)

għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda;

(iv)

għas-settur tal-kittien u l-qanneb;

(v)

għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

(d)

mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara għas-settur tal-inbid;

(e)

mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara għas-settur tar-ross;

(f)

mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara għas-settur taz-zokkor.

Sabiex tqis il-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, il-Kummissjoni għandha tadotta , jekk ikun meħtieġ, tiffissa atti ddelegati skont l-Artikolu 321 biex tiffissa s-snin tas-suq għal dawk il-prodotti permezz ta’ atti delegati. [Em. 5]

Artikolu 4

Setgħat iddelegati

Sabiex tqis il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull settur u sabiex jiġu indirizzati l-bidliet fil-qagħda tas-suq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , taġġorna d-definizzjonijiet stabbiliti fil-Parti I tal-Anness III.

Artikolu 5

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a): [Em. 6]

(a)

tistabbilixxi r-rati ta’ konverżjoni għar-ross f’diversi stadji tal-ipproċessar, l-ispejjeż tal-ipproċessar u l-valur tal-prodotti sekondarji;

(b)

tadotta l-miżuri kollha meħtieġa dwar l-applikazzjoni tar-rati ta’ konverżjoni.

PARTI II

IS-SUQ INTERN

TITOLU I

INTERVENT FIS-SUQ

KAPITOLU I

L-intervent pubbliku u l-ħżin privat

Taqsima I

Dispożizzjonijiet tal-bidu dwar l-intervent pubbliku u l-ħżin privat

Artikolu 6

L-ambitu

1.   Dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-regoli dwar, fejn applikabbli, ix-xiri b’intervent pubbliku u l-għoti ta’ għajnuna għall-ħżin privat fir-rigward tas-setturi li ġejjin:

(a)

iċ-ċereali;

(b)

ir-ross;

(c)

iz-zokkor;

(d)

iz-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda;

(e)

iċ-ċanga u l-vitella;

(f)

il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

(g)

il-laħam tal-majjal;

(h)

il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż.

2.   Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu:

(a)

“ċereali” tfisser ċereali maħsudin fl-Unjoni;

(b)

“ħalib” tfisser ħalib tal-baqra prodott fl-Unjoni;

(c)

“krema” tfisser krema li tinkiseb direttament u esklużivament mill-ħalib.

Artikolu 7

Oriġini fl-UE

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6(2), il-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni biss għandhom ikunu eliġibbli għax-xiri b’intervent pubbliku jew għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħżin privat tagħhom.

Artikolu 8

Il-prezzijiet ta’ referenza

1.   Għall-prodotti li huma suġġetti għall-miżuri ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 6(1), għandhom jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta’ referenza li ġejjin:

(a)

għas-settur taċ-ċereali, EUR 101.31 għal kull tunnellata;

(b)

għar-ross fil-fosdqa, EUR 150 għal kull tunnellata għall-kwalità standard kif iddefinita fil-punt A tal-Anness IV;

(c)

għaz-zokkor:

(i)

għaz-zokkor abjad: EUR 404.4 għal kull tunnellata mis-sena tas-suq tal-2009/2010;

(ii)

għaz-zokkor mhux raffinat: EUR 335.2 għal kull tunnellata mis-sena tas-suq tal-2009/2010.

(d)

għas-settur taċ-ċanga u tal-vitella, EUR 2 224 għal kull tunnellata għall-karkassi ta’ annimali tal-ifrat maskili tal-grad R3 kif stabbilit fl-iskala tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat kif imsemmi fl-Artikolu 34(1)(a);

(e)

għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib:

(i)

EUR 246.39 għal kull 100 kilogramm għall-butir;

(ii)

EUR 169.80 għal kull 100 kilogramm għat-trab tal-ħalib xkumat;

(f)

għas-settur tal-laħam tal-majjal, EUR 1 509,39 għal kull tunnellata għall-karkassi tal-majjali ta’ kwalità standard iddefinita f’termini tal-piż u tal-kontenut ta’ laħam dgħif skont l-iskala tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi tal-majjali, kif imsemmi fl-Artikolu 34(1)(b), kif ġej:

(i)

karkassi li jiżnu minn 60 sa mhux aktar minn 120 kilogramm: il-grad E kif stabbilit fil-punt B II tal-Anness V;

(ii)

karkassi li jiżnu minn 120 sa 180 kilogramm: il-grad R kif stabbilit fil-punt B II tal-Anness V.

2.   Il-prezzijiet ta’ referenza għaċ-ċereali u r-ross stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 rispettivament għandhom ikollhom x’jaqsmu mal-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa għall-prodotti li jkunu twasslu fil-maħżen, qabel ma jinħattu. Dawk il-prezzijiet ta’ referenza għandhom ikunu validi għaċ-ċentri kollha ta’ intervent tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 30.

3.   Il-prezzijiet ta’ referenza stabbiliti fil-punti (i) u (ii) tal-paragrafu 1(c) għandhom japplikaw għaz-zokkor mhux ippakkjat, kif joħroġ mill-fabbrika u ta’ kwalità standard kif iddefinit fil-punt B tal-Anness IV.

4.   Il-prezzijiet ta’ referenza stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jinbidlu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat fid-dawl ta’ żviluppi fil-produzzjoni u fis-swieq.

Artikolu 9

Ir-rappurtar tal-prezzijiet fis-suq taz-zokkor

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) tistabbilixxi sistema ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet fis-suq taz-zokkor, inkluża sistema għall-pubblikazzjoni tal-livelli tal-prezzijiet fis-suq taz-zokkor.

Is-sistema għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni mibgħuta minn impriżi li jipproduċu z-zokkor abjad jew minn operaturi oħrajn involuti fil-kummerċ taz-zokkor. Din l-informazzjoni għandha tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni ppubblikata ma tippermettix l-identifikazzjoni tal-prezzijiet tal-impriżi jew tal-operaturi individwali.

Taqsima II

L-intervent pubbliku

Sottotaqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 10

Il-prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku

L-intervent pubbliku għandu jkun applikabbli għall-prodotti li ġejjin, suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima u għal aktar rekwiżiti u kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati u ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 31 u l-Artikolu 32:

(a)

għall-qamħ komuni, il-qamħ durum, ix-xgħir, il-qamħirrun u s-sorgu;

(b)

għar-ross fil-fosdqa;

(c)

għal-laħam frisk jew imkessaħ tas-settur taċ-ċanga u l-vitella li jaqa’ fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0201 10 00 u 0201 20 20 sa 0201 20 50;

(d)

għall-butir prodott direttament u esklużivament minn krema ppasturizzata f’impriża approvata fl-Unjoni li jkollu kontenut minimu ta’ xaħam tal-butir, skont il-piż, ta’ 82 % u kontenut massimu tal-ilma, skont il-piż, ta’ 16 %;

(e)

għat-trab tal-ħalib xkumat tal-ogħla kwalità magħmul mill-ħalib bil-proċess ta’ xxuttar bl-isprejjar f’impriża approvata fl-Unjoni li jkollu kontenut minimu ta’ proteini ta’ 34 % skont il-piż tal-materja niexfa mhux xaħmija.

Sottotaqsima II

Ftuħ tax-xiri

Artikolu 11

Perjodi ta’ intervent pubbliku

Għandu jkun disponibbli intervent pubbliku:

(a)

mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Mejju għaċ-ċereali;

(b)

mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Lulju għar-ross fil-fosdqa;

(c)

matul kwalunkwe sena tas-suq għaċ-ċanga u l-vitella;

(d)

mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Awwissu għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat.

Artikolu 12

Ftuħ tal-intervent pubbliku

1.   Matul il-perjodi msemmija fl-Artikolu 11, intervent pubbliku:

(a)

għandu jinfetaħ għall-qamħ komuni;

(b)

għandu jinfetaħ għall-qamħ durum, għax-xgħir, għall-qamħirrun, għas-sorgu, għar-ross fil-fosdqa, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat sal-limiti tal-intervent imsemmija fl-Artikolu 13(1);

(c)

għandu jinfetaħ għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 323(1) l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , jekk il-prezz medju tas-suq għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella matul perjodu rappreżentattiv fi Stat Membru jew f’reġjun ta’ Stat Membru rreġistrat fuq il-bażi tal-iskala tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) ikun ta’ inqas minn EUR 1 560 għal kull tunnellata , filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari fir-rigward tal-koeżjoni territorjali sabiex jitqies l-impatt fuq is-swieq reġjonali, li l-ekonomiji tagħhom jiddependu ħafna fuq dan it-tip ta’ prodott . [Em. 7]

2.   L-intervent pubbliku għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, għandu jingħalaq mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , f’każ li, matul perjodu rappreżentattiv, il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-punt ma jkunux għadhom qegħdin jiġu ssodisfati.

Artikolu 13

Limiti tal-intervent

1.   Ix-xiri b’intervent pubbliku għandu jitwettaq fil-limiti li ġejjin:

(a)

għall-qamħ durum, għax-xgħir, għall-qamħirrun, għas-sorgu u għar-ross fil-fosdqa, 0 tunnellati għall-perjodi msemmija fl-Artikolu 11(a) u (b) rispettivament;

(b)

għall-butir, 30 000 tunnellata għal kull perjodu msemmi fl-Artikolu 11(d);

(c)

għat-trab tal-ħalib xkumat, 109 000 tunnellata għal kull perjodu msemmi fl-Artikolu 11(d).

2.   Għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiddeċiedi li tkompli l-intervent pubbliku lil hinn mill-ammonti msemmija f’dak il-paragrafu jekk dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq u, b’mod partikulari, l-iżvilupp tal-prezzijiet tas-suq.

Sottotaqsima III

Prezzijiet ta’ intervent

Artikolu 14

Prezzijiet ta’ intervent

1.   Il-prezz tal-intervent:

(a)

għall-qamħ komuni għandu jkun daqs il-prezz ta’ referenza għal kwantità massima offruta ta’ 3 miljun tunnellata għal kull perjodu ta’ intervent kif stabbilit fl-Artikolu 11(a);

(b)

għall-butir għandu jkun daqs 90 % tal-prezz ta’ referenza għall-ammonti offruti fil-limitu msemmi fl-Artikolu 13(1)(b);

(c)

għat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun daqs il-prezz ta’ referenza għall-ammonti offruti fil-limitu msemmi fl-Artikolu 13(1)(c).

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tistabbilixxi l-prezzijiet tal-intervent u l-kwantitajiet għall-intervent għall-prodotti li ġejjin, permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti:

(a)

għall-qamħ komuni għal ammonti li jaqbżu l-kwantità massima offruta ta’ 3 miljun tunnellata għal kull perjodu ta’ intervent kif stabbilit fl-Artikolu 11(a);

(b)

għall-qamħ durum, għax-xgħir, għall-qamħirrun, għas-sorgu u għar-ross fil-fosdqa, b’applikazzjoni tal-Artikolu 13(2);

(c)

għaċ-ċanga u l-vitella;

(d)

għall-butir għal ammonti offruti li jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 13(1)(b), b’applikazzjoni tal-Artikolu 13(2), u

(e)

għat-trab tal-ħalib xkumat għal ammonti offruti li jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 13(1)(c), b’applikazzjoni tal-Artikolu 13(2).

F’ċirkustanzi speċjali, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tillimita l-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti għal ċerti Stati Membri jew għal ċerti reġjuni ta’ Stat Membru, u tistabbilixxi l-prezzijiet tal-intervent u l-kwantitajiet għall-intervent għal kull Stat Membru jew għal kull reġjun ta’ Stat Membru fuq il-bażi tal-prezzijiet medji rreġistrati tas-suq.

3.   Il-prezz massimu tax-xiri stabbilit skont il-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti skont il-paragrafu 2 ma għandux ikun ogħla:

(a)

mill-prezzijiet ta’ referenza rispettivi għaċ-ċereali u għar-ross fil-fosdqa;

(b)

mill-prezz medju rreġistrat tas-suq fi Stat Membru jew f’reġjun ta’ Stat Membru miżjud b’ammont li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, għaċ-ċanga u l-vitella;

(c)

minn 90 % tal-prezz ta’ referenza għall-butir;

(d)

mill-prezz ta’ referenza għat-trab tal-ħalib xkumat.

4.   Il-prezzijiet ta’ intervent imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu:

(a)

għaċ-ċereali, mingħajr ħsara għaż-żieda jew għat-tnaqqis fil-prezzijiet għal raġunijiet ta’ kwalità, u

(b)

għar-ross fil-fosdqa, miżjuda jew imnaqqsa kif jixraq jekk il-kwalità tal-prodotti offruti lill-aġenzija tal-pagamenti tkun differenti minn dik standard, iddefinita fil-punt A tal-Anness IV. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-produzzjoni tkun orjentata lejn ċerti varjetajiet, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi żidiet u tnaqqis fil-prezz tal-intervent.

Sottotaqsima IV

Disponiment minn intervent

Artikolu 15

Prinċipji ġenerali

Wieħed għandu jeħles mill-prodotti mixtrija b’intervent pubbliku b’tali mod li jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq, sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-oġġetti u trattament ugwali tax-xerrejja, u f’konformità mal-impenji li ġejjin minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat.

Artikolu 16

Disponiment taz-zokkor

F’dak li għandu x’jaqsam maz-zokkor mixtri b’intervent pubbliku, l-aġenziji tal-pagamenti jistgħu jbigħu z-zokkor biss bi prezz li jkun ogħla mill-prezz ta’ referenza stabbilit għas-sena tas-suq li fiha jsir il-bejgħ.

Madankollu, sabiex twieġeb għal opportunitajiet partikulari biex wieħed jeħles minn ħażniet tal-intervent mingħajr ma jfixkel is-suq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tiddeċiedi li l-aġenziji tal-pagamenti:

(a)

jistgħu jbigħu z-zokkor bi prezz li jkun daqs il-prezz ta’ referenza msemmi fl-ewwel paragrafu jew inqas minnu jekk iz-zokkor ikun maħsub:

(i)

biex jintuża bħala għalf għall-annimali, jew

(ii)

biex jiġi esportat, jew mingħajr iktar ipproċessar jew wara li jkun ġie pproċessat fil-prodotti mniżżlin fl-Anness I għat-Trattat jew fl-oġġetti mniżżlin fil-Parti III tal-Anness XVII għal dan ir-Regolament, jew

(iii)

għall-użu industrijali msemmi fl-Artikolu 55;

(b)

għandhom jagħmlu z-zokkor mhux ipproċessat li jkollhom disponibbli, għall-konsum mill-bniedem fis-suq intern tal-Unjoni, lill-organizzazzjonijiet ta’ karità – li jkunu ġew irrikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat jew mill-Kummissjoni f’każijiet fejn Stat Membru ma jkun irrikonoxxa l-ebda organizzazzjoni bħal din – bi prezz li jkun inqas mill-prezz ta’ referenza attwali jew mingħajr ħlas għad-distribuzzjoni bħala parti minn operazzjonijiet individwali ta’ għajnuna ta’ emerġenza.

Sottotaqsima V

Distribuzzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni

Artikolu 17

Skema għad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni

1.   Qed tiġi stabbilita skema li permezz tagħha jistgħu jitqassmu prodotti tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni permezz ta’ organizzazzjonijiet maħtura mill-Istati Membri. Għal dak il-għan, il-prodotti fil-ħażniet tal-intervent għandhom jitqegħdu għad-dispożizzjoni tal-iskema, jew, fejn ma jkunux disponibbli ħażniet tal-invervent xierqa għall-iskema għad-distribuzzjoni tal-ikel, għandhom jinxtraw il-prodotti tal-ikel fis-suq.

Għall-għanijiet tal-iskema li dwarha hemm dispożizzjoni fl-ewwel subparagrafu, “persuni l-aktar fil-bżonn” tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk huma individwi, familji jew gruppi magħmulin mit-tali persuni, li d-dipendenza soċjali u finanzjarja tagħhom hija rreġistrata jew irrikonoxxuta abbażi tal-kriterji tal-eliġibbiltà adottati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, jew hija ġġudikata bħala tali abbażi tal-kriterji użati mill-organizzazzjonijiet maħtura u li huma approvati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema li dwarha hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni programmi għad-distribuzzjoni tal-ikel li jkun fihom dan li ġej:

(a)

id-dettalji tal-karatteristiċi ewlenin u tal-għanijiet tagħhom,

(b)

l-organizzazzjonijiet maħtura,

(c)

it-talbiet għall-kwantitajiet ta’ prodotti tal-ikel li għandhom jitqassmu matul perjodu ta’ tliet snin u informazzjoni rilevanti oħra.

L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-prodotti tal-ikel abbażi ta’ kriterji oġġettivi, inklużi l-valuri nutrittivi tagħhom u kemm huma adattati biex jitqassmu. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jagħtu preferenza lil prodotti tal-ikel li jkunu ġejjin mill-UE.

3.   Abbażi tat-talbiet innotifikati mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u informazzjoni oħra meqjusa rilevanti, il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta’ tliet snin.

Kull pjan ta’ tliet snin għandu jistabbilixxi l-allokazzjonijiet finanzjarji annwali mill-Unjoni għal kull Stat Membru u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji minimi annwali tal-Istati Membri. L-allokazzjonijiet għat-tieni u t-tielet sena tal-programm għandhom ikunu indikattivi.

L-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għandhom jikkonfermaw kull sena t-talbiet imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. Wara dawn il-konfermi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi kull sena ta’ wara dwar l-allokazzjonijiet definittivi, fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit.

Meta l-prodotti nklużi fil-pjan ta’ tliet snin ma jkunux disponibbli fil-ħażniet ta’ intervent fl-Istat Membru fejn it-tali prodotti jkunu meħtieġa, il-pjan ta’ tliet snin għandu jipprovdi għat-trasferiment tagħhom mill-Istati Membri fejn dawn ikunu disponibbli fil-ħażniet ta’ intervent.

Il-pjan ta’ tliet snin jista’ jiġi rrivedut fid-dawl ta’ kwalunkwe żvilupp rilevanti li jaffettwa l-eżekuzzjoni tiegħu.

4.   L-organizzazzjonijiet maħtura mill-Istati Membri kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma jistgħux ikunu impriżi kummerċjali.

Il-prodotti tal-ikel għandhom jingħataw mingħajr ħlas lil dawk l-organizzazzjonijiet.

Id-distribuzzjoni tal-prodotti tal-ikel lil dawk l-aktar fil-bżonn għandha tkun:

(a)

bla ħlas, jew

(b)

bi prezz li fl-ebda każ ma għandu jkun akbar minn dak iġġustifikat mill-ispejjeż imġarrba mill-organizzazzjonijiet maħtura biex jimplimentaw l-operazzjoni, għajr għall-ispejjeż li jistgħu jkunu koperti mill-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 7.

5.   L-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għandhom:

(a)

jibagħtu lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-iskema;

(b)

iżommu lill-Kummissjoni infurmata, fil-ħin, dwar l-iżviluppi li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-programmi għad-distribuzzjoni tal-ikel.

6.   L-Unjoni għandha tikkofinanzja l-ispejjeż eliġibbli skont l-iskema. Dan il-kofinanzjament la għandu:

(a)

jaqbeż il-500 miljun Euro għal kull sena tal-baġit bħala total; u lanqas m’għandu

(b)

jaqbeż il-75 % tal-ispejjeż eliġibbli, jew id-90 % tal-ispejjeż eliġibbli fl-Istati Membri li jkunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu mill-2007 sal-2013, kif imniżżel fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/596/KE (16).

7.   L-ispejjeż eliġibbli skont l-iskema għandhom ikunu:

(a)

l-ispejjeż tal-prodotti rrilaxxati mill-ħażniet ta’ intervent,

(b)

l-ispejjeż tal-prodotti tal-ikel mixtrija fis-suq, u

(c)

l-ispejjeż tat-trasport tal-prodotti fil-ħażniet ta’ intervent bejn l-Istati Membri, meta dan ikun meħtieġ.

Fi ħdan ir-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tliet snin f’kull Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jqisu eliġibbli l-ispejjeż li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż tat-trasport tal-prodotti tal-ikel lejn l-imħażen tal-organizzazzjonijiet maħtura;

(b)

l-ispejjeż li ġejjin tal-organizzazzjonijiet maħtura, safejn dawn huma marbutin direttament mal-implimentazzjoni tal-pjan:

(i)

l-ispejjeż amministrattivi;

(ii)

l-ispejjeż tat-trasport bejn l-imħażen tal-organizzazzjonijiet maħtura u l-punti tad-distribuzzjoni finali, u

(iii)

l-ispejjeż tal-ħżin.

8.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi u fiżiċi biex jiżguraw li l-pjan ikun qed jiġi implimentat skont ir-regoli applikabbli u għandhom jistabbilixxu l-penali applikabbli f’każ ta’ irregolaritajiet.

9.   L-indikazzjoni “Għajnuna tal-Unjoni Ewropea” flimkien mal-emblema tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar fuq il-pakkett tal-ikel imqassam permezz tal-pjanijiet kif ukoll fil-punti tad-distribuzzjoni.

10.   L-iskema tal-Unjoni għandha tkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe skema nazzjonali li permezz tagħha jitqassmu prodotti tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 18

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-baġit mogħti lill-iskema li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 17, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tiddefinixxi l-metodu għall-kalkolu tal-allokazzjoni totali tar-riżorsi, inklużi d-distribuzzjoni tal-prodotti tal-intervent u l-mezzi finanzjarji għax-xiri tal-prodotti tal-ikel fis-suq fost l-Istati Membri. Hija għandha tiddefinixxi wkoll il-valur tal-kontabilità tal-prodotti rrilaxxati mill-ħażniet tal-intervent kif ukoll il-metodu li għandu jintuża għal kwalunkwe allokazzjoni mill-ġdid tar-riżorsi fost l-Istati Membri minħabba reviżjoni tal-pjan ta’ tliet snin.

2.   Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-baġit mogħti lill-iskema li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 17, u sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet u l-obbligi tal-operaturi, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta dispożizzjonijiet li jeħtieġu l-użu ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti għall-ħidmiet kollha marbutin mal-eżekuzzjoni tal-programmi għad-distribuzzjoni tal-ikel, dispożizzjonijiet dwar il-garanziji li għandhom jingħataw minn dawk li jieħdu sehem fis-sejħa għall-offerti, u dispożizzjonijiet dwar sanzjonijiet, tnaqqis u esklużjonijiet li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri, b’mod speċjali f’dak li għandu x’jaqsam man-nuqqas ta’ ħarsien tal-limiti taż-żmien għall-irtirar tal-prodotti mill-ħażniet tal-intervent u fil-każ ta’ nuqqasijiet jew ta’ irregolaritajiet serji fl-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ tliet snin.

Artikolu 19

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni uniformi tal-pjan ta’ tliet snin u tal-programmi nazzjonali għad-distribuzzjoni tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 17. Dawk l-atti għandhom jikkonċernaw:

(a)

ir-regoli u l-proċeduri ddettaljati għall-adozzjoni u r-reviżjoni tal-pjanijiet ta’ tliet snin, inklużi d-dati ta’ skadenza applikabbli;

(b)

l-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ tliet snin u r-reviżjonijiet tagħhom kif ukoll l-allokazzjonijiet definittivi msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(3);

(c)

id-dispożizzjonijiet dwar elementi addizzjonali li minnhom għandhom jikkonsistu l-pjanijiet ta’ tliet snin, ir-regoli għall-provvista tal-prodotti tal-ikel, kif ukoll il-proċeduri u l-limiti taż-żmien li japplikaw għall-irtirar tal-prodotti tal-intervent u t-trasferimenti bejn l-Istati Membri;

(d)

id-dispożizzjonijiet dwar il-forma tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni kif ukoll tal-programmi nazzjonali għad-distribuzzjoni tal-ikel;

(e)

ir-regoli ddettaljati li japplikaw għall-ħlas lura tal-ispejjeż li dwarhom hemm dispożizzjoni fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7), inklużi l-limiti massimi finanzjarji u l-limiti taż-żmien;

(f)

il-kundizzjonijiet uniformi li għandhom x’jaqsmu mas-sejħiet għall-offerti, inklużi l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-prodotti tal-ikel u għall-provvista tagħhom;

(g)

id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli amministrattivi u fiżiċi li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri;

(h)

id-dispożizzjonijiet uniformi li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri tal-ħlas u d-dati ta’ skadenza u t-tnaqqis applikabbli fil-każ tan-nuqqas ta’ ħarsien, id-dispożizzjonijiet tal-kontabilità u l-proċeduri għat-trasferimenti bejn l-Istati Membri, inkluża d-deskrizzjoni tal-ħidmiet li għandhom jitwettqu mill-entitajiet nazzjonali ta’ intervent ikkonċernati;

(i)

il-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 17(9).]

Taqsima III

Ħżin privat

Sottotaqsima I

Għajnuna obbligatorja

Artikolu 20

Prodotti eliġibbli

L-għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata għall-prodotti li ġejjin, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima u għal aktar rekwiżiti u kundizzjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati u ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 31 u l-Artikolu 32, fir-rigward:

(i)

tal-butir mingħajr melħ prodott mill-krema jew mill-ħalib f’impriża approvata fl-Unjoni li jkollu kontenut minimu ta’ xaħam tal-butir, skont il-piż, ta’ 82 %, kontenut massimu ta’ solidi tal-ħalib mhux xaħmin, skont il-piż, ta’ 2 % u kontenut massimu tal-ilma, skont il-piż, ta’ 16 %,

(ii)

tal-butir bil-melħ prodott mill-krema jew mill-ħalib f’impriża approvata fl-Unjoni li jkollu kontenut minimu ta’ xaħam tal-butir, skont il-piż, ta’ 80 %, kontenut massimu ta’ solidi tal-ħalib mhux xaħmin, skont il-piż, ta’ 2 %, kontenut massimu tal-ilma, skont il-piż, ta’ 16 %, u kontenut minimu tal-melħ, skont il-piż, ta’ 2 %.

Artikolu 21

Kundizzjonijiet u livell ta’ għajnuna għall-butir

Il-Kunsill għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar tal-għajnuna għall-butir skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat. L-ammonti ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ butir għandhom ikunu ffissati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-ħżin u x-xejriet li x’aktarx ikun hemm fil-prezzijiet tal-butir frisk u tal-butir mill-istokkijiet.

Meta, x’ħin il-butir jitneħħa mill-ħażna, isseħħ bidla negattiva fis-suq, li ma tkunx setgħet ġiet prevista meta l-butir tqiegħed fil-ħażna, il-Kummissjoni tista’ żżid l-ammont tal-għajnuna permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a). [Em. 8]

Sottotaqsima II

Għajnuna mhux obbligatorja

Artikolu 22

Prodotti eliġibbli

1.   L-għajnuna għall-ħżin privat tista’ tingħata għall-prodotti li ġejjin, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima u għal aktar rekwiżiti u kundizzjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati u ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 31 u l-Artikolu 32:

(a)

għaz-zokkor abjad;

(b)

għaż-żejt taż-żebbuġa;

(c)

għal-laħam frisk jew imkessaħ ta’ annimali adulti tal-ifrat ippreżentat fil-forma ta’ karkassi, nofs karkassi, rbiegħ ikkumpensati, rbiegħ ta’ quddiem jew irbiegħ ta’ wara, ikklassifikati skont l-iskala tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat kif imsemmi fl-Artikolu 34(1)(a);

(d)

għal-laħam tal-majjal;

(e)

għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż.

Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-laħam tal-annimali adulti tal-ifrat, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , temenda l-lista ta’ prodotti stabbiliti fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu jekk dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq.

2.   Il-Kummisjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tistabbilixxi l-għajnuna għall-ħżin privat li dwarha hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 bil-quddiem jew permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti.

Artikolu 23

Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għaz-zokkor abjad

1.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li tqis il-qagħda tas-suq, tiddeċiedi li tagħti għajnuna għall-ħżin privat taz-zokkor abjad lil impriżi li jkollhom kwota taz-zokkor allokata għalihom, jekk il-prezz medju rreġistrat fl-Unjoni għaz-zokkor abjad ikun inqas mill-prezz ta’ referenza matul perjodu rappreżentattiv u jkun mistenni jibqa’ f’dak il-livell.

2.   Iz-zokkor maħżun skont il-paragrafu 1 matul sena tas-suq ma jista’ jkun suġġett għall-ebda miżura oħra ta’ ħżin li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 45 jew 56.

Artikolu 24

Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiddeċiedi li tawtorizza lill-Istati Membri jikkonkludu kuntratti ma’ entitajiet li huma jkunu approvaw u li joffru biżżejjed garanziji, għall-ħżin taż-żejt taż-żebbuġa li huma jikkummerċjalizzaw, fil-każ ta’ tfixkil serju fis-suq f’ċerti reġjuni tal-Unjoni, fost l-oħrajn meta l-prezz medju rreġistrat fuq is-suq matul perjodu rappreżentattiv ikun inqas minn:

(a)

EUR 1 779 għal kull tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa straverġni, jew

(b)

EUR 1 710 għal kull tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa verġni, jew

(c)

EUR 1 524 għal kull tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa “lampante” li jkollu 2 gradi ta’ aċidità libera, liema ammont għandu jitnaqqas b’EUR 36.70 għal kull tunnellata għal kull grad ta’ aċidità addizzjonali.

Artikolu 25

Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għall-prodotti tas-settur taċ-ċanga u l-vitella

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiddeċiedi li tagħti għajnuna għall-ħżin meta l-prezz medju tas-suq tal-Unjoni, irreġistrat abbażi tal-iskala tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat kif imsemmi fl-Artikolu 34(1)(a), ikun, u x’aktarx jibqa’, inqas minn 103 % tal-prezz ta’ referenza.

Artikolu 26

Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għal-laħam tal-majjal

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiddeċiedi li tagħti għajnuna għall-ħżin ta’ karkassi tal-majjali meta l-prezz medju tas-suq fl-Unjoni, kif stabbilit b’referenza għall-prezzijiet irreġistrati f’kull Stat Membru fis-swieq rappreżentattivi tal-Unjoni u ppeżati permezz ta’ koeffiċjenti li jirriflettu d-daqs relattiv tal-merħla tal-majjali f’kull Stat Membru, ikun, u x’aktarx jibqa’, inqas minn 103 % tal-prezz ta’ referenza.

Artikolu 27

Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tiddeċiedi li tagħti għajnuna għall-ħżin tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, meta jkun hemm qagħda tas-suq partikularment diffiċli għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż f’waħda miż-żoni ta’ kwotazzjoni li ġejjin jew aktar:

(a)

fil-Gran Brittanja;

(b)

fl-Irlanda ta’ Fuq;

(c)

fi kwalunkwe Stat Membru għajr ir-Renju Unit, meqjus separatament.

Taqsima IV

Dispożizzjonijiet komuni dwar l-intervent pubbliku u l-ħżin privat

Sottotaqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 28

Regoli dwar il-ħżin

1.   L-aġenziji tal-pagamenti ma jistgħux jaħżnu, barra t-territorju tal-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni fuqhom, prodotti li jkunu xtraw sakemm ma jkunux kisbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, skont l-Artikolu 32.

Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, it-territorji tal-Belġju u tal-Lussemburgu għandhom jitqiesu bħala Stat Membru wieħed.

2.   L-awtorizzazzjoni għandha tingħata jekk il-ħżin ikun essenzjali u filwaqt li jitqiesu l-fatturi li ġejjin:

(a)

il-possibbiltajiet tal-ħżin u r-rekwiżiti tal-ħżin fl-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni fuq l-aġenzija tal-pagamenti u fi Stati Membri oħrajn;

(b)

kwalunkwe spiża addizzjonali li tkun ġejja mill-ħżin fl-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni fuq l-aġenzija tal-pagamenti u mit-transport.

3.   L-awtorizzazzjoni għall-ħżin f’pajjiż terz għandha tingħata biss jekk, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2, il-ħżin fi Stat Membru ieħor ikun se joħloq diffikultajiet sinifikanti.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandha titfassal wara li jiġu kkonsultati l-Istati Membri kollha.

5.   Kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe ammont ieħor li għandu jingħata jew li fuqu hemm imposta skont il-politika agrikola komuni m’għandhomx japplikaw għal prodotti:

(a)

ttrasportati wara awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 1, 2 u 3, jew

(b)

ttrasferiti minn aġenzija tal-pagamenti għal oħra.

6.   Kwalunkwe aġenzija tal-pagamenti li taġixxi skont il-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tibqa’ responsabbli għall-prodotti maħżuna barra t-territorju tal-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni fuqha.

7.   Jekk il-prodotti miżmumin minn aġenzija tal-pagamenti barra t-territorju tal-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni fuqha ma jinġibux lura f’dak l-Istat Membru, dawn għandhom jitneħħew bil-prezzijiet u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti jew li għandhom jiġu stabbiliti għall-post tal-ħżin.

Artikolu 29

Regoli għall-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti

Il-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti għandhom jiżguraw aċċess ugwali għall-persuni kollha kkonċernati.

Fl-għażla tal-offerti għandha tingħata preferenza lil dawk l-offerti li huma l-aktar favorevoli għall-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, mhux bilfors jingħata kuntratt.

Artikolu 30

Ċentri ta’ intervent għaċ-ċereali u għar-ross

1.   Sabiex tqis id-diversità tal-faċilitajiet tal-ħżin fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross fl-Unjoni u sabiex tiżgura aċċess adegwat għall-intervent pubbliku għall-operaturi, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati miċ-ċentri ta’ intervent u mill-postijiet tal-ħżin għall-prodotti li għandhom jinxtraw b’sistema ta’ intervent pubbliku, inkluż l-iffissar ta’ kapaċità minima tal-ħżin għall-postijiet tal-ħżin u l-istabbiliment ta’ rekwiżiti tekniċi għaż-żamma tal-prodotti li jkunu nxtraw f’kundizzjoni tajba u għat-tneħħija tagħhom fi tmiem il-perjodu tal-ħżin.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tinnomina ċ-ċentri ta’ intervent fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross; filwaqt li tqis il-fatturi li ġejjin:

(a)

il-qagħda taċ-ċentri f’żoni ta’ ammonti żejda fir-rigward tal-prodotti kkonċernati;

(b)

id-disponibbiltà ta’ biżżejjed proprjetà u tagħmir tekniku;

(c)

qagħda favorevoli fir-rigward tal-mezzi ta’ trasport.

Iċ-ċentri ta’ intervent jistgħu jiġu nnominati għal kull ċereali.

Artikolu 31

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi differenti, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta r-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li l-prodotti li għandhom jinxtraw b’intervent pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 10 u li għandhom jinħażnu skont is-sistema ta’ għoti tal-għajnuna għall-ħżin privat għandhom jissodisfaw, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għandhom jimmiraw li jiżguraw l-eliġibbiltà u l-kwalità tal-prodotti mixtrija u maħżuna, fir-rigward tal-gruppi ta’ kwalità, tal-livelli ta’ kwalità, tal-kategoriji, tal-kwantitajiet, tal-ippakkjar inkluż it-tikkettar, tal-etajiet massimi, tal-preservazzjoni, u tal-istadju tal-prodotti li miegħu ikollhom x’jaqsmu l-prezz tal-intervent u l-għajnuna.

2.   Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi taċ-ċereali u tar-ross fil-fosdqa, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta ż-żidiet jew it-tnaqqis applikabbli fil-prezz għall-għanijiet tal-kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 14(4) kemm għax-xiri kif ukoll għall-bejgħ.

3.   Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur taċ-ċanga u tal-vitella, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta d-dispożizzjonijiet marbutin mal-obbligu tal-aġenziji tal-pagamenti li jkollhom iċ-ċanga kollha mingħajr għadam wara li tinxtara u qabel l-arranġamenti tal-ħżin.

4.   Sabiex tqis id-diversità tas-sitwazzjonijiet marbutin mal-ħżin tal-ħażniet tal-intervent fl-Unjoni u sabiex tiżgura aċċess adegwat għall-intervent pubbliku għall-operaturi, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta:

(a)

ir-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw il-postijiet tal-ħżin tal-intervent għall-prodotti, minbarra ċ-ċereali u r-ross, li għandhom jinxtraw skont is-sistema, inkluż l-iffissar ta’ kapaċità minima tal-ħżin għall-postijiet tal-ħżin u l-istabbiliment ta’ rekwiżiti tekniċi għaż-żamma tal-prodotti li jkunu nxtraw f’kundizzjoni tajba u għat-tneħħija tagħhom fi tmiem il-perjodu tal-ħżin;

(b)

dispożizzjonijiet marbutin mal-bejgħ ta’ kwantitajiet żgħar li jibqgħu maħżuna fl-Istati Membri, li għandu jitwettaq taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess, billi tiġi applikata l-istess proċedura bħal dik applikata mill-Unjoni; u l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid għall-bejgħ dirett ta’ kwantitajiet li ma jistgħux ikunu ppakkjati mill-ġdid jew li jkunu ddeterjoraw.

5.   Sabiex tiżgura li l-ħżin privat ikollu l-effett mixtieq fis-suq, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 :

(a)

għandha tagħmel arranġamenti biex tnaqqas l-ammont tal-għajnuna li għandha titħallas;

(b)

tista’ tistabbilixxi kundizzjonijiet marbutin mal-għoti ta’ ħlas bil-quddiem u r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati.

6.   Sabiex tiżgura li l-opearturi jħarsu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tadotta miżuri biex ikunu evitati l-frodi u l-irregolaritajiet. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-esklużjoni tal-operaturi kkonċernati mill-parteċipazzjoni f’għajnuna għal intervent pubbliku jew għall-ħżin privat b’rabta mal-frodi u mal-irregolaritajiet mikxufa.

7.   Sabiex tissalvagwardja d-drittijiet u l-obbligi tal-operaturi li jkunu qed jieħdu sehem f’miżuri ta’ intervent pubbliku jew ta’ ħżin privat, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa marbutin ma’:

(a)

l-użu ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti li jiżguraw aċċess ugwali għall-oġġetti u trattament ugwali tal-operaturi;

(b)

l-istabbiliment tal-operaturi u r-reġistrazzjoni tagħhom għat-taxxa fuq il-valur miżjud;

(c)

il-ħlas ta’ garanzija li tiżgura li se titħares l-eżekuzzjoni tal-obbligi tal-operaturi;

(d)

it-telf tal-garanzija kollha jew ta’ parti minnha jekk ma jitħarisx l-obbligu.

8.   Sabiex tqis l-evoluzzjoni teknika tal-prodotti, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tadatta l-kwalitajiet standard għaz-zokkor stabbiliti fil-Parti B tal-Anness IV.

Artikolu 32

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa li jimmiraw li jilħqu applikazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu fl-Unjoni. Dawn ir-regoli jistgħu, b’mod partikolari, ikunu marbutin mal-affarijiet li ġejjin:

(a)

it-testijiet u l-metodi li għandhom jiġu applikati biex tkun stabbilita l-eliġibbiltà tal-prodotti;

(b)

għaċ-ċanga u l-vitella, id-definizzjoni tal-perjodu rappreżentattiv li matulu għandhom jiġu rreġistrati l-prezzijiet tas-suq sabiex jiġu applikati l-Artikoli 12(1)(c) u 12(2);

(c)

il-proċeduri u l-kundizzjonijiet marbutin mal-kunsinna tal-prodotti li għandhom jinxtraw b’intervent pubbliku, mal-ispejjeż tat-trasport li għandhom jitħallsu mill-offerent, mat-teħid tal-prodotti mill-aġenziji tal-pagamenti u mal-ħlas;

(d)

il-ħidmiet differenti marbutin mal-proċess tat-tneħħija tal-għadam;

(e)

l-awtorizzazzjoni tal-ħżin barra t-territorju tal-Istat Membru fejn ikunu nxtraw u nħażnu l-prodotti, kif imsemmi fl-Artikolu 28;

(f)

il-kundizzjonijiet għall-bejgħ jew għat-tneħħija ta’ prodotti mixtrija b’intervent pubbliku, b’mod partikulari, kif xieraq, dwar il-prezzijiet tal-bejgħ, il-kundizzjonijiet għat-tneħħija mill-ħżin, u l-użu jew id-destinazzjoni sussegwenti tal-prodotti rrilaxxati fejn ikun xieraq;

(g)

l-iffissar tal-għajnuna għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 20;

(h)

għaz-zokkor u għaż-żejt taż-żebbuġa, id-definizzjoni tal-perjodu rappreżentattiv li matulu għandhom jiġu rreġistrati l-prezzijiet tas-suq sabiex jiġu applikati l-Artikolu 23 u l-Artikolu 24 rispettivament;

(i)

l-adozzjoni tal-lista ta’ swieq rappreżentattivi għal-laħam tal-majjal imsemmija fl-Artikolu 26;

(j)

il-konklużjoni u l-kontenut ta’ kuntratti bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-applikant;

(k)

it-tqegħid u ż-żamma fil-ħżin privat u t-tneħħija mill-ħażna;

(l)

it-tul ta’ żmien tal-perjodu tal-ħżin privat u l-kundizzjonijiet skont liema dawn il-perjodi, ladarba jkunu speċifikati fil-kuntratti, jistgħu jitnaqqsu jew jiġu estiżi;

(m)

il-kundizzjonijiet skont liema jista’ jiġi deċiż li l-prodotti koperti minn kuntratti ta’ ħżin privat jistgħu jerġgħu jitpoġġew fis-suq jew jitneħħew;

(n)

ir-regoli marbutin mal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għax-xiri bi prezz fiss jew għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħżin privat bi prezz fiss;

(o)

l-użu tal-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti, kemm għall-intervent pubbliku kif ukoll għall-ħżin privat, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam ma’:

i)

t-tressiq ta’ offerti jew sejħiet għall-offerti, u, fejn ikun xieraq, il-kwantità minima għal applikazzjoni jew għat-tressiq,

(ii)

l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata,

(iii)

il-komunikazzjoni tal-offerti jew tas-sejħiet għall-offerti lill-Kummissjoni;

(p)

ir-regoli dwar ir-rappurtar tal-prezzijiet ta’ ċerti prodotti mill-Istati Membri;

(q)

id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri;

(r)

l-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni.

Artikolu 33

Atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323

Il-Kummissjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323, għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni sabiex:

(a)

tirrispetta l-kwantitajiet massimi u l-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 13(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 14(1);

(b)

taqleb għall-proċedura ta’ sejħiet għall-offerti msemmija fl-Artikolu 14(2), għall-qamħ komuni.

Sottotaqsima II

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-klassifikazzjoni tal-karkassi

Artikolu 34

L-iskali u l-ispezzjonijiet tal-Unjoni

1.   Fis-setturi li ġejjin għandhom japplikaw l-iskali tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness V:

(a)

fis-setturi taċ-ċanga u l-vitella għall-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat;

(b)

fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-karkassi tal-majjali minbarra dawk li jkunu ntużaw għat-tnissil.

Fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż, l-Istati Membri jistgħu japplikaw skala tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi għall-karkassi tan-nagħaġ skont ir-regoli stabbiliti fil-punt Ċ tal-Anness V.

2.   Għandhom jitwettqu spezzjonijiet fuq il-post marbutin mal-klassifika tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat u tan-nagħaġ f’isem l-Unjoni minn kumitat ta’ spezzjoni tal-Unjoni magħmul minn esperti mill-Kummissjoni u minn esperti maħtura mill-Istati Membri. Dan il-Kumitat għandu jirrapporta lura lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-ispezzjonijiet li jkunu twettqu.

L-Unjoni għandha tħallas l-ispejjeż li jiġu mill-ispezzjonijiet imwettqa.

Artikolu 35

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi u l-ħtiġijiet tas-setturi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tadatta u taġġorna d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V kif ukoll id-dispożizzjonijiet marbutin mal-klassifikazzjoni, mal-identifikazzjoni u mal-preżentazzjoni tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat, tal-karkassi tal-majjali u tal-karkassi tan-nagħaġ.

2.   Sabiex tiġi standardizzata l-preżentazzjoni tal-prodotti differenti għall-għanijiet tat-titjib tat-trasparenza tas-suq, tar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet u tal-applikazzjoni tal-arranġamenti tal-intervent fis-suq fil-forma ta’ intervent pubbliku u ta’ ħżin privat fis-setturi taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal u tal-laħam tan-nagħaġ kif applikabbli, il-Kummissjoni tista’, permezzi ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 :

(a)

tadotta dispożizzjonijiet marbutin mal-klassifikazzjoni, mat-tqegħid f’livelli (fosthom b’metodi awtomatizzati tat-tqegħid f’livelli), mal-identifikazzjoni, mal-użin u mal-immarkar tal-karkassi;

(b)

tadotta derogi mid-dispożizzjonijiet, u dispożizzjonijiet addizzjonali għall-prodotti kkonċernati, inklużi dawk li għandhom x’jaqsmu mal-klassijiet ta’ konformazzjoni u mal-kisja tax-xaħam fis-settur taċ-ċanga u iktar dispożizzjonijiet dwar il-piż, il-kulur tal-laħam u l-kisja tax-xaħam fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ;

(c)

tistabbilixxi regoli dwar il-kalkolu tal-prezzijiet medji tal-Unjoni u l-obbligi fuq l-operaturi li jibagħtu informazzjoni, dwar il-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ, b’mod partikulari dwar il-prezzijiet tas-suq u l-prezzijiet rappreżentattivi;

(d)

tistabbilixxi iktar regoli għall-għan tal-intervent u tal-ħżin privat, li jistgħu jkunu marbutin b’mod partikulari ma’:

(i)

il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-biċċeriji kif previst fil-punt A.III tal-Anness V;

(ii)

kwalunkwe deroga li tista’ tingħata lill-Istati Membri li jixtiequ dan għal biċċeriji li fihom jinqatlu ftit annimali tal-ifrat;

(e)

tiddefinixxi kriterji għall-karkassi ta’ ħrief ħfief;

(f)

tirrevedi b’mod regolari l-koeffiċjenti tal-ippeżar.

3.   Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi li wieħed jiltaqa’ magħhom fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 :

(a)

tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jissuddividu kull waħda mill-klassijiet ta’ konformazzjoni u ta’ kisjiet tax-xaħam tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-punt A.III tal-Anness V f’massimu ta’ tliet klassijiet sekondarji;

(b)

tipprovdi preżentazzjoni differenti ta’ karkassi u nofs karkassi minn dik ippreżentata fil-punt A.IV tal-Anness V għall-għan li jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq;

(c)

tawtorizza lill-Istati Membri sabiex ma japplikawx l-iskala għall-klassifika tal-karkassi tal-majjali u sabiex jużaw kriterji ta’ valutazzjoni flimkien mal-piż u mal-kontenut tal-laħam dgħif stmat;

(d)

tadotta dispożizzjonijiet u rekwiżiti addizzjonali fosthom:

(i)

l-għoti ta’ awtorizzazzjoni lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal preżentazzjoni differenti tal-karkassi tal-majjali jekk tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-prattika kummerċjali normali fit-territorju tagħhom tkun differenti mill-preżentazzjoni standard,

ir-rekwiżiti tekniċi jkunu jeħtieġu dan,

il-karkassi tkun tneħħitilhom il-ġilda b’mod uniformi;

(ii)

l-għoti ta’ awtorizzazzjoni lill-Istati Membri sabiex jippermettu preżentazzjonijiet differenti tal-karkassi tan-nagħaġ meta ma tintużax il-preżentazzjoni ta’ referenza;

(e)

tipprovdi sabiex l-Istati Membri japplikaw penali amministrattivi biex jevitaw li jkun hemm ksur tal-liġi, b’mod partikulari bħall-falsifikazzjoni u l-użu bi frodi ta’ timbri u tikketti, jew il-klassifikazzjoni magħmula minn persunal li ma jkollux liċenzja.

4.   Sabiex tiżgura l-korrettezza u l-affidabbiltà tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat, tal-majjali u tan-nagħaġ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tipprovdi li l-klassifikazzjoni ssir minn klassifikaturi li jkunu kkwalifikati b’mod suffiċjenti.

5.   Sabiex tiżgura l-affidabbiltà tal-iskala tal-klassifikazzjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tadotta dispożizzjonijiet marbutin mal-kontrolli li għandhom jitwettqu u mal-konsegwenzi li għandhom jittieħdu f’każ ta’ applikazzjoni mhix adegwata.

6.   Sabiex tiżgura li l-kumitat ta’ spezzjoni tal-Unjoni jilħaq l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi r-responsabbiltajiet tiegħu u l-mod kif inhu magħmul.

Artikolu 36

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar:

(a)

l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam ma’:

(i)

il-komunikazzjoni tar-riżultati tal-klassifika,

(ii)

il-kontrolli fuq il-post, ir-rapporti tal-ispezzjonijiet u l-azzjonijiet ta’ segwitu,

(iii)

l-ispezzjonijiet fuq il-post b’rabta mal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat u tan-nagħaġ f’isem l-Unjoni mill-kumitat ta’ spezzjoni tal-Unjoni;

(b)

ir-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni ta’ informazzjoni eżatta, b’mod partikulari b’rabta mal-prezzijiet tal-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ;

(c)

ir-rappurtar ta’ informazzjoni dwar il-biċċeriji u entitajiet oħrajn li jirreġistraw il-prezzijiet u r-reġjuni li għalihom ikunu rreġistrati l-prezzijiet fis-settur taċ-ċanga;

(d)

l-ispezzjonijiet fuq il-post b’rabta mar-rappurtar tal-prezzijiet tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat u tan-nagħaġ f’isem l-Unjoni mill-kumitat ta’ spezzjoni tal-Unjoni.

KAPITOLU II

Miżuri speċjali ta’ intervent

Taqsima I

Miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq

Artikolu 37

Mard tal-annimali

1.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq affetwat sabiex tqis ir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi li jista’ jkun hemm minħabba l-applikazzjoni ta’ miżuri sabiex tiġi evitata l-firxa tal-mard tal-annimali.

Il-miżuri li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għas-setturi li ġejjin:

(a)

għaċ-ċanga u l-vitella;

(b)

għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

(c)

għal-laħam tal-majjal;

(d)

għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż;

(e)

għall-bajd;

(f)

għal-laħam tat-tjur.

2.   Il-miżuri li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jittieħdu fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat (/tal-Istati Membri kkonċernati).

Dawn jistgħu jittieħdu biss jekk l-Istat Membru kkonċernat (/l-Istati Membri kkonċernati) jkun ħa (/ikunu ħadu) miżuri tas-saħħa u miżuri veterinarji malajr sabiex jeqred (/jeqirdu) l-marda, u biss sal-punt u għat-tul ta’ żmien li jkun strettament meħtieġ għall-appoġġ tas-suq ikkonċernat.

Artikolu 38

Telf ta’ fiduċja min-naħa tal-konsumaturi

F’dak li għandu x’jaqsam mas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq sabiex jitqies tfixkil serju fis-suq li jkun attribwit direttament għal telf ta’ fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika jew għas-saħħa tal-annimali.

Dawk il-miżuri għandhom jittieħdu fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat (/tal-Istati Membri kkonċernati).

Artikolu 39

Finanzjament

1.   Għall-miżuri eċċezzjonali msemmija fl-Artikoli 37 u 38, l-Unjoni għandha tipprovdi parti mill-finanzjament li jkun daqs 50 % tan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri.

Madankollu, għas-setturi taċ-ċanga u l-vitella, tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, tal-laħam tal-majjal u tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, l-Unjoni għandha tipprovdi parti mill-finanzjament li jkun daqs 60 % tat-tali nefqa meta tkun qed tiġi miġġielda l-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-produtturi jikkontribwixxu għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri, dan ma jwassalx għal tfixkil fil-kompetizzjoni bejn il-produtturi fi Stati Membri differenti.

Taqsima II

Miżuri fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross

Artikolu 40

Miżuri speċjali tas-suq fis-settur taċ-ċereali

1.   Sabiex ikun hemm reazzjoni effiċjenti u effettiva kontra t-theddid ta’ tfixkil tas-suq, meta dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, adottati fejn meħtieġ skont il-proċedura ta’ urġenza li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 322 , tieħu miżuri speċjali ta’ intervent għas-settur taċ-ċereali. It-tali miżuri ta’ intervent jistgħu jittieħdu b’mod partikulari jekk, f’reġjun wieħed jew aktar tal-Unjoni, il-prezzijiet tas-suq jaqgħu, jew jheddu li jaqgħu, meta mqabbla mal-prezz tal-intervent. [Em. 9]

2.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa b’rabta ma’ dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri jistgħu, b’mod partikulari, ikunu marbutin mal-proċeduri, man-notifiki, mal-kriterji tekniċi u mal-kontrolli fiżiċi u amministrattivi li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.

Artikolu 41

Miżuri speċjali tas-suq fis-settur tar-ross

1.   Sabiex ikun hemm reazzjoni effiċjenti u effettiva kontra t-theddid ta’ tfixkil tas-suq fis-settur tar-ross, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , adottati fejn meħtieġ skont il-proċedura ta’ urġenza, adottati skont l-Artikolu 322 tieħu miżuri speċjali biex:

(a)

tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ intervent pubbliku fuq skala kbira, kif previst fit-Taqsima II tal-Kapitolu I ta’ din il-Parti, f’ċerti reġjuni tal-Unjoni;

(b)

tagħmel tajjeb għal nuqqasijiet tar-ross fil-fosdqa wara li jseħħu diżastri naturali.

2.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tadotta l-miżuri kollha meħtieġa b’rabta ma’ dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri jistgħu, b’mod partikulari, ikunu marbutin mal-proċeduri, man-notifiki, mal-kriterji tekniċi u mal-kontrolli fiżiċi u amministrattivi li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.

Taqsima III

Miżuri fis-settur taz-zokkor

Artikolu 42

Prezz minimu tal-pitravi

1.   Il-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota għandu jkun ta’ EUR 26.29 għal kull tunnellata mis-sena tas-suq tal-2009/2010 ’l quddiem.

2.   Il-prezz minimu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-pitravi ta’ kwalità standard iddefinita fil-Parti B tal-Anness IV.

3.   L-impriżi taz-zokkor li jixtru pitravi tal-kwota li jkun xieraq għall-ipproċessar f’zokkor u li jkun maħsub għall-ipproċessar f’zokkor tal-kwota għandhom ikunu meħtieġa jħallsu tal-inqas il-prezz minimu, aġġustat b’żidiet jew tnaqqis fil-prezz sabiex jippermettu għal devjazzjonijiet mill-kwalità standard.

Sabiex jiġi aġġustat il-prezz f’każ li l-kwalità attwali tal-pitravi tkun differenti mill-kwalità standard, iż-żidiet u t-tnaqqis imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu applikati skont ir-regoli stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 46(a).

4.   Għall-kwantitajiet ta’ pitravi li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta’ zokkor industrijali jew ta’ zokkor żejjed li huma suġġetti għall-imposta fuq l-ammont żejjed li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 57, l-impriża taz-zokkor ikkonċernata għandha taġġusta l-prezz tax-xiri sabiex ikun tal-inqas daqs il-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota.

Artikolu 43

Ftehimiet interprofessjonali

1.   Il-ftehimiet fi ħdan il-qasam u l-kuntratti ta’ kunsinna għandhom ikunu konformi mal-paragrafu 3 u mat-termini tax-xiri li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 46(b), b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet li jirregolaw ix-xiri, il-kunsinna, it-teħid u l-ħlas tal-pitravi.

2.   It-termini għax-xiri tal-pitravi u tal-kannamieli għandhom ikunu rregolati minn ftehimiet fi ħdan il-qasam konklużi bejn dawk li jkabbru din il-materja prima fl-Unjoni u l-impriżi taz-zokkor tal-Unjoni.

3.   Fil-kuntratti ta’ kunsinna, għandha ssir distinzjoni skont jekk il-kwantitajiet taz-zokkor li għandhom ikunu mmanifatturati mill-pitravi humiex:

(a)

zokkor tal-kwota; jew

(b)

zokkor barra mill-kwota.

4.   Kull impriża taz-zokkor għandha tagħti lill-Istat Membru li fih tipproduċi z-zokkor l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kwantitajiet ta’ pitravi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3, li għalihom huma kkonkludew kuntratti ta’ kunsinna ta’ qabel iż-żrigħ u l-kontenut taz-zokkor li fuqu huma bbażati dawk il-kuntratti;

(b)

l-ammont stmat tal-produzzjoni korrispondenti.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu informazzjoni addizzjonali.

5.   L-impriżi taz-zokkor li ma jkunux iffirmaw kuntratti ta’ kunsinna ta’ qabel iż-żrigħ bil-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota għal kwantità ta’ pitravi li tkun daqs iz-zokkor li għalih għandhom kwota, aġġustat, skont il-każ, bil-koeffiċjent għall-irtirar preventiv stabbilit skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2), jeħtieġ li jħallsu mill-inqas il-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota għall-pitravi kollu li huma jipproċessaw f’zokkor.

6.   Suġġetti għall-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, ftehimiet fi ħdan il-qasam jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 3, 4 u 5.

7.   Jekk ma jkun jeżisti ebda ftehim fi ħdan il-qasam, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-passi meħtieġa li jkunu kompatibbli ma’ dan ir-Regolament sabiex iħares l-interessi tal-partijiet ikkonċernati.

Artikolu 44

Imposta fuq il-produzzjoni

1.   Għandha titħallas imposta fuq il-produzzjoni fuq il-kwota taz-zokkor, il-kwota tal-isoglukożju u l-kwota tal-ġulepp tal-inulina li għandhom l-impriżi li jipproduċu z-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina kif imsemmi fl-Artikolu 50(2).

2.   L-imposta fuq il-produzzjoni għandha tkun stabbilita għall-ammont ta’ EUR 12.00 għal kull tunnellata taz-zokkor tal-kwota u tal-ġulepp tal-inulina tal-kwota. Għall-isoglukożju, l-imposta fuq il-produzzjoni għandha tkun stabbilita għal 50 % tal-imposta applikabbli għaz-zokkor.

3.   L-imposta totali fuq il-produzzjoni mħallsa skont il-paragrafu 1 għandha tkun imposta mill-Istat Membru fuq l-impriżi fit-territorju tiegħu skont il-kwota miżmuma matul is-sena tas-suq ikkonċernata.

Il-ħlasijiet għandhom isiru mill-impriżi sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Frar tas-sena tas-suq rilevanti.

4.   L-impriżi taz-zokkor u tal-ġulepp tal-inulina tal-Unjoni jistgħu jeħtieġu lil dawk li jkabbru l-pitravi jew il-kannamieli jew lill-fornituri taċ-ċikwejra jħallsu sa 50 % mill-imposta fuq il-produzzjoni kkonċernata.

Artikolu 45

Irtirar taz-zokkor

1.   Sabiex jinżamm il-bilanċ strutturali tas-suq f’livell ta’ prezzijiet li jkun qrib il-prezz ta’ referenza, u filwaqt li tqis l-impenji tal-Unjoni li ġejjin minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), li tirtira mis-suq, għal sena tas-suq partikulari, dawk il-kwantitajiet ta’ zokkor jew ta’ isoglukosju prodotti skont il-kwoti li jaqbżu l-limitu kkalkulat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-limitu tal-irtirar imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi kkalkulat, għal kull impriża li jkollha kwota, billi l-kwota tagħha tiġi mmultiplikata b’koeffiċjent, li jista’ jiġi stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , sas-16 ta’ Marzu tas-sena tas-suq ta’ qabel, fuq il-bażi tax-xejriet mistennija tas-suq.

Fuq il-bażi tax-xejriet aġġornati tas-suq, il-Kummissjoni tista’, sal-31 ta’ Ottubru tas-sena tas-suq ikkonċernata, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiddeċiedi jew li taġġusta l-koeffiċjent jew, fil-każ fejn ma jkunx ġie stabbilit koeffiċjent skont l-ewwel subparagrafu, li tistabbilixxih.

3.   Kull impriża li tingħata kwota għandha taħżen, bi spejjeż tagħha stess, sal-bidu tas-sena tas-suq ta’ wara, iz-zokkor prodott skont il-kwota li jaqbeż il-limitu kkalkulat skont il-paragrafu 2. Il-kwantitajiet taz-zokkor jew tal-isoglukożju rtirati matul sena tas-suq għandhom ikunu ttrattati bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti skont il-kwota għas-sena tas-suq ta’ wara.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, filwaqt li tqis ix-xejriet mistennija tas-suq taz-zokkor, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiddeċiedi li tqis, għas-sena tas-suq attwali u/jew ta’ wara, iz-zokkor jew l-isoglukożju kollu rtirat jew parti minnu bħala:

(a)

zokkor jew isoglukożju żejjed li huwa disponibbli biex isir zokkor industrijali jew isoglukożju industrijali; jew

(b)

produzzjoni tal-kwota temporanja li parti minnha tista’ tkun riżervata għall-esportazzjoni, li tħares l-impenji tal-Unjoni li ġejjin minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat.

4.   Jekk il-provvista taz-zokkor fl-Unjoni ma tkunx adegwata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiddeċiedi li ċerta kwantità ta’ zokkor irtirata mis-suq tista’ tinbiegħ fis-suq tal-Unjoni qabel ma jintemm il-perjodu ta’ rtirar.

5.   Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jiġi ttrattat bħala l-ewwel produzzjoni taz-zokkor tas-sena tas-suq ta’ wara, il-prezz minimu ta’ dik is-sena tas-suq għandu jitħallas lil dawk li jkabbru l-pitravi.

Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat isir zokkor industrijali jew jiġi esportat skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, m’għandhomx japplikaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 42 dwar il-prezz minimu.

Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jinbiegħ fis-suq tal-Unjoni qabel jintemm il-perjodu ta’ rtirar skont il-paragrafu 4, il-prezz minimu tas-sena tas-suq li tkun għaddejja għandu jitħallas lil dawk li jkabbru l-pitravi.

Artikolu 46

Setgħat iddelegati

Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur taz-zokkor u sabiex tiżgura li l-interessi tal-partijiet kollha jkunu tqiesu kif xieraq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli dwar:

(a)

l-aġġustamenti fil-prezzijiet li għandhom jiġu applikati kif previst fl-Artikolu 42(3);

(b)

il-kuntratti ta’ kunsinna u t-termini ta’ xiri kif imsemmi fl-Artikolu 43(1);

(c)

il-kriterji li l-impriżi taz-zokkor għandhom japplikaw meta jallokaw, fost il-bejjiegħa tal-pitravi, l-kwantitajiet ta’ pitravi li għandhom jiġu koperti mill-kuntratti ta’ kunsinna ta’ qabel iż-żrigħ kif imsemmi fl-Artikolu 43(4).

Taqsima IV

Aġġustament tal-provvista

Artikolu 47

Miżuri sabiex ikun iffaċilitat l-aġġustament tal-provvista għall-ħtiġijiet tas-suq

Sabiex tkun imħeġġa azzjoni mill-organizzazzjonijiet tal-kummerċ u mill-organizzazzjonijiet tal-kummerċ konġunt sabiex ikun iffaċilitat l-aġġustament tal-provvista għar-rekwiżiti tas-suq, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet marbutin mal-irtirar mis-suq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tieħu l-miżuri li ġejjin għas-setturi tal-pjanti ħajjin, taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż, tal-bajd u tat-tjur:

(a)

miżuri għat-titjib tal-kwalità;

(b)

miżuri għall-promozzjoni ta’ organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(c)

miżuri sabiex tkun iffaċilitata r-reġistrazzjoni tax-xejriet fil-prezzijiet tas-suq;

(d)

miżuri li jippermettu l-istabbiliment ta’ previżjonijiet għal perjodu qasir u ta’ previżjonijiet fit-tul abbażi tal-metodi ta’ produzzjoni użati.

Artikolu 48

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta regoli marbutin mal-proċeduri u mal-kundizzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 47.

KAPITOLU III

Sistemi ta’ limitazzjoni tal-produzzjoni

Taqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 49

Sistemi ta’ kwoti u l-potenzjal tal-produzzjoni

1.   Għandha tapplika sistema ta’ kwoti għall-prodotti li ġejjin:

(a)

il-ħalib u l-prodotti l-oħra tal-ħalib fi ħdan it-tifsira tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 58(1);

(b)

iz-zokkor, l-isoglukożju u l-ġulepp tal-inulina.

2.   Għas-sistemi ta’ kwoti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jekk produttur jaqbeż il-kwota rilevanti u, għaz-zokkor, l-isoglukożju u l-ġulepp tal-inulina, ma jużax il-kwantitajiet żejda kif previst fl-Artikolu 54, għandha titħallas imposta fuq l-ammont żejjed fuq it-tali kwantitajiet, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet II u III.

3.   B’rabta mas-settur tal-inbid, ir-regoli dwar il-potenzjal tal-produzzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mat-tħawwil illegali, id-drittijiet tranżizzjonali tat-tħawwil kif ukoll l-iskema għall-qlugħ tad-dwieli għandhom japplikaw skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima V.

Taqsima II

Zokkor

Sottotaqsima I

Allokazzjoni u ġestjoni tal-kwoti

Artikolu 50

Allokazzjoni tal-kwoti

1.   Il-kwoti għall-produzzjoni taz-zokkor, l-isoglukożju u l-ġulepp tal-inulina fil-livell nazzjonali jew reġjonali huma stabbiliti fl-Anness VI.

2.   L-Istati Membri għandhom jallokaw kwota għal kull impriża li tipproduċi z-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina li hija stabbilita fit-territorju tagħhom u li hija approvata skont l-Artikolu 51.

Għal kull impriża, il-kwota allokata għandha tkun daqs il-kwota li kienet allokata lill-impriża għas-sena tas-suq tal-2007/2008 skont ir-Regolament (KE) Nru 318/2006.

3.   Fil-każ tal-allokazzjoni ta’ kwota għal impriża taz-zokkor li jkollha aktar minn unità waħda tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri li huma jqisu bħala meħtieġa sabiex jitqiesu kif dovut l-interessi ta’ dawk li jkabbru l-pitravi u l-kannamieli.

Artikolu 51

Impriżi approvati

1.   Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni lil impriża li tipproduċi z-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina jew lil impriża li tipproċessa dawn il-prodotti fi prodott li tkun inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 55(2) sakemm l-impriża:

(a)

tagħti prova tal-kapaċitajiet professjonali ta’ produzzjoni tagħha;

(b)

taqbel li tipprovdi kwalunkwe informazzjoni u li tkun suġġetta għal kontrolli marbutin ma’ dan ir-Regolament;

(c)

ma tkunx suġġetta għal sospensjoni jew għal irtirar tal-approvazzjoni.

2.   L-impriżi approvati għandhom jagħtu l-informazzjoni li ġejja lill-Istat Membru li fih jinħasdu l-pitravi u l-kannamieli jew li fih isir ir-raffinar:

(a)

il-kwantitajiet ta’ pitravi jew ta’ kannamieli li għalihom ikun ġie konkluż kuntratt ta’ kunsinna, kif ukoll l-ammonti stmati korrispondenti tal-produzzjoni ta’ pitravi jew ta’ kannamieli, u z-zokkor għal kull ettaru;

(b)

dejta dwar il-kunsinni provviżorji u attwali tal-pitravi, tal-kannamieli u taz-zokkor mhux raffinat u dwar il-produzzjoni taz-zokkor u dikjarazzjonijiet dwar il-ħażniet taz-zokkor;

(c)

il-kwantitajiet ta’ zokkor abjad mibjugħ u l-prezzijiet u l-kundizzjonijiet korrispondenti.

Artikolu 52

Aġġustament tal-kwoti nazzjonali

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , taġġusta l-kwoti stabbiliti fl-Anness VI bħala riżultat tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri meħuda skont l-Artikolu 53.

Artikolu 53

Allokazzjoni mill-ġdid tal-kwoti nazzjonali u tnaqqis tal-kwoti

1.   Stat Membru jista’ jnaqqas il-kwota taz-zokkor jew tal-isoglukożju allokata lil impriża stabbilita fit-territorju tiegħu b’ammont sa 10 % għas-sena tas-suq tal-2008/2009 u għas-snin ta’ wara. Huwa u jagħmel dan, l-Istat Membru għandu japplika kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

2.   L-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu l-kwoti bejn l-impriżi skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness VII filwaqt li jqisu l-interessi ta’ kull waħda mill-partijiet ikkonċernati, b’mod partikulari ta’ dawk li jkabbru l-pitravi u l-kannamieli.

3.   Il-kwantitajiet imnaqqsin skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu allokati mill-Istat Membru kkonċernat lil impriża waħda jew aktar fit-territorju tiegħu, kemm jekk din ikollha kwota kif ukoll jekk le.

Sottotaqsima II

Qbiż tal-kwota

Artikolu 54

L-ambitu

Iz-zokkor, l-isoglukożju u l-ġulepp tal-inulina prodotti matul sena tas-suq li jaqbżu l-kwota msemmija fl-Artikolu 50 jistgħu:

(a)

jintużaw għall-ipproċessar ta’ ċerti prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 55;

(b)

jinġarru ’l quddiem għall-produzzjoni tal-kwota tas-sena tas-suq ta’ wara, skont l-Artikolu 56;

(c)

jintużaw għal reġim speċifiku ta’ provvista għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod ta' l-Unjoni (17); jew

(d)

jiġu esportati fil-limitu kwantitattiv stabbilit mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li jitħarsu l-impenji li ġejjin minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat.

Kwantitajiet oħrajn għandhom ikunu suġġetti għall-imposta fuq l-ammont żejjed imsemmija fl-Artikolu 57.

Artikolu 55

Zokkor industrijali

1.   Iz-zokkor industrijali, l-isoglukożju industrijali jew il-ġulepp tal-inulina industrijali għandhom ikunu rriżervati għall-produzzjoni ta’ wieħed mill-prodotti msemmi fil-paragrafu 2 meta:

(a)

jkunu ġew suġġetti għal kuntratt ta’ kunsinna konkluż qabel l-aħħar tas-sena tas-suq bejn produttur u utent li t-tnejn ikunu ngħataw approvazzjoni skont l-Artikolu 51; u

(b)

jkunu twasslu lill-utent sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru tas-sena tas-suq ta’ wara.

2.   Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 321 , tfassal lista ta’ prodotti li għall-produzzjoni tagħhom jista’ jintuża z-zokkor industrijali, l-isoglukożju industrijali jew il-ġulepp tal-inulina industrijali.

Din il-lista għandha tinkludi b’mod partikulari:

(a)

il-bijoetanol, l-alkoħol, ir-rum, il-ħmira ħajja u l-kwantitajiet ta’ ġulepp biex jiddellek u ta’ ġulepp li għandu jiġi pproċessat f’“Rinse appelstroop”;

(b)

ċerti prodotti industrijali mingħajr kontenut taz-zokkor iżda li fl-ipproċessar tagħhom jintuża z-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina;

(c)

ċerti prodotti tal-industrija kimika jew farmaċewtika li fihom iz-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina.

Artikolu 56

Trasferiment ’il quddiem ta’ zokkor żejjed

1.   Kull impriża tista’ tiddeċiedi li tittrasferixxi ’l quddiem parti mill-produzzjoni tagħha jew il-produzzjoni kollha tagħha li taqbeż il-kwota taz-zokkor tagħha, il-kwota tal-isoglukożju tagħha jew il-kwota tal-ġulepp tal-inulina tagħha sabiex titqies bħala parti mill-produzzjoni tas-sena tas-suq ta’ wara. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3, dik id-deċiżjoni għandha tkun irrevokabbli.

2.   Impriżi li jieħdu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

jgħarrfu lill-Istat Membru kkonċernat qabel data li għandha tiġi stabbilita minn dak l-Istat Membru:

bejn l-1 ta’ Frar u l-15 ta’ Awwissu tas-sena tas-suq attwali għall-kwantitajiet ta’ kannamieli li qed jiġu ttrasferiti ’l quddiem,

bejn l-1 ta’ Frar u l-15 ta’ Awwissu tas-sena tas-suq attwali għall-kwantitajiet l-oħra ta’ zokkor jew ta’ ġulepp tal-inulina li qed jiġu ttrasferiti ’l quddiem;

(b)

jintrabtu li jaħżnu t-tali kwantitajiet bi spejjeż tagħhom sa tmiem is-sena tas-suq attwali.

3.   Jekk il-produzzjoni definittiva ta’ impriża fis-sena tas-suq ikkonċernata kienet inqas mill-istima li saret meta ttieħdet id-deċiżjoni skont il-paragrafu 1, il-kwantità ttrasferita ’l quddiem tista’ tiġi aġġustata b’lura sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena tas-suq ta’ wara.

4.   Il-kwantitajiet ittrasferiti 'l quddiem għandhom jitqiesu bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti skont il-kwota tas-sena tas-suq ta’ wara.

5.   Iz-zokkor maħżun skont dan l-Artikolu matul sena tas-suq ma jista’ jkun suġġett għall-ebda miżura ta’ ħżin oħra li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 23 jew 45.

Artikolu 57

Imposta fuq l-ammont żejjed

1.   Dawn il-kwantitajiet huma suġġetti għal imposta fuq l-ammont żejjed:

(a)

iz-zokkor żejjed, l-isoglukożju żejjed u l-ġulepp tal-inulina żejjed prodotti matul kwalunkwe sena tas-suq, ħlief għall-kwantitajiet ittrasferiti ’l quddiem għall-produzzjoni tal-kwota tas-sena tas-suq ta’ wara u maħżuna skont l-Artikolu 56 jew il-kwantitajiet imsemmija fil-punti (ċ) u (d) tal-Artikolu 54;

(b)

iz-zokkor industrijali, l-isoglukożju industrijali u l-ġulepp tal-inulina industrijali li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda prova, sa data li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), li jkunu ġew ipproċessati f’wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 55(2);

(c)

iz-zokkor u l-isoglukożju rtirati mis-suq skont l-Artikolu 45 u li għalihom mhumiex issodisfati l-obbligi li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 45(3).

2.   L-imposta fuq l-ammont żejjed għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), f’livell għoli biżżejjed biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni tal-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-imposta fuq l-ammont żejjed imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun imposta mill-Istat Membru fuq l-impriżi fit-territorju tiegħu skont il-kwantitajiet ta’ produzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu ġew stabbiliti għal dawk l-impriżi għas-sena tas-suq ikkonċernata.

Taqsima III

Ħalib

Sottotaqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 58

Definizzjonijiet

1.   Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima:

(a)

“ħalib” tfisser il-prodott li ġej mit-taħlib ta’ baqra waħda jew aktar;

(b)

“prodotti oħrajn tal-ħalib” tfisser kwalunkwe prodott tal-ħalib minbarra l-ħalib, b’mod partikulari l-ħalib xkumat, il-krema, il-butir, il-jogurt u l-ġobon, li, meta rilevanti, għandhom jinbidlu f’“ekwivalenti tal-ħalib” billi jiġu applikati koeffiċjenti li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a);

(c)

“produttur” tfisser bidwi li għandu impriża li tinsab fit-territorju ġeografiku ta’ Stat Membru, li jipproduċi u jikkummerċjalizza l-ħalib jew li jkun qed iħejji biex jagħmel dan fil-futur qrib;

(d)

“impriża” tfisser impriża kif iddefinita fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(e)

“xerrej” tfisser impriżi jew gruppi li jixtru l-ħalib mingħand il-produtturi:

sabiex jiġbruh, jippakkjawh, jaħżnuh, ikessħuh jew jipproċessawh, inkluż skont kuntratt,

sabiex ibiegħuh lil impriża waħda jew aktar li tittratta jew li tipproċessa l-ħalib jew il-prodotti l-oħra tal-ħalib;

(f)

“kunsinna” tfisser kwalunkwe kunsinna ta’ ħalib, li ma tinkludi l-ebda prodott ieħor tal-ħalib, mingħand produttur għal għand xerrej, kemm jekk it-trasport isir mill-produttur, minn xerrej, minn impriża li tipproċessa jew li tittratta t-tali prodotti u kemm jekk dan isir minn parti terza;

(g)

“bejgħ dirett” tfisser kwalunkwe bejgħ jew trasferiment ta’ ħalib minn produttur direttament lill-konsumaturi, kif ukoll kwalunkwe bejgħ jew trasferiment ta’ prodotti oħra tal-ħalib minn produttur;

(h)

“kummerċjalizzazzjoni” tfisser il-kunsinni tal-ħalib jew il-bejgħ dirett ta’ ħalib jew ta’ prodotti oħra tal-ħalib;

(i)

“kwota individwali” tfisser il-kwota ta’ produttur fl-1 ta’ April ta’ kwalunkwe perjodu ta’ tnax-il xahar;

(j)

“kwota nazzjonali” tfisser il-kwota msemmija fl-Artikolu 59, stabbilita għal kull Stat Membru;

(k)

“kwota disponibbli” tfisser il-kwota disponibbli għall-produtturi fil-31 ta’ Marzu tal-perjodu ta’ tnax-il xahar li għalih hija kkalkulata l-imposta fuq l-ammont żejjed, filwaqt li jitqiesu t-trasferimenti, il-bejgħ, il-konverżjonijiet u l-allokazzjonijiet temporanji mill-ġdid kollha li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament u li jkunu saru matul dak il-perjodu ta’ tnax-il xahar.

2.   F’dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni mogħtija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, kwalunkwe grupp ta’ xerrejja fl-istess żona ġeografika li jwettaq il-ħidmiet amministrattivi u ta’ kontabbiltà meħtieġa għall-ħlas tal-imposta fuq l-ammont żejjed f’isem il-membri tiegħu għandu jitqies bħala xerrej. Għal dak il-għan, il-Greċja għandha titqies bħala żona ġeografika waħda u tista’ tqis entità uffiċjali bħala grupp ta’ xerrejja.

3.   Sabiex tiżgura, b’mod partikulari, li l-ebda kwantità ta’ ħalib jew ta’ prodotti oħra tal-ħalib ikkummerċjalizzata ma tkun eskluża mill-arranġamenti tal-kwota, il-Kummissjoni tista’, filwaqt li tħares id-definizzjoni ta’ “kunsinna” mogħtija fil-punt (f) tal-paragrafu 1, taġġusta d-definizzjoni ta’ “bejgħ dirett” permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 80(1)(i).

4.   Sabiex tiżgura li s-sitwazzjonijiet speċifiċi kollha jkunu koperti mis-sistema tal-kwoti tal-ħalib, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 80(1)(h) tadotta definizzjonijiet speċifiċi marbutin mat-tħaddim tas-sistema.

Sottotaqsima II

Allokazzjoni u ġestjoni tal-kwoti

Artikolu 59

Kwoti nazzjonali

1.   Il-kwoti nazzjonali għall-produzzjoni tal-ħalib u tal-prodotti l-oħra tal-ħalib ikkummerċjalizzati matul seba’ perjodi konsekuttivi ta’ tnax-il xahar li jibdew fl-1 ta’ April 2008 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “perjodi ta’ tnax-il xahar”) huma stabbiliti fl-Anness VIII.

2.   Il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu maqsumin bejn il-produtturi skont l-Artikolu 60, b’distinzjoni bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett. Kwalunkwe qbiż tal-kwoti nazzjonali għandu jiġi stabbilit b’mod nazzjonali f’kull Stat Membru, skont din it-Taqsima u b’distinzjoni bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett.

3.   Il-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness VIII għandhom jiġu stabbiliti mingħajr ħsara għal reviżjoni possibbli fid-dawl tal-qagħda ġenerali tas-suq u tal-kundizzjonijiet partikulari li jeżistu f’ċerti Stati Membri.

4.   Għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja, il-kwoti nazzjonali għandhom jinkludu l-ħalib kollu jew l-ekwivalenti kollu tal-ħalib imwassal lil xerrej jew mibjugħ direttament, irrispettivament minn jekk dan ikunx ġie prodott jew ikkummerċjalizzat skont miżura tranżizzjonali applikabbli f’dawk il-pajjiżi jew le.

5.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta r-regoli kollha meħtieġa marbutin mal-implimentazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu fl-Istati Membri. Dawk ir-regoli jista’ jkollhom x’jaqsmu mal-proċeduri, man-notifiki u mal-kriterji tekniċi.

Artikolu 60

Kwoti individwali

1.   Il-kwota jew il-kwoti individwali tal-produtturi fl-1 ta’ April 2008 għandhom ikunu daqs il-kwoti individwali tagħhom fil-31 ta’ Marzu 2008 mingħajr ħsara għat-trasferimenti, il-bejgħ jew il-konverżjonijiet tal-kwota li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ April 2008.

2.   Il-produtturi jista’ jkollhom jew kwota individwali waħda jew tnejn, waħda għall-kunsinni u l-oħra għall-bejgħ dirett. Il-kwantitajiet ta’ produttur jistgħu jinbidlu minn kwota waħda għall-oħra biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, fuq talba debitament iġġustifikata tal-produttur.

3.   Meta produttur ikollu żewġ kwoti, il-kontribut tiegħu għal kwalunkwe imposta dovuta fuq l-ammont żejjed għandu jkun ikkalkulat b’mod separat għal kull waħda.

4.   Il-parti tal-kwota nazzjonali Finlandiża allokata għall-kunsinni msemmija fl-Artikolu 59 tista’ tiżdied sa ammont li ma jaqbiżx il-200 000 tunnellata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) sabiex jingħata kumpens lill-produtturi tas-“SLOM” Finlandiżi. Din ir-riżerva, li għandha tkun allokata skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandha tintuża esklużivament f’isem il-produtturi li d-dritt tagħhom li jerġgħu jibdew il-produzzjoni jkun ġie affettwat minħabba l-adeżjoni.

5.   Il-kwoti individwali għandhom jinbidlu, fejn xieraq, għal kull wieħed mill-perjodi ta’ tnax-il xahar ikkonċernati, sabiex, għal kull Stat Membru, is-somma tal-kwoti individwali għall-kunsinni u s-somma għall-bejgħ dirett ma taqbiżx il-parti korrispondenti tal-kwota nazzjonali adattata skont l-Artikolu 62, filwaqt li jitqies kwalunkwe tnaqqis magħmul għall-allokazzjoni għar-riżerva nazzjonali kif previst fl-Artikolu 64.

Artikolu 61

Allokazzjoni tal-kwoti mir-riżerva nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli li jippermettu l-allokazzjoni lill-produtturi tal-kwoti kollha mir-riżerva nazzjonali li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 64 jew ta’ parti minnhom abbażi ta’ kriterji oġġettivi li għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 62

Ġestjoni tal-kwoti

1.   Il-Kummissjoni għandha tadatta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 81(a), għal kull Stat Membru u għal kull perjodu, qabel tmiem dak il-perjodu, id-diviżjoni tal-kwoti nazzjonali f’“kunsinni” u “bejgħ dirett”, fid-dawl tal-konverżjonijiet mitluba mill-produtturi bejn kwoti individwali għall-kunsinni u għall-bejgħ dirett.

2.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, sad-dati li għandhom jiġu stabbiliti minnha permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , u skont ir-regoli li għandhom jiġu stabbiliti minnha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 316(3), l-informazzjoni meħtieġa biex:

(a)

isir l-adattament imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

tiġi kkalkulata l-imposta fuq l-ammont żejjed li huma għandhom iħallsu.

3.   Ir-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 80(2)(b) u permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 81(g).

Artikolu 63

Kontenut tax-xaħam

1.   Kull produttur għandu jingħata kontenut ta’ referenza tax-xaħam, li għandu jiġi applikat għall-kwota individwali għall-kunsinni allokati lil dak il-produttur.

2.   Għall-kwoti allokati lill-produtturi fil-31 ta’ Marzu 2008 skont l-Artikolu 60(1), il-kontenut ta’ referenza tax-xaħam imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun l-istess bħall-kontenut ta’ referenza tax-xaħam applikat għal dik il-kwota f’dik id-data.

3.   Il-kontenut ta’ referenza tax-xaħam għandu jinbidel matul il-konverżjoni msemmija fl-Artikolu 60(2) u meta l-kwoti jinkisbu, jiġu ttrasferuti jew jiġu ttrasferuti b’mod temporanju skont ir-regoli li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 81(b).

4.   Għall-produtturi l-ġodda li għandhom kwota individwali għall-kunsinni allokata għal kollox mir-riżerva nazzjonali, il-kontenut tax-xaħam għandu jkun stabbilit skont ir-regoli li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 81(b).

5.   Il-kontenut ta’ referenza individwali tax-xaħam imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun aġġustat, fejn xieraq, mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u, minn hemm ’il quddiem, fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ tnax-il xahar kif meħtieġ, sabiex, għal kull Stat Membru, il-medja ppeżata tal-kontenuti tax-xaħam rappreżentattivi individwali ma taqbiżx il-kontenut ta’ referenza tax-xaħam stabbilit fl-Anness IX b’aktar minn 0.1 gramma għal kull kilogramm.

Artikolu 64

Riżerva nazzjonali

1.   Kull Stat Membru għandu jwaqqaf riżerva nazzjonali bħala parti mill-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness VIII, b’mod partikulari bil-għan li jagħmel l-allokazzjonijiet li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 61. Fir-riżerva nazzjonali għandhom jidħlu, kif meħtieġ, kwantitajiet li jkunu rtirati kif previst fl-Artikolu 65, kwantitajiet li jinżammu mit-trasferimenti kif previst fl-Artikolu 69, jew kwantitajiet li jkunu ġejjin mit-tnaqqis ġenerali tal-kwoti individwali kollha. Il-kwoti kkonċernati għandhom iżommu l-għan oriġinali tagħhom, jiġifieri l-kunsinni jew il-bejgħ dirett.

2.   Kwalunkwe kwota addizzjonali allokata lil Stat Membru għandha titpoġġa awtomatikament fir-riżerva nazzjonali u għandha tinqasam f’kunsinni u bejgħ dirett skont il-ħtiġijiet previsti.

3.   Il-kwoti mpoġġija fir-riżerva nazzjonali m’għandhomx ikollhom kontenut ta’ referenza tax-xaħam.

Artikolu 65

Każijiet ta’ inattività

1.   Meta persuna fiżika jew ġuridika li għandha kwoti individwali ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1) matul perjodu ta’ tnax-il xahar, il-kwantitajiet korrispondenti għandhom imorru lura fir-riżerva nazzjonali sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April tas-sena kalendarja ta’ wara, ħlief meta dik il-persuna terġa’ ssir produttur skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 58(1) qabel dik id-data.

Meta dik il-persuna terġa’ ssir produttur sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni perjodu ta’ tnax-il xahar wara l-irtirar, il-kwota individwali kollha li tkun ġiet irtirata, jew parti minnha, għandha tingħata lura lil dik il-persuna sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April ta’ wara d-data tal-applikazzjoni.

2.   Meta l-produtturi ma jikkummerċjalizzawx kwantità li tkun mill-inqas daqs 85 % tal-kwota individwali tagħhom matul mill-inqas perjodu wieħed ta’ tnax-il xahar, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk il-kwota li ma tkunx intużat jew parti minnha għandhiex tmur lura fir-riżerva nazzjonali, u b’liema kundizzjonijiet għandu jseħħ dan.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu b’liema kundizzjonijiet kwota tista’ tkun allokata mill-ġdid lill-produttur ikkonċernat jekk hu jerġa’ jibda jikkummerċjalizza l-prodotti.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw f’każijiet ta’ forza maġġuri u f’każijiet debitament iġġustifikati li jaffettwaw temporanjament il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-produtturi kkonċernati u li huma rrikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 66

Trasferimenti temporanji

1.   Sa tmiem kull perjodu ta’ tnax-il xahar, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw, għall-perjodu kkonċernat, kwalunkwe trasferiment temporanju ta’ parti mill-kwoti individwali li l-produtturi li huma intitolati għalihom mhux beħsiebhom jużaw.

L-Istati Membri jistgħu jirregolaw operazzjonijiet ta’ trasferiment skont il-kategoriji tal-produtturi jew skont l-istrutturi tal-produzzjoni tal-ħalib ikkonċernati, jistgħu jillimitawhom għal-livell tax-xerrej jew fir-reġjuni, jawtorizzaw trasferimenti sħaħ fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 65(3) u jiddeċiedu sa liema punt dak li jkun qed jittrasferixxi l-kwoti jista’ jirrepeti operazzjonijiet ta’ trasferiment.

2.   Kwalunkwe Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma jimplimentax il-paragrafu 1 abbażi ta’ waħda mill-kriterji li ġejjin jew tat-tnejn li huma:

(a)

il-ħtieġa li jkunu ffaċilitati l-bidliet u l-aġġustamenti strutturali;

(b)

ħtiġijiet amministrattivi iktar importanti.

Artikolu 67

Trasferimenti ta’ kwoti flimkien mal-art

1.   Il-kwoti individwali għandhom jiġu ttrasferiti mal-impriża lill-produtturi li jeħduha meta din tinbiegħ, tinkera, tkun ittrasferita b’wirt attwali jew antiċipat jew bi kwalunkwe mezz ieħor li jinvolvi effetti legali komparabbli għall-produtturi, skont regoli ddettaljati li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu ż-żoni użati għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib jew kriterji oġġettivi oħra u, fejn applikabbli, kwalunkwe ftehim bejn il-partijiet. Il-parti tal-kwota li, fejn applikabbli, ma tkunx ġiet ittrasferita mal-impriża għandha tiżdied mar-riżerva nazzjonali.

2.   Meta jkunu ġew ittrasferiti kwoti skont il-paragrafu 1 permezz ta’ kirjiet rurali jew permezz ta’ mezzi oħrajn li jinvolvu effetti legali komparabbli, jew meta l-kwoti jkunu ttrasferiti b’dan il-mod, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u bil-ħsieb li jiżguraw li l-kwoti jkunu attribwiti biss lill-produtturi, li l-kwota m’għandhiex tiġi ttrasferita mal-impriża.

3.   Meta l-art tiġi ttrasferita lill-awtoritajiet pubbliċi u/jew għall-użu tal-interess pubbliku, jew meta t-trasferiment iseħħ għal għanijiet mhux agrikoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jitħarsu l-interessi leġittimi tal-partijiet, u, b’mod partikulari, għandhom jiżguraw li l-produtturi li qed jagħtu t-tali art ikunu f’pożizzjoni li jkomplu l-produzzjoni tal-ħalib jekk jixtiequ jagħmlu dan.

4.   Meta ma jkunx hemm ftehim bejn il-partijiet, fil-każ ta’ kirjiet li waslu biex jintemmu mingħajr ebda possibbiltà ta’ tiġdid b’termini simili, jew f’sitwazzjonijiet li jinvolvu effetti legali komparabbli, il-kwoti individwali kkonċernati għandhom jiġu ttrasferiti kollha, jew b’mod parzjali, lill-produttur li jkun qed jeħodhom, skont id-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi tal-partijiet.

Artikolu 68

Miżuri speċjali ta’ trasferiment

1.   Sabiex isir ristrutturar b’suċċess tal-produzzjoni tal-ħalib jew sabiex jittejjeb l-ambjent, l-Istati Membri jistgħu, skont regoli ddettaljati li huma għandhom jistabbilixxu, u filwaqt li jqisu l-interessi leġittimi tal-partijiet ikkonċernati:

(a)

jagħtu kumpens, fi ħlas wieħed annwali jew aktar, lill-produtturi li jintrabtu li jabbandunaw b’mod permanenti l-produzzjoni kollha tal-ħalib tagħhom jew parti minnha u jpoġġu l-kwoti individwali li jkunu rrilaxxati b’dan il-mod fir-riżerva nazzjonali;

(b)

jiddeċiedu, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, l-kundizzjonijiet li bihom il-produtturi jistgħu jiksbu, bi ħlas, fil-bidu ta’ perjodu ta’ tnax-il xahar, l-allokazzjoni mill-ġdid, mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura minn dik l-awtorità, ta’ kwoti individwali rrilaxxati definittivament, fi tmiem il-perjodu ta’ tnax-il xahar ta’ qabel, minn produtturi oħrajn b’kumpens, fi ħlas wieħed annwali jew aktar, li jkun daqs il-ħlas imsemmi hawn fuq;

(c)

jiċċentralizzaw u jimmonitorjaw it-trasferimenti tal-kwoti mingħajr l-art;

(d)

jipprovdu, fil-każ ta’ art ittrasferita bil-ħsieb li jittejjeb l-ambjent, sabiex il-kwota individwali kkonċernata tkun allokata lil produttur li jkun qed jagħti l-art iżda li jixtieq ikompli l-produzzjoni tal-ħalib;

(e)

jiddeċiedu, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, ir-reġjuni jew iż-żoni tal-ġbir li fihom huwa awtorizzat it-trasferiment permanenti tal-kwoti mingħajr it-trasferiment tal-art korrispondenti, bil-għan li tittejjeb l-istruttura tal-produzzjoni tal-ħalib;

(f)

jawtorizzaw, wara li ssir applikazzjoni minn produttur lill-awtorità kompetenti jew lil entità maħtura minn dik l-awtorità, it-trasferiment definittiv tal-kwoti mingħajr it-trasferiment tal-art korrispondenti, jew viċeversa, bil-għan li tittejjeb l-istruttura tal-produzzjoni tal-ħalib fil-livell tal-impriża jew sabiex tkun permessa l-estensifikazzjoni tal-produzzjoni.

2.   Il-paragrafu 1 jista’ jiġi implimentat fuq livell nazzjonali, fil-livell territorjali x-xieraq jew f’żoni tal-ġbir speċifiċi.

Artikolu 69

Żamma tal-kwoti

1.   Fil-każ tat-trasferimenti msemmija fl-Artikoli 67 u 68, l-Istati Membri jistgħu, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, iżommu parti mill-kwoti individwali għar-riżerva nazzjonali tagħhom.

2.   Meta jkunu ġew ittrasferiti kwoti skont l-Artikoli 67 u 68, flimkien mal-art korrispondenti jew mingħajrha, permezz ta’ kirjiet rurali jew permezz ta’ mezzi oħrajn li jinvolvu effetti legali komparabbli, jew meta l-kwoti jkunu ttrasferiti b’dan il-mod, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u bil-ħsieb li jiżguraw li l-kwoti jkunu attribwiti biss lill-produtturi, jekk il-kwota kollha ttrasferita jew parti minnha għandhiex tmur lura fir-riżerva nazzjonali, u b’liema kundizzjonijiet għandu jseħħ dan.

Artikolu 70

Għajnuna għall-akkwist tal-kwoti

L-ebda għajnuna finanzjarja marbuta direttament mal-akkwist tal-kwoti ma tista’ tingħata minn kwalunkwe awtorità pubblika għall-bejgħ, it-trasferiment jew l-allokazzjoni tal-kwoti skont din it-Taqsima.

Sottotaqsima III

Qbiż tal-kwota

Artikolu 71

Imposta fuq l-ammont żejjed

1.   Għandha titħallas imposta fuq l-ammont żejjed fuq il-ħalib u l-prodotti l-oħra tal-ħalib ikkummerċjalizzati li jaqbżu l-kwota nazzjonali stabbilita skont is-Sottotaqsima II.

L-imposta għandha tkun ta’ EUR 27.83 għal kull 100 kilogramma ta’ ħalib.

Madankollu, għall-perjodi ta’ tnax-il xahar li jibdew fl-1 ta’ April 2009 u fl-1 ta’ April 2010, l-imposta fuq l-ammont żejjed għall-ħalib imwassal li jaqbeż il-106 % tal-kwota nazzjonali għall-kunsinni applikabbli għall-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda mill-1 ta’ April 2008 għandha tkun ta’ 150 % tal-imposta msemmija fit-tieni subparagrafu.

2.   B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għall-perjodi ta’ 12-il xahar li jibdew mill-1 ta’ April 2009 u l-1 ta’ April 2010 u għall-kunsinni, l-imposta fuq l-ammont żejjed għandha titħallas fuq il-ħalib ikkummerċjalizzat li jaqbeż il-kwota nazzjonali stabbilita skont is-Sottotaqsima II u mnaqqsa bil-kwoti individwali għall-kunsinni meħuda fir-riżerva nazzjonali skont l-Artikolu 68(1)(a) mit-30 ta’ Novembru 2009 u miżmuma fiha sal-31 ta’ Marzu tal-perjodu ta’ 12-il xahar ikkonċernat.

3.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli lejn l-Unjoni għall-imposta fuq l-ammont żejjed li tkun ġejja mill-ammonti maqbużin tal-kwota nazzjonali, iddeterminata fuq livell nazzjonali u b’mod separat għall-kunsinni u għall-bejgħ dirett, u huma għandhom, bejn is-16 ta’ Ottubru u t-30 ta’ Novembru ta’ wara l-perjodu ta’ tnax-il xahar ikkonċernat, iħallsu 99 % tal-ammont dovut lill-FAEG.

4.   Id-differenza bejn l-ammont tal-imposta fuq l-ammont żejjed li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 u dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tintuża mill-Istat Membru sabiex jiffinanzja miżuri ta’ ristrutturar fis-settur tal-ħalib.

5.   Jekk l-imposta fuq l-ammont żejjed li dwarha hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 ma tkunx tħallset qabel id-data dovuta u wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni l-Kummissjoni għandha , wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tnaqqas, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 81(d) ta’ dan ir-Regolament, somma li tkun daqs l-imposta fuq l-ammont żejjed mhux imħallsa mill-ħlasijiet ta’ kull xahar skont it-tifsira tal-Artikoli 14 u 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 ta’ dak ir-Regolament . Qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha twissi lill-Istat Membru kkonċernat, li għandu jgħarraf il-pożizzjoni tiegħu fi żmien ġimgħa. L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 m’għandux japplika. [Em. 10]

Artikolu 72

Kontribut tal-produtturi għall-imposta fuq l-ammont żejjed dovuta

L-imposta fuq l-ammont żejjed għandha tkun allokata kollha, skont l-Artikoli 73 u 76, fost il-produtturi li kkontribwew għal kull wieħed mill-ammonti maqbuża tal-kwoti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 59(2).

Mingħajr ħsara għall-Artikoli 73(2) u 76(1), il-produtturi għandhom ikunu responsabbli lejn l-Istat Membru għall-ħlas tal-kontribut tagħhom għall-imposta fuq l-ammont żejjed dovuta, ikkalkulata skont l-Artikoli 62, 63 u 73, għas-sempliċi raġuni li qabżu l-kwoti li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom.

Għall-perjodi ta’ 12-il xahar li jibdew mill-1 ta’ April 2009 u l-1 ta’ April 2010 u għall-kunsinni, l-imposta fuq l-ammont żejjed għandha tkun allokata b’mod sħiħ, skont l-Artikoli 73 u 76, fost il-produtturi li kkontribwew biex tinqabeż il-kwota nazzjonali, kif stabbilit b’applikazzjoni tal-Artikolu 71(2).

Artikolu 73

Imposta fuq l-ammont żejjed fuq il-kunsinni

1.   Sabiex jiġi kkalkulat l-ammont definittiv tal-imposta fuq l-ammont żejjed, il-kwantitajiet imwassla minn kull produttur għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu sabiex ikunu jirriflettu kwalunkwe differenza bejn il-kontenut reali tax-xaħam u l-kontenut ta’ referenza tax-xaħam.

Fuq livell nazzjonali, l-imposta fuq l-ammont żejjed għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tas-somma tal-kunsinni, aġġustata skont l-ewwel subparagrafu.

2.   Il-kontribut ta’ kull produttur għall-ħlas tal-imposta fuq l-ammont żejjed għandu jiġi stabbilit b’deċiżjoni tal-Istat Membru, wara li kwalunkwe parti tal-kwota nazzjonali allokata għall-kunsinni li ma tkunx intużat tiġi allokata mill-ġdid jew le, b’mod li jkun proporzjonali għall-kwoti individwali ta’ kull produttur jew skont kriterji oġġettivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri:

(a)

jew fil-livell nazzjonali abbażi tal-ammont li bih inqabżet il-kwota ta’ kull produttur;

(b)

jew l-ewwel fuq il-livell tax-xerrej u minn hemm ’il quddiem fil-livell nazzjonali skont il-każ.

Meta japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 71(1), l-Istati Membri, huma u jistabbilixxu l-kontribut ta’ kull produttur għall-ammont tal-imposta li għandha titħallas minħabba l-applikazzjoni tar-rata ogħla msemmija f’dak is-subparagrafu, għandhom jiżguraw li dan l-ammont jingħata b’mod proporzjonat mill-produtturi responsabbli skont kriterji oġġettivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru.

Artikolu 74

Rwol tax-xerrejja

1.   Ix-xerrejja għandhom ikunu responsabbli għall-ġbir, mingħand il-produtturi, tal-kontributi li dawn tal-aħħar ikollhom jagħtu minħabba l-imposta fuq l-ammont żejjed, u għandhom iħallsu lill-entità kompetenti tal-Istat Membru, qabel data u skont proċedura li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 81(d), (f) u (g), l-ammont ta’ dawn il-kontributi mnaqqas mill-prezz tal-ħalib imħallas lill-produtturi responsabbli għall-ammont żejjed jew, fin-nuqqas ta’ dan, miġbur bi kwalunkwe mod ieħor li jkun xieraq.

2.   Meta xerrej jieħu post xerrej wieħed ieħor jew aktar, għal kollox jew b’mod parzjali, il-kwoti individwali disponibbli għall-produtturi għandhom jitqiesu għall-bqija tal-perjodu ta’ tnax-il xahar li jkun għaddej, wara li jitnaqqsu l-kwantitajiet li jkunu diġà twasslu u filwaqt li jitqies il-kontenut tax-xaħam tagħhom. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll meta produttur jittrasferixxi minn xerrej għal ieħor.

3.   Meta, matul perjodu ta’ referenza, il-kwantitajiet imwassla minn produttur jaqbżu l-kwota disponibbli għal dak il-produttur, l-Istat Membru rilevanti jista’ jiddeċiedi li x-xerrej għandu jnaqqas parti mill-prezz tal-ħalib fi kwalunkwe kunsinna mill-produttur ikkonċernat li jaqbeż il-kwota, bħala ħlas bil-quddiem tal-kontribut tal-produttur, skont regoli ddettaljati stabbiliti mill-Istat Membru. L-Istat Membru jista’ jagħmel arranġamenti speċifiċi sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jnaqqsu dan il-ħlas bil-quddiem meta l-produtturi jagħtu kunsinni lil diversi xerrejja.

Artikolu 75

Approvazzjoni

L-istatus ta’ xerrej għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Istat Membru skont kriterji li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 80(1)(f).

Artikolu 76

Imposta fuq l-ammont żejjed fuq il-bejgħ dirett

1.   Fil-każ tal-bejgħ dirett, il-kontribut ta’ kull produttur għall-ħlas tal-imposta fuq l-ammont żejjed għandu jkun stabbilit b’deċiżjoni tal-Istat Membru, wara li kwalunkwe parti tal-kwota nazzjonali allokata għall-bejgħ dirett li ma tkunx intużat tiġi allokata mill-ġdid jew le, fil-livell territorjali x-xieraq jew fil-livell nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-bażi tal-kalkolu tal-kontribut tal-produttur għall-imposta fuq l-ammont żejjed dovuta fuq il-kwantità totali ta’ ħalib mibjugħ, ittrasferit jew użat għall-manifattura tal-prodotti tal-ħalib mibjugħin jew ittrasferiti, billi japplikaw il-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni.

3.   Ma għandha titqies ebda korrezzjoni marbuta mal-kontenut tax-xaħam għall-għan tal-kalkolu tal-ammont definittiv tal-imposta fuq l-ammont żejjed.

Artikolu 77

Ammonti żejda mħallsa jew ammonti mhux imħallsa

1.   Meta, fil-każ tal-kunsinni jew tal-bejgħ dirett, jinstab li trid titħallas l-imposta fuq l-ammont żejjed u l-kontribut miġbur mill-produtturi jkun akbar minn dik l-imposta, l-Istat Membru jista’:

(a)

juża l-ammont żejjed kollu jew parti minnu sabiex jiffinanzja l-miżuri mogħtija fil-punt (a) tal-Artikolu 68(1), u/jew

(b)

iqassmu kollu mill-ġdid jew iqassam parti minnu mill-ġdid lill-produtturi li:

(i)

jaqgħu fi ħdan kategoriji ta’ prijorità stabbiliti mill-Istat Membru fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u f’perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni, jew

(ii)

huma affettwati minn sitwazzjoni eċċezzjonali li ġejja minn regola nazzjonali li mhix marbuta mas-sistema tal-kwoti għall-ħalib u għall-prodotti l-oħra tal-ħalib stabbilita b’dan il-Kapitolu.

2.   Meta jkun stabbilit li ma għandha titħallas l-ebda imposta fuq l-ammont żejjed, kwalunkwe ħlas bil-quddiem li jkun inġabar mix-xerrejja jew mill-Istat Membru għandu jitħallas lura sa mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta’ tnax-il xahar ta’ wara.

3.   Meta xerrej ma jirrispettax l-obbligu li jiġbor il-kontribut tal-produtturi għall-imposta fuq l-ammont żejjed skont l-Artikolu 74, l-Istat Membru jista’ jiġbor l-ammonti mhux imħallsa direttament mingħand il-produttur, mingħajr ħsara għal kwalunkwe penali li huwa jista’ jimponi fuq ix-xerrej li jkun naqas minn dmiru.

4.   Meta produttur jew xerrej jonqos milli jirrispetta l-limitu taż-żmien għall-ħlas, l-imgħax fuq l-arretrati li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għandhom jitħallsu lill-Istat Membru.

Taqsima IV

Regoli proċedurali għall-kwoti taz-zokkor u tal-ħalib

Sottotaqsima I

Regoli proċedurali għall-kwoti taz-zokkor

Artikolu 78

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex tiżgura li l-impriżi msemmija fl-Artikolu 51 jikkonformaw mal-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , regoli dwar l-għoti jew l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tali impriżi u dwar il-modifika tad-dati stipulati fl-Artikolu 56 , kif ukoll il-kriterji għall-penali amministrattivi. [Em. 11]

2.   Sabiex tqis il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur taz-zokkor u tiżgura li l-interessi tal-partijiet kollha jitqiesu kif jixraq, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , iktar definizzjonijiet, fosthom tal- relatati mal- produzzjoni taz-zokkor, tal-isoglukożju u tal-ġulepp tal-inulina u tal-produzzjoni ta’ impriża; kif ukoll il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bejgħ lir-reġjuni l-aktar imbiegħda.

3.   Sabiex tiżgura li dawk li jkabbru l-pitravi jkunu marbutin mill-qrib ma’ deċiżjoni biex ċerta kwantità tal-produzzjoni tingħadda ’l quddiem għas-sena ta’ wara, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi regoli dwar it-trasferiment ’il quddiem taz-zokkor.

Artikolu 79

Setgħat ta’ implimentazzjoni

F’dak li għandu x’jaqsam mal-impriżi msemmija fl-Artikolu 51, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tistabbilixxi regoli:

(a)

dwar l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni mill-impriżi, ir-reġistri li għandhom jinżammu mill-impriżi approvati u l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-impriżi approvati;

(b)

dwar is-sistema ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri fuq l-impriżi approvati;

(c)

dwar il-komunikazzjonijiet tal-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-impriżi approvati;

(d)

dwar il-kunsinna ta’ materja prima lill-impriżi, fosthom il-kuntratti ta’ kunsinna u n-noti tal-kunsinna;

(e)

dwar l-ekwivalenza fir-rigward taz-zokkor imsemmi fl-Artikolu 54(a);

(f)

għar-reġim speċifiku ta’ provvista għar-reġjuni l-aktar imbiegħda;

(g)

dwar l-esportazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 54(d);

(h)

dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex ikunu żgurati kontrolli effettivi;

(i)

dwar il-bdil tad-dati stabbiliti fl-Artikolu 56; [Em. 12]

(j)

għall-istabbiliment tal-kwantità żejda, il-komunikazzjonijiet u l-ħlas tal-imposta fuq l-ammont żejjed imsemmija fl-Artikolu 57.

Sottotaqsima II

Regoli proċedurali għall-kwoti tal-ħalib

Artikolu 80

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex tiżgura li s-sistema tal-kwoti tal-ħalib tilħaq l-għan tagħha, b’mod partikulari l-użu effiċjenti tal-kwota individwali u l-kalkolu, il-ġbir u l-użu korretti tal-imposta, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli dwar:

(a)

il-konverżjonijiet temporanji u definittivi tal-kwoti;

(b)

il-metodi għall-kalkolu tal-imposta;

(c)

l-allokazzjoni mill-ġdid ta’ kwoti li ma jkunux intużaw;

(d)

il-limitu għall-applikazzjoni tal-korrezzjoni tal-kontenut tax-xaħam;

(e)

l-obbligu tal-produtturi li jwasslu l-kunsinni lil xerrejja approvati;

(f)

l-approvazzjoni tax-xerrejja;

(g)

il-kriterji oġġettivi għat-tqassim mill-ġdid tal-imposta żejda;

(h)

definizzjonijiet speċifiċi marbutin mat-tħaddim tas-sistema;

(i)

l-aġġustament tad-definizzjoni tal-“bejgħ dirett”, filwaqt li titqies id-definizzjoni ta’ “kunsinna” mogħtija fil-punt (f) tal-Artikolu 58(1).

2.   Sabiex tiżgura li l-operaturi u l-Istati Membri jħarsu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli dwar:

(a)

il-penali f’każijiet fejn il-produtturi jew ix-xerrejja jonqsu milli jħarsu l-obbligi tagħhom, b’mod partikulari fir-rigward tal-limiti taż-żmien għall-ħlas tal-imposta, il-kunsinna lil xerrej approvat, ir-rappurtar tal-kunsinni u tal-bejgħ dirett, it-twassil ta’ stqarrijiet jew dikjarazzjonijiet mhux korretti u n-nuqqas li jinżammu reġistri aġġornati;

(b)

il-penali li għandhom ikunu applikati fuq l-Istati Membri li ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom kif stabbiliti fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 81

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), ir-regoli kollha meħtieġa, fosthom:

(a)

il-konverżjonijiet definittivi tal-kwoti u d-diviżjoni tal-kwota nazzjonali bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett;

(b)

l-istabbiliment ta’ koeffiċjent għall-kwota individwali tal-kontenut tax-xaħam, il-korrezzjoni tal-kontenut tax-xaħam u r-reġistrazzjoni tal-qbiż tal-kontenut tax-xaħam tal-kwota nazzjonali;

(c)

l-istabbiliment ta’ ekwivalenzi tal-ħalib;

(d)

il-limitu taż-żmien u l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju applikabbli dwar il-ħlas tal-mposta u t-tqassim mill-ġdid tal-imposta żejda, it-tnaqqis tal-ħlasijiet bil-quddiem f’każijiet fejn ma tħarsux il-limiti taż-żmien;

(e)

ir-rati tal-imgħax applikabbli f’każijiet ta’ ħlas tard, talba korretta tal-imposta u l-użu tal-imposta ta’ 1 % li m’għandhiex titħallas lill-FAEG;

(f)

li tinforma lill-produtturi b’definizzjonijiet ġodda, il-komunikazzjoni tal-kwota individwali u n-notifika tal-imposta;

(g)

il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ arranġamenti għall-imposta fis-settur tal-ħalib;

(h)

it-tfassil ta’ stqarrija tal-kunsinni u tad-dikjarazzjonijiet tal-bejgħ dirett;

(i)

l-obbligi tax-xerrejja u tal-produtturi li jfasslu dikjarazzjonijiet, iżommu reġistri u jipprovdu informazzjoni;

(j)

il-kontrolli fuq il-kunsinni u l-bejgħ dirett.

Taqsima V

Potenzjal tal-produzzjoni fis-settur tal-inbid

Sottotaqsima I

Tħawwil illegali

Artikolu 82

Tħawwil illegali li sar wara l-31 ta’ Awwissu 1998

1.   Il-produtturi għandhom jaqilgħu, bi spejjeż tagħhom, id-dwieli li jinsabu f’żoni li jkunu tħawlu bid-dwieli mingħajr dritt korrispondenti għat-tħawwil wara l-31 ta’ Awwissu 1998, fejn dan ikun applikabbli.

2.   Sakemm isir il-qlugħ tad-dwieli skont il-paragrafu 1, l-għeneb u prodotti magħmulin mill-għeneb li jkunu ġejjin miż-żoni msemmija f’dak il-paragrafu jistgħu jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni biss għall-għanijiet tad-distillazzjoni, u bi spejjeż tal-produttur biss. Il-prodotti li jiġu mid-distillazzjoni ma jistgħux jintużaw fil-preparazzjoni ta’ alkoħol li jkollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ 80 % tal-volum jew inqas.

3.   Mingħajr ħsara, fejn applikabbli, għall-penali preċedenti imposti mill-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jimponu penali fuq il-produtturi li ma jkunux ikkonformaw ma’ dan l-obbligu ta’ qlugħ tad-dwieli, li jkunu proporzjonali għall-gravità, il-firxa u t-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ konformità.

4.   It-tmiem tal-projbizzjoni tranżizzjonali fuq it-tħawwil il-ġdid fil-31 ta’ Diċembru 2015, kif previst fl-Artikolu 89(1), ma għandux jaffettwa l-obbligi li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan l-Artikolu.

Artikolu 83

Regolarizzazzjoni obbligatorja tat-tħawwil illegali li sar qabel l-1 ta’ Settembru 1998

1.   Il-produtturi għandhom, bi ħlas u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009, jirregolarizzaw iż-żoni mħawlin bid-dwieli qabel l-1 ta’ Settembru 1998 mingħajr dritt korrispondenti għat-tħawwil, fejn dan ikun applikabbli.

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe proċedura skont l-approvazzjoni tal-kontijiet, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal żoni rregolarizzati fuq il-bażi tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (18).

2.   Il-ħlas imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri. Dan għandu jkun tal-inqas daqs il-valur medju tad-dritt korrispondenti għat-tħawwil fir-reġjun ikkonċernat għal darbtejn.

3.   Sakemm issir ir-regolarizzazzjoni skont il-paragrafu 1, l-għeneb u prodotti magħmulin mill-għeneb li jkunu ġejjin miż-żoni msemmija f’dak il-paragrafu jistgħu jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni biss għall-għanijiet tad-distillazzjoni, u bi spejjeż tal-produttur biss. Il-prodotti ma jistgħux jintużaw fil-preparazzjoni ta’ alkoħol li jkollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ 80 % tal-volum jew inqas.

4.   Il-produtturi kkonċernati għandhom jaqilgħu, bi spejjeż tagħhom, id-dwieli miż-żoni illegali msemmija fil-paragrafu 1 li ma jkunux irregolarizzati skont dak il-paragrafu sal-31 ta’ Diċembru 2009.

L-Istati Membri għandhom jimponu penali fuq il-produtturi li ma jikkonformawx ma’ dan l-obbligu ta’ qlugħ tad-dwieli, li jkunu proporzjonali għall-gravità, il-firxa u t-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ konformità.

Sakemm isir il-qlugħ tad-dwieli msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-paragrafu 3 għandu japplika mutatis mutandis.

5.   It-tmiem tal-projbizzjoni tranżizzjonali fuq it-tħawwil il-ġdid fil-31 ta’ Diċembru 2015, kif previst fl-Artikolu 89(1), ma għandux jaffettwa l-obbligi li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-paragrafi 3 u 4.

Artikolu 84

Verifika tan-nuqqas ta’ ċirkolazzjoni u tad-distillazzjoni

1.   B’rabta mal-Artikolu 82(2) u l-Artikolu 83(3) u (4), l-Istati Membri għandhom jitolbu prova tan-nuqqas ta’ ċirkolazzjoni tal-prodotti kkonċernati jew, fejn il-prodotti kkonċernati jkunu distillati, il-preżentazzjoni tal-kuntratti ta’ distillazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jivverifikaw in-nuqqas ta’ ċirkolazzjoni u d-distillazzjoni li msemmija fil-paragrafu 1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, għandhom jimponu penali.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni ż-żoni suġġetti għad-distillazzjoni u l-volumi tal-alkoħol korrispondenti.

Artikolu 85

Miżuri ta’ akkumpanjament

Iż-żoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 83(1), sakemm ma jkunux irregolarizzati, u ż-żoni msemmija fl-Artikolu 82(1) m’għandhomx jibbenefikaw minn xi miżura ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni.

Artikolu 86

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex ikun żgurat li l-produtturi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont din is-Sottotaqsima, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta dispożizzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ ċirkolazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 84(1), kif ukoll dwar il-penali li l-Istati Membri jistgħu jimponu f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi msemmija.

2.   Sabiex tiżgura li t-tħawwil illegali jkun innutat u jiġi eliminat b’mod effiċjenti, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att delegat, tadotta regoli biex tnaqqas l-allokazzjoni tal-Unjoni għall-miżuri ta’ appoġġ f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mill-Istati Membri mal-obbligu li jikkomunikaw dejta dwar it-tħawwil illegali.

Artikolu 87

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tadotta d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa dwar:

(a)

il-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri;

(b)

il-ġbir ta’ informazzjoni addizzjonali dwar il-komunikazzjonijiet tal-Istati Membri skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 (19).

(c)

il-kontrolli li l-Istati Membri għandhom iwettqu u r-rappurtar tal-informazzjoni dwar dawn il-kontrolli lill-Kummissjoni.

Sottotaqsima II

Reġim tranżizzjonali tad-dritt għat-tħawwil

Artikolu 88

Tul ta’ żmien

Din is-Sottotaqsima għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Artikolu 89

Projbizzjoni tranżizzjonali fuq it-tħawwil tad-dwieli

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 166 u b’mod partikulari għall-paragrafu 4 tiegħu, it-tħawwil ta’ dwieli ta’ varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jistgħu jiġu kklassifikati skont l-Artikolu 166(2) għandu jkun ipprojbit.

2.   It-tilqim mill-ġdid ta’ varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jistgħu jiġu kklassifikati skont l-Artikolu 166(2) ma’ varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li huma differenti minn dawk imsemmija f’dak l-Artikolu wkoll għandu jkun ipprojbit.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, it-tħawwil u t-tilqim mill-ġdid imsemmija f’dawk il-paragrafi għandhom ikunu permessi jekk ikunu koperti minn:

(a)

dritt għal tħawwil ġdid, kif previst fl-Artikolu 90;

(b)

dritt għat-tħawwil mill-ġdid, kif previst fl-Artikolu 91;

(c)

dritt għat-tħawwil mogħti minn riżerva, kif previst fl-Artikoli 92 u 93.

4.   Id-drittijiet għat-tħawwil imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jingħataw f’ettari.

5.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fit-territorju tagħhom jew f’partijiet mit-territorju tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018. F’dawn il-każijiet ir-regoli li jirregolaw ir-reġim tranżizzjonali tad-dritt għat-tħawwil kif stabbilit f’din is-Sottotaqsima, inkluż dan l-Artikolu, għandhom japplikaw, kif meħtieġ, f’dak l-Istat Membru partikulari.

Artikolu 90

Drittijiet għal tħawwil ġdid

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet għal tħawwil ġdid lill-produtturi għal żoni:

(a)

li jkunu maħsubin għal tħawwil ġdid imwettaq skont il-miżuri għall-konsolidazzjoni tal-art jew il-miżuri dwar ix-xiri obbligatorju fl-interess pubbliku adottati skont il-liġi nazzjonali;

(b)

li jkunu maħsubin għal għanijiet sperimentali;

(c)

li jkunu maħsubin għall-mixtliet għat-tilqim; jew

(d)

li l-prodotti tal-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsubin biss għall-konsum mill-familja tal-produttur tal-inbid.

2.   Id-drittijiet għal tħawwil ġdid mogħtija għandhom:

(a)

jiġu eżerċitati mill-produttur li lilu jkunu ngħataw;

(b)

jintużaw qabel tmiem it-tieni sena tal-inbid wara dik li matulha jkunu ngħataw;

(c)

jintużaw għall-għanijiet li għalihom ikunu ngħataw.

Artikolu 91

Drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid lill-produtturi li jkunu qalgħu d-dwieli minn żona mħawla bid-dwieli.

Madankollu, iż-żoni li minnhom ikunu nqalgħu d-dwieli li għalihom ikun ingħata primjum għall-qlugħ tad-dwieli skont is-Sottotaqsima III tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 m’għandhomx jiġġeneraw drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid lil produtturi li jkunu mpenjaw ruħhom li jaqilgħu d-dwieli minn żona mħawla bid-dwieli. F’dawn il-każijiet, il-qlugħ tad-dwieli miż-żona mwegħda għandu jsir sa mhux aktar tard minn tmiem it-tielet sena minn meta jkunu tħawlu d-dwieli l-ġodda li għalihom ikunu ngħataw id-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid.

3.   Id-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid għandhom jikkorrispondu għall-ekwivalenti taż-żona li minnha jinqalgħu d-dwieli f’termini ta’ uċuħ tar-raba’ puri.

4.   Id-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid għandhom jiġu eżerċitati fl-impriża li għaliha jkunu ngħataw. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ukoll li dawn id-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid jistgħu jiġu eżerċitati biss fiż-żona fejn ikun sar il-qlugħ tad-dwieli.

5.   B’deroga mill-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid jistgħu jiġu ttrasferiti kollha, jew b’mod parzjali, lil impriża oħra fl-istess Stat Membru fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta parti mill-impriża kkonċernata tkun ittrasferita lil dik l-impriża l-oħra;

(b)

meta żoni f’dik l-impriża l-oħra jkunu maħsubin:

(i)

għall-produzzjoni ta’ nbejjed li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta; jew

(ii)

għall-kultivazzjoni ta’ mixtliet għat-tilqim.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tad-derogi li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-ewwel subparagrafu ma twassalx għal żieda ġenerali fil-potenzjal tal-produzzjoni fit-territorju tagħhom, b’mod partikulari meta jsiru trasferimenti minn żoni li ma jissaqqewx għal żoni li jissaqqew.

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal drittijiet li jixbhu d-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid li jkunu nkisbu skont il-liġijiet nazzjonali jew tal-Unjoni ta’ qabel.

7.   Id-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid mogħtija skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandhom jintużaw matul il-perjodi previsti fih.

Artikolu 92

Riżerva nazzjonali u reġjonali tad-drittijiet għat-tħawwil

1.   Sabiex itejbu l-ġestjoni tal-potenzjal tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom joħolqu riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali tad-drittijiet għat-tħawwil.

2.   L-Istati Membri li jkunu ħolqu riżervi nazzjonali jew reġjonali tad-drittijiet għat-tħawwil skont ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jistgħu jżommu dawk ir-riżervi, dejjem jekk huma japplikaw ir-reġim tranżizzjonali tad-dritt għat-tħawwil skont din is-Sottotaqsima.

3.   Jekk ma jintużawx fiż-żmien preskritt, id-drittijiet għat-tħawwil li ġejjin għandhom jiġu allokati lir-riżervi nazzjonali jew reġjonali:

(a)

id-drittijiet għal tħawwil ġdid;

(b)

id-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid;

(c)

id-drittijiet għat-tħawwil mogħtija mir-riżerva.

4.   Il-produtturi jistgħu jittrasferixxu d-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid lir-riżervi nazzjonali jew reġjonali. Il-kundizzjonijiet tat-tali trasferiment, magħmul, fejn meħtieġ, bi ħlas mill-fondi nazzjonali, għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi tal-partijiet.

5.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jimplimentawx sistema ta’ riżerva sakemm ikunu jistgħu jagħtu prova li teżisti sistema alternattiva effettiva għall-ġestjoni tad-drittijiet għat-tħawwil fit-territorju tagħhom. Is-sistema alternattiva tista’, meta dan ikun meħtieġ, tidderoga mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din is-Sottotaqsima.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal Stati Membri li jwaqqfu t-tħaddim tar-riżervi nazzjonali jew reġjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

Artikolu 93

L-għoti ta’ drittijiet għat-tħawwil mir-riżerva

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet minn riżerva:

(a)

mingħajr ħlas, lill-produtturi li jkollhom inqas minn 40 sena, li jkollhom ħiliet u kompetenzi tas-sengħa adegwati, li jkunu qegħdin jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba u li jkunu stabbiliti bħala l-kap tal-impriża;

(b)

bi ħlas lill-fondi nazzjonali jew, fejn xieraq, lill-fondi reġjonali, lill-produtturi li jkunu beħsiebhom jużaw id-drittijiet sabiex iħawlu vinji li l-produzzjoni tagħhom ikollha post tal-bejgħ żgurat.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji għall-iffissar tal-ammonti tal-ħlas imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, li jistgħu jvarjaw skont il-prodott finali maħsub tal-vinji kkonċernati u skont il-perjodu tranżizzjonali li jkun għad fadal li matulu tapplika l-projbizzjoni fuq it-tħawwil il-ġdid, kif previst fl-Artikolu 89(1) u(2).

2.   Meta jintużaw drittijiet għat-tħawwil mogħtija minn riżerva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-post, il-varjetajiet u t-tekniki ta’ kultivazzjoni użati jiżguraw li l-produzzjoni sussegwenti hija adattata għad-domanda tas-suq;

(b)

l-ammonti tal-produzzjoni kkonċernati huma ammonti tipiċi tal-medja għal dak ir-reġjun, b’mod partikulari meta d-drittijiet għat-tħawwil li oriġinaw f’żoni li ma jissaqqewx jintużaw f’żoni li jissaqqew.

3.   Id-drittijiet għat-tħawwil mogħtija minn riżerva li ma jintużawx qabel tmiem it-tieni sena tal-inbid wara dik li matulha jkunu ngħataw għandhom jintilfu u għandhom jerġgħu jiġu allokati lir-riżerva.

4.   Id-drittijiet għat-tħawwil f’riżerva li ma jerġgħux jingħataw qabel tmiem il-ħames sena tal-inbid wara li jkunu ġew allokati lir-riżerva għandhom jispiċċaw.

5.   Jekk fi Stat Membru jkunu jeżistu riżervi reġjonali, l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi regoli li jippermettu t-trasferiment tad-drittijiet għat-tħawwil bejn ir-riżervi reġjonali. Jekk fi Stat Membru jkunu jeżistu kemm riżervi reġjonali kif ukoll riżerva nazzjonali, l-Istat Membru jista’ jippermetti wkoll it-trasferiment bejn dawk ir-riżervi.

It-trasferimenti jistgħu jkunu suġġetti għal koeffiċjent ta’ tnaqqis.

Artikolu 94

De minimis

Din is-Sottotaqsima m’għandhiex tapplika fi Stati Membri li fihom ir-reġim Komunitarju tad-dritt għat-tħawwil ma kienx japplika sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 95

Regoli nazzjonali aktar stretti

L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali aktar stretti għall-għoti tad-drittijiet għal tħawwil ġdid jew għall-għoti tad-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid. Huma jistgħu jitolbu li mal-applikazzjonijiet rispettivi u l-informazzjoni rilevanti li għandha tingħata fihom tiżdied informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa għall-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-potenzjal tal-produzzjoni.

Artikolu 96

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex tiġi evitata żieda fil-potenzjal tal-produzzjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 ,

(a)

tistabbilixxi lista ta’ sitwazzjonijiet li fihom il-qlugħ tad-dwieli ma jiġġenerax drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid;

(b)

tadotta regoli dwar it-trasferimenti tad-drittijiet għat-tħawwil bejn ir-riżervi;

(c)

tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ nbid tadotta dispożizzjonijiet dwar l-inbid jew prodotti tad-dwieli li jkunu maħsubin biss għall-konsum mill-familja ta’ min ikabbar id-dwieli. [Em. 13]

2.   Sabiex il-produtturi li jkunu involuti fil-qlugħ tad-dwieli jiġu ttrattati bl-istess mod, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli sabiex tiżgura l-effikaċja tal-qlugħ tad-dwieli f’każijiet fejn jingħataw drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid.

3.   Sabiex jitħarsu l-fondi tal-Unjoni u l-identità, il-provenjenza u l-kwalità tal-inbid tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 :

(a)

tipprovdi għall-istabbiliment ta’ bank tad-dejta analitiku ta’ dejta isotopika li se jgħin sabiex jiġi identifikat il-frodi u li għandu jissejjes fuq kampjuni miġbura mill-Istati Membri; u għal regoli dwar il-banek tad-dejta tal-Istati Membri stess;

(b)

tadotta regoli dwar l-entitajiet ta’ kontroll u l-għajnuna reċiproka ta’ bejniethom;

(c)

tadotta regoli dwar l-użu komuni tas-sejbiet tal-Istati Membri;

(d)

tadotta regoli dwar it-trattament tas-sanzjonijiet fil-każ ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali.

Artikolu 97

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ din is-Sottotaqsima, fosthom regoli dwar:

(a)

l-għoti ta’ drittijiet għal tħawwil ġdid, inkluż l-obbligi tar-reġistrazzjoni u tal-komunikazzjoni;

(b)

it-trasferiment tad-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid, inkluż il-koeffiċjent tat-tnaqqis;

(c)

ir-reġistri li għandhom jinżammu mill-Istati Membri u n-notifiki lill-Kummissjoni, inkluża l-għażla possibbli ta’ sistema ta’ riżervi;

(d)

l-għoti ta’ drittijiet għat-tħawwil mir-riżerva;

(e)

il-kontrolli li l-Istati Membri għandhom iwettqu u r-rappurtar tal-informazzjoni dwar dawn il-kontrolli lill-Kummissjoni;

(f)

il-komunikazzjoni mill-Istati Membri dwar il-ħsieb li japplikaw l-Artikolu 89(5) fit-territorju tagħhom.

Sottotaqsima III

Regoli dwar il-kummerċjalizzazjoni li għandhom l-għan li jtejbu u jistabbilizzaw it-tħaddim tas-suq komuni tal-inbejjed

Artikolu 98

Regoli dwar il-kummerċjalizzazjoni li għandhom l-għan li jtejbu u jistabbilizzaw it-tħaddim tas-suq komuni tal-inbejjed

1.   Sabiex itejbu u jistabbilizzaw it-tħaddim tas-suq komuni tal-inbejjed, inklużi l-għeneb, il-most u l-inbejjed li minnhom jiġu, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni sabiex jirregolaw il-provvista, b’mod partikulari permezz ta’ deċiżjonijiet meħudin mill-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur imsemmija fl-Artikoli 210(3) u 227.

Dawn ir-regoli għandhom ikunu proporzjonati mal-għan mixtieq u m’għandhomx:

(a)

ikunu marbutin ma’ xi tranżazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat;

(b)

jippermettu l-iffissar tal-prezzijiet, inkluż ta’ prezzijiet li jkunu stabbiliti bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

(c)

iġibu mhux disponibbli proporzjon eċċessiv tal-ħsad li mill-bqija kien ikun disponibbli;

(d)

jipprovdu l-ambitu għar-rifjut tal-ħruġ taċ-ċertifikati nazzjonali u tal-Unjoni meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed meta t-tali kummerċjalizzazzjoni ssir skont dawk ir-regoli.

2.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi permezz ta’ pubblikazzjoni fit-tul f’pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-obbligu tar-rappurtar imsemmi fl-Artikolu 227(3) għandu japplika wkoll fir-rigward tad-deċiżjonijiet jew tal-azzjonijiet li jittieħdu mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu.

KAPITOLU IV

Skemi tal-għajnuna

Taqsima I

Rifużjoni tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor

Artikolu 99

Rifużjoni tal-produzzjoni

1.   Tista’ tingħata rifużjoni tal-produzzjoni għall-prodotti tas-settur taz-zokkor imniżżlin fil-punti (b) sa (e) tal-Parti III tal-Anness I jekk iz-zokkor żejjed jew iz-zokkor importat, l-isoglukożju żejjed jew il-ġulepp tal-inulina żejjed ma jkunux disponibbli bi prezz li jikkorrispondi mal-prezz dinji għall-manifattura tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 55(2)(b) u (c).

2.   Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tar-rifużjoni Ir-rifużjoni tal-produzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li jitqiesu, b’mod partikulari:

(a)

l-ispejjeż li jirriżultaw mill-użu ta’ zokkor importat li l-industrija jkollha ġġarrab fil-każ ta’ provvista mis-suq dinji; u

(b)

il-preżż taz- zokkor żejjed li jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni jew, jekk ma jkunx hemm zokkor żejjed f’dak is-suq, il-prezz ta' referenza għaz-zokkor stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 8(1). [Em. 14]

Artikolu 100

Kundizzjonijiet għall-għoti

Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-suq taz-zokkor barra mill-kwota fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet tal-produzzjoni msemmija f’din it-Taqsima.

Taqsima II

Għajnuna fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Sottotaqsima I

Għajnuna għal użu speċjali

Artikolu 101

Għajnuna għall-ħalib xkumat u għat-trab tal-ħalib xkumat għall-użu bħala għalf

1.   Meta jakkumulaw ammonti żejda ta’ prodotti tal-ħalib jew ikun hemm ċans li dan iseħħ, u b’hekk joħolqu jew probabbli jkunu se joħolqu żbilanċ serju fis-suq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiddeċiedi li għandha tingħata għajnuna għall-ħalib xkumat u għat-trab tal-ħalib xkumat prodott fl-Unjoni u maħsub għall-użu bħala għalf, b’kundizzjonijiet u skont standards tal-prodotti li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 103.

Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, ix-xorrox tal-butir u t-trab tax-xorrox tal-butir għandhom jitqiesu bħala ħalib xkumat u trab tal-ħalib xkumat.

2.   Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tal-ammonti L-ammonti tal-għajnuna skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li jitqies il-prezz ta’ riferenza għat-trab tal-ħalib xkumat iffissat fil-punt (e)(ii) tal-Artikolu 8(1), u l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq fir-rigward tal-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat . Għandha titqies il-ħtieġa ta’ miżuri ta’ appoġġ favur il-prodotti agrikoli mir-reġjuni ultraperiferiċi, u għandhom jitqiesu wkoll il-bidliet miġjuba b’dan ir-Regolament . [Em. 15]

Artikolu 102

Għajnuna għall-ħalib xkumat ipproċessat f’kaseina u kaseinati

1.   Meta jakkumulaw ammonti żejda ta’ prodotti tal-ħalib jew ikun hemm ċans li dan iseħħ, u b’hekk joħolqu jew probabbli jkunu se joħolqu żbilanċ serju fis-suq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiddeċiedi li għandha tingħata għajnuna għall-ħalib xkumat prodott fl-Unjoni u pproċessat f’kaseina u f’kaseinati, b’kundizzjonijiet u skont standards tal-prodotti tat-tali ħalib u tal-kaseina u tal-kaseinati prodotti minnu li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 103.

2.   Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tal-ammonti L-ammonti tal-għajnuna skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li jitqies il-prezz ta’ riferenza għat-trab tal-ħalib xkumat stipulat fil-punt (e)(ii) tal-Artikolu 8(1), u l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq fir-rigward tal-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat .

L-għajnuna msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tkun varjata mill-Kummissjoni, skont jekk il-ħalib xkumat ikunx ipproċessat f’kaseina jew f’kaseinati u skont il-kwalità ta’ dawk il-prodotti. [Em. 16]

Artikolu 103

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-għanijiet tal-għajnuna msemmija fl-Artikoli 101 u 102, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tiddefinixxi l-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn dik l-għajnuna u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-istandards marbutin mal-użu tal-prodotti u mal-approvazzjoni u mal-irtirar tal-approvazzjoni ta’ impriżi li jużaw il-prodotti biex jitolbu għall-għajnuna.

2.   Sabiex ikun żgurat li l-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat li għalih tkun qed tingħata l-għajnuna kif previst fl-Artikoli 101 u 102 jintuża għall-għanijiet maħsubin, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tiddeċiedi dwar ir-reġistri li l-impriżi għandhom iżommu.

3.   Sabiex ikun żgurat li l-operaturi jħarsu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 :

(a)

għandha titlob li tingħata garanzija f’każ li għajnuna titħallas bil-quddiem u meta l-operaturi jieħdu sehem fi proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat minn intervent pubbliku;

(b)

tista’ tintroduċi penali f’każijiet fejn l-operaturi ma jkunux konformi mar-regoli tal-iskema jew f’każijiet fejn l-ammont mitlub u mħallas ikun ogħla minn dak dovut.

Artikolu 104

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri meħtieġa marbutin mal-Artikoli 101 u 102, u b’mod partikulari tistabbilixxi:

(a)

l-aġġustamenti li għandhom isiru għar-rata tal-għajuna fuq il-bażi tal-kwalità tal-ħalib xkumat użat;

(b)

ir-rekwiżiti tal-ippakkjar, l-informazzjoni li trid tidher fuq il-pakketti, u r-rekwiżiti għall-prodotti li jinġarru fi kwantitajiet kbar;

(c)

ir-rekwiżiti għat-twassil tal-għalf;

(d)

il-kontrolli u l-ispezzjonijiet li l-Istati Membri għandhom iwettqu u t-testijiet analitiċi li għandhom jintużaw;

(e)

il-proċeduri għall-applikazzjonijiet, għall-pretensjonijiet u għall-ħlas tal-għajnuna;

(f)

il-proċeduri li japplikaw meta t-trab tal-ħalib xkumat jiġi rrilaxxat mill-intervent pubbliku sabiex jintuża bħala għalf.

Sottotaqsima II

Kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-ġobon

Artikolu 105

L-użu tal-kaseina u tal-kaseinati fil-manifattura tal-ġobon

1.   Meta l-għajnuna titħallas skont l-Artikolu 102, l-użu tal-kaseina u tal-kaseinati fil-manifattura tal-ġobon jista’ jkun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel li għandha tingħata biss jekk it-tali użu jkun meħtieġ għall-manifattura tal-prodotti.

2.   Għall-għanijiet ta’ din is-Sottotaqsima:

(a)

“ġobon” tfisser il-prodotti koperti mill-kodiċi tan-NM bin-numru 0406 u mmanifatturati fit-territorju tal-Unjoni;

(b)

“kaseina u kaseinati” tfisser il-prodotti koperti mill-kodiċijiet tan-NM bin-numri 3501 10 90 u 3501 90 90 u użati bħala tali jew fil-forma ta’ taħlita.

Artikolu 106

Setgħat iddelegati

Sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-għanijiet tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 102, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli:

(a)

li jagħmlu l-użu tal-kaseina u tal-kaseinati msemmija fl-Artikolu 105 suġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel;

(b)

li jillimitaw l-użu tal-kaseina u tal-kaseinati għall-ogħla perċentwal ta’ kaseina u ta’ kaseinati li għandhom jiddaħħlu fil-ġobon fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi wara li jkun tqies dak kollu li huwa meħtieġ teknoloġikament;

(c)

li jistabbilixxu penali għall-użu ta’ kaseina u ta’ kaseinati mingħajr awtorizzazzjoni.

Artikolu 107

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa dwar l-użu tal-kaseina u tal-kaseinati msemmija fl-Artikolu 105, inklużi b’mod partikulari:

(a)

il-kundizzjonijiet li bihom ir-regoli li skonthom l-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-kaseina u tal-kaseinati u r-regoli relatati mad-durata u l-kontenut tal-awtorizzazzjonijiet, kif ukoll mal-prodotti li dawn jistgħu jkopru ; [Em. 17]

(b)

l-obbligi ta’ dikjarazzjoni u taż-żamma ta’ kontijiet li l-impriżi awtorizzati skont il-punt (a) għandhom iħarsu; [Em. 17]

(c)

il-kontrolli u l-ispezzjonijiet li l-Istati Membri għandhom iwettqu u r-reġistri li għandhom jinżammu.

Sottotaqsima III

Għajnuna għall-provvista ta’ prodotti tal-ħalib lill-istudenti

Artikolu 108

Provvista ta’ prodotti tal-ħalib lill-istudenti

1.   L-għajnuna tal-Unjoni għandha tingħata biex l-istudenti fi stabbilimenti edukattivi jingħataw ċerti prodotti tal-ħalib ipproċessat li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0401, 0403, 0404 90 u 0406 jew fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 2202 90.

2.   L-Istati Membri jistgħu, minbarra l-għajnuna tal-Unjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1, jagħtu għajnuna nazzjonali biex il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 jingħataw lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi. L-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw l-għajnuna nazzjonali tagħhom permezz ta’ imposta fuq is-settur tal-ħalib jew permezz ta’ kwalunkwe kontribut ieħor mis-settur tal-ħalib.

3.   Il-Kunsill għandu jieħu miżuri Il-miżuri dwar l-iffissar tal-għajnuna tal-Unjoni għall-ħalib kollu skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li titqies il-ħtieġa li jitħeġġeġ b’mod suffiċjenti il-forniment ta’ prodotti tal-ħalib lill-istabbilimenti edukattivi .

L-ammonti ta’ għajnuna għall-prodotti tal-ħalib eliġibbli għajr il-ħalib għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li jitqiesu l-komponenti ta’ ħalib tal-prodott ikkonċernat. [Em. 18]

4.   L-għajnuna tal-Unjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tingħata fuq kwantità massima ta’ 0.25 litru ta’ ekwivalenti tal-ħalib għal kull student u għal kull jum.

Artikolu 109

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex jitqiesu l-evoluzzjoni fix-xejriet tal-konsum tal-prodotti tal-ħalib u l-innovazzjonijiet u l-iżviluppi fis-suq tal-prodotti tal-ħalib, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi l-prodotti msemmija fl-Artikolu 108(1).

2.   Sabiex tiżgura li l-benefiċjarji u l-applikanti xierqa jkunu jikkwalifikaw għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 108(1), il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, b’konformità mal-Artikolu 321, tadotta l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna.

Sabiex tiżgura li l-applikanti jħarsu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, b’konformità mal-Artikolu 321 , tadotta miżuri sabiex tevita każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet, fosthom:

(a)

is-sospensjoni tad-dritt li wieħed jieħu sehem fl-iskema tal-għajnuna,

(b)

l-għoti ta’ garanzija li tiżgura t-twettiq f’każijiet fejn titħallas għajnuna bil-quddiem , u

(c)

l-applikazzjoni ta’ penali sabiex tkun evitata mġiba qarrieqa. [Em. 19]

3.   Sabiex tiżgura li l-għajnuna tintwera fil-prezz li bih il-prodotti jkunu disponibbli skont l-iskema tal-għajnuna, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi regoli dwar l-istabbiliment tal-monitoraġġ tal-prezzijiet skont l-iskema tal-għajnuna.

4.   Sabiex tippromwovi l-għarfien dwar l-iskema tal-għajnuna, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, teħtieġ li l-istabbilimenti edukattivi jikkomunikaw ir-rwol tal-Unjoni li tagħti sussidju lill-iskema.

Artikolu 110

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa, b’mod partikulari dwar:

(a)

il-kwantità massima eliġibbli għall-għajnuna;

(b)

il-ġestjoni tal-monitoraġġ tal-prezzijiet skont l-Artikolu 109(3);

(c)

l-approvazzjoni tal-applikanti, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-ħlasijiet;

(d)

il-kontrolli;

(e)

il-metodi ta’ kif ikun hemm riklamar dwar l-iskema;

(f)

in-notifika tal-informazzjoni lill-Kummissjoni.

Taqsima IV

Għajnuna fis-settur tal-ħops

Artikolu 111

Għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-Unjoni għandha tiffinanzja ħlas lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħops li huma rrikonoxxuti skont l-Artikolu 209 sabiex jiġu ffinanzjati l-għanijiet imsemmija f’dak l-Artikolu.

2.   Il-finanzjament annwali tal-Unjoni sabiex jitħallsu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif previst fil-paragrafu 1 għandu jkun, għall-Ġermanja, ta’ EUR 2 277 000.

Artikolu 112

Setgħat iddelegati

Sabiex tiżgura li l-għajnuna tiffinanzja l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 209, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli dwar:

(a)

l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, inklużi regoli dwar id-dati tal-iskadenza u d-dokumenti ta’ akkumpanjament;

(b)

id-dritt għall-għajnuna, inklużi regoli dwar iż-żoni tal-ħops li huma eliġibbli u l-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu lil kull organizzazzjoni tal-produtturi;

(c)

is-sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ ħlas mhux dovut.

Artikolu 113

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri meħtieġa marbutin ma’ din it-Taqsima dwar:

(a)

il-ħlas tal-għajnuna;

(b)

il-kontrolli u l-ispezzjonijiet.

Taqsima V

Għajnuna fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda

Artikolu 114

Għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-operaturi

1.   L-Unjoni għandha tiffinanzja l-programmi ta’ ħidma ta’ tliet snin li għandhom jitfasslu mill-organizzazzjonijiet tal-operaturi kif iddefinit fl-Artikolu 212 f’wieħed mill-oqsma li ġejjin jew aktar:

(a)

is-segwitu tas-suq u l-ġestjoni amministrattiva fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda;

(b)

it-titjib tal-impatti ambjentali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ;

(c)

it-titjib tal-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda;

(d)

is-sistema ta’ traċċabbiltà, iċ-ċertifikazzjoni u l-protezzjoni tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, b’mod partikulari l-monitoraġġ tal-kwalità taż-żjut taż-żebbuġa mibjugħin lill-konsumaturi finali, taħt l-awtorità tal-amministrazzjonijiet nazzjonali;

(e)

it-tixrid tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqin mill-organizzazzjonijiet tal-operaturi bil-għan li titjieb il-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa.

2.   Il-finanzjament tal-Unjoni għal kull sena tal-programmi ta’ ħidma għandu jkun:

(a)

ta’ EUR 11 098 000 għall-Greċja;

(b)

ta’ EUR 576 000 għal Franza; u

(c)

ta’ EUR 35 991 000 għall-Italja.

3.   Il-finanzjament massimu tal-Unjoni għall-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun daqs il-parti tal-ammonti miżmuma mill-Istati Membri. Dan il-finanzjament għandu jingħata għall-ispiża eliġibbli u għandu jkun ta’ ammont massimu ta’:

(a)

100 % għall-attivitajiet fl-oqsma msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1;

(b)

100 % għall-investimenti f’assi fissi u 75 % għall-attivitajiet l-oħra fil-qasam imsemmi fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1;

(c)

75 % għall-programmi ta’ ħidma mwettqin f’mill-inqas tliet pajjiżi terzi jew Stati Membri li mhumiex produtturi minn organizzazzjonijiet tal-operaturi approvati li ġejjin minn tal-inqas żewġ Stati Membri produtturi, fl-oqsma msemmija fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, u 50 % għall-attivitajiet l-oħra f’dawn l-oqsma.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw finanzjament kumplimentari għal dan, li jkun jammonta għal mhux aktar minn 50 % tal-ispejjeż li mhumiex koperti mill-finanzjament tal-Unjoni.

4.   Mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li l-Kummissjoni tista’ tadotta skont l-Artikolu 318, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-fondi tal-Unjoni jkunu ssodisfati. Għal dak il-għan, huma għandhom iwettqu verifika tal-programmi ta’ ħidma u pjan li jinvolvi l-iċċekkjar ta’ kampjun, deċiż abbażi ta’ analiżi tar-riskju u li jkun jinkludi tal-inqas 30 %, kull sena, tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi l-oħrajn kollha li jkunu qed jirċievu fondi tal-Unjoni skont dan l-Artikolu.

Artikolu 115

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex tiżgura li l-għajnuna li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 114 tissodisfa l-għanijiet tagħha li ttejjeb il-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli dwar:

(a)

il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi, u għas-sospensjoni jew l-irtirar ta’ din l-approvazzjoni;

(b)

il-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni;

(c)

l-allokazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni għal miżuri partikulari;

(d)

l-attivitajiet u l-ispejjeż li mhumiex eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni;

(e)

l-għażla u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ ħidma.

2.   Sabiex tiżgura li l-operaturi jħarsu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , teħtieġ:

(a)

li tingħata garanzija meta titħallas għajnuna bil-quddiem;

(b)

li jiġu applikati sanzjonijiet f’każ li jinstabu xi irregolaritajiet.

Artikolu 116

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri meħtieġa marbutin ma’ din it-Taqsima dwar:

(a)

il-monitoraġġ tal-infiq tal-programm;

(b)

it-twettiq tal-programmi ta’ ħidma u l-emendi għal dawn il-programmi;

(c)

il-ħlas tal-għajnuna, inkluż il-ħlas tal-għajnuna bil-quddiem;

(d)

ir-rappurtar mill-benefiċjarji dwar il-programmi ta’ ħidma;

(e)

il-kontrolli u l-ispezzjonijiet;

(f)

ir-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

Taqsima VI

Għajnuna fis-settur tal-frott u l-ħaxix

Sottotaqsima I

Gruppi ta’ produtturi

Artikolu 117

Għajnuna lill-gruppi ta’ produtturi

1.   Matul il-perjodu tranżizzjonali awtorizzat skont l-Artikolu 217, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix li jkunu ġew iffurmati bil-ħsieb li jkunu rrikonoxxuti bħala organizzazzjoni tal-produtturi:

(a)

għajnuna sabiex tiġi nkuraġġuta l-formazzjoni tagħhom u jkun iffaċilitat it-tħaddim amministrattiv tagħhom;

(b)

għajnuna, mogħtija jew direttament jew permezz ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu, biex tkopri parti mill-investimenti meħtieġa sabiex dawn jiksbu rikonoxximent li jkunu stabbiliti fil-pjan ta’ rikonoxximent imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 217(1).

2.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha titħallas lura mill-Unjoni skont ir-regoli dwar il-finanzjament tat-tali għajnuna, inklużi l-limiti, il-limiti massimi u l-livell ta’ finanzjament tal-Unjoni, li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 118.

3.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tiġi stabbilita għal kull grupp ta’ produtturi fuq il-bażi tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tiegħu u għandha tammonta, għall-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames sena, għal:

(a)

10 %, 10 %, 8 %, 6 % u 4 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara rispettivament; u

(b)

5 %, 5 %, 4 %, 3 % u 2 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (20) rispettivament.

Dawk ir-rati perċentwali jistgħu jitnaqqsu għall-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li taqbeż il-limitu. Fi kwalunkwe sena jista’ jiġi applikat limitu massimu fuq l-għajnuna li tista’ titħallas lil grupp ta’ produtturi.

Artikolu 118

Setgħat iddelegati

Sabiex tiżgura l-użu effiċjenti u mmirat tal-appoġġ lill-gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli dwar:

(a)

il-finanzjament tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent ta’ grupp ta’ produtturi;

(b)

il-limiti u l-limiti massimi tal-għajnuna u l-livell ta’ kofinanzjament min-naħa tal-Unjoni;

(c)

il-bażi għall-kalkolu tal-għajnuna, inkluż il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ grupp ta’ produtturi;

(d)

l-eliġibbiltà tal-gruppi ta’ produtturi;

(e)

l-attivitajiet ewlenin ta’ grupp ta’ produtturi;

(f)

il-kontenut tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent u t-tressiq u l-approvazzjoni tagħhom;

(g)

il-kundizzjonijiet li bihom il-gruppi ta’ produtturi jistgħu jitolbu biex isir tibdil fil-pjanijiet ta’ rikonoxximent;

(h)

l-għajnuna għall-investimenti;

(i)

l-għaqda flimkien ta’ gruppi ta’ produtturi u l-kontinwità tal-għajnuna.

Artikolu 119

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ din is-Sottotaqsima dwar:

(a)

l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, inkluż il-ħlas tal-għajnuna;

(b)

l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent;

(c)

il-konsegwenzi tar-rikonoxximent. il-ħlas ta’ għajnuna wara r-rikonoxximent . [Em. 20]

Sottotaqsima II

Fondi operattivi u programmi operattivi

Artikolu 120

Fondi operattivi

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix jistgħu jistabbilixxu fond operattiv. Il-fond għandu jkun iffinanzjat:

(a)

mill-kontributi finanzjarji tal-membri jew tal-organizzazzjoni tal-produtturi nfisha;

(b)

mill-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni li tista’ tingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti delegati u fl-atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 126 u 127.

2.   Il-fondi operattivi għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw il-programmi operattivi approvati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 125.

Artikolu 121

Programmi operattivi

1.   Il-programmi operattivi fis-settur tal-frott u l-ħaxix għandu jkollhom tnejn mill-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 209(c) jew mill-għanijiet li ġejjin, jew aktar:

(a)

l-ippjanar tal-produzzjoni;

(b)

it-titjib tal-kwalità tal-prodotti;

(c)

it-titjib tal-valur kummerċjali tal-prodotti;

(d)

il-promozzjoni tal-prodotti, kemm jekk ikunu friski kif ukoll jekk ikunu pproċessati;

(e)

miżuri ambjentali u metodi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, inkluża l-biedja organika;

(f)

il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet.

2.   Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet għandhom ikunu marbutin mal-evitar u mat-trattar ta’ kriżijiet fis-swieq tal-frott u l-ħaxix u għandhom ikopru f’dan il-kuntest:

(a)

l-irtirar mis-suq;

(b)

il-ħsad bikri jew il-fatt li ma jsirx ħsad ta’ frott u ħaxix;

(c)

il-promozzjoni u l-komunikazzjoni;

(d)

il-miżuri tat-taħriġ;

(e)

l-assigurazzjoni tal-ħsad;

(f)

l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi.

Il-miżuri ta’ prevenjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, inkluż kwalunkwe ħlas lura ta’ kapital u ta’ imgħax kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, m’għandhomx jinkludu aktar minn terz tan-nefqa skont il-programm operattiv.

Sabiex jiffinanzjaw il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jieħdu self b’termini kummerċjali. F’dan il-każ, il-ħlas lura tal-kapital u tal-imgħax fuq dan is-self jista’ jifforma parti mill-programm operattiv u għalhekk jista’ jkun eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 122. Kwalunkwe azzjoni speċifika taħt il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet għandha tkun iffinanzjata jew b’self bħal dan jew direttament, iżda mhux biż-żewġ modi.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu dispożizzjoni:

(a)

li l-programmi operattivi jkunu jinkludu żewġ azzjonijiet ambjentali jew aktar; jew

(b)

li tal-inqas 10 % tal-infiq skont il-programmi operattivi jkun ikopri azzjonijiet ambjentali.

L-azzjonijiet ambjentali għandhom iħarsu r-rekwiżiti għall-ħlasijiet agroambjentali stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

F’każijiet fejn mill-inqas 80 % tal-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi li jkunu produtturi jkunu suġġetti għal impenn agroambjentali identiku wieħed jew aktar skont dik id-dispożizzjoni, kull wieħed minn dawk l-impenji għandu jgħodd bħala azzjoni ambjentali kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

L-appoġġ għall-azzjonijiet ambjentali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf li ġejjin mill-azzjoni.

4.   Fil-Bulgarija u fir-Rumanija, il-paragrafu 3 għandu japplika biss mill-1 ta’ Jannar 2011.

5.   L-investimenti li jżidu l-pressjoni ambjentali għandhom ikunu permessi biss f’sitwazzjonijiet fejn ikunu ġew stabbiliti salvagwardji effettivi sabiex l-ambjent jitħares minn dawn il-pressjonijiet.

Artikolu 122

Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni

1.   L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun daqs l-ammont tal-kontributi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 120(1)(a) hekk kif ikunu tħallsu fil-verità, iżda għandha tkun limitata għal 50 % tan-nefqa effettiva mġarrba.

2.   L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandu jkollha limitu massimu ta’ 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi.

Madankollu, dak il-perċentwal jista’ jiżdied għal 4,6 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata dejjem jekk l-ammont li jaqbeż l-4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jintuża biss għall-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet.

3.   Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, il-perċentwal li dwaru hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 60 % għal programm operattiv jew għal parti minn programm operattiv meta dan ikun jissodisfa tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta jitressaq minn diversi organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni li jkunu qegħdin joperaw fi Stati Membri differenti fuq skemi transnazzjonali;

(b)

meta jitressaq minn organizzazzjoni tal-produtturi waħda jew aktar li tkun involuta fi skemi mħaddma fuq bażi li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur;

(c)

meta jkun ikopri biss appoġġ speċifiku għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (21);

(d)

meta jitressaq minn organizzazzjoni tal-produtturi f’wieħed mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, għal miżuri li ma jibqgħux għaddejjin sa aktar tard minn tmiem l-2013;

(e)

meta jkun l-ewwel wieħed imressaq minn organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta li tkun ingħaqdet ma’ organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta oħra;

(f)

meta jkun l-ewwel wieħed imressaq minn assoċjazzjoni rrikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(g)

meta jitressaq minn organizzazzjonijiet tal-produtturi fi Stati Membri li fihom l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 20 % tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix;

(h)

meta jitressaq minn organizzazzjoni tal-produtturi f’wieħed mir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni;

(i)

meta jkun ikopri biss appoġġ speċifiku għal azzjonijiet biex jippromwovu l-konsum tal-frott u l-ħaxix immirati lejn it-tfal fl-istabbilimenti edukattivi.

4.   Il-perċentwal li dwaru hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 100 % fil-każ tal-irtirar mis-suq ta’ frott u ħaxix li ma għandux jaqbeż il-5 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi u li wieħed jeħles minnhom billi:

(a)

jqassamhom b’xejn lil organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet tal-karità li huma approvati f’dan is-sens mill-Istati Membri, għall-użu fl-attivitajiet tagħhom biex jgħinu lil persuni li għandhom dritt għall-għajnuna pubblika li huwa rrikonoxxut mil-liġi nazzjonali, b’mod partikulari minħabba li m’għandhomx il-mezzi meħtieġa biex jgħixu;

(b)

jqassamhom b’xejn lil istituzzjonijiet penali, skejjel u istituzzjonijiet edukattivi pubbliċi u lil kampijiet tal-btala tat-tfal kif ukoll lil sptarijiet u djar tal-anzjani maħtura mill-Istati Membri, li għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kwantitajiet imqassmin b’dan il-mod ikunu addizzjonali għall-kwantitajiet li normalment jinxtraw mit-tali stabbilimenti.

Artikolu 123

Għajnuna finanzjarja nazzjonali

1.   F’reġjuni tal-Istati Membri fejn il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix ikun partikularment baxx, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), fuq talba debitament sostanzjata, li jħallsu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għajnuna finanzjarja nazzjonali li tkun daqs ammont massimu ta’ 80 % tal-kontributi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 120(1)(a). Din l-għajnuna għandha tkun addizzjonali għall-fond operattiv.

2.   F’reġjuni tal-Istati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 15 % mill-valur tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix u li fihom il-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix tirrappreżenta tal-inqas 15 % tal-produzzjoni agrikola kollha tagħhom, l-għajnuna finanzjarja nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 tista’ titħallas lura mill-Unjoni fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar dak il-ħlas lura permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a).

Artikolu 124

Qafas nazzjonali u strateġija nazzjonali għall-programmi operattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas nazzjonali sabiex ifasslu l-kundizzjonijiet ġenerali marbutin mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 121(3). Dan il-qafas għandu jipprovdi, b’mod partikulari, li t-tali azzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti x-xierqa tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, inklużi dawk dwar il-kumplimentarjetà, il-konsistenza u l-konformità mogħtija fl-Artikolu 5 tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-qafas propost tagħhom lill-Kummissjoni li, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tista’ titlob li jsiru xi bidliet fi żmien tliet xhur jekk issib li l-proposta ma tippermettix li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 191 tat-Trattat u fis-sitt programm ta’ azzjoni ambjentali tal-Unjoni. L-investimenti f’impriżi individwali appoġġati minn programmi operattivi wkoll għandhom iħarsu dawk l-għanijiet.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli fis-suq tal-frott u l-ħaxix. Strateġija bħal din għandha tipprovdi għall-elementi li ġejjin:

(a)

analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ punti tajba u ħżiena u tal-potenzjal għall-iżvilupp;

(b)

ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula;

(c)

l-għanijiet tal-programmi operattivi, kif ukoll l-istrumenti u l-indikaturi tal-prestazzjoni;

(d)

valutazzjoni tal-programmi operattivi;

(e)

obbligi ta’ rappurtar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

L-istrateġija nazzjonali għandha tintegra fiha wkoll il-qafas nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għal Stati Membri li m’għandhomx organizzazzjonijiet tal-produtturi rrikonoxxuti.

Artikolu 125

Approvazzjoni tal-programmi operattivi

1.   L-abbozzi tal-programmi operattivi għandhom jitressqu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandhom japprovawhom jew jirrifjutawhom jew jitolbu li jinbidlu skont id-dispożizzjonijiet ta’ din is-Sottotaqsima.

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-ammont stmat tal-fond operattiv għal kull sena u għandhom iressqu raġunijiet xierqa għal dan, ibbażati fuq stimi tal-programmi operattivi, fuq in-nefqa għas-sena attwali u possibbilment in-nefqa għas-snin ta’ qabel u, jekk ikun meħtieġ, fuq il-kwantitajiet ta’ produzzjoni stmati għas-sena ta’ wara.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-organizzazzjoni tal-produtturi jew lill-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi bl-ammont stmat tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 122.

4.   Il-ħlasijiet tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandhom isiru abbażi tan-nefqa mġarrba għall-iskemi koperti mill-programm operattiv. Jistgħu jsiru ħlasijiet bil-quddiem għall-istess skemi, suġġetti għall-għoti ta’ garanzija jew ta’ sigurtà.

5.   L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tgħarraf lill-Istat Membru bl-ammont finali tan-nefqa għas-sena ta’ qabel, u għandha tibgħat miegħu l-provi dokumentati meħtieġa, sabiex tkun tista’ tirċievi l-bilanċ tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni.

6.   Il-programmi operattivi u l-finanzjament tagħhom mill-produtturi u mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, minn naħa waħda, u mill-fondi tal-Unjoni, min-naħa l-oħra, għandhom idumu għal perjodu minimu ta’ tliet snin u perjodu massimu ta’ ħames snin.

Artikolu 126

Setgħat iddelegati

Sabiex tiżgura li jingħata appoġġ effiċjenti, immirat u sostenibbli lill-organizazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli dwar:

(a)

il-fondi operattivi u l-programmi operattivi, fosthom regoli dwar li jikkonċernaw :

(i)

il-finanzjament u l-użu tal-fondi operattivi;

(ii)

il-kontenut, l-approvazzjoni u l-bidla tal-programmi operattivi;

(iii)

l-eliġibbiltà tal-miżuri, tal-azzjonijiet jew tan-nefqa skont programm operattiv u r-regoli nazzjonali kumplimentari f’dan ir-rigward;

(iv)

ir-relazzjoni bejn il-programmi operattivi u l-programmi għall-iżvilupp rurali;

(v)

il-programmi operattivi parzjali;

(vi)

il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi operattivi;

(b)

il-qafas nazzjonali u l-istrateġija nazzjonali għall-programmi operattivi, fosthom regoli dwar li jikkonċernaw :

(i)

l-istruttura u l-kontenut ta’ qafas nazzjonali u ta’ strateġija nazzjonali;

(ii)

il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-komunikazzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-qafas nazzjonali u mal-istrateġiji nazzjonali;

(c)

l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni, fosthom regoli dwar li jikkonċernaw :

(i)

il-bażi għall-kalkoku tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni, b’mod partikulari l-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ organizzazzjoni tal-produtturi;

(ii)

il-perjodi ta’ referenza applikabbli għall-kalkolu tal-għajnuna;

(iii)

it-tnaqqis tad-drittijiet għall-għajnuna finanzjarja f’każ ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna li jintbagħtu tard;

(iv)

l-għoti ta’ garanziji u t-telf tagħhom fil-każ ta’ ħlasijiet bil-quddiem;

(d)

il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, fosthom regoli dwar li jikkonċernaw :

(i)

l-għażla tal-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet;

(ii)

id-definizzjoni tal-irtirar mis-suq;

(iii)

id-destinazzjonijiet tal-prodotti rtirati;

(iv)

l-appoġġ massimu għall-irtirar mis-suq;

(v)

in-notifiki minn qabel fil-każ tal-irtirar mis-suq;

(vi)

il-kalkolu tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fil-każ tal-irtirar;

(vii)

il-wiri tal-emblema Ewropea fuq il-pakketti tal-prodotti li jkunu se jitqassmu b’xejn;

(viii)

il-kundizzjonijiet għal min jirċievi l-prodotti rtirati;

(ix)

id-definizzjonijiet tal-ħsad bikri u ta’ meta ma jsirx ħsad;

(x)

il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-ħsad bikri u ta’ meta ma jsirx ħsad;

(xi)

l-għanijiet tal-assigurazzjoni tal-ħsad;

(xii)

id-definizzjoni ta’ kundizzjonijiet ħżiena tat-temp;

(xiii)

il-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-ispiża amministrattiva biex jiġu stabbiliti fondi mutwi;

(e)

l-għajnuna finanzjarja nazzjonali, fosthom regoli dwar li jikkonċernaw :

(i)

il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi;

(ii)

il-bidliet tal-programmi operattivi;

(iii)

it-tnaqqis tad-drittijiet għall-għajnuna finanzjarja f’każ ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja li jintbagħtu tard;

(iv)

l-għoti ta’ garanziji u r-rilaxx u t-telf tagħhom fil-każ ta’ ħlasijiet bil-quddiem;

(v)

il-proporzjon massimu ta’ ħlas lura mill-Unjoni għall-għajnuna finanzjarja nazzjonali.

Artikolu 127

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ din is-Sottotaqsima dwar:

(a)

il-ġestjoni tal-fondi operattivi u l-komunikazzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-ammonti stmati tal-fondi operattivi;

(b)

it-tressiq tal-programmi operattivi, inklużi l-limiti taż-żmien u d-dokumenti ta’ akkumpanjament meħtieġa;

(c)

il-format tal-programmi operattivi;

(d)

il-ġestjoni tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u tal-programmi operattivi skont l-Artikolu 126(a)(vi);

(e)

il-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi dwar l-ammonti tal-għajnuna approvata;

(f)

l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-ħlasijiet tal-għajnuna, inklużi l-ħlasijiet bil-quddiem u l-ħlasijiet parzjali tal-għajnuna;

(g)

is-self biex jiġu ffinanzjati miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet;

(h)

il-ħarsien tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fil-każ tal-irtirar;

(i)

l-ispejjeż tat-trasport, tal-għażla u tal-ippakkjar fil-każ tat-tqassim b’xejn;

(j)

il-miżuri ta’ promozzjoni, ta’ komunikazzjoni u tat-taħriġ fil-każ tal-prevenzjoni u tal-ġestjoni tal-kriżijiet;

(k)

il-ġestjoni tal-miżuri għall-assigurazzjoni tal-ħsad;

(l)

id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet;

(m)

l-awtorizzazzjoni sabiex titħallas l-għajnuna finanzjarja nazzjonali;

(n)

l-applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja nazzjonali u l-ħlas tagħha;

(o)

il-ħlas lura tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali.

Sottotaqsima III

Skema tal-frott fl-iskejjel

Artikolu 128

Għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħaxix, ta’ frott u ħaxix ipproċessati u ta’ prodotti tal-banana għat-tfal

1.   B’kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati u ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 129 u 130, l-għajnuna tal-Unjoni għandha tingħata:

(a)

għall-provvista ta’ prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħaxix, tal-frott u l-ħaxix ipproċessati u tal-banana lit-tfal fi stabbilimenti edukattivi amministrati jew approvati mill-Istat Membru , inklużi fl-iskejjel tat-trabi, fi stabbilimenti oħrajn ta’ qabel l-iskola obbligatorja, fl-iskejjel primarji u f’dawk sekondarji; [Em. 21]

(b)

għal ċerti spejjeż marbutin mal-loġistika u mad-distribuzzjoni, mat-tagħmir, mar-riklamar, mal-monitoraġġ u mal-evalwazzjoni.

2.   L-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jkunu jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema għandhom ifasslu strateġija minn qabel għall-implimentazzjoni tagħha li tkun tinkludi, b’mod partikulari, il-baġit tal-iskema tagħhom, inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali, it-tul ta’ żmien, il-grupp fil-mira, il-prodotti eliġibbli u l-involviment tal-partijiet interessati rilevanti. Huma jridu jipprovdu wkoll għall-miżuri ta’ akkumpanjament li jkunu meħtieġa sabiex l-iskema tkun effettiva.

3.   Huma u jfasslu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom ifasslu lista ta’ prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħaxix, tal-frott u l-ħaxix ipproċessati u tal-banana li jkunu eliġibbli skont l-iskemi rispettivi tagħhom. Din il-lista, madankollu, m’għandhiex tinkludi prodotti esklużi b’miżura adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 129. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-prodotti tagħhom fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jistgħu jinkludu l-istaġun, id-disponibbiltà tal-prodotti jew it-tħassib ambjentali. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jagħtu preferenza lil prodotti li jkunu ġejjin mill-Unjoni.

4.   L-għajnuna tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 la għandha:

(a)

taqbeż id-90 miljun Euro għal kull sena skolastika; u lanqas m’għandha

(b)

taqbeż il-50 % tal-ispejjeż tal-provvista u tal-ispejjeż relatati msemmija fil-paragrafu 1, jew il-75 % ta’ dawn l-ispejjeż fir-reġjuni li huma eliġibbli skont l-Għan ta’ Konverġenza skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (22) u fir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat; u lanqas m’għandha

(c)

tkopri spejjeż oħra, ħlief dawk tal-provvista u l-ispejjeż relatati msemmija fil-paragrafu 1.

5.   L-għajnuna tal-Unjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tiġi allokata lil kull Stat Membru fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi bbażati fuq il-proporzjon tagħhom ta’ tfal li għandhom bejn is-sitta u l-għaxar snin. Madankollu, kull wieħed mill-Istati Membri li jieħu sehem fl-iskema għandu jirċievi għajnuna tal-Unjoni li tammonta għal mill-inqas EUR 175 000. L-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għandhom japplikaw kull sena għall-għajnuna tal-Unjoni, fuq il-bażi tal-istrateġija tagħhom. Wara li jsiru t-talbiet mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-allokazzjonijiet definittivi, fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli tal-baġit.

6.   L-għajnuna tal-Unjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 m’għandhiex tintuża biex tieħu post il-fondi ta’ kwalunkwe skema nazzjonali eżistenti tal-frott fl-iskejjel jew ta’ skemi oħrajn tad-distribuzzjoni fl-iskejjel li jinkludu l-frott. Madankollu, jekk Stat Membru jkollu diġà skema fis-seħħ li tkun eliġibbli għall-għajnuna tal-Unjoni skont dan l-Artikolu u huwa jkun beħsiebu jestendiha jew jagħmilha aktar effettiva, inkluż fir-rigward tal-grupp fil-mira tal-iskema, it-tul ta’ żmien tagħha jew il-prodotti eliġibbli, l-għajnuna tal-Unjoni tista’ tingħata dejjem jekk jitħarsu l-limiti tal-paragrafu 4(b) fir-rigward tal-proporzjon tal-għajnuna tal-Unjoni mal-kontribuzzjoni nazzjonali totali. F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jindika fl-istrateġija tiegħu kif beħsiebu jestendi l-iskema tiegħu jew kif beħsiebu jagħmilha aktar effettiva.

7.   L-Istati Membri jistgħu, minbarra l-għajnuna tal-Unjoni, jagħtu għajnuna nazzjonali għall-provvista ta’ prodotti u għall-ispejjeż relatati msemmija fil-paragrafu 1. Dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu koperti wkoll permezz ta’ kontribuzzjonijiet mis-settur privat. L-Istati Membri jistgħu jagħtu wkoll għajnuna nazzjonali għall-finanzjament tal-miżuri ta’ akkumpanjament imsemmija fil-paragrafu 2.

8.   L-Iskema tal-Frott fl-Iskejjel tal-Unjoni għandha tkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe skema nazzjonali separata tal-frott fl-iskejjel li hija kompatibbli mal-liġijiet tal-Unjoni.

9.   L-Unjoni tista’ tiffinanzja wkoll, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, miżuri ta’ informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni marbutin mal-Iskema tal-Frott fl-Iskejjel, inklużi dawk biex titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku dwarha, kif ukoll miżuri ta’ netwerking relatati.

Artikolu 129

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex tippromwovi drawwiet tal-ikel li huma tajbin għas-saħħa tat-tfal, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli dwar:

(a)

il-prodotti li mhumiex eliġibbli għall-iskema;

(b)

il-grupp fil-mira tal-iskema;

(c)

l-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali li l-Istati Membri jridu jfasslu sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna, inklużi l-miżuri ta’ akkumpanjament;

(d)

l-approvazzjoni u l-għażla tal-applikanti għall-għajnuna.

2.   Sabiex tiżgura l-użu effiċjenti u fil-mira tal-Fondi Ewropej, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli dwar:

(a)

l-allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna bejn l-Istati Membri, il-metodu sabiex l-għajnuna tiġi allokata mill-ġdid bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet li jkunu waslu u kull tnaqqis li għandu jiġi applikat minħabba nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-iskema;

(b)

l-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna, inkluża l-possibbiltà li jiġi stabbilit limitu massimu ġenerali għal dawn l-ispejjeż;

(c)

il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

3.   Sabiex tiżgura li l-operaturi jħarsu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta miżuri sabiex jiġu evitati l-frodi u l-irregolaritajiet, inklużi s-sospensjoni tad-dritt li wieħed jieħu sehem fl-iskema u l-irtirar tal-approvazzjoni.

4.   Sabiex tippromwovi l-għarfien dwar l-iskema, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , titlob lill-benefiċjarji jirriklamaw ir-rwol ta’ sussidju tal-iskema.

Artikolu 130

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ din is-Sottotaqsima, b’mod partikulari dwar:

(a)

l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna bejn l-Istati Membri;

(b)

l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-ħlasijiet;

(c)

il-kontrolli;

(d)

il-metodi ta’ kif ikun hemm riklamar dwar l-iskema u l-miżuri ta’ netwerking fir-rigward tal-iskema;

(e)

in-notifika tal-informazzjoni lill-Kummissjoni.

Taqsima VII

Programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid

Sottotaqsima I

Dispożizzjonijiet tal-bidu

Artikolu 131

L-ambitu

Din it-Taqsima tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-għoti tal-fondi tal-Unjoni lill-Istati Membri u l-użu ta’ dawk il-fondi mill-Istati Membri permezz ta’ programmi nazzjonali ta’ appoġġ (minn hawn ’il quddiem imsejħin “programmi ta’ appoġġ”) sabiex jiġu ffinanzjati miżuri speċifiċi ta’ appoġġ biex jiġi megħjun is-settur tal-inbid.

Artikolu 132

Kompatibbilità u konsistenza

1.   Il-programmi ta’ appoġġ għandhom ikunu kompatibbli mal-liġijiet tal-Unjoni u għandhom ikunu konsistenti mal-attivitajiet, mal-politiki u mal-prijoritajiet tal-Unjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-programmi ta’ appoġġ u għandhom jiżguraw li dawn ikunu internament konsistenti u li jkunu mfassla u implimentati b’mod oġġettiv, filwaqt li jitqiesu kemm il-qagħda ekonomika tal-produtturi kkonċernati kif ukoll il-ħtieġa li jiġi evitat li l-produtturi jiġu ttrattati b’mod differenti mingħajr raġuni ġġustifikata.

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli sabiex jistabbilixxu u jwettqu l-kontrolli u l-verifiki meħtieġa u l-penali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-programmi ta’ appoġġ.

3.   L-ebda appoġġ ma għandu jingħata:

(a)

għall-proġetti ta’ riċerka u għall-miżuri ta’ appoġġ għall-proġetti ta’ riċerka;

(b)

għal miżuri li jinsabu fi programmi għall-iżvilupp rurali tal-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Sottotaqsima II

Tressiq tal-programmi ta’ appoġġ u kontenut tagħhom

Artikolu 133

Tressiq tal-programmi ta’ appoġġ

1.   Kull Stat Membru produttur imsemmi fl-Anness X għandu jibgħat lill-Kummissjoni abbozz ta’ programm ta’ appoġġ għal ħames snin li jkun fih miżuri skont din it-Taqsima.

Il-programmi ta’ appoġġ li saru applikabbli skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (23) għandhom ikomplu japplikaw skont dan ir-Regolament.

Il-miżuri ta’ appoġġ fil-programmi ta’ appoġġ għandhom jitfasslu fil-livell ġeografiku li l-Istati Membri jqisu bħala l-aktar xieraq. Qabel ma jintbagħat lill-Kummissjoni, il-programm ta’ appoġġ għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni mal-awtoritajiet u mal-organizzazzjonijiet kompetenti fil-livell territorjali x-xieraq.

Kull Stat Membru għandu jibgħat abbozz ta’ programm ta’ appoġġ wieħed, li jista’ jkun adattat għal karatteristiċi partikulari reġjonali.

2.   Il-programmi ta’ appoġġ għandhom jibdew japplikaw tliet xhur wara li jintbagħtu lill-Kummissjoni.

Madankollu, jekk il-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , issib li l-programm ta’ appoġġ mibgħut ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru b’dan. F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni programm ta’ appoġġ rivedut. Il-programm ta’ appoġġ rivedut għandu jibda japplika xahrejn wara n-notifika tiegħu sakemm ma jkunx għad hemm xi inkompatibbiltà, f’liema każ għandu japplika dan is-subparagrafu.

3.   Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għal bidliet fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ mibgħuta mill-Istati Membri.

4.   L-Artikolu 134 m’għandux japplika meta l-unika miżura ta’ Stat Membru fi programm ta’ appoġġ tkun tikkonsisti fit-trasferiment għall-Iskema ta’ Pagament Uniku msemmija fl-Artikolu 137. F’każ bħal dan, l-Artikolu 308(5) għandu japplika biss għas-sena li fiha jseħħ it-trasferiment u l-Artikolu 308(6) m’għandux japplika.

Artikolu 134

Kontenut tal-programmi ta’ appoġġ

Il-programmi ta’ appoġġ għandhom ikunu magħmulin mill-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri proposti kif ukoll l-għanijiet ikkwantifikati tagħhom;

(b)

ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru;

(c)

valutazzjoni li turi l-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni;

(d)

skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri;

(e)

tabella tal-finanzjament ġenerali li turi r-riżorsi li għandhom jintużaw u l-allokazzjoni indikattiva mbassra tar-riżorsi bejn il-miżuri skont il-limiti massimi li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness X;

(f)

il-kriterji u l-indikaturi kwantitattivi li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni, kif ukoll il-passi meħudin sabiex ikun żgurat li l-programmi ta’ appoġġ jiġu implimentati b’mod xieraq u effettiv; u

(g)

isem l-awtoritajiet u l-entitajiet kompetenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ.

Artikolu 135

Miżuri eliġibbli

1.   Il-programmi ta’ appoġġ għandu jkun fihom waħda mill-miżuri li ġejjin jew aktar:

(a)

l-appoġġ għall-Iskema ta’ Pagament Uniku skont l-Artikolu 137;

(b)

il-promozzjoni skont l-Artikolu 138;

(c)

ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji skont l-Artikolu 139;

(d)

il-ħsad bikri skont l-Artikolu 140;

(e)

il-fondi mutwi skont l-Artikolu 141;

(f)

l-assigurazzjoni tal-ħsad skont l-Artikolu 142;

(g)

l-investimenti skont l-Artikolu 143;

(h)

id-distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji skont l-Artikolu 144;

(i)

id-distillazzjoni ta’ alkoħol tajjeb għax-xorb skont l-Artikolu 103w tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(j)

id-distillazzjoni ta’ kriżi skont l-Artikolu 103x tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(k)

l-użu tal-most ikkonċentrat skont l-Artikolu 103y tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Il-programmi ta’ appoġġ m’għandux ikun fihom miżuri oħrajn għajr dawk imniżżlin fl-Artikoli 137 sa 144 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikoli 103w, 103x u 103y tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 136

Regoli ġenerali dwar il-programmi ta’ appoġġ

1.   L-allokazzjoni tal-fondi tal-Unjoni li huma disponibbli kif ukoll il-limiti tal-baġit hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Anness X.

2.   L-appoġġ tal-Unjoni għandu jingħata biss għan-nefqa eliġibbli mġarrba wara li jintbagħat il-programm ta’ appoġġ rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 133(1).

3.   L-Istati Membri m’għandhomx jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta’ miżuri ffinanzjati mill-Unjoni skont il-programmi ta’ appoġġ.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 138, 142 u 143.

Ir-rata massima tal-għajnuna kif stabbilit fir-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għandha tapplika għall-finanzjament pubbliku totali, jiġifieri kemm għall-fondi tal-Unjoni kif ukoll għal dawk nazzjonali.

Sottotaqsima III

Miżuri speċifiċi ta’ appoġġ

Artikolu 137

Skema ta’ Pagament Uniku u appoġġ għal min ikabbar id-dwieli

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ lil min ikabbar id-dwieli billi jallokawlhom drittijiet għall-pagamenti fi ħdan it-tifsira tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 skont il-punt O tal-Anness VII għal dak ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri li jkun beħsiebhom jużaw il-possibbiltà msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprevedu t-tali appoġġ fil-programmi ta’ appoġġ tagħhom, inkluż, f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasferimenti sussegwenti ta’ fondi għall-Iskema ta’ Pagament Uniku, permezz ta’ tibdil għal dawk il-programmi skont l-Artikolu 133(3).

3.   Malli jidħol fis-seħħ, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu:

(a)

jibqa’ fl-Iskema ta’ Pagament Uniku u ma jibqax disponibbli għall-miżuri mniżżlin fl-Artikoli 138 sa 144 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikoli 103w, 103x u 103y tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew isir disponibbli għalihom skont l-Artikolu 133(3), fis-snin ta’ wara tat-tħaddim tal-programmi ta’ appoġġ;

(b)

inaqqas b’mod proporzjonat l-ammont ta’ fondi disponibbli għall-miżuri mniżżlin fl-Artikoli 138 sa 144 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikoli 103w, 103x u 103y tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fil-programmi ta’ appoġġ.

Artikolu 138

Promozzjoni fis-swieq ta’ pajjiżi terzi

1.   L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jkopri l-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar l-inbejjed tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, u b’hekk isaħħaħ il-kompetittività tagħhom f’dawk il-pajjiżi.

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikollhom x’jaqsmu ma’ nbejjed li għandhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew ma’ nbejjed li għandhom indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb tal-inbid.

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu magħmulin biss minn:

(a)

miżuri ta’ relazzjonijiet pubbliċi, ta’ promozzjoni jew ta’ riklamar, li jenfasizzaw b’mod partikulari l-vantaġġi tal-prodotti tal-Unjoni, b’mod speċjali f’termini tal-kwalità, tas-sikurezza tal-ikel jew tal-ħarsien ambjentali;

(b)

il-parteċipazzjoni f’avvenimenti, fieri jew wirjiet ta’ importanza internazzjonali;

(c)

kampanji ta’ informazzjoni, b’mod partikulari dwar is-sistemi tal-Unjoni li jkopru d-denominazzjonijiet tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-produzzjoni organika;

(d)

studji ta’ swieq ġodda, li huma meħtieġa għat-tkabbir tal-postijiet tal-bejgħ fis-swieq;

(e)

studji sabiex jiġu evalwati r-riżultati tal-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni.

4.   Il-kontribut tal-Unjoni għall-attivitajiet ta’ promozzjoni m’għandux jaqbeż il-50 % tan-nefqa eliġibbli.

Artikolu 139

Ristrutturar u konverżjoni tal-vinji

1.   L-għan tal-miżuri marbutin mar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji għandu jkun li tiżdied il-kompetittività tal-produtturi tal-inbid.

2.   Ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji għandhom jingħataw appoġġ skont dan l-Artikolu biss jekk l-Istati Membri jibagħtu l-inventarju tal-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom skont l-Artikolu 304(3).

3.   L-appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji jista’ jkopri biss waħda mill-attivitajiet li ġejjin jew aktar:

(a)

il-konverżjoni tal-varjetà, inkluż permezz tat-tilqim mill-ġdid;

(b)

ir-rilokazzjoni tal-vinji;

(c)

it-titjib fit-tekniki tal-ġestjoni tal-vinji.

L-iskema m’għandhiex tkopri t-tiġdid normali ta’ vinji li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom , jiġifieri t-taħwil mill-ġdid tal-istess roqgħa ta’ art bl-istess varjetà skont l-istess sistema ta’ koltivazzjoni ta’ dwieli .

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw aktar speċifikazzjonijiet, speċjalment fir-rigward tal-età tal-vinji mibdula. [Em. 22]

4.   L-appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji jista’ jieħu l-forom li ġejjin biss:

(a)

kumpens lill-produtturi għat-telf fid-dħul minħabba l-implimentazzjoni tal-miżura;

(b)

kontribut għall-ispejjeż tar-ristrutturar u tal-konverżjoni.

5.   Il-kumpens lill-produtturi għat-telf fid-dħul imsemmi fil-paragrafu 4(a) jista’ jkopri sa 100 % tat-telf rilevanti u jista’ jieħu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

minkejja s-Sottotaqsima II tat-Taqsima V tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II li tistabbilixxi r-reġim tranżizzjonali tad-dritt għat-tħawwil, il-permess biex kemm id-dwieli l-qodma kif ukoll dawk il-ġodda jeżistu flimkien għal perjodu fiss li m’għandux jaqbeż it-tliet snin, sa ma jintemm ir-reġim tranżizzjonali dwar id-drittijiet għat-tħawwil;

(b)

kumpens finanzjarju.

6.   Il-kontribut tal-Unjoni għall-ispejjeż reali tar-ristrutturar u tal-konverżjoni tal-vinji m’għandux jaqbeż il-50 %. F’reġjuni kklassifikati bħala reġjuni ta’ konverġenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006, il-kontribut tal-Unjoni għall-ispejjeż tar-ristrutturar u tal-konverżjoni m’għandux jaqbeż il-75 %.

Artikolu 140

Ħsad bikri

1.   Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, ħsad bikri tfisser il-qerda totali jew il-qtugħ ta’ għenieqed tal-għeneb meta l-għeneb ikun għadu ma sarx, u b’hekk il-produzzjoni taż-żona rilevanti titnaqqas għax-xejn.

Meta l-għeneb ta’ kwalita kummerċjali jitħalla fuq il-pjanti fi tmiem iċ-ċiklu normali ta’ produzzjoni (nuqqas ta’ ħsad) dan m’għandux jitqies bħala ħsad bikri. [Em. 23]

2.   L-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jikkontribwixxi sabiex jerġa’ jinkiseb il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-inbid fil-Komunità, sabiex jiġu evitati kriżijiet fis-suq.

3.   L-appoġġ għall-ħsad bikri jista’ jingħata bħala kumpens fil-forma ta’ pagament b’rata fissa għal kull ettaru li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat.

Il-pagament m’għandux jaqbeż il-50 % tat-total tal-ispejjeż diretti tal-qerda jew tal-qtugħ tal-għenieqed tal-għeneb u tat-telf fid-dħul marbut mat-tali qerda jew mat-tali qtugħ.

4.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu sistema bbażata fuq kriterji oġġettivi sabiex jiżguraw li l-miżura ta’ ħsad bikri ma twassalx għal kumpens għall-produtturi individwali tal-inbid li jkun ogħla mil-limitu massimu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

Artikolu 141

Fondi mutwi

1.   L-appoġġ għall-istabbiliment ta’ fondi mutwi għandu jipprovdi għajnuna lill-produtturi li jfittxu li jassiguraw ruħhom kontra ċ-ċaqliq fis-suq.

2.   L-appoġġ għall-istabbiliment ta’ fondi mutwi jista’ jingħata fil-forma ta’ għajnuna temporanja u digressiva biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi tal-fondi.

Artikolu 142

Assigurazzjoni tal-ħsad

1.   L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad għandu jikkontribwixxi sabiex jipproteġi d-dħul tal-produtturi meta dawn jintlaqtu minn diżastri naturali, minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, minn mard jew minn impestazzjonijiet mid-dud.

L-espressjoni “avveniment klimatiku avvers” għandu jkollu l-istess tifsira bħal “avveniment klimatiku avvers li jista’ jixbah diżastru naturali” fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli (24). [Em. 24]

2.   L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad jista’ jingħata fil-forma ta’ kontribut finanzjarju tal-Unjoni li ma jistax jaqbeż:

(a)

it-80 % tal-ispiża tal-primjums tal-assigurazzjoni li l-produtturi jkunu ħallsu għall-assigurazzjoni kontra t-telf li jiġi minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali;

(b)

il-50 % tal-ispiża tal-primjums tal-assigurazzjoni li l-produtturi jkunu ħallsu għall-assigurazzjoni kontra:

(i)

it-telf imsemmi fil-punt (a) u kontra telf ieħor ikkawżat minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp;

(ii)

it-telf ikkawżat minn annimali, minn mard tal-pjanti jew minn impestazzjonijiet mid-dud.

3.   L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad jista’ jingħata biss jekk il-pagamenti tal-assigurazzjoni kkonċernati ma jikkumpensawx lill-produtturi għal aktar minn 100 % tat-telf imġarrab fid-dħul, filwaqt li jitqies kwalunkwe kumpens li l-produtturi setgħu ħadu minn skemi oħra ta’ appoġġ marbutin mar-riskju assigurat.

4.   L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad m’għandux jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-suq tal-assigurazzjoni.

Artikolu 143

Investimenti

1.   Jista’ jingħata appoġġ għal investimenti tanġibbli jew intanġibbli fil-faċilitajiet tal-ipproċessar, fl-infrastruttura għall-produzzjoni tal-inbid u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-inbid li jtejbu l-prestazzjoni ġenerali tal-impriża u li għandhom x’jaqsmu ma’ ħaġa waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness XII;

(b)

l-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda marbutin mal-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness XII.

2.   L-appoġġ bl-ogħla rata skont il-paragrafu 1 għandu jkun limitat għall-intrapriżi ż-żgħar ħafna, għall-intrapriżi ż-żgħar u għall-intrapriżi ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi żgħar ħafna, tal-intrapriżi żgħar u tal-intrapriżi ta’ daqs medju [titlu mhux uffiċjali] (25). Għat-territorji tal-Ażores, ta’ Madejra, u tal-Gżejjer Kanarji, tal-gżejjer minuri tal-Eġew fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 u għad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, m’għandu japplika l-ebda limitu fuq id-daqs għall-ogħla rata. Għall-impriżi li mhumiex koperti mill-Artikolu 2(1) tat-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE li għandhom inqas minn 750 impjegat jew li għandhom fatturat ta’ inqas minn EUR 200 miljun, l-intensità massima tal-għajnuna għandha titnaqqas bin-nofs.

M’għandux jingħata appoġġ lil impriżi li jinsabu f’diffikultà fi ħdan it-tifsira tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà [titlu mhux uffiċjali] (26).

3.   In-nefqa eliġibbli għandha teskludi l-elementi msemmija fl-Artikolu 71(3)(a), (b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

4.   Ir-rati massimi ta’ għajnuna li ġejjin għandhom japplikaw għall-kontribut tal-Unjoni b’rabta mal-ispejjeż eliġibbli tal-investiment:

(a)

50 % f’reġjuni kklassifikati bħala reġjuni ta’ konverġenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006;

(b)

40 % f’reġjuni oħra għajr ir-reġjuni ta’ konverġenza;

(c)

75 % fir-reġjuni l-aktar imbiegħda skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006;

(d)

65 % fil-gżejjer minuri tal-Eġew fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006.

5.   L-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu japplika mutatis mutandis għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 144

Distillazzjoni tal-prodotti sekondarji

1.   Jista’ jingħata appoġġ għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid li tkun twettqet skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima D tal-Parti II tal-Anness XIII.

L-ammont tal-għajnuna għandu jiġi stabbilit għal kull perċentwal tal-volum u għal kull ettolitru ta’ alkoħol li jkun prodott. M’għandha tingħata l-ebda għajnuna għall-volum tal-alkoħol li jkun hemm fil-prodotti sekondarji li għandhom jiġu ddistillati li jaqbeż l-10 % meta mqabbel mal-volum tal-alkoħol li jkun hemm fl-inbid prodott.

2.   Il-livelli massimi tal-għajnuna applikabbli għandhom ikunu bbażati fuq l-ispejjeż tal-ġbir u tal-ipproċessar u għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 147.

3.   L-alkoħol li jkun ġej mid-distillazzjoni li tkun ingħatat l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża esklużivament għal għanijiet industrijali jew tal-enerġija sabiex jiġi evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

Artikolu 145

Kundizzjonalità

F’każ li l-bdiewa jinstabu li ma kkonformawx fl-impriża tagħhom, fi kwalunkwe waqt fit-tliet snin minn meta jsir il-ħlas skont il-programmi ta’ appoġġ għar-ristrutturar u għall-konverżjoni jew fi kwalunkwe waqt f’sena minn meta jsir il-ħlas skont il-programmi ta’ appoġġ għall-ħsad bikri, mar-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni u mal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikoli 6 u 22 sa 24 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-ammont tal-pagament għandu, meta n-nuqqas ta’ konformità jkun ġej minn azzjoni jew minn ommissjoni direttament min-naħa tal-bidwi, jitnaqqas jew jiġi kkanċellat, parzjalment jew kompletament, skont il-gravità, il-firxa, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità, u fejn applikabbli, il-bidwi għandu jiġi ordnat irodd lura l-ħlas skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet.

Sottotaqsima IV

Dispożizzjonijiet proċedurali

Artikolu 146

Setgħat iddelegati

Sabiex tiżgura li l-programmi ta’ appoġġ jissodisfaw l-għanijiet tagħhom u li qed ikun hemm użu mmirat tal-fondi Ewropej, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli:

(a)

dwar ir-responsabbiltà għan-nefqa bejn id-data minn meta jaslu l-programmi ta’ appoġġ u l-bidliet għall-programmi ta’ appoġġ u d-data tal-applikabbiltà tagħhom;

(b)

dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-miżuri ta’ appoġġ, it-tip ta’ nefqa u l-ħidmiet eliġibbli għall-appoġġ, il-miżuri li mhumiex eliġibbli għall-appoġġ u l-livell massimu tal-appoġġ għal kull miżura;

(c)

dwar tibdil fil-programmi ta’ appoġġ wara li dawn ikunu bdew japplikaw;

(d)

dwar ir-rekwiżiti u l-limiti għall-ħlasijiet bil-quddiem, inkluż ir-rekwiżit għal garanzija meta jsir ħlas bil-quddiem;

(e)

li jkun fihom dispożizzjonijiet ġenerali u definizzjonijiet għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima;

(f)

sabiex ikun evitat l-abbuż tal-miżuri ta’ appoġġ, inklużi restrizzjonijiet sabiex ikun evitat il-finanzjament doppju tal-proġetti;

(g)

li bihom il-produtturi għandhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, l-eċċezzjonijiet minn dan l-obbligu sabiex ikun evitat piż amministrattiv żejjed u d-dispożizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni volontarja tad-distillaturi;

(h)

li jistabbilixxu r-rekwiżiti, inklużi kontrolli speċifiċi, li l-Istati Membri għandhom iwettqu għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ, kif ukoll ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli sabiex tkun żgurata l-konsistenza mal-ambitu tal-miżuri ta’ appoġġ;

(i)

dwar is-sospensjoni tal-ħlasijiet mill-Kummissjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità minn Stat Membru fir-rigward tar-rekwiżiti tal-komunikazzjoni jew jekk jidher li l-komunikazzjoni tkun żbaljata;

(j)

dwar il-ħlasijiet lill-benefiċjarji, inklużi l-ħlasijiet permezz ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni fil-każ tal-appoġġ li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 142, l-irkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti, is-sanzjonijiet nazzjonali u s-sitwazzjonijiet maħluqa b’mod artifiċjali għall-għanijiet tal-ħlas.

Artikolu 147

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tadotta l-miżuri meħtieġa marbutin ma’ din it-Taqsima dwar:

(a)

ir-rekwiżiti marbutin man-notifika tal-programmi ta’ appoġġ, inklużi l-kontenut, il-format, l-iskeda taż-żmien, id-dati tal-iskadenza u l-mekkaniżmu tan-notifika, u l-ippjanar finanzjarju korrispondenti, kif ukoll dawk marbutin mar-reviżjoni tal-programmi;

(b)

il-komunikazzjonijiet marbutin mal-għajnuna mill-Istat;

(c)

il-proċeduri tal-applikazzjoni u tal-għażla;

(d)

l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet li ngħataw appoġġ;

(e)

il-kalkolu u l-ħlas tal-għajnuna għall-ħsad bikri u għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji;

(f)

ir-rekwiżiti dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontrolli tal-miżuri ta’ appoġġ mill-Istati Membri;

(g)

ir-regoli dwar il-koerenza tal-miżuri;

(h)

ir-regoli dwar l-istabbiliment ta’ nuqqas ta’ konformità u dwar it-tnaqqis, it-tħassir jew il-ħlas lura tal-ammonti għall-għanijiet tal-Artikolu 145.

Taqsima VIII

Dispożizzjonijiet speċjali għas-settur tal-apikultura

Artikolu 148

L-ambitu

1.   Bil-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura, l-Istati Membri jistgħu jfasslu programm nazzjonali għal perjodu ta’ tliet snin (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-programm tal-apikultura”).

2.   L-Istati Membri jistgħu jħallsu għajnuna nazzjonali speċifika għall-ħarsien ta’ azjendi tan-naħal li jkunu żvantaġġati minħabba kundizzjonijiet strutturali jew naturali jew skont programmi ta’ żvilupp ekonomiku, ħlief għall-għajnuna mogħtija għall-produzzjoni jew għall-kummerċ. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’din l-għajnuna meta jibagħtulha l-programm tal-apikultura skont l-Artikolu 152.

Artikolu 149

Programm tal-apikultura

Il-miżuri li jistgħu jiddaħħlu fil-programm tal-apikultura għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

għajnuna teknika għal min irabbi n-naħal u għall-gruppi ta’ dawk li jrabbu n-naħal;

(b)

il-kontroll tal-“varroasis”;

(c)

ir-razzjonalizzazzjoni tat-transumanza;

(d)

miżuri għall-appoġġ tal-laboratorji li jwettqu l-analiżi tal-karatteristiċi fiżikokimiċi tal-għasel;

(e)

miżuri għall-appoġġ tat-tgħammir mill-ġdid tal-ġarar tan-naħal fl-Unjoni bin-naħal;

(f)

kooperazzjoni ma’ entitajiet speċjalizzati sabiex ikunu implimentati programmi tar-riċerka applikata fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u tal-prodotti tal-apikultura.

Il-miżuri ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 għandhom jiġu esklużi mill-programm tal-apikultura.

Artikolu 150

Studju tal-istruttura tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tat-trobbija tan-naħal

Sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament parzjali li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 151(1), l-Istati Membri għandhom iwettqu studju tal-istruttura tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tat-trobbija tan-naħal fit-territorju tagħhom.

Artikolu 151

Finanzjament

1.   L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali għall-programmi tal-apikultura li jkun daqs 50 % tan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri.

2.   In-nefqa marbuta mal-miżuri meħudin skont il-programmi tal-apikultura għandha ssir mill-Istati Membri sal-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena.

Artikolu 152

Konsultazzjoni

Il-programm tal-apikultura għandu jitfassal b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi u mal-koperattivi għat-trobbija tan-naħal. Dan għandu jintbagħat lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

Artikolu 153

Setgħat iddelegati

Sabiex tiżgura l-użu mmirat tal-fondi tal-Unjoni għall-apikultura, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta:

(a)

regoli dwar l-obbligi marbutin mal-kontenut tal-programmi nazzjonali u mal-istudji msemmija fl-Artikolu 150; u

(b)

il-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għal kull Stat Membru li jipparteċipa, bbażata, fost l-oħrajn, fuq l-għadd totali ta’ ġarar tan-naħal fl-Unjoni.

Artikolu 154

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) :

(a)

tadotta regoli dwar in-notifika mill-Istati Membri dwar il-programmi nazzjonali tagħhom u l-aġġustamenti għal dawn il-programmi, inklużi l-pjanijiet ta’ monitoraġġ;

(b)

tadotta regoli sabiex tiżgura li l-miżuri ffinanzjati skont il-programmi tal-apikultura ma jkunux suġġetti fl-istess ħin għal ħlasijiet skont skemi oħrajn tal-Unjoni u regoli għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-fondi li ma jkunux intużaw;

(c)

tapprova l-programmi tal-apikultura li l-Istati Membri jkunu bagħtu, inkluża l-allokazzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni;

(d)

taġġorna l-istatistika dwar l-għadd ta’ ġarar tan-naħal fuq il-bażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri.

Taqsima IX

Għajnuna fis-settur tad-dud tal-ħarir

Artikolu 155

Għajnuna li għandha tingħata lil dawk li jrabbu d-dud tal-ħarir

1.   Għandha tingħata għajnuna għad-dud tal-ħarir li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru ex 0106 90 00 u għall-bajd tad-dud tal-ħarir li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru ex 0511 99 85 imrobbi fl-Unjoni.

2.   L-għajnuna għandha tingħata lil dawk li jrabbu d-dud tal-ħarir għal kull kaxxa bajd tad-dud tal-ħarir użata, bil-kundizzjoni li l-kaxex ikollhom kwantità minima ta’ bajd, li għandha tiġi stabbilita, u li d-dud ikunu trabbew b’suċċess.

3.   L-Istati Membri huma awtorizzati jagħtu l-għajnuna biss lil dawk li jrabbu d-dud tal-ħarir li jkunu kisbu l-kaxex tal-bajd tagħhom minn entità approvata u li, meta jtemmu t-trobbija b’suċċess, ikunu taw il-fosdqiet prodotti lil entità approvata.

4.   Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-iffissar tal-għajnuna għal kull kaxxa ta’ bajd tad-dud tal-ħarir użata skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat. L-ammonti ta’ għajnuna mogħtija lil dawk li jrabbu d-dud tal-ħarir għandhom ikunu ffissati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li titqies l-organizzazzjoni tas-settur tat-trobbija tad-dud tal-ħarir f’ċerti reġjuni tal-Unjoni u l-ħtieġa li jkun iffaċilitat l-adattament tal-provvista għas-sitwazzjoni tas-suq. [Em. 25]

Artikolu 156

Setgħat iddelegati

Sabiex tiżgura l-użu effiċjenti tal-Fondi Ewropej, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli dwar:

(a)

il-kwantità minima ta’ bajd u kundizzjonijiet oħra dwar it-trobbija b’suċċess imsemmija fl-Artikolu 155(2);

(b)

il-kundizzjonijiet li l-entitajiet approvati msemmija fl-Artikolu 155(3) għandhom jissodisfaw.

Artikolu 157

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ din it-Taqsima dwar:

(a)

l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u d-dokumenti ta’ akkumpanjament;

(b)

it-tnaqqis fl-għajnuna f’każ ta’ applikazzjonijiet li jintbagħtu tard;

(c)

il-kontrolli tal-Istati Membri fuq l-entitajiet approvati msemmija fl-Artikolu 155(3);

(d)

in-notifiki tal-Istati Membri.

TITOLU II

REGOLI DWAR IL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI U L-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI

KAPITOLU I

Regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni

Taqsima I

L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni

Sottotaqsima I

Dispożizzjonijiet tal-bidu

Artikolu 158

L-ambitu

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra applikabbli għall-prodotti mniżżlin fl-Anness I u għall-etanol agrikolu msemmi fil-Parti I tal-Anness II, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet adottati fis-settur veterinarju u f’dak tal-ikel sabiex ikun żgurat li l-prodotti jkunu konformi mal-istandards tal-iġjene u tas-saħħa u sabiex titħares is-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin, din it-Taqsima tistabbilixxi r-regoli dwar l-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni u l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur u/jew il-prodott għall-prodotti mniżżlin fl-Anness I u għall-etanol agrikolu msemmi fil-Parti I tal-Anness II.

Sottotaqsima II

L-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni

Artikolu 159

Il-konformità mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, prodott ikun konformi mal-“istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni” jekk dan ikun ta’ kwalità tajba, ġusta u li tista’ titqiegħed fis-suq.

2.   Fejn ma kien stabbilit ebda standard ta’ kummerċjalizzazzjoni kif imsemmi fis-Sottotaqsima III u fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/36/KE (27), u fid-Direttivi tal-Kunsill 2001/110/KE (28), 2001/111/KE (29), 2001/112/KE (30), 2001/113/KE (31) u 2001/114/KE (32), il-prodotti mniżżlin fl-Anness I għal dan ir-Regolament li huma lesti għall-bejgħ bl-imnut bħala ikel għall-bniedem, imsemmija fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss jekk dawn ikunu konformi mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni.

3.   Prodott għandu jitqies bħala wieħed li huwa konformi mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni meta l-prodott maħsub biex jiġi kkummerċjalizzat ikun konformi ma’ standard applikabbli, kif inhu xieraq, li jkun adottat minn waħda mill-organizzazzjonijiet internazzjonali mniżżlin fl-Anness XI.

Artikolu 160

Setgħat iddelegati

Sabiex jiġu indirizzati l-bidliet fil-qagħda tas-suq, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull settur, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta, tibdel u tidderoga mir-rekwiżiti marbutin mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 159(1) u mir-regoli dwar il-konformità msemmija fit-tielet paragrafu ta’ dak l-Artikolu.

Sottotaqsima III

L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni skont is-setturi jew il-prodotti

Artikolu 161

Il-prinċipju ġenerali

Il-prodotti li għalihom ikunu ġew stabbiliti standards tal-kummerċjalizzazzjoni skont is-setturi jew il-prodotti jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni biss skont dawk l-istandards.

Artikolu 162

Stabbiliment u kontenut

1.   Sabiex tqis dak li jistennew il-konsumaturi u sabiex tikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli kif ukoll għat-titjib tal-kwalità tagħhom, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta standards tal-kummerċjalizzazzjoni skont is-setturi jew il-prodotti msemmija fl-Artikolu 158, fil-fażijiet kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll derogi u eżenzjonijiet mill-applikazzjoni ta’ dawn l-istandards, sabiex tadatta għall-kundizzjonijiet tas-suq li qegħdin jinbidlu l-ħin kollu u għad-domandi tal-konsumaturi li qed jinbidlu, kif ukoll sabiex tqis l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u sabiex tevita milli jinħolqu ostakli għall-innovazzjoni tal-prodotti.

2.   L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu marbutin, fejn xieraq, mar-rekwiżiti għal:

(a)

id-definizzjoni, id-denominazzjoni u/jew id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ, ħlief għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-listi tal-karkassi u l-partijiet tagħhom li għalihom japplika l-Anness XII;

(b)

il-kriterji tal-klassifikazzjoni bħalma huma l-klassifikazzjoni f’kategoriji, il-piż, id-daqs, l-età u l-kategorija;

(c)

il-varjetà tal-pjanta jew ir-razza tal-annimal jew it-tip kummerċjali;

(d)

il-preżentazzjoni, id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ, it-tikkettar marbut mal-istandards obbligatorji tal-kummerċjalizzazzjoni, l-ippakkjar, ir-regoli li għandhom jiġu applikati fir-rigward taċ-ċentri tal-ippakkjar, l-immarkar, it-tgeżwir, is-sena tal-ħsad u l-użu ta’ termini speċifiċi;

(e)

il-kriterji bħalma huma d-dehra, il-konsistenza, il-forma, u l-karatteristiċi tal-prodott;

(f)

sustanzi speċifiċi li jintużaw fil-produzzjoni, jew komponenti jew kostitwenti, inkluż il-kontenut kwantitattiv tagħhom, il-purità u l-identifikazzjoni;

(g)

it-tip ta’ biedja u l-metodu tal-produzzjoni, inklużi l-prattiki enoloġiċi u r-regoli amministrattivi relatati, u ċ-ċirkwit tal-operat;

(h)

it-taħlit tal-most u tal-inbid, inklużi d-definizzjonijiet tagħhom, it-taħlit u r-restrizzjonijiet fuqu;

(i)

il-metodu ta’ konservazzjoni u t-temperatura;

(j)

il-post tal-biedja u/jew l-oriġini;

(k)

il-frekwenza tal-ġbir, it-twassil, il-preservazzjoni u l-ġarr;

(l)

l-identifikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tal-produttur u/jew tal-faċilitajiet industrijali li fihom il-prodott ikun ġie ppreparat jew ipproċessat;

(m)

il-perċentwal ta’ kontenut tal-ilma;

(n)

ir-restrizzjonijiet dwar l-użu ta’ ċerti sustanzi u/jew ta’ ċerti prattiki;

(o)

użu speċifiku;

(p)

id-dokumenti kummerċjali, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u r-reġistri li għandhom jinżammu;

(q)

il-ħażna u t-trasport;

(r)

il-proċedura taċ-ċertifikazzjoni;

(s)

il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-disponiment, iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ prodotti li ma jkunux konformi mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni skont is-setturi jew il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 u/jew mad-definizzjonijiet, mad-denominazzjonijiet u mad-deskrizzjonijiet tal-bejgħ imsemmija fl-Artikolu 163, kif ukoll id-disponiment ta’ prodotti sekondarji;

(t)

il-limiti taż-żmien;

(u)

in-notifiki mill-Istati Membri, in-notifiki minn stabbilimenti differenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u r-regoli biex tinkiseb informazzjoni statistika dwar is-swieq ta’ prodotti differenti.

3.   L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni skont is-setturi jew il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar it-Termini tal-kwalità mhux obbligatorji tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ir-Regolament dwar l-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli, u billi jitqiesu:

(a)

il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti kkonċernati;

(b)

il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet għat-tqegħid bla xkiel ta’ dawk il-prodotti fis-suq;

(c)

l-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni adegwata u trasparenti dwar il-prodott, inkluż il-post tal-biedja li għandu jiġi stabbilit b’approċċ ta’ każ b’każ fil-livell ġeografiku x-xieraq;

(d)

fejn ikun xieraq, il-metodi użati sabiex jiġu stabbiliti l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tagħhom;

(e)

ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-istandard adottati minn entitajiet internazzjonali.

Artikolu 163

Id-definizzjoni, id-denominazzjoni u/jew id-deskrizzjoni tal-bejgħ għal ċerti setturi u/jew għal ċerti prodotti

1.   Id-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u/jew id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness XII għandhom japplikaw għas-setturi jew għall-prodotti li ġejjin:

(a)

għaż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda;

(b)

għall-inbid;

(c)

għaċ-ċanga u l-vitella;

(d)

għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib maħsubin għall-konsum mill-bniedem;

(e)

għal-laħam tat-tjur;

(f)

għax-xaħmijiet li jistgħu jiddelku maħsubin għall-konsum mill-bniedem.

2.   Definizzjoni, denominazzjoni jew deskrizzjoni tal-bejgħ li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Anness XII tista’ tintuża fl-Unjoni biss għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott li jkun konformi mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fl-Anness XII.

3.   Sabiex tadatta għad-domandi tal-konsumaturi li qed jinbidlu u sabiex tqis il-progress tekniku u tevita milli jinħolqu ostakli għall-innovazzjoni tal-prodotti, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta kwalunkwe bidla, deroga jew eżenzjoni li tkun meħtieġa għad-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness XII.

Artikolu 164

It-tolleranza

Sabiex tqis il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull settur, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta tolleranza għal kull standard li lil hinn minnha, il-lott kollu ta’ prodotti se jitqies bħala lott li ma jirrispettax dak l-istandard.

Artikolu 165

Il-prattiki enoloġiċi

1.   F’każijiet fejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (l-OIV) tkun irrakkomandat u ppubblikat metodi ta’ analiżi sabiex tkun stabbilita l-kompożizzjoni tal-prodotti kif ukoll regoli li permezz tagħhom wieħed ikun jista’ jistabbilixxi jekk il-prodotti jkunux għaddew minn proċessi li jmorru kontra l-prattiki enoloġiċi awtorizzati, dawn għandhom ikunu l-metodi u r-regoli li japplikaw.

Fejn ma jkunx hemm metodi u regoli rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV, il-metodi u r-regoli li jikkorrispondu magħhom għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 162(2)(g).

Sakemm jiġu adottati dawn ir-regoli, il-metodi u r-regoli li għandhom jintużaw għandhom ikunu dawk awtorizzati mill-Istat Membru kkonċernat.

2.   Għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-inbid fl-Unjoni, għandhom jintużaw biss il-prattiki enoloġiċi awtorizzati skont l-Anness XIII u li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 162(2)(g) u fl-Artikolu 168(2) u (3).

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal:

(a)

il-meraq tal-għeneb u l-meraq tal-għeneb ikkonċentrat;

(b)

il-most u l-most ikkonċentrat maħsub għall-preparazzjoni tal-meraq tal-għeneb.

Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati għandhom jintużaw biss sabiex tiġi żgurata produzzjoni tajba tal-inbid, preżervazzjoni tajba tal-prodott jew raffinar tajjeb tiegħu.

Il-prodotti tas-settur tal-inbid għandhom jiġu prodotti fl-Unjoni skont ir-restrizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness XIII.

Il-prodotti tas-settur tal-inbid imniżżlin fil-Parti II tal-Anness XII li jkunu għaddew minn prattiki enoloġiċi tal-Unjoni mhux awtorizzati jew, fejn applikabbli, minn prattiki enoloġiċi nazzjonali mhux awtorizzati jew li jiksru r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIII m’għandhomx ikunu kkummerċjalizzati fl-Unjoni.

3.   Hija u tawtorizza l-prattiki enoloġiċi għall-inbid imsemmija fl-Artikolu 162(2)(g), il-Kummissjoni għandha:

(a)

tibbaża ruħha fuq il-prattiki enoloġiċi u l-metodi ta’ analiżi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV, kif ukoll fuq ir-riżultati tal-użu sperimentali ta’ prattiki enologiċi li jkun għadhom mhumiex awtorizzati;

(b)

tqis il-ħarsien ta’ saħħet il-bniedem;

(c)

tqis ir-riskju li jista’ jkun hemm li l-konsumaturi jiġu ingannati minħabba l-aspettattivi u l-perċezzjonijiet stabbiliti tagħhom, filwaqt li tqis id-disponibbiltà u l-fattibbiltà tal-mezzi ta’ informazzjoni sabiex ikunu evitati dawk ir-riskji;

(d)

tippermetti l-preżervazzjoni tal-karatteristiċi naturali u essenzjali tal-inbid u ma ġġibx bidla sostanzjali fil-kompożizzjoni tal-prodott ikkonċernat;

(e)

tiżgura livell minimu aċċettabbli ta’ kura ambjentali;

(f)

tirrispetta r-regoli ġenerali dwar il-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIII.

Artikolu 166

Il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid

1.   Il-prodotti mniżżlin fil-Parti II tal-Anness XII u prodotti fl-Unjoni għandhom ikunu magħmulin minn varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jistgħu jiġu kklassifikati skont it-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

2.   Suġġett għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet tal-għeneb tal-inbid jistgħu jitħawlu, jitħawlu mill-ġdid jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom għall-produzzjoni tal-inbid.

Il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin biss jistgħu jiġu kklassifikati mill-Istati Membri:

(a)

il-varjetà kkonċernata tkun tagħmel parti mill-Vitis vinifera jew tkun ġejja minn tlaqqim bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis;

(b)

il-varjetà ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin: Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont.

Meta varjetà tal-għeneb tal-inbid titħassar mill-klassifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-qlugħ tad-dwieli ta’ din il-varjetà għandu jsir fi żmien ħmistax-il sena minn meta titħassar.

3.   L-Istati Membri li l-produzzjoni tal-inbid tagħhom ma taqbiżx il-50 000 ettrolitru għal kull sena tal-inbid, ikkalkulati fuq il-bażi tal-produzzjoni medja matul l-aħħar ħames snin tal-inbid, għandhom jiġu eżentati mill-obbligu tal-klassifikazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Madankollu, fl-Istati Membri msemmija fl-ewwel subparagrafu wkoll, il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jkunu konformi mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 biss jistgħu jitħawlu, jitħawlu mill-ġdid jew jitlaqqmu għall-produzzjoni tal-inbid.

4.   B’deroga mill-ewwel u mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 u mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, it-tħawwil, it-tħawwil mill-ġdid jew it-tlaqqim tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li ġejjin għandhom ikunu awtorizzati mill-Istati Membri għar-riċerka xjentifika u għal għanijiet sperimentali:

(a)

il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li mhumiex ikklassifikati safejn għandhom x’jaqsmu l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 3;

(b)

il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li mhumiex konformi mal-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 safejn għandhom x’jaqsmu l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 3.

5.   Id-dwieli fiż-żoni mħawlin b’varjetaijiet tal-għeneb tal-inbid għall-produzzjoni tal-inbid li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jinqalgħu.

Madankollu, ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu li jinqalgħu d-dwieli f’dawn iż-żoni f’każijiet fejn il-produzzjoni rilevanti tkun maħsuba biss għall-konsum mill-familji tal-produtturi tal-inbid.

6.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifikaw li l-produtturi jkunu konformi mal-paragrafi 2 sa 5.

Artikolu 167

Użu speċifiku tal-inbid

Għajr għall-inbid fil-fliexken li jkun hemm provi li jkun ġie bbottiljat qabel l-1 ta’ Settembru 1971, l-inbid prodott minn varjetajiet tal-għeneb tal-inbid imniżżlin fil-klassifikazzjonijiet stabbiliti skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 166(2) iżda li ma jkunx jikkonforma ma’ waħda mill-kategoriji mniżżlin fil-Parti II tal-Anness XII għandu jintuża biss għall-konsum mill-familji tal-produtturi individwali tal-inbid, għall-produzzjoni tal-ħall tal-inbid jew għad-distillazzjoni.

Artikolu 168

Regoli nazzjonali għal ċerti prodotti u/jew għal ċerti setturi

1.   Minkejja l-Artikolu 162(1), l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli nazzjonali li jistabbilixxu livelli ta’ kwalità differenti għax-xaħmijiet li jistgħu jiddelku. It-tali regoli għandhom jippermettu l-valutazzjoni ta’ dawn il-livelli ta’ kwalità abbażi ta’ kriterji li għandhom x’jaqsmu b’mod partikulari mal-materja prima użata, mal-karatteristiċi organolettiċi tal-prodotti u mal-istabbiltà fiżika u mikrobijoloġika tagħhom.

L-Istati Membri li jużaw din il-possibbiltà, li dwarha hemm dispożizzjoni fl-ewwel subparagrafu, għandhom jiżguraw li l-prodotti tal-Istati Membri l-oħra li jkunu jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti minn dawk ir-regoli nazzjonali jistgħu, b’kundizzjonijiet mhux diskriminatorji, jużaw termini li, bis-saħħa ta’ dawk ir-regoli, jiddikjaraw li huma ssodisfati dawk il-kriterji.

2.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jeskludu l-użu ta’ ċerti prattiki enoloġiċi u jipprovdu għal restrizzjonijiet aktar stretti għall-inbejjed awtorizzati skont il-liġi tal-Unjoni li jkunu prodotti fit-territorju tagħhom bil-għan li jsaħħu l-preżervazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tal-inbejjed li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta u tal-inbejjed spumanti u l-inbejjed likuri.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawk il-limitazzjonijiet, esklużjonijiet u restrizzjonijiet lill-Kummissjoni, li għandha tgħaddihom lill-Istati Membri l-oħrajn għall-attenzjoni tagħhom.

3.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu sperimentali ta’ prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati b’kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 adottati skont il-paragrafu 4.

4.   Sabiex tiżgura li jkun hemm applikazzjoni korretta u trasparenti, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, kif ukoll il-kundizzjonijiet għaż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu tal-prodotti miksuba mill-prattiki sperimentali msemmija fil-paragrafu 3.

Sottotaqsima IV

L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni marbutin mal-importazzjoni u mal-esportazzjoni

Artikolu 169

Dispożizzjonijiet ġenerali

Sabiex tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi u l-karattru speċjali ta’ ċerti prodotti agrikoli, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li bihom il-prodotti importati jitqiesu bħala prodotti ta’ livell ekwivalenti ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u li jippermettu li jiġu stabbiliti miżuri li jidderogaw mill-Artikolu 161, u tistabbilixxi r-regoli marbutin mal-applikazzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti esportati mill-Unjoni.

Artikolu 170

Dispożizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni tal-inbid

1.   Ħlief hekk kif speċifikat mod ieħor fi ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, id-dispożizzjonijiet dwar id-denominazzjoni tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-tikkettar tal-inbid stabbiliti fis-Sottotaqsima II tat-Taqsima II ta’ dan il-Kapitolu u fid-definizzjonijiet u fid-deskrizzjonijiet tal-bejgħ imsemmija fl-Artikolu 163 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 2009 61, 2009 69 u 2204 li jiġu importati fl-Unjoni.

2.   Ħlief hekk kif speċifikat mod ieħor fi ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu prodotti skont prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV jew awtorizzati mill-Unjoni skont dan ir-Regolament u skont il-miżuri adottati skont dan ir-Regolament.

3.   L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta’:

(a)

ċertifikat li jindika l-konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, li għandu jitfassal minn entità kompetenti, u li għandu jkun inkluż f’lista li għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni, fil-pajjiż tal-oriġini tal-prodott;

(b)

rapport tal-analiżi mfassal minn entità jew minn dipartiment maħtur mill-pajjiż tal-oriġini tal-prodott, sakemm il-prodott ikun maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem.

Sottotaqsima V

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 171

Kontrolli nazzjonali

L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli, ibbażati fuq analiżi tar-riskju, sabiex jivverifikaw jekk il-prodotti jikkonformawx mar-regoli stabbiliti f’din it-Taqsima jew le, u huma għandhom japplikaw penali amministrattivi kif xieraq.

Artikolu 172

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ din it-Taqsima, u b’mod partikulari:

(a)

tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni;

(b)

tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tad-definizzjonijiet u tad-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness XII;

(c)

tfassal lista tal-prodotti msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 5 tal-Parti III tal-Anness XII u fil-punt (a) tas-sitt paragrafu tal-Parti VI tal-Anness XII, abbażi tal-listi indikattivi tal-prodotti li l-Istati Membri jqisu bħala prodotti li jikkorrispondu, fit-territorju tagħhom, għall-prodotti msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 5 tal-Parti III tal-Anness XII u fil-punt (a) tas-sitt paragrafu tal-Parti VI tal-Anness XII u li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni;

(d)

tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew il-prodott, inklużi r-regoli ddettaljati għat-teħid tal-kampjuni u l-metodi tal-analiżi biex wieħed jistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-prodotti;

(e)

tistabbilixxi regoli li permezz tagħhom wieħed ikun jista’ jistabbilixxi jekk il-prodotti jkunux għaddew minn proċessi li jmorru kontra l-prattiki enoloġiċi awtorizzati;

(f)

tistabbilixxi regoli għat-twettiq tal-kontrolli tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew il-prodott;

(g)

tistabbilixxi regoli għall-iffissar tal-livell ta’ tolleranza;

(h)

tadotta dispożizzjonijiet marbutin mal-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli tal-konformità, kif ukoll mal-kontenut, mal-frekwenza u mal-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni li għalih għandhom japplikaw dawk il-kontrolli;

(i)

tadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu implimentati d-derogi li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 169.

Taqsima II

Id-denominazzjonijiet tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid

Sottotaqsima I

Dispożizzjonijiet tal-bidu

Artikolu 173

L-ambitu

1.   Ir-regoli marbutin mad-denominazzjonijiet tal-oriġini, mal-indikazzjonijiet ġeografiċi u mat-termini tradizzjonali stabbiliti f’din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fil-punti 1, 3 sa 6, 8, 9, 11, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness XII.

2.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissejsu fuq:

(a)

il-ħarsien tal-interessi leġittimi:

(i)

tal-konsumaturi; u

(ii)

tal-produtturi;

(b)

l-iżgurar tat-tħaddim bla xkiel tas-suq intern fil-prodotti kkonċernati; u

(c)

il-promozzjoni tal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità, filwaqt li jiġu awtorizzati miżuri nazzjonali tal-politika ta’ kwalità.

Sottotaqsima II

Id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi

Artikolu 174

Definizzjonijiet

1.   Għall-għanijiet ta’ din is-Sottotaqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“denominazzjoni tal-oriġini” tfisser l-isem ta’ reġjun, ta’ post speċifiku jew, f’każijiet eċċezzjonali, ta’ pajjiż, li jintuża sabiex jiddeskrivi prodott imsemmi fl-Artikolu 173(1) li jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-kwalità u l-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament ġejjin minn ambjent ġeografiku partikulari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu;

(ii)

l-għeneb li minnu huwa prodott jiġi esklużivament minn din iż-żona ġeografika;

(iii)

huwa jiġi prodott f’din iż-żona ġeografika; u

(iv)

huwa magħmul minn varjetajiet ta’ dwieli tal-ispeċi Vitis vinifera;

(b)

“indikazzjoni ġeografika” tfisser indikazzjoni li tirreferi għal reġjun, għal post speċifiku jew, f’każijiet eċċezzjonali, għal pajjiż, li tintuża sabiex tiddeskrivi prodott imsemmi fl-Artikolu 173(1) li jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

huwa għandu kwalità speċifika, reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn li jistgħu jkunu attribwiti għal dik l-oriġini ġeografika;

(ii)

tal-inqas 85 % tal-għeneb li jintuża fil-produzzjoni tiegħu jiġi esklużivament minn din iż-żona ġeografika;

(iii)

huwa jiġi prodott f’din iż-żona ġeografika; u

(iv)

huwa magħmul minn varjetajiet ta’ dwieli tal-ispeċi Vitis vinifera jew minn varjetajiet li ġejjin mit-tlaqqim bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punti (a)(iii) u (b)(iii), “produzzjoni” għandha tkopri l-operazzjonijiet kollha involuti, mill-ħsad tal-għeneb sat-tmiem tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, ħlief għal kwalunkwe proċess li jiġi wara l-produzzjoni.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b)(ii), il-porzjon tal-għeneb, sa 15 %, li jista’ joriġina minn barra ż-żona ġeografika demarkata għandu jiġi mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz ikkonċernat li fih tkun tinsab iż-żona demarkata.

B’deroga mill-punti (a)(iii) u (b)(iii), u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott stipulata fl-Artikolu 175(2) tkun tipprovdi dan, prodott b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta jista’ jiġi pproċessat f’inbid:

(a)

f’żona li tkun qiegħda viċin sew taż-żona ddemarkata kkonċernata; jew

(b)

f’żona li tkun tinsab fl-istess unità amministrattiva jew f’unità amministrattiva viċina, kif definit fir-regoli nazzjonali; jew

(c)

fil-każ ta’ denominazzjoni ta’ oriġini transkonfinali jew indikazzjoni ġeografika transkonfinali, jew fil-każ fejn ikun jeżisti ftehim dwar il-miżuri ta’ kontroll bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar, f’żona li tkun tinsab qrib sew taż-żona ddemarkata inkwistjoni.

B’deroga mill-punt (b)(iii), u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott stipulata fl-Artikolu 175(2) tkun tipprovdi dan, l-inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jkomplu jiġu pproċessati f’inbid barra miż-żona li tkun tinsab immedjatament viċin taż-żona ddemarkata inkwistjoni sal-31 ta’ Diċembru 2012.

B’deroga mill-punt (a)(iii), u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott stipulata fl-Artikolu 175(2) tkun tipprovdi dan, prodott jista’ jiġi pproċessat f’inbid spumanti jew f’inbid semifrizzanti b’denominazzjoni protetta tal-oriġini lil hinn miż-żona li tkun tinsab immedjatament viċin taż-żona ddemarkata inkwistjoni jekk din il-prattika kienet tintuża qabel l-1 ta’ Marzu 1986. [Em. 26]

2.   Ċerti ismijiet użati tradizzjonalment għandhom jikkostitwixxu denominazzjoni tal-oriġini meta jkunu:

(a)

jiddenominaw inbid;

(b)

jirriferu għal isem ġeografiku;

(c)

jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1(a)(i) sa (iv); u

(d)

jgħaddu mill-proċedura li tagħti protezzjoni lid-denominazzjonijiet tal-oriġini u lill-indikazzjonijiet ġeografiċi stabbilita f’din is-Sottotaqsima.

3.   Id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi dawk relatati ma’ żoni ġeografiċi f’pajjiżi terzi, għandhom ikunu eliġibbli għall-protezzjoni fl-Unjoni skont ir-regoli stabbiliti f’din is-Sottotaqsima.

Artikolu 175

Il-kontenut tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ ismijiet bħala denominazzjonijiet tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu fajl tekniku li jkun fih:

(a)

l-isem li għandu jiġi protett;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(c)

speċifikazzjoni tal-prodott kif imsemmi fil-paragrafu 2; u

(d)

dokument uniku b’taqsira tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fil-paragrafu 2.

2.   L-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tippermetti lill-partijiet interessati jivverifikaw il-kundizzjonijiet rilevanti tal-produzzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika.

Hija għandu jkun fiha tal-inqas:

(a)

l-isem li għandu jiġi protett;

(b)

deskrizzjoni tal-inbid (jew tal-inbejjed):

(i)

għal inbejjed b’denominazzjoni tal-oriġini, il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi ewlenin tagħhom;

(ii)

għal inbejjed b’indikazzjoni ġeografika, il-karatteristiċi analitiċi ewlenin tagħhom, kif ukoll evalwazzjoni jew indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom;

(c)

fejn applikabbli, il-prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid (jew biex isiru l-inbejjed), kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbid (jew tal-inbejjed);

(d)

id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika kkonċernata;

(e)

l-ammonti massimi ta’ produzzjoni għal kull ettaru;

(f)

indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li minnhom jinkiseb l-inbid (jew jinkisbu l-inbejjed);

(g)

id-dettalji li juru r-rabta msemmija fl-Artikolu 174(1)(a)(i) jew fl-Artikolu 174(1)(b)(i), skont il-każ;

(h)

ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jew, fejn previst mill-Istati Membri, minn organizzazzjoni li jkollha f’idejha l-ġestjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta, filwaqt li jitqies il-fatt li t-tali rekwiżiti għandhom ikunu oġġettivi, mhux diskriminatorji u kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni;

(i)

l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-ħidmiet speċifiċi tagħhom.

Artikolu 176

Applikazzjoni għall-protezzjoni marbuta ma’ żona ġeografika f’pajjiż terz

1.   Meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni tkun tikkonċerna żona ġeografika f’pajjiż terz, minbarra l-elementi li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 175, hija għandu jkun fiha wkoll prova li l-isem ikkonċernat huwa protett fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu.

2.   L-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni jew direttament mill-applikant jewinkella permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.

3.   L-applikazzjoni għall-protezzjoni għandha tintbagħat f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jewinkella jkollha magħha traduzzjoni ċċertifikata f’waħda minn dawk il-lingwi.

Artikolu 177

L-applikanti

1.   Kwalunkwe grupp ta’ produtturi interessat, jew f’każijiet eċċezzjonali produttur uniku, jista’ japplika għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika. Partijiet interessati oħrajn jistgħu jieħdu sehem fl-applikazzjoni.

2.   Il-produtturi jistgħu jibagħtu applikazzjoni għall-protezzjoni għall-inbejjed li jipproduċu huma biss.

3.   F’każ ta’ isem li jirriferi għal żona ġeografika transkonfinali jew isem tradizzjonali li huwa relatat ma’ żona ġeografika transkonfinali, tista’ tintbagħat applikazzjoni konġunta.

Artikolu 178

Proċedura nazzjonali preliminari

1.   L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika, skont l-Artikolu 174, ta’ inbejjed li joriġinaw fl-Unjoni għandhom ikunu suġġetti għal proċedura nazzjonali preliminari skont dan l-Artikolu.

2.   L-applikazzjoni għall-protezzjoni għandha tintbagħat fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu toriġina d-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika.

3.   L-Istat Membru għandu jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni sabiex jivverifika jekk din tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Sottotaqsima jew le.

L-Istat Membru għandu jwettaq proċedura nazzjonali li tiżgura l-pubblikazzjoni adegwata tal-applikazzjoni u tipprovdi għal perjodu ta’ mill-inqas xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni li fih kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li hija residenti jew stabbilita fit-territorju tiegħu tista’ toġġezzjona għall-protezzjoni proposta billi tibgħat dikjarazzjoni debitament sostanzjata lill-Istat Membru.

4.   Jekk l-Istat Membru jqis li d-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika ma tissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti jew li mhijiex kompatibbli mal-liġi ġenerali tal-Unjoni, dan għandu jirrifjuta l-applikazzjoni.

5.   Jekk l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti rilevanti jkunu ġew issodisfati, huwa għandu:

(a)

jippubblika d-dokument uniku u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-inqas fuq l-internet; u

(b)

jibgħat lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-protezzjoni li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(i)

l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(ii)

id-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 175(1)(d);

(iii)

dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni mibgħuta mill-applikant tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa; u

(iv)

ir-referenza għall-pubblikazzjoni, kif imsemmi fil-punt (a).

L-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tintbagħat f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jewinkella jkollha magħha traduzzjoni ċċertifikata f’waħda minn dawk il-lingwi.

6.   L-Istati Membri għandhom ikollhom fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 118(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u ma’ dan l-Artikolu sa mill-1 ta’ Awwissu 2009.

7.   Fejn Stat Membru ma għandu l-ebda leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa jista’, fuq bażi tranżizzjonali biss, jagħti protezzjoni lill-isem skont it-termini ta’ din is-Sottotaqsima fil-livell nazzjonali b’effett mill-jum li fih tintbagħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni. It-tali protezzjoni tranżizzjonali nazzjonali għandha tintemm fid-data li fiha tittieħed deċizjoni dwar ir-reġistrazzjoni jew ir-rifjut skont din is-Sottotaqsima.

Artikolu 179

Skrutinju mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data tat-tressiq tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika.

2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 178(5) jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Sottotaqsima.

3.   F’każ li l-Kummissjoni tqis li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Sottotaqsima, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tiddeċiedi li tippubblika d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 175(1)(d) u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 178(5) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   F’każ li l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Sottotaqsima ma jkunux ġew issodisfati, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiddeċiedi li tirrifjuta l-applikazzjoni.

Artikolu 180

Proċedura ta’ oġġezzjoni

Fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 179(3), kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li hija residenti jew stabbilita fi Stat Membru ieħor għajr dak li jkun qed japplika għall-protezzjoni, jew f’pajjiż terz, tista’ toġġezzjona għall-protezzjoni proposta billi tibgħat dikjarazzjoni debitament sostanzjata lill-Kummissjoni, marbuta mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà kif stabbiliti f’din is-Sottotaqsima.

Fil-każ ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma residenti jew li huma stabbiliti f’pajjiż terz, din id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat, fi żmien xahrejn kif imsemmi fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 181

Deċiżjoni dwar il-protezzjoni

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li l-Kummissjoni jkollha għad-dispożizzjoni tagħha meta titlesta l-proċedura ta’ oġġezzjoni msemmija fl-Artikolu 180, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), li jew tagħti l-protezzjoni lid-denominazzjoni tal-oriġini jew lill-indikazzjoni ġeografika li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Sottotaqsima u li tkun kompatibbli mal-liġijiet tal-Unjoni, jew li tirrifjuta l-applikazzjoni meta dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati.

Artikolu 182

Omonimi

1.   Isem li għalih tintbagħat applikazzjoni u li jkun kompletament jew parzjalment omonimu ma’ isem li huwa diġà rreġistrat skont dan ir-Regolament dwar is-settur tal-inbid, għandu jiġi rreġistrat b’kunsiderazzjoni xierqa għall-użanza lokali u tradizzjonali u għal kwalunkwe riskju ta’ konfużjoni.

Isem omonimu li jiżgwida lill-konsumatur billi jagħtih x’jifhem li l-prodotti jkunu ġejjin minn territorju ieħor ma għandux jiġi rreġistrat anke jekk l-isem ikun preċiż fir-rigward tat-territorju, ir-reġjun jew il-post tal-oriġini attwali tal-prodotti kkonċernati.

L-użu ta’ isem omonimu rreġistrat għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li jkun hemm distinzjoni ċara fil-prattika bejn l-omonimu rreġistrat wara u l-isem li jkun diġà rreġistrat, filwaqt li titqies il-ħtieġa li l-produtturi kkonċernati jiġu ttrattati b’mod ekwu u l-ħtieġa li l-konsumatur ma jiġix żgwidat.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis jekk isem li għalih tintbagħat applikazzjoni jkun kompletament jew parzjalment omonimu ma’ indikazzjoni ġeografika protetta b’dan il-mod skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri.

L-Istati Membri m’għandhomx jirreġistraw indikazzjonijiet ġeografiċi mhux identiċi għall-protezzjoni skont il-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jekk id-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tkun protetta fl-Unjoni permezz tal-liġi tal-Unjoni li hija rilevanti għad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

3.   Ħlief hekk kif ikun deċiż mod ieħor mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 sabiex jitqiesu l-prattiki eżistenti tat-tikkettar, fejn l-isem ta’ varjetà tal-għeneb tal-inbid ikun fih jew ikun jikkonsisti minn denominazzjoni protetta tal-oriġini jew minn indikazzjoni ġeografika protetta, dak l-isem ma għandux jintuża għall-finijiet ta’ ttikkettar tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament.

4.   Il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti koperti mill-Artikolu 174 għandha tkun mingħajr ħsara għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li japplikaw għall-ispirti skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) u viċeversa.

Artikolu 183

Raġunijiet għal ċaħda tal-protezzjoni

1.   Ismijiet li jkunu saru ġeneriċi ma għandhomx ikunu protetti bħala denominazzjoni tal-oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika.

Għall-għanijiet ta’ din is-Sottotaqsima, “isem li sar ġeneriku” tfisser l-isem ta’ nbid li, għalkemm huwa relatat mal-post jew mar-reġjun fejn kien oriġinarjament prodott jew ikkummerċjalizzat dan il-prodott, issa sar l-isem komuni ta’ nbid fl-Unjoni.

Sabiex jiġi stabbilit jekk isem sarx ġeneriku jew le, għandhom jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikulari:

(a)

is-sitwazzjoni li teżisti fl-Unjoni, l-iktar fiż-żoni ta’ konsum;

(b)

il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni rilevanti.

2.   Isem ma għandux ikun protett bħala denominazzjoni tal-oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika fejn, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama ta’ trademark, il-protezzjoni x’aktarx li tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-inbid.

Artikolu 184

Ir-relazzjoni mat-trademarks

1.   Meta denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkun protetta skont dan ir-Regolament, ir-reġistrazzjoni ta’ trademark li tikkorrispondi ma’ waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 185(2) u li għandha x’taqsam ma’ prodott li jaqa’ f’waħda mill-kategoriji mniżżlin fil-Parti II tal-Anness XII għandha tiġi miċħuda jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark tintbagħat wara d-data tat-tressiq tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni u d-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika wara tkun protetta.

It-trademarks irreġistrati bi ksur tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati.

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 183(2), trademark li l-użu tagħha jikkorrispondi ma’ waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 185(2), li għaliha tkun intbagħtet applikazzjoni, li tkun ġiet irreġistrata jew li tkun ġiet stabbilita bl-użu, jekk il-leġiżlazzjoni kkonċernata tkun tagħti dik il-possibbiltà, fit-territorju tal-Unjoni qabel id-data li fiha tintbagħat l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni, tista’ tibqa’ tintuża u tiġġedded minkejja l-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika. Dan sakemm ma jkunux jeżistu raġunijiet għall-invalidità jew għar-revoka tat-trademark kif speċifikat fid-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) jew fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (35).

F’każijiet bħal dawn l-użu tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika għandu jkun permess flimkien mat-trademarks rilevanti.

Artikolu 185

Protezzjoni

1.   Id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkumerċjalizza nbid li jkun ġie prodott b’mod li huwa konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

2.   Id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-inbejjed li jużaw dawk l-ismijiet protetti b’mod li huwa konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitħarsu minn:

(a)

kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta’ isem protett:

(i)

minn prodotti komparabbli li ma jkunux konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett; jew

(ii)

sa fejn dan l-użu jisfrutta r-reputazzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika;

(b)

kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew tas-servizz huwa indikat jew jekk l-isem protett huwa tradott jew għandu miegħu espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal” jew xi espressjoni simili;

(c)

kwalunkwe indikazzjoni falza jew li tiżgwida oħra dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq il-pakkett minn ġewwa jew minn barra, fuq il-materjal ta’ riklamar jew fuq dokumenti marbutin mal-prodott tal-inbid ikkonċernat, u mill-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li x’aktarx jagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

(d)

kull prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.

3.   Id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti m’għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 183(1).

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 186

Reġistru

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru elettroniku tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid, li għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Artikolu 187

Ħatra tal-awtorità kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li huma responsabbli għall-kontrolli fir-rigward tal-obbligi stabbiliti minn din is-Sottotaqsima skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur li jkun konformi ma’ din is-Sottotaqsima jkun intitolat li jkun kopert minn sistema ta’ kontrolli.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom u għandha taġġornahom b’mod regolari.

Artikolu 188

Verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet

1.   Fir-rigward ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti marbutin ma’ żona ġeografika fi ħdan l-Unjoni, il-verifika annwali tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-produzzjoni u matul jew wara l-ipproċessar tal-inbid, għandha tkun żgurata permezz ta’:

(a)

l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 187(1); jew

(b)

entità waħda jew aktar responsabbli għall-verifika fi ħdan it-tifsira tal-punt (5) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, li topera bħala entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

L-ispejjeż tat-tali verifika għandhom jitħallsu mill-operaturi li jkunu suġġetti għaliha stess.

2.   Fir-rigward ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti marbutin ma’ żona ġeografika f’pajjiż terz, il-verifika annwali tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-produzzjoni u matul jew wara l-ipproċessar tal-inbid, għandha tkun żgurata permezz ta’:

(a)

awtorità pubblika waħda jew aktar maħtura mill-pajjiż terz; jew

(b)

entità taċ-ċertifikazzjoni waħda jew aktar.

3.   L-entitajiet taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1(b) u 2(b) għandhom ikunu konformi mal-istandard Ewropew EN 45011 jew mal-Gwida 65 tal-ISO/IEC (Rekwiżiti ġenerali għal entitajiet li jħaddmu sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti), u għandhom ikunu akkreditati skont dan l-istandard jew din il-gwida.

4.   Meta l-awtorità jew l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafi 1(a) u 2(a) jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, huma għandhom joffru garanziji adegwati ta’ oġġettività u imparzjalità, u għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal ikkwalifikat u r-riżorsi meħtieġa sabiex iwettqu ħidmiethom.

Artikolu 189

Emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott

1.   Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 177 jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta, b’mod partikulari sabiex jitqiesu żviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku jew sabiex tiġi ddefinita mill-ġdid iż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 175(2). L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu l-emendi mitluba u jagħtu r-raġunijiet għalihom.

2.   Meta l-emenda proposta tkun tinvolvi emenda waħda jew aktar fid-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 175(1)(d), l-Artikoli 178 sa 181 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjoni għall-emenda. Madankollu, jekk l-emenda proposta tkun waħda minuri biss, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiddeċiedi jekk tapprovax l-applikazzjoni mingħajr ma ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 179(2) u fl-Artikolu 180 u, fil-każ li tiġi approvata, il-Kummissjoni għandha tipproċedi bil-pubblikazzjoni tal-elementi msemmija fl-Artikolu 179(3).

3.   Jekk l-emenda proposta ma tkun tinvolvi l-ebda bidla fid-dokument uniku, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

meta ż-żona ġeografika tkun fi Stat Membru partikulari, dak l-Istat Membru għandu jesprimi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-emenda u jekk ikun favuriha, għandu jippubblika l-ispeċifikazzjoni tal-prodott emendata u jgħarraf lill-Kummissjoni dwar l-emendi approvati u dwar ir-raġunijiet għalihom;

(b)

meta ż-żona ġeografika tkun f’pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiddeċiedi jekk tapprovax l-emenda proposta jew le.

Artikolu 190

Tħassir

1.   Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba debitament sostanzjata ta’ Stat Membru, ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), li tħassar il-protezzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika jekk ma tkunx għadha żgurata l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

L-Artikoli 178 sa 181 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 191

Ismijiet protetti eżistenti ta’ nbejjed

1.   L-ismijiet ta’ nbejjed li huma protetti skont l-Artikoli 51 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u skont l-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 (37) se jkunu protetti awtomatikament skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tniżżilhom fir-reġistru li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 186 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fir-rigward tal-ismijiet protetti eżistenti tal-inbejjed imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a)

il-fajls tekniċi kif previst fl-Artikolu 175(1);

(b)

id-deċiżjonijiet nazzjonali ta’ approvazzjoni.

3.   L-ismijiet ta’ nbejjed imsemmija fil-paragrafu 1, li għalihom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tintbagħatx sal-31 ta’ Diċembru 2011, m’għandhomx jibqgħu protetti skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-pass formali korrispondenti li tneħħi dawn l-ismijiet mir-reġistru li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 186 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 .

4.   L-Artikolu 190 ma għandux japplika għall-ismijiet protetti eżistenti ta’ nbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), li tħassar il-protezzjoni tal-ismijiet protetti eżistenti ta’ nbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 jekk huma ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 174.

Artikolu 192

Ħlasijiet

L-Istati Membri jistgħu jitolbu ħlas biex ikopru l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk imġarrba biex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni, id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni, l-applikazzjonijiet għall-emendi u t-talbiet għat-tħassir skont din is-Sottotaqsima.

Artikolu 193

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika ddemarkata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta:

(a)

il-prinċipji għad-demarkazzjoni taż-żona ġeografika, u

(b)

id-definizzjonijiet, ir-restrizzjonijiet u d-derogi marbutin mal-produzzjoni fiż-żona ġeografika ddemarkata.

2.   Sabiex tiżgura l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodotti, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tagħmel dispożizzjoni dwar il-kundizzjonijiet li bihom l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jistgħu jinkludu rekwiżiti addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 175(2)(h).

3.   Sabiex tiżgura d-drittijiet leġittimi jew l-interessi tal-produtturi jew tal-operaturi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 :

(a)

tiddefinixxi f’liema każijiet produttur wieħed jista’ japplika għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika;

(b)

tadotta restrizzjonijiet dwar it-tip ta’ applikant li jista’ japplika għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika;

(c)

tadotta miżuri speċifiċi marbutin mal-proċeduri nazzjonali li japplikaw għall-applikazzjonijiet transkonfinali;

(d)

tiddefinixxi d-data tat-tressiq ta’ applikazzjoni jew ta’ talba;

(e)

tiddefinixxi d-data minn meta tibda tgħodd il-protezzjoni;

(f)

tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom emenda għandha titqies bħala waħda minuri fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 189(2);

(g)

tiddefinixxi d-data li fiha emenda se tidħol fis-seħħ;

4.   Sabiex tiżgura protezzjoni adegwata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta restrizzjonijiet dwar l-isem protett.

5.   Sabiex tevita l-użu illegali ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tiddefinixxi l-azzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw f’dan ir-rigward.

6.   Sabiex tiżgura l-effiċjenza tal-kontrolli li dwarhom hemm dispożizzjoni f’din is-Sottotaqsima, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta l-miżuri meħtieġa dwar in-notifika tal-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti.

7.   Sabiex tiżgura li l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kompetenti ma ssirilhomx ħsara meta tiġi applikata din is-Sottotaqsima f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ismijiet ta’ nbejjed li ngħataw protezzjoni qabel l-1 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar:

(a)

l-ismijiet tal-inbejjed li ġew rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala denominazzjonijiet tal-oriġini jew bħala indikazzjonijiet ġeografiċi sal-1 ta’ Awwissu 2009;

(b)

il-proċedura nazzjonali preliminari;

(c)

l-inbejjed li tqiegħdu fis-suq jew li ġew ittikkettati qabel data speċifika; u

(d)

l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott.

Artikolu 194

Setgħat ta’ implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ din is-Sottotaqsima dwar:

(a)

l-informazzjoni li għandha tingħata fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott dwar ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali;

(b)

it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tad-deċiżjonijiet dwar il-protezzjoni jew dwar iċ-ċaħda;

(c)

l-istabbiliment u ż-żamma tar-reġistru msemmi fl-Artikolu 186;

(d)

il-konverżjoni minn denominazzjoni protetta tal-oriġini għal indikazzjoni ġeografika protetta;

(e)

it-tressiq ta’ applikazzjonijiet transkonfinali;

(f)

il-kontrolli u l-verifika li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, inklużi t-testijiet.

2.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ din is-Sottotaqsima dwar il-proċedura, inkluża l-ammissibbiltà, għall-eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni jew għall-approvazzjoni ta’ emenda ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika, kif ukoll il-proċedura, inkluża l-ammissibbiltà, għal talbiet ta’ oġġezzjoni, għat-tħassir, jew għall-konverżjoni, u t-tressiq ta’ informazzjoni marbuta mal-ismijiet protetti eżistenti tal-inbid, b’mod partikulari fir-rigward ta’:

(a)

il-mudelli tad-dokumenti u l-format tat-trażmissjoni;

(b)

il-limiti taż-żmien;

(c)

id-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-provi dokumentati li jridu jitressqu biex jappoġġaw l-applikazzjoni jew it-talba.

Artikolu 195

Atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323

Fejn applikazzjoni jew talba titqies bħala waħda li mhix ammissibbli, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 tiddeċiedi li tirrifjutaha bħala applikazzjoni jew talba li mhix ammissibbli.

Sottotaqsima III

It-termini tradizzjonali

Artikolu 196

Definizzjoni

“Terminu tradizzjonali” tfisser terminu użat tradizzjonalment fl-Istati Membri għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 173(1) sabiex jindika:

(a)

li l-prodott għandu denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali; jew

(b)

il-metodu ta’ produzzjoni jew ta’ maturazzjoni jew il-kwalità, il-kulur, it-tip ta’ post jew avveniment partikulari marbut mal-imgħoddi tal-prodott b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta.

Artikolu 197

Protezzjoni

1.   Terminu tradizzjonali protett jista’ jintuża biss għal prodott li jkun ġie prodott skont id-definizzjoni msemmija fl-Artikolu 196.

It-termini tradizzjonali għandhom jitħarsu mill-użu illegali.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta’ termini tradizzjonali protetti.

2.   It-termini tradizzjonali m’għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni.

Artikolu 198

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex tiżgura protezzjoni adegwata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta dispożizzjonijiet dwar il-lingwa u l-ortografija tat-terminu li għandu jiġi protett.

2.   Sabiex tiżgura d-drittijiet leġittimi jew l-interessi tal-produtturi jew tal-operaturi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tiddefinixxi dan li ġej:

(a)

it-tip ta’ applikanti li jistgħu japplikaw għall-protezzjoni ta’ terminu tradizzjonali;

(b)

il-kundizzjonijiet tal-validità ta’ applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ terminu tradizzjonali;

(c)

ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni fir-rigward tar-rikonoxximent propost ta’ terminu tradizzjonali;

(d)

l-ambitu tal-protezzjoni, inkluża r-relazzjoni ma’ trademarks, ma’ termini tradizzjonali protetti, ma’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew ma’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ma’ omonimi, jew ma’ ċerti ismijiet tal-għeneb tal-inbid;

(e)

ir-raġunijiet għat-tħassir ta’ terminu tradizzjonali;

(f)

id-data tat-tressiq ta’ applikazzjoni jew ta’ talba.

3.   Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta l-kundizzjonijiet li bihom jistgħu jintużaw termini tradizzjonali fuq prodotti minn pajjiżi terzi u tipprovdi għal derogi mill-Artikolu 196.

4.   Sabiex tevita l-użu illegali ta’ termini tradizzjonali protetti, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tispeċifika l-azzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw f’dan ir-rigward.

Artikolu 199

Setgħat ta’ implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ din is-Sottotaqsima dwar il-proċedura, inkluża l-ammissibbiltà, għall-eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni jew għall-approvazzjoni ta’ emenda ta’ terminu tradizzjonali, kif ukoll il-proċedura, inkluża l-ammissibbiltà, għal talbiet ta’ oġġezzjoni jew għat-tħassir, b’mod partikulari fir-rigward ta’:

(a)

il-mudelli tad-dokumenti u l-format tat-trażmissjoni;

(b)

il-limiti taż-żmien;

(c)

id-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-provi dokumentati li jridu jitressqu biex jappoġġaw l-applikazzjoni jew it-talba.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiddeċiedi li taċċetta jew li tirrifjuta applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ terminu tradizzjonali jew talba għal emenda tat-terminu protett jew għat-tħassir tal-protezzjoni ta’ terminu tradizzjonali.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tipprovdi għall-protezzjoni ta’ termini tradizzjonali li l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni tagħhom ikunu ġew aċċettati, b’mod partikulari billi tikklassifikahom skont il-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 196 u billi tippubblika definizzjoni u/jew il-kundizzjonijiet tal-użu.

Artikolu 200

Atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323

Fejn applikazzjoni jew talba titqies bħala waħda li mhix ammissibbli, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tiddeċiedi li tirrifjutaha bħala applikazzjoni jew talba li mhix ammissibbli.

Taqsima III

It-tikkettar u l-preżentazzjoni fis-settur tal-inbid

Artikolu 201

Definizzjoni

Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima:

(a)

“tikkettar” tfisser kwalunkwe kelma, dettall, trademark, marka kummerċjali, rappreżentazzjoni bl-istampi jew simbolu mqiegħed fuq pakkett, dokument, avviż, tikketta, ċirku jew kullar li jakkumpanja prodott partikulari jew li jirreferi għalih;

(b)

“preżentazzjoni” tfisser kwalunkwe informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi permezz tal-pakkett tal-prodott ikkonċernat, inkluż il-forma u t-tip ta’ fliexken.

Artikolu 202

L-applikabbiltà tar-regoli orizzontali

1.    Ħlief hekk kif speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, id-Direttiva 2008/95/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE (38), id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39) u d-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40) għandhom japplikaw għat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu fl-ambitu tagħhom. It-tikkettar tal-prodotti msemmija fl-Anness XII, Parti II, punti 1 sa 11, 13, 15 u 16, ma jista’ jiġi ssuplementat bl-ebda partikolarità għajr dawk li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament sakemm dawn ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE.

2.     Meta ingredjent wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE jkunu preżenti f’wieħed mill-prodotti msemmija fl-Anness XII, Parti II ta’ dan ir-Regolament, dawn iridu jkunu indikati fuq it-tikkettar, u ppreċeduti mit-terminu “jinkludi”.

Fil-każ tas-sulfiti, jistgħu jintużaw it-termini li ġejjin: “sulfiti” jew “diossidu tal-kubrit”.

3.     L-obbligu tat-tikkettar imsemmi fil-paragrafu 2 jista’ jkun akkumpanjat bl-użu ta’ pittogramma li għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ att delegat b’konformità mal-Artikolu 321. [Em. 27]

Artikolu 203

Dettalji obbligatorji

1.   It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness XII li jkunu kkummerċjalizzati fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom id-dettalji obbligatorji li ġejjin:

(a)

id-denominazzjoni għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli skont il-Parti II tal-Anness XII;

(b)

għal inbejjed b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta:

(i)

it-terminu “denominazzjoni protetta tal-oriġini” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”; u

(ii)

isem id-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta;

(c)

il-qawwa alkoħolika effettiva skont il-volum;

(d)

indikazzjoni tal-provenjenza;

(e)

indikazzjoni tal-bottiljatur jew, fil-każ tal-inbid spumanti, tal-inbid frizzanti bil-gass, tal-inbid spumanti ta’ kwalità jew tal-inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità, isem il-produttur jew il-bejjiegħ;

(f)

indikazzjoni tal-importatur fil-każ tal-inbejjed importati; u

(g)

fil-każ tal-inbid spumanti, tal-inbid frizzanti bil-gass, tal-inbid spumanti ta’ kwalità jew tal-inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità, indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1(a), ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli tista’ titħalla barra għal inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu l-isem ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta għall-inbejjed spumanti ta’ kwalità li t-tikketti tagħhom jinkludu t-terminu “Sekt” . [Em. 28]

3.   B’deroga mill-paragrafu 1(b), ir-referenza għat-termini “denominazzjoni protetta tal-oriġini” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” tista’ titħalla barra fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta fuq it-tikketta jintwera terminu tradizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 196(a);

(b)

f’ċirkustanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , sabiex tkun żgurata l-konformità mal-prattiki eżistenti tat-tikkettar.

Artikolu 204

Dettalji mhux obbligatorji

1.   It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 203(1) jistgħu jinkludu, b’mod partikulari, d-dettalji mhux obbligatorji li ġejjin:

(a)

is-sena tal-qtugħ u l-għasir tal-għeneb;

(b)

l-isem ta’ waħda mill-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid jew aktar;

(c)

fil-każ ta’ nbejjed għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 203(1)(g), termini li jindikaw il-kontenut taz-zokkor;

(d)

għal inbejjed b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta, termini tradizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 196(b);

(e)

is-simbolu tal-Unjoni li jindika d-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta;

(f)

termini li jirreferu għal ċerti metodi ta’ produzzjoni;

(g)

għal inbejjed li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, l-isem ta’ unità ġeografika oħra li hija iżgħar jew ikbar miż-żona li magħha hija marbuta d-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika.

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 182(3), fir-rigward tal-użu tad-dettalji msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) għal inbejjed mingħajr denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta:

(a)

l-Istati Membri għandhom idaħħlu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi sabiex jiżguraw il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, approvazzjoni u verifika, bil-għan li tkun żgurata l-veraċità tal-informazzjoni kkonċernata;

(b)

l-Istati Membri jistgħu, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-kompetizzjoni leali, iħejju, għall-inbid li jiġi prodott minn varjetajiet tal-għeneb tal-inbid fit-territorju tagħhom, listi ta’ varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li huma esklużi, b’mod partikulari jekk:

(i)

ikun hemm riskju ta’ konfużjoni għall-konsumaturi dwar l-oriġini vera tal-inbid minħabba l-fatt li l-varjetà partikulari tal-għeneb tal-inbid tifforma parti integrali minn denominazzjoni protetta tal-oriġini eżistenti jew minn indikazzjoni ġeografika protetta;

(ii)

il-kontrolli rilevanti mhux se jkunu kosteffiċjenti minħabba l-fatt li l-varjetà partikulari tal-għeneb tal-inbid tirrappreżenta parti żgħira ħafna mid-dwieli tal-Istat Membru partikulari;

(c)

it-taħlitiet ta’ nbejjed minn Stati Membri differenti ma għandhomx iwasslu għat-tikkettar tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid sakemm l-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux mod ieħor u sakemm ma jiżgurawx il-fattibbiltà tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, approvazzjoni u verifika rilevanti.

Artikolu 205

Il-lingwi

1.   Id-dettalji obbligatorji u mhux obbligatorji msemmija fl-Artikoli 203 u 204 għandhom, fejn imfissra fi kliem, jidhru f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew aktar.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, l-isem ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta jew terminu tradizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 196(a) għandu jidher fuq it-tikketta fil-lingwa jew fil-lingwi li għalihom tapplika l-protezzjoni.

Fil-każ ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew ta’ denominazzjonijiet nazzjonali speċifiċi li jagħmlu użu minn alfabett mhux Latin, l-isem jista’ jidher ukoll f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew aktar.

Artikolu 206

L-infurzar

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li prodott imsemmi fl-Artikolu 203(1) li ma jkollux tikkettar skont din it-Taqsima ma jitpoġġiex fis-suq, jew jiġi rtirat minnu.

Artikolu 207

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex tiżgura l-konformità mar-regoli orizzontali marbutin mat-tikkettar u l-preżentazzjoni u biex tqis il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-inbid, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta definizzjonijiet, regoli u restrizzjonijiet dwar:

(a)

il-preżentazzjoni u l-użu ta’ dettalji dwar it-tikkettar għajr dawk li dwarhom hemm dispożizzjoni f’din it-Taqsima;

(b)

ċerti dettalji obbligatorji, b’mod partikulari:

(i)

it-termini li għandhom jintużaw biex jiġu fformulati d-dettalji obbligatorji u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom;

(ii)

it-termini li jirreferu għal intrapriża u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom;

(iii)

dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri produtturi jistabbilixxu regoli addizzjonali marbutin mad-dettalji obbligatorji;

(iv)

dispożizzjonijiet li jippermettu aktar derogi minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 203(2) fir-rigward tal-ommissjoni tar-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli; u

(v)

dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-lingwi;

(c)

id-dettalji mhux obbligatorji b’mod partikulari:

(i)

it-termini li għandhom jintużaw biex jiġu fformulati d-dettalji mhux obbligatorji u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom;

(ii)

dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri produtturi jistabbilixxu regoli addizzjonali marbutin mad-dettalji mhux obbligatorji;

(d)

il-preżentazzjoni b’mod partikulari:

(i)

il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ ċerti forom tal-fliexken, u lista ta’ ċerti forom tal-fliexken partikulari;

(ii)

il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ fliexken u ta’ għeluq tat-tip tal-“inbid spumanti”;

(iii)

dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri produtturi jistabbilixxu regoli addizzjonali marbutin mal-preżentazzjoni;

(iv)

dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-lingwi.

2.   Sabiex tiżgura l-effiċjenza tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, approvazzjoni u verifika li dwarhom hemm dispożizzjoni f’din it-Taqsima, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta l-miżuri meħtieġa f’dan ir-rigward.

3.   Sabiex tiżgura l-interessi leġittimi tal-operaturi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli dwar it-tikkettar temporanju u l-preżentazzjoni temporanja ta’ nbejjed li jkollhom denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, li d-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika kkonċernata tagħhom tkun tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 178(5).

4.   Sabiex tiżgura li l-operaturi ekonomiċi ma ssirilhomx ħsara, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta dispożizzjonijiet tranżizzjonali f’dak li għandu x’jaqsam mal-inbid imqiegħed fis-suq u ttikkettat qabel l-1 ta’ Awwissu 2009.

5.   Sabiex tevita l-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni jew l-esportazzjoni ta’ prodotti li ma jkollhomx tikkettar skont din it-Taqsima, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tiddefinixxi l-azzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw f’dan ir-rigward.

6.   Sabiex tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta derogi minn din it-Taqsima.

Artikolu 208

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ din it-Taqsima dwar il-proċeduri, in-notifiki u l-kriterji tekniċi.

KAPITOLU II

Organizzazzjonijiet tal-produtturi, gruppi tal-produtturi, organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur u organizzazzjonijiet tal-operaturi

Taqsima I

Prinċipji ġenerali

Artikolu 209

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu organizzazzjonijiet tal-produtturi li:

(a)

jkunu magħmula minn produtturi ta’ wieħed mis-setturi li ġejjin:

(i)

is-settur tal-ħops;

(ii)

is-settur taz-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda;

(iii)

is-settur tal-frott u l-ħaxix fir-rigward ta’ bdiewa li jkabbru prodott wieħed jew iktar ta’ dak is-settur u/jew li jkabbru t-tali prodotti li jkunu maħsubin biss għall-ipproċessar;

(iv)

is-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

(v)

is-settur tad-dud tal-ħarir;

(b)

jkunu ffurmati fuq inizjattiva tal-produtturi;

(c)

ifittxu li jilħqu għan speċifiku li jista’, b’mod partikulari, jinkludi jew li, għas-settur tal-frott u l-ħaxix, għandu jinkludi, wieħed jew aktar mill-għanijiet li ġejjin:

(i)

l-iżgurar li l-produzzjoni tiġi ppjanata u li tiġi aġġustata għad-domanda, b’mod partikulari f’termini tal-kwalità u tal-kwantità;

(ii)

il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti mmanifatturati mill-membri tagħhom;

(iii)

li jsir l-aħjar użu mill-ispejjeż tal-produzzjoni u li jiġu stabbilizzati l-prezzijiet tal-produtturi.

L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu wkoll l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu magħmulin minn produtturi fi kwalunkwe settur imsemmi fl-Artikolu 1, għajr dawk imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu, bil-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (c) ta’ dak il-paragrafu.

L-Istati Membri jistgħu, għas-settur tal-inbid, jirrikonoxxu organizzazzjonijiet tal-produtturi bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati fil-punti (b) u (c) tal-ewwel paragrafu, li japplikaw regoli ta’ assoċjazzjoni li jitolbu lill-membri tagħhom, b’mod partikulari, biex:

(a)

japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi b’rabta mar-rappurtar tal-produzzjoni, mal-produzzjoni, mal-kummerċjalizzazzjoni u mal-ħarsien ambjentali;

(b)

jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal għanijiet tal-istatistika, b’mod partikulari dwar iż-żoni ta’ tkabbir u l-evoluzzjoni tas-suq;

(c)

iħallsu penali għall-ksur tal-obbligi skont ir-regoli tal-assoċjazzjoni.

L-għanijiet speċifiċi li ġejjin skont it-tifsira tal-punt (c) tal-ewwel paragrafu jistgħu jiġu segwiti, b’mod partikulari, fis-settur tal-inbid:

(a)

il-promozzjoni u l-għoti ta’ għajnuna teknika għall-użu ta’ prattiki ta’ kultivazzjoni u ta’ tekniki ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

(b)

il-promozzjoni ta’ inizjattivi għall-ġestjoni ta’ prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid u l-ġestjoni tal-iskart b’mod partikulari sabiex titħares il-kwalità tal-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ u sabiex tiġi ppreservata u titħeġġeġ il-bijodiversità;

(c)

it-twettiq ta’ riċerka dwar metodi ta’ produzzjoni sostenibbli u dwar l-iżviluppi fis-suq;

(d)

l-għoti ta’ kontribut għall-ksib tal-programmi ta’ appoġġ imsemmija fit-Taqsima VII tal-Kapitolu IV tat-Titolu I ta’ din il-Parti.

Artikolu 210

Organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur li:

(a)

jkunu magħmulin minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbutin mal-produzzjoni ta’ prodotti fis-setturi li ġejjin, mal-kummerċ fihom, u/jew mal-ipproċessar tagħhom:

(i)

is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda;

(ii)

is-settur tat-tabakk;

(b)

jkunu ffurmati fuq inizjattiva tal-organizzazzjonijiet jew tal-assoċjazzjonijiet kollha li huma magħmulin minnhom, jew fuq inizjattiva ta’ xi wħud minnhom;

(c)

ifittxu li jilħqu għan speċifiku, li jista’, b’mod partikulari, jkollu x’jaqsam ma’:

(i)

il-konċentrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-provvista u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri;

(ii)

l-adattament tal-produzzjoni u tal-ipproċessar b’mod konġunt għar-rekwiżiti tas-suq u t-titjib tal-prodott;

(iii)

il-promozzjoni tar-razzjonalizzazzjoni u t-titjib tal-produzzjoni u tal-ipproċessar;

(iv)

it-twettiq ta’ riċerka dwar metodi ta’ produzzjoni sostenibbli u dwar l-iżviluppi fis-suq.

2.   F’każ li l-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur imsemmija fil-paragrafu 1 iwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorji ta’ diversi Stati Membri, ir-rikonoxximent għandu jingħata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323.

3.   Minbarra l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, għas-settur tal-frott u l-ħaxix, u jistgħu, għas-settur tal-inbid, jirrikonoxxu wkoll organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur li:

(a)

jkunu magħmulin minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbutin mal-produzzjoni tal-prodotti tas-setturi msemmija fil-kliem tal-bidu, mal-kummerċ fihom, u/jew mal-ipproċessar tagħhom;

(b)

jkunu ffurmati fuq inizjattiva tar-rappreżentanti kollha msemmija fil-punt (a) jew ta’ wħud minnhom;

(c)

iwettqu waħda, u fil-każ tas-settur tal-frott u l-ħaxix, tnejn jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin f’wieħed mir-reġjuni tal-Unjoni jew aktar, filwaqt li jqisu l-interessi tal-konsumaturi, u, mingħajr ħsara għal setturi oħrajn, fis-settur tal-inbid, filwaqt li jqisu s-saħħa pubblika u l-interessi tal-konsumaturi:

(i)

it-titjib tal-għarfien u tat-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq;

(ii)

l-għoti ta’ kontribut biex ikun ikkoordinat aħjar il-mod li bih il-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix u tas-settur tal-inbid jitpoġġew fis-suq, b’mod partikulari permezz tar-riċerka u tal-istudji tas-suq;

(iii)

it-tfassil ta’ forom standard ta’ kuntratti li jkunu kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(iv)

l-isfruttament aħjar tal-potenzjal tal-frott u l-ħaxix prodotti u tal-potenzjal tal-produzzjoni fis-settur tal-inbid;

(v)

l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni tkun aġġustata għal prodotti li jkunu aktar adattati għar-rekwiżiti tas-suq u għall-gosti u għall-aspettattivi tal-konsumaturi, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità tal-prodotti u mal-ħarsien ambjentali;

(vi)

it-tiftix ta’ modi kif ikun restritt l-użu ta’ prodotti għas-saħħa tal-pjanti u ta’ prodotti agrikoli (“inputs”) oħrajn u ta’ modi kif ikunu żgurati l-kwalità tal-prodotti u l-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma;

(vii)

l-iżvilupp ta’ metodi u strumenti għat-titjib tal-kwalità tal-prodotti fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni u, għas-settur tal-inbid, tal-produzzjoni tal-inbid ukoll;

(viii)

l-isfruttament tal-potenzjal tal-biedja organika u l-ħarsien u l-promozzjoni ta’ din it-tip ta’ biedja kif ukoll tad-denominazzjonijiet tal-oriġini, tat-tikketti tal-kwalità u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi;

(ix)

il-promozzjoni tal-produzzjoni integrata jew ta’ metodi ta’ produzzjoni oħrajn li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

(x)

għas-settur tal-frott u l-ħaxix, l-istabbiliment ta’ regoli, f’dak li għandu x’jaqsam mar-regoli tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-punti 2 u 3 tal-Anness XIV, li huma aktar stretti mir-regoli nazzjonali jew minn dawk tal-Unjoni;

(xi)

għas-settur tal-inbid:

l-għoti ta’ informazzjoni dwar karatteristiċi partikulari tal-inbid li jkollu denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta,

l-inkuraġġiment ta’ konsum moderat u responsabbli tal-inbid u l-għoti ta’ tagħrif dwar il-periklu marbut ma’ użanzi tal-konsum perikolużi,

it-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni għall-inbid, b’mod speċjali f’pajjiżi terzi.

4.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu wkoll organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur li:

(a)

jkunu magħmulin minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbutin mal-produzzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, mal-kummerċ fihom, u/jew mal-ipproċessar tagħhom;

(b)

jkunu ffurmati fuq inizjattiva tar-rappreżentanti kollha msemmija fil-punt (a) jew ta’ wħud minnhom;

(c)

iwettqu waħda mill-attivitajiet li ġejjin jew aktar f’wieħed mir-reġjuni tal-Unjoni jew aktar, filwaqt li jqisu l-interessi tal-konsumaturi:

(i)

it-titjib tal-għarfien u tat-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, inkluż billi jippubblikaw dejta statistika dwar il-prezzijiet, il-volumi u t-tul ta’ żmien tal-kuntratti għall-kunsinna tal-ħalib mhux imsajjar li jkunu ġew konklużi qabel, u billi jipprovdu analiżi tal-iżviluppi potenzjali tas-suq fil-ġejjieni fil-livell nazzjonali jew reġjonali;

(ii)

l-għoti ta’ kontribut biex ikun ikkoordinat aħjar il-mod li bih il-prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jitpoġġew fis-suq, b’mod partikulari permezz tar-riċerka u tal-istudji tas-suq;

(iii)

it-tfassil ta’ forom standard ta’ kuntratti li jkunu kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(iv)

l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni tkun aġġustata għal prodotti li jkunu aktar adattati għar-rekwiżiti tas-suq u għall-gosti u għall-aspettattivi tal-konsumaturi, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità tal-prodotti u mal-ħarsien ambjentali;

(v)

it-tiftix ta’ modi kif ikun restritt l-użu ta’ prodotti għas-saħħa tal-annimali u ta’ prodotti agrikoli (“inputs”) oħrajn;

(vi)

l-iżvilupp ta’ metodi u strumenti għat-titjib tal-kwalità tal-prodotti fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(vii)

l-isfruttament tal-potenzjal tal-biedja organika u l-ħarsien u l-promozzjoni ta’ din it-tip ta’ biedja kif ukoll tad-denominazzjonijiet tal-oriġini, tat-tikketti tal-kwalità u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi; u

(viii)

il-promozzjoni tal-produzzjoni integrata jew ta’ metodi ta’ produzzjoni oħrajn li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

Artikolu 211

Dispożizzjonijiet komuni dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur

1.   L-Artikolu 209 u l-Artikolu 210(1) għandhom japplikaw mingħajr ħsara għar-rikonoxximent, deċiż mill-Istati Membri abbażi tal-liġijiet nazzjonali u f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni, ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew ta’ organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur rispettivament, fi kwalunkwe settur imsemmi fl-Artikolu 1 ħlief għas-setturi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 209 u fl-Artikolu 210(1).

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi rrikonoxxuti jew approvati skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 707/76 (41), (KE) Nru 865/2004 (42), u (KE) Nru 1952/2005 (43) għandhom jitqiesu bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi rrikonoxxuti skont l-Artikolu 209 ta’ dan ir-Regolament.

L-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur irrikonoxxuti jew approvati skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 2077/92 (44) u (KE) Nru 865/2004 għandhom jitiqiesu bħala organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur irrikonoxxuti skont l-Artikolu 210 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 212

Organizzazzjonijiet tal-operaturi

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet tal-operaturi għandhom jinkludu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi rrikonoxxuti, l-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur irrikonoxxuti jew l-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti ta’ operaturi oħrajn fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom.

Taqsima II

Regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur u l-gruppi tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix

Sottotaqsima I

Regoli ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

Artikolu 213

Regoli ta’ assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix għandhom jitolbu lill-membri tagħha li huma produtturi, b’mod partikulari, biex:

(a)

japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi b’rabta mar-rappurtar tal-produzzjoni, mal-produzzjoni, mal-kummerċjalizzazzjoni u mal-ħarsien ambjentali;

(b)

ikunu membri f’organizzazzjoni tal-produtturi waħda biss fir-rigward tal-produzzjoni, minn impriża partikulari, ta’ prodott partikulari msemmi fil-punt (a)(iii) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 209;

(c)

jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni kollha kkonċernata tagħhom permezz tal-organizzazzjoni tal-produtturi;

(d)

jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal għanijiet tal-istatistika, b’mod partikulari dwar iż-żoni ta’ tkabbir, il-kwantitajiet maħsuda, l-ammonti tal-produzzjoni u l-bejgħ dirett;

(e)

iħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fir-regoli tal-assoċjazzjoni tagħha għall-istabbiliment u r-riforniment tal-fond operattiv li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 120.

2.   Minkejja l-paragrafu 1(c), meta l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan u meta dan ikun konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-membri li huma produtturi jistgħu:

(a)

ibigħu mhux aktar minn perċentwal fiss tal-produzzjoni u/jew tal-prodotti tagħhom direttament fl-impriżi tagħhom u/jew barra mill-impriżi tagħhom lill-konsumaturi għall-ħtiġijiet personali tagħhom, u dawn il-perċentwali għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri f’livell li ma jkunx inqas minn 10 %;

(b)

jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta’ organizzazzjoni tal-produtturi oħra magħżula mill-organizzazzjoni tagħhom stess, kwantitajiet ta’ prodotti li jkunu marġinali meta mqabbla mal-volum tal-produzzjoni li tista’ titqiegħed fis-suq tal-organizzazzjoni tagħhom;

(c)

jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta’ organizzazzjoni tal-produtturi oħra magħżula mill-organizzazzjoni tagħhom stess, prodotti li, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, normalment ma jkunux koperti mill-attivitajiet kummerċjali tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata.

3.   Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jistabbilixxu wkoll:

(a)

il-proċeduri għall-istabbiliment, l-adozzjoni u l-emendar tar-regoli msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

l-impożizzjoni fuq il-membri li jħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa sabiex tiġi ffinanzjata l-organizzazzjoni tal-produtturi;

(c)

regoli li jippermettu lill-membri li huma produtturi jeżaminaw bir-reqqa u b’mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha;

(d)

penali għall-ksur tal-obbligi skont ir-regoli ta’ assoċjazzjoni, b’mod partikulari n-nuqqas ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji, jew tar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(e)

regoli dwar id-dħul ta’ membri ġodda, b’mod partikulari perjodu minimu ta’ sħubija;

(f)

ir-regoli baġitarji u ta’ kontabilità meħtieġa għat-tħaddim tal-organizzazzjoni.

4.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix għandhom jitqiesu li qed jaġixxu f’isem u għan-nom tal-membri tagħhom fi kwistjonijiet ekonomiċi.

Artikolu 214

Rikonoxximent

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix l-entitajiet legali kollha jew il-partijiet iddefiniti b’mod ċar tal-entitajiet legali li japplikaw għat-tali rikonoxximent, dejjem jekk:

(a)

ikollhom l-għan li jużaw prattiki ta’ kultivazzjoni, tekniki ta’ produzzjoni u prattiki għall-ġestjoni tal-iskart li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, b’mod partikulari sabiex titħares il-kwalità tal-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ u sabiex tiġi ppreservata u titħeġġeġ il-bijodiversità, u jekk ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 209 u 213 u jipprovdu l-provi rilevanti dwar dan;

(b)

ikollhom għadd minimu ta’ membri u jkunu jkopru volum minimu jew valur minimu ta’ produzzjoni li tista’ titqiegħed fis-suq, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, filwaqt li jipprovdu l-provi rilevanti dwar dan;

(c)

ikun hemm biżżejjed evidenza li huma jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom tajjeb, kemm fit-tul taż-żmien, kif ukoll f’termini tal-effikaċja u l-konċentrazzjoni tal-provvista. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema mill-prodotti jew mill-gruppi ta’ prodotti msemmija fil-punt (a)(iii) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 209 għandhom jiġu koperti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(d)

jippermettu, b’mod effettiv, lill-membri tagħhom jiksbu għajnuna teknika fl-użu ta’ prattiki ta’ kultivazzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

(e)

jipprovdu, b’mod effettiv, lill-membri tagħhom, fejn meħtieġ, bil-mezzi tekniċi għall-ġbir, il-ħżin, l-ippakkjar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tagħhom;

(f)

jiżguraw il-ġestjoni kummerċjali u ta’ kontabilità xierqa tal-attivitajiet tagħhom; u

(g)

ma jkollhomx pożizzjoni dominanti f’suq partikulari sakemm dan ma jkunx meħtieġ skont l-għanijiet tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

2.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jiddeċiedu jekk għandhomx jagħtu rikonoxximent lil organizzazzjoni tal-produtturi fi żmien tliet xhur minn meta tintbagħat applikazzjoni li jkollha magħha l-evidenza rilevanti kollha;

(b)

iwettqu kontrolli f’intervalli regolari biex jaċċertaw ruħhom li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu konformi ma’ dan il-Kapitolu, jimponu l-penali fuq it-tali organizzazzjonijiet f’każ li jkun hemm nuqqas ta’ konformità jew irregolaritajiet marbutin mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiddeċiedu li jirtiraw ir-rikonoxximent, fejn dan ikun meħtieġ;

(c)

jgħarrfu lill-Kummissjoni, darba f’sena, dwar kull deċiżjoni li jagħtu, jirrifjutaw jew jirtiraw rikonoxximent.

Sottotaqsima II

Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta’ gruppi tal-produtturi

Artikolu 215

Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix

Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix għandha tiġi ffurmata fuq inizjattiva ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rrikonoxxuti u tista’ twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta’ organizzazzjoni tal-produtturi msemmija f’dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, fuq talba, assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi meta:

(a)

l-Istat Membru jqis li l-assoċjazzjoni hija kapaċi twettaq dawk l-attivitajiet b’mod effettiv; u

(b)

l-assoċjazzjoni ma jkollhiex pożizzjoni dominanti f’suq partikulari sakemm dan ma jkunx meħtieġ skont l-għanijiet tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

L-Artikolu 213(4) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 216

Esternalizzazzjoni tax-xogħol

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta fis-settur tal-frott u l-ħaxix jew lil assoċjazzjoni rrikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi f’dak is-settur testernalizza kwalunkwe waħda mill-attivitajiet tagħha, inkluż lil sussidjarji, dejjem jekk hija tagħti biżżejjed provi lill-Istat Membru dwar il-fatt li din l-esternalizzazzjoni hija mod xieraq kif jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernata.

Artikolu 217

Gruppi tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix

1.   Fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, jew fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 349(2) tat-Trattat, jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006, il-gruppi tal-produtturi jistgħu jiġu ffurmati bħala entità legali jew bħala parti ddefinita b’mod ċar ta’ entità legali, fuq inizjattiva ta’ bdiewa li jkabbru prodott wieħed jew iktar mill-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix u/jew li jkabbru t-tali prodotti li jkunu maħsubin biss għall-ipproċessar, bil-għan li dawn jiġu rrikonoxxuti bħala organizzazzjoni tal-produtturi.

Dawn il-gruppi tal-produtturi jistgħu jingħataw perjodu tranżizzjonali li matulu jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent bħala organizzazzjoni tal-produtturi skont l-Artikolu 209.

Sabiex jikkwalifikaw għal dan, dawk il-gruppi tal-produtturi għandhom jippreżentaw pjan ta’ rikonoxximent imqassam f’fażijiet lill-Istat Membru rilevanti, u l-aċċettazzjoni tiegħu għandha timmarka l-bidu tal-perjodu tranżizzjonali msemmi fit-tieni subparagrafu u għandha tikkostitwixxi rikonoxximent preliminari. Il-perjodu tranżizzjonali m’għandux ikun ta’ aktar minn ħames snin.

2.   Qabel ma jaċċettaw il-pjan ta’ rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dak li beħsiebhom jagħmlu u dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji li dan x’aktarx ikollu.

Sottotaqsima III

Estensjoni tar-regoli għall-produtturi ta’ żona ekonomika

Artikolu 218

Estensjoni tar-regoli

1.   F’każijiet fejn organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix li topera f’żona ekonomika speċifika titqies, għal prodott speċifiku, li hija rappreżentattiva tal-produzzjoni u tal-produtturi f’dik iż-żona, l-Istat Membru kkonċernat jista’, fuq talba tal-organizzazzjoni tal-produtturi, jagħmel ir-regoli li ġejjin bħala regoli li jorbtu għall-produtturi stabbiliti f’dik iż-żona ekonomika li ma jkunux imsieħba fl-organizzazzjoni tal-produtturi:

(a)

ir-regoli msemmija fl-Artikolu 213(1)(a);

(b)

ir-regoli meħtieġa biex jiġu implimentati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 121(2)(c).

L-ewwel subparagrafu għandu japplika bil-kundizzjoni li dawk ir-regoli:

(a)

ikunu ilhom fis-seħħ għal mill-inqas sena waħda tas-suq;

(b)

ikunu inklużi fil-lista eżawrjenti mogħtija fl-Anness XIV;

(c)

ikunu jorbtu legalment għal mhux aktar minn tliet snin tas-suq.

Madankollu, il-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu ma għandhiex tapplika jekk ir-regoli kkonċernati jkunu dawk imniżżlin fil-punti 1, 3 u 5 tal-Anness XIV. F’dan il-każ, l-estensjoni tar-regoli ma tistax tapplika għal aktar minn sena waħda tas-suq.

2.   Għall-għanijiet ta’ din is-Sottotaqsima, “żona ekonomika” tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni tal-produzzjoni li jmissu ma’ xulxin jew tal-viċinat li għandhom l-istess kundizzjonijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista taż-żoni ekonomiċi.

Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323, tapprova l-lista jew għandha, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tiddeċiedi dwar l-emendi li dan l-Istat Membru għandu jagħmlilha. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-lista approvata għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bil-metodi li hija tqis li huma xierqa.

3.   Organizzazzjoni tal-produtturi għandha titqies bħala organizzazzjoni rappreżentattiva skont it-tifsira tal-paragrafu 1 meta l-membri tagħha jkunu jammontaw għal mill-inqas 50 % tal-produtturi fiż-żona ekonomika fejn topera u meta hija tkun tkopri mill-inqas 60 % tal-volum tal-produzzjoni ta’ dik iż-żona. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 5, meta jiġu kkalkulati dawn il-perċentwali, ma għandhomx jitqiesu l-produtturi jew il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti, sal-31 ta’ Diċembru 2008, mir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (45) u, mill-1 ta’ Jannar 2009, mir-Regolament (KE) Nru 834/2007 (46).

4.   Ir-regoli li jsiru jorbtu għall-produtturi kollha f’żona ekonomika speċifika:

(a)

ma għandhom jikkawżaw ebda ħsara għall-produtturi l-oħrajn fl-Istat Membru kkonċernat jew fl-Unjoni;

(b)

ma għandhomx japplikaw, sakemm ma jkopruhomx b’mod ċar, għall-prodotti li jitwasslu għall-ipproċessar skont kuntratt iffirmat qabel il-bidu tas-sena tas-suq, bl-eċċezzjoni tar-regoli dwar ir-rappurtar tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 213(1)(a);

(c)

ma għandhomx ikunu f’kunflitt mar-regoli tal-Unjoni u mar-regoli nazzjonali li jkunu fis-seħħ.

5.   Ir-regoli ma għandhomx isiru jorbtu għall-produtturi ta’ prodotti organiċi koperti, sal-31 ta’ Diċembru 2008, mir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u, mill-1 ta’ Jannar 2009, mir-Regolament (KE) Nru 834/2007 sakemm ma jkunx hemm qbil dwar it-tali miżura minn tal-inqas 50 % tat-tali produtturi fiż-żona ekonomika li fiha topera l-organizzazzjoni tal-produtturi u sakemm dik l-organizzazzjoni ma tkunx tkopri mill-inqas 60 % tat-tali produzzjoni ta’ dik iż-żona.

Artikolu 219

Notifika

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li huma jkunu għamlu bħala regoli li jorbtu għall-produtturi kollha f’żona ekonomika speċifika skont l-Artikolu 218(1). Il-Kummissjoni għandha tqiegħed dawk ir-regoli għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bil-metodi li hija tqis li huma xierqa.

Artikolu 220

Revoka tal-estensjoni tar-regoli

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tiddeċiedi li Stat Membru għandu jirrevoka estensjoni tar-regoli li huwa jkun iddeċieda dwarha skont l-Artikolu 218(1):

(a)

meta ssib li l-estensjoni kkonċernata għal produtturi oħrajn teskludi l-kompetizzjoni f’parti sostanzjali tas-suq intern jew tfixkel il-kummerċ ħieles, jew li l-għanijiet tal-Artikolu 39 tat-Trattat qed jitpoġġew f’periklu;

(b)

meta ssib li l-Artikolu 101(1) tat-Trattat japplika għar-regoli estiżi għal produtturi oħrajn. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli għandha tapplika biss mid-data tat-tali sejba;

(c)

meta, wara l-kontrolli li tagħmel, issib li ma kienx hemm konformità ma’ din is-Sottotaqsima.

Artikolu 221

Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ produtturi li mhumiex membri

Meta jiġi applikat l-Artikolu 218(1), l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi, wara eżami bir-reqqa tal-provi ppreżentati, li l-produtturi li mhumiex membri għandhom ikunu responsabbli lejn l-organizzazzjoni tal-produtturi għall-parti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-membri li huma produtturi, sakemm dawn jintużaw biex ikopru:

(a)

l-ispejjeż amministrattivi li jiġu mill-applikazzjoni tar-regoli msemmija fl-Artikolu 218(1);

(b)

l-ispejjeż tar-riċerka, tal-istudji tas-suq u tal-promozzjoni tal-bejgħ imwettqa mill-organizzazzjoni jew mill-assoċjazzjoni u li minnhom jibbenifikaw il-produtturi kollha f’dik iż-żona.

Artikolu 222

Estensjoni tar-regoli tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

Għall-għanijiet ta’ din is-Sottotaqsima, kwalunkwe referenza għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tinftiehem ukoll bħala referenza għall-assoċjazzjonijiet irrikonoxxuti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Sottotaqsima IV

Organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur fis-settur tal-frott u l-ħaxix

Artikolu 223

Rikonoxximent u rtirar tar-rikonoxximent

1.   Jekk ikun iġġustifikat mill-istrutturi tal-Istat Membru, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur fis-settur tal-frott u l-ħaxix l-entitajiet legali kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom li jagħmlu applikazzjoni xierqa, dejjem jekk:

(a)

huma jwettqu l-attività tagħhom f’wieħed mir-reġjuni fl-Istat Membru kkonċernat jew aktar;

(b)

huma jirrappreżentaw parti sinifikanti mill-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix u tal-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix fir-reġjun jew fir-reġjuni kkonċernati, mill-kummerċ fihom, u/jew mill-ipproċessar tagħhom u, fejn ikun hemm aktar minn reġjun wieħed involut, huma jistgħu juru livell minimu ta’ rappreżentanza f’kull reġjun għal kull waħda mill-fergħat li tagħmel parti mill-grupp tagħhom;

(c)

huma jwettqu tnejn jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 210(3)(c);

(d)

huma stess mhumiex involuti fil-produzzjoni jew fl-ipproċessar jew fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ frott u ħaxix jew ta’ prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix;

(e)

huma mhuma involuti fl-ebda ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma msemmija fl-Artikolu 285(4).

2.   Qabel jagħtu r-rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur li jkunu applikaw għar-rikonoxximent, u għandhom jagħtuha l-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-rappreżentanza tagħhom u d-diversi attivitajiet tagħhom, flimkien mal-informazzjoni l-oħra kollha meħtieġa għal valutazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , toġġezzjona għar-rikonoxximent fi żmien xahrejn minn meta ssir in-notifika.

3.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jiddeċiedu jekk għandhomx jagħtu r-rikonoxximent fi żmien tliet xhur minn meta tintbagħat applikazzjoni bil-provi dokumentati rilevanti kollha;

(b)

iwettqu kontrolli f’intervalli regolari biex jaċċertaw ruħhom li l-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur jkunu konformi mat-termini u mal-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent, jimponu l-penali fuq it-tali organizzazzjonijiet f’każ li jkun hemm nuqqas ta’ konformità jew irregolaritajiet marbutin mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiddeċiedu li jirtiraw ir-rikonoxximent, fejn dan ikun meħtieġ;

(c)

jirtiraw ir-rikonoxximent jekk:

(i)

ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stabbiliti f’din is-Sottotaqsima ma jkunux għadhom qegħdin jiġu ssodisfati;

(ii)

l-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur tinvolvi ruħha fi kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma msemmija fl-Artikolu 285(4), mingħajr ħsara għal kwalunkwe penali oħrajn li għandhom jiġu imposti skont il-liġijiet nazzjonali;

(iii)

l-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur tonqos milli tikkonforma mal-obbligu tan-notifika msemmi fl-Artikolu 285(2);

(d)

jgħarrfu lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn, dwar kwalunkwe deċiżjoni li jagħtu, jirrifjutaw jew jirtiraw rikonoxximent.

4.   Ir-rikonoxximent għandu jinkludi awtorizzazzjoni biex jitwettqu l-attivitajiet imniżżlin fl-Artikolu 210(3)(ċ), suġġetti għat-termini ta’ dan ir-Regolament.

5.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet u l-frekwenza li bihom l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur.

6.   Il-Kummissjoni tista’, bħala riżultat tal-kontrolli, titlob lil Stat Membru, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , biex jirtira rikonoxximent.

7.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku lista tal-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur irrikonoxxuti, bil-metodi li hija tqis li huma xierqa, li fiha tindika l-qasam ekonomiku jew iż-żona tal-attivitajiet tagħhom u l-attivitajiet imwettqa skont it-tifsira tal-Artikolu 224. L-irtirar tar-rikonoxximent ukoll għandu jiġi ppubblikat.

Artikolu 224

Estensjoni tar-regoli

1.   F’każijiet fejn organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur li topera f’reġjun speċifiku jew f’reġjuni speċifiċi ta’ Stat Membru titqies li hija rappreżentattiva tal-produzzjoni ta’ prodott partikulari, tal-kummerċ fih jew tal-ipproċessar tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat jista’, fuq talba ta’ dik l-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur, jagħmel xi wħud mill-ftehimiet, mid-deċiżjonijiet u mill-prattiki miftiehma li kien hemm qbil dwarhom f’dik l-organizzazzjoni bħala ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jorbtu, għal perjodu limitat taż-żmien, għall-operaturi l-oħrajn li joperaw fir-reġjun jew fir-reġjuni kkonċernati li ma jkunux imsieħba fl-organizzazzjoni, kemm jekk dawn ikunu individwi u kemm jekk ikunu gruppi.

2.   Organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur għandha titqies bħala organizzazzjoni rappreżentattiva skont it-tifsira tal-paragrafu 1 meta tkun tammonta għal mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni tal-prodott jew tal-prodotti kkonċernati jew tal-kummerċ fihom jew tal-ipproċessar tagħhom fir-reġjun jew fir-reġjuni kkonċernati ta’ Stat Membru. Meta l-applikazzjoni għall-estensjoni tar-regoli tagħha għal operaturi oħrajn tkun tkopri aktar minn reġjun wieħed, l-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur għandha turi livell minimu ta’ rappreżentanza għal kull waħda mill-fergħat li hija tiġbor fi ħdanha f’kull wieħed mir-reġjuni kkonċernati.

3.   Ir-regoli li għalihom tista’ tintalab l-estensjoni għal operaturi oħrajn:

(a)

għandu jkollhom waħda mill-miri li ġejjin:

(i)

ir-rappurtar tal-produzzjoni u tas-suq;

(ii)

regoli ta’ produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-regoli tal-Unjoni jew fir-regoli nazzjonali;

(iii)

it-tfassil ta’ kuntratti standard li huma kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(iv)

regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni;

(v)

regoli dwar il-ħarsien ambjentali;

(vi)

miżuri sabiex ikun hemm il-promozzjoni u l-isfruttament tal-potenzjal tal-prodotti;

(vii)

miżuri sabiex jitħarsu l-biedja organika, kif ukoll id-denominazzjonijiet tal-oriġini, it-tikketti tal-kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

(b)

għandhom ikunu ilhom fis-seħħ għal mill-inqas sena waħda tas-suq;

(c)

jistgħu jsiru jorbtu għal mhux aktar minn tliet snin tas-suq;

(d)

ma għandhom jikkawżaw ebda ħsara għall-operaturi l-oħrajn fl-Istat Membru kkonċernat jew fl-Unjoni.

Madankollu, il-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika jekk ir-regoli kkonċernati jkunu dawk imniżżlin fil-punti 1, 3 u 5 tal-Anness XIV. F’dan il-każ, l-estensjoni tar-regoli ma tistax tapplika għal aktar minn sena waħda tas-suq.

4.   Ir-regoli msemmija fil-punti (a)(ii), (iv) u (v) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ma għandhomx ikunu regoli oħrajn għajr dawk stabbiliti fl-Anness XIV. Ir-regoli msemmija fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ma għandhomx japplikaw għal prodotti li jkunu ġew prodotti barra r-reġjun speċifiku jew ir-reġjuni speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 225

Notifika u revoka tal-estensjoni tar-regoli

1.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li huma jkunu għamlu bħala regoli li jorbtu għall-operaturi kollha f’reġjun speċifiku wieħed jew aktar skont l-Artikolu 224(1). Il-Kummissjoni għandha tqiegħed dawk ir-regoli għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bil-metodi li hija tqis li huma xierqa.

2.   Qabel ma jiġu ppubblikati r-regoli, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 323(1) dwar kwalunkwe notifika tal-estensjoni tal-ftehimiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tiddeċiedi li Stat Membru għandu jirrevoka estensjoni tar-regoli li huwa jkun iddeċieda dwarha fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 220.

Artikolu 226

Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ individwi jew gruppi li mhumiex membri

F’każijiet fejn ir-regoli għal prodott wieħed jew aktar jiġu estiżi u fejn waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 224(3)(a) huma segwiti minn organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur irrikonoxxuta u fejn ir-regoli huma fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ dawk il-persuni li l-attivitajiet tagħhom huma marbutin ma’ wieħed jew aktar mill-prodotti kkonċernati, l-Istat Membru li jkun ta r-rikonoxximent jista’ jiddeċiedi li individwi jew gruppi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur iżda li jibbenifikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha li jħallsu l-membri tagħha, jew parti minnhom, safejn it-tali kontribuzzjonijiet ikunu maħsubin biex ikopru l-ispejjeż imġarrbin direttament minħabba s-segwitu tal-attivitajiet ikkonċernati.

Taqsima III

Regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur fis-settur tal-inbid

Artikolu 227

Rikonoxximent

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur li jkunu bagħtu applikazzjoni għar-rikonoxximent lill-Istat Membru kkonċernat li jkun fiha provi li l-entità:

(a)

fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi:

(i)

tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 209;

(ii)

għandha għadd minimu ta’ membri, li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat;

(iii)

tkopri volum minimu ta’ produzzjoni li tista’ titqiegħed fis-suq, li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, fiż-żona fejn hija topera;

(iv)

tista’ twettaq l-attivitajiet tagħha tajjeb, kemm fit-tul taż-żmien, kif ukoll f’termini tal-effikaċja u l-konċentrazzjoni tal-provvista;

(v)

tippermetti, b’mod effettiv, lill-membri tagħha jiksbu għajnuna teknika fl-użu ta’ prattiki ta’ kultivazzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

(b)

fir-rigward tal-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur:

(i)

tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 210(3);

(ii)

twettaq l-attivitajiet tagħha f’reġjun wieħed jew aktar fit-territorju kkonċernat;

(iii)

tirrappreżenta parti sinifikanti mill-produzzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, jew mill-kummerċ fihom;

(iv)

mhijiex involuta fil-produzzjoni, fl-ipproċessar jew fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-inbid.

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi rrikonoxxuti skont ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandhom jitqiesu bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi rrikonoxxuti skont dan l-Artikolu.

L-organizzazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 210(3) u fil-paragrafu (1)(b) ta’ dan l-Artikolu, li ġew irrikonoxxuti mill-Istati Membri, għandhom jitqiesu bħala organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur irrikonoxxuti skont dawk id-dispożizzjonijiet.

3.   L-Artikoli 214(2) u 223(3) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u għall-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur rispettivament fis-settur tal-inbid. Madankollu:

(a)

il-perjodi msemmija fl-Artikolu 214(2)(a) u fl-Artikolu 223(3)(a) rispettivament għandhom ikunu ta’ erba’ xhur;

(b)

l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent imsemmija fl-Artikolu 214(2)(a) u fl-Artikolu 223(3)(a) għandhom jintbagħtu lill-Istat Membru li fih ikunu jinsabu l-kwartieri ġenerali tal-organizzazzjoni;

(c)

in-notifiki annwali msemmija fl-Artikolu 214(2)(ċ) u fl-Artikolu 223(3)(d) rispettivament għandhom isiru sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena.

Taqsima IV

Regoli dwar l-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur fis-settur tat-tabakk

Artikolu 228

Ħlas tas-sħubija minn min mhux membru

1.   F’każijiet fejn waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 tkun segwita minn organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur irrikonoxxuta u fejn din tkun fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ dawk il-persuni li l-attivitajiet tagħhom huma marbutin ma’ wieħed jew aktar mill-prodotti kkonċernati, l-Istat Membru li jkun ta r-rikonoxximent, jew il-Kummissjoni, meta r-rikonoxximent ikun ingħata mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 323(1), meta r-rikonoxximent ikun ingħata mill-Kummissjoni l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , jista’ jiddeċiedi jew tista’ tiddeċiedi rispettivament, li individwi jew gruppi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni iżda li jibbenifikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-ħlas kollu tas-sħubija li jħallsu l-membri tagħha, jew parti minnu, safejn it-tali ħlasijiet tas-sħubija jkunu maħsubin biex ikopru l-ispejjeż imġarrbin direttament minħabba s-segwitu tal-attivitajiet ikkonċernati, minbarra dawk amministrattivi ta’ kwalunkwe deskrizzjoni. [Em. 29]

2.   L-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom x’jaqsmu ma’ wieħed mill-għanijiet li ġejjin:

(a)

riċerka sabiex jiżdied il-valur tal-prodotti, b’mod partikulari permezz ta’ użi ġodda li mhumiex ta’ theddida għas-saħħa pubblika;

(b)

studji sabiex titjieb il-kwalità tat-tabakk f’weraq jew f’balal;

(c)

riċerka dwar metodi ta’ kultivazzjoni li jippermettu użu mnaqqas ta’ prodotti għas-saħħa tal-pjanti u li jiżguraw il-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ambjent.

3.   L-Istat Membri kkonċernati għandhom jgarrfu lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet li huma jkunu beħsiebhom jieħdu skont il-paragrafu 1. It-tali deċiżjonijiet ma jistgħux japplikaw qabel ma jiskadi perjodu ta’ tliet xhur li jibda mid-data tan-notifika lill-Kummissjoni. F’dak il-perjodu ta’ tliet xhur, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , titlob li l-abbozz tad-deċiżjoni jiġi rrifjutat kollu jew li jiġi rrifjutat parti minnu, jekk l-interess ekonomiku ġenerali mressaq ma jkunx jidher li huwa ġġustifikat.

4.   Meta l-attivitajiet ta’ organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur irrikonoxxuta mill-Kummissjoni skont dan il-Kapitolu jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali, il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-abbozz tad-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kkonċernati, li mbagħad għandu jkollhom xahrejn biex jibagħtu l-kummenti tagħhom.

Taqsima V

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Artikolu 229

Negozjati kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

1.   Il-kuntratti għall-kunsinna tal-ħalib mhux imsajjar mingħand bidwi għal għand proċessur tal-ħalib mhux imsajjar, jew għal għand min jiġbru skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 311(1), jistgħu jiġu nnegozjati minn organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib li tkun irrikonoxxuta skont l-Artikolu 209, f’isem il-membri tagħha li huma bdiewa, għall-produzzjoni konġunta kollha tagħhom, jew għal parti minnha.

2.   In-negozjati mill-organizzazzjoni tal-produtturi jistgħu jseħħu:

(a)

kemm jekk ikun hemm trasferiment tas-sjieda tal-ħalib mhux imsajjar mingħand il-bdiewa għal għand l-organizzazzjoni tal-produtturi u kemm jekk le;

(b)

kemm jekk il-prezz innegozjat ikun l-istess għall-produzzjoni konġunta ta’ ċerti membri li huma bdiewa jew ta’ kollha kemm huma u kemm jekk le;

(c)

jekk il-volum totali tal-ħalib mhux imsajjar li jkun kopert mit-tali negozjati minn organizzazzjoni partikulari tal-produtturi ma jaqbiżx:

(i)

it-3,5 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, u

(ii)

it-33 % tal-produzzjoni totali nazzjonali ta’ kwalunkwe Stat Membru li jkun kopert mit-tali negozjati magħmulin minn dik l-organizzazzjoni tal-produtturi, u

(iii)

it-33 % tal-produzzjoni totali nazzjonali tal-Istati Membri kollha li jkunu koperti mit-tali negozjati magħmulin minn dik l-organizzazzjoni tal-produtturi, meħuda flimkien,

(d)

jekk il-bdiewa kkonċernati ma jkunux imsieħba fi kwalunkwe organizzazzjoni oħra tal-produtturi li wkoll tinnegozja t-tali negozjati f’isimhom, u

(e)

jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri li topera fihom.

3.   Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, ir-referenzi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikopru wkoll l-assoċjazzjonijiet tat-tali organizzazzjonijiet tal-produtturi. Sabiex tiżgura li dawk l-assoċjazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu mmonitorjati kif xieraq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta r-regoli dwar il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tat-tali assoċjazzjonijiet.

4.   Sabiex jiġi applikat il-punt (c) tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippubblika, bil-metodi li hija tqis li huma xierqa, l-ammonti tal-produzzjoni tal-ħalib mhux imsajjar fl-Unjoni u fl-Istati Membri billi tuża l-iktar informazzjoni aġġornata li tkun disponibbli.

5.   B’deroga mill-paragrafu 2(c)(ii) u (iii), ukoll meta ma jinqabiżx il-limitu ta’ 33 %, l-awtorità kompetenti msemmija fit-tieni subparagrafu tista’ tiddeċiedi, f’każ individwali, li ma jistgħux iseħħu n-negozjati minn organizzazzjoni tal-produtturi jekk hija tqis li dan ikun meħtieġ sabiex jiġi evitat milli tiġi eskluża l-kompetizzjoni jew sabiex tevita milli ssir ħsara kbira lill-proċessuri tal-ħalib mhux imsajjar ta’ daqs żgħir u ta’ daqs medju li jinsabu fit-territorju tagħha.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , għal negozjati li jkopru l-produzzjoni f’iktar minn Stat Membru wieħed. Fil-każijiet l-oħra hija għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru li l-produzzjoni tiegħu tkun koperta min-negozjati.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni suparagrafu m’għandhomx japplikaw qabel id-data meta dawn jiġu nnotifikati lill-impriżi kkonċernati.

6.   Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)

“awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni” għandha tkun l-awtorità msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (47);

(b)

“intrapriża żgħira u ta’ daqs medju” għandha tfisser intrapriża żgħira ħafna, intrapriża żgħira jew intrapriża ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi żgħar ħafna, tal-intrapriżi żgħar u tal-intrapriżi ta’ daqs medju.

Taqsima VI

Regoli proċedurali

Artikolu 230

Setgħat iddelegati u setgħat ta’ implimentazzjoni

1.   Sabiex tiżgura li l-għanijiet u r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-gruppi tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix, tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda u tal-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur ikunu ddefiniti b’mod ċar ħalli jikkontribwixxu għall-effikaċja tal-azzjonijiet tat-tali organizzazzjonijiet u gruppi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli dwar l-affarijiet li ġejjin:

(a)

l-għanijiet speċifiċi li dawn il-gruppi u l-organizzazzjonijiet għandhom ifittxu li jilħqu, ir-regoli tal-assoċjazzjoni, ir-rikonoxximent, l-istruttura, il-personalità legali, is-sħubija, id-daqs, il-kontabilità u l-attivitajiet ta’ dawn il-gruppi u l-organizzazzjonijiet, l-effetti li jiġu mir-rikonoxximent, l-irtirar tar-rikonoxximent, id-derogi mid-daqs minimu u l-għaqda flimkien;

(b)

l-estensjoni ta’ ċerti regoli tal-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur għal dawk li mhumiex membri fihom;

(c)

l-organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inkluża l-għajnuna amministrattiva li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

(d)

l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet u l-provvediment ta’ mezzi tekniċi mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(e)

il-volum minimu jew il-valur minimu tal-produzzjoni li tista’ titqiegħed fis-suq ta’ organizzazzjoni tal-produtturi;

(f)

id-derogi mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 209, 210 u 212;

(g)

is-sanzjonijiet fil-każ li ma jitħarsux il-kriterji ta’ rikonoxximent.

2.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tadotta l-miżuri meħtieġa kollha marbutin ma’ dan il-Kapitolu, b’mod partikulari dwar:

(a)

in-notifiki li l-Istati Membri għandhom jagħmlu;

(b)

l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni tal-produtturi;

(c)

l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent mill-gruppi tal-produtturi;

(d)

l-estensjoni tar-rikonoxximent;

(e)

il-kontrolli u l-verifika.

PARTI III

KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI TERZI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 231

Prinċipji ġenerali

Sakemm ma jingħadx xort’oħra f’dan ir-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament, dan li ġej għandu jkun ipprojbit fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi:

(a)

it-tqegħid ta’ kwalunkwe imposta li jkollha l-istess effett bħal dazju doganali;

(b)

l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew ta’ miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 232

Nomenklatura Magħquda

Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (48) (minn hawn ’il quddiem imsejħa n-“Nomenklatura Magħquda”), u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffi tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. In-nomenklatura tat-tariffa li tiġi mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi, skont il-każ, id-definizzjonijiet fl-Annessi III u fil-Parti II tal-Anness XII għandhom jiġu inklużi fit-Tariffa Doganali Komuni.

KAPITOLU II

Importazzjonijiet

Taqsima I

Liċenzji tal-importazzjoni

Artikolu 233

Liċenzji tal-importazzjoni

Mingħajr ħsara għall-każijiet fejn ikunu meħtieġa l-liċenzji tal-importazzjoni skont dan ir-Regolament, l-importazzjonijiet, fl-Unjoni, ta’ wieħed mill-prodotti tas-setturi li ġejjin jew aktar jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni, filwaqt li titqies il-ħtieġa għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-ġestjoni tas-swieq ikkonċernati u, b’mod partikulari, għas-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati:

(a)

iċ-ċereali;

(b)

ir-ross;

(c)

iz-zokkor;

(d)

iż-żrieragħ;

(e)

iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numru 1509, 1510 00, 0709 90 39, 0711 20 90, 2306 90 19, 1522 00 31 u 1522 00 39;

(f)

il-kittien u l-qanneb, safejn huwa kkonċernat il-qanneb;

(g)

il-frott u l-ħaxix;

(h)

il-frott u l-ħaxix ipproċessati;

(i)

il-banana;

(j)

l-inbid;

(k)

il-pjanti ħajjin;

(l)

iċ-ċanga u l-vitella;

(m)

il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

(n)

il-laħam tal-majjal;

(o)

il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż;

(p)

il-bajd;

(q)

il-laħam tat-tjur;

(r)

l-etanol agrikolu.

Artikolu 234

Ħruġ ta’ liċenzji

Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post fejn ikun stabbilit fl-Unjoni, sakemm kwalunkwe att adottat skont l-Artikolu 43(2) tat-Trattat ma jipprovdix mod ieħor, u mingħajr ħsara għall-miżuri meħuda sabiex jiġi applikat dan il-Kapitolu.

Artikolu 235

Validità

Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha.

Artikolu 236

Garanzija

1.   Ħlief għal fejn jingħad xort’oħra mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 238, il-liċenzji għandhom jinħarġu suġġetti għall-għoti ta’ garanzija li tiżgura li l-prodotti jiġu importati matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja.

2.   Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri, il-garanzija għandha tintilef għal kollox jew b’mod parzjali jekk l-importazzjoni ma sseħħx, jew jekk din isseħħ biss b’mod parzjali, matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja.

Artikolu 237

Garanzija speċjali fis-settur tal-inbid

1.   Għall-meraq u l-most li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 2009 61, 2009 69 u 2204 30 li għalihom l-applikazzjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-prezz tal-importazzjoni tal-prodott, l-ammont attwali ta’ dak il-prezz għandu jiġi vverifikat jew billi tiġi kkontrollata kull kunsinna jew billi jintuża l-valur fiss tal-importazzjoni kkalkulat mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 323 , fuq il-bażi tal-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet għall-istess prodotti fil-pajjiżi tal-oriġini.

Jekk il-prezz tad-dħul iddikjarat tal-kunsinna jkun ogħla mill-valur fiss tal-importazzjoni, jekk dan ikun japplika, miżjud b’marġni, adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), li ma jistax jaqbeż il-valur fiss tal-importazzjoni b’aktar minn 10 %, għandha tingħata garanzija li tkun daqs id-dazji tal-importazzjoni stabbiliti fuq il-bażi tal-valur fiss tal-importazzjoni.

Jekk il-prezz tad-dħul tal-kunsinna ma jkunx iddikjarat, l-applikazzjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għandha tiddependi fuq il-valur fiss tal-importazzjoni jew fuq l-applikazzjoni, b’kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni doganali.

2.   Jekk jiġu applikati derogi adottati skont l-Artikolu 43(2) tat-Trattat u msemmija fil-punt 5 tat-Taqsima B jew fit-Taqsima Ċ tal-Parti II tal-Anness XIII għall-prodotti importati, l-importaturi għandhom jagħtu garanzija lill-awtoritajiet doganali maħtura għal dawk il-prodotti meta dawn jiġu rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera. Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata meta l-importatur jippreżenta evidenza, li tissodisfa lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, li l-most inħadem f’meraq tal-għeneb, intuża fi prodotti oħra barra s-settur tal-inbid jew, jekk ikun sar inbid, li dan ikun ġie ttikkettat kif xieraq.

Artikolu 238

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex jitqiesu l-evoluzzjoni tal-kummerċ u l-iżviluppi fis-suq u l-ħtiġijiet tas-swieq ikkonċernati, u sabiex tissorvelja, meta jkun meħtieġ, l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi:

(a)

il-lista tal-prodotti tas-setturi msemmija fl-Artikolu 233 li huma suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni;

(b)

il-każijiet u s-sitwazzjonijiet fejn il-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni mhijiex meħtieġa, fuq il-bażi ta’, b’mod partikulari, l-istatus doganali tal-prodotti kkonċernati, l-arranġamenti kummerċjali li jridu jitħarsu, l-għanijiet tal-operazzjonijiet, l-istatus ġuridiku tal-applikant u l-kwantitajiet involuti.

2.   Sabiex tiddefinixxi l-elementi ewlenin tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 :

(a)

tiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi li jiġu mil-liċenzja, l-effetti legali tagħha, inkluża l-possibbiltà ta’ tolleranza dwar il-ħarsien tal-obbligu għall-importazzjoni, u l-indikazzjoni tal-oriġini u l-provenjenza fejn din tkun obbligatorja;

(b)

tistabbilixxi li l-ħruġ ta’ liċenzja jew ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għandhom ikunu jiddependu mill-preżentazzjoni ta’ dokument maħruġ minn pajjiż terz jew minn entità li tiċċertifika, fost l-oħrajn, l-oriġini, l-awtentiċità u l-karatteristiċi tal-kwalità tal-prodotti;

(c)

tadotta r-regoli li japplikaw għat-trasferiment tal-liċenzja jew, skont kif meħtieġ, ir-restrizzjonijiet fuq din it-trasmissibbiltà;

(d)

tadotta r-regoli meħtieġa għall-affidabbiltà u l-effiċjenza tas-sistema ta’ liċenzji u għas-sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa għajnuna amministrattiva speċifika bejn l-Istati Membri sabiex jiġu evitati l-każijiet ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet jew biex dawn jiġu ttrattati;

(e)

tistabbilixxi l-każijiet u s-sitwazzjonijiet meta ma jkunx meħtieġ li tingħata garanzija.

Artikolu 239

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ din it-Taqsima, inklużi regoli dwar:

(a)

it-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji u l-użu tagħhom;

(b)

il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata;

(c)

il-provi li r-rekwiżiti marbutin mal-użu tal-liċenzji ġew issodisfati;

(d)

il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ sostituzzjoni u ta’ liċenzji doppji;

(e)

it-trattament tal-liċenzji mill-Istati Membri u l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-ġestjoni tas-sistema.

Taqsima II

Dazji u imposti tal-importazzjoni

Artikolu 240

Dazji tal-importazzjoni

Ħlief hekk kif speċifikat mod ieħor skont dan ir-Regolament, ir-rati tad-dazji tal-importazzjoni fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 241

Kalkolu tad-dazji tal-importazzjoni għaċ-ċereali

1.   Minkejja l-Artikolu 240, id-dazju tal-importazzjoni fuq prodotti li huma koperti mill-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (il-qamħ komuni ta’ kwalità għolja), 1002 00 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, għandu jkun daqs il-prezz tal-intervent li huwa validu għat-tali prodotti meta jiġu importati u miżjud b’55 %, bit-tnaqqis tal-prezz tal-ispiża, tal-assigurazzjoni u tat-trasport (c.i.f.) tal-importazzjoni applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Madankollu, dak id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata konvenzjonali tad-dazju kif stabbilita abbażi tan-Nomenklatura Magħquda.

2.   Id-dazju tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , fuq il-bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi tas-c.i.f. tal-importazzjoni stabbiliti fuq bażi regolari għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 242

Kalkolu tad-dazji tal-importazzjoni għar-ross imfesdaq

1.   Minkejja l-Artikolu 240, id-dazju tal-importazzjoni fuq ir-ross imfesdaq li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 1006 20 għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 fi żmien għaxart ijiem minn tmiem il-perjodu ta’ referenza kkonċernat skont il-punt 1 tal-Anness XV.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tiffissa dazju applikabbli ġdid jekk il-kalkoli mwettqa skont dak l-Anness jindikaw ħtieġa li jitbiddel id-dazju. Sa meta jiġi stabbilit dazju applikabbli ġdid, għandu japplika d-dazju stabbilit qabel.

2.   Sabiex jiġu kkalkulati l-importazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 tal-Anness XV, għandhom jitqiesu l-kwantitajiet li għalihom inħarġu liċenzji tal-importazzjoni għar-ross imfesdaq li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 1006 20 fil-perjodu ta’ referenza korrispondenti, minbarra l-liċenzji tal-importazzjoni għar-ross tat-tip “basmati” msemmi fl-Artikolu 243.

3.   Il-kwantità ta’ referenza annwali għandha tkun ta’ 449 678 tunnellata. Il-kwantità ta’ referenza parzjali għal kull sena tas-suq għandha tkun daqs nofs il-kwantità ta’ referenza annwali.

Artikolu 243

Kalkolu tad-dazji tal-importazzjoni għar-ross imfesdaq tat-tip “basmati”

Minkejja l-Artikolu 240, il-varjetajiet tar-ross imfesdaq tat-tip “basmati” li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1006 20 17 u 1006 20 98 imniżżlin fl-Anness XVI għandhom jikkwalifikaw għal rata ta’ dazju tal-importazzjoni ta’ żero bil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati u ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikoli 249 u 250.

Artikolu 244

Kalkolu tad-dazji tal-importazzjoni għar-ross mitħun

1.   Minkejja l-Artikolu 240, id-dazju tal-importazzjoni għar-ross mitħun kollu jew għar-ross nofsu mitħun li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 1006 30 għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 fi żmien għaxart ijiem minn tmiem il-perjodu ta’ referenza kkonċernat skont il-punt 2 tal-Anness XV.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tiffissa dazju applikabbli ġdid jekk il-kalkoli mwettqa skont dak l-Anness jindikaw ħtieġa li jitbiddel id-dazju. Sa meta jiġi stabbilit dazju applikabbli ġdid, għandu japplika d-dazju stabbilit qabel.

2.   Sabiex jiġu kkalkulati l-importazzjonijiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness XV, għandhom jitqiesu l-kwantitajiet li għalihom inħarġu liċenzji tal-importazzjoni għar-ross mitħun kollu jew għar-ross nofsu mitħun li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 1006 30 fil-perjodu ta’ referenza korrispondenti.

Artikolu 245

Kalkolu tad-dazji tal-importazzjoni għar-ross imfarrak

Minkejja l-Artikolu 240, id-dazju tal-importazzjoni għar-ross imfarrak li jaqa fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 1006 40 00 għandu jkun ta’ EUR 65 għal kull tunnellata.

Artikolu 246

Sistema ta’ prezzijiet tad-dħul għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessati

1.   Jekk l-applikazzjoni tar-rata tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni tkun tiddependi fuq il-prezz tad-dħul tal-kunsinna importata, il-korrettezza ta’ dan il-prezz għandha tiġi vverifikata billi jintuża valur standard tal-importazzjoni kkalkulat mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , skont il-prodotti u l-oriġini, abbażi tal-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-prodott fis-swieq tal-importazzjoni rappreżentattivi tal-Istati Membri jew fi swieq oħrajn, meta dan ikun xieraq.

Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) biex tivverifika l-prezz tad-dħul ta’ prodotti li jkunu ġew importati primarjament għall-ipproċessar.

2.   Meta l-prezz tad-dħul iddikjarat tal-kunsinna kkonċernata jkun ogħla mill-valur standard tal-importazzjoni, miżjud b’marġni li jkun stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) u li ma jistax jaqbeż il-valur standard tal-importazzjoni b’aktar minn 10 %, wieħed għandu jkun meħtieġ jagħti garanzija li tkun daqs id-dazju tal-importazzjoni stabbilit fuq il-bażi tal-valur standard tal-importazzjoni.

3.   Jekk il-prezz tad-dħul tal-kunsinna kkonċernata ma jkunx iddikjarat fi żmien l-approvazzjoni doganali, ir-rata tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni li għandha tiġi applikata għandha tiddependi fuq il-valur standard tal-importazzjoni jewinkella wieħed għandu jasal għaliha billi japplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni doganali b’kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati u ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 249 u 250.

Artikolu 247

Dazji addizzjonali tal-importazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tiddetermina l-prodotti tas-setturi taċ-ċereali, tar-ross, taz-zokkor, tal-frott u l-ħaxix, tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, taċ-ċanga u l-vitella, tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż, tal-bajd, tat-tjur u tal-banana, kif ukoll tal-meraq tal-għeneb u tal-most, li għalihom irid jiġi applikat dazju addizzjonali tal-importazzjoni meta jiġu importati bir-rata ta’ dazju stabbilita fl-Artikoli 240 sa 246, sabiex ikunu evitati jew miġġielda l-effetti negattivi fuq is-suq tal-Unjoni li jistgħu jiġu minn dawk l-importazzjonijiet, jekk:

(a)

l-importazzjonijiet isiru bi prezz li jkun inqas mil-livell innotifikat mill-Unjoni lill-WTO (il-prezz kawżali); jew

(b)

il-volum tal-importazzjonijiet fi kwalunkwe sena jaqbeż ċertu livell (il-volum kawżali).

Il-volum kawżali għandu jkun ibbażat fuq opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq iddefiniti, fejn ikun applikabbli, bħala importazzjonijiet bħala perċentwal tal-konsum domestiku korrispondenti matul it-tliet snin ta’ qabel.

2.   M’għandhomx jiġu imposti dazji addizzjonali tal-importazzjoni f’każijiet fejn l-importazzjonijiet mhumiex mistennija jfixklu s-suq tal-Unjoni, jew f’każijiet fejn l-effetti se jkunu sproporzjonati għall-għan maħsub.

3.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a), il-prezzijiet tal-importazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet tas-c.i.f. tal-importazzjoni tal-kunsinna taħt kunsiderazzjoni.

Il-prezzijiet tas-c.i.f. tal-importazzjoni għandhom jiġu ċċekkjati mal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott fis-suq dinji jew fis-suq tal-importazzjoni tal-Unjoni għal dak il-prodott.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , il-prezzijiet rappreżentattivi u l-volumi kawżali sabiex jiġu applikati dazji addizzjonali tal-importazzjoni fil-qafas tar-regoli adottati skont l-Artikolu 250(d).

Artikolu 248

Sospensjoni tad-dazji tal-importazzjoni fis-settur taz-zokkor

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tissospendi d-dazji tal-importazzjoni kollha kemm huma jew b’mod parzjali għal ċerti kwantitajiet għall-prodotti li ġejjin sabiex tiżgura l-provvista meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 55(2):

(a)

għaz-zokkor li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 1701;

(b)

għall-isoglukożju li jaqa’ fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1702 30 10, 1702 40 10, 1702 60 10 u 1702 90 30.

Artikolu 249

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex tiżgura li l-operaturi jirrispettaw l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta r-rekwiżit għall-għoti ta’ garanzija għall-importazzjoni ta’ ċerti tipi speċifiċi ta’ ċereali ta’ kwalità għolja u tar-ross tat-tip “basmati”.

2.   Sabiex tiżgura t-tħaddim tajjeb tar-reġim tar-ross tat-tip “basmati”, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali li l-operaturi jridu jissodisfaw sabiex iressqu applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni skont l-Artikolu 243.

3.   Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur taċ-ċereali, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi tal-kwalità meħtieġa sabiex wieħed jibbenefika minn tnaqqis fir-rata tad-dazju tal-importazzjoni.

Artikolu 250

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta:

(a)

f’dak li għandu x’jaqsam mal-Artikolu 241:

(i)

il-kwotazzjonijiet tal-prezz li għandhom jitqiesu;

(ii)

il-possibbiltà, fejn huwa xieraq f’każijiet speċifiċi, li operaturi jingħataw l-opportunità li jkunu jafu kemm hu d-dazju applikabbli qabel ma jaslu l-kunsinni kkonċernati;

(b)

ir-regoli meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-applikazzjoni korretta tad-dazji msemmija fl-Artikolu 243 bil-għan li jiġu vverifikati l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodotti importati, u l-miżuri li għandhom jittieħdu għal diffikultajiet speċifiċi li wieħed jiltaqa’ magħhom huwa u japplika r-reġim;

(c)

f’dak li għandu x’jaqsam mal-Artikolu 246, ir-regoli dwar il-kalkolu tal-valur standard tal-importazzjoni, dwar ir-rappurtar tal-prezzijiet, dwar l-identifikazzjoni tas-swieq rappreżentattivi u dwar il-prezz tad-dħul;

(d)

f’dak li għandu x’jaqsam mal-Artikolu 247, regoli oħra li huma meħtieġa biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu;

(e)

id-dispożizzjonijiet sabiex ikunu vverifikati l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodotti importati.

Taqsima III

Ġestjoni tal-kwota tal-importazzjoni

Artikolu 251

Il-kwoti tat-tariffi

1.   Il-kwoti tat-tariffi għall-importazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li ġejjin minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat jew minn kwalunkwe att ieħor adottat skont l-Artikolu 43(2) tat-Trattat għandhom jinfetħu u jkunu amministrati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati u ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 253, 254 u 255.

2.   Il-kwoti tat-tariffi għandhom jiġu amministrati b’mod li tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati, billi jiġi applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew kombinament tagħhom jew metodu adattat ieħor:

(a)

metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġika tat-tressiq tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta’ “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”);

(b)

metodu ta’ distribuzzjoni skont il-proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta jkunu tressqu l-applikazzjonijiet (billi jintuża l-“metodu ta’ eżami simultanju”);

(c)

metodu bbażat fuq li wieħed iqis ix-xejriet tradizzjonali tal-kummerċ (l-użu tal-“metodu tradizzjonali/ta’ dawk li daħlu ġodda”).

3.   Il-metodu ta’ amministrazzjoni adottat għandu, fejn xieraq, jagħti importanza xierqa lir-rekwiżiti tal-provvista tas-suq tal-Unjoni u lill-ħtieġa li jiġi ssalvagwardjat il-bilanċ ta’ dak is-suq.

Artikolu 252

Regoli speċifiċi

1.   F’dak li għandu x’jaqsam mal-kwota tal-importazzjoni ta’ 54 703 tunnellata ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella ffriżat li jaqa’ fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0202 20 30, 0202 30 u 0206 29 91 u li huwa maħsub għall-ipproċessar, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, huma u jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jistgħu jistabbilixxu li l-kwota kollha jew parti minnha għandha tkopri l-kwantitajiet ekwivalenti ta’ laħam ta’ kwalità, waqt li tiġi applikata rata ta’ konverżjoni ta’ 4.375.

2.   Fil-każ ta’ kwota tat-tariffi għall-importazzjoni ta’ 2 000 000 tunnellata ta’ qamħirrun u ta’ 300 000 tunnellata ta’ sorgu fi Spanja u l-kwota tat-tariffi għall-importazzjoni ta’ 500 000 tunnellata ta’ qamħirrun fil-Portugall, ir-regoli msemmija fl-Artikolu 253 għandhom jinkludu wkoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jitwettqu l-importazzjonijiet tal-kwota tat-tariffi u, fejn xieraq, il-ħżin pubbliku tal-kwantitajiet importati mill-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri kkonċernati u t-tneħħija tagħhom fis-swieq ta’ dawk l-Istati Membri.

Artikolu 253

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex tiżgura aċċess ġust għall-kwantitajiet disponibbli kif ukoll trattament ugwali tal-operaturi fil-kwota tat-tariffi tal-importazzjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 :

(a)

tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà li operatur irid jissodisfa biex iressaq applikazzjoni fi ħdan il-kwota tat-tariffi tal-importazzjoni; id-dispożizzjonijiet ikkonċernati jistgħu jkunu jeħtieġu esperjenza minima fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi u mat-territorji assimilati, jew fl-attività tal-ipproċessar, imfissra fi kwantità minima u f’perjodu taż-żmien f’settur tas-suq partikulari; dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jinkludu regoli speċifiċi sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-prattiki fis-seħħ f’ċertu settur, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu u l-ħtiġijiet tal-industriji tal-ipproċessar;

(b)

tadotta dispożizzjonijiet marbutin mat-trasferiment tad-drittijiet bejn l-operaturi u fejn meħtieġ il-limitazzjonijiet għat-trasferiment fi ħdan il-ġestjoni tal-kwota tat-tariffi tal-importazzjoni.

2.   Sabiex tiżgura li l-operaturi jirrispettaw l-obbligi tagħhom u sabiex tiggarantixxi l-applikazzjoni tal-ftehimiet jew tal-impenji tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 :

(a)

tagħmel il-parteċipazzjoni fil-kwota tat-tariffi tal-importazzjoni suġġetta għall-għoti ta’ garanzija;

(b)

tadotta r-regoli meħtieġa għall-affidabbiltà u l-effiċjenza tas-sistema ta’ liċenzji, b’mod partikulari għas-sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa għajnuna amministrattiva speċifika bejn l-Istati Membri; inklużi u dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-obbligu li l-Istati Membri jinnotifikaw id-dejta u l-informazzjoni;

(c)

tadotta regoli sabiex jiġu evitati l-frodi u l-irregolaritajiet, li jipprovdu, fost l-oħrajn, għall-ħlas ta’ penali speċifiċi u għall-esklużjoni tal-operaturi kkonċernati mill-parteċipazzjoni fil-kwota tat-tariffi b’mod proporzjonali mal-frodi u l-irregolaritajiet identifikati.

Artikolu 254

Setgħat ta’ implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tipprovdi għal:

(a)

il-kwoti tat-tariffi annwali, jekk meħtieġ imqassma b’mod xieraq matul is-sena, u għandha tistabbilixxi l-metodu amministrattiv li għandu jintuża;

(b)

regoli għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-ftehim jew fl-att li jadotta r-reġim tal-importazzjoni, b’mod partikulari, fejn ikun meħtieġ, dwar:

(i)

garanziji li jkopru n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott,

(ii)

ir-rikonoxximent tad-dokument użat għall-verifika tal-garanziji msemmija fil-punt (i);

(iii)

il-preżentazzjoni ta’ dokument maħruġ mill-pajjiż esportatur;

(iv)

id-destinazzjoni u l-użu tal-prodotti;

(c)

il-perjodu tal-validità tal-liċenzji jew tal-awtorizzazzjonijiet;

(d)

l-ammonti tal-garanzija;

(e)

ir-regoli dwar il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet.

2.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) tipprovdi għal:

(a)

l-użu tal-liċenzji, u, fejn ikun meħtieġ, għal regoli speċifiċi marbutin, b’mod partikulari, mal-kundizzjonijiet li bihom għandhom jitressqu l-applikazzjonijiet għall-importazzjoni u li bihom għandha tingħata l-awtorizzazzjoni mal-proċeduri biex jitressqu l-applikazzjonijiet għall-importazzjoni kif ukoll biex jingħataw l-awtorizzazzjonijiet fi ħdan il-kwota tat-tariffi; [Em. 30]

(b)

il-monitoraġġ tar-reġim tal-importazzjoni.

Artikolu 255

Atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323

1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tadotta d-dispożizzjonijiet sabiex ikun hemm il-ġestjoni tal-proċess biex tiżgura li l-kwantitajiet disponibbli fil-kwota tat-tariffi tal-importazzjoni ma jinqabżux, b’mod partikulari billi tistabbilixxi koeffiċjent tal-allokazzjoni għal kull applikazzjoni meta jintlaħqu l-kwantitajiet disponibbli, billi tirrifjuta applikazzjonijiet pendenti u, meta jkun meħtieġ, billi twaqqaf it-tressiq tal-applikazzjonijiet.

2.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tadotta dispożizzjonijiet għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet li ma jkunux intużaw.

Taqsima IV

Dispożizzjonijiet speċjali għal ċerti prodotti

Sottotaqsima I

Dispożizzjonijiet speċjali għall-importazzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mas-setturi taċ-ċereali u tar-ross

Artikolu 256

Importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ ċereali differenti

Id-dazju tal-importazzjoni applikabbli għat-taħlitiet magħmulin minn ċereali li jaqgħu fi ħdan il-punti (a) u (b) tal-Parti I tal-Anness I għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)

fil-każ li taħlita tkun magħmula minn tnejn mit-tali ċereali, id-dazju tal-importazzjoni għandu jkun dak li japplika:

(i)

għall-komponent taċ-ċereali predominanti skont il-piż, meta dak iċ-ċereali jkun jirrappreżenta tal-inqas 90 % tal-piż tat-taħlita;

(ii)

għall-komponent taċ-ċereali li jkun suġġett għal dazju tal-importazzjoni li jkun ogħla, meta l-ebda wieħed miż-żewġ komponenti taċ-ċereali ma jkun jirrappreżenta 90 % tal-piż tat-taħlita;

(b)

fil-każ li t-taħlita tkun magħmula minn aktar minn tnejn mit-tali ċereali, u fil-każ li diversi ċereali jkunu jirrappreżentaw, kull wieħed minnhom, aktar minn 10 % tal-piż tat-taħlita, id-dazju tal-importazzjoni applikabbli għat-taħlita għandu jkun l-ogħla wieħed minn fost id-dazji tal-importazzjoni applikabbli għat-tali ċereali, anke meta l-ammont tad-dazju tal-importazzjoni jkun l-istess għal tnejn miċ-ċereali jew aktar.

Fejn ċereali wieħed biss jirrappreżenta aktar minn 10 % tal-piż tat-taħlita, id-dazju tal-importazzjoni li għandu jiġi applikat għandu jkun dak applikabbli għal dan iċ-ċereali;

(c)

fil-każijiet kollha li mhumiex koperti mill-punti (a) u (b), id-dazju tal-importazzjoni għandu jkun l-ogħla wieħed minn fost id-dazji tal-importazzjoni applikabbli għaċ-ċereali li minnhom tkun magħmula t-taħlita kkonċernata, anke meta l-ammont tad-dazju tal-importazzjoni jkun l-istess għal tnejn miċ-ċereali jew aktar.

Artikolu 257

Importazzjoni ta’ taħlitiet bejn iċ-ċereali u r-ross

Id-dazju tal-importazzjoni applikabbli għal taħlitiet magħmulin minn wieħed jew aktar miċ-ċereali li jaqgħu fi ħdan il-punti (a) u (b) tal-Parti I tal-Anness I, minn naħa waħda, u minn prodott wieħed jew aktar mill-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-punti (a) u (b) tal-Parti II tal-Anness I, min-naħa l-oħra, għandu jkun dak li japplika għall-komponent taċ-ċereali jew tal-prodotti li jkun suġġett għall-ogħla dazju tal-importazzjoni.

Artikolu 258

Importazzjonijiet ta’ taħlitiet tar-ross

Id-dazju tal-importazzjoni applikabbli għal taħlitiet magħmulin jew minn ross li jista’ jkun ikklassifikat f’diversi gruppi jew stadji ta’ pproċessar differenti jew minn ross li jista’ jkun ikklassifikat f'wieħed mill-gruppi jew stadji ta’ pproċessar differenti jew aktar minn naħa waħda u minn ross imfarrak min-naħa l-oħra, għandu jkun dak applikabbli:

(a)

għall-komponent predominanti skont il-piż, meta dak il-komponent ikun jirrappreżenta tal-inqas 90 % tal-piż tat-taħlita;

(b)

għall-komponent li huwa suġġett għall-ogħla dazju tal-importazzjoni, meta l-ebda komponent ma jkun jirrappreżenta tal-inqas 90 % tal-piż tat-taħlita.

Artikolu 259

Applikabbiltà tal-klassifikazzjoni tat-tariffi

Meta ma jkunx jista’ jiġi applikat il-metodu għall-iffissar tad-dazju tal-importazzjoni stabbilit fl-Artikoli 256, 257 u 258, id-dazju li għandu jiġi applikat għat-taħlitiet imsemmija f’dawk l-Artikoli għandu jkun dak stabbilit mill-klassifikazzjoni tat-tariffi tat-taħlitiet.

Sottotaqsima II

Arranġamenti tal-importazzjoni għaz-zokkor

Artikolu 260

Ħtieġa tradizzjonali ta’ provvista għar-raffinar

1.   Qed tiġi stabbilita ħtieġa tradizzjonali ta’ provvista taz-zokkor għar-raffinar għall-Unjoni ta’ 2 489 735 tunnellata għal kull sena tas-suq, imfissra f’zokkor abjad.

2.   L-uniku impjant tal-ipproċessar tal-pitravi li kien qed jaħdem fl-2005 fil-Portugall huwa meqjus li huwa raffinatur full-time.

3.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor għar-raffinar għandhom jinħarġu biss lil raffinaturi full-time, sakemm il-kwantitajiet ikkonċernati ma jaqbżux il-kwantitajiet li jistgħu jiġu importati fil-qafas tal-ħtieġa tradizzjonali ta’ provvista msemmija fil-paragrafu 1. Il-liċenzji jistgħu jiġu ttrasferiti biss bejn raffinaturi full-time u l-validità tagħhom tiskadi fi tmien is-sena tas-suq li għaliha jkunu nħarġu.

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-ewwel tliet xhur ta’ kull sena tas-suq.

Artikolu 261

Setgħat iddelegati

Sabiex tiżgura li z-zokkor importat maħsub għar-raffinar jiġi rraffinat skont din is-Sottotaqsima, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tadotta:

(a)

ċerti definizzjonijiet għat-tħaddim tal-arranġamenti tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 260;

(b)

il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà li operatur irid jissodisfa sabiex iressaq applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni, inkluż l-għoti ta’ garanzija;

(c)

regoli dwar il-penali amministrattivi li għandhom jintalbu.

Artikolu 262

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta r-regoli meħtieġa dwar il-provi u d-dokumenti li jridu jingħataw dwar ir-rekwiżiti tal-importazzjoni u l-obbligi għall-operaturi, b’mod partikulari r-raffinaturi full-time.

Sottotaqsima III

Dispożizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni tal-qanneb

Artikolu 263

Importazzjonijiet tal-qanneb

1.   Il-prodotti li ġejjin jistgħu jiġu importati biss fl-Unjoni jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

qanneb veru mhux raffinat li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 5302 10 00 li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(b)

żrieragħ ta’ varjetajiet tal-qanneb għaż-żrigħ li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru ex 1207 99 15 li jkollhom magħhom prova li l-livell ta’ tetraidrokannabinol ma jaqbiżx dak stabbilit skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(c)

żrieragħ tal-qanneb, minbarra dawk għaż-żrigħ, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 1207 99 91 importati biss minn importaturi awtorizzati mill-Istat Membru sabiex jiġi żgurat li t-tali żrieragħ ma jkunux maħsubin għaż-żrigħ.

2.   Mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tista’ tkun adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 318, l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti speċifikati fil-paragrafu 1(a) u (b) ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli sabiex ikun stabbilit jekk il-kundizzjonijiet li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu humiex issodisfati jew le.

3.   Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet aktar restrittivi adottati mill-Istati Membri skont it-Trattat u skont l-obbligi li ġejjin mill-Ftehim tal-WTO dwar l-Agrikultura.

Sottotaqsima IV

Dispożizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni tal-ħops

Artikolu 264

Importazzjonijiet tal-ħops

1.   Il-prodotti tas-settur tal-ħops jistgħu jiġu importati minn pajjiżi terzi biss jekk l-istandards tal-kwalità tagħhom ikunu tal-inqas daqs dawk adottati għal prodotti simili maħsudin fl-Unjoni jew magħmula mit-tali prodotti.

2.   Il-prodotti għandhom jitqiesu li huma prodotti tal-istandard imsemmi fil-paragrafu 1 jekk ikollhom magħhom ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini u rrikonoxxut bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 117 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Fil-każ tat-trab tal-ħops, tat-trab tal-ħops b’kontenut ogħla ta’ lupulin, tal-estratt tal-ħops u tal-prodotti mħallta tal-ħops, iċ-ċertifikazzjoni tista’ tiġi rrikonoxxuta bħala waħda li hija ekwivalenti għaċ-ċertifikat biss jekk il-kontenut ta’ aċidu alfa f’dawn il-prodotti ma jkunx inqas minn dak tal-ħops li minnhom ikunu tħejjew.

3.   Sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-obbligi marbutin maċ-ċertifikazzjoni tal-ekwivalenza u mat-tikkettar tal-pakketti ma japplikawx.

4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta regoli marbutin ma’ dan l-Artikolu, inklużi r-regoli dwar ir-rikonoxximent taċ-ċertifikazzjonijiet tal-ekwivalenza u l-kontrolli tal-importazzjonijiet tal-ħops.

Taqsima V

Miżuri ta’ salvagwardja u pproċessar attiv

Artikolu 265

Miżuri ta’ salvagwardja

1.   Miżuri ta’ salvagwardja kontra importazzjonijiet fl-Unjoni għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, suġġetti għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (49) u (KE) Nru 625/2009 (50).

2.   Ħlief hekk kif speċifikat mod ieħor skont kwalunkwe att ieħor tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u kwalunkwe att ieħor tal-Kunsill, miżuri ta’ salvagwardja kontra importazzjonijiet fl-Unjoni li dwarhom hemm dispożizzjoni fi ftehimiet internazzjonali konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tiddeċiedi dwarha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta taslilha t-talba. F’każijiet ta’ urġenza, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 323(2).

Il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri u għandhom jidħlu fis-seħħ mill-ewwel.

4.   Il-miżuri ta’ salvagwardja tal-Unjoni adottati skont il-paragrafu 3 għandhom jitħassru jew jiġu emendati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a). F’każijiet ta’ urġenza, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 323(2).

Artikolu 266

Sospensjoni tal-arranġamenti ta’ pproċessar u tal-arranġamenti ta’ pproċessar attiv

1.   Meta s-suq tal-Unjoni jkun imfixkel jew x’aktarx li jkun se jiġi mfixkel minn arranġamenti ta’ pproċessar jew minn arranġamenti ta’ pproċessar attiv, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, twaqqaf totalment jew parzjalment l-użu tal-arranġamenti ta’ pproċessar jew tal-arranġamenti ta’ pproċessar attiv għall-prodotti tas-setturi taċ-ċereali, tar-ross, taz-zokkor, taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, tal-frott u l-ħaxix, tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, tal-inbid, taċ-ċanga u l-vitella, tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, tal-bajd, tal-laħam tat-tjur u tal-etanol agrikolu. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tiddeċiedi dwarha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta taslilha t-talba. F’każijiet ta’ urġenza, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 323(2).

Il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri u għandhom jidħlu fis-seħħ mill-ewwel.

2.   Safejn ikun hemm bżonn għat-tħaddim tajjeb tal-OKS, l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar attiv għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jiġi pprojbit totalment jew parzjalment mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, huma u jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat.

KAPITOLU III

Esportazzjonijiet

Taqsima I

Liċenzji tal-esportazzjoni

Artikolu 267

Liċenzji tal-esportazzjoni

1.   Mingħajr ħsara għall-każijiet fejn ikunu meħtieġa l-liċenzji tal-esportazzjoni skont dan ir-Regolament, l-esportazzjonijiet, mill-Unjoni, ta’ wieħed mill-prodotti tas-setturi li ġejjin jew aktar jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-esportazzjoni, filwaqt li titqies il-ħtieġa għal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġestjoni tas-swieq ikkonċernati u, b’mod partikulari, għas-sorveljanza tal-esportazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati:

(a)

iċ-ċereali;

(b)

ir-ross;

(c)

iz-zokkor;

(d)

iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, għaż-żejt taż-żebbuġa msemmi fil-punt (a) tal-Parti VII tal-Anness I;

(e)

il-frott u l-ħaxix;

(f)

il-frott u l-ħaxix ipproċessati;

(g)

l-inbid;

(h)

iċ-ċanga u l-vitella;

(i)

il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

(j)

il-laħam tal-majjal;

(k)

il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż;

(l)

il-bajd;

(m)

il-laħam tat-tjur;

(n)

l-etanol agrikolu.

2.   L-Artikoli 234, 235 u 236 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 268

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex jitqiesu l-evoluzzjoni tal-kummerċ u l-iżviluppi fis-suq u l-ħtiġijiet tas-swieq ikkonċernati, u sabiex tissorvelja, meta jkun meħtieġ, l-esportazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi:

(a)

il-lista tal-prodotti tas-setturi msemmija fl-Artikolu 267(1) li huma suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-esportazzjoni;

(b)

il-każijiet u s-sitwazzjonijiet fejn il-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-esportazzjoni mhijiex meħtieġa, fuq il-bażi ta’, b’mod partikulari, l-istatus doganali tal-prodotti kkonċernati, l-għanijiet tal-operazzjonijiet, l-istatus ġuridiku tal-applikant u l-kwantitajiet involuti.

2.   Sabiex tiddefinixxi l-elementi ewlenin tas-sistema tal-liċenzji tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 :

(a)

tiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi li jiġu mil-liċenzja, l-effetti legali tagħha, inkluża l-possibbiltà ta’ tolleranza dwar il-ħarsien tal-obbligu għall-esportazzjoni, u l-indikazzjoni tad-destinazzjoni fejn din tkun obbligatorja;

(b)

tadotta r-regoli li japplikaw għat-trasferiment tal-liċenzja jew, skont kif meħtieġ, ir-restrizzjonijiet fuq din it-trasmissibbiltà;

(c)

tadotta r-regoli meħtieġa għall-affidabbiltà u l-effiċjenza tas-sistema ta’ liċenzji u għas-sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa għajnuna amministrattiva speċifika bejn l-Istati Membri sabiex jiġu evitati l-każijiet ta’ frodi jew biex dawn jiġu ttrattati;

(d)

tistabbilixxi l-każijiet u s-sitwazzjonijiet meta ma jkunx meħtieġ li tingħata garanzija.

Artikolu 269

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta r-regoli kollha meħtieġa marbutin ma’ din it-Taqsima, inklużi regoli dwar:

(a)

it-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji u l-użu tagħhom;

(b)

il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata;

(c)

il-provi li r-rekwiżiti marbutin mal-użu tal-liċenzji ġew issodisfati;

(d)

il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ sostituzzjoni u ta’ liċenzji doppji;

(e)

it-trattament tal-liċenzji mill-Istati Membri u l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-ġestjoni tas-sistema.

Artikolu 270

Atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tillimita l-kwantitajiet li għalihom jistgħu jinħarġu liċenzji, tirrifjuta l-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom u twaqqaf it-tressiq tal-applikazzjonijiet sabiex tamministra s-suq meta tkun saret applikazzjoni għal kwantitajiet kbar.

Taqsima II

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni

Artikolu 271

Ambitu tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni

1.   Safejn ikun meħtieġ sabiex l-esportazzjonijiet ikunu jistgħu jseħħu abbażi tal-kwotazzjonijiet jew tal-prezzijiet fis-suq dinji u fi ħdan il-limiti li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fl-Unjoni jistgħu jkunu koperti minn rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal:

(a)

il-prodotti tas-setturi li ġejjin li għandhom jiġu esportati mingħajr iktar ipproċessar:

(i)

iċ-ċereali;

(ii)

ir-ross;

(iii)

iz-zokkor, għall-prodotti mniżżlin fil-punti (b), (ċ), (d) u (g) tal-Parti III tal-Anness I;

(iv)

iċ-ċanga u l-vitella;

(v)

il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

(vi)

il-laħam tal-majjal;

(vii)

il-bajd;

(viii)

il-laħam tat-tjur;

(b)

il-prodotti mniżżlin fil-punti (a)(i), (ii), (iii), (v) u (vii) għandhom jiġu esportati fil-forma tal-prodotti mniżżlin fl-Annessi XVII u XVIII.

Fil-każ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fil-forma tal-prodotti mniżżlin fil-Parti IV tal-Anness XVII, ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni jistgħu jingħataw biss għall-prodotti mniżżlin fil-punti (a) sa (e) u (g) tal-Parti XVI tal-Anness I.

2.   Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq il-prodotti esportati fil-forma tal-prodotti pproċessati mniżżlin fl-Annessi XVII u XVIII ma jistgħux ikunu ogħla minn dawk li japplikaw għall-istess prodotti esportati mingħajr iktar ipproċessar.

3.   Safejn ikun meħtieġ sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-produzzjoni ta’ ċerti spirti miksubin miċ-ċereali, inkluż il-perjodu twil tal-maturazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tadotta dispożizzjonijiet dwar l-eliġibbiltà tal-prodotti u tal-operaturi għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, b’mod partikulari relatati mad -definizzjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti, u l-istabbiliment ta’ koeffiċjenti sabiex jiġu kkalkulati r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni filwaqt li jitqies il-proċess ta’ maturazzjoni tal-prodotti kkonċernati.

4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ dan l-Artikolu, inklużi r-rekwiżiti tekniċi u proċedurali għall-kontrolli nazzjonali tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 3.

5.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tistabbilixxi l-koeffiċjent li jaġġusta r-rifużjoni tal-esportazzjoni għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 272

Distribuzzjoni tar-rifużjoni tal-esportazzjoni

Il-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati b’rifużjoni tal-esportazzjoni għandhom jiġu allokati permezz tal-metodu li:

(a)

huwa l-aktar adattat għan-natura tal-prodott u s-sitwazzjoni fis-suq ikkonċernat, li jippermetti l-użu l-aktar effiċjenti li huwa possibbli tar-riżorsi disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-effiċjenza u l-istruttura tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni mingħajr ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati u b’mod partikulari bejn l-operaturi l-kbar u ż-żgħar;

(b)

huwa l-inqas wieħed ta’ piż għall-operaturi mil-lat amministrattiv, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti amministrattivi;

(c)

jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati.

Artikolu 273

Stabbiliment tar-rifużjoni tal-esportazzjoni

1.   Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għandhom ikunu l-istess għall-Unjoni kollha. Jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba s-sitwazzjoni fis-suq dinji, minħabba r-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew minħabba obbligi li jkunu ġejjin minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat.

2.   Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tar-rifużjonijiet skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat. Ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a). Dawn jistgħu jiġu ffissati:

(a)

f’intervalli regolari;

(b)

bi proċeduri ta’ offerti għaċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

Ħlief meta tkun iffissata bi proċedura ta’ offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-lista ta’ prodotti li abbażi tagħha tingħata rifużjoni għall-esportazzjoni u l-ammont ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni mill-anqas darba kull tliet xhur. L-ammont tar-rifużjoni jista', madankollu, jibqa' fl-istess livell għal aktar minn tliet xhur u jista', fejn meħtieġ, jiġi aġġustat matul il-perjodu ta' intervent mill-Kummissjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323, fuq talba ta' xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

3.     Wieħed għandu jqis aspett wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin meta jkunu qed jiġu ffissati rifużjonijiet għal ċertu prodott:

(a)

is-sitwazzjoni eżistenti u x-xejra futura fir-rigward ta’:

(i)

il-prezzijiet ta’ dak il-prodott u d-disponibbiltajiet tiegħu fis-suq tal-Unjoni,

(ii)

il-prezzijiet ta’ dak il-prodott fis-suq dinji;

(b)

l-għanijiet tal-organizzazzjoni tas-suq komuni, li huma li jiġi żgurat l-ekwilibriju u l-iżvilupp naturali tal-prezzijiet u l-kummerċ f’dan is-suq;

(c)

il-ħtieġa li jkunu evitati taqlibiet li x’aktarx joħolqu żbilanċ fit-tul bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-Unjoni;

(d)

l-aspetti ekonomiċi tal-esportazzjonijiet proposti;

(e)

il-limiti li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat;

(f)

il-ħtieġa li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta’ prodotti bażiċi tal-Unjoni fil-manifattura ta’ prodotti pproċessati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-użu ta’ prodotti minn pajjiżi terzi li jiddaħħlu skont arranġamenti ta’ pproċessar;

(g)

l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni l-aktar favorevoli u l-ispejjeż tat-trasport mis-swieq tal-Unjoni għall-portijiet tal-Unjoni jew postijiet oħra tal-esportazzjoni flimkien mal-ispejjeż tat-trasport lejn il-pajjiżi ta’ destinazzjoni;

(h)

id-domanda fuq is-suq tal-Unjoni;

(i)

fir-rigward tas-setturi tal-laħam tal-majjal, il-bajd u l-laħam tat-tjur, id-differenza bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u l-prezzijiet fis-suq dinji għall-kwantità ta’ qamħ għall-għalf meħtieġ għall-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti ta’ dawk is-setturi. [Em. 31]

Artikolu 273a

Miżuri speċifiċi dwar rifużjonijiet tal-esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross

1.     Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiffissa ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni ffissati fir-rigward tas-setturi taċ-ċereali u r-ross. Fejn ikun neċessarju, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323, temenda l-ammonti korrettivi.

L-ewwel subparagrafu jista' jiġi applikat għal prodotti tas-setturi taċ-ċereali u r-ross li jiġu esportati fil-forma ta' oġġetti elenkati fl-Anness XVII.

2.     Għall-ewwel tliet xhur tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, ir-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjoni ta’ xgħir, li jkun maħżun fi tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti jew magħmul minn barli li kien fl-istokk ta' dak iż-żmien, għandha tkun dik li kieku kienet tapplika għal-liċenzja tal-esportazzjoni inkwistjoni għall-esportazzjonijiet magħmulin matul l-aħħar xahar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti.

3.     Ir-rifużjoni għall-prodotti elenkati fil-punti (a) u (b) tal-Parti I tal-Anness I, stabbilita skont l-Artikolu 274(2), tista’ tkun aġġustata mill-Kummissjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), kwalunkwe bidla fil-livell tal-prezz ta' intervent.

L-ewwel subparagrafu jista' jkun applikat, fl-intier tiegħu jew parzjalment, għall-prodotti elenkati fil-punti (c) u (d) tal-Parti I ta’ dak l-Anness I, esportati fil-forma ta' oġġetti msemmija fil-Parti I tal-Anness XVII. F’dak il-każ, l-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi korrett mill-Kummissjoni, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), billi jkun applikat koeffiċjent li jirrappreżenta l-proporzjon bejn il-kwantità tal-prodott bażiku u l-kwantità tiegħu li tkun fil-prodott ipproċessat esportat jew użat fil-prodotti esportati. [Em. 32]

Artikolu 274

Għoti tar-rifużjoni tal-esportazzjoni

1.   Ir-rifużjonijiet fuq il-prodotti mniżżlin fl-Artikolu 271(1)(a) li jiġu esportati kif inhuma mingħajr iktar ipproċessar għandhom jingħataw biss wara li ssir applikazzjoni u wara li tiġi ppreżentata liċenzja tal-esportazzjoni.

2.   Ir-rifużjoni li tapplika għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun dik applikabbli fil-jum tal-applikazzjoni għal-liċenzja jew, skont il-każ, dik li tiġi mill-proċedura ta’ sejħiet għall-offerti kkonċernata u, fil-każ ta’ rifużjoni ddifferenzjata, dik li tapplika fl-istess jum:

(a)

għad-destinazzjoni murija fuq il-liċenzja; jew

(b)

fejn xieraq, għad-destinazzjoni attwali jekk din tkun differenti mid-destinazzjoni murija fuq il-liċenzja. F’dan il-każ l-ammont applikabbli ma għandux jaqbeż l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni murija fuq il-liċenzja.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tieħu l-miżuri x-xierqa sabiex tevita milli jkun hemm abbuż tal-flessibbiltà li dwarha hemm dispożizzjoni f’dan il-paragrafu. Dawn il-miżuri jistgħu, b’mod partikulari, jkollhom x’jaqsmu mal-proċedura għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u man-notifiki li għandhom jagħmlu l-esportaturi.

3.   Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ u tat-trasport fil-każ tal-bajd għat-tifqis u tal-flieles ta’ jum, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , li l-liċenzji tal-esportazzjoni jistgħu jingħataw wara.

4.   Sabiex tiżgura aċċess ugwali għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-esportaturi tal-prodotti msemmija fl-Anness I għat-Trattat, u tal-prodotti pproċessati minnhom, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tiddeċiedi li tapplika l-paragrafi 1 u 2 għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 271(1)(b) ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ dan il-paragrafu.

5.   Sabiex tnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv għall-organizzazzjonijiet tal-benesseri tal-bniedem, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tagħti derogi mill-paragrafi 1 u 2 fil-każ ta’ prodotti li fuqhom jitħallsu r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fil-qafas ta’ ħidmiet ta’ għajnuna għall-ikel.

6.   Ir-rifużjoni għandha titħallas meta jingħataw provi li:

(a)

il-prodotti ġew esportati mill-Unjoni;

(b)

fil-każ ta’ rifużjoni ddifferenzjata, il-prodotti waslu fid-destinazzjoni murija fuq il-liċenzja jew f’destinazzjoni oħra li għaliha kienet stabbilita rifużjoni, mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-paragrafu 2.

7.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi aktar kundizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni sabiex tevita milli jkun hemm tfixkil tal-kummerċ, jiġifieri l-kundizzjoni li:

(a)

ir-rifużjonijiet jitħallsu biss għal prodotti li joriġinaw fl-UE;

(b)

l-ammont tar-rifużjonijiet għall-prodotti importati għandu jkun limitat għad-dazji miġbura mal-importazzjoni f’każijiet fejn dawk id-dazji jkunu aktar baxxi mir-rifużjoni applikabbli.

Artikolu 275

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal annimali ħajjin fis-settur taċ-ċanga u l-vitella

1.   Għall-prodotti tas-settur taċ-ċanga u l-vitella, l-għoti u l-ħlas tar-rifużjoni għall-esportazzjonijiet ta’ annimali ħajjin għandhom ikunu suġġetti għall-konformità mar-rekwiżiti dwar il-benesseri tal-annimali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, b’mod partikulari, mal-ħarsien tal-annimali waqt it-trasport.

2.   Sabiex tinkuraġġixxi lill-esportaturi josservaw il-kundizzjonijiet tal-benesseri tal-annimali u sabiex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw in-nefqa korretta tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni meta din tkun tiddependi fuq il-ħarsien tar-rekwiżiti tal-benesseri tal-annimali, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 :

(a)

tadotta dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien tar-rekwiżiti tal-benesseri tal-annimali barra t-territorju doganali tal-Unjoni, u l-verifika u r-rappurtar dwar dan, inkluż l-użu ta’ partijiet terzi indipendenti;

(b)

tistabbilixxi penali dwar il-ħlas jew l-irkupru tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni meta ma jkunux tħarsu r-rekwiżiti legali dwar il-kundizzjonijiet tal-benesseri tal-annimali.

3.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 276

Limiti tal-esportazzjoni

Għandu jkun żgurat li jitħarsu l-impenji tal-volum li ġejjin minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat abbażi tal-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġin għall-perjodi ta’ referenza li japplikaw għall-prodotti kkonċernati. F’dak li għandu x’jaqsam mal-konformità mal-obbligi li ġejjin mill-Ftehim tal-WTO dwar l-Agrikultura, it-tmiem ta’ perjodu ta’ referenza ma għandux jaffettwa l-validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni.

Artikolu 277

Setgħat iddelegati

1.   Sabiex tiżgura li l-operaturi jħarsu l-obbligi tagħhom meta jipparteċipaw fi proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi r-rekwiżit primarju għar-rilaxx tal-garanziji fuq il-liċenzji għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni mogħtija permezz ta’ sejħa għall-offerti.

2.   Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv għall-operaturi u għall-awtoritajiet, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi limiti li taħthom wieħed jista’ ma jkunx obbligat jippreżenta liċenzja tal-esportazzjoni u hija tista’ tistabbilixxi d-destinazzjonijiet li għalihom tista’ tiġi ġġustifikata l-eżenzjoni mill-obbligu li tiġi ppreżentata liċenzja tal-esportazzjoni.

3.   Sabiex iżżomm mas-sitwazzjonijiet prattiċi li jiġġustifikaw l-eliġibbiltà sħiħa jew parzjali għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, u sabiex tgħin lill-operaturi jkopru l-perjodu bejn l-applikazzjoni għal rifużjoni tal-esportazzjoni u l-ħlas finali tagħha, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta miżuri dwar:

(a)

data oħra għar-rifużjoni;

(b)

il-konsegwenzi għall-ħlas tar-rifużjoni tal-esportazzjoni meta l-kodiċi tal-prodott jew id-destinazzjoni msemmija f’liċenzja ma jkunux konformi mal-prodott jew mad-destinazzjoni attwali;

(c)

il-ħlas bil-quddiem tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet għall-għoti u r-rilaxx ta’ garanzija;

(d)

kontrolli u prova f’każijiet fejn ikun hemm dubji dwar id-destinazzjoni reali tal-prodotti, inkluża l-opportunità li l-prodotti jiġu importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni;

(e)

id-destinazzjonijiet ittrattati bħala esportazzjonijiet mill-Unjoni, u l-inklużjoni ta’ destinazzjonijiet fit-territorju dognali tal-Unjoni li huma eliġibbli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni.

4.   Sabiex tiżgura li l-prodotti li jkunu qed jibbenefikaw minn rifużjonijiet tal-esportazzjoni jiġu esportati mit-territorju doganali tal-Unjoni u sabiex tevita li dawn jerġgħu jintbagħtu lura f’dak it-territorju, u sabiex tnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv għall-operaturi huma u jiġġeneraw u jressqu provi li l-prodotti tar-rifużjoni waslu f’pajjiż tad-destinazzjoni li huwa eliġibbli għar-rifużjonijiet iddifferenzjati, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta miżuri dwar:

(a)

il-limitu taż-żmien sa meta jrid ikun ġie ffinalizzat il-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni, inkluż iż-żmien għad-dħul temporanju mill-ġdid;

(b)

l-ipproċessar li l-prodotti li jkunu qed jibbenefikaw mir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni jistgħu jgħaddu minnu matul dak il-perjodu;

(c)

il-prova li dawn il-prodotti jkunu waslu f’destinazzjoni li hija eliġibbli għar-rifużjonijiet iddifferenzjati;

(d)

il-limiti tar-rifużjonijiet u l-kundizzjonijiet li bihom l-esportaturi jistgħu jiġu eżentati minn din il-prova;

(e)

il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, minn partijiet terzi indipendenti, tal-prova li l-prodotti jkunu waslu f’destinazzjoni li hija eliġibbli għar-rifużjonijiet iddifferenzjati.

5.   Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi differenti, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta r-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-operaturi u għall-prodotti li huma eliġibbli għal rifużjoni tal-esportazzjoni.

6.   Sabiex tippermetti l-adattament għall-iżviluppi fl-industrija tal-ipproċessar, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , temenda l-Anness XVII, filwaqt li tqis il-kriterji msemmija fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 (51).

7.   Sabiex tiżgura li jkun hemm trattament indaqs f’termini tal-kundizzjonijiet għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-esportaturi tal-prodotti msemmija fl-Anness I għat-Trattat u tal-prodotti pproċessati minnhom, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 274(5), (6) u (7) għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 271(1)(b), filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1216/2009.

Artikolu 278

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ din it-Taqsima, b’mod partikulari:

(a)

dwar it-tqassim mill-ġdid tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati li ma jkunux ġew allokati jew użati;

(b)

biex ikun immonitorjat jekk seħħewx u jekk sarux kif suppost l-operazzjonijiet li jagħtu dritt għall-ħlas tar-rifużjonijiet u tal-ammonti l-oħra kollha f’dak li għandu x’jaqsam mat-transazzjonijiet tal-esportazzjoni, inklużi l-kontrolli fiżiċi u l-iskrutinju tad-dokumenti;

(c)

dwar il-prodotti msemmija fl-Artikolu 271(1)(b).

Taqsima III

Ġestjoni tal-kwota tal-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Artikolu 279

Ġestjoni tal-kwoti tat-tariffi miftuħin minn pajjiżi terzi

1.   F’dak li għandu x’jaqsam mal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, fejn ftehim konkluż skont l-Artikolu 218 tat-Trattat jipprovdi għall-ġestjoni totali jew parzjali ta’ kwota tat-tariffi miftuħa minn pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta miżuri speċifiċi sabiex tiżgura li l-kwota li tkun saret applikazzjoni għaliha tintuża skont l-għanijiet tal-ftehim internazzjonali kkonċernat.

2.   Il-kwoti tat-tariffi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu amministrati b’mod li tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati u li jiżgura l-użu sħiħ tal-possibbiltajiet li huma disponibbli skont il-kwota kkonċernata, billi jiġi applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew kombinament tagħhom jew metodu adattat ieħor:

(a)

metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġika tat-tressiq tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta’ “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”);

(b)

metodu ta’ distribuzzjoni skont il-proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta jkunu tressqu l-applikazzjonijiet (billi jintuża l-“metodu ta’ eżami simultanju”);

(c)

metodu bbażat fuq li wieħed iqis ix-xejriet tradizzjonali tal-kummerċ (l-użu tal-“metodu tradizzjonali/ta’ dawk li daħlu ġodda”).

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-kwoti miftuħin skont din it-Taqsima.

4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tadotta d-dispożizzjonijiet sabiex ikun hemm il-ġestjoni tal-proċess biex:

(a)

tiżgura li ma jinqabżux il-kwantitajiet disponibbli skont il-kwoti miftuħin skont din it-Taqsima;

(b)

talloka mill-ġdid il-kwantitajiet li ma jkunux intużaw.

Taqsima IV

Trattament speċjali għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi

Artikolu 280

Ċertifikati għall-prodotti li jibbenefikaw minn trattament speċjali għall-importazzjoni f’pajjiż terz

1.   Meta jiġu esportati prodotti li, skont ftehimiet konklużi mill-Unjoni skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċjali għall-importazzjoni f’pajjiż terz jekk jitħarsu ċerti kundizzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq talba u wara li jsiru l-kontrolli x-xierqa, joħorġu dokument li jiċċertifika li l-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin mal-paragrafu 1.

Taqsima V

Dispożizzjonijiet speċjali għall-pjanti ħajjin

Artikolu 281

Prezzijiet minimi tal-esportazzjoni

1.   Sabiex jitqies l-iżvilupp tas-suq għal kull wieħed mill-prodotti tas-settur tal-pjanti ħajjin li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 0601 10, kull sena jistgħu jiġu stabbiliti prezz minimu wieħed jew aktar mill-Kummissjoni għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi fi żmien xieraq qabel l-istaġun tal-kummerċjalizzazzjoni. Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tal-prezzijiet minimi skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat.

L-esportazzjoni tat-tali prodotti għandha tkun permessa biss bi prezz li jkun daqs il-prezz minimu stabbilit għall-prodott ikkonċernat jew li jkun ogħla minnu.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri amministrattivi kollha meħtieġa marbutin mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) filwaqt tqis, b’mod partikulari, il-prezzijiet fis-swieq internazzjonali u filwaqt li tqis l-obbligi li ġejjin mill-ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat. [Em. 33]

Taqsima VI

Ipproċessar passiv

Artikolu 282

Sospensjoni tal-arranġamenti ta’ pproċessar passiv

1.   Meta s-suq tal-Unjoni jkun imfixkel jew x’aktarx li jkun se jiġi mfixkel minn arranġamenti ta’ pproċessar passiv, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, twaqqaf totalment jew parzjalment l-użu tal-arranġamenti ta’ pproċessar passiv għall-prodotti tas-setturi taċ-ċereali, tar-ross, tal-frott u l-ħaxix, tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, tal-inbid, taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż u tal-laħam tat-tjur. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tiddeċiedi dwarha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta taslilha t-talba. F’każijiet ta’ urġenza, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 323(2).

Il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri u għandhom jidħlu fis-seħħ mill-ewwel.

2.   Safejn ikun hemm bżonn għat-tħaddim tajjeb tal-OKS, l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar passiv għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jiġi pprojbit totalment jew parzjalment mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, huma u jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat.

PARTI IV

REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI

KAPITOLU I

Regoli li japplikaw għall-impriżi

Artikolu 283

Applikazzjoni tal-Artikoli 101 sa 106 tat-Trattat

Ħlief hekk kif speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-Artikoli 101 sa 106 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom għandhom, suġġetti għall-Artikoli 284, 285, 286 [u 287] ta’ dan ir-Regolament, japplikaw għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki kollha msemmija fl-Artikoli 101(1) u 102 tat-Trattat li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament jew mal-kummerċ fihom.

Artikolu 284

Eċċezzjonijiet

1.   L-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux japplika għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki msemmija fl-Artikolu 283 ta’ dan ir-Regolament li huma parti integrali minn organizzazzjoni nazzjonali tas-suq jew li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat.

B’mod partikulari, l-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki tal-bdiewa, tal-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew tal- assoċjazzjonijiet tat-tali assoċjazzjonijiet li jappartjenu għal Stat Membru wieħed u li jirrigwardaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta’ prodotti agrikoli jew l-użu ta’ faċilitajiet konġunti għall-ħżin, it-trattament jew l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, u skont liema ma hemm l-ebda obbligu li jintalbu prezzijiet identiċi, sakemm il-Kummissjoni ma ssibx illi b’hekk il-kompetizzjoni hija eskluża jew li huma mhedda l-għanijiet tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

2.   Wara li tikkonsulta mal-Istati Membri u wara li tisma’ lill-impriżi jew lill-assoċjazzjonijiet tal-impriżi kkonċernati u lil kull persuna fiżika jew ġuridika oħra li hija tqis xierqa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa unika, suġġetta għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li tistabbilixxi liema ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tadotta Deċiżjoni li għandha tiġi ppubblikata.

Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha li tistabilixxi dan jew fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew fuq talba ta’ impriża jew ta’ assoċjazzjoni tal-impriżi interessata.

3.   Il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandha tagħti l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni. Għandha tqis l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Artikolu 285

Ftehimiet u prattiki miftiehma fis-settur tal-frott u l-ħaxix

1.   L-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux japplika għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur irrikonoxxuti li jkunu maħsubin biex jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 210(3)(c) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika biss jekk:

(a)

il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni;

(b)

fi żmien xahrejn minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , ma tkunx sabet li dawk il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma jkunu inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni.

3.   Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma ma jistgħux jidħlu fis-seħħ qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2(b).

4.   Fi kwalunkwe każ, il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma li ġejjin għandhom ikunu ddikjarati bħala inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni:

(a)

ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu jwasslu għal diviżjoni ta’ kwalunkwe għamla fis-swieq tal-Unjoni;

(b)

ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu jaffettwaw it-tħaddim tajjeb tal-organizzazzjoni tas-suq;

(c)

ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu joħolqu tgħawwiġ fil-kompetizzjoni li mhuwiex essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika agrikola komuni segwita mill-attività tal-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur;

(d)

ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jinvolvu l-iffissar tal-prezzijiet, mingħajr ħsara għall-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur huma u japplikaw regoli speċifiċi tal-Unjoni;

(e)

ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni għal proporzjon sostanzjali tal-prodotti kkonċernati.

5.   Jekk, wara li jiskadi l-perjodu ta’ xahrejn imsemmi fil-paragrafu 2(b), il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tieħu deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 101(1) tat-Trattat japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma kkonċernata.

Dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni m’għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur ikkonċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur ma tkunx tat informazzjoni li ma tkunx korretta jew ma tkunx abbużat mill-eżenzjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1.

6.   Fil-każ ta’ ftehimiet multiannwali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin ta’ wara tal-ftehim. Madankollu, f’dak il-każ, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, toħroġ stqarrija ta’ inkompatibbiltà fi kwalunkwe waqt.

Artikolu 286

Ftehimiet u prattiki miftiehma fis-settur tat-tabakk

1.   L-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux japplika għall-ftehimiet u l-prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur irrikonoxxuti fis-settur tat-tabakk, li jkunu maħsubin biex jiġu implimentati l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 210(1)(c) ta’ dan ir-Regolament, dejjem jekk:

(a)

il-ftehimiet u l-prattiki miftiehma jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni;

(b)

il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , u fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi d-dettalji meħtieġa kollha, ma tkunx sabet li dawk il-ftehimiet jew il-prattiki miftiehma huma inkompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

Il-ftehimiet u l-prattiki miftiehma ma jistgħux jiġu implimentati matul dak il-perjodu ta’ tliet xhur.

2.   Il-ftehimiet u l-prattiki miftiehma għandhom jiġu ddikjarati bħala li jmorru kontra r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni fil-każijiet li ġejjin fejn:

(a)

jistgħu jwasslu għal diviżjoni ta’ kwalunkwe għamla fis-swieq tal-Unjoni;

(b)

jistgħu jaffettwaw it-tħaddim tajjeb tal-organizzazzjoni tas-suq;

(c)

jistgħu joħolqu tgħawwiġ fil-kompetizzjoni li mhuwiex essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika agrikola komuni segwita mill-miżura tal-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur;

(d)

jinvolvu l-iffissar tal-prezzijiet jew tal-kwoti, mingħajr ħsara għall-miżuri meħudin mill-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur huma u japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi tar-regoli tal-Unjoni;

(e)

jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni għal proporzjon sostanzjali tal-prodotti kkonċernati.

3.   Jekk, wara li jiskadi l-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet biex jiġi applikat dan il-Kapitolu ma jkunux ġew issodisfati, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tieħu deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 101(1) tat-Trattat japplika għall-ftehim jew għall-prattika miftiehma kkonċernata.

Dik id-deċiżjoni m’għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika lill-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur ikkonċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur ma tkunx tat informazzjoni li ma tkunx korretta jew ma tkunx abbużat mill-eżenzjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1.

Artikolu 287

Ftehimiet u prattiki miftiehma fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

1.   L-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux japplika għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur irrikonoxxuti li jkunu maħsubin biex jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 210(4)(c) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika biss jekk:

(a)

il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni;

(b)

fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , ma tkunx sabet li l-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma jkunu inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni.

3.   Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma ma jistgħux jidħlu fis-seħħ qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2(b).

4.   Fi kwalunkwe każ, il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma li ġejjin għandhom ikunu ddikjarati bħala inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni:

(a)

ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu jwasslu għal diviżjoni ta’ kwalunkwe għamla fis-swieq tal-Unjoni;

(b)

ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu jaffettwaw it-tħaddim tajjeb tal-organizzazzjoni tas-suq;

(c)

ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu joħolqu tgħawwiġ fil-kompetizzjoni li mhuwiex essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika agrikola komuni segwita mill-attività tal-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur;

(d)

ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jinvolvu l-iffissar tal-prezzijiet;

(e)

ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni għal proporzjon sostanzjali tal-prodotti kkonċernati.

5.   Jekk, wara li jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2(b), il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tieħu deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 101(1) tat-Trattat japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma kkonċernata.

Dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni m’għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur ikkonċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur ma tkunx tat informazzjoni li ma tkunx korretta jew ma tkunx abbużat mill-eżenzjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1.

6.   Fil-każ ta’ ftehimiet multiannwali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin ta’ wara tal-ftehim. Madankollu, f’dak il-każ, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, toħroġ stqarrija ta’ inkompatibbiltà fi kwalunkwe waqt.

Artikolu 288

Effett vinkolanti tal-ftehimiet u l-prattiki fuq dawk li mhumiex imsieħba fl-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur fis-settur tat-tabakk

1.   L-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur fis-settur tat-tabakk jistgħu jitolbu li xi wħud mill-ftehimiet jew mill-prattiki miftiehma tagħhom isiru jorbtu, għal perjodu limitat taż-żmien, għall-individwi u l-gruppi fis-settur ekonomiku kkonċernat li ma jkunux imsieħba fil-fergħat tal-kummerċ li huma jirrappreżentaw, fiż-żoni li fihom joperaw il-fergħat.

Sabiex ir-regoli tagħhom jiġu estiżi, l-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur għandhom jirrappreżentaw tal-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni u/jew tal-kummerċ ikkonċernat. Meta l-estensjoni proposta tar-regoli ikollha ambitu interreġjonali, l-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur għandhom jagħtu prova li għandhom grad minimu ta’ rappreżentanza għal kull waħda mill-fergħat miġbura fi ħdanha, f’kull reġjun kopert.

2.   Ir-regoli li għalihom tintalab estensjoni tal-ambitu għandhom ikunu ilhom fis-seħħ għal mill-inqas sena u għandhom ikunu marbutin ma’ wieħed mill-għanijiet li ġejjin:

(a)

l-għarfien tal-produzzjoni u tas-suq;

(b)

id-definizzjoni tal-kwalitajiet minimi;

(c)

l-użu ta’ metodi ta’ kultivazzjoni kompatibbli mal-ħarsien ambjentali;

(d)

id-definizzjoni tal-istandards minimi tal-ippakkjar u tal-preżentazzjoni;

(e)

l-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati u l-monitoraġġ tal-kwalità tal-prodotti.

3.   L-estensjoni tar-regoli għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 .

Artikolu 289

Setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ ftehimiet u prattiki miftiehma

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-Artikoli 285, 286, [287] u 288, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa, inklużi r-regoli dwar in-notifiki u l-pubblikazzjoni.

KAPITOLU II

Regoli dwar l-għajnuna mill-Istat

Artikolu 290

Applikazzjoni tal-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat

L-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u għall-kummerċ fihom.

Madankollu, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat m’għandhomx japplikaw għall-ħlasijiet magħmulin mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament u li dwarhom hemm dispożizzjoni fis-Sottotaqsima III tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikoli 37 sa 41, 108, 111, 114, 117, 120, 123, 128, 148, 291(2) u 292 sa 297 u fit-Taqsima VII tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, għall-Artikolu 136(4), l-Artikolu 108 tat-Trattat biss m’għandux japplika.

Artikolu 291

Dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

1.   Suġġett għall-Artikolu 107(2) tat-Trattat, għandha tkun ipprojbita għajnuna li l-ammont tagħha jkun stabbilit abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mniżżlin fil-Parti XVI tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

Għandhom ikunu pprojbiti wkoll miżuri nazzjonali li jippermettu li jinġiebu ndaqs il-prezzijiet tal-prodotti mniżżlin fil-Parti XVI tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Marzu 2014, jagħtu għajnuna mill-Istat lill-bdiewa fis-settur tal-ħalib li tammonta għal ammont totali annwali li ma jaqbiżx il-55 % tal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 69(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, minbarra appoġġ tal-Unjoni mogħti skont l-Artikolu 68(1)(b) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, l-ammont totali ta’ appoġġ tal-Unjoni skont il-miżuri msemmija fl-Artikolu 69(4) ta’ dak ir-Regolament u tal-għajnuna mill-Istat fl-ebda każ m’għandhom jaqbżu l-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 69(4) u (5).

Artikolu 292

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Finlandja u għall-Isvezja

Suġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jagħtu għajnuna għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tar-renna u tal-prodotti tar-renna (kodiċijiet tan-NM bin-numri ex 0208 u ex 0210), sakemm dan ma jkun jinvolvi ebda żieda fil-livelli tradizzjonali tal-produzzjoni.

Artikolu 293

Dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur taz-zokkor

L-Istati Membri li jnaqqsu l-kwota taz-zokkor tagħhom b’iktar minn 50 % tal-kwota taz-zokkor stabbilita fl-20 ta’ Frar 2006 fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistgħu jagħtu għajnuna temporanja mill-Istat matul il-perjodu li għalih tkun qed titħallas l-għajnuna tranżizzjonali għal dawk li jkabbru l-pitravi skont l-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ applikazzjoni minn kwalunkwe Stat Membru kkonċernat, tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , dwar l-ammont totali tal-għajnuna mill-Istat disponibbli għal din il-miżura.

Għall-Italja, l-għajnuna temporanja msemmija fl-ewwel subparagrafu, li għandha tingħata lil dawk li jkabbru l-pitravi u għat-trasport tal-pitravi, ma għandhiex taqbeż ammont totali ta’ 11-il Euro għal kull sena tas-suq għal kull tunnellata ta’ pitravi.

Il-Finlandja tista’ tagħti għajnuna lil dawk li jkabbru l-pitravi li ma taqbiżx it-350 Euro għal kull ettaru għal kull sena tas-suq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum minn tmiem kull sena tas-suq dwar l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat li huma jkunu taw fil-verità matul dik is-sena tas-suq.

Artikolu 294

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Monopolju tal-Alkoħol tal-Ġermanja

[Id-deroga li tinsab fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 290 ta’ dan ir-Regolament għandha tapplika għall-ħlasijiet tal-għajnuna mogħtija mill-Ġermanja fil-qafas nazzjonali eżistenti tal-Monopolju tal-Alkoħol tal-Ġermanja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Monopolju”) għall-prodotti li jkunu kkummerċjalizzati mill-Monopolju, wara li jiġu pproċessati aktar, bħala etanol ta’ oriġini agrikola mniżżel fl-Anness I għat-Trattat. Dik id-deroga għandha titħaddem sal-31 ta’ Diċembru 2017 biss, għandha tkun mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108(1) u għall-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat u għandha tapplika bil-kundizzjoni li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-produzzjoni totali tal-etanol, skont il-Monopolju, li jibbenifika mill-għajnuna għandha tonqos b’mod gradwali minn ammont massimu ta’ 600 000 ettolitru fl-2011 għal 420 000 ettolitru fl-2012 u għal 240 000 ettolitru fl-2013 u tista’ tammonta għal ammont massimu ta’ 60 000 ettolitru fis-sena mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, f’liema data l-Monopolju m’għandux jibqa’ jeżisti;

(b)

il-produzzjoni tad-distilleriji agrikoli ssiġillati (il-“landwirtschaftliche Verschlussbrennereien”) li jibbenefikaw mill-għajnuna għandha tonqos b’mod gradwali minn 540 000 ettolitru fl-2011 għal 360 000 ettolitru fl-2012 u għal 180 000 ettolitru fl-2013. Sal-31 ta’ Diċembru 2013, id-distilleriji agrikoli ssiġillati kollha għandhom jitilqu mill-Monopolju. Meta jitilqu mill-Monopolju, id-distilleriji agrikoli ssiġillati kollha jistgħu jirċievu għajnuna ta’ kumpens ta’ EUR 257.50 għal kull ettolitru ta’ drittijiet nominali ta’ distillazzjoni fit-tifsira tal-leġiżlazzjoni Ġermaniża applikabbli. Din l-għajnuna ta’ kumpens tista’ tingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013. Madankollu, hija tista’ titħallas f’diversi drabi, li minnhom l-aħħar darba ma tistax tkun iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017;

(c)

id-distilleriji ż-żgħar b’rata fissa, l-utenti tad-distilleriji u d-distilleriji tal-kooperattivi tal-frott jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna mogħtija mill-Monopolju sal-31 ta’ Diċembru 2017, dejjem jekk il-produzzjoni li tibbenefika mill-għajnuna ma taqbiżx is-60 000 ettolitru fis-sena;

(d)

l-ammont totali ta’ għajnuna mħallsa mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013 ma għandux ikun ta’ iktar minn EUR 269.9 miljun u l-ammont totali ta’ għajnuna mħallsa mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017 ma għandux ikun ta’ iktar minn EUR 268 miljun; u

(e)

qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Ġermanja għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-Monopolju u l-għajnuna mogħtija fil-qafas tiegħu fis-sena ta’ qabel. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Barra minn hekk, ir-rapporti annwali li għandhom jintbagħtu mill-2013 sal-2016 għandhom jinkludu pjan annwali għat-tneħħija gradwali għas-sena ta’ wara li jkollu x’jaqsam mad-distilleriji ż-żgħar b’rata fissa, mal-utenti tad-distilleriji u mad-distilleriji tal-kooperattivi tal-frott.]

Artikolu 295

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-patata

L-Istati Membri jistgħu jkomplu jħallsu għajnuniet mill-Istat skont kwalunkwe skema eżistenti għall-produzzjoni tal-patata, friska jew imkessħa, tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0701u għall-kummerċ fiha, sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 296 [li għandu jitħassar wara l-31 ta’ 12 2010]

Dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur tal-frott u l-ħaxix

L-Istati Membri jistgħu jħallsu għajnuna mill-Istat għas-settur tal-frott u l-ħaxix sal-31 ta’ Diċembru 2010 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għajnuna mill-Istat titħallas biss lil produtturi tal-frott u l-ħaxix li mhumiex membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta u li jiffirmaw kuntratt ma’ organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta li fih jaċċettaw li japplikaw il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata;

(b)

l-ammont tal-għajnuna mħallas lit-tali produtturi mhuwiex ta’ aktar minn 75 % tal-appoġġ tal-Unjoni li jirċievu l-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata; u

(c)

l-Istat Membru kkonċernat jippreżenta rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010 dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-għajnuna mill-Istat, li fih janalizza b’mod partikulari kemm l-għajnuna appoġġat lill-organizzazzjoni tas-settur. Il-Kummissjoni se teżamina r-rapport u tiddeċiedi jekk tagħmilx xi proposti xierqa jew le. [Em. 34]

Artikolu 297

Għajnuna nazzjonali għad-distillazzjoni tal-inbid f’każijiet ta’ kriżi

1.   Mill-1 ta’ Awwissu 2012 ’il quddiem, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali lill-produtturi tal-inbid għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja tal-inbid f’każijiet iġġustifikati ta’ kriżi.

2.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata u għandha tippermetti li tiġi indirizzata l-kriżi.

3.   L-ammont totali tal-għajnuna disponibbli fi Stat Membru fi kwalunkwe sena partikulari għat-tali għajnuna ma għandux jaqbeż il-15 % tal-fondi disponibbli b’mod ġenerali għal kull Stat Membru stabbiliti fl-Anness X għal dik is-sena.

4.   L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw notifika debitament sostanzjata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , jekk il-miżura hijiex approvata u jekk tistax tingħata l-għajnuna jew le.

5.   L-alkoħol li jkun ġej mid-distillazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jintuża esklużivament għal għanijiet industrijali jew tal-enerġija sabiex jiġi evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

6.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin ma’ dan l-Artikolu.

PARTI V

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL DIVERSI SETTURI JEW GĦAL SETTURI INDIVIDWALI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal diversi setturi

Taqsima I

Tfixkil tas-swieq

Artikolu 298

Tfixkil tal-prezzijiet fis-suq intern

Sabiex ikun hemm reazzjoni effiċjenti u effettiva kontra t-theddid ta’ tfixkil tas-suq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ urġenza skont l-Artikolu 322 u suġġetti għall-Artikolu 300, tieħu l-miżuri meħtieġa fil-każ tas-sitwazzjonijiet li ġejjin, meta dawk is-sitwazzjonijiet x’aktarx ikunu se jkomplu, u b’hekk ifixklu jew jheddu li jfixklu s-swieq:

(a)

għall-prodotti tas-setturi taz-zokkor, tal-ħops, taċ-ċanga u l-vitella, tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż, meta l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni għal kwalunkwe wieħed minn dawk il-prodotti jiżdiedu jew jonqsu b’mod sinifikanti;

(b)

għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur u għaż-żejt taż-żebbuġa, meta l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni għal kwalunkwe wieħed minn dawk il-prodotti jiżdiedu b’mod sinifikanti.

Artikolu 299

Tfixkil ikkawżat mill-kwotazzjonijiet jew mill-prezzijiet fis-suq dinji

Sabiex ikun hemm reazzjoni effiċjenti u effettiva kontra t-theddid ta’ tfixkil tas-suq, meta għall-prodotti tas-setturi taċ-ċereali, tar-ross, taz-zokkor u tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fis-suq dinji ta’ prodott wieħed jew aktar jilħqu livell li jfixkel jew li jhedded li jfixkel id-disponibbiltà tal-provvista fis-suq tal-Unjoni u meta dik is-sitwazzjoni x’aktarx tkun se tkompli jew tkun se tmur għall-agħar, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ urġenza skont l-Artikolu 322 u suġġetti għall-Artikolu 300, tieħu l-miżuri meħtieġa għas-settur ikkonċernat. Hija tista’, b’mod partikulari, twaqqaf id-dazji tal-importazzjoni parzjalment jew għal kollox għal ċerti kwantitajiet.

Artikolu 300

Kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ atti delegati f’każijiet ta’ tfixkil

Il-miżuri li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 298 u 299 jistgħu jiġu adottati:

(a)

jekk il-miżuri l-oħra kollha disponibbli skont dan ir-Regolament jidhru li mhumiex biżżejjed;

(b)

filwaqt li jitqiesu l-obbligi li ġejjin minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218(2) tat-Trattat.

Artikolu 301

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta r-regoli kollha meħtieġa marbutin mal-Artikoli 298 u 299. Dawk ir-regoli jistgħu, b’mod partikulari, ikollhom x’jaqsmu mal-proċeduri, man-notifiki, mal-kriterji tekniċi u mal-kontrolli amministrattivi jew fiżiċi li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.

Taqsima II

Rappurtar

Artikolu 302

Rappurtar fir-rigward ta’ ċerti setturi

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(1)

kull tliet snin u għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2010 [2013] dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri li għandhom x’jaqsmu mas-settur tal-apikultura stabbiliti fit-Taqsima VIII tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II;

(2)

sal-31 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II u fil-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-fondi operattivi u l-programmi operattivi fis-settur tal-frott u l-ħaxix;

(3)

sal-31 ta’ Awwissu 2012 dwar l-applikazzjoni tal-iskema tal-frott fl-iskejjel li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 128, li jkollu miegħu, jekk ikun meħtieġ, proposti xierqa. Ir-rapport għandu jindirizza b’mod partikulari l-kwistjonijiet ta’ kemm l-iskema tkun ippromwoviet l-istabbiliment ta’ skemi tal-frott fl-iskejjel li jaħdmu tajjeb fl-Istati Membri u l-impatt tal-iskema fuq it-titjib tad-drawwiet tal-ikel tat-tfal;

(4)

sal-[31 ta’ Diċembru 2010 u] l-31 ta’ Diċembru 2012 dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq u l-kundizzjonijiet li jiġu minnha għat-tneħħija gradwali mingħajr xkiel tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib, li jkollu miegħu, jekk ikun meħtieġ, proposti xierqa. Barra minn hekk, ir-rapport għandu jistudja l-konsegwenzi għall-produtturi tal-ġobon li jkollu denominazzjoni protetta tal-oriġini skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006;

(5)

sal-31 ta’ Diċembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ promozzjoni fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 138;

(6)

sal-31 ta’ Diċembru 2012 dwar is-settur tal-inbid, b’mod partikulari filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-riforma.[;]

(7)

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, dwar l-applikazzjoni tal-iskema għad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 17, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa.]

(8)

sat-30 ta’ Ġunju 2014 u sal-31 ta’ Diċembru 2018 dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fis-suq tas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u b’mod partikulari dwar it-tħaddim tal-punt (iv) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 209 u tal-Artikoli 210(4), 229, 287, 310 u 311, li jkopri, b’mod partikulari, l-inċentivi potenzjali biex il-bdiewa jitħeġġu jidħlu għal ftehimiet ta’ produzzjoni konġunta flimkien ma’ kwalunwke proposta xierqa.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL SETTURI INDIVIDWALI

Taqsima I

Ħops

Artikolu 303

Reġistrazzjoni ta’ kuntratti fis-settur tal-ħops

1.   Kwalunkwe kuntratt għall-provvista tal-ħops prodott fl-Unjoni li jiġi konkluż bejn produttur jew organizzazzjoni tal-produtturi, minn naħa waħda, u xerrej, min-naħa l-oħra, għandu jiġi rreġistrat mill-entitajiet maħtura għal dak il-għan minn kull Stat Membru produttur ikkonċernat.

2.   Il-kuntratti marbutin mal-provvista ta’ kwantitajiet speċifiċi bi prezzijiet miftehma għal perjodu li jkun ikopri ħsad wieħed jew aktar u li jkunu konklużi qabel l-1 ta’ Awwissu tas-sena tal-ewwel ħsad ikkonċernat għandhom ikunu magħrufa bħala “kuntratti konklużi bil-quddiem”. Dawn għandhom jiġu rreġistrati b’mod separat.

3.   Id-dejta li fuqha tkun ibbażata r-reġistrazzjoni tista’ tintuża biss għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), ir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti għall-provvista tal-ħops.

Taqsima II

Inbid

Artikolu 304

Reġistru u inventarju tal-vinji

1.   L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru tal-vinji li jkun fih informazzjoni aġġornata dwar il-potenzjal tal-produzzjoni.

2.   L-Istati Membri li fihom iż-żona totali mħawla bid-dwieli ta’ varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jistgħu jiġu kklassifikati skont l-Artikolu 166(2) tkun ta’ inqas minn 500 ettaru m’għandhomx ikunu suġġetti għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri li jipprovdu għall-miżura għar-“ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji” fil-programmi ta’ appoġġ tagħhom skont l-Artikolu 139 għandhom, abbażi tar-reġistru tal-vinji, jibagħtu lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, inventarju aġġornat tal-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom.

4.   Fi kwalunkwe waqt wara l-1 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi , permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321, li l-paragrafi 1, 2 u 3 ma għadhomx japplikaw. [Em. 35]

5.   Sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ u l-verifika tal-potenzjal tal-produzzjoni mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321, tadotta regoli dwar l-ambitu u l-kontenut tar-reġistru tal-vinji u l-eżenzjonijiet.

6.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) , tadotta dispożizzjonijiet dwar il-verifika tal-informazzjoni.

Artikolu 305

Dikjarazzjonijiet obbligatorji fis-settur tal-inbid

1.   Il-produtturi tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid u l-produtturi tal-most u tal-inbid għandhom jiddikjaraw kull sena, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-kwantitajiet li jkunu pproduċew mill-aħħar ħsad.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lin-negozjanti tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid jiddikjaraw, ta’ kull sena, il-kwantitajiet ikkummerċjalizzati mill-aħħar ħsad.

3.   Il-produtturi tal-most u tal-inbid u n-negozjanti, apparti l-bejjiegħa bl-imnut, għandhom jiddikjaraw kull sena, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-ħażniet tagħhom tal-most u tal-inbid, kemm jekk dawn ikunu mill-ħsad tas-sena attwali kif ukoll jekk dawn ikunu mill-ħsad tas-snin ta’ qabel. Il-most u l-inbid importati minn pajjiżi terzi għandhom jiġu ddikjarati b’mod separat.

4.   Sabiex tiżgura li l-produtturi u n-negozjanti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jħarsu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli:

(a)

dwar il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet obbligatorji u l-eżenzjonijiet;

(b)

dwar il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) u l-kundizzjonijiet għat-tressiq tagħhom, kif ukoll dwar l-eżenzjonijiet mill-obbligu li jitressqu d-dikjarazzjonijiet;

(c)

dwar il-penali li għandhom jiġu applikati f’każ li d-dikjarazzjonijiet ma jitressqux lill-Istati Membri fiż-żmien stabbilit.

5.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a):

(a)

tistabbilixxi l-kundizzjonijiet dwar il-formoli li għandhom jintużaw għad-dikjarazzjonijiet obbligatorji;

(b)

tadotta regoli dwar il-koeffiċjenti tal-konverżjoni għall-prodotti għajr l-inbid;

(c)

tispeċifika d-dati ta’ skadenza għat-tressiq tad-dikjarazzjonijiet obbligatorji;

(d)

tistabbilixxi regoli dwar l-ispezzjonijiet u r-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

Artikolu 306

Dokumenti ta’ akkumpanjament u r-reġistru fis-settur tal-inbid

1.   Il-prodotti tas-settur tal-inbid għandhom jiġu ċċirkolati fl-Unjoni biss jekk ikollhom magħhom dokument ta’ akkumpanjament li jkun awtorizzat b’mod uffiċjali.

2.   Persuni jew gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom prodotti koperti mis-settur tal-inbid fl-eżerċizzju tal-kummerċ tagħhom, b’mod partikulari l-produtturi, l-bottiljaturi u l-proċessuri, kif ukoll in-negozjanti, għandhom iżommu reġistri tad-dħul u tal-ħruġ ta’ dawk il-prodotti.

3.   Sabiex tiffaċilita t-trasport tal-prodotti tal-inbid u l-verifika tiegħu mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 :

(a)

tadotta regoli dwar id-dokument ta’ akkumpanjament, dwar meta għandu jintuża u dwar l-eżenzjonijiet mill-obbligu li jintuża dan id-dokument;

(b)

tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom dokument ta’ akkumpanjament għandu jitqies bħala dokument li jiċċertifika denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;

(c)

tistabbilixxi regoli dwar il-penali li għandhom jiġu applikati f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dokumenti ta’ akkumpanjament;

(d)

tistabbilixxi obbligu li jinżamm reġistru;

(e)

tispeċifika min għandu jżomm reġistru u l-eżenzjonijiet mill-obbligu li jinżamm reġistru;

(f)

tindika l-ħidmiet li għandhom jitniżżlu fir-reġistru;

(g)

tistabbilixxi regoli dwar l-użu tad-dokumenti ta’ akkumpanjament u tar-reġistri.

4.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta:

(a)

regoli dwar il-kompożizzjoni tar-reġistru, il-prodotti li għandhom jiġu inklużi fih, id-dati ta’ skadenza għall-entrati fir-reġistri u l-għeluq tar-reġistri;

(b)

miżura li teħtieġ lill-Istati Membri jistabbilixxu l-perċentwali massimi aċċettabbli għat-telf;

(c)

dispożizzjonijiet ġenerali u tranżizzjonali għaż-żamma tar-reġistri;

(d)

regoli li jistabbilixxu għal kemm żmien id-dokumenti ta’ akkumpanjament u r-reġistri għandhom jinżammu;

(e)

regoli dwar il-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri lill-Kummissjoni;

(f)

regoli dwar żbalji ovvji, forza maġġuri u ċirkustanzi eċċezzjonali.

Artikolu 307

Ħatra tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-settur tal-inbid

1.   Mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan ir-Regolament dwar il-ħatra tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħda jew aktar li għandhom ikunu responsabbli sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-Unjoni fis-settur tal-inbid. B’mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-laboratorji awtorizzati biex iwettqu l-analiżi uffiċjali fis-settur tal-inbid. Il-laboratorji maħtura għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-operat tal-laboratorji tal-ittestjar stabbiliti fl-istandard tal-ISO/IEC 17025.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet u l-laboratorji msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni u għandha taġġornaha b’mod regolari.

Artikolu 308

Notifiki u evalwazzjoni fis-settur tal-inbid

1.   F’dak li għandu x’jaqsam mat-tħawwil illegali li sar wara l-31 ta’ Awwissu 1998, imsemmi fl-Artikolu 82, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, biż-żoni li jkunu tħawlu bid-dwieli mingħajr dritt korrispondenti għat-tħawwil wara l-31 ta’ Awwissu 1998, kif ukoll biż-żoni li fihom ikunu nqalgħu d-dwieli skont il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu.

2.   F’dak li għandu x’jaqsam mar-regolarizzazzjoni obbligatorja tat-tħawwil illegali li sar qabel l-1 ta’ Settembru 1998 imsemmi fl-Artikolu 83, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena rilevanti, dwar:

(a)

iż-żoni mħawlin bid-dwieli qabel l-1 ta’ Settembru 1998 mingħajr dritt korrispondenti għat-tħawwil;

(b)

iż-żoni rregolarizzati skont il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu, il-ħlasijiet kif previsti f’dak il-paragrafu kif ukoll il-valur medju tad-drittijiet reġjonali tat-tħawwil kif previst fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom, għall-ewwel darba sal-1 ta’ Marzu 2010, jgħarrfu lill-Kummissjoni biż-żoni li fihom ikunu nqalgħu d-dwieli skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 83(4).

It-tmiem tal-projbizzjoni tranżizzjonali fuq it-tħawwil il-ġdid fil-31 ta’ Diċembru 2015, kif previst fl-Artikolu 89(1), ma għandux jaffettwa l-obbligi li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan il-paragrafu.

3.   Sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, u għall-ewwel darba sal-1 ta’ Marzu 2010, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-programmi ta’ appoġġ tagħhom imsemmija fit-Taqsima VII tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II matul is-sena finanzjarja ta’ qabel.

Dawk ir-rapporti għandhom jelenkaw u jiddeskrivu l-miżuri li għalihom ingħatat l-għajnuna tal-Unjoni skont il-programmi ta’ appoġġ u għandhom, b’mod partikulari, jipprovdu dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ promozzjoni msemmija fl-Artikolu 138.

4.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Marzu 2011 u, għat-tieni darba, sal-1 ta’ Marzu 2014, evalwazzjoni tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-programmi ta’ appoġġ kif ukoll indikazzjoni ta’ kif tista’ tittejjeb l-effiċjenza tagħhom.

5.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta regoli dwar in-notifiki u l-evalwazzjoni sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu.

Taqsima III

Ħalib u prodotti tal-ħalib

Artikolu 309

Imposta promozzjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat kif previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 290 ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru jista’ jimponi imposta promozzjonali fuq il-produtturi tal-ħalib tiegħu għal kwantitajiet ikkummerċjalizzati ta’ ħalib jew ta’ ekwivalenti tal-ħalib sabiex jiffinanzja l-miżuri dwar il-promozzjoni tal-konsum fl-Unjoni, it-twessigħ tas-swieq għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u t-titjib tal-kwalità.

Artikolu 310

Dikjarazzjonijiet obbligatorji fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

1.   Il-proċessuri tal-ħalib mhux imsajjar għandhom jiddikjaraw lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità ta’ ħalib mhux imsajjar li jkun twasslilhom kull xahar.

2.   Sabiex tiġi żgurata l-utilità u l-puntwalità ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet għall-għanijiet tal-ġestjoni tas-suq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta regoli dwar l-ambitu, il-kontenut, il-format u l-iskeda taż-żmien ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet.

Artikolu 311

Relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

1.   Jekk Stat Membru jiddeċiedi li kull kunsinna ta’ ħalib mhux imsajjar minn bidwi għal għand proċessur tal-ħalib mhux imsajjar għandha tiġi koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, it-tali kuntratt għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Fil-każ deskritt fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddeċiedi wkoll li jekk il-kunsinna tal-ħalib mhux imsajjar issir permezz ta’ kollettur wieħed jew aktar, kull stadju tal-kunsinna għandu jkun kopert mit-tali kuntratt bejn il-partijiet. Għal dan il-għan, “kollettur” tfisser impriża li tittrasporta l-ħalib mhux imsajjar mingħand bidwi jew kollettur ieħor għal għand proċessur tal-ħalib mhux imsajjar jew kollettur ieħor, f’liema każ is-sjieda tal-ħalib mhux imsajjar tiġi ttrasferita f’kull każ.

2.   Il-kuntratt għandu:

(a)

jiġi konkluż qabel ma ssir il-kunsinna,

(b)

isir bil-miktub, u

(c)

jinkludi, b’mod partikulari, l-elementi li ġejjin:

(i)

il-prezz li għandu jitħallas għall-kunsinna, li għandu:

ikun statiku u jiġi stabbilit fil-kuntratt, u/jew

ivarja biss minħabba fatturi li huma stabbiliti fil-kuntratt, b’mod partikulari minħabba l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq abbażi tal-indikaturi tas-suq, il-volum imwassal u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-ħalib mhux imsajjar imwassal,

(ii)

il-volum li jista’ u/jew li għandu jitwassal u l-iskeda taż-żmien tal-kunsinni, u

(iii)

it-tul ta’ żmien tal-kuntratt, li jista’ jinkludi żmien indefinit bi klawżoli ta’ terminazzjoni.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, m’hemmx għalfejn isir kuntratt meta l-ħalib mhux imsajjar jitwassal mill-bidwi għal għand proċessur tal-ħalib mhux imsajjar li jkun kooperattiva li l-bidwi jkun imsieħeb fiha, jekk l-istatuti tagħha jkunu jinkludu dispożizzjonijiet li għandhom effetti simili għal dawk stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.

4.   L-elementi kollha tal-kuntratti għall-kunsinna tal-ħalib mhux imsajjar konklużi mill-bdiewa, mill-kolletturi jew mill-proċessuri tal-ħalib mhux imsajjar, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-paragrafu 2(c), għandhom jiġu nnegozjati b’mod ħieles bejn il-partijiet.

5.   Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta l-miżuri kollha meħtieġa.]

Taqsima IV

Etanol

Artikolu 312

Notifiki fis-settur tal-etanol

1.   Għall-prodotti tas-settur tal-etanol, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-produzzjoni ta’ etanol ta’ oriġini agrikola mfissra bħala ettolitri ta’ alkoħol pur, maqsuma skont il-prodott użat għall-produzzjoni tal-alkoħol;

(b)

il-volum ta’ etanol ta’ oriġini agrikola mneħħi, mfisser bħala ettolitri ta’ alkoħol pur, maqsum skont is-settur tad-destinazzjoni;

(c)

il-ħażniet tal-etanol ta’ oriġini agrikola disponibbli fl-Istat Membru fi tmiem is-sena ta’ qabel;

(d)

il-produzzjoni mbassra għas-sena attwali.

Ir-regoli għan-notifika ta’ din l-informazzjoni u, b’mod partikulari, il-frekwenza tan-notifiki u d-definizzjoni tas-setturi tad-destinazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) .

2.   Abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni a dottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323 , tfassal bilanċ tal-Unjoni għas-suq fl-etanol ta’ oriġini agrikola għas-sena ta’ qabel u bilanċ stmat għas-sena attwali.

Il-bilanċ tal-Unjoni għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-etanol ta’ oriġini mhux agrikola. Il-kontenut preċiż u l-mezzi ta’ ġbir tat-tali informazzjoni għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a).

Għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, “etanol ta’ oriġini mhux agrikola” għandha tfisser prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 2207, 2208 90 91 u 2208 90 99 li ma jinkisbux minn prodott agrikolu speċifiku mniżżel fl-Anness I għat-Trattat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bil-bilanċi msemmija fil-paragrafu 2.

PARTI VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 313

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u d-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni tiegħu għandhom japplikaw għall-infiq imġarrab mill-Istati Membri huma u jwettqu l-obbligi skont dan ir-Regolament.

Artikolu 314

Trasferiment ta’ ammonti disponibbli fis-settur tal-inbid għall-iżvilupp rurali

1.   L-ammonti stabbiliti fil-paragrafu 2, ibbażati fuq l-infiq fl-imgħoddi skont ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għal miżuri ta’ intervent maħsubin biex jiġu rregolati s-swieq agrikoli kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, għandhom ikunu disponibbli bħala fondi addizzjonali tal-Unjoni għal miżuri f’reġjuni li fihom jiġi prodott l-inbid skont il-programmi għall-iżvilupp rurali ffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

2.   L-ammonti li ġejjin għandhom ikunu disponibbli fis-snin kalendarji indikati:

2009: EUR 40 660 000, [Em. 36]

fl-2010: EUR 82 110 000,

mill-2011 ’il quddiem: EUR 122 610 000.

3.   L-ammonti stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri skont l-Anness XIX.

4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta r-regoli kollha meħtieġa marbutin ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 315

Miżuri sabiex jiġu solvuti problemi prattiċi speċifiċi

1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistipula l-miżuri li huma kemm meħtieġa kif ukoll li jistgħu jiġu ġġustifikati f’emerġenza, sabiex issolvi problemi prattiċi speċifiċi. It-tali miżuri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda biss safejn, u għat-tali perjodu, li jkun strettament meħtieġ.

2.   Fejn ikun meħtieġ sabiex tiġi solvuta l-problema kkonċernata, il-Kummissjoni għandha taġixxi skont l-Artikolu 323(2). Fejn ikun meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-proċedura ta’ urġenza li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 322 għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu. [Em. 37]

Artikolu 316

Skambju tal-informazzjoni

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jgħarrfu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament jew sabiex ikun hemm il-monitoraġġ u l-analiżi tas-suq u sabiex ikun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali dwar il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1. Dik l-informazzjoni tista’, fejn xieraq, tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom u tista’ tiġi ppubblikata.

2.   Sabiex tagħmel in-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 veloċi, effiċjenti, eżatti, u kosteffiċjenti, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tistabbilixxi:

(a)

in-natura u t-tip tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata;

(b)

il-metodi tan-notifika;

(c)

ir-regoli marbutin mad-drittijiet tal-aċċess għall-informazzjoni jew mas-sistemi tal-informazzjoni li jkunu disponibbli;

(d)

il-kundizzjonijiet u l-mezzi ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta:

(a)

regoli dwar l-għoti tal-informazzjoni meħtieġa biex jiġi applikat dan l-Artikolu;

(b)

arranġamenti għall-ġestjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata, kif ukoll regoli dwar il-kontenut, il-forma, l-iskeda taż-żmien, il-frekwenza u d-dati ta’ skadenza tan-notifiki;

(c)

arranġamenti għat-trażmissjoni jew sabiex l-informazzjoni u d-dokumenti jkunu disponibbli għall-Istati Membri, għall-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi jew għall-pubbliku.

Artikolu 317

Klawżola ta’ ċirkomvenzjoni

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika, l-ebda vantaġġ li dwaru hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament ma għandu jingħata favur xi persuna fiżika jew ġuridika li għaliha jkun ġie stabbilit li l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jinkisbu t-tali vantaġġi jkunu nħolqu artifiċjalment, b’mod li jmur kontra l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 318

Kontrolli u verifiki, miżuri amministrattivi, penali amministrattivi u r-rappurtar tagħhom

1.   Sabiex tistabbilixxi bilanċ bejn effett disważiv tal-ħlasijiet, is-sanzjonijiet u l-penali li għandhom jiġu imposti għan-nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe wieħed mill-obbligi li ġej mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, minn naħa waħda, u applikazzjoni flessibbli tas-sistema, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 321 , tadotta r-regoli u l-kundizzjonijiet marbutin ma’ dawn li ġejjin:

(a)

l-esklużjoni u s-sospensjoni ta’ ħlas jew rata ta’ tnaqqis fl-għajnuniet, il-ħlasijiet jew ir-rifużjonijiet, b’mod partikulari f’każ li l-limiti taż-żmien ma jkunux tħarsu, f’każ li prodott, daqs jew kwantità ma tkunx konformi mal-applikazzjoni u f’każ li l-evalwazzjoni ta’ skema jew in-notifika tal-informazzjoni ma tkunx seħħet, ma tkunx korretta jew ma tkunx ġiet innotifikata fil-ħin;

(b)

it-tnaqqis fil-ħlas lill-Istati Membri għall-infiq agrikolu tagħhom f’każ li l-limiti taż-żmien stabbiliti għall-irkupru tal-kontribuzzjoni għall-ħlas tal-imposta fuq l-ammont żejjed ma jkunux ġew issodisfati, jew is-sospensjoni tal-ħlasijiet ta’ kull xahar f’każ li l-Istati Membri jonqsu milli jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni jew milli jibagħtuha fil-ħin, jewinkella f’każ li jibagħtu informazzjoni żbaljata lill-Kummissjoni;

(c)

l-ammonti standard li offerent irid iħallas meta l-prodotti tal-intervent ma jkunux jilħqu r-rekwiżiti tal-kwalità;

(d)

l-irkupru totali jew parzjali tal-ħlasijiet f’każ li approvazzjoni jew pjan ta’ rikonoxximent ikun twaqqaf jew ikun ġie rtirat jew fil-każ ta’ ħlas mhux dovut;

(e)

l-ammonti żejda, il-ħlasijiet addizzjonali jew ir-rata tal-imgħax li għandhom jiġu applikati f’każ ta’ frodi, irregolarità, nuqqas ta’ prova li obbligu ġie sodisfatt jewinkella f’każ li dikjarazzjonijiet jintbagħtu wara żmienhom;

(f)

il-qlugħ tad-dwieli ta’ vinji użati b’mod illegali;

(g)

ir-rata ta’ tnaqqis li għandha tiġi applikata fuq ir-rilaxx tal-garanziji għar-rifużjonijiet, għal-liċenzji, għall-offerti, għas-sejħiet għall-offerti jew għal applikazzjonijiet speċifiċi meta obbligu kopert minn dik il-garanzija ma jkunx ġie ssodisfat jewinkella jkun ġie ssodisfat b’mod parzjali;

(h)

iż-żamma mill-Istati Membri tal-ammonti rkuprati bħala sanzjonijiet u penali jew l-allokazzjoni tagħhom għall-baġit tal-Unjoni;

(i)

l-esklużjoni ta’ operatur jew ta’ applikant mill-intervent pubbliku u mill-ħżin privat, mis-sistema ta’ applikazzjoni għal-liċenzji jew mis-sistemi ta’ kwoti tat-tariffi f’każ ta’ frodi jew ta’ tressiq ta’ informazzjoni żbaljata;

(j)

l-irtirar jew is-sospensjoni ta’ approvazzjoni jew tar-rikonoxximent, b’mod partikulari meta operatur, organizzazzjoni tal-produtturi, assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, grupp ta’ produtturi jew organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur tonqos milli tħares il-kundizzjonijiet meħtieġa, inkluż in-nuqqas li tagħmel notifiki, jew ma tibqax tissodisfahom aktar;

(k)

l-applikazzjoni ta’ penali nazzjonali xierqa fuq l-operaturi involuti fil-proċedura ta’ produzzjoni li taqbeż il-kwoti.

Il-multi u s-sanzjonijiet amministrattivi u l-penali li dwarhom hemm dispożizzjoni skont l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu kklassifikati skont il-gravità, il-firxa, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità misjub.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tadotta dawn l-affarijiet li ġejjin:

(a)

ir-regoli dwar il-kontrolli amministrattivi u fiżiċi li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri fir-rigward tal-ħarsien tal-obbligi li ġejjin mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-proċeduri u l-kriterji tekniċi marbutin mal-miżuri amministrattivi u l-penali amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 fejn jinsab li jkun hemm nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe wieħed mill-obbligi li ġej mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(c)

il-proċeduri u l-kriterji marbutin mal-irkupru tal-ħlasijiet mhux dovuti f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tar-regoli u tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1;

(d)

ir-regoli u l-metodi dwar ir-rappurtar tal-kontrolli u l-verifika mwettqin u tar-riżultati tagħhom;

(e)

fejn ikun meħtieġ minħabba l-ħtiġijiet speċifiċi għall-ġestjoni xierqa tas-sistema, regoli li jintroduċu rekwiżiti addizzjonali għall-proċeduri doganali, b’mod partikulari kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (52).

3.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tistabbilixxi r-regoli dwar il-kejl taż-żoni fis-settur tal-inbid li jiżguraw applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli jistgħu, b’mod partikulari, jkunu marbutin mal-verifika u mar-regoli li jirregolaw il-proċeduri finanzjarji speċifiċi għat-titjib tal-kontrolli.

Artikolu 319

Il-kompatibbiltà mas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll

Għall-għanijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fis-settur tal-inbid, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi u ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 318 li għandhom x’jaqsmu maż-żoni jkunu kompatibbli mas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (SIAK) fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

(a)

il-bażi tad-dejta kompjuterizzata;

(b)

is-sistemi ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(c)

il-kontrolli amministrattivi.

Il-proċeduri għandhom jippermettu funzjonament komuni jew l-iskambju tad-dejta mas-SIAK, mingħajr ebda problema jew kunflitt.

PARTI VII

DELEGA TAS-SETGĦA, DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI, REGOLI TRANŻIZZJONALI U FINALI

KAPITOLU I

Delega tas-setgħa u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni

Artikolu 320

Setgħat tal-Kummissjoni

Ħlief hekk kif speċifikat biċ-ċar mod ieħor f’dan ir-Regolament, f’każ fejn jingħataw setgħat lill-Kummissjoni, hija għandha taġixxi:

skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 321 fil-każ tal-atti delegati;

skont il-proċedura msemmija fl-Artikoli 321 u 322 fil-każ tal-atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ urġenza; u

skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 323 fil-każ tal-atti ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 321

Atti delegati

1.   Is-setgħat għall-adozzjoni tal- Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat b’suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu .

Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-delega tas-setgħa għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn … (53). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa ddelegata mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded taċitament għal perjodi tal-istess tul ta' żmien, għajr jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponi dan it-tiġdid sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa jew le għandha tagħmel l-almu tagħha biex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u għandha tindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka u r-raġunijiet li jista’ jkun hemm għar-revoka.

Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data iżjed tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiżdied b’xahar.

Jekk meta jiskadi dak il-perjodu la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih.

L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma kienx beħsiebhom joġġezzjonaw għalih.

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara għaliex qiegħda toġġezzjona għall-att delegat. Id-delega tas-setgħa tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.     Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.     Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 38]

Artikolu 322

Il-proċedura ta’ urġenza

1.   Att delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssirx oġġezzjoni għalihom skont il-paragrafu 2. In-notifika, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ta’ att delegat adottat skont dan l-Artikolu għandha ssemmi r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat adottat skont dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 321(3) fl-Artikolu 321(5) . F’każ bħal dan, l-att m’għandux jibqa’ japplika. L-istituzzjoni li toġġezzjona għat-tali att delegat għandha tiddikjara r-raġunijiet tagħha għal dan il-Kummissjoni għandha tħassar l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill . [Em. 39]

Artikolu 323

Il-Kumitat dwar l-atti ta’ implimentazzjoni

1.   Meta jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, iIl-Kummissjoni għandu jkollha l-għajnuna tal-Kumitat ta’ kumitat li għandu jkun magħruf bħala l-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoliu għandha tapplika l-proċedura li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy](għandu jimtela wara li jiġi adottat ir-Regolament dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll, kif imsemmi fl-Artikolu 291(2) tat-TFUE, li qed jiġi diskuss dal-ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill). Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1a.     Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fil-każijiet ta’ urġenza li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 265, 266, 282 u 315(2) ta’ dan ir-Regolament, għandha tapplika l-proċedura li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy]. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. [Em. 40]

Artikolu 324

Organizzazzjoni tal-Kumitat

L-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 323(1) għandha tqis, b’mod partikulari, l-ambitu tar-responsabbiltajiet tiegħu, il-karatteristiċi speċifiċi tas-suġġett li għandu jiġi indirizzat, u l-ħtieġa li jintuża għarfien espert xieraq.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 325

Revoki

1.   Ir-Regolament (KEE) Nru 922/72 għandu jitħassar.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jitħassar.

Madankollu, l-Artikoli 113a, 113b, 114, 115, 116 u 117(1) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-Annessi XIa (II) it-tieni paragrafu, XIa (IV sa IX), XII (IV)(2), XIII (VI) it-tieni paragrafu, XIV(A), XIV (B)(I) (2) u (3), XIV (B)(III) u XIV (C), XV (II), (III), (IV) u (VI) għal dak ir-Regolament, għall-għanijiet li jiġu applikati dawk l-Artikoli, għandhom ikomplu japplikaw sa data li għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 326 ta’ dan ir-Regolament.

Barra minn hekk:

l-Artikoli 85o sa 85x tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-Anness Xd u Xe għal dak ir-Regolament, għall-għanijiet li jiġu applikati dawk l-Artikoli, għandhom ikomplu japplikaw sa tmiem is-sena tal-inbid tal-2010/2011;

l-Artikoli 84a, 86 sa 95a, 188a(3) u 188a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-Annessi Xa u XI għal dak ir-Regolament, għall-għanijiet li jiġu applikati dawk l-Artikoli, għandhom ikomplu japplikaw sa tmiem is-sena tas-suq tal-2011/2012 għall-prodotti kkonċernati;

l-Artikoli 103w, 103x u 103y tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-Anness XVa għal dak ir-Regolament, għall-għanijiet li jiġu applikati dawk l-Artikoli, għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta’ Lulju 2012.

3.   Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness XX għal dan ir-Regolament.

Artikolu 326

Data tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni

Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi d-data li fiha d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 325(2) ta’ dan ir-Regolament jew partijiet minnhom ma jibqgħux japplikaw għas-settur ikkonċernat. Dik id-data għandha tkun id-data tal-applikazzjoni tar-regoli korrispondenti dwar il-kummerċjalizzazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti skont l-atti delegati li dwarhom hemm dispożizzjoni fit-Taqsima I tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 327

Regoli tranżizzjonali fis-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessati

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa r-rikonoxximent tal-gruppi tal-produtturi, tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi mogħti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u lanqas ma għandu jkollu impatt fuq il-pjanijiet ta’ rikonoxximent jew il-programmi operattivi pendenti.

2.   Sabiex tiżgura li jinżammu l-arranġamenti kollha li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli tranżizzjonali permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 .

Artikolu 328

Regoli tranżizzjonali fis-settur tal-inbid

Sabiex tiżgura li l-operaturi ekonomiċi ma ssirilhomx ħsara meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321 , tadotta l-miżuri meħtieġa biex titħaffef it-tranżizzjoni mill-arranġamenti li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999 u (KE) Nru 479/2008 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 329

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-[seba’] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

[Madankollu, l-Artikolu 159 għandu japplika minn […/sena wara d-dħul fis-seħħ]].

2.   F’dak li għandu x’jaqsam mas-settur taz-zokkor, it-Titolu I tal-Parti II għandu japplika sa tmiem is-sena tas-suq tal-2014/2015 għaz-zokkor.

Id-dispożizzjonijiet marbutin mas-sistema tal-limitazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II għandhom japplikaw sal-31 ta’ Marzu 2015 skont l-Artikolu 59.

F’dak li għandu x’jaqsam mas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, il-punt (iv) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 209 u l-Artikoli 210(4), 229, 287, 310 u 311 għandhom japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 89.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012.

(3)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 106, 5.5.1972, p. 1.

(5)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(6)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 1.

(7)  ĠU L 76, 19.3.2008, p. 6.

(8)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(9)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(10)  COM(2009)0234 finali.

(11)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(12)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(13)  ĠU L 214, 4.8.2006, p. 7.

(14)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(15)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(16)  ĠU L 243, 6.9.2006, p. 47.

(17)  COM(2010)0498.

(18)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

(19)  ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1.

(20)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.

(21)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(22)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(23)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

(24)   ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3.

(25)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(26)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(27)  ĠU L 197, 3.8.2000, p. 19.

(28)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.

(29)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53.

(30)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58.

(31)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67.

(32)  ĠU L 15, 17.1.2002, p. 19.

(33)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(34)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25.

(35)  ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.

(36)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(37)  ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1.

(38)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 21.

(39)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(40)  ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17.

(41)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 707/76 tal-25 ta’ Marzu 1976 dwar l-għarfien ta’ gruppi tal-produtturi ta’ dawk li jrabbu d-dud tal-ħarir (ĠU L 84, 31.3.1976, p. 1).

(42)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97).

(43)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 tat-23 ta’ Novembru 2005 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops (ĠU L 314, 30.11.2005, p. 1).

(44)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2077/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 rigward l-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat u l-ftehim fil-qasam tat-tabakk (ĠU L 215, 30.7.1992, p. 80).

(45)  Regolament tal- Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1).

(46)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(47)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(48)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(49)  ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

(50)  ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1.

(51)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10.

(52)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(53)   Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS I

LISTA TA’ PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(1)

Parti I:   Ċereali

F’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċereali, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

0709 90 60

Qamħ ħelu, frisk jew imkessaħ

0712 90 19

Qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata) mnixxef, sħiħ, imqatta’, imqatta’ fi flieli, imkisser jew mitħun, iżda mhux ippreparat iktar minn hekk, minbarra l-ibridi għaż-żrigħ

1001 90 91

Qamħ komuni u żerriegħa tal-meslin

1001 90 99

Spelt, qamħ komuni u meslin minbarra dak għaż-żrigħ

1002 00 00

Segala

1003 00

Xgħir

1004 00

Ħafur

1005 10 90

Żerriegħa tal-qamħirrun minbarra l-ibridi

1005 90 00

Qamħirrun minbarra ż-żerriegħa

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ, minbarra l-ibridi għaż-żrigħ

1008

Buckwheat, millieġ u skalora; ċereali oħrajn

(b)

1001 10

Qamħ durum

(c)

1101 00 00

Dqiq tal-qamħ jew tal-meslin

1102 10 00

Dqiq tal-ħafur [tas-segala]

1103 11

Xgħir u barli mitħun oħxon (groats) u pasta [dqiq oħxon] tal-qamħ

1107

Xgħir, kemm jekk inkaljat jew le

(d)

0714

Manjoka, ararut, salep, artiċokks, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfin, kemm jekk fi flieli jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le; sago pith

ex 1102

Dqiq taċ-ċereali ħlief tal-qamħ u tal-meslin

1102 20

Dqiq tal-qamħirrun

1102 90

Oħrajn:

1102 90 10

Dqiq tal-barli

1102 90 30

Dqiq tal-ħafur

1102 90 90

Oħrajn

ex 1103

Xgħir u barli mitħun oħxon (cereal groats), pasta [dqiq oħxon] u gerbub minbarra x-xgħir u barli mitħun oħxon (groats) u pasta [dqiq oħxon] tal-qamħ (is-sottotitlu 1103 11), ix-xgħir u barli mitħun oħxon (groats) u pasta [dqiq oħxon] tar-ross (is-sottotitlu 1103 19 50) u l-gerbub tar-ross (is-sottotitlu 1103 20 50)

ex 1104

Ħbub tal-qamħ maħdumin mod ieħor (per eżempju, mqaxxrin, imremblin, imqattgħin irqiq, imfarrkin f’biċċiet tondi, mfettin jew mitħunin oħxon), ħlief ross tat-titlu 1006 u ross imqatta’ rqiq tas-sottotitlu 1104 19 91; nibbieta ta’ ċereali, sħiħa, imrembla, mqatta’ rqiq jew mitħuna

1106 20

Dqiq, pasta [dqiq oħxon] u trab tas-sagu jew ta’ għeruq jew tuberi ta’ titlu 0714

ex 1108

Lamti; inulina

Lamti:

1108 11 00

Lamtu tal-qamħ

1108 12 00

Lamtu tal-qamħirrun

1108 13 00

Lamtu tal-patata

1108 14 00

Lamtu tal-kassava (manioc)

ex 1108 19

Lamti oħrajn:

1108 19 90

Oħrajn

1109 00 00

Gluteina tal-qamħ, imnixxfa jew le

1702

Zokkrijiet oħrajn, inklużi lattożju, maltożju, glukożju u fruttożju kimikament puri, f'forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx miżjudin ħwawar u materjal li jagħti l-kulur; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma’ għasel naturali kif ukoll jekk le; karamella:

ex 1702 30

Glukożju u ġulepp tal-glukożju, li ma fihomx fruttożju jew li fihom fl-istat xott anqas minn 20 % tal-piż fruttożju:

 

Oħrajn:

ex 1702 30 50

F’forma ta’ trab abjad kristallin, mgħaqqad jew le, li fih fl-istat xott inqas minn 99 % ta’ glukożju skont il-piż

ex 1702 30 90

Oħrajn, li fihom fl-istat xott inqas minn 99 % ta’ glukożju skont il-piż

ex 1702 40

Glukożju u ġulepp tal-glukożju, li fihom fl-istat xott għallinqas 20 % iżda inqas minn 50 % tal-piż fruttożju ħlief zokkor maqlub (invert):

1702 40 90

Oħrajn

ex 1702 90

Oħrajn, inklużi zokkor maqlub (invert) u zokkor ieħor u taħlit ta’ ġulepp taz-zokkor li fihom fl-istat xott 50 % tal-piż fruttożju

1702 90 50

Maltodestrina u ġulepp tal-maltodestrina

Karamella:

Oħrajn:

1702 90 75

F’forma ta’ trab, mgħaqqad jew le

1702 90 79

Oħrajn

2106

Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

ex 2106 90

Oħrajn

Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew ikkuluriti:

Oħrajn

2106 90 55

Ġulepp tal-glukożju u ġulepp tal-maltodestrina

ex 2302

Granza, dqiq inferjuri (sharps) u fdal oħrajn, fil-forma ta’ gerbub jew le, ġejjin mit-tnaqqija, tħin jew xogħol ieħor fuq ċereali

ex 2303

Fdal ta’ manifattura ta’ lamtu u fdal simili, polpa tal-kannamieli, bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor, fermentazzjoni jew distillar ta’ fond u skart, f’forma ta’ gerbub jew le:

2303 10

Fdal tal-manifattura tal-lamtu u fdalijiet simili

2303 30 00

Fond u skart mill-fermentazzjoni jew mid-distillar

ex 2306

Għalf tal-bhejjem (oilcake) u fdalijiet oħrajn solidi, kemm jekk mitħunin jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, li jirriżulta mill-estrazzjoni ta’ xaħam u żejt veġetali, ħlief dawk ta’ titlu 2304 jew 2305:

Oħrajn

2306 90 05

Ta’ nebbieta tal-qamħirrun (qamħ)

ex 2308

Materjali veġetali u skart veġetali, fdal veġetali u prodotti li jirriżultaw minnhom, kemm f’forma ta’ gerbub kif le, ta’ kwalità użata għal għalf ta’ annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

2308 00 40

Ġandar u qastan selvaġġ; lbieba jew karfa tal-frott, ħlief ta’ għeneb

2309

Preparazzjonijiet ta’ tip użati għal għalf ta’ annimali:

ex 2309 10

Ikel għal klieb jew għal qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut:

2309 10 11

2309 10 13

2309 10 31

2309 10 33

2309 10 51

2309 10 53

Li fih lamtu, glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina ta’ subtitli 1702 30 50, 1702 30 90, 1702 40 90, 1702 90 50 u 2106 90 55 jew prodotti ta’ ħalib

ex 2309 90

Oħrajn:

2309 90 20

Prodotti msemmijin fin-nota addizzjonali 5 għall-Kapitolu 23 tan-Nomenklatura Magħquda

Oħrajn, inklużi taħlitiet lesti:

2309 90 31

2309 90 33

2309 90 41

2309 90 43

2309 90 51

2309 90 53

Li fihom lamtu, glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina ta’ subtitli 1702 30 50, 1702 30 90, 1702 40 90, 1702 90 50 u 2106 90 55 jew prodotti ta’ ħalib:

(1)

Għall-għanijiet ta’ dan is-sottotitlu, “prodotti tal-ħalib” tfisser prodotti li jaqgħu fi ħdan it-titli 0401 sa 0406 kif ukoll is-sottotitli 1702 11, 1702 19 u 2106 90 51.

Parti II:   Ross

F’dak li għandu x’jaqsam mar-ross, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

1006 10 21 sa

1006 10 98

Ross fil-ħliefa (paddy jew aħrax), minbarra dak għaż-żrigħ

1006 20

Ross bla ħliefa (brown)

1006 30

Ross mitħun jew nofsu mitħun, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le

(b)

1006 40 00

Ross imfarrak

(c)

1102 90 50

Dqiq tar-ross

1103 19 50

Xgħir u barli mitħun oħxon (groats) u pasta [dqiq oħxon] tar-ross

1103 20 50

Gerbub tar-ross

1104 19 91

Qamħ imqatta’ rqiq tar-ross

ex 1104 19 99

Qamħ imrembel tar-ross

1108 19 10

Lamtu tar-ross

Parti III:   Zokkor

F’dak li għandu x’jaqsam maz-zokkor, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

1212 91

Pitravi

1212 99 20

Kannamieli

(b)

1701

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f’forma solida

(c)

1702 20

Zokkor tal-aġġru u ġulepp tal-aġġru

1702 60 95 u 1702 90 95

Zokkrijiet oħrajn f’forma solida u ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx miżjudin ħwawar u materjal li jagħti l-kulur, iżda li ma fihomx lattożju, glukożju, maltodestrina u isoglukożju

1702 90 71

Karamella li fiha 50 % jew aktar tal-piż sukrożju fil-materjal xott

2106 90 59

Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew ikkuluriti, minbarra l-ġuleppijiet tal-isoglukożju, tal-lattożju, tal-glukożju u tal-maltodestrina

(d)

1702 30 10

1702 40 10

1702 60 10

1702 90 30

Iżoglukożju

(e)

1702 60 80

1702 90 80

Ġulepp tal-inulina

(f)

1703

Għasel iswed li jsir mill-estrazzjoni jew raffinar taz-zokkor

(g)

2106 90 30

Ġuleppijiet tal-isoglukożju mħawrin jew ikkuluriti

(h)

2303 20

Polpa tal-kannamieli [tal-pitravi], bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor

Parti IV:   Għalf imnixxef

F’dak li għandu x’jaqsam mal-għalf imnixxef, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

ex 1214 10 00

Pasta [dqiq oħxon] u gerbub tax-xnien imnixxef artifiċjalment bis-sħana

Pasta [dqiq oħxon] u gerbub tax-xnien imnixxef u mitħun mod ieħor

ex 1214 90 90

Xnien, sainfoin, silla, lupini, ġulbiena u prodotti simili tal-għalf, imnixxfin artifiċjalment bis-sħana, minbarra ħuxlief u kaboċċi għall-magħlef u prodotti li fihom il-ħuxlief

Xnien, sainfoin, silla, lupini, ġulbiena, klil is-sultan, piżelli “chickling” u sieq il-ħamiema, imnixxfin u mitħunin mod ieħor

(b)

ex 2309 90 99

Konċentrati ta’ proteini miksubin mill-meraq tax-xnien u mill-meraq tal-ħaxix

Prodotti ddeidratati miksubin esklużivament minn fdalijiet solidi u minn meraq li ġejjin mill-preparazzjoni tal-konċentrati msemmija hawn fuq

Parti V:   Żrieragħ

F’dak li għandu x’jaqsam maż-żrieragħ, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

0712 90 11

Ibridi tal-qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata):

għaż-żrigħ

0713 10 10

Piżelli (Pisum sativum):

għaż-żrigħ

ex 0713 20 00

Ċiċri (garbanzos):

għaż-żrigħ

ex 0713 31 00

Fażola tal-ispeċi Vigna mungo (L.) Hepper jew Vigna radiata (L.) Wilczek:

għaż-żrigħ

ex 0713 32 00

Fażola żgħira ħamra (Adzuki) (Phaseolus jew Vigna angularis):

għaż-żrigħ

0713 33 10

Fażola kidnija, inkluża fażola mill-bajda (Phaseolus vulgaris):

għaż-żrigħ

ex 0713 39 00

Fażola oħra:

għaż-żrigħ

ex 0713 40 00

Għads:

għaż-żrigħ

ex 0713 50 00

Ful (Vicia faba var. major) u ful ta’ varjetà raffa (Vicia faba var. equina, Vicia faba var. minor):

għaż-żrigħ

ex 0713 90 00

Veġetali leguminużi mnixxfin oħrajn:

għaż-żrigħ

1001 90 10

Spelt:

għaż-żrigħ

ex 1005 10

Żerriegħa ibrida tal-qamħirrun

1006 10 10

Ross fil-ħliefa (paddy jew aħrax):

għaż-żrigħ

1007 00 10

Ibridi tas-sorgu tal-qamħ:

għaż-żrigħ

1201 00 10

Sojja, imkissra jew le:

għaż-żrigħ

1202 10 10

Karawett, mhux inkaljat jew imsajjar mod ieħor, fil-qoxra:

għaż-żrigħ

1204 00 10

Żerriegħa tal-kittien, imkissra jew le:

għaż-żrigħ

1205 10 10 u

ex 1205 90 00

Żerriegħa tal-lift jew tal-kolza, imkissra jew le:

għaż-żrigħ

1206 00 10

Żerriegħa tal-ġirasol, imkissra jew le:

għaż-żrigħ

ex 1207

Żrieragħ u frott ieħor żejtnin, imkissrin jew le:

għaż-żrigħ

1209

Żrieragħ, frott u spori, ta’ kwalità użati

għaż-żrigħ

Parti VI:   Ħops

1.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ħops, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

1210

Koni tal-ħops, frisk jew niexef, mitħun jew le, bħala trab jew f’forma ta’ gerbub; lupulina

2.

Ir-regoli ta’ dan ir-Regolament dwar il-kummerċjalizzazzjoni u l-kummerċ ma’ pajjiżi terzi għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti li ġejjin:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

1302 13 00

Linef u estratti veġetali tal-ħops

Parti VII:   Żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda

F’dak li għandu x’jaqsam maż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

1509

Żejt taż-żebbuġ u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1510 00

Żjut oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, miksubin biss miż-żebbuġ, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament, inklużi taħlitiet ta’ dawn iż-żjut jew frazzjonijiet biż-żjut jew frazzjonijiet ta’ titlu 1509

(b)

0709 90 31

Żebbuġ frisk jew imkessaħ għal użi ħlief għall-produzzjoni taż-żejt

0709 90 39

Żebbuġ ieħor, frisk jew imkessaħ

0710 80 10

Żebbuġ (mhux imsajjar jew imsajjar bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżat

0711 20

Żebbuġ ippreservat provviżorjament (per eżempju, bil-gass diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajjeb għall-konsum immedjat f’dak l-istat

ex 0712 90 90

Żebbuġ imnixxef, sħiħ, imqatta’, fi flieli, f’biċċiet jew bħala trab, iżda mhux ippreparat aktar minn hekk

2001 90 65

Żebbuġ ippreparat u ppreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku

ex 2004 90 30

Żebbuġ ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżat

2005 70

Żebbuġ ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat

(c)

1522 00 31

1522 00 39

Fdal li jibqa’ mit-trattament ta’ sustanzi xaħmin jew ta’ xama’ tal-annimali jew veġetali li fih żejt bil-karatteristiċi ta’ żejt taż-żebbuġa

2306 90 11

2306 90 19

Għalf tal-bhejjem (oilcake) u fdalijiet oħrajn li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa

Parti VIII:   Kittien u qanneb imkabbrin għall-fibra

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kittien u l-qanneb imkabbrin għall-fibra, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

5301

Għażel [kittien], mhux maħdum jew ipproċessat iżda mhux mibrum; frak u rmixk ta’ għażel (inkluż skart tal-ħjut u materjal “garnetted”)

5302

Qanneb veru (Cannabis sativa L.); mhux maħdum jew ipproċessat iżda mhux mibrum; frak u rmixk ta’ qanneb (inkluż skart tal-ħjut u materjal “garnetted”)

Parti IX:   Frott u ħaxix

F’dak li għandu x’jaqsam mal-frott u l-ħaxix, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

0702 00 00

Tadam, frisk jew imkessaħ

0703

Basal, shallots, tewm, kurrat u veġetali oħrajn tal-ġens tat-tewm, friski jew imkessħin

0704

Kaboċċi, pastard, ġdur u brassicae oħrajn li jittieklu, friski jew imkessħin

0705

Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħin

0706

Karrotti, turnips (xorta ta’ Brassica), pitravi għall-insalata, sassefrika, celeriac (xorta ta’ krafes), ravanell u għeruq oħrajn simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħin

0707 00

Ħjar u gherkins (xorta ta’ ħjar żgħir), friski jew imkessħin

0708

Veġetali leguminużi, imqaxxrin jew bil-qoxra, friski jew imkessħin

ex 0709

Veġetali oħrajn, friski jew imkessħin, minbarra ħaxix tas-sottotitli 0709 60 91, 0709 60 95, 0709 60 99, 0709 90 31, 0709 90 39 u 0709 90 60

ex 0802

Ġewż ieħor, frisk jew imnixxef, imqaxxar jew imfesdaq jew le, minbarra l-ġewż tat-tip areka (jew betel) u tat-tip kola li jaqgħu fi ħdan is-sottotitlu 0802 90 20

0803 00 11

Pjantaġġini friski

ex 0803 00 90

Pjantaġġini mnixxfin

0804 20 10

Tin frisk

0804 30 00

Ananas

0804 40 00

Avokado

0804 50 00

Gwav, mang u mangostan

0805

Frott taċ-ċitru, frisk jew imnixxef

0806 10 10

Għeneb frisk tal-mejda

0807

Bettieħ (inkluż dulliegħ) u pawpaw (papaj), friski

0808

Tuffieħ, lanġas u sfarġel, friski

0809

Berquq, ċirasa, ħawħ (inkluż nuċiprisk), għanbaqar u pruna selvaġġa (sloes), friski

0810

Frott ieħor, frisk

0813 50 31

0813 50 39

Taħlit esklużivament ta’ ġewż imnixxef tat-titli 0801 u 0802

0910 20

Żagħfran

ex 0910 99

Sagħtar, frisk jew imkessaħ

ex 1211 90 85

Ħabaq, melissa, nagħniegħ, origanum vulgare (origanu/merdqux salvaġġ), klin u salvja, friski jew imkessħin

1212 99 30

Ħarrub

Parti X:   Prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati

F’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

ex 0710

Veġetali (mhux imsajrin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), ffriżati, minbarra l-qamħ ħelu tas-sottotitlu 0710 40 00, iż-żebbuġ tas-sottotitlu 0710 80 10 u l-frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta tas-sottotitlu 0710 80 59

ex 0711

Veġetali preservati provviżorjament (per eżempju, bil-gass diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għal konsum immedjat, minbarra ż-żebbuġ tas-sottotitlu 0711 20, il-frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta tas-sottotitlu 0711 90 10 u l-qamħ ħelu tas-sottotitlu 0711 90 30

ex 0712

Veġetali mnixxfin, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparati aktar minn hekk, minbarra l-patata ddeidratata mnixxfa artifiċjalment bis-sħana u li mhix tajba għall-konsum mill-bniedem li taqa’ fi ħdan is-sottotitlu ex 0712 90 05, il-qamħ ħelu li jaqa’ fi ħdan is-sottotitlu ex 0712 90 11 u 0712 90 19 u ż-żebbuġ li jaqa’ fi ħdan is-sottotitlu ex 0712 90 90

0804 20 90

Tin imnixxef

0806 20

Għeneb imnixxef

ex 0811

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, ffriżati, mingħajr iż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, minbarra l-banana ffriżata li taqa’ fi ħdan is-sottotitlu ex 0811 90 95

ex 0812

Frott u ġewż, preservati provviżorjament (per eżempju, bil-gass diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għal konsum immedjat, minbarra l-banana ppreservata provviżorjament li taqa’ fi ħdan is-sottotitlu ex 0812 90 98

ex 0813

Frott, imnixxef, ħlief dak ta’ titli 0801 sa 0806; taħlit ta’ ġewż u frott imnixxef ta’ dan il-kapitlu minbarra t-taħlit esklużivament ta’ ġewż imnixxef ta’ titli 0801 u 0802 li jaqa’ fi ħdan is-sottotitli 0813 50 31 u 0813 50 39

0814 00 00

Qoxra tal-frott taċ-ċitru jew tal-bettieħ (inkluż dulliegħ), friska, ffriżata, imnixxfa jew provviżorjament preservata fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn preservattivi

0904 20 10

Bżar ħelu mnixxef, la mfarrak u lanqas mitħun

(b)

ex 0811

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, ffriżati, biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

ex 1302 20

Sustanzi tal-pektin u pektinati

ex 2001

Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati u ppreservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, minbarra:

frott tal-ġens Capsicum ħlief bżar ħelu jew piment tas-sottotitlu 2001 90 20

Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) tas-sottotitlu 2001 90 30

jammijiet, patata ħelwa u partijiet simili ta’ pjanti tajbin għall-ikel li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu tas-sottotitlu 2001 90 40

qlub tal-palm tas-sottotitlu 2001 90 60

żebbuġ tas-sottotitlu 2001 90 65

weraq tad-dwieli, rimi tal-ħops u partijiet simili oħrajn tal-pjanti tajbin għall-ikel li jaqgħu fi ħdan is-sottotitlu ex 2001 90 97

2002

Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku

2003

Faqqiegħ u tartuf, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku

ex 2004

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, ffriżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006, minbarra l-qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) tas-sottotitlu ex 2004 90 10, iż-żebbuġ tas-sottotitlu ex 2004 90 30 u l-patata ppreparata jew ippreservata f’forma ta’ dqiq, pasta [dqiq oħxon] jew qxur tas-sottotitlu 2004 10 91

ex 2005

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006, minbarra ż-żebbuġ tas-sottotitlu 2005 70, il-qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) tas-sottotitlu ex 2005 80 00, u l-frott tal-ġens Capsicum, ħlief bżar ħelu jew piment tas-sottotitlu 2005 99 10 u l-patata ppreparata jew ippreservata f’forma ta’ dqiq, pasta [dqiq oħxon] jew qxur tas-sottotitlu 2005 20 10

ex 2006 00

Frott, ġewż, qoxra tal-frott u partijiet oħrajn ta’ pjanti, ippreservati biz-zokkor (ixxuttati, glasè jew mgħasslin), minbarra l-banana ppreservata biz-zokkor li taqa’ fi ħdan it-titli ex 2006 00 38 u ex 2006 00 99

ex 2007

Ġammijiet, ġèli tal-frott, marmellati, puré tal-frott jew tal-ġewż u pejsts tal-frott u tal-ġewż, miksubin bit-tisjir, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud inkella le, minbarra:

preparazzjonijiet omoġenizzati tal-banana tas-sottotitlu ex 2007 10

ġammijiet, ġèli, marmellati, puré jew pejsts tal-banana tas-sottotitli ex 2007 99 39, ex 2007 99 50 u ex 2007 99 97

ex 2008

Frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar, minbarra:

butir tal-karawett tas-sottotitlu 2008 11 10

qlub tal-palm tas-sottotitlu 2008 91 00

qamħirrun tas-sottotitlu 2008 99 85

jams, patata ħelwa u partijiet simili ta’ pjanti tajbin għall-ikel, li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu tas-sottotitlu 2008 99 91

weraq tad-dwieli, rimi tal-ħops u partijiet simili oħrajn tal-pjanti tajbin għall-ikel li jaqgħu fi ħdan is-sottotitlu ex 2008 99 99

taħlitiet ta’ banana ppreparati jew ippreservati mod ieħor tas-sottotitli ex 2008 92 59, ex 2008 92 78, ex 2008 92 93 u ex 2008 92 98

banana ppreparata jew ippreservata mod ieħor tas-sottotitli ex 2008 99 49, ex 2008 99 67 u ex 2008 99 99

ex 2009

Meraq tal-frott (minbarra l-meraq tal-għeneb u l-għeneb magħsur iżda qabel jeħmer tas-sottotitli 2009 61 u 2009 69 u l-meraq tal-banana tas-sottotitlu ex 2009 80) u meraq tal-ħxejjex, mhux fermentati u ma fihomx spirtu miżjud, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor biex jagħmel ħelu

Parti XI:   Banana

F’dak li għandu x’jaqsam mal-banana, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċijiet tan-NM

Deskrizzjoni

0803 00 19

Banana friska, minbarra l-pjantaġġini

ex 0803 00 90

Banana mnixxfa, eskluż il-pjantaġġini

ex 0812 90 98

Banana ppreservata provviżorjament

ex 0813 50 99

Taħlitiet li fihom il-banana mnixxfa

1106 30 10

Dqiq, pasta [dqiq oħxon] u trab tal-banana

ex 2006 00 99

Banana ppreservata biz-zokkor

ex 2007 10 99

Preparazzjonijiet omoġenizzati tal-banana

ex 2007 99 39

ex 2007 99 50

ex 2007 99 97

Ġammijiet, ġèli, marmellati, puré u pejsts tal-banana

ex 2008 92 59

ex 2008 92 78

ex 2008 92 93

ex 2008 92 98

Taħlitiet li fihom banana ppreparata jew ippreservata mod ieħor, li ma fihomx spirtu miżjud

ex 2008 99 49

ex 2008 99 67

ex 2008 99 99

Banana ppreparata jew ippreservata mod ieħor

ex 2009 80 35

ex 2009 80 38

ex 2009 80 79

ex 2009 80 86

ex 2009 80 89

ex 2009 80 99

Meraq tal-banana

Parti XII:   Inbid

F’dak li għandu x’jaqsam mal-inbid, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

2009 61

2009 69

Meraq tal-għeneb (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer)

2204 30 92

2204 30 94

2204 30 96

2204 30 98

Għeneb magħsur qabel jeħmer ieħor, minbarra dak fil-fermentazzjoni jew bil-fermentazzjoni mwaqqfa mod ieħor li mhuwiex biż-żieda ta’ alkoħol

(b)

ex 2204

Inbid ta’ għeneb frisk, inklużi nbejjed imsaħħin; għeneb magħsur qabel jeħmer ħlief dak ta’ titlu 2009, minbarra għeneb magħsur qabel jeħmer ieħor tas-sottotitli 2204 30 92, 2204 30 94, 2204 30 96 u 2204 30 98

(c)

0806 10 90

Għeneb frisk minbarra għeneb tal-mejda

2209 00 11

2209 00 19

Ħall tal-inbid

(d)

2206 00 10

Piquette

2307 00 11

2307 00 19

Fond tal-inbid

2308 00 11

2308 00 19

Karfa ta’ għeneb magħsur

Parti XIII:   Siġar ħajjin u pjanti oħrajn, basal, għeruq u affarijiet simili, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali

F’dak li għandu x’jaqsam mas-siġar ħajjin u l-pjanti l-oħrajn, il-basal, l-għeruq u affarijiet simili, il-fjuri maqtugħin u l-weraq ornamentali, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti kollha li jaqgħu fi ħdan il-Kapitolu 6 tan-Nomenklatura Magħquda.

Parti XIV:   Tabakk mhux maħdum

F’dak li għandu x’jaqsam mat-tabakk mhux maħdum, dan ir-Regolament għandu jkopri t-tabakk mhux maħdum jew mhux immanifatturat u l-iskart tat-tabakk li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 2401.

Parti XV:   Ċanga u vitella

F’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċanga u l-vitella, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

0102 90 05 sa

0102 90 79

Annimali ħajjin tal-ispeċi tal-ifrat domestika, minbarra l-annimali ta’ razza pura għar-razza

0201

Laħam ta’ annimali tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

0202

Laħam ta’ annimali tal-ifrat, iffriżat

0206 10 95

Falda ħoxna u falda rqiqa, friska jew imkessħa

0206 29 91

Falda ħoxna u falda rqiqa, iffriżata

0210 20

Laħam ta’ annimali tal-ifrat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

0210 99 51

Falda ħoxna u falda rqiqa, immellħa, fis-salmura, imnixxfa jew affumikata

0210 99 90

Dqiq u pasti [dqiq oħxon] mil-laħam jew mill-ġewwieni li jittiekel

1602 50 10

Laħam u fdal tal-laħam ieħor ta’ annimali tal-ifrat ippreparati jew ippreservati, nejjin; taħlit ta’ laħam jew fdal tal-laħam imsajrin u laħam jew fdal tal-laħam nejjin

1602 90 61

Laħam ippreparat jew ippreservat ieħor li fih laħam jew fdal tal-laħam ta’ annimali tal-ifrat, nej; taħlit ta’ laħam jew fdal tal-laħam imsajrin u laħam jew fdal tal-laħam nejjin

(b)

0102 10

Annimali tal-ifrat ħajjin ta’ razza pura għar-razza

0206 10 98

Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali tal-ifrat, minbarra l-falda ħoxna u l-falda rqiqa, frisk jew imkessaħ, minbarra dak għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi

0206 21 00

0206 22 00

0206 29 99

Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali tal-ifrat, minbarra l-falda ħoxna u l-falda rqiqa, iffriżat, minbarra dak għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi

0210 99 59

Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali tal-ifrat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat, minbarra l-falda ħoxna u l-falda rqiqa

ex 1502 00 90

Grass ta’ annimali tal-ifrat, ħlief dak ta’ titlu 1503

1602 50 31 u 1602 50 95

Laħam u fdal tal-laħam ieħor ta’ annimali tal-ifrat ippreparati jew ippreservati, minbarra l-laħam jew il-fdal tal-laħam nej u t-taħlitiet ta’ laħam jew fdal tal-laħam imsajrin u laħam jew fdal tal-laħam nejjin

1602 90 69

Laħam ippreparat jew ippreservat ieħor li fih laħam jew fdal tal-laħam ta’ annimali tal-ifrat, minbarra dak nej, u taħlitiet ta’ laħam jew fdal tal-laħam imsajrin u laħam jew fdal tal-laħam nejjin

Parti XVI:   Ħalib u prodotti tal-ħalib

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

0401

Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

(b)

0402

Ħalib u krema, konċentrati u biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

(c)

0403 10 11 sa

0403 10 39

0403 90 11 sa

0403 90 69

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu mhux imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

(d)

0404

Xorrox, kemm jekk konċentrat kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu; prodotti magħmulin minn konstitwenti naturali tal-ħalib, kemm jekk biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le, li mhumiex imsemmijin jew inklużi band’oħra

(e)

ex 0405

Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn magħmulin mill-ħalib; dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib b’kontenut ta’ xaħam ta’ aktar minn 75 % iżda anqas minn 80 %

(f)

0406

Ġobon u baqta

(g)

1702 19 00

Lattożju u ġulepp tal-lattożju, li ma fihomx miżjudin ħwawar u materjal li jagħti l-kulur, li fihom inqas minn 99 % tal-piż lattożju, imfisser bħala lattożju anidruż, ikkalkulat fuq il-materjal xott

(h)

2106 90 51

Ġulepp tal-lattożju mħawwar jew ikkulurit

(i)

ex 2309

Preparazzjonijiet ta’ tip użati għal għalf ta’ annimali:

Preparazzjonijiet u għalf li fihom prodotti li għalihom japplika dan ir-Regolament, b’mod dirett jew minħabba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2006, minbarra preparazzjonijiet u għalf li jaqgħu taħt il-Parti I ta’ dan l-Anness.

Parti XVII:   Laħam tal-majjal

F’dak li għandu x’jaqsam mal-laħam tal-majjal, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

ex 0103

Majjali ħajjin, tal-ispeċi domestika, minbarra annimali ta’ razza pura għar-razza

(b)

ex 0203

Laħam tal-majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat

ex 0206

Ġewwieni li jittiekel tal-majjal domestiku, minbarra dak għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi, frisk, imkessaħ jew iffriżat

ex 0209 00

Xaħam tal-majjal, mingħajr ebda dgħif, mhux maħdum jew estratt mod ieħor, frisk, imkessaħ, iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

ex 0210

Laħam u ġewwieni li jittiekel tal-majjal domestiku, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

1501 00 11

1501 00 19

Grass tal-majjal (inkluż ix-xaħam)

(c)

1601 00

Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti

1602 10 00

Preparazzjonijiet omogenizzati ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm

1602 20 90

Preparazzjonijiet jew priservijiet ta’ fwied ta’ kull annimal, minbarra l-wiżż jew il-papri

1602 41 10

1602 42 10

1602 49 11 sa

1602 49 50

Preparazzjonijiet u priservijiet oħrajn li fihom laħam jew fdal tal-laħam tal-majjal domestiku

1602 90 10

Preparazzjonijiet tad-demm ta’ kull annimal

1602 90 51

Preparazzjonijiet u priservijiet oħrajn li fihom laħam jew fdal tal-laħam ta’ majjal domestiku

1902 20 30

Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le, li fih iktar minn 20 % tal-piż zalzett u bħalu, tal-laħam u fdal tal-laħam ta’ kull tip, inklużi xaħam ta’ kull tip u oriġini

Parti XVIII:   Laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż

F’dak li għandu x’jaqsam mal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

0104 10 30

Ħrief (li ma jkollhomx iżjed minn sena)

0104 10 80

Nagħaġ ħajjin minbarra l-annimali ta’ razza pura għar-razza u l-ħrief

0104 20 90

Mogħoż ħajjin minbarra l-annimali ta’ razza pura għar-razza

0204

Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat

0210 99 21

Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, bl-għadam, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

0210 99 29

Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, bla għadam, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

(b)

0104 10 10

Nagħaġ ħajjin – annimali ta’ razza pura għar-razza

0104 20 10

Mogħoż ħajjin – annimali ta’ razza pura għar-razza

0206 80 99

Ġewwieni li jittiekel tan-nagħaġ u l-mogħoż, frisk jew imkessaħ, minbarra dak għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi

0206 90 99

Ġewwieni li jittiekel tan-nagħaġ u l-mogħoż, iffriżat, minbarra dak għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi

0210 99 60

Ġewwieni li jittiekel tan-nagħaġ u tal-mogħoż, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

ex 1502 00 90

Grass ta’ nagħaġ u mogħoż, ħlief dawk ta’ titlu 1503

(c)

1602 90 72

Laħam jew fdal tal-laħam ieħor tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, ippreparat jew ippreservat, nej;

1602 90 74

taħlitiet ta’ laħam jew fdal tal-laħam imsajrin u laħam jew fdal tal-laħam nejjin

(d)

1602 90 76

1602 90 78

Laħam jew fdal tal-laħam ieħor tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, ippreparat jew ippreservat, minbarra dak nej jew taħlitiet ta’ laħam jew fdal tal-laħam imsajrin u laħam jew fdal tal-laħam nejjin

Parti XIX:   Bajd

F’dak li għandu x’jaqsam mal-bajd, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

0407 00 11

0407 00 19

0407 00 30

Bajd tat-tjur tad-dar (poultry), fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar

(b)

0408 11 80

0408 19 81

0408 19 89

0408 91 80

0408 99 80

Bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u isfra tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-togħlija, iffurmati, ffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le, minbarra dawk li mhumiex tajbin għall-konsum uman

Parti XX:   Laħam tat-tjur

F’dak li għandu x’jaqsam mal-laħam tat-tjur, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

(a)

0105

Tjur ħajjin, jiġifieri, tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u fargħuni

(b)

ex 0207

Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta’ tjur tat-titlu 0105, frisk, imkessaħ jew friżat, minbarra l-fwied li jaqa’ fi ħdan il-punt (ċ)

(ċ)

0207 13 91

Fwied tat-tjur, frisk, imkessaħ jew iffriżat

0207 14 91

 

0207 26 91

 

0207 27 91

 

0207 34

 

0207 35 91

 

0207 36 81

 

0207 36 85

 

0207 36 89

 

0210 99 71

Fwied tat-tjur, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

0210 99 79

 

(d)

0209 00 90

Xaħam tat-tjur, mhux maħdum jew estratt mod ieħor, frisk, imkessaħ, iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

(e)

1501 00 90

Grass tat-tjur

(f)

1602 20 10

Fwied tal-wiżża jew tal-papra, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

1602 31

Laħam jew fdal tal-laħam ta’ tjur ta’ titlu 0105, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

1602 32

 

1602 39

 

Parti XXI:   Prodotti oħrajn

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

ex 0101

Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib:

0101 10

Annimali ta’ razza pura għar-razza:

0101 10 10

Żwiemel (1)

0101 10 90

Oħrajn

0101 90

Oħrajn:

Żwiemel:

0101 90 19

Minbarra dawk għall-qtil

0101 90 30

Ħmir

0101 90 90

Bgħula u bgħula tar-rkib

ex 0102

Annimali tal-ifrat ħajjin

ex 0102 90

Minbarra l-annimali ta’ razza pura għar-razza

0102 90 90

Minbarra l-ispeċi domestiċi

ex 0103

Majjali ħajjin:

0103 10 00

Annimali ta’ razza pura għar-razza (2)

Oħrajn:

ex 0103 91

Li jiżnu inqas minn 50 kg:

0103 91 90

Minbarra l-ispeċi domestiċi

ex 0103 92

Li jiżnu 50 kg jew iżjed

0103 92 90

Minbarra l-ispeċi domestiċi

0106

Annimali ħajjin oħrajn

ex 0203

Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat:

Frisk jew imkessaħ:

ex 0203 11

Karkassi u nofs-karkassi:

0203 11 90

Minbarra dawk tal-majjal domestiku

ex 0203 12

Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom, bil-għadma:

0203 12 90

Minbarra dawk tal-majjal domestiku

ex 0203 19

Oħrajn:

0203 19 90

Minbarra dawk tal-majjal domestiku

Iffriżati:

ex 0203 21

Karkassi u nofs-karkassi:

0203 21 90

Minbarra dawk tal-majjal domestiku

ex 0203 22

Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom, bil-għadma:

0203 22 90

Minbarra dawk tal-majjal domestiku

ex 0203 29

Oħrajn:

0203 29 90

Minbarra dawk tal-majjal domestiku

ex 0205 00

Laħam tal-ħmir, bgħula jew bgħula tar-rkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat:

ex 0206

Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali tal-ifrat, majjal, nagħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula jew bgħula tar-rkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat:

ex 0206 10

Ta’ annimali tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

0206 10 10

Għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi (3)

Ta’ annimali tal-ifrat, iffriżat

ex 0206 22 00

Fwied:

Għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi (3)

ex 0206 29

Oħrajn:

0206 29 10

Għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi (3)

ex 0206 30 00

Tal-majjal, frisk jew imkessaħ:

Għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi (3)

Oħrajn:

Minbarra dak tal-majjal domestiku

Tal-majjal, iffriżat:

ex 0206 41 00

Fwied:

Għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi (3)

Oħrajn:

Minbarra dak tal-majjal domestiku

ex 0206 49 00

Oħrajn:

 

Tal-majjal domestiku

Għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi (3)

Oħrajn

ex 0206 80

Ieħor, frisk jew imkessaħ:

0206 80 10

Għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi (3)

Oħrajn:

0206 80 91

Ta’ żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib

ex 0206 90

Ieħor, iffriżat:

0206 90 10

Għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi (3)

Oħrajn:

0206 90 91

Ta’ żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib

0208

Laħam u ġewwieni li jittiekel ieħor, frisk, imkessaħ jew iffriżat

ex 0210

Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti [dqiq oħxon] mil-laħam jew mill-ġewwieni li jittieklu:

Laħam tal-majjal:

ex 0210 11

Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom, bil-għadma:

0210 11 90

Minbarra dawk tal-majjal domestiku

ex 0210 12

Żquq (streaky) u qatgħat tagħhom:

0210 12 90

Minbarra dawk tal-majjal domestiku

ex 0210 19

Oħrajn:

0210 19 90

Minbarra dawk tal-majjal domestiku

Oħrajn, inklużi dqiq u pasti [dqiq oħxon] mil-laħam jew mill-ġewwieni li jittieklu:

0210 91 00

Ta’ primati

0210 92 00

Ta’ balieni, dniefel u foċeni (mammiferi tal-ordni Cetacea); ta’ lamantini u dugongi (mammiferi tal-ordni Sirenia)

0210 93 00

Ta’ rettili (inklużi sriep u fkieren)

ex 0210 99

Oħrajn:

Laħam:

0210 99 31

Tar-renni

0210 99 39

Oħrajn

Ġewwieni:

Minbarra dak tal-majjal domestiku, ta’ annimali tal-ifrat, tan-nagħaġ u tal-mogħoż

0210 99 80

Minbarra l-fwied tat-tjur

ex 0407 00

Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar:

0407 00 90

Minbarra dak tat-tjur tad-dar (poultry)

ex 0408

Bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u isfra tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-togħlija, iffurmati, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le:

Isfra tal-bajd

ex 0408 11

Imnixxfin:

0408 11 20

Mhux tajbin għall-konsum uman (4)

ex 0408 19

Oħrajn:

0408 19 20

Mhux tajbin għall-konsum uman (4)

Oħrajn:

ex 0408 91

Imnixxfin:

0408 91 20

Mhux tajbin għall-konsum uman (4)

ex 0408 99

Oħrajn:

0408 99 20

Mhux tajbin għall-konsum uman (4)

0410 00 00

Prodotti tajbin għall-ikel u li ġejjin mill-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

0504 00 00

Imsaren, bżieżaq u stonki ta’ annimali (ħlief ħut), sħaħ jew bċejjeċ minnhom, friski, imkessħin, iffriżati, immellħin, fis-salmura, imqaddin jew affumikati

ex 0511

Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; annimali mejtin ta’ Kapitlu 1 jew 3, mhux tajbin għall-konsum uman:

0511 10 00

Semen minn annimali tal-ifrat

Oħrajn:

ex 0511 99

Oħrajn:

0511 99 85

Oħrajn

ex 0709

Veġetali oħrajn, friski jew imkessħin:

ex 0709 60

Frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta:

Oħrajn:

0709 60 91

Tal-ġens Capsicum, għall-manifattura ta’ capsicin jew ta’ żebgħa minn oleoraża tal-capsicum (3)

0709 60 95

Għall-manifattura industrijali ta’ żjut essenzjali jew rażinojdi (3)

0709 60 99

Oħrajn

ex 0710

Veġetali (mhux imsajrin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), ffriżati:

ex 0710 80

Veġetali oħrajn:

Frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta:

0710 80 59

Minbarra l-bżar ħelu

ex 0711

Veġetali ppreservati provviżorjament (per eżempju, bil-gass diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għal konsum immedjat:

ex 0711 90

Veġetali oħrajn; taħlit ta’ veġetali:

Veġetali:

0711 90 10

Frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta, ħlief bżar ħelu

ex 0713

Veġetali leguminużi mnixxfin, imqaxxrin, kemm jekk mingħajr qoxra ta’ ġewwa jew maqsumin kif ukoll jekk le:

ex 0713 10

Piżelli (Pisum sativum):

0713 10 90

Minbarra dawk għaż-żrigħ

ex 0713 20 00

Ċiċri (garbanzos):

Minbarra dawk għaż-żrigħ

Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.):

ex 0713 31 00

Fażola tal-ispeċi Vigna mungo (L.) Hepper jew Vigna radiata (L.) Wilczek:

Minbarra dik għaż-żrigħ

ex 0713 32 00

Fażola żgħira ħamra (Adzuki) (Phaseolus jew Vigna angularis):

Minbarra dik għaż-żrigħ

ex 0713 33

Fażola kidnija, inkluża fażola mill-bajda (Phaseolus vulgaris):

0713 33 90

Minbarra dik għaż-żrigħ

ex 0713 39 00

Oħrajn:

Minbarra dawk għaż-żrigħ

ex 0713 40 00

Għads:

Minbarra dak għaż-żrigħ

ex 0713 50 00

Ful (Vicia faba var. major) u ful ta’ varjetà raffa (Vicia faba var. equina, Vicia faba var. minor):

Minbarra dak għaż-żrigħ

ex 0713 90 00

Oħrajn:

Minbarra dawk għaż-żrigħ

0801

Ġewż tal-Indi, ġewż tal-Brażil, u ġewż tal-anakardju, friski jew imnixxfin, imqaxxrin jew imfesdqin jew le

ex 0802

Ġewż ieħor, frisk jew imnixxef, imqaxxar jew imfesdaq jew le:

ex 0802 90

Oħrajn:

ex 0802 90 20

Areka (jew betel) u kola

ex 0804

Tamal, tin, ananas, avokado, gwav, mang u mangostan, friski jew imnixxfin:

0804 10 00

Tamal

0902

Tè, kemm jekk imħawwar jew le

ex 0904

Bżar tal-ġens Piper; frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta, imnixxef jew imfarrak jew mitħun, minbarra l-bżar ħelu li jaqa’ fi ħdan is-sottotitlu 0904 20 10

0905 00 00

Vanilla

0906

Kannella u fjuri tas-siġra tal-kannella

0907 00 00

Msiemer tal-qronfol (frott sħiħ, imsiemer u zkuk)

0908

Noċemuskata, qoxra ta’ barra tagħha (mace) u kardamomu

0909

Żrieragħ tal-ħlewwa, badian, bużbież, kosbor, kemmun jew ħlewwa Ġermaniża (caraway); frott tal-ġnibru

ex 0910

Ġinġer, żagħfran tal-Indja (turmeric, kurkuma), weraq tar-rand, kàri u ħwawar oħrajn, minbarra s-sagħtar u ż-żagħfran

ex 1106

Dqiq, pasta [dqiq oħxon] u trab tal-veġetali leguminużi mnixxfin ta’ titlu 0713, tas-sagu jew ta’ għeruq jew tuberi ta’ titlu 0714 jew tal-prodotti ta’ Kapitlu 8:

1106 10 00

Tal-veġetali leguminużi mnixxfin ta’ titlu 0713

ex 1106 30

Tal-prodotti ta’ Kapitlu 8:

1106 30 90

Minbarra tal-banana

ex 1108

Lamti; inulina

1108 20 00

Inulina

1201 00 90

Sojja, imkissra jew le, minbarra dik għaż-żrigħ

1202 10 90

Karawett, mhux inkaljat jew imsajjar mod ieħor, fil-qoxra, minbarra dak għaż-żrigħ

1202 20 00

Karawett, mhux inkaljat jew imsajjar mod ieħor, imqaxxar, kemm jekk imkisser jew le

1203 00 00

Kopra

1204 00 90

Żerriegħa tal-kittien, imkissra jew le, minbarra dik għaż-żrigħ

1205 10 90 u

ex 1205 90 00

Żerriegħa tal-lift jew tal-kolza, imkissra jew le, minbarra dik għaż-żrigħ

1206 00 91

Żerriegħa tal-ġirasol, imkissra jew le, minbarra dik għaż-żrigħ

1206 00 99

 

1207 20 90

Żerriegħa tal-qoton, imkissra jew le, minbarra dik għaż-żrigħ

1207 40 90

Żerriegħa tal-ġulġlien, imkissra jew le, minbarra dik għaż-żrigħ

1207 50 90

Żerriegħa tal-mustarda, imkissra jew le, minbarra dik għaż-żrigħ

1207 91 90

Żerriegħa tal-peprin, imkissra jew le, minbarra dik għaż-żrigħ

1207 99 91

Qannebusa, imkissra jew le, minbarra dik għaż-żrigħ

ex 1207 99 97

Żrieragħ u frott ieħor żejtnin, imkissrin jew le, minbarra dawk għaż-żrigħ

1208

Dqiq u pasti [dqiq oħxon] ta’ żrieragħ jew frott żejtnin, ħlief dawk tal-mustarda

1211

Pjanti u partijiet tagħhom (inklużi żerriegħa u frott), ta’ kwalità użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta’ insettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili oħrajn, friski jew imnixxfin, maqtugħin jew le, misħuqin jew trab, minbarra l-prodotti mniżżlin fil-kodiċi tan-NM bin-numru ex 12119085 fil-Parti IX ta’ dan l-Anness

ex 1212

Ħarrub, alki tal-baħar u alki oħrajn, pitravi u kannamieli, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfin, mitħunin jew le; għadam u qlub tal-għadam tal-frott u prodotti veġetali oħrajn (inklużi għeruq mhux inkaljati taċ-ċikwejra tal-varjetà Cichorium intybus sativum) ta’ kwalità użata l-aktar għall-konsum uman, mhux imsemmijin jew inklużi band’oħra:

ex 1212 20 00

Alka tal-baħar u alki oħrajn użati l-aktar fil-farmaċija jew għall-konsum uman

Oħrajn:

ex 1212 99

Minbarra l-kannamieli:

1212 99 41 u

1212 99 49

Żerriegħa tal-ħarrub

ex 1212 99 70

Oħrajn, minbarra l-għeruq taċ-ċikwerja

1213 00 00

Tiben u ħliefa taċ-ċereali, mhux ippreparati, kemm jekk imqattgħin bċejjeċ, mitħunin, magħsurin jew forma ta’ gerbub jew le

ex 1214

Swedes, mangoldi, għeruq għall-għalf, ħuxlief, xnien (alfalfa), silla, sainfoin, kaboċċi għall-magħlef, lupini, ġulbiena u prodotti simili tal-għalf, kemm jekk f’forma ta’ gerbub jew le:

ex 1214 10 00

Pasta [dqiq oħxon] u gerbub tax-xnien (alfalfa), minbarra dawk tax-xnien imnixxef artifiċjalment bis-sħana jew dawk tax-xnien imnixxef u mitħun mod ieħor

ex 1214 90

Oħrajn:

1214 90 10

Mangoldi, swedes u għeruq oħrajn għall-għalf

ex 1214 90 90

Oħrajn, minbarra:

Xnien, sainfoin, silla, lupini, ġulbiena u prodotti simili tal-għalf imnixxfin artifiċjalment bis-sħana, minbarra ħuxlief u kaboċċi għall-magħlef u prodotti li fihom il-ħuxlief

Xnien, sainfoin, silla, lupini, ġulbiena, klil is-sultan, piżelli “chickling” u sieq il-ħamiema, imnixxfin u mitħunin mod ieħor

ex 1502 00

Grass ta’ annimali tal-ifrat, nagħaġ u mogħoż, ħlief dawk ta’ titlu 1503:

ex 1502 00 10

Għal użi industrijali ħlief għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum uman, minbarra l-grass miksub mill-għadam u mill-iskart (3)

1503 00

Stearina tax-xaħam, żejt tax-xaħam, oleostearina u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifikati jew imħalltin jew ippreparati b’xi mod ieħor

1504

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew mammiferi tal-baħar, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

1507

Żejt tas-sojja u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1508

Żejt tal-karawett u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1511

Żejt tal-palm u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1512

Żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol, tal-għosfor jew taż-żerriegħa tal-qoton u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1513

Żejt tal-ġewż tal-Indi (kopra), tal-qalba tal-ġewż tal-palm jew żejt babassu u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1514

Żejt tal-lift, kolza jew mustarda u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

ex 1515

Xaħmijiet u żjut oħrajn fissi ta’ veġetali (inkluż żejt tal-ġoġoba tas-sottotitlu ex 1515 90 11) u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

ex 1516

Xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ta’ veġetali u l-frazzjonijiet tagħhom, parzjalment jew kompletament idroġenati, interesterifikati, riesterifikati jew elajdinizzati, raffinati jew le, iżda mhux ippreparati aktar (minbarra żejt ir-riġnu idroġenat, imsejjaħ “xema’ opali” tas-sottotitlu 1516 20 10)

ex 1517

Marġerina; taħlitiet jew preparazzjonijiet tajbin għall-ikel ta’ xaħmijiet jew żjut ta’ annimali jew veġetali jew ta’ frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti ta’ dan il-kapitlu, minbarra xaħmijiet u żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom ta’ titlu 1516, minbarra s-sottotitli 1517 10 10, 1517 90 10 u 1517 90 93

1518 00 31

1518 00 39

Żjut veġetali fissi, fluwidi, imħalltin, għal użi tekniċi jew industrijali ħlief għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum uman (3)

1522 00 91

Tartru u residwi taż-żejt; sapun sempliċi (soap-stock), li jibqgħu mit-trattament ta’ sustanzi xaħmin jew ta’ xama’ ta’ annimali jew veġetali, minbarra dawk li fihom żejt bil-karatteristiċi ta’ żejt taż-żebbuġa

1522 00 99

Fdal ieħor li jibqa’ mit-trattament ta’ sustanzi xaħmin jew ta’ xama’ ta’ annimali jew veġetali, minbarra dak li fih żejt bil-karatteristiċi ta’ żejt taż-żebbuġa

ex 1602

Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn ippreparati jew ippreservati:

Tal-majjal:

ex 1602 41

Koxox u qatgħat tagħhom:

1602 41 90

Minbarra dawk tal-majjal domestiku

ex 1602 42

Spallejn u qatgħat tagħhom:

1602 42 90

Minbarra dawk tal-majjal domestiku

ex 1602 49

Oħrajn, inklużi taħlit:

1602 49 90

Minbarra dawk tal-majjal domestiku

ex 1602 90

Oħrajn, inklużi preparazzjonijiet ta’ demm ta’ kull annimal:

Minbarra preparazzjonijiet ta’ demm ta’ kull annimal:

1602 90 31

Ta’ kaċċa jew fniek

Oħrajn:

Minbarra dawk li fihom laħam jew fdal tal-laħam ta’ majjal domestiku:

Minbarra dawk li fihom laħam jew fdal tal-laħam ta’ annimali tal-ifrat:

1602 90 99

Minbarra tan-nagħaġ jew tal-mogħoż

1603 00

Estratti u sugu ta’ laħam, ħut jew krustaċej, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn

1801 00 00

Żerriegħa tal-kawkaw, sħiħa jew imkissra, nejja jew mixwija

1802 00 00

Qxur tal-kawkaw, ħliefa, ġlud u skart ieħor tal-kawkaw

ex 2001

Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati u ppreservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku:

ex 2001 90

Oħrajn:

2001 90 20

Frott tal-ġens Capsicum ħlief bżar ħelu jew piment

ex 2005

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006:

ex 2005 99

Ħxejjex oħrajn u taħlit tal-ħxejjex:

2005 99 10

Frott tal-ġens Capsicum, ħlief bżar ħelu jew piment

ex 2206

Xorb ieħor iffermentat (bħala eżempju, sidru, perry, mead); taħlit ta’ xorb iffermentat u taħlit ta’ xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

2206 00 31 sa

2206 00 89

Minbarra l-piquette

ex 2301

Dqiq, pasta [dqiq oħxon] u gerbub, ta’ laħam jew fdal ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, mhumiex tajbin għal konsum uman; skart tax-xaħam ta’ dam (greaves):

2301 10 00

Dqiq, pasta [dqiq oħxon] u gerbub, ta’ laħam jew fdal ta’ laħam; skart tax-xaħam ta’ dam (greaves)

ex 2302

Granza, dqiq inferjuri (sharps) u fdal oħrajn, fil-forma ta’ gerbub jew le, ġejjin mit-tnaqqija, tħin jew xogħol ieħor fuq ċereali jew pjanti leguminużi:

2302 50 00

Ta’ pjanti leguminużi

2304 00 00

Għalf tal-bhejjem (oilcake) u fdalijiet oħrajn solidi, kemm jekk mitħunin jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt tas-sojja

2305 00 00

Għalf tal-bhejjem (oilcake) u fdalijiet oħrajn solidi, kemm jekk mitħunin jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt tal-karawett

ex 2306

Għalf tal-bhejjem (oilcake) u fdalijiet oħrajn solidi, kemm jekk mitħunin jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ xaħam u żejt veġetali, ħlief dawk ta’ titlu 2304 jew 2305, bl-eċċezzjoni tas-sottotitli tan-NM bin-numri 2306 90 05 (Għalf tal-bhejjem (oilcake) u fdalijiet oħrajn solidi li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ nebbieta tal-qamħirrun (qamħ)), 2306 90 11 u 2306 90 19 (Għalf tal-bhejjem (oilcake) u fdalijiet oħrajn solidi li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt taż- żebbuġa)

ex 2307 00

Fond tal-inbid; argol:

2307 00 90

Argol

ex 2308 00

Materjali veġetali u skart veġetali, fdalijiet veġetali u prodotti li jirriżultaw minnhom, kemm f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, ta’ kwalità użata għal għalf ta’ annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

2308 00 90

Minbarra l-karfa ta’ għeneb magħsur, ġandar u qastan selvaġġ; lbieba jew karfa tal-frott, ħlief ta’ għeneb

ex 2309

Preparazzjonijiet ta’ tip użati għal għalf ta’ annimali:

ex 2309 10

Ikel għal klieb jew għal qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut:

2309 10 90

Minbarra dak li fih lamtu, glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina ta’ subtitli 1702 30 50, 1702 30 90, 1702 40 90, 1702 90 50 u 2106 90 55 jew prodotti ta’ ħalib

ex 2309 90

Oħrajn:

2309 90 10

Materjali li jinħallu ta’ ħut jew ta’ mammiferi tal-baħar

Oħrajn, inklużi taħlitiet lesti:

ex 2309 90 91 sa

2309 90 99

Minbarra dawk li fihom lamtu, glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina ta’ sottotitli 1702 30 50, 1702 30 90, 1702 40 90, 1702 90 50 u 2106 90 55 jew prodotti ta’ ħalib, minbarra

Konċentrati ta’ proteini miksubin mill-meraq tax-xnien u mill-meraq tal-ħaxix

Prodotti ddeidratati miksubin esklużivament minn fdalijiet solidi u minn meraq li ġejjin mill-preparazzjoni tal-konċentrati msemmija fl-ewwel inċiż


(1)  Id-dħul f’dan is-sottotitlu huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni (ara d-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE (ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE (ĠU L 298, 3.12.1993, p. 45)).

(2)  Id-dħul f’dan is-sottotitlu huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni (ara d-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE (ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36); id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE (ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/510/KE (ĠU L 210, 20.8.1996, p. 53)).

(3)  Id-dħul f’dan is-sottotitlu huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1) u l-emendi ta’ wara).

(4)  Id-dħul f’dan is-sottotitlu huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu F tat-Taqsima II tad-dispożizzjonijiet preliminari tan-Nomenklatura Magħquda.

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS II

LISTA TA’ PRODOTTI LI GĦALIHOM ĠEW STABBILITI MIŻURI SPEĊIFIĊI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 1(2)

Parti I:   Etanol ta’ oriġini agrikola

1.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-etanol, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

ex 2207 10 00

Alkoħol etiliku [etanol] mhux żnaturat ta’ saħħa alkoħolika bil-volum [qawwa alkoħolika skont il-volum] ta’ 80 % volum jew aktar miksub mill-prodotti agrikoli mniżżlin fl-Anness I għat-Trattat

ex 2207 20 00

Alkoħol etiliku [etanol] u spirti oħrajn, żnaturati, ta’ kull saħħa [qawwa], miksubin mill-prodotti agrikoli mniżżlin fl-Anness I għat-Trattat

ex 2208 90 91

u

ex 2208 90 99

Alkoħol etiliku [etanol] mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum [ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum] ta’ inqas minn 80 % volum miksub mill-prodotti agrikoli mniżżlin fl-Anness I għat-Trattat

2.

It-Taqsima I tal-Kapitolu II tal-Parti III dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u t-Taqsima I tal-Kapitolu III ta’ dik il-Parti wkoll għandhom japplikaw għall-prodotti bbażati fuq l-etanol ta’ oriġini agrikola li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 2208 li jkunu mqiegħda f’kontenituri ta’ aktar minn żewġ litri u li jkollhom il-karatteristiċi kollha tal-etanol kif deskritt fil-punt 1.

Parti II:   Prodotti tal-apikultura

F’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti tal-apikultura, dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti mniżżlin fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

0409

Għasel naturali

ex 0410 00 00

Ħalib tan-naħal u żaftur tajbin għall-ikel

ex 0511 99 85

Ħalib tan-naħal u żaftur mhux tajbin għall-ikel

ex 1212 99 70

Għabra tad-dakra

ex 1521 90

Xama’ tan-naħal

Parti III:   Dud tal-ħarir

F’dak li għandu x’jaqsam mad-dud tal-ħarir, dan ir-Regolament għandu jkopri dud tal-ħarir li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru ex 0106 90 00 u bajd tad-dud tal-ħarir li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru ex 0511 99 85.

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS III

DEFINIZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

Parti I:   Definizzjonijiet għas-settur tar-ross

I.

It-termini “ross fil-fosdqa”, “ross imfesdaq”, “ross nofsu mitħun”, “ross mitħun kollu”, “ross tal-ħabba tonda”, “ross tal-ħabba mezzana”, “ross tal-ħabba twila A jew B” u “ross imfarrak” għandhom jiġu ddefiniti kif ġej:

1.

(a)

“Ross fil-fosdqa” tfisser ross li żamm il-fosdqa wara d-dris.

(b)

“Ross imfesdaq” tfisser ross fil-fosdqa li minnu tneħħiet biss il-fosdqa. Eżempji ta’ ross li jaqa’ fi ħdan din id-definizzjoni huwa dak bid-deskrizzjonijiet kummerċjali ta’ “ross ismar”, “ross cargo”, “loonzain” u “riso sbramato”.

(c)

“Ross nofsu mitħun” tfisser ross fil-fosdqa li minnu tneħħew il-fosdqa, biċċa min-nibbieta u s-saffi kollha ta’ barra tal-perikarpu jew parti minnhom, iżda mhux is-saffi ta’ ġewwa.

(d)

“Ross mitħun kollu” tfisser ross fil-fosdqa li minnu tneħħew il-fosdqa, is-saffi kollha ta’ barra u ta’ ġewwa tal-perikarpu, in-nibbieta kollha fil-każ ta’ ross tal-ħabba twila jew tal-ħabba mezzana, u tal-inqas parti minnha fil-każ tar-ross tal-ħabba tonda, iżda li fih jistgħu jibqgħu strijaturi bojod lonġitudinali fuq mhux iktar minn 10 % tal-ħbub.

2.

(a)

“Ross tal-ħabba tonda” tfisser ross li l-ħbub tiegħu mhumiex itwal minn 5.2 millimetri u li għandhom proporzjon tat-tul mal-ħxuna ta’ inqas minn 2.

(b)

“Ross tal-ħabba mezzana” tfisser ross li l-ħbub tiegħu huma itwal minn 5.2 millimetri iżda mhumiex itwal minn 6.0 millimetri u li għandhom proporzjon tat-tul mal-ħxuna ta’ mhux iktar minn 3.

(c)

“Ross tal-ħabba twila” tfisser:

(i)

ross tal-ħabba twila tat-tip A li huwa ross li l-ħbub tiegħu huma itwal minn 6.0 millimetri u li għandhom proporzjon tat-tul mal-ħxuna ta’ aktar minn 2 iżda ta’ inqas minn 3;

(ii)

ross tal-ħabba twila tat-tip B li huwa ross li l-ħbub tiegħu huma itwal minn 6.0 millimetri u li għandhom proporzjon tat-tul mal-ħxuna ta’ 3 jew iktar.

(d)

“Kejl tal-ħbub” tfisser li l-kejl tal-ħabba jittieħed fuq ir-ross mitħun kollu permezz tal-metodu li ġej:

(i)

ħu kampjun rappreżentattiv tal-lott;

(ii)

għarbel il-kampjun sabiex jinżammu l-ħbub sħaħ biss, inklużi l-ħbub li jkun għadhom ma kibrux biżżejjed;

(iii)

ħu żewġ kejlijiet ta’ 100 ħabba ’l wieħed u aħdem il-medja;

(iv)

agħti r-riżultat f’millimetri, imqarrbin għall-eqreb punt deċimali.

3.

“Ross imfarrak” tfisser frak tal-ħbub li t-tul tagħhom ma jaqbiżx it-tliet kwarti tat-tul medju tal-ħabba sħiħa.

II.

Għall-ħbub u l-ħbub imfarrkin li mhumiex ta’ kwalità mhux imħassra, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

A.

“Ħbub sħaħ” tfisser ħbub li minnhom tneħħiet biss parti mit-tarf, irrispettivament mill-karatteristiċi prodotti f’kull stadju tat-tħin.

B.

“Ħbub maqtugħin” tfisser ħbub li minnhom ikun tneħħa t-tarf kollu.

C.

“Ħbub imfarrkin jew frammenti” tfisser ħbub li minnhom tneħħiet parti mill-volum li hija akbar mit-tarf; il-ħbub imfarrkin jinkludu:

ħbub imfarrkin kbar (biċċiet ta’ ħabba li jkunu twal mhux inqas minn nofs ħabba, iżda li ma jikkostitwixxux ħabba sħiħa),

ħbub imfarrkin medji (biċċiet ta’ ħabba li jkunu twal mhux inqas minn kwart ta’ ħabba iżda li huma iżgħar mill-qies minimu tal-“ħbub imfarrkin kbar”),

ħbub imfarrkin fini (biċċiet ta’ ħabba li jkunu twal inqas minn kwart ta’ ħabba iżda li jkunu kbar wisq biex jgħaddu minn għarbiel b’toqob ta’ 1.4 millimetri),

frammenti (biċċiet żgħar jew frak ta’ ħabba li jistgħu jgħaddu minn għarbiel b’toqob ta’ 1.4 millimetri); il-ħbub miksurin (biċċiet prodotti minn qasma lonġitudinali fil-ħabba) jaqgħu taħt din id-definizzjoni.

D.

“Ħbub ħodor” tfisser ħbub li jkun għadhom ma sarux għal kollox.

E.

‘Ħbub li jkollhom formazzjoni difettuża naturali’ tfisser ħbub li jkollhom formazzjoni difettuża naturali meta mqabbla mal-karatteristiċi morfoloġiċi tipiċi tal-varjetà, kemm jekk din tkun ta’ oriġini ereditarja kif ukoll jekk le.

F.

“Ħbub bajdanin” tfisser ħbub li jkollhom mill-inqas tliet kwarti tal-wiċċ tagħhom li jkun jidher opak u bajdani.

G.

“Ħbub imtarrżin bl-aħmar” tfisser ħbub li juru strijaturi ħomor lonġitudinali ta’ intensità u sfumaturi differenti, minħabba r-residwi mill-perikarpu.

H.

“Ħbub bit-tikek” tfisser ħbub li jkollhom ċirku żgħir iddefinit tajjeb ta’ kulur skur ta’ għamla li tkun bejn wieħed u ieħor regolari; il-ħbub bit-tikek jinkludu wkoll dawk li juru strijaturi suwed ħfief fuq il-wiċċ biss; l-istrijaturi u t-tikek ma jistax ikollhom awreola safra jew skura.

I.

“Ħbub imtebbgħin” tfisser ħbub li għaddew minn bidla ovvja fil-kulur naturali tagħhom fuq parti żgħira mill-wiċċ tagħhom; it-tbajja’ jistgħu jkunu ta’ lewn differenti (sewdieni, ħamrani, kannella); l-istrijaturi suwed ħafna wkoll għandhom jitqiesu bħala tbajja’. Jekk il-kulur tat-tbajja’ jkun jidher sewwa (iswed, roża, kannella jagħti fil-ħamrani), hekk li jkun viżibbli mill-ewwel, u jekk dawn ikunu jkopru parti li ma tkunx inqas minn nofs il-ħabba, il-ħbub għandhom jitqiesu bħala ħbub sofor.

J.

“Ħbub sofor” tfisser ħbub li għaddew minn bidla fil-kulur naturali tagħhom, b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, u b’mod ieħor minbarra bit-tnixxif, u li kisbu sfumatura kulur il-lumi jew isfar jagħti fl-oranġjo.

K.

“Ħbub ambra” tfisser ħbub li għaddew minn bidla uniformi ħafifa fil-kulur fuq il-wiċċ kollu, b’mod ieħor minbarra bit-tnixxif; din il-bidla tbiddel il-kulur tal-ħbub għal kulur isfar ċar li jagħti fl-ambra.

Parti II:   Definizzjonijiet għas-settur taz-zokkor

1.

“Zokkor abjad” tfisser zokkor, mhux mogħti togħma jew kulur, u li ma fihx xi sustanza oħra miżjuda, li fih, fl-istat xott, 99,5 % jew aktar bil-piż ta’ sukrożju, stabbilit bil-metodu polarimetriku;

2.

“Zokkor mhux raffinat” tfisser zokkor, mhux mogħti togħma jew kulur, u li ma fihx xi sustanza oħra miżjuda, li fih, fl-istat xott, inqas minn 99,5 % bil-piż ta’ sukrożju, stabbilit bil-metodu polarimetriku;

3.

“Isoglukożju” tfisser il-prodott miksub mill-glukożju jew mill-polimeri tiegħu li jkollu, fl-istat xott, kontenut ta’ fruttożju ta’ mill-inqas 10 % bil-piż;

4.

“Ġulepp tal-inulina” tfisser il-prodott immedjat miksub mill-idrolisi tal-inulina jew tal-oligofruttożji, li fih, fl-istat xott, mill-inqas 10 % fruttożju f’forma ħielsa jew bħala sukrożju, u mfisser bħala ekwivalenti taz-zokkor jew tal-isoglukożju. Sabiex ikunu evitati restrizzjonijiet fis-suq għal prodotti b’saħħa ta’ ħlewwa baxxa prodotti minn proċessuri tal-fibra tal-inulina mingħajr il-kwota tal-ġulepp tal-inulina, il-Kummissjoni tista’ temenda din id-definizzjoni;

5.

“Zokkor tal-kwota”, “isoglukożju tal-kwota” u “ġulepp tal-inulina tal-kwota” jfissru kwalunkwe kwantità ta’ produzzjoni taz-zokkor, tal-isoglukożju jew tal-ġulepp tal-inulina attribwita għal sena tas-suq speċifika skont il-kwota tal-impriża kkonċernata;

6.

“Zokkor industrijali” tfisser kwalunkwe kwantità ta’ produzzjoni taz-zokkor attribwita għal sena tas-suq speċifika li tkun ikbar mill-kwantità taz-zokkor imsemmija fil-punt (5), u li tkun maħsuba għall-produzzjoni, mill-industrija, ta’ wieħed mill-prodotti msemmi fl-Artikolu 55(2);

7.

“Isoglukożju industrijali” u “ġulepp tal-inulina industrijali” jfissru kwalunkwe kwantità ta’ produzzjoni tal-isoglukożju jew tal-ġulepp tal-inulina attribwita għal sena tas-suq speċifika, maħsuba għall-produzzjoni, mill-industrija, ta’ wieħed mill-prodotti msemmi fl-Artikolu 55(2);

8.

“Zokkor żejjed”, “isoglukożju żejjed” u “ġulepp tal-inulina żejjed” ifissru kwalunkwe kwantità ta’ produzzjoni taz-zokkor, tal-isoglukożju jew tal-ġulepp tal-inulina attribwita għal sena tas-suq speċifika li tkun ikbar mill-kwantitajiet rispettivi msemmija fil-punti (5), (6) u (7);

9.

“Pitravi tal-kwota” tfisser il-pitravi kollha pproċessati f’zokkor tal-kwota;

10.

“Kuntratt ta’ kunsinna” tfisser kuntratt konkluż bejn bejjiegħ u impriża għall-kunsinna ta’ pitravi għall-manifattura taz-zokkor;

11.

“Ftehim fi ħdan il-qasam” tfisser wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

ftehim konkluż fil-livell tal-Unjoni, qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ kunsinna, bejn grupp ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ impriżi, minn naħa waħda, u grupp ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ bejjiegħa, min-naħa l-oħra;

(b)

ftehim konkluż, qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ kunsinna, bejn impriżi jew organizzazzjoni tal-impriżi rrikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat, minn naħa waħda, u assoċjazzjoni tal-bejjiegħa rrikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat, min-naħa l-oħra;

(c)

fin-nuqqas ta’ kwalunkwe ftehim kif imsemmi fil-punt (a) jew (b), il-liġi dwar il-kumpaniji u l-liġi dwar il-kooperattivi, safejn dawn jirregolaw il-kunsinna tal-pitravi mill-azzjonisti jew mill-membri ta’ kumpanija jew ta’ kooperattiva li timmanifattura z-zokkor;

(d)

fin-nuqqas ta’ kwalunkwe ftehim kif imsemmi fil-punt (a) jew (b), l-arranġamenti li kienu jeżistu qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ kunsinna, dejjem jekk il-bejjiegħa li jkunu qed jaċċettaw l-arranġament jipprovdu mill-inqas 60 % tal-ammont totali ta’ pitravi mixtri mill-impriża għall-manifattura taz-zokkor f’fabbrika waħda jew aktar.

12.

“Raffinatur full-time” tfisser unità ta’ produzzjoni:

li l-unika attività tagħha hija r-raffinar ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat importat, jew

li fis-sena tas-suq tal-2004/2005 rrafinat kwantità ta’ mill-inqas 15 000 tunnellata zokkor tal-kannamieli mhux raffinat importat.

Parti III:   Definizzjonijiet għas-settur tal-ħops

1.

“Ħops” tfisser in-nwar imnixxef, magħruf ukoll bħala ġewż, tal-pjanta tal-ħops (femminili) li tixxeblek (Humulus lupulus); dan in-nwar, li jkunu isfar jagħti fl-aħdar u jkollhom forma ta’ bajda, ikollhom zokk ta’ fjura u l-itwal tul tagħhom ġeneralment ivarja bejn iż-2 u l-5 ċentimetri;

2.

“Trab tal-ħops” tfisser il-prodott miksub mit-tħin tal-ħops, li jkun fih l-elementi naturali kollha tal-ħops;

3.

“Trab tal-ħops b’kontenut ogħla ta’ lupulin” tfisser il-prodott miksub mit-tħin tal-ħops wara t-tneħħija mekkanika ta’ parti mill-weraq, iz-zkuk, il-weraq skaldi u z-zkuk li minnhom joħorġu fjuri jew weraq (“rachides”);

4.

“Estratt tal-ħops” tfisser il-prodotti kkonċentrati miksubin permezz tal-azzjoni ta’ solvent fuq il-ħops jew fuq it-trab tal-ħops;

5.

“Prodotti mħalltin tal-ħops” tfisser taħlita ta’ tnejn mill-prodotti msemmija fil-punti (1) sa (4) jew aktar.

Parti IV:   Definizzjonijiet għas-settur tal-inbid

Definizzjonijiet marbutin mad-dwieli

1.

“Il-qlugħ tad-dwieli” tfisser l-eliminazzjoni sħiħa tad-dwieli kollha li jinsabu f’żona mħawla bid-dwieli.

2.

“Tħawwil” tfisser l-istabbiliment definittiv ta’ xtieli tad-dwieli jew ta’ partijiet minn xtieli tad-dwieli, kemm jekk imlaqqma u kemm jekk le, bil-għan li jiġi prodott l-għeneb jew li tiġi stabbilita mixtla għat-tilqim.

3.

“Tlaqqim mill-ġdid” tfisser it-tlaqqim ta’ dielja li qabel kienet diġà suġġetta għat-tlaqqim.

Definizzjonijiet marbutin mal-prodotti

4.

“Għeneb frisk” tfisser il-frott tad-dielja użat fil-produzzjoni tal-inbid, misjur jew anki kemmxejn imqadded, li jista’ jitgħaffeġ jew jingħasar permezz ta’ mezzi normali tal-kantini tal-inbid u li jista’ jipproduċi fermentazzjoni alkoħolika b’mod spontanju.

5.

“Il-most frisk bil-fermentazzjoni mmewta biż-żieda tal-alkoħol” tfisser prodott li:

(a)

għandu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux inqas minn 12 % tal-volum u ta’ mhux aktar minn 15 % tal-volum;

(b)

jinkiseb billi, ma’ most mhux iffermentat li jkollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux inqas minn 8,5 % tal-volum u li jkun ġej esklużivament minn varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jistgħu jiġu kklassifikati skont l-Artikolu 166(2), jiżdied:

(i)

jew alkoħol newtrali li jkun ġej mid-dwieli, inkluż alkoħol miksub mid-distillazzjoni ta’ għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux inqas minn 96 % tal-volum;

(ii)

jew prodott mhux imsaffi miksub mid-distillazzjoni tal-inbid u li jkollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux inqas minn 52 % tal-volum u ta’ mhux aktar minn 80 % tal-volum.

6.

“Meraq tal-għeneb” tfisser il-prodott likwidu mhux iffermentat, iżda li jista’ jiġi ffermentat, li:

(a)

jinkiseb permezz ta’ trattament xieraq li jagħmlu tajjeb għall-konsum kif inhu;

(b)

jinkiseb minn għeneb frisk jew mill-most jew permezz tar-rikostituzzjoni. Meta jinkiseb permezz tar-rikostituzzjoni, dan għandu jkun irrikostitwit minn most ikkonċentrat jew minn meraq tal-għeneb ikkonċentrat.

Il-meraq tal-għeneb jista’ jkollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux aktar minn 1 % tal-volum.

7.

“Meraq tal-għeneb ikkonċentrat” tfisser meraq tal-għeneb li ma jkunx sar karamella miksub permezz tad-deidratazzjoni parzjali tal-meraq tal-għeneb imwettqa bi kwalunkwe metodu awtorizzat għajr bis-sħana diretta b’tali mod li ċ-ċifra indikata minn rifrattometru użat skont metodu li għandu jiġi preskritt f’temperatura ta’ 20 °Ċ ma tkunx ta’ inqas minn 50,9 %.

Il-meraq tal-għeneb ikkonċentrat jista’ jkollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux aktar minn 1 % tal-volum.

8.

“Karfa tal-inbid” tfisser ir-residwu:

(a)

li jakkumula f’kontenituri li jkun fihom l-inbid wara l-fermentazzjoni, matul il-ħażna jew wara trattament awtorizzat;

(b)

li jinkiseb permezz tat-tisfija jew tal-frid b’azzjoni ċentrifuga tal-prodott imsemmi fil-punt (a);

(c)

li jakkumula f’kontenituri li jkun fihom il-most matul il-ħażna jew wara trattament awtorizzat; jew

(d)

li jinkiseb permezz tat-tisfija jew tal-frid b’azzjoni ċentrifuga tal-prodott imsemmi fil-punt (c).

9.

“Residwu tal-għasra” tfisser ir-residwu li jiġi mill-għasir tal-għeneb frisk, kemm jekk ikun iffermentat kif ukoll jekk le.

10.

“Piquette” tfisser prodott miksub permezz:

(a)

tal-fermentazzjoni tar-residwu tal-għasra mhux ittrattat immaċerat fl-ilma; jew

(b)

tal-lissija tar-residwu tal-għasra ffermentat bl-ilma.

11.

“Inbid imqawwi għad-distillazzjoni” tfisser prodott:

(a)

li għandu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux inqas minn 18 % tal-volum u ta’ mhux aktar minn 24 % tal-volum;

(b)

li jinkiseb esklużivament billi, ma’ nbid li ma jkun fih ebda fdal taz-zokkor, jiżdied prodott mhux imsaffi miksub mid-distillazzjoni tal-inbid li jkollu qawwa alkoħolika effettiva massima ta’ 86 % tal-volum; jew

(c)

li għandu aċidità volatili massima ta’ 1.5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu aċetiku.

12.

“Taħlita tal-inbid (“cuvée”)” tfisser:

(a)

il-most;

(b)

l-inbid; jew

(c)

it-taħlita ta’ mostijiet u/jew ta’ nbejjed li jkollhom karatteristiċi differenti,

maħsuba għat-tħejjija ta’ tip speċifiku ta’ nbid spumanti.

Il-qawwa alkoħolika

13.

“Il-qawwa alkoħolika effettiva skont il-volum” tfisser l-għadd ta’ volumi ta’ alkoħol pur li jkun hemm f’temperatura ta’ 20 °Ċ f’100 volum tal-prodott f’dik it-temperatura.

14.

“Il-qawwa alkoħolika potenzjali skont il-volum” tfisser l-għadd ta’ volumi ta’ alkoħol pur f’temperatura ta’ 20 °Ċ li jista’ jiġi prodott mill-fermentazzjoni totali taz-zokkor kollu li hemm f’100 volum tal-prodott f’dik it-temperatura.

15.

“Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum” tfisser l-għadd totali tal-qawwa alkoħolika effettiva u dik potenzjali.

16.

“Il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum” tfisser il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ prodott qabel kwalunkwe tisħiħ.

17.

“Il-qawwa alkoħolika effettiva skont il-massa” tfisser l-għadd ta’ kilogrammi ta’ alkoħol pur li hemm f’100 kilogramm tal-prodott.

18.

“Il-qawwa alkoħolika potenzjali skont il-massa” tfisser l-għadd ta’ kilogrammi ta’ alkoħol pur li jista’ jiġi prodott mill-fermentazzjoni totali taz-zokkor kollu li hemm f’100 kilogramm tal-prodott.

19.

“Il-qawwa alkoħolika totali skont il-massa” tfisser l-għadd totali tal-qawwa alkoħolika effettiva u dik potenzjali.

Parti V:   Definizzjonijiet għas-settur taċ-ċanga u l-vitella

1.

“Annimali tal-ifrat” tfisser annimali ħajjin tal-ispeċi tal-ifrat domestika li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri ex 0102 10, 0102 90 05 sa 0102 90 79.

2.

“Annimali adulti tal-ifrat” tfisser annimali tal-ifrat li, meta jkunu ħajjin, ikunu jiżnu aktar minn 300 kilogramma.

Parti VI:   Definizzjonijiet għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Għall-għan tal-implimentazzjoni tal-kwota tat-tariffa għall-butir li ġej minn New Zealand, il-frażi “mmanifatturat direttament mill-ħalib jew mill-krema” ma teskludix butir immanifatturat mill-ħalib jew mill-krema, mingħajr l-użu ta’ materjali maħżuna, fi proċess uniku, komplut u bla waqfien li jista’ jinvolvi l-fatt li l-krema tgħaddi minn stadju ta’ xaħam tal-ħalib ikkonċentrat u/jew mit-taqsim fi frazzjonijiet tat-tali xaħam tal-ħalib.

Parti VII:   Definizzjonijiet għas-settur tal-bajd

1.

“Bajd fil-qoxra” tfisser bajd tat-tjur fil-qoxra, frisk, ippreżervat, jew imsajjar, minbarra l-bajd għat-tifqis speċifikat fil-punt 2.

2.

“Bajd għat-tifqis” tfisser bajd tat-tjur għat-tifqis.

3.

“Prodotti sħaħ” tfisser bajd tal-għasafar mhux fil-qoxra, kemm jekk fih iz-zokkor miżjud jew sustanzi għall-ħlewwa oħrajn u kemm jekk le, li huwa tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

4.

“Prodotti sseparati” tfisser l-isfar tal-bajd tal-għasafar, kemm jekk fih iz-zokkor miżjud jew sustanzi għall-ħlewwa oħrajn u kemm jekk le, li huwa tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

Parti VIII:   Definizzjonijiet għas-settur tal-laħam tat-tjur

1.

“Tjur ħajjin” tfisser tjur, papri, wiżż, dundjani u fargħuni ħajjin li kull wieħed minnhom jiżen aktar minn 185 gramma;

2.

“Flieles” tfisser tjur, papri, wiżż, dundjani u fargħuni ħajjin, li kull wieħed minnhom jiżen mhux aktar minn 185 gramma;

3.

“Tjur maqtulin” tfisser tjur, papri. wiżż, dundjani u fargħuni mejtin, sħaħ, bil-ġewwieni jew mingħajru;

4.

“Prodotti dderivati” tfisser dan li ġej:

(a)

il-prodotti speċifikati fil-punt (a) tal-Parti XX tal-Anness I;

(b)

il-prodotti magħrufin bħala “qatgħat tat-tjur” speċifikati fil-punt (b) tal-Parti XX tal-Anness I, minbarra t-tjur maqtulin u l-ġewwieni li jittiekel;

(c)

il-ġewwieni li jittiekel speċifikat fil-punt (b) tal-Parti XX tal-Anness I;

(d)

il-prodotti speċifikati fil-punt (c) tal-Parti XX tal-Anness I;

(e)

il-prodotti speċifikati fil-punti (d) u (e) tal-Parti XX tal-Anness I;

(f)

il-prodotti msemmija fil-punt (f) tal-Parti XX tal-Anness I, minbarra dawk li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1602 20 11 u 1602 20 19.

Parti IX:   Definizzjonijiet għas-settur tal-apikultura

1.

“Għasel” tfisser is-sustanza ħelwa naturali prodotta min-naħal tat-tip Apis mellifera min-nektar tal-pjanti jew mit-tnixxijiet tal-partijiet ħajjin tal-pjanti jew mill-eskrezzjonijiet ta’ insetti li jsoffu l-pjanti fuq il-parti ħajja tal-pjanti, li n-naħal jiġbruhom, jittrasformawhom billi jgħaqqduhom ma’ sustanzi speċifiċi tagħhom stess, jiddepożitawhom, jiddeidratawhom, jaħżnuhom u jħalluhom fix-xehda sabiex isiru u jimmaturaw.

It-tipi ta’ għasel ewlenin huma dawn li ġejjin:

(a)

skont l-oriġini:

(i)

għasel tan-nwar jew għasel tan-nektar: għasel miksub min-nektar tal-pjanti;

(ii)

għasel tas-siġar: għasel miksub prinċipalment mill-eskrezzjonijiet ta’ insetti li jsoffu l-pjanti (Hemiptera) fuq il-parti ħajja tal-pjanti jew mit-tnixxijiet tal-partijiet ħajjin tal-pjanti;

(b)

skont il-mod ta’ produzzjoni u/jew ta’ preżentazzjoni:

(iii)

għasel tax-xehda: għasel maħżun min-naħal fiċ-ċelel f’xehdiet bla duqqajs mibnijin ġodda jew fiċ-ċelel f’folji rqaq tax-xehda magħmulin biss mix-xama’ tan-naħal u mibjugħ f’xehdiet sħaħ issiġillati jew f’partijiet mit-tali xehdiet;

(iv)

għasel b’biċċa xehda: għasel li fih biċċa waħda ta’ għasel tax-xehda jew aktar;

(v)

għasel bla ilma: għasel miksub billi jitneħħa l-ilma mix-xehdiet bla duqqajs mikxufin;

(vi)

għasel estratt: għasel miksub permezz tal-frid b’azzjoni ċentrifuga ta’ xehdiet bla duqqajs mikxufin;

(vii)

għasel ippressat: għasel miksub billi x-xehdiet bla duqqajs jiġu ppressati billi tiġi applikata sħana moderata li ma taqbiżx il-45 °Ċ jew mingħajr ma tiġi applikata s-sħana;

(viii)

għasel iffiltrat: għasel miksub billi titneħħa l-materja barranija organika jew mhix organika b’tali mod li jitneħħa wkoll ammont sinifikanti ta’ għabra tad-dakra.

“Għasel għal użu industrijali” tfisser għasel li huwa:

(a)

tajjeb għal użu industrijali jew bħala ingredjent f’oġġetti tal-ikel oħrajn li mbagħad jiġu pproċessati, u

(b)

li jista’:

ikollu togħma jew riħa stramba, jew

ikun beda jiffermenta jew ikun iffermenta, jew

ikun issaħħan iżżejjed.

2.

“Prodotti tal-apikultura” tfisser għasel, xama’ tan-naħal, ħalib tan-naħal, żaftur jew għabra tad-dakra.

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS IV

IL-KWALITÀ STANDARD TAR-ROSS U TAZ-ZOKKOR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(1) U (3)

A.   Kwalità standard għar-ross fil-fosdqa

Ir-ross fil-fosdqa ta’ kwalità standard għandu:

(a)

ikun ta’ kwalità tajba, ġusta u li tista’ titqiegħed fis-suq, mingħajr riħa;

(b)

ikollu kontenut ta’ ndewwa ta’ mhux iżjed minn 13 %;

(c)

ikollu ammonti tal-produzzjoni ta’ ross mitħun kollu ta’ 63 % tal-piż fi ħbub sħaħ (b’tolleranza ta’ 3 % ta’ ħbub maqtugħin) li minnhom il-perċentwal tal-piż ta’ ħbub tar-ross mitħun kollu li ma jkunux ta’ kwalità mhux imħassra għandu jkun dan li ġej:

ħbub bajdanin ta’ ross fil-fosdqa li jaqa’ fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1006 10 27 u 1006 10 98:

1,5 %

ħbub bajdanin ta’ ross fil-fosdqa li jaqa’ fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM l-oħrajn, u mhux f’dawk bin-numri 1006 10 27 u 1006 10 98:

2,0 %

ħbub imtarrżin bl-aħmar:

1,0 %

ħbub bit-tikek:

0,50 %

ħbub imtebbgħin:

0,25 %

ħbub sofor:

0,02 %

ħbub ambra:

0,05 %

B.   Kwalitajiet standard għaz-zokkor:

I.   Il-kwalità standard għall-pitravi

Il-pitravi ta’ kwalità standard għandu:

(a)

ikun ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċabbli;

(b)

ikollu kontenut taz-zokkor ta’ 16 % fil-punt tal-wasla.

II.   Il-kwalità standard għaz-zokkor abjad

1.

Iz-zokkor abjad ta’ kwalità standard għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

għandu jkun ta’ kwalità tajba, ġenwina u kummerċabbli; niexef, fi kristalli bi granulazzjoni uniformi, u mexxej;

(b)

polarizzazzjoni minima: 99.7;

(c)

kontenut massimu ta’ ndewwa: 0,06 %;

(d)

kontenut massimu ta’ zokkor maqlub (“invert”): 0,04 %;

(e)

in-numru ta’ punti stabbiliti skont il-punt 2 m’għandux jaqbeż total ta’ 22, u lanqas total ta’:

 

15 għall-kontenut ta’ rmied,

 

9 għat-tip ta’ kulur, stabbilit billi jintuża l-metodu tal-Istitut ta’ Brunswick għat-Teknoloġija Agrikola (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-metodu ta’ Brunswick”),

 

6 għat-tilwin tas-soluzzjoni, stabbilit billi jintuża l-metodu tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Metodi Uniformi ta’ Analiżi taz-Zokkor (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-metodu tal-ICUMSA”).

2.

Punt wieħed għandu jikkorrispondi għal:

(a)

0,0018 % tal-kontenut ta’ rmied stabbilit bl-użu tal-metodu tal-ICUMSA f’valur ta’ 28 fuq il-miżien brix,

(b)

0,5 unitajiet tat-tip tal-kulur stabbiliti bl-użu tal-metodu ta’ Brunswick,

(c)

7,5 unitajiet tat-tilwin tas-soluzzjoni stabbiliti bl-użu tal-metodu tal-ICUMSA.

3.

Il-metodi biex jiġu stabbiliti l-fatturi msemmija fil-punt 1 għandhom ikunu dawk użati biex jiġu stabbiliti dawk il-fatturi skont il-miżuri ta’ intervent.

III.   Il-kwalità standard għaz-zokkor mhux raffinat

1.

Iz-zokkor mhux raffinat tal-kwalità standard għandu jkun zokkor li jkollu ammonti tal-produzzjoni ta’ zokkor abjad ta’ 92 %.

2.

L-ammonti tal-produzzjoni taz-zokkor tal-pitravi mhux raffinat għandhom ikunu kkalkulati billi mill-grad ta’ polarizzazzjoni ta’ dak iz-zokkor jitnaqqsu:

(a)

il-perċentwal ta’ kontenut ta’ rmied tiegħu mmultiplikat b’erbgħa;

(b)

il-perċentwal ta’ kontenut ta’ zokkor maqlub (“invert”) tiegħu mmultiplikat bi tnejn;

(c)

in-numru 1.

3.

L-ammonti tal-produzzjoni taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għandhom ikunu kkalkulati billi mill-grad ta’ polarizzazzjoni ta’ dak iz-zokkor immultiplikat bi tnejn jitnaqqas 100.

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS V

SKALI TAL-UNJONI GĦALL-KLASSIFIKA TAL-KARKASSI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 34

A.   Skala tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat:

I.   Definizzjonijiet

Id-definizzjonijet li ġejjin għandhom japplikaw:

1.   “karkassa”: il-ġisem sħiħ ta’ annimal maqtul kif ippreżentat wara l-fsid, it-tneħħija tal-imsaren u t-tqaxxir tal-ġilda;

2.   “nofs karkassa”: il-prodott miksub permezz tas-separazzjoni tal-karkassa msemmija fil-punt (1) b’mod simetriku min-nofs ta’ kull għadma ċervikali, tad-dahar, tal-ġenbejn u tal-ossu sagru u min-nofs tal-isternu u s-simfisi iskjopubiku.

II.   Kategoriji

Il-karkassi għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin:

A:

karkassi ta’ annimali maskili żgħar mhux imsewwija ta’ inqas minn sentejn;

B:

karkassi ta’ annimali maskili oħrajn mhux imsewwija;

Ċ:

karkassi ta’ annimali maskili msewwija;

D:

karkassi ta’ annimali femminili li ferrgħu;

E:

karkassi ta’ annimali femminili oħrajn.

III.   Klassifikazzjoni

Il-karkassi għandhom ikunu kklassifikati b’valutazzjoni suċċessiva ta’ dan li ġej:

1.

Il-konformazzjoni, ddefinita kif ġej:

Żvilupp tal-profili tal-karkassa, b’mod partikulari tal-partijiet essenzjali (il-koxxa, id-dahar, l-ispalla)

Kategorija tal-konformazzjoni

Deskrizzjoni

S

Superjuri

Il-profili kollha jkunu estremament konvessi; żvilupp eċċezzjonali tal-muskoli (karkassi tat-tip b’muskoli doppji)

E

Eċċellenti

Il-profili kollha konvessi sa konvessi ħafna; żvilupp eċċezzjonali tal-muskoli

U

Tajba ħafna

Profili ġeneralment konvessi, żvilupp tajjeb ħafna tal-muskoli

R

Tajba

Profili ġeneralment dritti; żvilupp tajjeb tal-muskoli

O

Mhux ħażina

Profili dritti sa konkavi; żvilupp medju tal-muskoli

P

Fqira

Il-profili kollha konkavi sa konkavi ħafna; żvilupp fqir tal-muskoli

2.

Il-kopertura tax-xaħam, iddefinita kif ġej:

Ammont ta’ xaħam fuq barra tal-karkassa u fil-kavità toraċika

Kategorija tal-kopertura tax-xaħam

Deskrizzjoni

1

Kopertura baxxa

Ebda kopertura tax-xaħam sa kopertura baxxa tiegħu

2

Kopertura ħafifa

Kopertura ħafifa tax-xaħam, laħam viżibbli kważi kullimkien

3

Kopertura medja

Laħam kważi kullimkien kopert bix-xaħam, ħlief għall-koxxa u għall-ispalla, depożiti ħfief tax-xaħam fil-kavità toraċika

4

Kopertura għolja

Laħam kopert bix-xaħam, imma li jkun għadu jidher xi ftit fil-koxxa u fl-ispalla, xi depożiti distinti ta’ xaħam fil-kavità toraċika

5

Kopertura għolja ħafna

Il-karkassa kollha koperta bix-xaħam; depożiti kbar fil-kavità toraċika

L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jipproċedu għas-suddiviżjoni ta’ kull waħda mill-klassifikazzjonijiet li hemm provvediment għalihom fil-punti 1 u 2 f’massimu ta’ tliet klassijiet subordinati. [Em. 41]

IV.   Preżentazzjoni

Il-karkassi u n-nofs karkassi għandhom ikunu ppreżentati:

1.

mingħajr ir-ras u mingħajr is-saqajn; ir-ras għandha tkun isseparata mill-karkassa mill-ġog atlojdo-oċċipitali u s-saqajn għandhom jinqatgħu minn mal-ġogi karpometakarpali u tarsometatarsali,

2.

mingħajr l-organi li jinsabu fil-kavità toraċika u f’dik addominali, u bil-kliewi, bix-xaħam tal-kliewi u bix-xaħam pelviku jew mingħajrhom,

3.

mingħajr l-organi ġenitali u l-muskoli ta’ magħhom u mingħajr il-glandola mammarja u x-xaħam tagħha.

V.   Klassifikazzjoni u identifikazzjoni

Il-biċċeriji approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-karkassi jew in-nofs karkassi kollha minn annimali adulti tal-ifrat maqtulin fit-tali biċċeriji li jkollhom marka tas-saħħa li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 5(2) flimkien mal-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ikunu kklassifikati u identifikati skont l-iskala tal-Unjoni.

Qabel ma ssir l-identifikazzjoni permess tal-immarkar, l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni sabiex ix-xaħam estern jitneħħa mill-karkassi jew min-nofs karkassi jekk dan ikun iġġustifikat mill-kopertura tax-xaħam.

B.   Skala tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi tal-majjali

I.   Definizzjoni

“karkassa” għandha tfisser il-ġisem ta’ majjal maqtul, mifsud u bl-imsaren imneħħija, sħiħ jew maqsum min-nofs.

II.   Klassifikazzjoni

Il-karkassi għandhom jinqasmu f’kategoriji skont il-kontenut ta’ laħam dgħif stmat tagħhom u għandhom jiġu kklassifikati skont dawn il-kategoriji:

Kategoriji

Laħam dgħif bħala perċentwal tal-piż tal-karkassa

S

60 % jew aktar (3)

E

55 % jew aktar

U

50 % jew aktar iżda anqas minn 55 %

R

45 % jew aktar iżda anqas minn 50 %

O

40 % jew aktar iżda anqas minn 45 %

P

anqas minn 40 %

III.   Preżentazzjoni

Il-karkassi għandhom ikunu ppreżentati mingħajr l-ilsien, il-lanżit, il-qawqbiet, l-organi ġenitali, is-sonża, il-kliewi u d-dijaframma.

IV.   Kontenut ta’ laħam dgħif

1.

Il-kontenut ta’ laħam dgħif għandu jkun ivvalutat permezz ta’ metodi ta’ klassifikazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni. Jistgħu jkunu awtorizzati biss metodi ta’ valutazzjoni ppruvati bl-istatistika u bbażati fuq il-kejl fiżiku ta’ parti anatomika waħda jew aktar tal-karkassa tal-ħanżir. L-awtorizzazzjoni tal-metodi ta’ klassifikazzjoni għandha tkun suġġetta għall-konformità ma’ tolleranza massima għall-iżbalji statistiċi fil-valutazzjoni.

2.

Madankollu, il-valur kummerċjali tal-karkassi m’għandux ikun stabbilit biss permezz tal-kontenut ta’ laħam dgħif stmat tagħhom.

V.   Identifikazzjoni tal-karkassi

Sakemm ma jingħadx xort’oħra mill-Kummissjoni, il-karkassi kklassifikati għandhom ikunu identifikati billi jiġu mmarkati skont l-iskala tal-Unjoni.

Ċ.   Skala tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi tan-nagħaġ

I.   Definizzjoni

Għat-termini “karkassa” u “nofs karkassa” għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fil-punt A.I.

II.   Kategoriji

Il-karkassi għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin:

A:

karkassi ta’ nagħaġ ta’ inqas minn tnax-il xahar,

B:

karkassi ta’ nagħaġ oħrajn.

III.   Klassifikazzjoni

1.

Il-karkassi għandhom jiġu kklassifikati billi jiġu applikati d-dispożizzjonijiet mogħtija fil-punt A.III. mutatis mutandis. Madankollu, it-terminu “koxxa” mogħti fil-punt A.III.1 u fir-ringieli 3 u 4 tat-tabella mogħtija fil-punt A.III.2. għandu jinbidel bit-terminu “robbu ta’ wara”.

2.

B’deroga mill-punt 1, għall-ħrief li l-piż tal-karkassa tagħhom ikun inqas minn 13-il kilogramma, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323, tawtorizza lill-Istati Membri jużaw il-kriterji ta’ klassifikazzjoni li ġejjin:

(a)

il-piż tal-karkassa;

(b)

il-kulur tal-laħam;

(c)

il-kopertura tax-xaħam.

IV.   Preżentazzjoni

Il-karkassi u n-nofs karkassi għandhom ikunu ppreżentati mingħajr ir-ras (maqtugħa minn mal-ġog atlantooċċipitali), is-saqajn (maqtugħin minn mal-ġogi karpometakarpali u tarsometatarsali), id-denb (maqtugħ bejn is-sitt u s-seba’ għadma tad-denb), il-glandola mammarja, l-organi ġenitali, il-fwied u l-ġewwieni. Il-kliewi u x-xaħam tal-kliewi huma inklużi fil-karkassa.

V.   Identifikazzjoni tal-karkassi

Il-karkassi u n-nofs karkassi kklassifikati għandhom ikunu identifikati billi jiġu mmarkati skont l-iskala tal-Unjoni.


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(3)  [L-Istati Membri jistgħu jintroduċu, għall-ħnieżer maqtulin fit-territorju tagħhom, kategorija separata ta’ 60 % jew aktar ta’ laħam dgħif li jkollha l-ittra S.]

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS VI

IL-KWOTI NAZZJONALI U REĠJONALI GĦALL-PRODUZZJONI TAZ-ZOKKOR, TAL-ISOGLUKOŻJU U TAL-ĠULEPP TAL-INULINA MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 50

mis-sena tas-suq tal-2010/2011 ’il quddiem

(f’tunnellati)

Stati Membri jew reġjuni

(1)

Zokkor

(2)

Isoglukożju

(3)

Ġulepp tal-inulina

(4)

Il-Belġju

676 235,0

114 580,2

0

Il-Bulgarija

0

89 198,0

 

Ir-Repubblika Ċeka

372 459,3

 

 

Id-Danimarka

372 383,0

 

 

Il-Ġermanja

2 898 255,7

56 638,2

 

L-Irlanda

0

 

 

Il-Greċja

158 702,0

0

 

Spanja

498 480,2

53 810,2

 

Franza (metropolitana)

3 004 811,15

 

0

Id-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej

432 220,05

 

 

L-Italja

508 379,0

32 492,5

 

Il-Latvja

0

 

 

Il-Litwanja

90 252,0

 

 

L-Ungerija

105 420,0

220 265,8

 

Il-Pajjiżi l-Baxxi

804 888,0

0

0

L-Awstrija

351 027,4

 

 

Il-Polonja

1 405 608,1

42 861,4

 

Il-Portugall (kontinentali)

0

12 500,0

 

Ir-reġjun awtonomu tal-Ażores

9 953,0

 

 

Ir-Rumanija

104 688,8

0

 

Is-Slovenja

0

 

 

Is-Slovakkja

112 319,5

68 094,5

 

Il-Finlandja

80 999,0

0

 

L-Isvezja

293 186,0

 

 

Ir-Renju Unit

1 056 474,0

0

 

AMMONT TOTALI

13 336 741,2

690 440,8

0

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS VII

REGOLI DDETTALJATI DWAR IT-TRASFERIMENTI TA’ KWOTI TAZ-ZOKKOR JEW TAL-ISOGLUKOŻJU SKONT L-ARTIKOLU 53

I

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness:

(a)

“l-għaqda flimkien ta’ impriżi” tfisser l-għaqda ta’ żewġ impriżi jew aktar f’impriża waħda;

(b)

“it-trasferiment ta’ impriża” tfisser it-trasferiment tal-assi ta’ impriża li jkollha kwota għal impriża waħda jew aktar jew l-assorbiment tagħhom fiha jew fihom;

(c)

“it-trasferiment ta’ fabbrika” tfisser it-trasferiment, għal impriża waħda jew aktar, tas-sjieda ta’ unità teknika, inkluż l-impjant kollu meħtieġ biex jiġi mmanifatturat il-prodott ikkonċernat, li jwassal għall-assorbiment parzjali jew totali tal-produzzjoni tal-impriża li tkun qed tagħmel it-trasferiment;

(d)

“il-kiri ta’ fabbrika” tfisser il-kuntratt ta’ kiri ta’ unità teknika, inkluż l-impjant kollu meħtieġ għall-manifattura taz-zokkor, bil-ħsieb li din l-unità titħaddem, li jkun konkluż għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin tas-suq konsekuttivi, li l-partijiet jaqblu li ma jtemmux qabel tmiem it-tielet sena tas-suq, ma’ impriża li hija stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-fabbrika kkonċernata, jekk, wara li l-kirja tidħol fis-seħħ, l-impriża li tikri l-fabbrika tista’ titqies bħala impriża li tipproduċi z-zokkor biss għall-produzzjoni sħiħa tagħha.

II

1.

Mingħajr ħsara għall-punt 2, fil-każ tal-għaqda flimkien jew tat-trasferiment ta’ impriżi li jipproduċu z-zokkor jew tat-trasferiment ta’ fabbriki taz-zokkor, il-kwota għandha tiġi aġġustata kif ġej:

(a)

fil-każ tal-għaqda flimkien ta’ impriżi li jipproduċu z-zokkor, l-Istati Membri għandhom jallokaw lill-impriża li tirriżulta mill-għaqda flimkien kwota li tkun daqs l-għadd totali tal-kwoti li kienu allokati lill-impriżi li jipproduċu z-zokkor ikkonċernati qabel ma dawn ingħaqdu flimkien;

(b)

fil-każ tat-trasferiment ta’ impriża li tipproduċi z-zokkor, l-Istat Membru għandu jalloka l-kwota għall-produzzjoni taz-zokkor tal-impriża ttrasferita lill-impriża li tkun qed teħodha jew, jekk ikun hemm aktar minn impriża waħda li tkun qed teħodha, l-allokazzjoni għandha ssir b’mod proporzjonat għall-produzzjoni taz-zokkor assorbita minn kull waħda minnhom;

(c)

fil-każ tat-trasferiment ta’ fabbrika taz-zokkor, l-Istat Membru għandu jnaqqas il-kwota tal-impriża li tkun qed tittrasferixxi s-sjieda tal-fabbrika u għandu jżid il-kwota tal-impriża li tipproduċi z-zokkor jew tal-impriżi li jipproduċu z-zokkor li jkunu qed jixtru l-fabbrika kkonċernata bil-kwantità mnaqqsa, b’mod proporzjonat għall-produzzjoni assorbita.

2.

Meta xi wħud minn dawk li jkabbru l-pitravi jew il-kannamieli li jkunu affettwati b’mod dirett minn waħda mill-ħidmiet imsemmija fil-punt 1 juru, b’mod ċar, ir-rieda tagħhom li jfornu l-pitravi jew il-kannamieli tagħhom lil impriża li tipproduċi z-zokkor li ma tkunx parti minn dawk il-ħidmiet, l-Istat Membru jista’ jagħmel l-allokazzjoni abbażi tal-produzzjoni assorbita mill-impriża li lilha jkun behsiebhom jagħtu l-pitravi jew il-kannamieli tagħhom.

3.

Fil-każ tal-għeluq, f’ċirkustanzi oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-punt 1, ta’:

(a)

impriża li tipproduċi z-zokkor;

(b)

fabbrika waħda jew aktar ta’ impriża li tipproduċi z-zokkor,

l-Istat Membru jista’ jalloka l-parti tal-kwoti kkonċernata mit-tali għeluq lil impriża waħda li tipproduċi z-zokkor jew aktar.

Barra minn hekk, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, f’każ li xi wħud mill-produtturi kkonċernati juru, b’mod ċar, ir-rieda tagħhom li jfornu l-pitravi jew il-kannamieli tagħhom lil impriża partikulari li tipproduċi z-zokkor, l-Istat Membru jista’ jalloka l-proporzjon tal-kwoti li jikkorrispondi mal-pitravi jew mal-kannamieli kkonċernati lill-impriża li lilha jkun behsiebhom jagħtu dawk il-prodotti.

4.

Meta tintuża d-deroga msemmija fl-Artikolu 43(6), l-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob lil dawk li jkabbru l-pitravi u lill-impriżi taz-zokkor li jkunu effettwati minn dik id-deroga biex jinkludu, fil-ftehimiet fi ħdan il-qasam tagħhom, klawsoli speċjali li jippermettu lill-Istat Membru japplika l-punti 2 u 3 ta’ din it-Taqsima.

5.

Fil-każ tal-kera ta’ fabbrika li tkun ta’ impriża li tipproduċi z-zokkor, l-Istat Membru jista’ jnaqqas il-kwota tal-impriża li tkun qed toffri l-fabbrika għall-kiri u jalloka l-porzjon li bih tkun tnaqqset il-kwota lill-impriża li tikri l-fabbrika sabiex tipproduċi z-zokkor fiha.

Jekk il-kirja tintemm matul il-perjodu ta’ tliet snin tas-suq imsemmi fil-punt I (d), l-aġġustament tal-kwota skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt għandu jitħassar, b’mod retroattiv, mill-Istat Membru u l-kwota għandha tinġieb bħalma kienet fid-data li fiha daħlet fis-seħħ il-kirja. Madankollu, jekk il-kirja tintemm minħabba raġunijiet ta’ forza maġġuri, l-Istat Membru m’għandux ikun marbut li jħassar l-aġġustament.

6.

Meta impriża li tipproduċi z-zokkor ma tkunx tista’ tiżgura aktar li hija tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni lejn il-produtturi tal-pitravi jew tal-kannamieli kkonċernati, u f’każ li dik is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ikunu aċċertaw ruħhom minnha, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jalloka, għal sena waħda tas-suq jew aktar, il-parti tal-kwoti kkonċernata lil impriża waħda jew aktar li jipproduċu z-zokkor b’mod proporzjonat għall-produzzjoni assorbita.

7.

Meta Stat Membru jagħti garanziji tal-prezzijiet u tal-post tal-bejgħ lil impriża li tipproduċi z-zokkor għall-ipproċessar tal-pitravi f’etanol, dak l-Istat Membru jista’, bi ftehim ma’ dik l-impriża u ma’ dawk li jkabbru l-pitravi kkonċernati, jalloka l-kwoti tal-produzzjoni taz-zokkor kollha, jew parti minnhom, lil impriża waħda oħra jew aktar għal sena waħda tas-suq jew aktar.

III

Fil-każ tal-għaqda flimkien jew tat-trasferiment ta’ impriżi li jipproduċu l-isoglukożju jew tat-trasferiment ta’ fabbrika li tipproduċi l-isoglukożju, l-Istat Membru jista’ jalloka l-kwoti kkonċernati għall-produzzjoni tal-isoglukożju lil impriża waħda oħra jew aktar, kemm jekk dawn ikollhom kwota tal-produzzjoni u kif ukoll jekk le.

IV

Il-miżuri meħudin skont it-Taqsima II u t-Taqsima III jistgħu jidħlu fis-seħħ biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk jitqiesu l-interessi ta’ kull waħda mill-partijiet ikkonċernati;

(b)

jekk l-Istat Membru kkonċernat iqis li dawn il-miżuri x’aktarx li se jtejbu l-istruttura tas-setturi tat-tkabbir tal-pitravi u tal-kannamieli u tal-manifattura taz-zokkor;

(c)

jekk dawn ikollhom x’jaqsmu ma’ impriżi li jkunu stabbiliti fl-istess territorju li għalih tkun ġiet stabbilita l-kwota fl-Anness VI.

V

Meta l-għaqda flimkien jew it-trasferiment iseħħu bejn l-1 ta’ Ottubru u t-30 ta’ April tas-sena ta’ wara, il-miżuri msemmija fit-Taqsima II u fit-Taqsima III għandhom jidħlu fis-seħħ għas-sena tas-suq li tkun għaddejja.

Meta l-għaqda flimkien jew it-trasferiment iseħħu bejn l-1 ta’ Mejju u t-30 ta’ Settembru tal-istess sena, il-miżuri msemmija fit-Taqsima II u fit-Taqsima III għandhom jidħlu fis-seħħ għas-sena tas-suq ta’ wara.

VI

Meta jiġu applikati t-Taqsima II u t-Taqsima III, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwoti aġġustati sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara li jiskadu l-perjodi msemmijin fit-Taqsima V.

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS VIII

KWOTI NAZZJONALI GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ĦALIB U L-PRODOTTI L-OĦRA TAL-ĦALIB IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 59

(il-kwantitajiet (f’tunnellati) għal kull perjodu ta’ tnax-il xahargħal kull Stat Membru):

Stat Membru

2008/09

2009/10

2010/11

2011/12

2012/13

2013/14

2014/15

Il-Belġju

3 427 288,740

3 461 561,627

3 496 177,244

3 531 139,016

3 566 450,406

3 602 114,910

3 602 114,910

Il-Bulgarija

998 580,000

1 008 565,800

1 018 651,458

1 028 837,973

1 039 126,352

1 049 517,616

1 049 517,616

Ir-Repubblika Ċeka

2 792 689,620

2 820 616,516

2 848 822,681

2 877 310,908

2 906 084,017

2 935 144,857

2 935 144,857

Id-Danimarka

4 612 619,520

4 658 745,715

4 705 333,172

4 752 386,504

4 799 910,369

4 847 909,473

4 847 909,473

Il-Ġermanja

28 847 420,391

29 135 894,595

29 427 253,541

29 721 526,076

30 018 741,337

30 318 928,750

30 318 928,750

L-Estonja

659 295,360

665 888,314

672 547,197

679 272,669

686 065,395

692 926,049

692 926,049

L-Irlanda

5 503 679,280

5 558 716,073

5 614 303,234

5 670 446,266

5 727 150,729

5 784 422,236

5 784 422,236

Il-Greċja

836 923,260

845 292,493

853 745,418

862 282,872

870 905,700

879 614,757

879 614,757

Spanja

6 239 289,000

6 301 681,890

6 364 698,709

6 428 345,696

6 492 629,153

6 557 555,445

6 557 555,445

Franza

25 091 321,700

25 342 234,917

25 595 657,266

25 851 613,839

26 110 129,977

26 371 231,277

26 371 231,277

L-Italja

10 740 661,200

11 288 542,866

11 288 542,866

11 288 542,866

11 288 542,866

11 288 542,866

11 288 542,866

Ċipru

148 104,000

149 585,040

151 080,890

152 591,699

154 117,616

155 658,792

155 658,792

Il-Latvja

743 220,960

750 653,170

758 159,701

765 741,298

773 398,711

781 132,698

781 132,698

Il-Litwanja

1 738 935,780

1 756 325,138

1 773 888,389

1 791 627,273

1 809 543,546

1 827 638,981

1 827 638,981

Il-Lussemburgu

278 545,680

281 331,137

284 144,448

286 985,893

289 855,752

292 754,310

292 754,310

L-Ungerija

2 029 861,200

2 050 159,812

2 070 661,410

2 091 368,024

2 112 281,704

2 133 404,521

2 133 404,521

Malta

49 671,960

50 168,680

50 670,366

51 177,070

51 688,841

52 205,729

52 205,729

Il-Pajjiżi l-Baxxi

11 465 630,280

11 580 286,583

11 696 089,449

11 813 050,343

11 931 180,847

12 050 492,655

12 050 492,655

L-Awstrija

2 847 478,469

2 875 953,254

2 904 712,786

2 933 759,914

2 963 097,513

2 992 728,488

2 992 728,488

Il-Polonja

9 567 745,860

9 663 423,319

9 760 057,552

9 857 658,127

9 956 234,709

10 055 797,056

10 055 797,056

Il-Portugall

1 987 521,000

2 007 396,210

2 027 470,172

2 047 744,874

2 068 222,323

2 088 904,546

2 088 904,546

Ir-Rumanija

3 118 140,000

3 149 321,400

3 180 814,614

3 212 622,760

3 244 748,988

3 277 196,478

3 277 196,478

Is-Slovenja

588 170,760

594 052,468

599 992,992

605 992,922

612 052,851

618 173,380

618 173,380

Is-Slovakkja

1 061 603,760

1 072 219,798

1 082 941,996

1 093 771,416

1 104 709,130

1 115 756,221

1 115 756,221

Il-Finlandja

2 491 930,710

2 516 850,017

2 542 018,517

2 567 438,702

2 593 113,089

2 619 044,220

2 619 044,220

L-Isvezja

3 419 595,900

3 453 791,859

3 488 329,778

3 523 213,075

3 558 445,206

3 594 029,658

3 594 029,658

Ir-Renju Unit

15 125 168,940

15 276 420,629

15 429 184,836

15 583 476,684

15 739 311,451

15 896 704,566

15 896 704,566

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS IX

KONTENUT TA’ REFERENZA TAX-XAĦAM IMSEMMI FL-ARTIKOLU 63

Stat Membru

grammi għal kull kilogramm

Il-Belġju

36,91

Il-Bulgarija

39,10

Ir-Repubblika Ċeka

42,10

Id-Danimarka

43,68

Il-Ġermanja

40,11

L-Estonja

43,10

Il-Greċja

36,10

Spanja

36,37

Franza

39,48

L-Irlanda

35,81

L-Italja

36,88

Ċipru

34,60

Il-Latvja

40,70

Il-Litwanja

39,90

Il-Lussemburgu

39,17

L-Ungerija

38,50

Il-Pajjiżi l-Baxxi

42,36

L-Awstrija

40,30

Il-Polonja

39,00

Il-Portugall

37,30

Ir-Rumanija

38,50

Is-Slovenja

41,30

Is-Slovakkja

37,10

Il-Finlandja

43,40

L-Isvezja

43,40

Ir-Renju Unit

39,70

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS X

BAĠIT GĦALL-PROGRAMMI TA’ APPOĠĠ IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 136(1)

F’1000 Euro

Sena tal-baġit

2009

2010

2011

2012

2013

mill-2014 ’il quddiem

BG

15 608

21 234

22 022

27 077

26 742

26 762

CZ

2 979

4 076

4 217

5 217

5 151

5 155

DE

22 891

30 963

32 190

39 341

38 867

38 895

EL

14 286

19 167

19 840

24 237

23 945

23 963

ES

213 820

284 219

279 038

358 000

352 774

353 081

FR

171 909

226 814

224 055

284 299

280 311

280 545

IT (1)

238 223

298 263

294 135

341 174

336 736

336 997

CY

2 749

3 704

3 801

4 689

4 643

4 646

LT

30

37

45

45

45

45

LU

344

467

485

595

587

588

HU

16 816

23 014

23 809

29 455

29 081

29 103

MT

232

318

329

407

401

402

AT

8 038

10 888

11 313

13 846

13 678

13 688

PT

37 802

51 627

53 457

65 989

65 160

65 208

RO

42 100

42 100

42 100

42 100

42 100

42 100

SI

3 522

3 770

3 937

5 119

5 041

5 045

SK

2 938

4 022

4 160

5 147

5 082

5 085

UK

0

61

67

124

120

120


(1)  Il-limiti massimi nazzjonali għall-Italja li jikkorrispondu għas-snin 2008, 2009 u 2010 mogħtija fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 qed jitnaqqsu b’20 miljun Euro u dawn l-ammonti ddaħħlu fl-ammonti baġitarji tal-Italja għas-snin 2009, 2010 u 2011 kif stabbilit f’din it-tabella.

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS XI

ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 159(3)

Codex Alimentarius

Il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS XII

DEFINIZZJONIJIET, DENOMINAZZJONIJIET U DESKRIZZJONI TAL-BEJGĦ TAL-PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 163

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, id-deskrizzjoni tal-bejgħ hija l-isem li taħtu jinbiegħ oġġett tal-ikel, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/13/KE.

Parti I.   Laħam ta’ annimali tal-ifrat li għandhom tnax-il xahar jew inqas

I.   DEFINIZZJONI

Għall-għanijiet ta’ din il-Parti ta’ dan l-Anness, “laħam” tfisser il-karkassi kollha, il-laħam bl-għadam jew mingħajr għadam, u l-intern, kemm jekk imqattgħin u kemm jekk le, maħsubin għall-konsum mill-bniedem, miksuba minn annimali tal-ifrat li għandhom tnax-il xahar jew inqas, ippreżentati friski, iffriżati jew iffriżati f’temperaturi baxxi ħafna, kemm jekk imgeżwra jew ippakkjati u kemm jekk le.

Mal-qatla, l-annimali tal-ifrat kollha li jkollhom tnax-il xahar jew inqas għandhom jiġu kklassifikati mill-operaturi, taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti, f’waħda miż-żewġ kategoriji li ġejjin:

(A)

:

Il-kategorija V

:

annimali tal-ifrat li jkollhom tmien xhur jew inqas

Ittra ta’ identifikazzjoni tal-kategorija: V;

(B)

:

Il-kategorija Z

:

annimali tal-ifrat li jkollhom iktar minn tmien xhur iżda mhux iktar minn tnax-il xahar

Ittra ta’ identifikazzjoni tal-kategorija: Z.

II.   DESKRIZZJONIJIET TAL-BEJGĦ

1.

Il-laħam ta’ annimali tal-ifrat li għandhom tnax-il xahar jew inqas għandu jiġi kkummerċjalizzat fl-Istati Membri biss bid-deskrizzjoni(/bid-deskrizzjonijiet) tal-bejgħ li ġejja(/ġejjin) stabbiliti għal kull Stat Membru:

(A)

Għal-laħam tal-annimali tal-ifrat li għandhom tmien xhur jew inqas [(Ittra tal-identifikazzjoni tal-kategorija: V)]:

Pajjiż fejn qed issir il-kummerċjalizzazzjoni

Deskrizzjonijiet tal-bejgħ li għandhom jintużaw

Il-Belġju

veau, viande de veau/kalfsvlees/Kalbfleisch

Il-Bulgarija

месо от малки телета

Ir-Repubblika Ċeka

Telecí

Id-Danimarka

Lyst kalvekød

Il-Ġermanja

Kalbfleisch

L-Estonja

Vasikaliha

Il-Greċja

μοσχάρι γάλακτος

Spanja

Ternera blanca, carne de ternera blanca

Franza

veau, viande de veau

L-Irlanda

Veal

L-Italja

vitello, carne di vitello

Ċipru

μοσχάρι γάλακτος

Il-Latvja

Teļa gaļa

Il-Litwanja

Veršiena

Il-Lussemburgu

veau, viande de veau/Kalbfleisch

L-Ungerija

Borjúhús

Malta

Vitella

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Kalfsvlees

L-Awstrija

Kalbfleisch

Il-Polonja

Cielęcina

Il-Portugall

Vitela

Ir-Rumanija

carne de vitel

Is-Slovenja

Teletina

Is-Slovakkja

Teľacie mäso

Il-Finlandja

vaalea vasikanliha/ljust kalvkött

L-Isvezja

ljust kalvkött

Ir-Renju Unit

Veal

(B)

Għal-laħam tal-annimali tal-ifrat li għandhom iktar minn tmien xhur iżda mhux iktar minn tnax-il xahar [(Ittra tal-identifikazzjoni tal-kategorija: Z)]:

Pajjiż fejn qed issir il-kummerċjalizzazzjoni

Deskrizzjonijiet tal-bejgħ li għandhom jintużaw

Il-Belġju

jeune bovin, viande de jeune bovin/jongrundvlees/Jungrindfleisch

Il-Bulgarija

Телешко месо

Ir-Repubblika Ċeka

hovězí maso z mladého skotu

Id-Danimarka

Kalvekød

Il-Ġermanja

Jungrindfleisch

L-Estonja

noorloomaliha

Il-Greċja

νεαρό μοσχάρι

Spanja

Ternera, carne de ternera

Franza

jeune bovin, viande de jeune bovin

L-Irlanda

rosé veal

L-Italja

vitellone, carne di vitellone

Ċipru

νεαρό μοσχάρι

Il-Latvja

jaunlopa gaļa

Il-Litwanja

Jautiena

Il-Lussemburgu

jeune bovin, viande de jeune bovin/Jungrindfleisch

L-Ungerija

Növendék marha húsa

Malta

Vitellun

Il-Pajjiżi l-Baxxi

rosé kalfsvlees

L-Awstrija

Jungrindfleisch

Il-Polonja

młoda wołowina

Il-Portugall

Vitelão

Ir-Rumanija

carne de tineret bovin

Is-Slovenja

meso težjih telet

Is-Slovakkja

mäso z mladého dobytka

Il-Finlandja

vasikanliha/kalvkött

L-Isvezja

Kalvkött

Ir-Renju Unit

Beef

2.

Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ imsemmija fil-punt 1 jistgħu jkollhom magħhom ukoll indikazzjoni tal-isem jew id-denominazzjoni tal-biċċiet tal-laħam jew tal-intern ikkonċernati.

3.

Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ imniżżlin għall-kategorija V fil-punt A tat-tabella mogħtija fil-punt 1 u kwalunkwe isem ġdid li jkun ġej minn dawk id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ għandhom jintużaw biss jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan l-Anness.

B’mod partikulari, it-termini “veau”, “telecí”, “Kalb”, “μοσχάρι”, “ternera”, “kalv”, “veal”, “vitello”, “vitella”, “kalf”, “vitela” u “teletina” m’għandhomx jintużaw f’deskrizzjoni tal-bejgħ jew jiġu indikati fuq it-tikketti tal-laħam tal-annimali tal-ifrat li jkollhom iktar minn tnax-il xahar.

4.

Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 1 m’għandhomx japplikaw għal-laħam ta’ annimali tal-ifrat li għalihom tkun ġiet irreġistrata denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 qabel id-29 ta’ Ġunju 2007.

Parti II.   Prodotti tad-dwieli

(1)   Inbid

L-inbid għandu jkun il-prodott miksub esklużivament mill-fermentazzjoni alkoħolika totali jew parzjali tal-għeneb frisk, kemm jekk mgħaffeġ kif ukoll jekk le, jew tal-most.

L-inbid għandu:

(a)

ikollu, kemm jekk ikunu ġew applikati l-proċessi speċifikati fit-Taqsima B tal-Parti I tal-Anness XIII u kemm jekk le, qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux inqas minn 8,5 % tal-volum, sakemm l-inbid ikun ġej esklużivament minn għeneb maqtugħ fiż-żoni tal-vitikultura A u B imsemmija fl-Appendiċi għal dan l-Anness, u ta’ mhux inqas minn 9 % tal-volum f’żoni tal-vitikultura oħrajn;

(b)

ikollu, b’deroga mill-qawwa alkoħolika effettiva minima ġeneralment applikabbli, meta jkollu denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, kemm jekk ikunu ġew applikati l-proċessi speċifikati fit-Taqsima B tal-Parti II tal-Anness XIII u kemm jekk le, qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux anqas minn 4,5 % tal-volum;

(c)

ikollu qawwa alkoħolika totali ta’ mhux aktar minn 15 % tal-volum. Madankollu, b’deroga:

il-limitu massimu għall-qawwa alkoħolika totali jista’ jilħaq sa 20 % tal-volum għal inbejjed li jkunu ġew prodotti mingħajr ebda tisħiħ tal-inbid minn ċerti żoni tal-vitikultura tal-Unjoni, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1),

il-limitu massimu għall-qawwa alkoħolika totali jista’ jaqbeż il-15 % tal-volum għal inbejjed li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini li jkunu ġew prodotti mingħajr tisħiħ tal-inbid;

(d)

ikollu, suġġett għal derogi li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1), kontenut totali ta’ aċidità, espress bħala aċidu tartariku, ta’ mhux inqas minn 3.5 grammi għal kull litru jew 46.6 milliekwivalent għal kull litru.

L-inbid tat-tip “retsina” għandu jkun l-inbid prodott esklużivament fit-territorju ġeografiku tal-Greċja permezz tal-most ittrattat bir-raża miż-żnuber (mill-arżnu ta’ Aleppo). L-użu tar-raża taż-żnuber huwa permess biss biex jinkiseb l-inbid tat-tip “Retsina” bil-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjoni Griega applikabbli.

B’deroga mill-punt (b), it-“Tokaji eszencia” u t-“Tokajská esencia” huma meqjusin bħala nbid.

Madankollu, minkejja l-Artikolu 163(2), l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu tat-terminu “inbid” jekk:

(a)

dan ikun akkumpanjat mill-isem ta’ frotta fil-forma ta’ isem kompost sabiex jiġu kkummerċjalizzati prodotti tas-suq miksubin mill-fermentazzjoni ta’ frott ieħor għajr l-għeneb; jew

(b)

dan ikun parti minn isem kompost.

Għandha tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni ma’ prodotti li jikkorrispondu mal-kategoriji tal-inbid f’dan l-Anness.

(2)   Inbid ġdid li jkun għadu qed jiffermenta

L-inbid il-ġdid li jkun għadu qed jiffermenta għandu jkun il-prodott li fih il-fermentazzjoni alkoħolika tkun għadha mhijiex kompluta u li jkun għadu ma nfiridx mill-karfa tiegħu.

(3)   Inbid likur

L-inbid likur għandu jkun il-prodott:

(a)

li għandu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux inqas minn 15 % tal-volum u ta’ mhux aktar minn 22 % tal-volum;

(b)

li għandu qawwa alkoħolika totali ta’ mhux inqas minn 17,5 % tal-volum, għajr għal ċerti nbejjed likuri li għandhom denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika mniżżla f’lista li għandha titfassal mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1);

(c)

li jinkiseb:

mill-most fil-fermentazzjoni,

mill-inbid,

minn kombinament tal-prodotti ta’ hawn fuq, jew

mill-most jew minn taħlita tiegħu mal-inbid fil-każ ta’ ċerti nbejjed likuri li għandhom denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1);

(d)

li għandu qawwa alkoħolika naturali inizjali ta’ mhux inqas minn 12 % tal-volum għajr għal ċerti nbejjed likuri li għandhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta mniżżla f’lista li għandha titfassal mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1);

(e)

li miegħu jkun żdied dan li ġej:

(i)

individwalment jew flimkien:

alkoħol newtrali li ġej mid-dwieli, inkluż alkoħol prodott mid-distillazzjoni ta’ għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux inqas minn 96 % tal-volum,

distillat tal-inbid jew tal-għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux inqas minn 52 % tal-volum u ta’ mhux aktar minn 86 % tal-volum;

(ii)

flimkien ma’ wieħed mill-prodotti li ġejjin jew iżjed fejn xieraq:

il-most ikkonċentrat,

kombinament ta’ wieħed mill-prodotti msemmija fil-punt (e)(i) mal-most imsemmi fl-ewwel u fir-raba’ inċiż tal-punt (c);

(f)

li miegħu, b’deroga mill-punt (e), ikun żdied, fil-każ ta’ ċerti nbejjed likuri li għandhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta mniżżla f’lista li għandha titfassal mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1):

(i)

kwalunkwe wieħed mill-prodotti mniżżlin fil-punt (e)(i), individwalment jew flimkien; jew

(ii)

wieħed mill-prodotti li ġejjin jew iżjed:

alkoħol etiliku jew mill-għeneb imqadded li jkollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux inqas minn 95 % tal-volum u ta’ mhux aktar minn 96 % tal-volum,

spirti ddistillati mill-inbid jew mir-residwu tal-għasra, li jkollhom qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux inqas minn 52 % tal-volum u ta’ mhux aktar minn 86 % tal-volum,

spirti ddistillati mill-għeneb imqadded, li jkollhom qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux inqas minn 52 % tal-volum u ta’ mhux aktar minn 94,5 % tal-volum; u

(iii)

wieħed mill-prodotti li ġejjin jew iżjed, fejn ikun xieraq:

il-most parzjalment iffermentat li jkun ġej mill-għeneb imqadded,

il-most ikkonċentrat miksub permezz tas-sħana diretta, li jkun konformi, ħlief għal din l-operazzjoni, mad-definizzjoni tal-most ikkonċentrat,

il-most ikkonċentrat,

kombinament ta’ wieħed mill-prodotti msemmija fil-punt (f)(ii) mal-most imsemmi fl-ewwel u fir-raba’ inċiż tal-punt (c);

(4)   Inbid spumanti

L-inbid spumanti għandu jkun il-prodott:

(a)

li jinkiseb permezz tal-ewwel jew it-tieni fermentazzjoni alkoħolika:

mill-għeneb frisk,

mill-most, jew

mill-inbid;

(b)

li, meta jinfetaħ il-kontenitur, jerħi diossidu tal-karbonju li jkun ġie esklużivament mill-fermentazzjoni;

(c)

li għandu pressjoni żejda, minħabba d-diossidu tal-karbonju fit-taħlita, ta’ mhux inqas minn 3 bar meta jinżamm f’temperatura ta’ 20 °Ċ f’kontenituri magħluqa; u

(d)

li għalih, il-qawwa alkoħolika totali tat-taħlitiet ta’ nbid (il-“cuvées”) maħsubin għat-tħejjija tagħhom m’għandhiex tkun inqas minn 8,5 % tal-volum.

(5)   Inbid spumanti ta’ kwalità

L-inbid spumanti ta’ kwalità għandu jkun il-prodott:

(a)

li jinkiseb permezz tal-ewwel jew it-tieni fermentazzjoni alkoħolika:

mill-għeneb frisk,

mill-most, jew

mill-inbid;

(b)

li, meta jinfetaħ il-kontenitur, jerħi diossidu tal-karbonju li jkun ġie esklużivament mill-fermentazzjoni;

(c)

li għandu pressjoni żejda, minħabba d-diossidu tal-karbonju fit-taħlita, ta’ mhux inqas minn 3.5 bar meta jinżamm f’temperatura ta’ 20 °Ċ f’kontenituri magħluqa; u

(d)

li għalih, il-qawwa alkoħolika totali tat-taħlitiet ta’ nbid (il-“cuvées”) maħsubin għat-tħejjija tagħhom m’għandhiex tkun inqas minn 9 % tal-volum.

(6)   Inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità

L-inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità għandu jkun l-inbid spumanti ta’ kwalità:

(a)

li jinkiseb biss billi, meta ssir it-taħlita tal-inbid (il-“cuvée”), jintuża most jew most fil-fermentazzjoni li jkun ġej minn varjetajiet tal-għeneb tal-inbid speċifiċi mniżżlin f’lista li għandha titfassal mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1).

L-inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità prodotti tradizzjonalment bl-użu ta’ nbejjed meta ssir it-taħlita tal-inbid (il-“cuvée”), għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1);

(b)

li għandu pressjoni żejda, minħabba d-diossidu tal-karbonju fit-taħlita, ta’ mhux inqas minn 3 bar meta jinżamm f’temperatura ta’ 20 °Ċ f’kontenituri magħluqa;

(c)

li l-qawwa alkoħolika effettiva tiegħu ma tistax tkun ta’ inqas minn 6 % tal-volum; u

(d)

li l-qawwa alkoħolika totali tiegħu ma tistax tkun ta’ inqas minn 10 % tal-volum.

(7)   Inbid frizzanti bil-gass

L-inbid frizzanti bil-gass għandu jkun il-prodott li:

(a)

jinkiseb minn inbid li m’għandux denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta;

(b)

meta jinfetaħ il-kontenitur, jerħi diossidu tal-karbonju li jkun ġej totalment jew parzjalment miż-żieda ta’ dak il-gass; u

(c)

ikollu pressjoni żejda, minħabba d-diossidu tal-karbonju fit-taħlita, ta’ mhux inqas minn 3 bar meta jinżamm f’temperatura ta’ 20 °Ċ f’kontenituri magħluqa.

(8)   Inbid semifrizzanti

L-inbid semifrizzanti għandu jkun il-prodott li:

(a)

jinkiseb mill-inbid sakemm dak l-inbid ikollu qawwa alkoħolika totali ta’ mhux inqas minn 9 % tal-volum;

(b)

ikollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux inqas minn 7 % tal-volum;

(c)

ikollu pressjoni żejda, minħabba d-diossidu tal-karbonju endoġeniku fit-taħlita, ta’ mhux inqas minn 1 bar u ta’ mhux iktar minn 2.5 bar meta jinżamm f’temperatura ta’ 20 °Ċ f’kontenituri magħluqa; u

(d)

jitpoġġa f’kontenituri ta’ 60 litru jew inqas.

(9)   Inbid semifrizzanti bil-gass

L-inbid semifrizzanti bil-gass għandu jkun il-prodott li:

(a)

jinkiseb mill-inbid;

(b)

ikollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux anqas minn 7 % tal-volum u qawwa alkoħolika totali ta’ mhux anqas minn 9 % tal-volum;

(c)

ikollu pressjoni żejda, minħabba d-diossidu tal-karbonju li żdied kompletament jew parzjalment fit-taħlita, ta’ mhux inqas minn 1 bar u ta’ mhux iktar minn 2.5 bar meta jinżamm f’temperatura ta’ 20 °Ċ f’kontenituri magħluqa; u

(d)

jitpoġġa f’kontenituri ta’ 60 litru jew inqas.

(10)   Most

Il-most għandu jkun il-prodott likwidu miksub mill-għeneb frisk b’mod naturali jew permezz ta’ proċessi fiżiċi. Il-most jista’ jkollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux aktar minn 1 % tal-volum.

(11)   Most parzjalment iffermentat

Il-most fil-fermentazzjoni għandu jkun il-prodott miksub mill-fermentazzjoni tal-most li għandu qawwa alkoħolika effettiva ta’ aktar minn 1 % tal-volum iżda ta’ inqas minn tlieta minn ħamsa tal-qawwa alkoħolika totali tiegħu skont il-volum.

(12)   Most parzjalment iffermentat estratt minn għeneb imqadded

Il-most fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded għandu jkun il-prodott li jinkiseb mill-fermentazzjoni parzjali tal-most miksub mill-għeneb imqadded, li l-kontenut totali taz-zokkor tiegħu qabel il-fermentazzjoni huwa ta’ mill-inqas 272 gramma għal kull litru u li l-qawwa alkoħolika naturali u effettiva tiegħu m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 8 % tal-volum. Madankollu, ċerti nbejjed, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1), li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti m’għandhomx jitqiesu bħala most fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded.

(13)   Most ikkonċentrat

Il-most ikkonċentrat għandu jkun il-most li ma jkunx sar karamella li jinkiseb permezz tad-deidratazzjoni parzjali tal-most imwettqa bi kwalunkwe metodu awtorizzat għajr bis-sħana diretta b’tali mod li ċ-ċifra indikata minn rifrattometru użat skont metodu li għandu jiġi preskritt skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 165(1) u l-Artikolu 172(d) f’temperatura ta’ 20 °Ċ ma tkunx ta’ inqas minn 50,9 %.

Il-most ikkonċentrat jista’ jkollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux aktar minn 1 % tal-volum.

(14)   Most ikkonċentrat u msaffi

Il-most ikkonċentrat u msaffi għandu jkun il-prodott likwidu li ma jkunx sar karamella li:

(a)

jinkiseb permezz tad-deidratazzjoni parzjali tal-most imwettqa bi kwalunkwe metodu awtorizzat għajr bis-sħana diretta b’tali mod li ċ-ċifra indikata minn rifrattometru użat skont metodu li għandu jiġi preskritt skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 165(1) u l-Artikolu 172(d) f’temperatura ta’ 20 °Ċ ma tkunx ta’ inqas minn 61,7 %;

(b)

ikun għadda minn trattament awtorizzat għad-deaċidifikazzjoni u għat-tneħħija tal-kostitwenti għajr iz-zokkor;

(c)

għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

pH ta’ mhux aktar minn 5 f’valur ta’ 25 fuq il-miżien brix,

densità ottika f’425 nm għal ħxuna ta’ 1 ċm ta’ mhux aktar minn 0.100 fil-most ikkonċentrat f’valur ta’ 25 fuq il-miżien brix,

kontenut tas-sukrożju li ma jinstabx b’metodu ta’ analiżi li għandu jkun iddefinit,

indiċi folin-ciocalteu ta’ mhux aktar minn 6,00 f’valur ta’ 25 fuq il-miżien brix,

aċidità titrabbli ta’ mhux aktar minn 15-il milliekwivalent għal kull kilogramm ta’ zokkor totali,

kontenut ta’ diossidu tal-kubrit ta’ mhux aktar minn 25 milligramma għal kull kilogramm ta’ zokkor totali,

kontenut totali ta’ katjoni ta’ mhux aktar minn 8 milliekwivalenti għal kull kilogramm ta’ zokkor totali,

konduttività f’valur ta’ 25 fuq il-miżien brix u f’20 °Ċ ta’ mhux aktar minn 120 mikro-Siemens għal kull ċentimetru,

kontenut ta’ idrossimetilfurfural ta’ mhux aktar minn 25 milligramma għal kull kilogramm ta’ zokkor totali,

preżenza ta’ meżoinositol.

Il-most ikkonċentrat u msaffi jista’ jkollu qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux aktar minn 1 % tal-volum.

(15)   Inbid mill-għeneb imqadded

L-inbid mill-għeneb imqadded għandu jkun il-prodott li:

(a)

huwa prodott mingħajr tisħiħ tal-inbid, minn għeneb li jkun tħalla fix-xemx jew fid-dell għal deidratazzjoni parzjali;

(b)

għandu qawwa alkoħolika totali ta’ mill-inqas 16 % tal-volum u qawwa alkoħolika effettiva ta’ mill-inqas 9 % tal-volum; u

(c)

għandu qawwa alkoħolika naturali ta’ mill-inqas 16 % tal-volum (jew 272 gramma zokkor għal kull litru).

(16)   Inbid minn għeneb misjur iżżejjed

L-inbid minn għeneb misjur iżżejjed għandu jkun il-prodott li:

(a)

huwa prodott mingħajr tisħiħ tal-inbid;

(b)

għandu qawwa alkoħolika naturali ta’ aktar minn 15 % tal-volum; u

(c)

għandu qawwa alkoħolika totali ta’ mhux anqas minn 15 % tal-volum u qawwa alkoħolika effettiva ta’ mhux anqas minn 12 % tal-volum.

L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu perjodu ta’ maturazzjoni għal dan il-prodott.

(17)   Ħall tal-inbid

Il-ħall tal-inbid għandu jkun ħall li:

(a)

jinkiseb esklużivament permezz tal-fermentazzjoni aċetuża tal-inbid; u

(b)

għandu aċidità totali ta’ mhux inqas minn 60 gramma għal kull litru espressa bħala aċidu aċetiku.

Parti III.   Ħalib u prodotti tal-ħalib

1.

It-terminu “ħalib” għandu jfisser esklużivament it-tnixxija mammarja normali miksuba minn taħliba waħda jew iktar mingħajr żidiet jew tneħħijiet.

Madankollu, it-terminu “ħalib” jista’ jintuża:

(a)

għal ħalib ittrattat mingħajr ma tinbidel il-kompożizzjoni tiegħu jew għal ħalib li l-kontenut tax-xaħam tiegħu huwa standardizzat skont il-Parti IV ta’ dan l-Anness;

(b)

flimkien ma’ kelma jew kliem li juru t-tip, il-grad, l-oriġini u/jew l-użu maħsub tat-tali ħalib jew li jiddeskrivu t-trattament fiżiku jew il-bidla fil-kompożizzjoni li għaliha jkun ġie suġġett, jekk kemm-il darba l-bidla tkun ristretta għal żieda u/jew għal tneħħija ta’ kostitwenti naturali tal-ħalib.

2.

Għall-għanijiet ta’ din il-Parti, “il-prodotti tal-ħalib” tfisser prodotti li jkunu ġejjin esklużivament mill-ħalib, bil-fehim li jistgħu jiżdiedu sustanzi meħtieġa għall-manifattura tagħhom jekk kemm-il darba dawk is-sustanzi ma jintużawx biex jieħdu post, bis-sħiħ jew parzjalment, kwalunkwe kostitwent tal-ħalib.

Dan li ġej għandu jkun riżervat esklużivament għall-prodotti tal-ħalib:

(a)

l-ismijiet li ġejjin użati f’kull stadju tal-kummerċjalizzazzjoni:

(i)

xorrox,

(ii)

krema,

(iii)

butir,

(iv)

xorrox tal-butir,

(v)

żejt tal-butir,

(vi)

kaseini,

(vii)

xaħam tal-ħalib anidru (AMF),

(viii)

ġobon,

(ix)

jogurt,

(x)

kefir,

(xi)

kumis,

(xii)

viili/fil,

(xiii)

smetana,

(xiv)

fil;

(b)

ismijiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/13/KE li jintużaw fir-realtà għall-prodotti tal-ħalib.

3.

It-terminu “ħalib” u d-denominazzjonijiet użati għall-prodotti tal-ħalib jistgħu jintużaw ukoll flimkien ma’ kelma jew kliem li juru prodotti komposti li l-ebda parti minnhom ma tieħu jew ma hi beħsiebha tieħu post kwalunkwe kostitwent tal-ħalib u li minnhom il-ħalib jew prodott tal-ħalib huwa parti essenzjali f’termini ta’ kwantità jew għall-karatterizzazzjoni tal-prodott.

4.

L-oriġini tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li għandha tiġi ddefinita mill-Kummissjoni għandha tkun iddikjarata jekk din ma tkunx bovina.

5.

Id-denominazzjonijiet imsemmija fil-punti 1, 2 u 3 ta’ din il-Parti ma jistgħu jintużaw għall-ebda prodott ieħor għajr dawk imsemmija f’dak il-punt.

Madankollu, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għad-denominazzjoni ta’ prodotti li n-natura eżatta tagħhom hija ċara minn użu tradizzjonali u/jew meta d-denominazzjonijiet jintużaw b’mod ċar biex jiddeskrivu kwalità li hija karatteristika tal-prodott.

6.

Fir-rigward ta’ prodott ieħor apparti dawk deskritti fil-punti 1, 2 u 3 ta’ din il-Parti, l-ebda tikketta, dokument kummerċjali, materjal pubbliċitarju jew xi forma ta’ riklamar kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament vEwropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (1) jew xi forma ta’ preżentazzjoni ma tista’ tintuża li tippretendi, timplika jew tissuġġerixxi li l-prodott huwa prodott tal-ħalib.

Madankollu, fir-rigward ta’ prodott li fih il-ħalib jew prodotti tal-ħalib, id-denominazzjoni “ħalib” jew id-denominazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt 2 ta’ din il-Parti jistgħu jintużaw biss sabiex tiġi deskritta l-materja prima bażika u sabiex jiġu elenkati l-ingredjenti skont id-Direttiva 2000/13/KE.

Parti IV.   Ħalib għall-konsum mill-bniedem li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 0401

I.   Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din il-Parti:

(a)

“ħalib” tfisser il-prodott tal-ħlib ta’ baqra waħda jew aktar;

(b)

“ħalib tax-xorb” tfisser il-prodotti msemmija fil-punt III maħsuba sabiex jitwasslu lill-konsumatur mingħajr ma jiġu pproċessati aktar;

(c)

“kontenut tax-xaħam” tfisser il-proporzjon skont il-massa tal-partijiet tax-xaħam tal-ħalib għal kull mitt parti tal-ħalib fil-ħalib ikkonċernat;

(d)

“kontenut ta’ proteini” tfisser il-proporzjon skont il-massa tal-partijiet ta’ proteina għal kull mitt parti tal-ħalib fil-ħalib ikkonċernat (miksub billi l-kontenut totali tan-nitroġenu tal-ħalib espress bħala perċentwali skont il-massa jiġi mmultiplikat b’6.38).

II.   Kunsinna jew bejgħ lill-konsumatur finali

(1)

Il-ħalib li huwa konformi mar-rekwiżiti stabbiliti għall-ħalib tax-xorb biss jista’ jitwassal jew jinbiegħ mingħajr ipproċessar lill-konsumatur finali, jew direttament jewinkella permezz ta’ intermedjarju bħar-ristoranti, l-isptarijiet, il-kantins jew fornituri oħra simili li jservu l-massa.

(2)

Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li għandhom jintużaw għal dawk il-prodotti għandhom ikunu dawk mogħtija fil-punt III ta’ din il-Parti. Dawk id-deskrizzjonijiet għandhom jintużaw biss għall-prodotti msemmija f’dak il-punt, mingħajr ħsara għall-użu tagħhom f’deskrizzjonijiet komposti.

(3)

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri sabiex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar in-natura u l-kompożizzjoni tal-prodotti kkonċernati f’każijiet fejn in-nuqqas ta’ din l-informazzjoni x’aktarx twassal għat-taħwid.

III.   Ħalib tax-xorb

1.

Il-prodotti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala ħalib tax-xorb:

(a)

ħalib mhux imsajjar: ħalib li ma ssaħħanx ’il fuq minn 40 °Ċ jew li ma kienx suġġett għal trattament b’effett ekwivalenti;

(b)

ħalib sħiħ: ħalib ittrattat bis-sħana li, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontenut tax-xaħam, jissodisfa wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

ħalib sħiħ standardizzat: ħalib b’kontenut tax-xaħam ta’ mill-inqas 3,50 % (m/m). Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal kategorija addizzjonali ta’ ħalib sħiħ b’kontenut tax-xaħam ta’ 4,00 % (m/m) jew aktar,

(ii)

ħalib sħiħ mhux standardizzat: ħalib b’kontenut tax-xaħam li ma nbidilx sa mill-istadju tal-ħlib jew biż-żieda jew bit-tneħħija ta’ xaħmijiet tal-ħalib jew bit-taħlit ma’ ħalib li nbidillu l-kontenut tax-xaħam naturali tiegħu. Madanakollu, il-kontenut tax-xaħam ma jistax ikun ta’ inqas minn 3,50 % (m/m);

(c)

ħalib semixkumat: ħalib ittrattat bis-sħana li l-kontenut tax-xaħam tiegħu tnaqqas għallinqas għal 1,50 % (m/m) u l-aktar għal 1,80 % (m/m);

(d)

ħalib xkumat: ħalib ittrattat bis-sħana li l-kontenut tax-xaħam tiegħu tnaqqas għal mhux aktar minn 0,50 % (m/m).

Ħalib ittrattat bis-sħana li mhux konformi mar-rekwiżiti tal-kontenut tax-xaħam stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu għandu jitqies bħala ħalib tax-xorb sakemm il-kontenut tax-xaħam ikun indikat b’mod ċar b’ċifra deċimali waħda u b’mod li jinqara faċilment fuq il-pakkett fil-forma ta’ “… % xaħam”. It-tali ħalib m’għandux ikun deskritt bħala ħalib sħiħ, bħala ħalib semixkumat jew bħala ħalib xkumat.

2.

Mingħajr ħsara għall-punt 1(b)(ii), il-bidliet li ġejjin biss għandhom ikunu permessi:

(a)

sabiex jintlaħqu l-kontenuti tax-xaħam stabbiliti għall-ħalib tax-xorb, it-tibdil tal-kontenut tax-xaħam naturali permezz tat-tneħħija jew iż-żieda ta’ krema jew iż-żieda ta’ ħalib sħiħ, ħalib semixkumat jew ħalib xkumat;

(b)

l-arrikkiment tal-ħalib bi proteini tal-ħalib, bil-melħ minerali jew bil-vitamini;

(c)

it-tnaqqis tal-kontenut tal-lattosju permezz tal-konverżjoni għall-glukożju u l-galattożju.

Il-bidliet fil-kompożizzjoni tal-ħalib imsemmija fil-punti (b) u (c) għandhom ikunu permessi biss jekk ikunu indikati fuq il-pakkett tal-prodott b’tali mod li ma jkunux jistgħu jitħassru u b’tali mod li jkunu jidhru u jinqraw faċilment. Madankollu, it-tali indikazzjoni m’għandhiex tneħħi l-obbligu dwar it-tikkettar nutrittiv stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE (2). Fil-każ li jiżdiedu xi proteini, il-kontenut ta’ proteini tal-ħalib arrikkit irid ikun ta’ 3,8 % (m/m) jew iktar.

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jipprojbixxu bidliet fil-kompożizzjoni tal-ħalib imsemmija fil-punti (b) u (c).

3.

Il-ħalib tax-xorb għandu:

(a)

ikollu temperatura ta’ ffriżar li tkun qrib it-temperatura medja ta’ ffriżar tal-ħalib mhux imsajjar irreġistrata fiż-żona tal-oriġini minn fejn inġabar il-ħalib tax-xorb;

(b)

ikollu massa ta’ mhux anqas minn 1 028 gramma għal kull litru għal ħalib li jkollu 3,5 % (m/m) ta’ xaħam f’temperatura ta’ 20 °Ċ jew il-piż ekwivalenti għal kull litru għal ħalib li jkollu kontenut tax-xaħam differenti;

(c)

ikollu ammont minimu ta’ 2,9 % (m/m) ta’ proteini għal ħalib li jkollu 3,5 % (m/m) ta’ xaħam jew konċentrazzjoni ekwivalenti fil-każ ta’ ħalib li jkollu kontenut tax-xaħam differenti.

Parti V.   Prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur

I   Din il-Parti ta’ dan l-Anness għandha tapplika f’dak li għandu x’jaqsam mal-kummerċjalizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni permezz tan-negozju jew tal-kummerċ, ta’ ċerti tipi u preżentazzjonijiet tal-laħam tat-tjur, u ta’ preparazzjonijiet u prodotti tal-laħam tat-tjur jew tal-ġewwieni tat-tjur, tal-ispeċijiet li ġejjin:

Gallus domesticus,

papri,

wiżż,

dundjani,

fargħuni.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għal-laħam tat-tjur fis-salmura li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 0210 99 39.

II   Definizzjonijiet

(1)

“laħam tat-tjur” tfisser laħam tat-tjur tajjeb għall-konsum mill-bniedem, li ma għadda minn ebda trattament għajr trattament kiesaħ;

(2)

“laħam tat-tjur frisk” tfisser laħam tat-tjur li ma jkun ibbies fl-ebda ħin bil-proċess tat-tkessiħ qabel ma jkun inżamm f’temperatura ta’ mhux inqas minn – 2 °Ċ u ta’ mhux aktar minn + 4 °Ċ. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti tat-temperatura kemmxejn differenti għat-tul ta’ ħin minimu meħtieġ għall-qtugħ u t-trattament ta’ laħam tat-tjur frisk fi ħwienet tal-imnut jew f’postijiet li jinsabu ħdejn il-punti tal-bejgħ, fejn il-qtugħ u t-trattament isiru biss bil-għan li l-konsumatur jinqeda fuq il-post;

(3)

“laħam tat-tjur iffriżat” tfisser laħam tat-tjur li għandu jiġi ffriżat mill-aktar fis possibbli fil-limiti tal-proċeduri normali ta’ tbiċċir u li għandu jinżamm f’temperatura li qatt ma tkun ogħla minn – 12-il °Ċ.

(4)

“laħam tat-tjur iffriżat malajr” tfisser laħam tat-tjur li għandu jinżamm f’temperatura ta’ mhux aktar minn -18-il °Ċ fi kwalunkwe ħin fit-tolleranzi kif previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE (3).

(5)

“preparazzjoni tal-laħam tat-tjur” tfisser laħam tat-tjur, inkluż laħam tat-tjur li jkun spiċċa f’biċċiet, li miegħu jkunu żdiedu prodotti tal-ikel, ħwawar jew addittivi jew li jkun għadda minn proċessi li ma jkunux biżżejjed biex jibdlu l-istruttura tal-fibra interna tal-muskolu tal-laħam;

(6)

“preparazzjoni ta’ laħam tat-tjur frisk” tfisser preparazzjoni ta’ laħam tat-tjur li għaliha jkun intuża laħam tat-tjur frisk.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti tat-temperatura kemmxejn differenti li għandhom jiġu applikati għat-tul ta’ ħin minimu meħtieġ u biss sal-punt meħtieġ biex jiġi ffaċilitat il-qtugħ u t-trattament imwettaq fil-fabbrika matul il-produzzjoni tal-preparazzjonijiet tal-laħam tat-tjur frisk;

(7)

“prodott tal-laħam tat-tjur” tfisser prodott tal-laħam kif iddefinit fil-punt 7.1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li għalih ikun intuża l-laħam tat-tjur.

Parti VI.   Xaħmijiet li jistgħu jiddelku

Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 163 ma jistgħux jiġu fornuti jew ittrasferiti lill-konsumatur aħħari mingħajr ipproċessar, la direttament u lanqas permezz ta’ ristoranti, sptarijiet, kantins jew stabbilimenti oħra simili, sakemm ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness.

Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ ta’ dawn il-prodotti għandhom ikunu dawk speċifikati f’din il-Parti.

Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ t’hawn taħt għandhom ikunu rriżervati għall-prodotti ddefiniti fihom li jkollhom il-kodiċijiet tan-NM ta’ warajhom u li jkollhom kontenut tax-xaħam ta’ mill-inqas 10 % mill-piż iżda ta’ inqas minn 90 % minnu:

(a)

xaħmijiet tal-ħalib li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0405 u ex 2106;

(b)

xaħmijiet li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru ex 1517;

(c)

xaħmijiet magħmula minn prodotti tal-pjanti u/jew tal-annimali li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri ex 1517 u ex 2106.

Il-kontenut ta’ xaħam eskluż il-melħ għandu jkun ta’ mill-inqas żewġ terzi tal-materja niexfa.

Madankollu, dawn id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ għandhom japplikaw biss għal prodotti li jibqgħu solidi f’temperatura ta’ 20 °Ċ, u li huma adattati biex jiddelku.

Dawn id-definizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal:

(a)

id-denominazzjoni ta’ prodotti li n-natura eżatta tagħhom hija ċara minn użu tradizzjonali u/jew meta d-denominazzjonijiet jintużaw b’mod ċar biex jiddeskrivu kwalità li hija karatteristika tal-prodott;

(b)

prodotti kkonċentrati (butir, marġerina, taħlitiet) b’kontenut tax-xaħam ta’ 90 % jew iktar.

Grupp tax-xaħam

Deskrizzjoni tal-bejgħ

Kategoriji tal-prodotti

Definizzjonijiet

Deskrizzjoni addizzjonali tal-kategorija b’indikazzjoni tal-perċentwal tal-kontenut tax-xaħam skont il-piż

A.   Xaħmijiet tal-ħalib

Prodotti fil-forma ta’ emulsjoni solida, malleabbli, l-iktar tat-tip tal-ilma fiż-żejt, miksuba esklużivament mill-ħalib u/jew minn ċerti prodotti tal-ħalib, li fihom ix-xaħam huwa l-kostitwent essenzjali ta’ valur. Madankollu, jistgħu jiżdiedu sustanzi oħra meħtieġa għall-manifattura tagħhom, jekk kemm-il darba dawk is-sustanzi ma jintużawx sabiex jieħdu post, bis-sħiħ jew parzjalment, xi kostitwent tal-ħalib.

1.

Il-butir

2.

Butir tliet kwarti xaħam (4)

3.

Butir nofs xaħam (5)

4.

Prodotti tal-ħalib li jistgħu jiddelku ta’ X %

Il-prodott li għandu kontenut tax-xaħam tal-ħalib ta’ mhux inqas minn 80 % iżda ta’ inqas minn 90 %, kontenut massimu tal-ilma ta’ 16 % u kontenut massimu ta’ materjal tal-ħalib niexef u mhux xaħmi ta’ 2 %.

Il-prodott li għandu kontenut tax-xaħam tal-ħalib ta’ mhux inqas minn 60 % iżda ta’ mhux aktar minn 62 %.

Il-prodott li għandu kontenut tax-xaħam tal-ħalib ta’ mhux inqas minn 39 % iżda ta’ mhux aktar minn 41 %.

Il-prodott li għandu l-kontenut ta’ xaħam tal-ħalib li ġej:

inqas minn 39 %,

aktar minn 41 % iżda inqas minn 60 %,

aktar minn 62 % iżda inqas minn 80 %.

B.   Xaħmijiet

Prodotti fil-forma ta’ emulsjoni solida, malleabbli, l-iktar tat-tip tal-ilma fiż-żejt, miksuba minn xaħmijiet solidi u/jew likwidi veġetali u/jew tal-annimali adattati għall-konsum mill-bniedem, li fihom kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mhux aktar minn 3 % tal-kontenut tax-xaħam.

1.

Marġerina

2.

Marġerina tliet kwarti xaħam (6)

3.

Marġerina nofs xaħam (7)

4.

Xaħam li jista’ jiddellek ta’ X %

Il-prodott miksub minn xaħmijiet veġetali u/jew tal-annimali li għandu kontenut tax-xaħam ta’ mhux inqas minn 80 % iżda ta’ inqas minn 90 %.

Il-prodott miksub minn xaħmijiet veġetali u/jew tal-annimali li għandu kontenut tax-xaħam ta’ mhux inqas minn 60 % iżda ta’ mhux aktar minn 62 %.

Il-prodott miksub minn xaħmijiet veġetali u/jew tal-annimali li għandu kontenut tax-xaħam ta’ mhux inqas minn 39 % iżda ta’ mhux aktar minn 41 %.

Il-prodott miksub minn xaħmijiet veġetali u/jew tal-annimali li għandu l-kontenut tax-xaħam li ġej:

inqas minn 39 %,

aktar minn 41 % iżda inqas minn 60 %,

aktar minn 62 % iżda inqas minn 80 %.

C.   Xaħmijiet magħmula minn prodotti tal-pjanti u/jew tal-annimali

Prodotti fil-forma ta’ emulsjoni solida, malleabbli, l-iktar tat-tip tal-ilma fiż-żejt, miksuba minn xaħmijiet solidi u/jew likwidi veġetali u/jew tal-annimali adattati għall-konsum mill-bniedem, li fihom kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ bejn 10 % u 80 % tal-kontenut tax-xaħam.

1.

Taħlita

2.

Taħlita tliet kwarti xaħam (8)

3.

Taħlita nofs xaħam (9)

4.

Taħlita li tista’ tiddellek ta’ X %

Il-prodott miksub minn taħlita ta’ xaħmijiet veġetali u/jew tal-annimali li għandu kontenut tax-xaħam ta’ mhux inqas minn 80 % iżda ta’ inqas minn 90 %.

Il-prodott miksub minn taħlita ta’ xaħmijiet veġetali u/jew tal-annimali li għandu kontenut tax-xaħam ta’ mhux inqas minn 60 % iżda ta’ mhux aktar minn 62 %.

Il-prodott miksub minn taħlita ta’ xaħmijiet veġetali u/jew tal-annimali li għandu kontenut tax-xaħam ta’ mhux inqas minn 39 % iżda ta’ mhux aktar minn 41 %.

Il-prodott miksub minn taħlita ta’ xaħmijiet veġetali u/jew tal-annimali li għandu l-kontenut tax-xaħam li ġej:

inqas minn 39 %,

aktar minn 41 % iżda inqas minn 60 %,

aktar minn 62 % iżda inqas minn 80 %.

Nota:

Il-komponent tax-xaħam tal-ħalib tal-prodotti mniżżlin f’din il-Parti jista’ jinbidel biss bi proċessi fiżiċi.

Parti VII.   Deskrizzjonijiet u definizzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ

L-użu tad-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet taż-żjut taż-żebbuġa u taż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ stabbiliti f’din il-Parti għandu jkun obbligatorju f’dak li għandu x’jaqsam mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti kkonċernati fl-Unjoni u, safejn ikun kompatibbli ma’ regoli obbligatorji internazzjonali, fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi.

Iż-żjut imsemmija fil-punti 1(a) u (b), 3 u 6 ta’ din il-Parti biss jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut.

(1)   ŻJUT TAŻ-ŻEBBUĠA VERĠNI

Żjut miksuba mill-frott tas-siġra taż-żebbuġ permezz ta’ mezzi mekkaniċi jew fiżiċi oħra biss b’kundizzjonijiet li ma jwasslux għal bidliet fiż-żejt, li ma jkunux għaddew minn xi trattament ieħor għajr għall-ħasil, id-dikantar, il-frid b’azzjoni ċentrifuga jew il-filtrazzjoni, bl-esklużjoni ta’ żjut miksuba bl-użu ta’ solventi jew ta’ aġġuvanti li għandhom azzjoni kimika jew bijokimika, jew bi proċess tar-riesterifikazzjoni u bi kwalunkwe taħlita ma’ żjut ta’ xort’oħra.

Iż-żjut taż-żebbuġa verġni huma kklassifikati u deskritti esklużivament hekk kif ġej:

(a)   Żejt taż-żebbuġa straverġni

Żejt taż-żebbuġa verġni li l-aċidità libera massima tiegħu, f’termini ta’ aċidu olejku, hija ta’ 0.8 grammi għal kull 100 gramma, u li l-karatteristiċi l-oħra tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti għal din il-kategorija.

(b)   Żejt taż-żebbuġa verġni

Żejt taż-żebbuġa verġni li l-aċidità libera massima tiegħu, f’termini ta’ aċidu olejku, hija ta’ 2 grammi għal kull 100 gramma, u li l-karatteristiċi l-oħra tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti għal din il-kategorija.

(c)   Żejt taż-żebbuġa “lampante”

Żejt taż-żebbuġa verġni li l-aċidità libera tiegħu, f’termini ta’ aċidu olejku, hija ta’ iżjed minn 2 grammi għal kull 100 gramma, u/jew li l-karatteristiċi l-oħra tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti għal din il-kategorija.

(2)   ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA RAFFINAT

Żejt taż-żebbuġa miksub mir-raffinar taż-żejt taż-żebbuġa verġni, li l-aċidità libera tiegħu, f’termini ta’ aċidu olejku, mhijiex ta’ aktar minn 0.3 grammi għal kull 100 gramma, u li l-karatteristiċi l-oħra tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti għal din il-kategorija.

(3)   ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA – MAGĦMUL MINN ŻJUT TAŻ-ŻEBBUĠA RAFFINATI U MINN ŻJUT TAŻ-ŻEBBUĠA VERĠNI

Żejt taż-żebbuġa miksub mit-taħlit taż-żejt taż-żebbuġa raffinat u taż-żejt taż-żebbuġa verġni għajr għaż-żejt taż-żebbuġa “lampante”, li l-aċidità libera tiegħu, f’termini ta’ aċidu olejku, mhijiex ta’ iżjed minn 1 gramma għal kull 100 gramma, u li l-karatteristiċi l-oħra tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti għal din il-kategorija.

(4)   ŻEJT MHUX RAFFINAT MIR-RESIDWI TAŻ-ŻEBBUĠ

Żejt miksub mir-residwi taż-żebbuġ permezz ta’ trattament b’solventi jew b’mezzi fiżiċi jew żejt li jikkorrispondi maż-żejt taż-żebbuġa “lampante”, ħlief għal ċerti karatteristiċi speċifikati, għajr iż-żejt miksub permezz tar-riesterifikazzjoni u permezz ta’ taħlitiet ma’ żjut ta’ xort’oħra, u li l-karatteristiċi l-oħra tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti għal din il-kategorija.

(5)   ŻEJT RAFFINAT MIR-RESIDWI TAŻ-ŻEBBUĠ

Żejt miksub mir-raffinar taż-zejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ, li l-aċidità libera tiegħu, f’termini ta’ aċidu olejku, mhijiex ta’ iżjed minn 0.3 grammi għal kull 100 gramma, u li l-karatteristiċi l-oħra tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti għal din il-kategorija.

(6)   ŻEJT MIR-RESIDWI TAŻ-ŻEBBUĠ

Żejt miksub mit-taħlit taż-zejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa verġni ħlief għaż-żejt taż-żebbuġa “lampante”, li l-aċidità libera tiegħu, f’termini ta’ aċidu olejku, mhijiex ta’ iżjed minn 1 gramma għal kull 100 gramma, u li l-karatteristiċi l-oħra tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti għal din il-kategorija.


(1)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

(2)  ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40.

(3)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 34.

(4)  jikkorrispondi għal “smør 60” bid-Daniż.

(5)  jikkorrispondi għal “smør 40” bid-Daniż.

(6)  tikkorrispondi għal “margarine 60” bid-Daniż.

(7)  tikkorrispondi għal “margarine 60” bid-Daniż.

(8)  tikkorrispondi għal “blandingsprodukt 60” bid-Daniż.

(9)  tikkorrispondi għal “blandingsprodukt 40” bid-Daniż.

Nota:

Il-komponent tax-xaħam tal-ħalib tal-prodotti mniżżlin f’din il-Parti jista’ jinbidel biss bi proċessi fiżiċi.

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Appendiċi għall-Anness XII (imsemmi fil-Parti II)

Żoni ta’ vitikultura

Iż-żoni ta’ vitikultura għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(1)

Iż-żona ta’ vitikultura A tħaddan fiha:

(a)

fil-Ġermanja: iż-żoni mħawlin bid-dwieli minbarra dawk inklużi fil-punt 2(a);

(b)

fil-Lussemburgu: ir-reġjun tal-vitikultura tal-Lussemburgu;

(c)

fil-Belġju, fid-Danimarka, fl-Irlanda, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Polonja, fl-Isvezja u fir-Renju Unit: iż-żoni ta’ vitikultura ta’ dawn il-pajjiżi;

(d)

fir-Repubblika Ċeka: ir-reġjun tal-vitikultura ta’ Čechy.

(2)

Iż-żona ta’ vitikultura B tħaddan fiha:

(a)

fil-Ġermanja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjun speċifikat ta’ Baden;

(b)

fi Franza, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fid-dipartimenti li ma jissemmewx f’dan l-Anness u fid-dipartimenti li ġejjin:

f’Alsace: Bas-Rhin, Haut-Rhin,

f’Lorraine: Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Vosges,

f’Champagne: Aisne, Aube, Marne, Haute-Marne, Seine-et-Marne,

fil-Jura: Ain, Doubs, Jura, Haute-Saône,

f’Savoie: Savoie, Haute-Savoie, Isère (commune de Chapareillan),

fil-Val de Loire: Cher, Deux-Sèvres, Indre, Indre-et-Loire, Loir-et-Cher, Loire-Atlantique, Loiret, Maine-et-Loire, Sarthe, Vendée, Vienne, u ż-żoni mħawlin bid-dwieli fid-distrett amministrattiv (l-“arrondissement”) ta’ Cosne-sur-Loire fid-dipartiment ta’ Nièvre;

(c)

fl-Awstrija, iż-żona tal-vitikultura Awstrijaka;

(d)

fir-Repubblika Ċeka, ir-reġjun tal-vitikultura ta’ Morava u ż-żoni mħawlin bid-dwieli li mhumiex inklużi fil-punt 1(d);

(e)

fis-Slovakkja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Malokarpatská vinohradnícka oblast, Južnoslovenská vinohradnícka oblast, Nitrianska vinohradnícka oblast, Stredoslovenská vinohradnícka oblast, Východoslovenská vinohradnícka oblast u ż-żoni tal-vitikultura li mhumiex inklużi fil-punt 3(f);

(f)

fis-Slovenja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin:

fir-reġjun ta’ Podravje: Štajerska Slovenija, Prekmurje,

fir-reġjun ta’ Posavje: Bizeljsko Sremič, Dolenjska u Bela krajina, u ż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li mhumiex inklużi fil-punt 4(d);

(g)

fir-Rumanija, fiż-żona ta’ Podișul Transilvaniei.

(3)

Iż-żona ta’ vitikultura C I tħaddan fiha:

(a)

fi Franza, iż-żoni mħawlin bid-dwieli:

fid-dipartimenti li ġejjin: Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Hautes-Alpes, Alpes-Maritimes, Ariège, Aveyron, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Corrèze, Côte-d’Or, Dordogne, Haute-Garonne, Gers, Gironde, Isère (ħlief għall-komun ta’ Chapareillan), Landes, Loire, Haute-Loire, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Nièvre (ħlief għad-distrett amministrattiv (l-“arrondissement”) ta’ Cosne-sur-Loire), Puy-de-Dôme, Pyrénées-Atlantiques, Hautes-Pyrénées, Rhône, Saône-et-Loire, Tarn, Tarn-et-Garonne, Haute-Vienne, Yonne,

fid-distretti amministrattivi (l-“arrondissements”) ta’ Valence u Die fid-dipartiment ta’ Drôme (ħlief għad-distretti awtonomi (il-“cantons”) ta’ Dieulefit, Loriol, Marsanne u Montélimar),

fid-distrett amministrattiv (l-“arrondissement”) ta’ Tournon, fid-distretti awtonomi (il-“cantons”) ta’ Antraigues, Burzet, Coucouron, Montpezat-sous-Bauzon, Privas, Saint-Etienne de Lugdarès, Saint-Pierreville, Valgorge u la Voulte-sur-Rhône tad-dipartiment ta’ Ardèche;

(b)

fl-Italja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjun ta’ Valle d’Aosta u fil-provinċji ta’ Sondrio, Bolzano, Trento u Belluno;

(c)

fi Spanja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fil-provinċji ta’ A Coruña, Asturias, Cantabria, Guipúzcoa u Vizcaya;

(d)

fil-Portugall, iż-żoni mħawlin bid-dwieli f’dik il-parti tar-reġjun ta’ Norte li tikkorrispondi maż-żona tal-inbid imsejħa “Vinho Verde” kif ukoll il-“Concelhos de Bombarral, Lourinhã, Mafra e Torres Vedras” (ħlief għall-“Freguesias da Carvoeira e Dois Portos”), li jiffurmaw parti mir-reġjun imsejjaħ “Região viticola da Extremadura”,

(e)

fl-Ungerija, iż-żoni kollha mħawlin bid-dwieli,

(f)

fis-Slovakkja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjun ta’ Tokajská vinohradnícka oblast,

(g)

fir-Rumanija, iż-żoni mħawlin bid-dwieli li mhumiex inklużi fil-punt 2(g) jew 4(f).

(4)

Iż-żona ta’ vitikultura C II tħaddan fiha:

(a)

fi Franza, iż-żoni mħawlin bid-dwieli:

fid-dipartimenti li ġejjin: Aude, Bouches-du-Rhône, Gard, Hérault, Pyrénées-Orientales (ħlief għad-distretti awtonomi (il-“cantons”) ta’ Olette u Arles-sur-Tech), Vaucluse,

fil-parti tad-dipartiment ta’ Var li jmiss fin-naħa t’isfel mal-konfini ta’ fuq tal-komuni ta’ Evenos, Le Beausset, Solliès-Toucas, Cuers, Puget-Ville, Collobrières, La Garde-Freinet, Plan-de-la-Tour u Sainte-Maxime,

fid-distrett amministrattiv (l-“arrondissement”) ta’ Nyons u fid-distrett awtonomu (il-“canton”) ta’ Loriol-sur-Drôme fid-dipartiment ta’ Drôme,

f’dawk il-partijiet tad-dipartiment ta’ Ardèche li mhumiex imniżżlin fil-punt 3(a);

(b)

fl-Italja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Abruzzo, Campania, Emilia-Romagna, Friuli-Venezia Giulia, Lazio, Liguria, Lombardia (ħlief għall-provinċja ta’ Sondrio), Marche, Molise, Piemonte, Toscana, Umbria, Veneto (ħlief għall-provinċja ta’ Belluno), inklużi l-gżejjer li jiffurmaw parti minn dawk ir-reġjuni, bħall-gżira ta’ Elba u l-gżejjer l-oħrajn tal-arċipelagu Toskan, il-gżejjer Ponziane, Capri u Ischia;

(c)

fi Spanja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fil-provinċji li ġejjin:

Lugo, Orense, Pontevedra,

Ávila (ħlief għall-komuni li jikkorrispondu mal-inbid imsejjaħ “comarca” ta’ Cebreros), Burgos, León, Palencia, Salamanca, Segovia, Soria, Valladolid, Zamora,

La Rioja,

Álava,

Navarra,

Huesca,

Barcelona, Girona, Lleida,

f’dik il-parti tal-provinċja ta’ Zaragoza li tinsab fit-Tramuntana tax-xmara Ebro,

f’dawk il-komuni tal-provinċja ta’ Tarragona inklużi fid-denominazzjoni tal-oriġini ta’ “Penedés”,

f’dik il-parti tal-provinċja ta’ Tarragona li tikkorrispondi mal-inbid imsejjaħ “comarca” ta’ Conca de Barberá;

(d)

fis-Slovenja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Brda jew Goriška Brda, Vipavska dolina jew Vipava, Kras u Slovenska Istra;

(e)

fil-Bulgarija, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Dunavska Ravnina (Дунавска равнина), Chernomorski Rayon (Черноморски район), Rozova Dolina (Розова долина);

(f)

fir-Rumanija, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin:

Dealurile Buzăului, Dealu Mare, Severinului u Plaiurile Drâncei, Colinele Dobrogei, Terasele Dunării, ir-reġjun tal-inbid tan-Nofsinhar, inklużi r-ramel u reġjuni favorevoli oħrajn.

(5)

Iż-żona ta’ vitikultura C III (a) tħaddan fiha:

(a)

fil-Greċja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fin-“nomoi” li ġejjin: Florina, Imathia, Kilkis, Grevena, Larisa, Ioannina, Levkas, Akhaia, Messinia, Arkadia, Korinthia, Iraklio, Khania, Rethimni, Samos, Lasithi u l-gżira ta’ Thira (Santorini);

(b)

f’Ċipru, iż-żoni mħawlin bid-dwieli li jinsabu f’altitudni ta’ aktar minn 600 metru;

(c)

fil-Bulgarija, iż-żoni mħawlin bid-dwieli li mhumiex inklużi fil-punt 4(e).

(6)

Iż-żona ta’ vitikultura C III (b) tħaddan fiha:

(a)

fi Franza, iż-żoni mħawlin bid-dwieli:

fid-dipartimenti ta’ Corsica,

f’dik il-parti tad-dipartiment ta’ Var li tinsab bejn il-baħar u linja li għandha l-konfini tagħha mal-komuni (li huma inklużi wkoll) ta’ Evenos, Le Beausset, Solliès-Toucas, Cuers, Puget-Ville, Collobrières, La Garde-Freinet, Plan-de-la-Tour u Sainte-Maxime,

fid-distretti awtonomi (il-“cantons”) ta’ Olette u Arles-sur-Tech fid-dipartiment ta’ Pyrénées-Orientales;

(b)

fl-Italja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Calabria, Basilicata, Apulia, Sardinja u Sqallija, inklużi l-gżejjer li jiffurmaw parti minn dawk ir-reġjuni, bħal Pantellerija u l-gżejjer ta’ Lipari u Egadi u l-gżejjer Pelaġji;

(c)

fil-Greċja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli li mhumiex imniżżlin fil-punt 5(a);

(d)

fi Spanja: iż-żoni mħawlin bid-dwieli li mhumiex inklużi fil-punti 3(c) jew 4(c);

(e)

fil-Portugall, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li mhumiex inklużi fil-punt 3(d);

(f)

f’Ċipru, iż-żoni mħawlin bid-dwieli li jinsabu f’altitudni ta’ mhux aktar minn 600 metru;

(g)

f’Malta, iż-żoni mħawlin bid-dwieli.

Id-demarkazzjoni tat-territorji koperti mill-unitajiet amministrattivi msemmija f’dan l-Anness hija dik li ġejja mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Diċembru 1981 u, għal Spanja, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li kienu fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1986 u, għall-Portugall, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li kienu fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1998.

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS XIII

Parti I

It-tisħiħ tal-inbid, l-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni f’ċerti żoni tal-vitikultura

A.   Limiti tat-tisħiħ tal-inbid

1.

Fejn il-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu għamluha meħtieġa, f’ċerti żoni tal-vitikultura tal-Unjoni msemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jippermettu li tiġi ssupplimentata l-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum tal-għeneb frisk, tal-most, tal-most fil-fermentazzjoni, tal-inbid ġdid li jkun għadu qed jiffermenta u tal-inbid miksub minn varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jistgħu jiġu kklassifikati skont l-Artikolu 166.

2.

Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum għandha tinkiseb permezz tal-prattiki enoloġiċi msemmija fit-Taqsima B u m’għandhiex taqbeż il-limiti li ġejjin:

(a)

3 % tal-volum fiż-żona ta’ vitikultura A msemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII;

(b)

2 % tal-volum fiż-żona ta’ vitikultura B imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII;

(c)

1,5 % tal-volum fiż-żoni ta’ vitikultura C imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII.

3.

Fi snin meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment mhux favorevoli, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-limitu stabbilit (/il-limiti stabbiliti) fil-punt 2 jiżdied (/jiżdiedu) b’0,5 %. Bi tweġiba għal talba bħal din, il-Kummissjoni għandha tadotta, bis-setgħat kif imsemmija fl-Artikolu 172, l-att ta’ implimentazzjoni malajr kemm jista’ jkun. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex tieħu deċiżjoni fi żmien erba’ ġimgħat minn meta tkun saret it-talba.

B.   Proċessi tat-tisħiħ tal-inbid

1.

Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum li dwarha hemm dispożizzjoni fit-Taqsima A għandha ssir biss:

(a)

fir-rigward tal-għeneb frisk, tal-most fil-fermentazzjoni jew tal-inbid ġdid li jkun għadu qed jiffermenta, billi jiżdied is-sukrożju, il-most ikkonċentrat jew il-most ikkonċentrat u msaffi;

(b)

fir-rigward tal-most, billi jiżdied is-sukrożju, il-most ikkonċentrat jew il-most ikkonċentrat u msaffi, jew permezz ta’ konċentrazzjoni parzjali, fosthom l-ożmożi inversa;

(c)

fir-rigward tal-inbid, permezz ta’ konċentrazzjoni parzjali permezz tat-tkessiħ.

2.

Il-proċessi msemmija fil-punt 1 għandhom ikunu jeskludu lil xulxin f’każijiet fejn l-inbid jew il-most ikun issaħħaħ bil-most ikkonċentrat jew bil-most ikkonċentrat u msaffi u tkun tħallset għajnuna skont l-Artikolu 103y tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.

Iż-żieda tas-sukrożju li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punti 1(a) u (b) tista’ titwettaq biss permezz taż-żieda taz-zokkor fix-xott u fiż-żoni li ġejjin biss:

(a)

fiż-żona ta’ vitikultura A msemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII;

(b)

fiż-żona ta’ vitikultura B imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII;

(c)

fiż-żona ta’ vitikultura C imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII,

ħlief għall-vinji fl-Italja, fil-Greċja, fi Spanja, fil-Portugall, f’Ċipru u l-vinji fid-dipartimenti Franċiżi li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-appell ta’:

Aix-en-Provence,

Nîmes,

Montpellier,

Toulouse,

Agen,

Pau,

Bordeaux,

Bastia.

Madankollu, it-tisħiħ tal-inbid permezz taż-żieda taz-zokkor fix-xott jista’ jiġi awtorizzat mill-awtoritajiet nazzjonali bħala eċċezzjoni fid-dipartimenti Franċiżi msemmija hawn fuq. Franza għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ dan it-tip.

4.

Iż-żieda tal-most ikkonċentrat jew tal-most ikkonċentrat u msaffi m’għandhiex ikollha l-effett li żżid il-volum inizjali tal-għeneb frisk misħuq, tal-most, tal-most fil-fermentazzjoni jew tal-inbid ġdid li jkun għadu qed jiffermenta b’iktar minn 11 % fiż-żona ta’ vitikultura A, b’iktar minn 8 % fiż-żona ta’ vitikultura B u b’iktar minn 6,5 % fiż-żona ta’ vitikultura C imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII.

5.

Il-konċentrazzjoni tal-most jew tal-inbid li tkun suġġetta għall-proċessi msemmija fil-punt 1:

(a)

m’għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas il-volum inizjali ta’ dawn il-prodotti b’iktar minn 20 %;

(b)

minkejja l-punt (2)(c) tat-Taqsima A, m’għandhiex iżżid il-qawwa alkoħolika naturali ta’ dawn il-prodotti b’iktar minn 2 % tal-volum.

6.

Il-proċessi msemmija fil-punti 1 u 5 m’għandhomx iżidu l-qawwa alkoħolika totali tal-għeneb frisk, tal-most, tal-most fil-fermentazzjoni, tal-inbid ġdid li jkun għadu qed jiffermenta jew tal-inbid:

(a)

għal iktar minn 11,5 % tal-volum fiż-żona ta’ vitikultura A msemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII;

(b)

għal iktar minn 12 % tal-volum fiż-żona ta’ vitikultura B imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII;

(c)

għal iktar minn 12,5 % tal-volum fiż-żona ta’ vitikultura C I imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII;

(d)

għal iktar minn 13 % tal-volum fiż-żona ta’ vitikultura C II imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII; u

(e)

għal iktar minn 13,5 % tal-volum fiż-żona ta’ vitikultura C III msemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII.

7.

B’deroga mill-punt 6, l-Istati Membri jistgħu:

(a)

fir-rigward tal-inbid aħmar, iżidu l-limitu massimu tal-qawwa alkoħolika totali tal-prodotti msemmija fil-punt 6 għal 12 % tal-volum fiż-żona ta’ vitikultura A u għal 12,5 % tal-volum fiż-żona ta’ vitikultura B imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII;

(b)

iżidu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-prodotti msemmija fil-punt 6 għall-produzzjoni tal-inbejjed b’denominazzjoni tal-oriġini għal livell li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri.

C.   L-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni

1.

L-għeneb frisk, il-most, il-most fil-fermentazzjoni, l-inbid ġdid li jkun għadu qed jiffermenta u l-inbid jistgħu jkunu suġġetti:

(a)

għad-deaċidifikazzjoni fiż-żoni ta’ vitikultura A, B u C I imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII;

(b)

għall-aċidifikazzjoni u għad-deaċidifikazzjoni fiż-żoni ta’ vitikultura C I, C II u C III (a) imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII, mingħajr ħsara għall-punt 7 ta’ din it-Taqsima; jew

(c)

għall-aċidifikazzjoni fiż-żona ta’ vitikultura C III (b) imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII.

2.

L-aċidifikazzjoni tal-prodotti, għajr l-inbid, imsemmija fil-punt 1, tista’ ssir biss sa limitu ta’ 1,50 grammi għal kull litru, espress bħala aċidu tartariku, jew ta’ 20 milliekwivalent għal kull litru.

3.

L-aċidifikazzjoni tal-inbejjed tista’ ssir biss sa limitu ta’ 2,50 grammi għal kull litru, espress bħala aċidu tartariku, jew ta’ 33,3 milliekwivalent għal kull litru.

4.

Id-deaċidifikazzjoni tal-inbejjed tista’ ssir biss sa limitu ta’ 1 gramma għal kull litru, espress bħala aċidu tartariku, jew ta’ 13,3 milliekwivalent għal kull litru.

5.

Il-most maħsub għall-konċentrazzjoni jista’ jiġi deaċidifikat parzjalment.

6.

Minkejja l-punt 1, fi snin meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-aċidifikazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt 1 fiż-żoni ta’ vitikultura A u B imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII, bil-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 2 u 3 ta’ din it-Taqsima.

7.

L-aċidifikazzjoni u t-tisħiħ tal-inbid, għajr b’deroga li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1), u l-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni tal-istess prodott għandhom ikunu proċessi li jeskludu lil xulxin.

D.   Il-proċessi

1.

L-ebda wieħed mill-proċessi msemmija fit-Taqsimiet B u C, ħlief għall-aċidifikazzjoni u għad-deaċidifikazzjoni tal-inbejjed, m’għandu jiġi awtorizzat sakemm ma jsirx, b’kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1), fiż-żmien meta l-għeneb frisk, il-most, il-most fil-fermentazzjoni jew l-inbid ġdid li jkun għadu qed jiffermenta jkunu qed jinbidlu f’inbid jew fi kwalunkwe xarba oħra maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem imsemmija fl-Artikolu 1(1)(l) għajr l-inbid spumanti jew l-inbid frizzanti bil-gass fiż-żona ta’ vitikultura fejn ikun inqata’ l-għeneb frisk użat.

2.

Il-konċentrazzjoni tal-inbejjed għandha ssir fiż-żona ta’ vitikultura fejn ikun inqata’ l-għeneb frisk użat.

3.

L-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni tal-inbejjed għandhom isiru biss fl-impriża fejn jiġi prodott l-inbid u fiż-żona ta’ vitikultura fejn ikun inqata’ l-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbid ikkonċernat.

4.

Kull wieħed mill-proċessi msemmija fil-punti 1, 2 u 3 għandu jiġi mgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti. L-istess japplika għall-kwantitajiet tal-most ikkonċentrat, tal-most ikkonċentrat u msaffi jew tas-sukrożju, miżmuma, fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom, minn persuni jew minn gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, b’mod partikulari mill-produtturi, mill-bottiljaturi, mill-proċessuri u min-negozjanti, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1), fl-istess żmien u fl-istess post bħall-għeneb frisk, il-most, il-most fil-fermentazzjoni jew l-inbid bl-ingrossa. Madankollu, in-notifika ta’ dawn il-kwantitajiet tista’ tinbidel bid-dħul f’reġistru tal-prodotti li jidħlu u tal-użu tal-ħażniet.

5.

Kull wieħed mill-proċessi msemmija fit-Taqsimiet B u C għandu jiġi rreġistrat fid-dokument ta’ akkumpanjament, kif previst fl-Artikolu 306, li permezz tiegħu l-prodotti li jkunu għaddew mill-proċessi jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni.

6.

Dawk il-proċessi, suġġetti għal derogi ġġustifikati minn kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali, ma jistgħux jitwettqu:

(a)

fiż-żona ta’ vitikultura Ċ imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII wara l-1 ta’ Jannar;

(b)

fiż-żoni ta’ vitikultura A u B imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XII wara s-16 ta’ Marzu, u

għandhom jitwettqu biss għall-prodotti tal-ħsad tal-għeneb li jkun sar immedjatament qabel dawk id-dati.

7.

Minkejja l-punt 6, il-konċentrazzjoni permezz tat-tkessiħ u l-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni tal-inbejjed tista’ ssir matul is-sena kollha.

Parti II

Restrizzjonijiet

A.   Restrizzjonijiet ġenerali

1.

Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati kollha għandhom jeskludu ż-żieda tal-ilma, ħlief fejn dan ikun meħtieġ minħabba bżonn tekniku speċifiku.

2.

Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati kollha għandhom jeskludu ż-żieda tal-alkoħol, ħlief għall-prattiki marbutin mal-kisba tal-most frisk bil-fermentazzjoni mmewta biż-żieda tal-alkoħol, l-inbid likur, l-inbid spumanti, l-inbid imqawwi għad-distillazzjoni u l-inbid semifrizzanti.

3.

L-inbid imqawwi għad-distillazzjoni għandu jintuża biss għad-distillazzjoni.

B.

L-għeneb frisk, il-most u l-meraq tal-għeneb

1.

Il-most frisk li l-fermentazzjoni tiegħu titmewwet biż-żieda tal-alkoħol għandu jintuża biss matul il-fażi tal-preparazzjoni ta’ prodotti li ma jaqgħux fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 2204 10, 2204 21 u 2204 29. Dan huwa mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni aktar stretta li l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-preparazzjoni, fit-territorju tagħhom, ta’ prodotti li ma jaqgħux fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 2204 10, 2204 21 u 2204 29.

2.

Il-meraq tal-għeneb u l-meraq tal-għeneb ikkonċentrat ma jistgħux jinbidlu f’inbid jew jiżdiedu mal-inbid. Huma ma jistgħux jgħaddu minn fermentazzjoni alkoħolika fit-territorju tal-Unjoni.

3.

Id-dispożizzjonijiet tal-punti 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għall-prodotti maħsuba għall-produzzjoni, fir-Renju Unit, fl-Irlanda u fil-Polonja, ta’ prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 2206 00, li għalihom l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta’ isem kompost, li jinkludi l-kelma “inbid”.

4.

Il-most fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded għandu jitqiegħed fis-suq biss għall-manifattura tal-inbejjed likuri f’dawk ir-reġjuni tal-vitikultura biss fejn dan l-użu kien tradizzjonali fl-1 ta’ Jannar 1985 u għall-manifattura tal-inbid minn għeneb misjur iżżejjed.

5.

Sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor skont l-Artikolu 43(2) tat-Trattat skont l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, l-għeneb frisk, il-most, il-most fil-fermentazzjoni, il-most ikkonċentrat, il-most ikkonċentrat u msaffi, il-most bil-fermentazzjoni mmewta biż-żieda tal-alkoħol, il-meraq tal-għeneb, il-meraq tal-għeneb ikkonċentrat u l-inbid, jew it-taħlitiet ta’ dawk il-prodotti, li joriġinaw f’pajjiżi terzi, ma jistgħux jinbidlu fil-prodotti msemmija f’dan l-Anness jew jiżdiedu mat-tali prodotti fit-territorju tal-Unjoni.

C.   Taħlit tal-inbejjed

Sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor skont l-Artikolu 43(2) tat-Trattat skont l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, it-taħlit ta’ nbid li joriġina f’pajjiż terz ma’ nbid tal-Unjoni jew it-taħlit ta’ nbejjed li joriġinaw f’pajjiżi terzi għandu jkun ipprojbit fl-Unjoni.

D.   Prodotti sekondarji

1.

L-għasir żejjed tal-għeneb għandu jkun ipprojbit. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu, billi jqisu l-kundizzjonijiet lokali u tekniċi, il-kwantità minima ta’ alkoħol li għandu jkun hemm fir-residwu tal-għasra u fil-karfa wara li jingħasar l-għeneb.

Il-kwantità ta’ alkoħol preżenti f’dawk il-prodotti sekondarji għandha tiġi deċiża mill-Istati Membri f’livell li jkun tal-anqas daqs 5 % meta mqabbel mal-volum tal-alkoħol li jkun hemm fl-inbid prodott.

2.

Ħlief għall-alkoħol, l-ispirti u l-piquette, ma għandu jiġi prodott mill-karfa tal-inbid jew mir-residwu tal-għasra l-ebda nbid jew xorb ieħor għall-konsum dirett mill-bniedem. It-tferrigħ tal-inbid fuq il-karfa jew fuq ir-residwu tal-għasra jew fuq il-polpa magħsura tal-“aszú” għandu jkun permess, b’kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1), fejn din il-prattika tintuża tradizzjonalment għall-produzzjoni tat-“Tokaji fordítás” u tat-“Tokaji máslás” fl-Ungerija u għall-produzzjoni tat-“Tokajský forditáš” u tat-“Tokajský mášláš” fis-Slovakkja.

3.

L-għasir tal-karfa tal-inbid u l-fermentazzjoni mill-ġdid tar-residwu tal-għasra għal għanijiet oħra minbarra d-distillazzjoni jew il-produzzjoni tal-piquette huma pprojbiti. It-tisfija u l-frid b’azzjoni ċentrifuga tal-karfa tal-inbid m’għandhomx jitqiesu bħala għasir f’każijiet fejn il-prodotti miksuba jkunu ta’ kwalità tajba, ġenwina u kummerċabbli.

4.

Il-piquette, f’każijiet fejn il-produzzjoni tiegħu hija awtorizzata mill-Istat Membru kkonċernat, għandu jintuża biss għad-distillazzjoni jew għall-konsum mill-familji tal-produtturi tal-inbid.

5.

Mingħajr ħsara għall-possibbiltà li l-Istati Membri jiddeċiedu li jitolbu li wieħed jeħles mill-prodotti sekondarji permezz tad-distillazzjoni, kwalunkwe persuna jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom prodotti sekondarji għandhom jintalbu jeħilsu minnhom b’kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 162(1).

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS XIV

LISTA EŻAWRJENTI TA’ REGOLI LI JISTGĦU JIĠU ESTIŻI GĦAL PRODUTTURI LI MHUMIEX MEMBRI SKONT L-ARTIKOLU 218 U L-ARTIKOLU 224

1.   Regoli dwar l-informazzjoni dwar il-produzzjoni

(a)

notifika tal-intenzjonijiet tat-tkabbir, skont il-prodott u, fejn ikun xieraq, skont il-varjetà;

(b)

notifika taż-żrigħ u tat-tħawwil;

(c)

notifika taż-żoni kollha mkabbrin, skont il-prodott u, jekk ikun possibbli, skont il-varjetà;

(d)

notifika tat-tunnellaġġi li mistennija jkun hemm u tad-dati meta probabbli jsir il-ħsad skont il-prodott u, jekk ikun possibbli, skont il-varjetà;

(e)

notifika, b’mod regolari, tal-kwantitajiet maħsuda u tal-ħażniet disponibbli, skont il-varjetà;

(f)

informazzjoni dwar il-kapaċitajiet ta’ ħażna.

2.   Regoli dwar il-produzzjoni

(a)

l-għażla taż-żerriegħa li għandha tintuża skont id-destinazzjoni maħsuba (suq frisk/ipproċessar industrijali);

(b)

iż-żbir (“thinning”) fl-imsaġar.

3.   Regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni

(a)

id-dati speċifikati għall-bidu tal-ħsad, u t-tqassim tal-kummerċjalizzazzjoni;

(b)

ir-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità u d-daqs;

(c)

il-preparazzjoni, il-preżentazzjoni, l-ippakkjar u l-immarkar fl-ewwel stadju tal-kummerċjalizzazzjoni;

(d)

l-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodott.

4.   Regoli dwar il-ħarsien ambjentali

(a)

l-użu tal-fertilizzanti u tad-demel;

(b)

l-użu ta’ prodotti għas-saħħa tal-pjanti u ta’ metodi oħrajn għall-ħarsien tal-għelejjel;

(c)

il-kontenut massimu ta’ residwi tal-prodotti għas-saħħa tal-pjanti u tal-fertilizzanti fil-frott u l-ħaxix;

(d)

regoli dwar id-disponiment tal-prodotti sekondarji u tal-materjal użat;

(e)

regoli dwar il-prodotti li jiġu rtirati mis-suq.

5.   Regoli dwar il-promozzjoni u l-komunikazzjoni fil-kuntest tal-prevenzjoni tal-kriżijiet u l-ġestjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 121(2)(c).

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS XV

ID-DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI GĦAR-ROSS IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 242 u 244

1.   Id-dazji tal-importazzjoni għar-ross imfesdaq

(a)

EUR 30 għal kull tunnellata fil-każijiet li ġejjin:

(i)

fejn ikun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross imfesdaq li jkunu saru matul is-sena tas-suq li tkun għadha kif intemmet ma jkunux laħqu l-kwantità ta’ referenza annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 242(3), imnaqqsa bi 15 %,

(ii)

fejn ikun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross imfesdaq li jkunu saru matul l-ewwel sitt xhur tas-sena tas-suq ma jkunux jilħqu l-kwantità ta’ referenza parzjali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 242(3), imnaqqsa bi 15 %,

(b)

EUR 42.5 għal kull tunnellata fil-każijiet li ġejjin:

(i)

fejn ikun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross imfesdaq li jkunu saru matul is-sena tas-suq li tkun għadha kif intemmet ikunu qabżu l-kwantità ta’ referenza annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 242(3), imnaqqsa bi 15 %, iżda ma jkunux qabżu dik l-istess kwantità ta’ referenza annwali miżjuda bi 15 %,

(ii)

fejn ikun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross imfesdaq li jkunu saru matul l-ewwel sitt xhur tas-sena tas-suq ikunu qabżu l-kwantità ta’ referenza parzjali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 242(3), imnaqqsa bi 15 %, iżda ma jkunux qabżu dik l-istess kwantità ta’ referenza parzjali miżjuda bi 15 %,

(c)

EUR 65 għal kull tunnellata fil-każijiet li ġejjin:

(i)

fejn ikun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross imfesdaq li jkunu saru matul is-sena tas-suq li tkun għadha kif intemmet ikunu qabżu l-kwantità ta’ referenza annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 242(3), miżjuda bi 15 %;

(ii)

fejn ikun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross imfesdaq li jkunu saru matul l-ewwel sitt xhur tas-sena tas-suq ikunu qabżu l-kwantità ta’ referenza parzjali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 242(3), miżjuda bi 15 %.

2.   Id-dazji tal-importazzjoni għar-ross mitħun

(a)

EUR 175 għal kull tunnellata fil-każijiet li ġejjin:

(i)

fejn ikun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross mitħun kollu u tar-ross nofsu mitħun matul is-sena tas-suq li tkun għadha kif intemmet ikunu qabżu t-387 743 tunnellata;

(ii)

fejn ikun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross mitħun kollu u tar-ross nofsu mitħun matul l-ewwel sitt xhur tas-sena tas-suq ikunu qabżu l-182 239 tunnellata;

(b)

EUR 145 għal kull tunnellata fil-każijiet li ġejjin:

(i)

fejn ikun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross mitħun kollu u tar-ross nofsu mitħun matul is-sena tas-suq li tkun għadha kif intemmet ma jkunux qabżu t-387 743 tunnellata;

(ii)

fejn ikun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross mitħun kollu u tar-ross nofsu mitħun matul l-ewwel sitt xhur tas-sena tas-suq ma jkunux qabżu l-182 239 tunnellata.

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS XVI

VARJETAJIET TAR-ROSS TAT-TIP “BASMATI” MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 243

Basmati 217

Basmati 370

Basmati 386

Kernel (Basmati)

Pusa Basmati

Ranbir Basmati

Super Basmati

Taraori Basmati (HBC-19)

Tip-3 (Dehradun)

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS XVII

LISTA TA’ PRODOTTI TAS-SETTURI TAĊ-ĊEREALI, TAR-ROSS, TAZ-ZOKKOR, TAL-ĦALIB U TAL-BAJD GĦALL-GĦAN TAL-ARTIKOLU 16(a)(ii) U GĦALL-GĦOTI TAR-RIFUŻJONIJIET TAL-ESPORTAZZJONI MSEMMIJA FIT-TAQSIMA II TAL-KAPITOLU III TAL-PARTI III

Parti I:   Ċereali

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

ex 0403

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

0403 10

Jogurt:

0403 10 51 sa

0403 10 99

Imħawwar jew miżjud bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

0403 90

Oħrajn:

0403 90 71 sa

0403 90 99

Imħawrin u miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

ex 0710

Veġetali (mhux imsajrin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżati:

0710 40 00

Qamħ ħelu

ex 0711

Veġetali ppreservati provviżorjament (per eżempju, bil-gass diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għal konsum immedjat:

0711 90 30

Qamħ ħelu

ex 1704

Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw, minbarra l-estratt tas-sugu tas-sottotitlu 1704 90 10

1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw

ex 1901

Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet tal-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta [dqiq oħxon], lamtu jew estratt tax-xgħir, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40 % tal-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet tal-ikel ta’ oġġetti ta’ titli 0401 sa 0404, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 5 % tal-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

1901 10 00

Preparazzjonijiet għal użu tat-trabi, imqegħdin għall-bejgħ bl-imnut

1901 20 00

Taħlit u għaġina għall-preparazzjoni ta’ oġġetti tal-furnara ta’ titlu 1905

1901 90

Oħrajn:

1901 90 11 sa

1901 90 19

Estratt tax-xgħir

Oħrajn:

1901 90 99

Oħrajn

ex 1902

Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew ippreparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le:

Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor:

1902 11 00

Li fih il-bajd

1902 19

Oħrajn:

ex 1902 20

Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le:

Oħrajn:

1902 20 91

Imsajrin

1902 20 99

Oħrajn

1902 30

Għaġin ieħor

1902 40

Kuskus

1903 00 00

Tapjoka u sostituti tagħha ppreparati minn lamtu, f’forma ta’ qxur, ħbub, perli, frak jew forom simili

1904

Ikel ippreparat miksub min-nefħa jew mix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, kornflejks); ċereali (ħlief qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ qxur jew qmuħ oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, groats u pasta [dqiq oħxon]), imsajrin minn qabel jew ippreparati mod ieħor, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

1905

Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili

ex 2001

Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati u ppreservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku:

Oħrajn:

2001 90 30

Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata)

2001 90 40

Jammijiet, patata ħelwa u partijiet simili ta’ pjanti tajbin għall-ikel li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu

ex 2004

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, ffriżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006:

2004 10

Patata:

Oħrajn:

2004 10 91

F’forma ta’ dqiq, pasta [dqiq oħxon] jew qxur

2004 90

Ħxejjex oħrajn u taħlit ta’ ħxejjex:

2004 90 10

Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata)

ex 2005

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006:

2005 20

Patata:

2005 20 10

F’forma ta’ dqiq, pasta [dqiq oħxon] jew qxur

2005 80 00

Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata)

ex 2008

Frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar:

Oħrajn, inklużi taħlitiet ħlief dawk ta’ sottotitlu 2008 19:

2008 99

Oħrajn:

Mingħajr spirtu miżjud:

Ma fihomx zokkor miżjud:

2008 99 85

Qamħirrun, ħlief qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata)

2008 99 91

Jams, patata ħelwa u partijiet simili ta’ pjanti tajbin għall-ikel, li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu

ex 2101

Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ kafè, tè jew matè u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn il-prodotti jew b’bażi ta’ kafè, tè jew matè; ċikwejra inkaljata u sostituti tal-kafè oħrajn inkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom:

2101 12

Preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b’bażi ta’ kafè:

2101 12 98

Oħrajn

2101 20

Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ tè jew matè u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati, jew b’bażi ta’ tè jew matè:

2101 20 98

Oħrajn

2101 30

Ċikwejra nkaljata u sostituti oħrajn tal-kafè nkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom:

Ċikwejra nkaljata u sostituti oħrajn tal-kafè nkaljati:

2101 30 19

Oħrajn

Estratti, essenzi jew konċentrati ta’ ċikwejra nkaljata u sostituti oħrajn tal-kafè nkaljati:

2101 30 99

Oħrajn

ex 2102

Ħmira (attiva jew inattiva); mikro-organiżmi oħrajn b’ċellula waħda, mejtin (iżda ma jinkludux vaċċini ta’ titlu 3002); trabijiet tal-ħami ppreparati:

2102 10

Ħmira attiva

2102 10 31 u

2102 10 39

Ħmira tal-furnara

2105 00

Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le

ex 2106

Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

2106 90

Oħrajn:

Oħrajn:

2106 90 92

Ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib, sukrożju, isoglukożju, glukożju jew lamtu jew fihom, bil-piż, inqas minn 1.5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrożju jew isoglukożju, 5 % glukożju jew lamtu

2106 90 98

Oħrajn

2202

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawrin, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux meraq tal-frott jew tal-ħxejjex ta’ titlu 2009

2205

Vermut u nbid ieħor ta’ għeneb frisk imħawrin bi pjanti u sustanzi aromatiċi

ex 2208

Alkoħol etiliku [etanol] mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum [ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum] ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż:

2208 30

Wiski:

2208 30 30 sa

2208 30 88

Minbarra l-wiski bourbon

2208 50

Ġinn u Ġnibru

2208 60

Vodka

2208 70

Likuri u kordjali

2208 90

Oħrajn:

Spirti oħrajn u xorb ieħor spirituż, f’kontenituri li jesgħu:

2 litri jew inqas:

2208 90 41

Ouzo

Oħrajn:

Spirti (ħlief likuri):

Oħrajn:

2208 90 52

Korn

2208 90 56

Oħrajn

2208 90 69

Xorb ieħor spirituż

Aktar minn 2 litri:

Spirti (ħlief likuri):

2208 90 77

Oħrajn

2208 90 78

Xorb ieħor spirituż

2905 43 00

Mannitol

2905 44

D-gluċitol (sorbitol)

ex 3302

Taħlit ta’ sustanzi li jfuħu u taħlit (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’ waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta’ tip użati bħala materja prima fl-industrija; preparazzjonijiet oħrajn ibbażati fuq sustanzi li jfuħu, ta’ tip użati għall-manifattura tax-xorb:

3302 10

Ta’ tip użati fl-industriji tal-ikel u x-xorb:

Ta’ tip użati fl-industriji tax-xorb:

Preparazzjonijiet li fihom l-aġenti kollha ta’ taħwir li jikkaratterizzaw xarba:

Oħrajn:

3302 10 29

Oħrajn

3505

Destrini u lamti oħrajn immodifikati (per eżempju lamti preġelatinizzati jew esterifikati); kolol ibbażati fuq lamti, jew fuq destrini jew lamti oħrajn immodifikati

ex 3809

Aġenti għall-irfinar, katalisti (carriers) biex iħaffu ż-żbigħ jew l-iffissar ta’ sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (per eżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta’ tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li ma humiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

3809 10

B’bażi ta’ sustanzi amilaċeużi

3824 60

Sorbitol ħlief dak ta’ sottotitlu 2905 44


Parti II:   Ross

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

ex 0403

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

0403 10

Jogurt:

0403 10 51 sa

0403 10 99

Imħawwar jew miżjud bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

0403 90

Oħrajn:

0403 90 71 sa

0403 90 99

Imħawrin u miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

ex 1704

Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw:

1704 90 51 sa

1704 90 99

Oħrajn

ex 1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw, ħlief għall-prodotti tas-sottotitli 1806 10, 1806 20 70, 1806 90 60, 1806 90 70 u 1806 90 90

ex 1901

Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet tal-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta [dqiq oħxon], lamtu jew estratt tax-xgħir, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40 % tal-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet tal-ikel ta’ oġġetti ta’ titli 0401 sa 0404, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 5 % tal-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

1901 10 00

Preparazzjonijiet għal użu tat-trabi, imqegħdin għall-bejgħ bl-imnut

1901 20 00

Taħlit u għaġina għall-preparazzjoni ta’ oġġetti tal-furnara ta’ titlu 1905

1901 90

Oħrajn:

1901 90 11 sa

1901 90 19

Estratt tax-xgħir

Oħrajn:

1901 90 99

Oħrajn

ex 1902

Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew ippreparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le:

1902 20

Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le:

Oħrajn

1902 20 91

Imsajrin

1902 20 99

Oħrajn

1902 30

Għaġin ieħor

1902 40

Kuskus:

1902 40 90

Oħrajn

1904

Ikel ippreparat miksub min-nefħa jew mix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, kornflejks); ċereali (ħlief qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ qxur jew qmuħ oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, groats u pasta [dqiq oħxon]), imsajrin minn qabel jew ippreparati mod ieħor, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

ex 1905

Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili:

1905 90 20

Ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili

ex 2004

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, ffriżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006:

2004 10

Patata:

Oħrajn:

2004 10 91

F’forma ta’ dqiq, pasta [dqiq oħxon] jew qxur

ex 2005

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006:

2005 20

Patata:

2005 20 10

F’forma ta’ dqiq, pasta [dqiq oħxon] jew qxur

ex 2101

Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ kafè, tè jew matè u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn il-prodotti jew b’bażi ta’ kafè, tè jew matè; ċikwejra inkaljata u sostituti tal-kafè oħrajn inkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom:

2101 12

Preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b’bażi ta’ kafè:

2101 12 98

Oħrajn

2101 20

Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ tè jew matè u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati, jew b’bażi ta’ tè jew matè:

2101 20 98

Oħrajn

2105 00

Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le

ex 2106

Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

2106 90

Oħrajn:

Oħrajn:

2106 90 92

Ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib, sukrożju, isoglukożju, glukożju jew lamtu jew fihom, bil-piż, inqas minn 1.5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrożju jew isoglukożju, 5 % glukożju jew lamtu

2106 90 98

Oħrajn

ex 3505

Destrini u lamti oħrajn immodifikati (per eżempju lamti preġelatinizzati jew esterifikati); kolol ibbażati fuq lamti, jew fuq destrini jew lamti oħrajn immodifikati, minbarra l-lamti tas-sottotitlu 3505 10 50

ex 3809

Aġenti għall-irfinar, katalisti (carriers) biex iħaffu ż-żbigħ jew l-iffissar ta’ sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (per eżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta’ tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li ma humiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

3809 10

B’bażi ta’ sustanzi amilaċeużi


Parti III:   Zokkor

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

ex 0403

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

0403 10

Jogurt:

0403 10 51 sa

0403 10 99

Imħawwar jew miżjud bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

0403 90

Oħrajn:

0403 90 71 sa

0403 90 99

Imħawrin u miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

ex 0710

Veġetali (mhux imsajrin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżati:

0710 40 00

Qamħ ħelu

ex 0711

Veġetali ppreservati provviżorjament (per eżempju, bil-gass diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għal konsum immedjat:

0711 90

Veġetali oħrajn; taħlit ta’ veġetali:

Veġetali:

0711 90 30

Qamħ ħelu

1702 50 00

Fruttożju kimikament pur

ex 1704

Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw, minbarra l-estratt tas-sugu tas-sottotitlu 1704 90 10

1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw

ex 1901

Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet tal-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta [dqiq oħxon], lamtu jew estratt tax-xgħir, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40 % tal-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet tal-ikel ta’ oġġetti ta’ titli 0401 sa 0404, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 5 % tal-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

1901 10 00

Preparazzjonijiet għal użu tat-trabi, imqegħdin għall-bejgħ bl-imnut

1901 20 00

Taħlit u għaġina għall-preparazzjoni ta’ oġġetti tal-furnara ta’ titlu 1905

1901 90

Oħrajn:

Oħrajn:

1901 90 99

Oħrajn

ex 1902

Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew ippreparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le:

1902 20

Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le:

Oħrajn:

1902 20 91

Imsajrin

1902 20 99

Oħrajn

1902 30

Għaġin ieħor

1902 40

Kuskus:

1902 40 90

Oħrajn

1904

Ikel ippreparat miksub min-nefħa jew mix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, kornflejks); ċereali (ħlief qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ qxur jew qmuħ oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, groats u pasta [dqiq oħxon]), imsajrin minn qabel jew ippreparati mod ieħor, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

ex 1905

Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili:

1905 10 00

Ħobż iqarmeċ (crispbread)

1905 20

Kejk tal-ġinger (gingerbread) u prodotti bħalu

1905 31

Gallettini ħelwin

1905 32

Waffles u wejfers

1905 40

Ħobż imbaskat (rusks), ħobż mixwi u prodotti simili mixwijin

1905 90

Oħrajn:

Oħrajn:

1905 90 45

Gallettini

1905 90 55

Prodotti estrużi jew espanduti, għat-togħma jew melħin

Oħrajn:

1905 90 60

B’żieda ta’ materjal biex jagħmel ħelu

1905 90 90

Oħrajn

ex 2001

Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati u ppreservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku:

2001 90

Oħrajn:

2001 90 30

Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata)

2001 90 40

Jammijiet, patata ħelwa u partijiet simili ta’ pjanti tajbin għall-ikel li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu

ex 2004

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, ffriżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006:

2004 10

Patata

Oħrajn

2004 10 91

F’forma ta’ dqiq, pasta [dqiq oħxon] jew qxur

2004 90

Ħxejjex oħrajn u taħlit ta’ ħxejjex:

2004 90 10

Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata)

ex 2005

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006:

2005 20

Patata:

2005 20 10

F’forma ta’ dqiq, pasta [dqiq oħxon] jew qxur

2005 80 00

Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata)

ex 2101

Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ kafè, tè jew matè u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn il-prodotti jew b’bażi ta’ kafè, tè jew matè; ċikwejra inkaljata u sostituti tal-kafè oħrajn inkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom:

Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ kafè, u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b’bażi ta’ kafè:

2101 12

Preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b’bażi ta’ kafè:

2101 12 98

Oħrajn:

2101 20

Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ tè jew matè u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati, jew b’bażi ta’ tè jew matè:

Preparazzjonijiet

2101 20 98

Oħrajn

2101 30

Ċikwejra nkaljata u sostituti oħrajn tal-kafè nkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom:

Ċikwejra nkaljata u sostituti oħrajn tal-kafè nkaljati:

2101 30 19

Oħrajn

Estratti, essenzi jew konċentrati ta’ ċikwejra nkaljata u sostituti oħrajn tal-kafè nkaljati:

2101 30 99

Oħrajn

2105 00

Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le

ex 2106

Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

ex 2106 90

Oħrajn:

Oħrajn:

2106 90 92

Ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib, sukrożju, isoglukożju, glukożju jew lamtu jew fihom, bil-piż, inqas minn 1.5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrożju jew isoglukożju, 5 % glukożju jew lamtu

2106 90 98

Oħrajn

ex 2202

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawrin, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux meraq tal-frott jew tal-ħxejjex ta’ titlu 2009, minbarra l-birra magħmula minn xgħir (malt), ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ mhux aktar minn 0.5 % tal-volum

2205

Vermut u nbid ieħor ta’ għeneb frisk imħawrin bi pjanti u sustanzi aromatiċi

ex 2208

Alkoħol etiliku [etanol] mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum [ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum] ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż:

2208 20

Spirti magħmulin bid-distillar ta’ inbid tal-għeneb jew ta’ karfa ta’ għeneb magħsur [residwu tal-għasra]

ex 2208 50

Ġnibru

2208 70

Likuri u kordjali

ex 2208 90

Oħrajn:

Spirti oħrajn u xorb ieħor spirituż, f’kontenituri li jesgħu:

2 litri jew inqas:

2208 90 41

Ouzo

Oħrajn:

Spirti (ħlief likuri):

Distillati minn frott

2208 90 45

Calvados

2208 90 48

Oħrajn

Oħrajn:

2208 90 52

Korn

2208 90 56

Oħrajn

2208 90 69

Xorb ieħor spirituż

Aktar minn 2 litri:

Spirti (ħlief likuri):

2208 90 71

Distillati minn frott

2208 90 77

Oħrajn

2208 90 78

Xorb ieħor spirituż

2905 43 00

Mannitol

2905 44

D-gluċitol (sorbitol)

ex 3302

Taħlit ta’ sustanzi li jfuħu u taħlit (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’ waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta’ tip użati bħala materja prima fl-industrija; preparazzjonijiet oħrajn ibbażati fuq sustanzi li jfuħu, ta’ tip użati għall-manifattura tax-xorb:

3302 10

Ta’ tip użati fl-industriji tal-ikel u x-xorb

Ta’ tip użati fl-industriji tax-xorb:

Preparazzjonijiet li fihom l-aġenti kollha ta’ taħwir li jikkaratterizzaw xarba:

Oħrajn (ta’ qawwa alkoħolika effettiva skont il-volum ta’ mhux aktar minn 0.5 % tal-volum)

3302 10 29

Oħrajn

ex Kapitolu 38

Diversi prodotti kimiċi:

3824 60

Sorbitol ħlief dak ta’ sottotitlu 2905 44


Parti IV:   Ħalib

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

ex 0405

Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn magħmulin mill-ħalib; dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib:

0405 20

Dlik (pejst) tal-butir [tal-prodotti tal-ħalib]

0405 20 10

B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, ta’ 39 % jew aktar iżda inqas minn 60 %

0405 20 30

B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, ta’ 60 % jew aktar iżda mhux aktar minn 75 %

ex 1517

Marġerina; taħlitiet jew preparazzjonijiet tajbin għall-ikel ta’ xaħmijiet jew żjut ta’ annimali jew veġetali jew ta’ frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti ta’ dan il-kapitlu, minbarra xaħmijiet u żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom ta’ titlu 1516:

1517 10

Marġerina, ħlief marġerina likwida:

1517 10 10

Li fiha, bil-piż, iktar minn 10 % iżda inqas minn 15 % tax-xaħmijiet tal-ħalib

1517 90

Oħrajn:

1517 90 10

Li fihom, bil-piż, iktar minn 10 % iżda inqas minn 15 % tax-xaħmijiet tal-ħalib

ex 1704

Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw:

ex 1704 90

Oħrajn, minbarra l-estratt tas-sugu li fih aktar minn 10 % tal-piż sukrożju iżda ma fihx sustanzi oħrajn miżjudin

ex 1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw, minbarra t-trab tal-kawkaw magħmul ħelu biss biż-żieda tas-sukrożju tas-sottotitlu ex 1806 10

ex 1901

Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet tal-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta [dqiq oħxon], lamtu jew estratt tax-xgħir, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40 % tal-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet tal-ikel ta’ oġġetti ta’ titli 0401 sa 0404, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 5 % tal-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

1901 10 00

Preparazzjonijiet għal użu tat-trabi, imqegħdin għall-bejgħ bl-imnut

1901 20 00

Taħlit u għaġina għall-preparazzjoni ta’ oġġetti tal-furnara ta’ titlu 1905

1901 90

Oħrajn:

Oħrajn:

1901 90 99

Oħrajn

ex 1902

Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew ippreparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le:

Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor:

1902 19

Oħrajn

1902 20

Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le:

Oħrajn:

1902 20 91

Imsajrin

1902 20 99

Oħrajn

1902 30

Għaġin ieħor

1902 40

Kuskus:

1902 40 90

Oħrajn

1904

Ikel ippreparat miksub min-nefħa jew mix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, kornflejks); ċereali (ħlief qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ qxur jew qmuħ oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, groats u pasta [dqiq oħxon]), imsajrin minn qabel jew ippreparati mod ieħor, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

ex 1905

Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili:

1905 10 00

Ħobż iqarmeċ (crispbread)

1905 20

Kejk tal-ġinger (gingerbread) u prodotti bħalu

Gallettini ħelwin; waffles u wejfers:

1905 31

Gallettini ħelwin

1905 32

Waffles u wejfers

1905 40

Ħobż imbaskat (rusks), ħobż mixwi u prodotti simili mixwijin

1905 90

Oħrajn:

Oħrajn:

1905 90 45

Gallettini

1905 90 55

Prodotti estrużi jew espanduti, għat-togħma jew melħin

Oħrajn:

1905 90 60

B’żieda ta’ materjal biex jagħmel ħelu

1905 90 90

Oħrajn

ex 2004

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, ffriżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006:

2004 10

Patata:

Oħrajn:

2004 10 91

F’forma ta’ dqiq, pasta [dqiq oħxon] jew qxur

ex 2005

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006:

2005 20

Patata:

2005 20 10

F’forma ta’ dqiq, pasta [dqiq oħxon] jew qxur

2105 00

Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le

ex 2106

Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

2106 90

Oħrajn:

Oħrajn:

2106 90 92

Ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib, sukrożju, isoglukożju, glukożju jew lamtu jew fihom, bil-piż, inqas minn 1.5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrożju jew isoglukożju, 5 % glukożju jew lamtu

2106 90 98

Oħrajn

ex 2202

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawrin, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux meraq tal-frott jew tal-ħxejjex ta’ titlu 2009:

2202 90

Oħrajn:

Oħrajn, fihom piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti ta’ titli 0401 sa 0404:

2202 90 91

Inqas minn 0,2 %

2202 90 95

0,2 % jew iktar iżda inqas minn 2 %

2202 90 99

2 % jew iktar

ex 2208

Alkoħol etiliku [etanol] mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum [ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum] ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż:

2208 70

Likuri u kordjali

2208 90

Oħrajn:

Spirti oħrajn u xorb ieħor spirituż, f’kontenituri li jesgħu:

2 litri jew inqas:

Oħrajn:

2208 90 69

Xorb ieħor spirituż

Aktar minn 2 litri:

2208 90 78

Xorb ieħor spirituż

ex 3302

Taħlit ta’ sustanzi li jfuħu u taħlit (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’ waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta’ tip użati bħala materja prima fl-industrija; preparazzjonijiet oħrajn ibbażati fuq sustanzi li jfuħu, ta’ tip użati għall-manifattura tax-xorb:

3302 10

Ta’ tip użati fl-industriji tal-ikel u x-xorb:

Ta’ tip użati fl-industriji tax-xorb:

Preparazzjonijiet li fihom l-aġenti kollha ta’ taħwir li jikkaratterizzaw xarba:

Oħrajn:

3302 10 29

Oħrajn

3501

Kaseina, kaseinati u derivattivi oħrajn ta’ kaseina; kolol ta’ kaseina

ex 3502

Albumini (inklużi konċentrati ta’ żewġ proteini jew aktar tax-xorrox, li fihom bil-piż iktar minn 80 % ta’ proteini tax-xorrox, meqjusin fuq il-materjal xott), albuminati u derivattivi oħrajn ta’ albumina:

3502 20

Albumina tal-ħalib, inklużi konċentrati ta’ żewġ proteini jew aktar tax-xorrox:

Oħrajn:

3502 20 91

Imnixxfin (per eżempju, f’folji, qxur, trofof, trab)

3502 20 99

Oħrajn


Parti V:   Bajd

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

ex 0403 10 51 sa

ex 0403 10 99 u

ex 0403 90 71 sa

ex 0403 90 99

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew li saru aċidużi, imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw

ex 1901

Preparazzjonijiet tal-ikel ta’ oġġetti ta’ titli 0401 sa 0404, li fihom inqas minn 5 % tal-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

1902 11 00

Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor, li fih il-bajd

ex 1904

Ikel ippreparat miksub min-nefħa jew mix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, kornflejks); ċereali (ħlief qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ qxur jew qmuħ oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, groats u pasta [dqiq oħxon]), imsajrin minn qabel jew ippreparati mod ieħor, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, li fihom il-kawkaw

ex 1905

Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili:

1905 20

Kejk tal-ġinger (gingerbread) u prodotti bħalu

1905 31

Gallettini ħelwin

1905 32

Waffles u wejfers

1905 40

Ħobż imbaskat (rusks), ħobż mixwi u prodotti simili mixwijin

ex 1905 90

Oħrajn, minbarra l-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tas-sottotitli 1905 90 10 sa 1905 90 30

ex 2105 00

Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, li fihom il-kawkaw

2208

Alkoħol etiliku [etanol] mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum [ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum] ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż:

ex 2208 70

Likuri

3502

Albumini (inklużi konċentrati ta’ żewġ proteini jew aktar tax-xorrox, li fihom bil-piż iktar minn 80 % ta’ proteini tax-xorrox, meqjusin fuq il-materjal xott), albuminati u derivattivi oħrajn ta’ albumina:

3502 11 90

Albumina oħra tal-bajd imnixxef [imnixxfa]

3502 19 90

Albumina oħra tal-bajd

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS XVIII

LISTA TA’ ĊERTI PRODOTTI LI FIHOM IZ-ZOKKOR GĦALL-GĦAN TAL-GĦOTI TAR-RIFUŻJONIJIET TAL-ESPORTAZZJONI MSEMMIJA FIT-TAQSIMA II TAL-KAPITOLU III TAL-PARTI III

Il-prodotti mniżżlin fil-punt (b) tal-Parti X tal-Anness I.

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS XIX

f’1000 EUR

Sena tal-baġit

2009

2010

Mill-2011 ’il quddiem

BG

CZ

DE

EL

ES

15 491

30 950

46 441

FR

11 849

23 663

35 512

IT

13 160

26 287

39 447

CY

LT

LU

HU

MT

AT

PT

RO

SI

1 050

1 050

SK

UK

160

160

160

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
ANNESS XX

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 325(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikoli 4 u 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 12

L-Artikolu 13

L-Artikolu 13

L-Artikolu 14

L-Artikolu 15

L-Artikolu 16

L-Artikolu 17

L-Artikolu 18(1) sa (4)

L-Artikolu 14

L-Artikolu 18(5)

L-Artikolu 19

L-Artikolu 20

L-Artikolu 21

L-Artikolu 22

L-Artikolu 23

L-Artikolu 24

L-Artikolu 25

L-Artikolu 15

L-Artikolu 26

L-Artikolu 16

L-Artikolu 27

L-Artikolu 17

L-Artikolu 28

L-Artikolu 20

L-Artikolu 29

L-Artikolu 21

L-Artikolu 30

L-Artikolu 31

L-Artikolu 22

L-Artikolu 32

L-Artikolu 23

L-Artikolu 33

L-Artikolu 24

L-Artikolu 34

L-Artikolu 25

L-Artikolu 35

L-Artikolu 36

L-Artikolu 37

L-Artikolu 26

L-Artikolu 38

L-Artikolu 27

L-Artikolu 39

L-Artikolu 28

L-Artikolu 40

L-Artikolu 29

L-Artikolu 41

L-Artikolu 30

L-Artikolu 42

L-Artikolu 34

L-Artikolu 43(a) sa (f), (i), (j) u (l)

L-Artikoli 31, 32 u 33

L-Artikolu 43(k)

L-Artikolu 30(1)

L-Artikolu 43(g) u (h)

L-Artikolu 80

L-Artikolu 43(m)

L-Artikoli 35 u 36

L-Artikolu 44

L-Artikolu 37

L-Artikolu 45

L-Artikolu 38

L-Artikolu 46

L-Artikolu 39

L-Artikolu 47

L-Artikolu 40

L-Artikolu 48

L-Artikolu 41

L-Artikolu 49

L-Artikolu 42

L-Artikolu 50

L-Artikolu 43

L-Artikolu 51

L-Artikolu 44

L-Artikolu 52

L-Artikolu 45

L-Artikolu 52a

L-Artikolu 53

L-Artikolu 46

L-Artikolu 54

L-Artikoli 47 u 48

L-Artikolu 55

L-Artikolu 49

L-Artikolu 56

L-Artikolu 50

L-Artikolu 57

L-Artikolu 51

L-Artikolu 58

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 59(1)

L-Artikolu 52

It-tieni sentenza tal-Artikolu 59(1) u l-Artikolu 59(2)

L-Artikolu 60(1) sa (3)

L-Artikolu 53

L-Artikolu 60(4)

L-Artikolu 61

L-Artikolu 54

L-Artikolu 62

L-Artikolu 55

L-Artikolu 63

L-Artikolu 56

L-Artikolu 64

L-Artikolu 57

L-Artikolu 65

L-Artikolu 58

L-Artikolu 66(1)

L-Artikolu 59(1)

L-Artikolu 66(2)

L-Artikolu 59(2)

L-Artikolu 66(3)

L-Artikolu 59(3)

L-Artikolu 66(4)

L-Artikolu 66(5)

L-Artikolu 59(4)

 

L-Artikolu 59(5)

L-Artikolu 67

L-Artikolu 60

L-Artikolu 68

L-Artikolu 61

L-Artikolu 69

L-Artikolu 62(1) u (2)

 

L-Artikolu 62(3)

L-Artikolu 70(1) sal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 70(5)

L-Artikolu 63

L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 70(5)

L-Artikolu 71

L-Artikolu 64

L-Artikolu 72

L-Artikolu 65

L-Artikolu 73

L-Artikolu 66

L-Artikolu 74

L-Artikolu 67

L-Artikolu 75

L-Artikolu 68

L-Artikolu 76

L-Artikolu 69

L-Artikolu 77

L-Artikolu 70

L-Artikolu 78

L-Artikolu 71

L-Artikolu 79

L-Artikolu 72

L-Artikolu 80

L-Artikolu 73(1)

L-Artikolu 81

L-Artikolu 74

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 82

L-Artikolu 75

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82

L-Artikolu 81(i)

L-Artikolu 83(1) sa (3)

L-Artikolu 76

L-Artikolu 83(4)

L-Artikolu 81(d)

L-Artikolu 84

L-Artikolu 77

L-Artikolu 84a

[L-Artikolu 325(2)]

L-Artikolu 85(a), (b) u (ċ)

L-Artikoli 78 u 79

L-Artikolu 85(d)

 

L-Artikolu 80

 

L-Artikolu 81

L-Artikolu 85a

L-Artikolu 82

L-Artikolu 85b

L-Artikolu 83

L-Artikolu 85c

L-Artikolu 84

L-Artikolu 85d

L-Artikolu 85

L-Artikolu 85e

L-Artikoli 86 u 87

L-Artikolu 85f

L-Artikolu 88

L-Artikolu 85g

L-Artikolu 89

L-Artikolu 85h

L-Artikolu 90

L-Artikolu 85i

L-Artikolu 91

L-Artikolu 85j

L-Artikolu 92

L-Artikolu 85k

L-Artikolu 93

L-Artikolu 85l

L-Artikolu 94

L-Artikolu 85m

L-Artikolu 95

L-Artikolu 85n

L-Artikoli 96 u 97

L-Artikoli 85o sa 85x

[L-Artikolu 325(2)]

L-Artikoli 86 sa 90

[L-Artikolu 325(2)]

L-Artikolu 91 sa 95

[L-Artikolu 325(2)]

L-Artikolu 95a

[L-Artikolu 325(2)]

L-Artikolu 96

L-Artikolu 97

L-Artikolu 99

L-Artikolu 98

L-Artikolu 100

L-Artikolu 99

L-Artikoli 101, 103 u 104

L-Artikolu 100

L-Artikoli 102, 103 u 104

L-Artikolu 101

L-Artikolu 102

L-Artikoli 108, 109 u 110

L-Artikolu 102a

L-Artikoli 111, 112 u 113

L-Artikolu 103

L-Artikoli 114, 115 u 116

L-Artikolu 103a

L-Artikoli 117, 118 u 119

L-Artikolu 103b

L-Artikolu 120

L-Artikolu 103c

L-Artikolu 121

L-Artikolu 103d

L-Artikolu 122

L-Artikolu 103e

L-Artikolu 123

L-Artikolu 103f

L-Artikolu 124

L-Artikolu 103g

L-Artikolu 125

L-Artikolu 103ga

L-Artikolu 128

L-Artikolu 103h(a) sa (i)

L-Artikoli 126 u 127

L-Artikolu 103h(f)

L-Artikoli 129 u 130

L-Artikolu 103i

L-Artikolu 131

L-Artikolu 103j

L-Artikolu 132

L-Artikolu 103k

L-Artikolu 133

L-Artikolu 103l

L-Artikolu 134

L-Artikolu 103m

L-Artikolu 135

L-Artikolu 103n

L-Artikolu 136

L-Artikolu 103o

L-Artikolu 137

L-Artikolu 103p

L-Artikolu 138

L-Artikolu 103q

L-Artikolu 139

L-Artikolu 103r

L-Artikolu 140

L-Artikolu 103s

L-Artikolu 141

L-Artikolu 103t

L-Artikolu 142

L-Artikolu 103u

L-Artikolu 143

L-Artikolu 103v

L-Artikolu 144

L-Artikoli 103w sa 103y

[L-Artikolu 325(2)]

L-Artikolu 103z

L-Artikolu 145

L-Artikolu 103za

L-Artikoli 146 u 147

L-Artikolu 104

L-Artikolu 105

L-Artikolu 148

L-Artikolu 106

L-Artikolu 149

L-Artikolu 107

L-Artikolu 150

L-Artikolu 108

L-Artikolu 151

L-Artikolu 109

L-Artikolu 152

L-Artikolu 110

L-Artikoli 153 u 154

L-Artikolu 111

L-Artikolu 155(1), (2) u (4)

[Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72]

L-Artikolu 155(3)

L-Artikolu 112

L-Artikoli 156 u 157

L-Artikolu 113(1)

L-Artikoli 162(1) u (2) u 172(d)

L-Artikolu 113(2)(a)

L-Artikolu 162(3)

L-Artikolu 113(2)(b)

L-Artikolu 162(2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 113(3)

L-Artikolu 161

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 113(3)

L-Artikolu 171

L-Artikolu 113a

[L-Artikolu 325(2)]

L-Artikolu 113b(1)

L-Artikolu 163(1) flimkien mal-Parti I tal-Anness XII

L-Artikolu 113b(2)

Il-Parti I(II)(4) tal-Anness XII

L-Artikolu 113c

L-Artikolu 98

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 113d(1)

L-Artikolu 163(2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 113d(1)

Il-ħames subparagrafu tal-Parti II(1) tal-Anness XII

L-Artikolu 113d(2)

L-Artikolu 163(3)

L-Artikolu 113d(3)

L-Artikolu 167

L-Artikolu 114

[L-Artikolu 325(2)]

L-Artikolu 115

[L-Artikolu 325(2)]

L-Artikolu 116

[L-Artikolu 325(2)]

L-Artikolu 117(1) sa (4)

[L-Artikolu 325(2)]

L-Artikolu 117(5)

L-Artikolu 162(1)

L-Artikolu 118

L-Artikolu 163(2) flimkien mal-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Parti VII tal-Anness XII

L-Artikolu 118a

L-Artikolu 173

L-Artikolu 118b

L-Artikolu 174

L-Artikolu 118c

L-Artikolu 175

L-Artikolu 118d

L-Artikolu 176

L-Artikolu 118e

L-Artikolu 177

L-Artikolu 118f

L-Artikolu 178

L-Artikolu 118g

L-Artikolu 179

L-Artikolu 118h

L-Artikolu 180

L-Artikolu 118i

L-Artikolu 181

L-Artikolu 118j

L-Artikolu 182

L-Artikolu 118k

L-Artikolu 183

L-Artikolu 118l

L-Artikolu 184

L-Artikolu 118m

L-Artikolu 185

L-Artikolu 118n

L-Artikolu 186

L-Artikolu 118o

L-Artikolu 187

L-Artikolu 118p

L-Artikolu 188

L-Artikolu 118q

L-Artikolu 189

L-Artikolu 118r

L-Artikolu 190

L-Artikolu 118s

L-Artikolu 191

L-Artikolu 118t

L-Artikolu 192

L-Artikolu 118u

L-Artikolu 196

L-Artikolu 118v

L-Artikolu 197

L-Artikolu 118w

L-Artikolu 201

L-Artikolu 118x

L-Artikolu 202

L-Artikolu 118y

L-Artikolu 203

L-Artikolu 118z

L-Artikolu 204

L-Artikolu 118za

L-Artikolu 205

L-Artikolu 118zb

L-Artikolu 206

L-Artikolu 119

L-Artikolu 105(1)

L-Artikolu 120

L-Artikoli 162(2)(e) u (g) u 172(d)

L-Artikolu 120a

L-Artikolu 166

L-Artikolu 120b

L-Artikolu 120c

L-Artikolu 165(2)

L-Artikolu 120d

L-Artikolu 168(2)

L-Artikolu 120e(1)

L-Artikoli 162(2)(g) u (n) u 172(d)

L-Artikolu 120e(2)

L-Artikolu 168(3)

L-Artikolu 120f

L-Artikolu 165(3)

L-Artikolu 120g

L-Artikoli 165(1) u 172(d)

L-Artikolu 121(a)(i)

L-Artikoli 162(1) u 172(d)

L-Artikolu 121(a)(ii)

L-Artikoli 162(2)(d) u 172(d)

L-Artikolu 121(a)(iii)

L-Artikoli 161 u 169

L-Artikolu 121(a)(iv)

L-Artikoli 163(2) u 172(d)

L-Artikolu 121(b)(i)

L-Artikolu 172(b) u (c)

L-Artikolu 121(b)(ii)

L-Artikoli 163(3) u 172(b) u (c)

L-Artikolu 121(ċ)(i)

L-Artikolu 172(b) u (c)

L-Artikolu 121(ċ)(ii)

L-Artikolu 172(d)

L-Artikolu 121(ċ)(iii)

L-Artikolu 172(d)

L-Artikolu 121(ċ)(iv)

L-Artikoli 162(2)(u) u 172(d)

L-Artikolu 121(d)(i)

L-Artikoli 162(2)(a) u 172(d)

L-Artikolu 121(d)(ii)

L-Artikoli 162(2)(k) u 172(d)

L-Artikolu 121(d)(iii)

L-Artikoli 162(2)(e) u 172(d)

L-Artikolu 121(d)(iv)

L-Artikoli 162(2)(b) u 172(d)

L-Artikolu 121(d)(v)

L-Artikoli 162(2)(d) u 172(d)

L-Artikolu 121(d)(vi)

L-Artikoli 179 u 172(i)

L-Artikolu 121(d)(vii)

L-Artikoli 162(2)(g) u 172(d)

L-Artikolu 121(e)(i)

L-Artikoli 162(2)(a) u 172(d)

L-Artikolu 121(e)(ii)

L-Artikoli 162(2)(a) u 172(d)

L-Artikolu 121(e)(iii)

L-Artikoli 162(2)(b) u 172(d)

L-Artikolu 121(e)(iv)

L-Artikoli 162(2)(d) u (p) u 172(d)

L-Artikolu 121(e)(v)

L-Artikoli 162(2)(d), (g) u (i) u 172(d)

L-Artikolu 121(e)(vi)

L-Artikoli 162(1) u (2)(s) u 172(d)

L-Artikolu 121(e)(vii)

L-Artikoli 162(2)(m) u (n) u 172(d)

L-Artikolu 121(f)(i)

L-Artikoli 162(2)(a) u 172(d)

L-Artikolu 121(f)(ii)

L-Artikoli 162(2)(a) u 172(d)

L-Artikolu 121(f)(iii)

L-Artikoli 162(2)(d), 169 u 172(d)

L-Artikolu 121(f)(iv)

L-Artikoli 162(2)(p) u 172(d)

L-Artikolu 121(f)(v)

L-Artikoli 162(2)(o) u 172(d)

L-Artikolu 121(f)(vi)

L-Artikoli 162(2)(u) u 172(d)

L-Artikolu 121(f)(vii)

L-Artikoli 162(2)(p) u 172(d)

L-Artikolu 121(g)

L-Artikoli 162(2)(e) u 172(d)

L-Artikolu 121(h)

L-Artikolu 172(d)

L-Artikolu 121(i)

L-Artikoli 106 u 107

L-Artikolu 121(j)(i)

L-Artikoli 162(2)(d) u 172(d)

L-Artikolu 121(j)(ii)

L-Artikoli 169 u 172(d)

L-Artikolu 121(k)

L-Artikoli 193, 194 u 195

L-Artikolu 121(l)

L-Artikoli 198, 199 u 200

L-Artikolu 121(m)

L-Artikoli 207 u 208

L-Artikolu 121(2)

L-Artikoli 162(3) u 172(b) u (c)

L-Artikolu 121(3)

L-Artikoli 162(2)(g) u 172(d)

L-Artikolu 121(4)(a)

L-Artikolu 121(4)(b)

L-Artikolu 162(2)(g) u (n)

L-Artikolu 121(4)(ċ)

L-Artikolu 162(2)(g) u (n)

L-Artikolu 121(4)(d)

L-Artikolu 162(2)(h)

L-Artikolu 121(4)(e)

L-Artikolu 162(2)(f)

L-Artikolu 121(4)(f)

L-Artikolu 162(2)(g)

L-Artikolu 121(4)(g)

L-Artikolu 162(2)(s)

L-Artikolu 122

L-Artikolu 209

 

L-Artikolu 209(a)(iv)

L-Artikolu 123

L-Artikolu 210(1), (2) u (3)

 

L-Artikolu 210(4)

L-Artikolu 124

L-Artikolu 211

L-Artikolu 125

L-Artikolu 212

L-Artikolu 125a

L-Artikolu 213

L-Artikolu 125b

L-Artikolu 214

L-Artikolu 125c

L-Artikolu 215

L-Artikolu 125d

L-Artikolu 216

L-Artikolu 125e

L-Artikolu 217

L-Artikolu 125f

L-Artikolu 218

L-Artikolu 125g

L-Artikolu 219

L-Artikolu 125h

L-Artikolu 220

L-Artikolu 125i

L-Artikolu 221

L-Artikolu 125j

L-Artikolu 222

L-Artikolu 125k

L-Artikolu 223

L-Artikolu 125l

L-Artikolu 224

L-Artikolu 125m

L-Artikolu 225

L-Artikolu 125n

L-Artikolu 226

L-Artikolu 125o

L-Artikolu 227

L-Artikolu 126

L-Artikolu 228

 

L-Artikolu 229

L-Artikolu 127

L-Artikolu 230

L-Artikolu 128

L-Artikolu 231

L-Artikolu 129

L-Artikolu 232

L-Artikolu 130

L-Artikolu 233

L-Artikolu 131

L-Artikolu 234

L-Artikolu 132

L-Artikolu 235

L-Artikolu 133

L-Artikolu 236

L-Artikolu 133a

L-Artikolu 237

L-Artikolu 134

L-Artikoli 238 u 239

L-Artikolu 135

L-Artikolu 240

L-Artikolu 136

L-Artikolu 241

L-Artikolu 137

L-Artikolu 242

L-Artikolu 138

L-Artikolu 243

L-Artikolu 139

L-Artikolu 244

L-Artikolu 140

L-Artikolu 245

L-Artikolu 140a

L-Artikolu 246

L-Artikolu 141

L-Artikolu 247

L-Artikolu 142

L-Artikolu 248

L-Artikolu 143

L-Artikoli 249 u 250

L-Artikolu 144

L-Artikolu 251

L-Artikolu 145

L-Artikolu 254(1)(a)

L-Artikolu 146

L-Artikolu 252

L-Artikolu 147

L-Artikolu 148

L-Artikoli 253, 254 u 255

L-Artikolu 149

L-Artikolu 256

L-Artikolu 150

L-Artikolu 257

L-Artikolu 151

L-Artikolu 258

L-Artikolu 152

L-Artikolu 259

L-Artikolu 153(1), (2) u (3)

L-Artikolu 260

L-Artikolu 153(4)

L-Artikolu 154

L-Artikolu 155

L-Artikolu 156

L-Artikoli 261 u 262

L-Artikolu 157

L-Artikolu 263

L-Artikolu 158

L-Artikolu 264

L-Artikolu 158a

L-Artikoli 170 u 172

L-Artikolu 159

L-Artikolu 265

L-Artikolu 160

L-Artikolu 266

L-Artikolu 161

L-Artikoli 267, 268, 269 u 270

L-Artikolu 162

L-Artikolu 271

L-Artikolu 163

L-Artikolu 272

L-Artikolu 164(1) u (2)

L-Artikolu 273

L-Artikolu 164(3) u (4)

[L-Artikolu 43(3) tar-Regolament]

L-Artikolu 165

[L-Artikolu 43(3) tar-Regolament]

L-Artikolu 166

[L-Artikolu 43(3) tar-Regolament]

L-Artikolu 167

L-Artikolu 274

L-Artikolu 168

L-Artikolu 275

L-Artikolu 169

L-Artikolu 276

L-Artikolu 170

L-Artikoli 277 u 278

L-Artikolu 171

L-Artikolu 279

L-Artikolu 172

L-Artikolu 280

L-Artikolu 173

L-Artikolu 281

L-Artikolu 174

L-Artikolu 282

L-Artikolu 175

L-Artikolu 283

L-Artikolu 176

L-Artikolu 284

L-Artikolu 176a

L-Artikolu 285

L-Artikolu 177

L-Artikolu 286

 

L-Artikolu 287

L-Artikolu 178

L-Artikolu 288

L-Artikolu 179

L-Artikolu 289

L-Artikolu 180

L-Artikolu 290

L-Artikolu 181

L-Artikolu 291(1)

L-Artikolu 182(1)

L-Artikolu 292

L-Artikolu 182(2)

L-Artikolu 182(3)

L-Artikolu 293

L-Artikolu 182(4)

L-Artikolu 294

L-Artikolu 182(5)

L-Artikolu 295

L-Artikolu 182(6)

L-Artikolu 296

L-Artikolu 182(7)

L-Artikolu 291(2)

L-Artikolu 182a

L-Artikolu 297

L-Artikolu 183

L-Artikolu 309

 

L-Artikolu 310

 

L-Artikolu 311

L-Artikolu 184

L-Artikolu 302(1) sa (7)

 

L-Artikolu 302(8)

L-Artikolu 185

L-Artikolu 303

L-Artikolu 185a

L-Artikolu 304

L-Artikolu 185b

L-Artikolu 305

L-Artikolu 185c

L-Artikolu 306

L-Artikolu 185d

L-Artikolu 307

L-Artikolu 186

L-Artikolu 298

L-Artikolu 187

L-Artikolu 299

L-Artikolu 188

L-Artikoli 300 u 301

L-Artikolu 188a(1),(2), (5), (6) u (7)

L-Artikolu 302

L-Artikolu 188a(3) u (4)

[L-Artikolu 325(2)]

L-Artikolu 189

L-Artikolu 312

L-Artikolu 190

L-Artikolu 313

L-Artikolu 190a

L-Artikolu 314

L-Artikolu 191

L-Artikolu 315

L-Artikolu 192

L-Artikolu 316

L-Artikolu 193

L-Artikolu 317

L-Artikolu 194

L-Artikolu 318

L-Artikolu 194a

L-Artikolu 319

 

L-Artikolu 320

 

L-Artikolu 321

 

L-Artikolu 322

L-Artikolu 195

L-Artikolu 323

L-Artikolu 196

L-Artikolu 324

L-Artikolu 197

L-Artikolu 198

L-Artikolu 199

L-Artikolu 200

L-Artikolu 201

L-Artikolu 325

 

L-Artikolu 326

L-Artikolu 202

L-Artikolu 203

L-Artikolu 203a

L-Artikolu 327

Artikolu 203b

L-Artikolu 328

L-Artikolu 204

L-Artikolu 329

L-Anness I

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness II

L-Anness III

L-Anness III

L-Anness IV

L-Anness IV

L-Anness V

L-Anness V

L-Anness VI

L-Anness VI

L-Anness VII

L-Anness VIIa

L-Anness VIIb

L-Anness VIIc

L-Anness VIII

L-Anness VII

L-Anness IX

L-Anness VIII

L-Anness X

L-Anness IX

L-Anness Xa

L-Anness Xb

L-Anness X

L-Anness Xc

L-Anness XIX

L-Anness Xd

L-Anness Xe

L-Anness XI

 

L-Anness XI

L-Anness XIa(I)

L-ewwel subparagrafu tal-Parti I(I) tal-Anness XII

L-ewwel subparagrafu tal-Anness XIa(II)

It-tieni subparagrafu tal-Parti I(I) tal-Anness XII

It-tieni subparagrafu tal-Anness XIa(II)

L-Anness XIa(III)(1)

L-ewwel paragrafu tal-Anness XII

L-Anness XIa(III)(2)

Il-Parti II(1) tal-Anness XII

L-Anness XIa(III)(3)

Il-Parti II(2) tal-Anness XII

L-Anness XIa(III)(4)

Il-Parti II(3) tal-Anness XII

L-Anness XIa(IV) sa (IX)

[L-Artikolu 325(2)]

L-Anness XIb

Il-Parti II tal-Anness XII

L-Appendiċi għall-Anness XIb

L-Appendiċi għall-Parti II tal-Anness XII

L-Anness XII(I)

L-Anness XII(II)(1)

Il-Parti III(1) tal-Anness XII

L-Anness XII(II)(2)

Il-Parti III(2) tal-Anness XII

L-Anness XII(II)(3)

Il-Parti III(3) tal-Anness XII

L-Anness XII(II)(4)

Il-Parti III(4) tal-Anness XII

L-Anness XII(III)(1)

Il-Parti III(5) tal-Anness XII

L-Anness XII(III)(2)

Il-Parti III(6) tal-Anness XII

L-Anness XII(IV)(1)

L-Artikolu 172(b) u (c)

L-Anness XII(IV)(2)

[L-Artikolu 325(2)]

L-Anness XIII(I)

Il-Parti IV(I) tal-Anness XII

L-Anness XIII(II)

Il-Parti IV(II) tal-Anness XII

L-Anness XIII(III)

Il-Parti IV(III) tal-Anness XII

L-Anness XIII(IV)

L-Artikoli 161 u 163(2)

L-Anness XIII(V)

L-ewwel subparagrafu tal-Anness XIII(VI)

It-tieni subparagrafu tal-Anness XIII(VI)

[L-Artikolu 325(2)]

L-Anness XIV(A)

L-Artikoli 162(1), (2)(b) u (d), 169 u 172(d)

L-Anness XIV(B)(I)(1)

Il-Parti V(I) tal-Anness XII

L-Anness XIV(B)(I)(2) u (3)

L-Artikoli 162(1) u 172(d)

L-Anness XIV(B)(II)

Il-Parti V(II) tal-Anness XII

L-Anness XIV(B)(III) u (Ċ)

[L-Artikolu 325(2)]

L-Anness XV(I)(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Parti VI tal-Anness XII

L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Anness XV(I)(2)

It-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Parti VI tal-Anness XII

It-tielet subparagrafu tal-Anness XV(I)(2)

Is-sitt subparagrafu tal-Parti VI tal-Anness XII

L-Anness XV(II),(III) u (VI)

[L-Artikolu 325(2)]

L-Anness XV(IV)(1)

L-Artikolu 168(1)

L-Anness XV(IV)(2) u (3)

[L-Artikolu 325(2)]

L-Anness XV(V)

L-Artikoli 161 u 163(2)

L-Anness XV(VI)

[L-Artikolu 325(2)]

L-Appendiċi għall-Anness XV

Is-seba’ subparagrafu tal-Parti VI tal-Anness XII

L-Anness XVa

Il-Parti I tal-Anness XIII

L-Anness XVb

Il-Parti II tal-Anness XIII

L-Anness XVI

Il-Parti VII tal-Anness XII

L-Anness XVIa

L-Anness XIV

L-Anness XVII

L-Anness XV

L-Anness XVIII

L-Anness XVI

L-Anness XIX

L-Anness XX

L-Anness XVII

L-Anness XXI

L-Anness XVIII

L-Anness XXII

 

L-Anness XX


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/519


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni ***I

P7_TA(2012)0281

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008 (COM(2010)0745 – C7-0429/2010 – 2010/0365(COD))

2013/C 349 E/26

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0745),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0429/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità mis-Senat Pollakk, li tisħaq li l-abbozz ta' att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-kontributi l-oħra mressqa mis-Senat Taljan, mill-Parlament Portugiż u mill-Kamra tad-Deputati Rumena fir-rigward tal-abbozz ta' att leġislattiv,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta' Mejju 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0209/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 124.


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
P7_TC1-COD(2010)0365

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (3) jagħti setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-imsemmi Regolament.

(2)

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandhom jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(3)

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Jeħtieġ li jiġu definiti l-elementi li għalihom din is-setgħa tista’ tiġi implimentata kif ukoll il-kundizzjonijiet li d-delega msemmija għandha tissodisfa. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament (KE) Nru. 1290/2005, is-setgħa li tadotta atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni biex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tagħha. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoi twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-waqt u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 1]

(4)

Biex tiżgura applikazzjoni jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta atti , is-setgħat implimentattivi skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn l-atti implimentattivi skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru xxx/xxx għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni  (4). [Em. 2]

(5)

Ċerti dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni adottati qabel mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-setgħat mogħtija mir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandhom ikunu inklużi fl-imsemmi Regolament. Dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw regoli dwar l-allokazzjoni ta’ ċerti somom u ammonti li jikkostitwixxu dħul pagabbli lill-baġit tal-Unjoni stipulat fil-kontijiet miżmuma skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, f’dak li jirrigwarda ż-żamma tal-kontijiet tal-aġenziji ta’ ħlas, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ rimbors tan-nefqa taħt l-FAEG u l-FAEŻR (5).

(6)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba permezz tal-applikazzjoni tar-regoli dwar in-nefqiet iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), parti mid-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-finanzjament tal-azzjonijiet previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 tal-24 ta’ Jannar 1994 dwar il-kofinanzjament mill-Komunità tal-kontrolli bit-telerilevament (6) u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 78/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 dwar il-miżuri li l-Kummissjoni għandha twettaq għall-perijodu 2008-2013 bl-użu tal-applikazzjonijiet ta’ ‘remote sensing’ implimentati fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni (7) għandhom ikunu integrati fir-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008 jiġu revokati. Madankollu, jeħtieġ li tibqa’ tiġi pprovduta l-kontinwità tal-applikabbiltà tal-Artikolu fuq ir-rapport li għandha tissottometti l-Kummissjoni.

(7)

L-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni permezz tal-applikazzjoni tar-remote sensing u l-kisba u l-perfezzjonament mill-Kummissjoni tal-immaġnijiet bis-satellita għandhom l-għan li joffru mezzi għall-ġestjoni u s-sorveljanza tas-swieq agrikoli. Sabiex tiggarantixxi r-rispett ta’ dan l-għan, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi għall-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ akkwist u għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri tar-riżultati tal-azzjonijiet ta’ ‘remote sensing’.

(8)

Sabiex tiżgura funzjonament uniformi tal-korpi ta’ koordinazzjoni tal-Istati Membri, imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi dwar ir-regoli dettaljati ta’ funzjonament ta’ dawn il-korpi u b’mod partikolari l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni.

(9)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvalida l-pjan ta’ finanzjament ta’ kull programm ta’ żvilupp rurali u tipprovdi għal kull tibdil tiegħu, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi dwar il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontenut u t-tibdil tal-pjan ta’ finanzjament.

(10)

Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandha tippermettilha li tuża b’mod dirett u bl-aktar mod effikaċi l-informazzjoni li tintbagħtilha għall-ġestjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR u tal-ħlasijiet relatati, kif ukoll sabiex tlesti l-proċedura ta’ approvazzjoni tal-kontijiet u l-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ konformità. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi dwar id-dikjarazzjoni tan-nefqa, il-kontijiet annwali, id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni, id-dikjarazzjoni dwar il-ħażna pubblika, is-sistemi ta’ informazzjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni u dokumenti, kif ukoll ir-regoli dwar il-konservazzjoni tagħhom.

(11)

L-obbligu dwar iż-żamma ta’ kontijiet mill-aġenziji ta’ ħlas jkopri dejta dettaljata meħtieġa għall-ġestjoni tal-fondi u l-kontroll tagħhom. Sabiex tippermetti l-issodisfar ta’ dan l-obbligu mill-Istati Membri u mill-aġenziji ta’ ħlas billi jsegwu regoli armonizzati, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi dwar il-qafas ta’ kontabilità tal-interventi fil-forma ta’ ħażna pubblika msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) tal-miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ operazzjonijiet ta’ ħażna pubblika u l-kontabilità ta’ operazzjonijiet ta’ ħażna pubblika mill-aġenziji ta’ ħlas tal-Istati Membri (8), kif ukoll ta’ nefqiet oħrajn iffinanzjati mill-FAEG u l-FAEŻR imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 883/2006.

(12)

Sabiex tiggarantixxi ġestjoni tajba tal-flussi finanzjarji, b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-Istati Membri jimmobilizzaw il-mezzi sabiex ikopru l-ispejjeż meħtieġa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri tal-mezzi finanzjarji, filwaqt li tikkunsidra l-metodi ta’ ġestjoni speċifiċi tal-FAEG u l-FAEŻR.

(13)

B’rabta ma’ din l-emenda għar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, li għandha l-għan li tikkonforma l-imsemmi Regolament mal-proċeduri previsti mit-Trattat ta’ Liżbona, jeħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet jiġu aġġornati f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi sabiex jiġu adattati għat-terminoloġija użata mit-Trattat.

(14)

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandu jkun emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, il-punt li ġej huwa miżjud:

"(ea)

sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-azzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni permezz ta’ applikazzjonijiet ta’ ‘remote sensing’ bl-għan li joffru lill-Kummissjoni l-mezzi sabiex tmexxi s-swieq agrikoli.";

(b)

Fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b’dan il-kliem:

"Id-drittijiet u l-ispejjeż relatati għandhom ikunu kkalkulati u stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(3) (proċedura kosultattiva).".

(2)

Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-punt li ġej:

"(aa)

il-kisba mill-Kummissjoni ta’ immaġnijiet bis-satellita meħtieġa għall-kontrolli, li l-lista tagħhom ġiet miftiehma ma’ kull Stat Membru skont speċifikazzjonijiet stabbiliti minnhom, bl-għan li jintużaw mill-Kummissjoni jew li jintbagħtu bla ħlas lill-korpi ta’ kontroll jew lill-fornituri ta’ servizzi awtorizzati minnhom filwaqt li jibqgħu l-proprjetarji ta’ dawn l-immaġnijiet, kif ukoll xogħlijiet li għandhom l-għan li jtejbu t-teknika u l-metodi ta’ ħidma fil-qasam tal-kontroll tal-artijiet agrikoli permezz tar-‘remote sensing’;".

(3)

L-Artikolu 6 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 3, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(2), (proċedura ta’ analiżi) ir-regoli dwar il-funzjonament tal-korp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-ewwel u fit-tieni paragrafi u dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni.".

b)

Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu kif ġej:

"5.   Biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema prevista fil-paragrafi 1 sa 4, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a:

(a)

rekwiżiti minimi ta’ akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ħlas dwar l-ambjent intern, l-attivitajiet ta’ kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ, kif ukoll regoli dwar il-proċedura tal-għoti u tal-irtirar tal-akkreditazzjoni;

(b)

regoli dwar is-superviżjoni u l-proċedura ta’ reviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ħlas;

(c)

rekwiżiti minimi ta’ akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni kif ukoll regoli dwar il-proċedura tal-għoti u tal-irtirar tal-akkreditazzjoni.

6.   Sabiex tiggarantixxi t-twettiq sħiħ tal-kompiti previsti fil-paragrafu 1 fil-qafas tal-operazzjonijiet ta’ ħażna pubblika, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a, regoli dwar:

(a)

il-limitu tar-responsabbiltà u tal-obbligi tal-korpi ta’ ħlas, il-kundizzjonijiet ta’ delegar tat-twettiq tal-kompiti lil entitajiet pubbliċi jew privati terzi;

(b)

l-obbligu tal-korpi ta’ ħlas li jistabbilixxu inventarju għal kull prodott u li jikkontrollaw il-ħażniet ta’ prodotti taħt is-sistema ta’ interventi kif ukoll il-kundizzjonijiet applikabbli għal dawn il-kontrolli.".

(4)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-test eżistenti jsir il-paragrafu 1;

(b)

Jiżdied il-paragrafu kif ġej:

"2.   Biex l-attività tal-korp ta’ ċertifikazzjoni tkun utli għall-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a regoli dwar l-għażla u r-responsabbiltajiet tiegħu.".

(5)

Fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"4.   Sabiex tiggarantixxi applikazzjoni tajba u effikaċi tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontrolli msemmija f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi permezz ta’ att delegat obbligi speċifiċi li għandhom ikunu ssodisfati mill-Istati Membri.".

(6)

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

Ma jirrigwardax il-verżjoni Maltija.

(b)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit bil-kliem li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(3), (proċedura konsultattiva) dwar il-ħlasijiet ta’ kull xahar li hija tagħmel, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tan-nefqa tal-Istati Membri u tal-informazzjoni pprovduta, skont l-Artikolu 8(1), billi tikkunsidra t-tnaqqis jew is-sospensjonijiet applikati skont l-Artikoli 17 u 17(a).".

(7)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-test eżistenti sir il-paragrafu 1;

(b)

Jiżdied il-paragrafu li ġej:

"2.   Sabiex timmodifika l-impatt finanzjarju b’mod proporzjonali mad-dewmien innutat fil-ħlas, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a regoli dwar it-tnaqqis tal-ħlasijiet skont it-tul tad-dewmien innutat.".

(8)

Ma jirrigwardax il-verżjoni Maltija.

(9)

Ma jirrigwardax il-verżjoni Maltija.

(10)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 4 huwai sostitwit bil-kliem li ġej:

"4.   Meta fit-30 ta’ Ġunju ta’ sena partikolari, il-Kunsill ma jkunx stabbilixxa l-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 ma jkunux ġew stabbiliti  (9), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawn l-aġġustamenti permezz ta’ att implimentattiv u għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bihom . Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 42d(3), (proċedura konsultattiva) ta’ dan ir-Regolament, u għandha tinforma minnufih b’dan lill-Kunsill. [Em. 3]

(11)

L-Artikolu 19 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti mill-kliem li ġej:

"1.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien mal-abbozz tal-baġit għal sena finanzjarja N, it-tbassir tagħha għas-snin finanzjarji N - 1, N u N + 1.

Hija għandha tippreżenta fl-istess waqt analiżi tad-differenzi osservati bejn it-tbassir inizjali u n-nefqa effettiva għas-snin finanzjarji N - 2 u N - 3.

2.   Jekk, waqt it-tfassil tal-abbozz tal-baġit għal sena finanzjarja N, ikun jidher li hemm riskju li jinqabeż il-bilanċ nett imsemmi fl-Artikolu 12(3), għas-sena finanzjarja N, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-marġini previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill l-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari dawk mitluba taħt l-Artikolu 11(2), tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. [Em. 4]

3.   F’kull mument, jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li jeżisti riskju li l-bilanċ nett imsemmi fl-Artikolu 12(3) jinqabeż u li hija ma tkunx tista’ tieħu l-miżuri xierqa sabiex tirranġa s-sitwazzjoni taħt is-setgħat tagħha, hija għandha tipproponi miżuri oħrajn sabiex tiżgura l-konformità ma’ dak il-bilanċ, miżuri li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill jew mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 43(2) TFUE .". [Em. 5]

b)

Fil-paragrafu 4, (c) huwa sostitwit bil-kliem li ġej:

"(c)

tistabbilixxi permezz ta’ att implimentattiv skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(3), (proċedura konsultattiva) l-ammont totali tal-finanzjament mill-Unjoni analizzat skont l-Istati Membri, fuq il-bażi ta’ rata unika ta’ finanzjament mill-Unjoni, fil-limitu tal-baġit li kien disponibbli għall-ħlasijiet ta’ kull xahar;".

(12)

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jkun sostitwit bil-kliem li ġej:

1.   Meta l-Kummissjoni tadotta l-abbozz tal-baġit, jew ittra ta’ emenda għall-abbozz tal-baġit li jirrigwarda l-ispejjeż agrikoli, hija għandha tuża sabiex tistabbilixxi l-estimi tal-baġit tal-FAEG, ir-rata tal-kambju medja bejn l-Euro u d-dollaru Amerikan fuq is-suq matul l-aħħar kwart tas-sena li jispiċċa mill-inqas għoxrin jum qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-baġit.’

(b)

Fil-paragrafu 2, is-sentenza ta’ introduzzjoni hija sostitwita bil-kliem li ġej:

"2.   Meta l-Kummissjoni tadotta abbozz ta’ baġit emendatorju jew supplimentari jew ittra ta’ emenda għal dan, sakemm dawn id-dokumenti jirrigwardaw l-approprjazzjonijiet relatati mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) (a) u (b), hija għandha tuża:".

(13)

Fit-Titolu II, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 21a

Azzjonijiet marbuta mar-‘remote sensing’

1.   L-azzjonijiet iffinanzjati skont l-Artikolu 3(2)(ea), għandhom l-għan li jiżguraw il-monitoraġġ agroekonomiku tal-artijiet agrikoli u tal-kundizzjoni tar-raba’ b’mod li jkunu jistgħu jsiru stimi, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda r-rendiment u l-produzzjoni agrikola, li jiffavorixxu l-aċċess għal dawn l-istimi, jew li jiżguraw il-monitoraġġ teknoloġiku tas-sistema agrometeoroloġika.

Dawn l-azzjonijiet jirrigwardaw prinċipalment il-ġbir jew ix-xiri ta’ informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni, inkluża d-dejta miksuba permezz tas-satellita u d-dejta meteoroloġika, il-ħolqien ta’ infrastruttura ta’ dejta spazjali u ta’ sit elettroniku, it-twettiq ta’ studji speċifiċi marbuta ma’ kundizzjonijiet klimatiċi u l-aġġornament tal-mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta permezz ta’ att implimentattiv skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(2), (proċedura ta’ analiżi) regoli dwar il-finanzjamenti msemmija fl-Artikolu 3(2)(ea), u fl-Artikolu 5(aa), il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-azzjonijiet ta’ ‘remote sensing’ għall-kisba tal-għanijiet, il-kundizzjonijiet ta’ kisba, ta’ titjib u ta’ użu tal-immaġnijiet tas-satellita u d-dejta meteoroloġika, kif ukoll l-iskadenzi applikabbli.

(14)

Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 23a

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att implimentattiv skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(2), (proċedura ta’ analiżi) ta’ dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet relatati mal-kontenut, il-preżentazzjoni u t-tibdil tal-pjan ta’ finanzjament kif previst fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (10)."

(15)

Ma jirrigwardax il-verżjoni Maltija.

(16)

Ma jirrigwardax il-verżjoni Maltija.

(16a)

Fl-Artikolu 29, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1a.     Għall-Istati Membri li għażlu li jorganizzaw il-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom fuq bażi reġjonali, il-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi diżimpenjat awtomatikament jista' jsir fil-livell tal-Istat Membru." [Em. 6]

(17)

L-Artikolu 30 huwa sostitwit bil-kliem li ġej:

"Artikolu 30

Approvazzjoni finanzjarja

1.   Qabel it-30 ta’ April tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(3), (proċedura konsultattiva) dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-korpi ta’ ħlas akkreditati fuq il-bażi tal-informazzjoni kkomunikata skont l-Artikolu 8 (1)(c)(iii).

2.   Id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija f’paragrafu 1 għandha tkopri l-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali ppreżentati. Id-deċiżjoni għandha tkun adottata mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet adottati sussegwentement taħt l-Artikolu 31."

(18)

L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jkun sostitwit bil-kliem li ġej:

"1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(3), (proċedura konsultattiva) dwar l-ammonti li għandhom ikunu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni meta hija tikkunsidra li nefqiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), u fl-Artikolu 4 ma jkunux saru skont ir-regoli tal-Unjoni.";

(b)

Il-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit bil-kliem li ġej:

"3.   Qabel ma tiġi adottata kwalunkwe deċiżjoni ta’ rifjut ta’ finanzjament, ir-riżultati tas-sejbiet tal-Kummissjoni kif ukoll it-tweġibiet tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub, u wara dan, iż-żewġ partijiet għandhom jippruvaw jaslu għal qbil dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu.".

(19)

Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 31 a

Setgħat delegati

Sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tal-proċedura ta’ approvazzjoni finanzjarja u tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a ir-regoli dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu bl-għan li jiġu adottati deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 30 u 31 u l-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-regoli dwar il-proċedura ta’ konċiljazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(3), it-tieni subparagrafu, inkluż l-istabbiliment, il-funzjonijiet u l-kompożizzjoni ta’ korp ta’ konċiljazzjoni u l-metodi ta’ ħidma tiegħu.".

(20)

L-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 4, is-sentenza ta’ introduzzjoni għandha tkun sostitwita bil-kliem li ġej:

"Wara li tkun segwiet il-proċedura prevista fl-Artikolu 31, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiddebita s-somom li għandhom jiġu rkuprati lill-Istat Membru:";

(b)

Ma jirrigwardax il-verżjoni Maltija;

(c)

Fil-paragrafu 8, is-sentenza ta’ introduzzjoni għandha tiġi sostitwita bil-kliem li ġej:

"Wara li tkun segwiet il-proċedura prevista fl-Artikolu 31, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li teskludi mill-finanzjament Komunitarju, is-somom debitati lill-baġit Komunitarju fil-każijiet li ġejjin:".

(21)

L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 5, is-sentenza ta’ introduzzjoni għandha tkun sostitwita bil-kliem li ġej:

"Wara li tkun segwiet il-proċedura prevista fl-Artikolu 31, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiddebita s-somom li għandhom jiġu rkuprati lill-Istat Membru:";

(b)

Il-paragrafu 7 huwa sostitwit bil-kliem li ġej:

"7.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf proċedura ta’ rkupru taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 326.".

(22)

L-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(d)

is-somom pagabbli lill-baġit tal-Unjoni li jkunu nġabru bħala riżultat ta’ pieni jew sanzjonijiet skont ir-regoli speċifiċi previsti mil-leġislazzjonijiet agrikoli settorjali;

(e)

l-ammonti korrispondenti għat-tnaqqis jew l-esklużjonijiet tal-ħlasijiet applikati skont ir-regoli li jirrigwardaw il-kundizzjonalità prevista mit-Titolu II, Kapitolu 1, tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.";

(b)

Jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4.   L-Artikoli 150 u 151 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kontabilità tad-dħul assenjat taħt dan ir-Regolament.".

(23)

Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV, Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 35a

Setgħat delegati

1.   Sabiex tiggarantixxi applikazzjoni tajba u effikaċi tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-irkupri msemmija fl-Artikoli 32 u 33, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a obbligi speċifiċi li għandhom jiġu rispettati mill-Istati Membri.

2.   Sabiex tikkunsidra d-dħul miġbur mill-aġenziji ta’ ħlas għall-kont tal-baġit tal-Unjoni minn ħlasijiet li jkunu saru fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ nefqa mibgħuta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a il-kundizzjonijiet li taħthom għandhom isiru ċerti kumpensi bejn spejjeż u dħul effettwati fil-qafas tal-FAEG u tal-FAEŻR.".

(24)

Fil-Kapitolu 3 tat-Titolu IV, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 37a

Setgħat delegati

Sabiex tiggarantixxi l-effikaċja tal-kompiti fdati lill-Kummissjoni fl-Artikoli 36 u 37, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a regoli dwar l-obbligi ta’ kooperazzjoni li l-Istati Membri għandhom jirrispettaw.".

(25)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 40a

Setgħat delegati

1.   Sabiex tiżgura l-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Unjoni għall-FAEG u l-FAEŻR, il-Kummissjoni tista’ tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a regoli dwar:

(a)

l-obbligu għall-korpi ta’ ħlas li jżommu kontijiet, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-elementi li għandhom jiġu kontabilizzati;

(b)

il-valorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet relatati mal-ħażna pubblika u l-miżuri li għandhom jittieħdu f’każ ta’ telf jew degradazzjoni tal-prodotti taħt l-iskema ta’ interventi fil-forma ta’ ħażna pubblika u d-determinazzjoni tal-ammont li għandu jkun iffinanzjat.

2.   Sabiex tiggarantixxi l-finanzjament mill-FAEG tal-ispejjeż relatati mal-miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħażna pubblika, il-Kummissjoni tista’ tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a ir-regoli dwar:

a)

it-tip ta’ nefqiet li jistgħu jibbenefikaw mill-finanzjament tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet tar-rimbors tagħhom;

b)

il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-metodi ta’ kalkolu fuq il-bażi tal-elementi attwalment irreġistrati mill-korpi ta’ ħlas jew fuq il-bażi ta’ rati fissi stabbiliti mill-Kummissjoni jew fuq il-bażi ta’ ammonti b'rati fissi jew le previsti mil-leġislazzjoni agrikola settorjali.

3.   Sabiex tivverifika l-konsistenza tad-dejta mibgħuta mill-Istati Membri dwar in-nefqiet jew informazzjoni oħra prevista minn dan ir-Regolament u sabiex tiżgura r-rispett tal-obbligu ta’ komunikazzjoni kif previst fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a, kundizzjonijiet ta’ tnaqqis u sospensjonijiet tal-ħlasijiet lill-Istati Membri, f’dak li jirrigwarda n-nefqiet tal-FAEG u tal-FAEŻR rispettivament.

4.   Meta l-baġit tal-Unjoni ma jiġix adottat fil-bidu tas-sena finanzjarja jew jekk l-ammont globali tal-impenji antiċipati jaqbeż il-limitu ffissat fl-Artikolu 150(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, sabiex tiddetermina b’mod ġust it-tqassim tal-approprjazzjonijiet disponibbli bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a, il-metodi ta’ ħlas tan-nefqiet.

5.   Sabiex tevita l-applikazzjoni, mill-Istati Membri li mhumiex parti miż-żona tal-euro, ta’ rati ta’ kambju differenti, minn naħa waqt il-kontabilità, f’muniti oħrajn minbarra l-Euro, tad-dħul miġbur jew tal-għajnuniet mogħtija lill-benefiċjarji u, min-naħa l-oħra, meta tiġi stabbilita d-dikjarazzjoni tan-nefqa mill-korp ta’ ħlas, il-Kummissjoni tista’ tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a regoli dwar ir-rata tal-kambju għall-istabbiliment tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u r-reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ ħażna pubblika fil-kontijiet tal-korp ta’ ħlas.

6.   Sabiex tiżgura t-trasparenza tal-użu tal-FAEG u tal-FAEŻR u pubblikazzjoni uniformi mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 44a, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a regoli dwar:

(a)

il-kontenut u l-format tal-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata;

(b)

id-data tal-pubblikazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ informazzjoni tal-benefiċjarji;

(c)

il-mezzi ta’ komunikazzjoni u ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

Artikolu 40b

Setgħat ta’ implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ att implimentattiv skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(2), (proċedura ta’ analiżi) regoli dwar:

(a)

il-forma, il-kontenut, il-frekwenza, l-iskadenzi u l-metodi ta’ trasmissjoni lill-Kummissjoni jew ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tagħha:

(i)

id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tal-estimi tan-nefqa kif ukoll l-aġġornament tagħhom, inkluż id-dħul allokat,

(ii)

id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u tal-kontijiet annwali tal-korpi ta’ ħlas,

(iii)

ir-rapporti ta’ ċertifikazzjoni tal-kontijiet,

(iv)

id-dejta tal-korpi ta’ ħlas akkreditati, tal-korpi ta’ koordinazzjoni akkreditati u tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni,

(v)

it-termini ta’ konsiderazzjoni u tal-ħlasijiet tan-nefqa ffinanzjati taħt l-FAEG u l-FAEŻR,

(vi)

in-notifiki ta’ aġġustamenti finanzjarji magħmula mill-Istati Membri fil-kuntest tal-operazzjonijiet jew il-programmi ta’ żvilupp rurali u d-dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-proċeduri ta’ rkupru magħmula mill-Istati Membri bħala riżultat ta’ irregolaritajiet,

(vii)

informazzjoni rigward il-miżuri meħuda b’applikazzjoni tal-Artikolu 9;

(b)

il-proċeduri ta’ skambju ta’ informazzjoni u dokumenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ informazzjoni inkluż it-tip, il-forma, il-kontenut tad-dejta li għandha tiġi ttrattata minn dawn is-sistemi u r-regoli dwar il-konservazzjoni tagħhom;

(c)

il-proċeduri rigward il-finanzjament u l-qafas ta’ kontabilità tal-interventi fil-forma ta’ ħażna pubblika kif ukoll dwar nefqiet oħrajn iffinanzjati mill-FAEG u mill-FAEŻR;

(d)

il-proċeduri ta’ implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ diżimpenn awtomatiku.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ att implimentattiv skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(3), (proċedura konsultattiva) ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-approprjazzjonijiet differiti skont l-Artikolu 149(3), tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 sabiex tiffinanzja n-nefqiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(c) ta’ dan ir-Regolament.".

(26)

L-Artikoli 41 u 42 jitħassru.

(27)

Jiddaħħlu l-Artikoli 42a, 42(b), 42(c) u 42 d li ġejjin:

"Artikolu 42a

It-twettiq tad-delega

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa Is-setgħa li tadotta l-atti delegati koperti minn dan ir-Regolament għal perjodu indefinit hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu .

2.   Meta tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma dwar dan fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Is-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikoli 42(b) u 42(c). Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(5), 6(6), 7(2), 9(4), 16(2), 31(a), 35a(1), 35a(2), fl-Artikolu 37a u fl-Artikolu 40a(1-6) ta' dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … (11). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem ta' dan il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3a.     Id-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni li tirrevoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

3b.     Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3c.     Att iddelegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 7]

Artikolu 42b

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 42a tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċess intern sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tieħu deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jiġu revokati, kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għar-revoka.

3.   Id-deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati fiha. Din għandu jkollha effett immedjat jew f’data ulterjuri li għandha tispeċifika. Din m’għandhiex tibdel il-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Din għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. [Am. 8]

Artikolu 42c

Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

1.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-att delegat fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahar.

2.   Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu qajmu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data speċifikata minnu.

L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dan il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu nfurmaw it-tnejn lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqajmu xi oġġezzjoni dwar att delegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li tqajjem l-oġġezzjoni għandha tagħti spjega tar-raġunijiet. [Em. 9]

Artikolu 42 d

Atti implimentattivi – Kumitat Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Fondi agrikoli. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjon (12).

2.   Meta jiġu adottati atti implimentattivi skont Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] (jimtela skont l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-proċeduri ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 291 § 3 tat-TFUE, li attwalment qiegħed jiġi diskuss fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill).(proċedura ta’ analiżi) Nru 182/2011.

3.   Meta jiġu adottati atti implimentattivi skont Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] (jimtela skont l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-proċeduri ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 291 § 3 tat-TFUE, li attwalment qiegħed jiġi diskuss fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill).(proċedura konsultattiva)” Nru 182/2011.

[Em. 10]

Artikolu 2

Ir-Regolamenti (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008 huma b’dan mħassra.

Madankollu, l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 78/2008 għandu jibqa’ japplika sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 124.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012.

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(4)  ĠU L […][…], p. […]. ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(5)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 24, 29.1.1994, p. 6.

(7)  ĠU L 25, 30.1.2008, p. 1.

(8)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.

(9)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.".

(10)  ĠU L 277 21.10.2005, p. 1.".

(11)  

+

Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(12)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/533


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi ***I

P7_TA(2012)0282

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi (COM(2010)0759 – C7-0001/2011 – 2010/0364(COD))

2013/C 349 E/27

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0759),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C7-0001/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċdura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0215/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 122.


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
P7_TC1-COD(2010)0364

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3) jagħti setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

(2)

B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jeħtieġ li jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat).

(3)

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa Biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tar-reġim stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 834/2007, is-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissuplimenta jew temenda dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni rigward is-supplimentazzjoni jew l-emendar ta' ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. ta' dak ir-Regolament . L-elementi li għalihom tista’ tiġi eżerċitata dik is-setgħa għandhom jiġu definiti, flimkien mal-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun suġġetta dik id-delega. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, hija u tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 1]

(4)

Sabiex tiggarantixxi applikazzjoni jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 fl-Istati Membri kollha, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill- il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 291 tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-attribuzzjoni ta’ numri ta’ kodiċi skont is-sistema ta’ kontroll, l-indikazzjoni tal-oriġini għall-prodotti u regoli uniformi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll jew li għandha tkun disponibbli mill-Kummissjoni jew il-pubblikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni, kif ukoll għar-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi u awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta' kontroll għall-għanijiet ta’ ekwivalenza u konformità. Ħlief jekk ikun hemm dispożizzjoni espliċita mod ieħor, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ [ir-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar …]. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (4). Fil-kuntest tax-xogħol ta' tħejjija dwar l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkompli tagħmel użu mill-gruppi konsultattivi sabiex il-partijiet interessati u l-NGOs jkunu jistgħu jesprimu ruħhom fuq bażi regolari u strutturata. [Em. 2]

(4a)

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-irtirar tar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta' kontroll u tal-korpi ta' kontroll f'każijiet ta' irregolaritajiet jew vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew relatati mal-irtirar tar-rikonoxximent lil pajjiżi terzi li s-sistemi ta' produzzjoni tagħhom ma jkunux għadhom konformi mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati f'dak ir-Regolament u li l-miżuri ta' kontroll tagħhom ma jkunux għadhom ta' effikaċja ekwivalenti għal dawk stipulati f'dak ir-Regolament, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza. [Em. 3]

(4b)

Il-proċess ta' allinjament mat-Trattat ta' Lisbona għandu jfittex li jilħaq il-mira li jissimplifika l-leġislazzjoni kollha tal-UE promulgata għas-settur, bil-għan li jtaffi l-piż tal-burokrazija żejda fuq il-bdiewa li jkabbru prodotti organiċi. [Em. 4]

(5)

Għall-finijiet ta' ċarezza, it-test tar-referenzi għall-Istandard Ewropew EN 45011 jew tal-ISO Gwida 65 għandu jiġi armonizzat ma’ atti oħrajn rilevanti tal-Unjoni.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"l-Artikolu 8

Rekwiżiti ġenerali

L-operaturi għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’ produzzjoni stabbiliti f’dan it-Titolu u mar-regoli speċifiċi tal-produzzjoni u l-miżuri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati u ta' implimentazzjoni skont l-Artikoli 38a u 38b."

(2)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ tingħata s-setgħa, għall-fini tal-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, li tadotta atti delegati skont l- Artikolu 38a(1) , tiddeċiedi dwar miżuri li jimplimentaw il-projbizzjoni tal-użu tal-OĠM u ta’ prodotti rigward l-istabbiliment ta’ mudell ta’ dikjarazzjoni tal-bejjiegħa li tikkonferma li l-prodotti fornuti ma sarux li ġew prodotti minn OĠM jew permezz ta’ OĠM tagħhom ."

[Em. 5]

(3)

Fl-Artikolu 11, it-tieni paragrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Madankollu, f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1), impriża tista’ tinqasam f’unitajiet separati b’mod ċar jew f’siti ta’ produzzjoni tal-akkwakultura li mhux kollha huma ġestiti taħt il-produzzjoni organika. Fir-rigward tal-annimali, għandhom jiġu involuti speċijiet differenti. Fir-rigward tal-akkwakultura l-istess speċi jista' jiġi involut, sakemm ikun hemm separazzjoni adegwata bejn is-siti tal-produzzjoni. Fir-rigward tal-pjanti, għandhom jiġu involuti varjetajiet differenti li jistgħu jkunu differenzjati faċilment.".

(4)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 jitħassar.

(5)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 jitħassar.

(6)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 jitħassar.

(7)

Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 jitħassar.

(8)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

"1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(a)(ii), tawtorizza għall-użu fil-produzzjoni organika u tinkludi f’lista ristretta l-prodotti u s-sustanzi li jistgħu jintużaw fil-biedja organika għall-iskopijiet li ġejjin:";

(b)

Fil-paragrafu 3, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"(a)

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(2)(a), tiffissa limiti rigward il-prodotti agrikoli li għalihom jistgħu japplikaw il-prodotti u s-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u, jekk meħtieġ, tiddeċiedi dwar l-irtirar ta’ dawn il-prodotti u s-sustanzi.";

(c)

Fil-paragrafu 3, il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"(c)

Il-prodotti u s-sustanzi użati qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament għal skopijiet li jikkorispondu ma’ dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkomplu jintużaw wara l-adozzjoni msemmija. Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe każ tirtira dawn il-prodotti jew sustanzi permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(a)(ii) f'konformità mal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(2)(a).";

(9)

Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 jitħassar.

(10)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 5 jitħassar.

(11)

Fl-Artikolu 19(3), jitħassar t-tieni subparagrafu.

(12)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 3 jitħassar.

(13)

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(a)(ii), tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti u s-sustanzi u l-inklużjoni tagħhom fil-lista ristretta msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u, jekk meħtieġ, dwar l-irtirar tal-prodotti minn dik il-lista, u għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(2)(a), tiffissa limiti li għandhom ikunu applikati fir-rigward tal-użu tagħhom.

Meta Stat Membru jikkunsidra li prodott jew sustanza għandom jiġu miżjuda ma' jew irtirati mil-lista msemmija fil-paragrafu 1, jew li l-ispeċifikazzjonijiet tal-użu msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiġu emendati, l-Istat Membru għandu jiżgura li jintbagħat uffiċjalment dossier lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jagħti r-raġunijiet għall-inklużjoni, l-irtirar jew l-emendi.

It-talbiet għal emenda jew irtirar, kif ukoll id-deċiżjonijiet dwarhom, għandhom jiġu ppubblikati. Prodotti u sustanzi użati qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u li jaqgħu taħt l-Artikolu 19(2)(b) u (c) jistgħu jkomplu jintużaw wara l-adozzjoni msemmija. Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe każ tirtira dawk il-prodotti permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(a)(ii) f'konformità mal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 38a(2)(a).".

(14)

L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"1.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(2)(c) u f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u suġġett għall-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fit-Titolu II, tipprovdi għall-għotja ta’ eċċezzjonijiet mir-regoli tal-produzzjoni stabbiliti fil-Kapitoli 1 sa 4.";

(b)

Il-paragrafu 3 jitħassar.

(15)

Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"6.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(2)(e), tadatta l-lista ta’ termini stabbiliti fl-Anness.".

(16)

L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

Il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu huma ssostitwiti b'dan li ġej:

"(b)

il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 25(1) fir-rigward ta’ ikel ippakkjat minn qabel għandu jidher ukoll fuq il-pakkett;

(c)

meta jintuża l-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 25(1), għandha tidher ukoll indikazzjoni tal-post fejn ġiet imkabbra l-materja prima agrikola li minnha huwa magħmul il-prodott, fl-istess taqsima viżwali bħal-logo u għandha tkun f'waħda minn dawn il-forom li ġejjin, kif jixraq:

‘Agrikoltura tal-UE’, meta l-materja prima agrikola tkun ġiet imkabbra fl-Unjoni,

‘Agrikoltura mhux tal-UE’, meta l-materja prima agrikola tkun ġiet imkabbra f’pajjiżi terzi,

‘Agrikoltura tal-UE/mhux tal-UE’, meta parti mill-materja prima agrikola tkun ġiet imkabbra fl-Unjoni u parti minnha tkun ġiet imkabbra f’pajjiż terz.";

(ii)

Il-ħames subparagrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"L-użu tal-logo tal-Unjoni Ewropea għall-produzzjoni organika msemmija fl-Artikolu 25(1) u l-indikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu fakultattivi għal prodotti importati minn pajjiżi terzi. Madankollu, meta l-logo tal-Unjoni Ewropea għall-produzzjoni organika msemmi fl-Artikolu 25(1) jidher fit-tikkettar, l-indikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tidher ukoll fit-tikkettar.";

(b)

Il-paragrafu 3 jitħassar.

(17)

L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"1.   Il-logo tal-Unjoni Ewropea għall-produzzjoni organika jista’ jintuża fit-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Il-logo tal-Unjoni Ewropea għall-produzzjoni organika ma għandux jintuża fil-każ ta’ prodotti f’konverżjoni u ikel kif jissemma fl-Artikolu 23(4)(b) u (c).";

(b)

Il-paragrafu 3 jitħassar.

(18)

Fl-Artikolu 26 il-parti introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(b), tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar u kompożizzjoni applikabbli għal:".

(19)

L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2.   Barra l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004, is-sistema ta’ kontroll stabbilita f’dan ir-Regolament għandha tinkludi tal-inqas l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prekawzjoni u kontroll.";

(b)

Fil-paragrafu 5, il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"(c)

il-korp ta’ kontroll huwa akkreditat għall-verżjoni l-aktar reċenti tal-Istandard Ewropew EN 45011 jew tal-ISO Gwida 65 (Rekwiżiti ġenerali għall-korpi li joperaw sistemi ta’ ċertifikazzjoni ta’ prodotti), u huwa approvat mill-awtoritajiet kompetenti;";

(c)

Fil-paragrafu 7, il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"(b)

il-kompetenza li jingħataw eċċezzjonijiet, kif jissemma fl-Artikolu 22, sakemm dan ma jkunx pprovdut fil-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(2)(c).".

(20)

Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 6 jitħassar.

(21)

Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 3 jitħassar.

(22)

Fl-Artikolu 30(2), it-tielet subparagrafu jitħassar.

(23)

L-Artikolu 32(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel żewġ subparagrafi huma ssostitwiti b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(f), f'konformità mal-kriterji li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(c)(v), tirrikonoxxi l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu, inkluż l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll kif jissemma fl-Artikolu 27, li huma kompetenti biex iwettqu kontrolli u biex joħorġu l-evidenza ddokumentata msemmija fil-paragrafu 1(c) ta’ dan l-Artikolu f’pajjiżi terzi.

Il-korpi ta’ kontroll għandhom ikunu akkreditati għall-verżjoni l-aktar reċenti tal-Istandard Ewropew EN 45011 jew tal-ISO Gwida 65 (Rekwiżiti ġenerali għal korpi li joperaw sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti). Il-korpi ta’ kontroll għandhom jgħaddu minn evalwazzjoni regolari fuq il-post, sorveljanza u valutazzjoni multiannwali tal-attivitajiet tagħhom mill-korp tal-akkreditazzjoni.";

(b)

Is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:

"Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(f), f'konformità mal-kriterji li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(c)(v), tirtira r-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll f’każijiet ta’ irregolaritajiet jew ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Jekk ikun meħtieġ f’każijiet Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, debitament ġustifikati il-Kummissjoni tista’ tieħu dik id-Deċiżjoni filwaqt li taġixxi f'konformità mat-tieni paragrafu tal- Artikolu 38g . F’dak il-każ, il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri u għandhom ikunu b’effett immedjat. tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38g(3)."

[Em. 6]

(24)

L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

L-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(f), f'konformità mal-kriterji li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(c)(v), tirrikonoxxi l-pajjiżi terzi li s-sistema ta’ produzzjoni tagħhom hija konformi mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titoli II, III u IV u li l-miżuri ta’ kontroll tagħhom huma ta’ effettività ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu V. Il-valutazzjoni tal-ekwivalenza għandha tqis il-linji gwida CAC/GL 32 tal-Codex Alimentarius.";

(ii)

Is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:

"Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(f), f'konformità mal-kriterji li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(c)(v), tirtira r-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi li s-sistema ta’ produzzjoni tagħhom ma għadhiex konformi mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titoli II, III u IV u li l-miżuri ta’ kontroll tagħhom ma għadhomx effettivament ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu V.

Jekk ikun meħtieġ f’każijiet Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, debitament ġustifikati il-Kummissjoni tista’ tieħu dik id-Deċiżjoni filwaqt li taġixxi f'konformità mat-tieni paragrafu tal- Artikolu 38g . F’dak il-każ, il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri u għandhom ikunu b’effett immedjat. tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38g(3)."

[Em. 7]

(b)

Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

L-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Għal prodotti mhux importati taħt l-Artikolu 32 u mhux importati minn pajjiż terz li huwa rikonoxxut taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(f), f'konformità mal-kriterji li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(c)(v), tirrikonoxxi l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll, inkluż awtoritajiet ta' kontroll u korpi ta' kontroll kif jissemma fl-Artikolu 27, li huma kompetenti biex iwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-valutazzjoni tal-ekwivalenza għandha tqis il-linji gwida CAC/GL 32 tal-Codex Alimentarius.";

(ii)

Is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:

"Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(f), f'konformità mal-kriterji li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(c)(v), tirtira r-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll f’każijiet ta’ irregolaritajiet jew ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Jekk ikun meħtieġ f’każijiet Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, debitament ġustifikati il-Kummissjoni tista’ tieħu dik id-Deċiżjoni filwaqt li taġixxi tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 38g. F’dak il-każ, il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri u għandhom ikunu b’effett immedjat. mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38g(3)."

[Em. 8]

(25)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 36a li ġej:

"l-Artikolu 36a

Pubblikazzjoni u notifika

Il-Kummissjoni għandha f'konformità mar-regoli li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(b) tistabbilixxi, tippubblika, tagħmel disponibbli jew tqassam l-informazzjoni li għandha tkun identifikata permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(a), kif ukoll il-listi ta’ pajjiżi terzi u awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f'konformità mal-Artikoli 32 u 33.".

(26)

L-Artikoli 37 u 38 jitħassru.

(27)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"l-Artikolu 38a

Setgħat delegati

1.   Sabiex tqis aħjar l-aspettattivi tal-konsumaturi rigward il-kwalità tal-prodotti organiċi u biex tiżgura l-applikazzjoni adegwata tar-regoli mill-awtoritajiet, il-korpi u l-operaturi kkonċernati u l-funzjonament kif suppost tas-suq uniku u l-kummerċ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, tadotta r-regoli, skont l-Artikolu 38d, rigward l-adozzjoni tar-regoli , il-miżuri u l-kundizzjonijiet speċifiċi meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż id-definizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-ambitu tiegħu, suġġetti għall-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fit-Titolu II, għal dawn li ġejjin: [Em. 9]

(a)

ir-regoli ta’ produzzjoni stabbiliti fit-Titolu III, b’mod partikolari:

(i)

ir-rekwiżiti, il-kundizzjonijiet u l-perjodi ta’ konverżjoni speċifiċi li għandhom jiġu rispettati mill-operaturi;

(ii)

l-awtorizzazzjoni tal-prodotti u s-sustanzi għall-użu fi produzzjoni organika, l-inklużjoni tagħhom f’lista ristretta jew l-irtirar tagħhom mil-lista għall-għanijiet tal-Artikoli 16 u 21;

(iii)

il-metodi tal-ipproċessar għal ikel ipproċessat;

(iv)

il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta’ OĠM u prodotti li huma prodotti minn jew permezz ta’ OĠM;

(v)

id-definizzjoni tal-perjodi msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) sa (f).

(b)

ir-regoli tat-tikkettar, ir-rekwiżiti u l-kriterji speċifiċi fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni, id-daqs u d-disinn tal-logo organiku tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-użu tiegħu, f'konformità mat-Titolu IV;

(c)

is-sistemi ta’ kontroll stabbiliti taħt it-Titoli V u VI, b’mod partikolari:

(i)

ir-rekwiżiti ta’ kontroll, is-superviżjoni u l-proċeduri ta’ verifika,

(ii)

il-kriterji għall-approvazzjoni ta’ korpi ta’ kontroll għall-finijiet tal-Artikolu 27,

(iii)

il-kriterji speċifiċi għad-delegazzjoni tal-kompiti lill-korpi ta’ kontroll imsemmija fil-punt (ii),

(iv)

il-forma tal-evidenza ddokumentata,

(v)

il-kriterji li għandhom jiġu applikati fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi għall-għanijiet tal-Artikolu 33(2) u fir-rigward tar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll għall-għanijiet tal-Artikolu 32(2) u l-Artikolu 33(3),

(vi)

il-kriterji li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-irtirar tal-approvazzjoni jew tar-rikonoxximent u tal-evidenza dokumentata, inkluż il-każijiet fejn il-Kummissjoni tista’ taġixxi b’urġenza f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 38g,

(vii)

il-kriterji li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ impriża sottomessa għas-sistema ta’ kontroll,

(viii)

ir-regoli li għandhom jiġu applikati għat-tqegħid tal-prodotti minn pajjiżi terzi fis-suq tal-Unjoni bħala organiċi;

(d)

il-moviment liberu tal-prodotti organiċi.

2.   Biex tqis l-iżvilupp tekniku u l-ispeċifiċitajiet tas-settur il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati u suġġett għall-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fit-Titolu II, tadotta r-regoli meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal dawn li ġejjin:

(a)

l-awtorizzazzjoni, il-limitazzjoni, ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni ta’ tekniki speċifiċi għall-għanijiet tal-Artikoli 12 sa 16, 18, 19 u 20 u l-kundizzjonijiet u l-limiti fir-rigward tal-użu ta’ sustanzi u prodotti u l-irtirar tagħhom, b’mod partikolari l-metodi ta’ applikazzjoni, id-dożaġġ, il-limiti taż-żmien għall-użu u l-kuntatt mal-prodotti agrikoli;

(b)

ir-regoli speċifiċi għall-produzzjoni tal-ħmira;

(c)

l-għotja ta’ eċċezzjonijiet mir-regoli tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dawk l-eċċezzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 22;

(d)

il-miżuri tranżitorji li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mir-regoli stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għal dan ir-Regolament;

(e)

l-adozzjoni tal-lista ta’ termini stabbilita fl-Anness.

3.   Biex tassigura t-trasparenza permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni veloċi, preċiż u kosteffikaċi, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi permezz ta’ atti delegati:

(a)

in-natura u t-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi notifikata;

(b)

il-metodi ta’ notifika tal-informazzjoni;

(c)

ir-regoli marbuta mad-drittijiet tal-aċċess għall-informazzjoni jew sistemi ta’ informazzjoni magħmula disponibbli;

(d)

il-mezzi ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni;

l-Artikolu 38b

Setgħat ta' implimentazzjoni

1.    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 38g(2), tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa immirati biex tinkiseb applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni, b’mod partikolari b’rabta ma’ dawn li ġejjin: [Em. 10]

(a)

dettalji u speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-kontenut, il-forma u l-mod tan-notifika, is-sottomissjoni u l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa fil-qafas ta’ dan ir-Regolament:

(i)

mill-operaturi, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fis-sottomissjoni u n-notifika msemmija fl-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 29(1),

(ii)

minn jew bejn korpi tal-kontroll, awtoritajiet tal-kontroll, awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, pajjiżi terzi u l-Kummissjoni, b’mod partikolari f'konformità mal-Artikoli 22, 30 sa 33, 35 u 36;

(b)

kundizzjonijiet u mezzi ta’ pubblikazzjoni jew regoli u kundizzjonijiet speċifiċi għat-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni lill-operaturi, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll, u l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u l-listi ta’ pajjiżi terzi jew ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll maħtura skont l-Artikolu 27 jew rikonoxxuti skont l-Artikoli 32 u 33;

(c)

il-metodi u l-kundizzjonijiet li għandhom jitqiesu fir-rigward ta’ ċertifikazzjoni elettronika, b’mod partikolari għaċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 29 u l-Artikolu 33(1)(d);

(d)

l-attribuzzjoni ta’ numri ta’ kodiċi lill-awtoritajiet ta’ kontroll u lill-korpi ta’ kontroll u l-indikazzjoni tal-post fejn il-materja prima agrikola kienet imkabbra f'konformità mal-Artikolu 24;

(e)

il-kriterji speċifiċi fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni u d-daqs tal-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(1)(a) u (c);

(f)

ir-rikonoxximent u l-irtirar ta’ pajjiżi terzi u awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-għanijiet tal-Artikolu 32(2) u l-Artikolu 33(2) u (3).

1a.     Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza , debitament ġustifikati, relatati mal-irtirar tar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta' kontroll u tal-korpi ta' kontroll f'każijiet ta' irregolaritajiet jew vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament jew relatati mal-irtirar tar-rikonoxximent lil pajjiżi terzi li s-sistemi ta' produzzjoni tagħhom ma jkunux għadhom konformi mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fit-Titoli II, III u IV jew li l-miżuri ta' kontroll tagħhom ma jkunux għadhom ta' effikaċja ekwivalenti għal dawk stipulati fit-Titolu V, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38g(3). ; [Em. 11]

l-Artikolu 38c

Setgħat tal-Kummissjoni

Fejn is-setgħat huma kkonferiti lill-Kummissjoni, din għandha taġixxi f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38d fil-każ ta’ atti delegati u f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38g fil-każ ta’ atti ta' implimentazzjoni, ħlief fejn huwa espliċitament ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.

l-Artikolu 38d

Eżerċizzju tad-delegazzjoni

1.   Is-setgħat Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinit suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu .

2.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(4), Artikolu 11, Artikolu 16(1), punti (a) u (c) tal-Artikolu 16(3), Artikolu 21(2), Artikolu 22(1), Artikolu 23(6), Artikolu 26, punt (b) tal-Artikolu 27(7), Artikolu 32(2) u Artikolu 33(2) u (3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data … (5). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Is-setgħat li tadotta atti delegati qegħdin jingħataw lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl- Artikoli 38e u 38f ." Id-delega ta’ setgħa tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3a.     Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3b.     Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 12]

l-Artikolu 38e

Revoka tad-delegazzjoni

1.   Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl- Artikolu 38a u 38d tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tieħu ħsieb tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.   Id-deċiżjoni dwar ir-revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew mid-data speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea." [Em. 13]

"l-Artikolu 38f

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-atti delegati fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

2.   Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u anqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija hemmhekk.

L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet għalfejn tkun qed toġġezzjona għall-att delegat." [Em. 14]

l-Artikolu 38g

Atti ta' implimentazzjoni – Kumitat għall-produzzjoni organika

1.    Meta jkunu adottati atti ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-produzzjoni organika u l-proċedura pprovduta fl-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] (għandha titlesta wara l-adozzjoni tar-regolament dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll, kif jissemma fl-Artikolu 291(2) tat-TFUE, li bħalissa huwa s-suġġett ta’ diskussjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill) għandha tapplika." Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (6).

2.    Fil-każijiet ta’ urġenza pprovduti fl- Artikolu 32(2) u l-Artikolu 33(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament, il-proċedura pprovduta fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] għandha tapplika." Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

[Am. 15]

(28)

L-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

(b)

Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.".

Artikolu 1a

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-effetti tal-emendi magħmula fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 b'dan ir-Regolament, partikolarment rigward it-trasparenza u l-impatt fuq is-soċjetà ċivili, tliet snin wara … (7).

Persuni interessati importanti u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu inklużi f'dan il-proċess ta' evalwazzjoni. [Am. 16]

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

…,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 122.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012

(3)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(4)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(5)  

+

Id-data tad-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament.

(6)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. "

(7)   Id-data tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/545


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Is-sistema ta' finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija ***I

P7_TA(2012)0283

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (COM(2010)0761 – C7-0002/2011 – 2010/0366(COD))

2013/C 349 E/28

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0761),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0002/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0204/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 126.


L-Erbgħa 4 ta' Lulju 2012
P7_TC1-COD(2010)0366

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 (3) jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 485/2008 għandhom jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat).

(3)

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta Bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tar-reġim stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 485/2008, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 485/2008. L-elementi li għalihom tista’ tkun eżerċitata dik is-setgħa għandhom ikunu definiti, flimkien mal-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun suġġetta dik id-delega dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi ddelegat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ miżuri, li min-natura tagħhom ma humiex adattati għall-kontroll ex-post permezz tal-iskrutinju ta' dokumenti kummerċjali, li dan ir-Regolament ma għandux japplika għalih . Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill . [Em. 1]

(4)

Sabiex tiggarantixxi applikazzjoni jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 485/2008 fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. B'mod partikolari l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta regoli uniformi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni bl-għajnuna tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli stabbilit permezz tal-Artikolu 41d(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (4) f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar …[għandu jitlesta wara l-adozzjoni tar-regolament dwar il-mekkaniżmi tal-kontroll, kif jissemma fl-Artikolu 291(3) tat-TFUE, li fil-preżent huwa s-suġġett ta' diskussjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill] , is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (5) . [Em. 2]

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 485/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 485/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl- L- Artikolu 1, paragrafu 2, it-tieni sentenza tinbidel jinbidel b'dan li ġej:

" 2.     Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-miżuri koperti mis-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll li taqa’ taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad- 19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa (6).

„Sabiex jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dawk il-miżuri li min-natura tagħhom mhumiex adattati għall-kontroll ex-post permezz ta' skrutinju ta' dokumenti kummerċjali, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti delegati f'konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli Artikolu 13a, 13b u 13c ta' dan ir-Regolament, tistabbilixxi lista ta' miżuri oħrajn li għalihom dan ir-Regolament ma japplikax.

[Em. 3].

(2)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, it-tieni sentenza għandha titħassar;

(b)

il-paragrafu 5 għandu jitħassar.

(3)

L-Artikolu 13 għandu jitħassar.

(4)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 13a

1.    Is-setgħat Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinit suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu .

2.     Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn … (7). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, kemm-il darba l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

3.     Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak li fih tiġi ppubblikata d-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà huma fis-seħħ.

4.    Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.     Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament u l-anqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li huma m’humiex se jġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 4]

Artikolu 13b

Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 13a tista’ tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna għal deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi rrevokata d-delega ta’ setgħa, għandha tagħmel li tista’ biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 5]

Artikolu 13c

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat f’perjodu ta’ żmien ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jkun estiż b’xahar.

Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu sabu oġġezzjoni għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li ssib oġġezzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat. [Em. 6]

Artikolu 13d

Il-Kummissjoni, għandha, fejn meħtieġ, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tadotta d-dispożizzjonijiet li jimmiraw għal kisba ta' applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni, b'mod partikolari tadotta d-dispożizzjonijiet speċifiċi f'rabta ma' dan li ġej:

(a)

il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet konġunti msemmija fl-Artikolu 7(1);

(b)

dettalji u speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-kontenut, il-forma u l-mod tat-tressiq tat-talbiet, il-kontenut, il-forma u l-mod tan-notifika u t-tressiq u l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa fil-qafas ta’ dan ir-Regolament;

(c)

il-kundizzjonijiet u l-mezzi ta' pubblikazzjoni jew ir-regoli speċifiċi u l-kundizzjonijiet għat-tqassim jew id-disponibbiltà mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-informazzjoni meħtieġa fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13e(2). [Em. 7]

Artikolu 13e

1.     Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għall-Fondi Agrikoli stabbilit mill-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (8). Dak il-kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

[Em. 8].

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 126.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012.

(3)  ĠU L 143, 3.6.2008, p. 1.

(4)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1 .

(5)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13

(6)   ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16. "

(7)  

+

Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(8)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1 ."


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012

29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/550


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Ftehim UE-Russja fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi ***

P7_TA(2012)0284

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni attwali bejn l-UE u r-Russja (16815/2011 – C7-0522/2011 – 2011/0328(NLE))

2013/C 349 E/29

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16815/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni attwali bejn l-UE u r-Russja (16816/2011)

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207(4), l-ewwel subparagrafu, u 218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0522/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(7) tar-Regolament tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0176/2012),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, il-Kummissjoni u il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Federazzjoni Russa.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/550


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Ftehim UE-Russja dwar il-kummerċ ta' partijiet u komponenti ta' vetturi bil-mutur ***

P7_TA(2012)0285

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta' partijiet u komponenti ta' vetturi bil-mutur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa (16806/2011 – C7-0517/2011 – 2011/0324(NLE))

2013/C 349 E/30

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16806/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta' partijiet u komponenti ta' vetturi bil-mutur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa (16807/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0517/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0175/2012),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Federazzjoni Russa.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/551


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Ftehim UE-Russja dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda mill-Federazzjoni Russa ta' dazji talesportazzjoni fuq il-materja prima ***

P7_TA(2012)0286

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta' dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima (16827/2011 – C7-0520/2011 – 2011/0332(NLE))

2013/C 349 E/31

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16827/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta' dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima (16828/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0520/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0178/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Federazzjoni Russa.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/552


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Il-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Messiku, il-Marokk, New Zealand, Singapor, l-Isvizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika ***

P7_TA(2012)0287

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, l-Istati Uniti tal-Messiku, ir-Renju tal-Marokk, New Zealand, ir-Repubblika ta’ Singapor, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika (12195/2011 – C7-0027/2012 – 2011/0167(NLE))

2013/C 349 E/32

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12195/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, l-Istati Uniti tal-Messiku, ir-Renju tal-Marokk, New Zealand, ir-Repubblika ta’ Singapor, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika (12196/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) (v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0027/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7–0204/2012),

1.

Jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jinforma lill-Kunsill li l-Ftehim ma jistax jiġi konkluż;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, l-Istati Uniti tal-Messiku, ir-Renju tal-Marokk, New Zealand, ir-Repubblika ta’ Singapor, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika.


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/553


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Pagamenti diretti lill-bdiewa (2013) ***I

P7_TA(2012)0288

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 dwar l-applikazzjoni ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa fir-rigward tas-sena 2013 (COM(2011)0630 – C7-0337/2011 – 2011/0286(COD))

2013/C 349 E/33

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0630),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0337/2011),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-25 ta' April 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-11 ta' Ġunju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0163/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 116.

(2)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
P7_TC1-COD(2011)0286

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 dwar l-applikazzjoni tal-pagamenti diretti lill-bdiewa fir-rigward tas-sena 2013

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 671/2012.)


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012

29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/555


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ***I

P7_TA(2012)0294

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Anness I tiegħu (02074/2011 – C7-0090/2011 – 2011/0901A(COD))

2013/C 349 E/34

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill (02074/2011),

wara li kkunsidra l-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 257 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 281 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skont it-termini tagħhom ġie ppreżentat l-abbozz tal-att lill-Parlament (C7-0090/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(4) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2011)0596),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Mejju 2012,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2012,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-31 ta' Mejju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0185/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinstab hawn hekk;

2.

Jinnota li, fid-dawl tat-tiġdid parzjali tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta' Ottubru 2012 u l-bżonn urġenti li tinstab soluzzjoni li jiggarantixxi l-funzjonament tajjeb tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, huwa neċessarju li l-emendi proposti għall-Istatut dwar l-organizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u, dik tal-Qorti Ġenerali u t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jiġu adottati mingħajr aktar dewmien, kif irrimarka l-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-ittra tiegħu tat-8 ta' Mejju 2012;

3.

Jirriżerva d-dritt tiegħu li jeżamina l-parti tat-talba dwar il-kompożizzjoni tal-Qorti Ġenerali mressqa mill-Qorti tal-Ġustizzja fi stadju ulterjuri;

4.

Jirriżolva li jinżamm dibattitu fil-Parlament fil-futur qarib dwar il-merti tal-introduzzjoni tal-possibbiltà li jinħarġu opinjonijiet kuntrarji fil-Qorti tal-Ġustizzja;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
P7_TC1-COD(2011)0901A

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Anness I tiegħu

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE, Euratom) Nru 741/2012.)


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/556


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
Imħallfin ad interim tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea ***I

P7_TA(2012)0295

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imħallfin ad interim tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea (01923/2011 – C7-0091/2011 – 2011/0902(COD))

2013/C 349 E/35

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja preżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (01923/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 257 u 281 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-abbozz ta' att ġie preżentat lill-Parlament (C7-0091/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2011)0596),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-31 ta' Mejju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0184/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
P7_TC1-COD(2011)0902

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE, Euratom) Nru 979/2012.)


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/557


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
Għajnuna finanzjarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija ***I

P7_TA(2012)0296

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija (COM(2011)0659 – C7-0372/2011 – 2011/0301(COD))

2013/C 349 E/36

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0659),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 172 u 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0372/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Frar 2012 (1),

wara li kkonsulta lilll-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Mejju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0150/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 134.


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
P7_TC1-COD(2011)0301

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 670/2012.)


29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/558


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2012: il-bilanċ favorevoli mis-sena finanzjarja 2011

P7_TA(2012)0297

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni (11113/2012 – C7-0147/2012 – 2012/2071(BUD))

2013/C 349 E/37

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 310 u 314 u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15, 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2011 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-talba għal trasferiment DEC 9/2012, adottata fis-7 ta' Ġunju 2012,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 3/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, ippreżentat mill-Kummissjoni fis-16 ta' April 2012 (COM(2012)0181),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012, li gie stabbilit mill-Kunsill fil-11 ta' Ġunju 2012 (11113/2012 – C7-0147/2012),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2010 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (COM(2010)0815),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0206/2012),

A.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit tal-2012 il-bilanċ favorevoli mis-sena finanzjarja 2011, li jammonta għal EUR 1 496 968 014,

B.

billi l-elementi prinċipali ta' dak il-bilanċ favorevoli huma sottoeżekuzzjoni ta' EUR 0,73 biljun fl-infiq, eżitu pożittiv fuq l-introjtu ta' aktar minn EUR 0,67 biljun, u differenza pożittiva fir-rata tal-kambju li tammonta għal EUR 0,1 biljun,

C.

billi l-parti l-kbira tan-naħa tal-introjtu (EUR 0,45 biljun minn EUR 0,67 biljun) ġejja minn multi u imgħax fuq l-arretrati,

D.

billi s-sottoeżekuzzjoni fl-infiq, li tikkonċerna l-approprjazzjonijiet baġitarji tal-2011 għal EUR 0,56 biljun u r-riporti mill-2010 għal EUR 0,17 biljun, ma tirriżultax minn diffikultajiet ta' assorbiment jew ġestjoni ħażina iżda mir-regoli fis-seħħ għall-aġġustament tat-tqassim tal-pagamenti skont il-bżonnijiet, b'mod partikolari matul l-aħħar ġimgħat tas-sena finanzjarja,

E.

billi, għall-kuntrarju, din is-sena l-indikaturi disponibbli kollha juru nuqqas fil-pagamenti f'ħafna oqsma ta' intervent tal-UE, b'mod partikolari peress li fl-2011, għat-tieni sena konsekuttiva, l-Awtorità Baġitarja naqqset il-livell tal-2012 tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-Unjoni b'aktar minn EUR 3 biljun, inkluż għar-riċerka u l-politika ta' koeżjoni, meta mqabbel mal-estimi inizjali tal-Kummissjoni,

F.

billi, fil-pożizzjoni tiegħu dwar it-talba għal trasferiment DEC 9/2012, il-Kunsill naqqas b'mod drastiku l-approprjazzjonijiet ta' pagament trasferiti fil-qasam tar-riċerka, fejn bżonnijiet urġenti fil-pagamenti huma riportati sabiex jissodisfaw impenji preċedenti, iżda finalment qed jerġà jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fil-kuntest tat-talba għal trasferiment DEC 19/2012,

G.

billi l-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju jipprovdi li kull diskrepanza mal-estimi għandha tkun irreġistrata fil-baġit tal-Unjoni permezz ta' baġit emendatorju li jkun jitratta biss dik id-diskrepanza,

1.

Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012 li jikkonċerna biss l-ibbaġitjar tal-bilanċ favorevoli tal-2011, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju; jisħaq li dan tal-aħħar jippermetti ċertu marġni ta' diskrezzjoni fir-rigward tad-destinazzjoni tal-bilanċ favorevoli;

2.

Jieħu nota tal-fatt li l-elementi prinċipali ta' dak il-bilanċ favorevoli huma sottoeżekuzzjoni ta' EUR 0,73 biljun fl-infiq, eżitu pożittiv fuq l-introjtu ta' aktar minn EUR 0,67 biljun, u differenza pożittiva fir-rata tal-kambju li tammonta għal EUR 0,1 biljun;

3.

Jenfasizza li s-sottoeżekuzzjoni fl-infiq (EUR 0,73 biljun) ma tirriżultax minn diffikultajiet ta' assorbiment jew ġestjoni ħażina iżda mir-regoli attwalment fis-seħħ għall-aġġustament tat-tqassim tal-pagamenti skont il-bżonnijiet; iqis b'hekk li dan l-element għandu jiġi trattat b'mod differenti mill-parti tal-bilanċ favorevoli li jirriżulta minn varjazzjonijiet fid-dħul; jenfasizza, barra minn hekk, li parti kbira minn din is-sottoeżekuzzjoni ġejja mid-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jadottax l-aġġustament tas-salarji u l-pensjonijiet previsti fir-Regolament tal-Persunal;

4.

Jiddeplora l-fatt li, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 310(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tajba u d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament miftiehma mit-tliet istituzzjonijiet fil-qafas tal-proċedura baġitarja tal-2012, il-Kunsill inizjalment iddeċieda jnaqqas b'żewġ terzi l-livell tat-talba għal trasferiment DEC 9/2012 ta' EUR 485 miljun mill-proġetti tal-enerġija b'appoġġ għall-irkupru ekonomiku li minnhom irriżultat sottoeżekuzzjoni sabiex jiġu rinforzati t-tliet linji baġitarji taħt il-FP7 - Kooperazzjoni;

5.

Jisħaq li dan kien iżid b'mod artifiċjali s-sottoeżekuzzjoni għall-pagamenti tal-2012 u għalhekk iżid il-bilanċ favorevoli tal-2012, meta din is-sena l-indikaturi disponibbli kollha qed juru nuqqas fil-pagamenti fil-qasam tar-riċerka u oqsma ta' intervent oħra tal-UE; jilqa’ għalhekk il-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-Kunsill tal-pożizzjoni tiegħu bl-adozzjoni tat-talba ta’ trasferiment DEC 19/2012;

6.

Japprova, bla ma jemenda, l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2012 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 56, 29.2.2012.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.