ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.335.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 335

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
16 ta' Novembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 335/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 335/02

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 335/03

Sejħa għall-proposti – COMM-C2/01/13 – Appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet tar-riċerka dwar il-politika pubblika Ewropea (il-gruppi ta’ riflessjoni) u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew – Il-programm L-Ewropa għaċ-ċittadini (tal-2014 sal-2020)

7

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 335/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7082 – EVO/PKO/eService JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 335/05

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

16

2013/C 335/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 335/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

2.10.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32225 (11/NN)

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Noord-Brabant

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Bedrijfsverplaatsing Nedalco

Il-bażi legali

Koopovereenkomst, gesloten tussen Koninklijke Nedalco BV, Nedalco International BV, enerzijds, de Gemeente Bergen op Zoom, anderzijds (zie BIJLAGE 14)

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

Nedalco

L-għan

Oħrajn

Il-forma tal-għajnuna

Oħrajn – kumpens mhux rikorrenti għar-rilokazzjoni

L-estimi

Baġit globali: EUR 70 000 000

L-intensità

% – Miżura li mhix għajnuna

It-tul ta' żmien

mit 12.2.2010

Setturi ekonomiċi

Manifattura ta' kimiċi bażiċi oħra organiċi

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Gemeente Bergen op Zoom

Jacob Obrechtlaan 4

4611 AR Bergen op Zoom

NEDERLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

25.7.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36188 (13/N)

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Besluit van de Vlaamse Regering houdende subsidiëring van incubatoren

Il-bażi legali

Besluit van de Vlaamse Regering houdende subsidiëring van incubatoren

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Innovazzjoni, Riċerka u żvilupp

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 6 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 1 (f'miljuni)

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

1.9.2013-30.8.2019

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Vlaamse Overheid

Agentschap Ondernemen

Koning Albert II laan 35, bus 12

1030 Brussel

BELGIË

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

11.6.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36493 (13/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Saarland

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

EFI-Programm — Saarland

Il-bażi legali

Richtlinien für die Förderung von Entwicklung, Forschung und Innovation im Saarland — EFI-Programm

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Riċerka u żvilupp, Innovazzjoni

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 18,6 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2009-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Staatskanzlei des Saarlandes

Am Ludwigsplatz 14

66117 Saarbrücken

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

22.8.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36503 (13/N)

Stat Membru

L-Iżvezja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Statligt stöd vid korttidsarbete

Il-bażi legali

Förslag till lag om stöd vid korttidsarbete

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit annwali: SEK 4 700 000 000

L-intensità

% – Miżura li mhix għajnuna

It-tul ta' żmien

1.1.2014-31.12.2019

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Skatteverket

SE-106 61 Stockholm

SVERIGE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

18.9.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36953 (13/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Andalucia

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Port Authority of Bahía de Cádiz

Il-bażi legali

Reglamento (CE) no 1083/2006 del Consejo de 11 de julio de 2006

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

Autoridad Portuaria de la Bahía de Cádiz

L-għan

Eżekuzzjoni ta' proġett importanti tal-Ewropa komuni

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 60,06 (f'miljuni)

L-intensità

50,7 %

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Trasport ta' merkanzija fuq il-baħar u mal-kosta

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerio de Hacienda y Administraciones Publicas, DG Fondos Comunitarios

Paseo de la Castellana, 162

Madrid

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Novembru 2013

2013/C 335/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3460

JPY

Yen Ġappuniż

134,99

DKK

Krona Daniża

7,4588

GBP

Lira Sterlina

0,83770

SEK

Krona Żvediża

8,9438

CHF

Frank Żvizzeru

1,2346

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,2535

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,155

HUF

Forint Ungeriż

298,41

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7025

PLN

Zloty Pollakk

4,1829

RON

Leu Rumen

4,4513

TRY

Lira Turka

2,7443

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4422

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4085

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4363

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6216

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6791

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 431,79

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,7085

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2005

HRK

Kuna Kroata

7,6315

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 640,52

MYR

Ringgit Malażjan

4,3103

PHP

Peso Filippin

58,623

RUB

Rouble Russu

43,9833

THB

Baht Tajlandiż

42,527

BRL

Real Brażiljan

3,1146

MXN

Peso Messikan

17,4647

INR

Rupi Indjan

84,9600


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/7


Sejħa għall-proposti – COMM-C2/01/13

Appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet tar-riċerka dwar il-politika pubblika Ewropea (il-gruppi ta’ riflessjoni) u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew – Il-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” (tal-2014 sal-2020)

2013/C 335/03

TWISSIJA:

Din is-sejħa għall-proposti tiddependi

mill-adozzjoni finali tar-Regolament li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” (tal-2014 sal-2020), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-programm”, mill-awtorità leġiżlattiva mingħajr emendi sinifikanti,

minn opinjoni pożittiva tal-kumitat stabbilit fir-Regolament li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” jew min-nuqqas ta’ oġġezzjoni min-naħa tiegħu, u

mid-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2014 wara li l-baġit għall-2014 jiġi adottat mill-Awtorità tal-Baġit jew hekk kif previst fis-sistema ta’ parti minn kull tnax provviżorja.

Il-Programm jikkostitwixxi l-bażi legali għal din is-sejħa għall-proposti.

1.   GĦANIJIET

1.1.   L-għanijiet ġenerali tal-programm

Skont l-għan globali li l-Unjoni titqarreb iktar lejn iċ-ċittadini tagħha, l-għanijiet ġenerali tal-programm huma

li jingħata kontribut lill-fehim taċ-ċittadini dwar l-Unjoni u l-istorja u d-diversità tagħha; u

li titrawwem iċ-ċittadinanza Ewropea u jittejbu l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ċivika u demokratika fil-livell tal-Unjoni.

1.2.   L-għanijiet speċifiċi tal-programm

L-għanijiet speċifiċi tal-programm huma:

li titqajjem kuxjenza dwar it-tifkira, l-istorja u l-valuri komuni u dwar l-għan ewlieni tal-Unjoni, li hu li jiġu promossi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha billi jiġu stimulati d-dibattitu, ir-riflessjoni u l-iżvilupp ta’ netwerks;

li tiġi inkuraġġuta l-parteċipazzjoni demokratika u ċivika taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, billi jiġi żviluppat il-fehim taċ-ċittadini dwar il-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u billi jiġu promossi l-opportunitajiet għall-involviment tas-soċjetà u interkulturali u l-volontarjat fil-livell tal-Unjoni.

1.3.   Il-prijoritajiet tematiċi

Għall-2014, ġew adottati l-prijoritajiet tematiċi li ġejjin:

L-ewwel qasam:   It-tifkira Ewropea

Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-għan tal-Unjoni Ewropea huwa li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benesseri tal-popli tagħha.

F’dan il-kuntest, il-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” jappoġġa organizzazzjonijiet li jirriflettu fuq ir-raġunijiet għar-reġimi totalitarji fl-istorja moderna tal-Ewropa, kif ukoll fuq mumenti importanti u punti ta’ referenza oħra fl-istorja Ewropea ta’ dan l-aħħar. Il-mumenti storiċi li għandhom jitfakkru b’mod partikulari fl-2014 huma l-mitt anniversarju mill-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija, il-ħamsa u għoxrin anniversarju mill-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin u l-għaxar snin mit-tkabbir tal-Unjoni Ewropea għall-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant.

It-tieni qasam:   L-involviment demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika

L-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew se jsiru fl-Istati Membri kollha mit-22 ta’ Mejju 2014 sal-25 ta’ Mejju 2014. Dawn l-elezzjonijiet se jkunu l-ewwel elezzjonijiet li se jsiru skont it-Trattat ta’ Lisbona, li jsaħħaħ ir-rwol taċ-ċittadini tal-UE bħala atturi politiċi permezz tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

F’dan il-kuntest, il-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” se jappoġġa organizzazzjonijiet li jaħdmu fuq il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-UE, li tvarja mid-demokrazija lokali għall-għoti ta’ setgħa liċ-ċittadini li jkollhom rwol sħiħ fil-politika tal-UE, fil-kuntest tat-tieni qasam tiegħu.

2.   L-GĦAN TA’ DIN IS-SEJĦA

L-għan ta’ din is-sejħa huwa li jintgħażlu organizzazzjonijiet b’involviment Ewropew li, permezz tal-attivitajiet regolari tas-soltu u permanenti tagħhom, jikkontribwixxu b’mod tanġibbli għall-għanijiet tal-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” ddefiniti fil-punti 1.1 u 1.2 t’hawn fuq.

Is-sejħa għall-proposti tikkonċerna l-appoġġ strutturali, imsejjaħ għotjiet operattivi, lil entitajiet li jkollhom għan ta’ interess ġenerali tal-Unjoni, sabiex titqajjem kuxjenza dwar it-tifkira Ewropea (l-ewwel qasam) jew sabiex tiġi inkuraġġuta l-parteċipazzjoni demokratika u ċivika (it-tieni qasam). Hija maħsuba biex tikkofinanzja l-ispejjeż tal-operat li jippermettu lil entità teżisti b’mod indipendenti u biex jiġu implimentati għadd ta’ attivitajiet previsti fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha. Dawn l-attivitajiet għandhom jikkorrispondu mal-ilħiq tal-għanijiet statutorji tal-organizzazzjoni u jridu jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ wieħed mill-għanijiet tal-programm jew iktar.

L-appoġġ jingħata lill-organizzazzjonijiet fil-forma ta’ sħubiji ta’ qafas għal erba’ snin (bejn l-2014 u l-2017), li jingħataw skont din is-sejħa għall-proposti. Is-sħubiji ta’ qafas huma mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni stabbiliti bejn organizzazzjoni partikulari u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (1).

L-għotjiet operattivi annwali se jingħataw kull sena fil-kuntest ta’ dawn is-sħubiji ta’ qafas.

3.   KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ

L-applikazzjonijiet li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin se ssirilhom evalwazzjoni ddettaljata.

3.1.   Kriterji formali

Se jitqiesu biss il-proposti mressqin f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, bl-użu tal-formola tal-applikazzjoni uffiċjali onlajn, mimlija kollha kemm hi u ffirmata u mressqa sad-data tal-iskadenza.

Il-formola tal-applikazzjoni għandu jkollha magħha d-dokumenti l-oħra kollha msemmijin fiha.

L-applikazzjonijiet għandhom jitqiesu li huma eliġibbli jekk:

(a)

jissodisfaw il-kundizzjonijiet iddefiniti fil-punti 4 u 5 ta’ din is-sejħa;

(b)

ikunu tressqu sal-20 ta’ Diċembru 2013 f’nofsinhar (ħin ta’ Brussell);

(c)

ikunu tressqu bl-użu tal-formola tal-applikazzjoni uffiċjali (ara l-punt 13), mimlija kif suppost;

(d)

ikunu ġew iffirmati mir-rappreżentant legali tal-organizzazzjoni;

(e)

ikollhom baġit ibbilanċjat f’termini tad-dħul u tan-nefqa;

(f)

jissodisfaw il-kundizzjonijiet finanzjarji tas-sejħa mogħtija fil-punt 5.

3.2.   Pajjiżi eliġibbli

Huma eliġibbli l-applikazzjonijiet imressqin minn entitajiet legali li huma stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

(a)

fl-Istati Membri tal-UE: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit;

(b)

l-applikazzjonijiet minn pajjiżi oħra (jiġifieri mill-pajjiżi tal-EFTA, mill-pajjiżi aderenti, mill-pajjiżi kandidati u mill-pajjiżi li huma kandidati potenzjali) huma eliġibbli, dejjem jekk dawn il-pajjiżi jkunu ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim mal-Kummissjoni Ewropea matul l-2014. F’dan il-każ, l-applikanti minn dawn il-pajjiżi jistgħu japplikaw għal sħubija ta’ qafas għal tliet snin, mill-2015 sal-2017, sal-31 ta’ Diċembru 2014.

3.3.   Applikanti eliġibbli

3.3.1.   Kategoriji ta’ organizzazzjonijiet

Sabiex ikunu eliġibbli għal sħubija ta’ qafas, l-organizzazzjonijiet iridu jkunu jiffurmaw parti minn waħda mill-kategoriji li ġejjin:

A.

l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu favur it-tifkira Ewropea (l-ewwel qasam):

l-organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet ta’ riflessjoni dwar ir-raġunijiet għar-reġimi totalitarji fl-istorja moderna tal-Ewropa (b’mod speċjali għan-Naziżmu li wassal għall-Olokawstu, il-Faxxiżmu, l-Istaliniżmu u r-reġimi Komunisti totalitarji, iżda mhux biss għalihom) u attivitajiet li jfakkru l-vittmi tar-reati ta’ dawn ir-reġimi;

l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw attivitajiet dwar mumenti importanti u punti ta’ referenza oħra fl-istorja Ewropea ta’ dan l-aħħar;

l-organizzazzjonijiet li jiffukaw fuq il-valuri komuni tal-UE, li jżidu l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-importanza li jinżammu u li jiġu promossi l-valuri demokratiċi fl-Ewropa, jiġifieri permezz tal-memorja ta’ personalitajiet Ewropej bħal dawk li waqqfu l-proġett Ewropew jew oħrajn li taw kontribut sinifikanti għal stadji aktar tard tal-bini tal-Ewropa;

B.

l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-livell Ewropew (it-tieni qasam):

l-organizzazzjonijiet umbrella, in-netwerks u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) oħrajn li jimmiraw li jinkuraġġixxu l-parteċipazzjoni demokratika u ċivika taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, billi jiżviluppaw il-fehim taċ-ċittadini dwar il-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u billi jippromwovu l-opportunitajiet għall-involviment ċiviku fil-livell tal-Unjoni;

C.

l-organizzazzjonijiet tar-riċerka dwar il-politika pubblika Ewropea (il-gruppi ta’ riflessjoni) (l-ewwel u t-tieni qasam):

dawn l-organizzazzjonijiet jipprovdu rabta bejn ir-riċerka u t-tfassil tal-politika fil-livell Ewropew. Huma jgħinu biex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi u jiffaċilitaw l-interazzjoni bejn ix-xjenzjati, l-intellettwali u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Is-sejħa hija mmirata għal gruppi ta’ riflessjoni li jiffukaw b’mod ewlieni fuq l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” u li jwettqu attivitajiet li jmorru lil hinn minn sempliċi riċerka u li mhumiex immirati biss għal gruppi speċjalizzati. Iż-żewġ oqsma huma kkonċernati;

D.

il-pjattaformi tal-organizzazzjonijiet pan-Ewropej (it-tieni qasam):

l-ispeċifiċità ta’ dawn il-pjattaformi hija li l-membri tagħhom ikunu, huma stess, organizzazzjonijiet umbrella (pjattaformi) fil-livell Ewropew. Dawn il-pjattaformi pan-Ewropej jirrappreżentaw għadd kbir ta’ ċittadini Ewropej u jkopru firxa wiesgħa ta’ oqsma politiċi.

3.3.2.   Organizzazzjonijiet eliġibbli

Sabiex ikunu eliġibbli għal għotja operattiva, l-organizzazzjonijiet li jkollhom għan ta’ interess ġenerali Ewropew għandhom:

(a)

ikunu organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ;

(b)

ikollhom rwol attiv fil-qasam taċ-ċittadinanza Ewropea (it-tifkira Ewropea u l-involviment demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika), kif iddefinit fl-istatut tal-assoċjazzjoni tagħhom jew fl-istqarrija tal-missjoni tagħhom u jkunu jidħlu f’waħda mill-kategoriji msemmija hawn fuq;

(c)

ikunu stabbiliti legalment u jkollhom personalità legali f’pajjiż eliġibbli għal mill-inqas erba’ snin (fid-data meta jressqu l-applikazzjoni tagħhom);

(d)

iwettqu l-attivitajiet tagħhom f’pajjiżi eliġibbli;

(e)

ikollhom ikopru dan li ġej mil-lat ġeografiku:

l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew (il-kategorija B) u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu favur it-tifkira Ewropea (il-kategorija A) irid ikollhom membri jew attivitajiet f’mill-inqas 12-il pajjiż eliġibbli;

il-pjattaformi tal-organizzazzjonijiet pan-Ewropej (il-kategorija D) irid ikollhom mill-anqas 20 membru li jkunu organizzazzjoni umbrella, li kull wieħed minnhom irid ikollu membri f’mill-inqas 15-il Stat Membru u li, ilkoll flimkien, iridu jkunu jkopru t-28 Stat Membru tal-UE;

l-organizzazzjonijiet tar-riċerka dwar il-politika pubblika Ewropea (il-gruppi ta’ riflessjoni) m’hemm bżonn li jkollhom l-ebda kopertura ġeografika speċifika sabiex ikunu eliġibbli.

L-individwi privati u l-entitajiet pubbliċi mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal din is-sejħa għall-proposti.

3.4.   Attivitajiet eliġibbli

L-attivitajiet tal-applikant għandhom jikkontribwixxu b’mod tanġibbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-programm.

L-applikanti jridu jipprovdu:

programm ta’ ħidma strateġiku għal perjodu ta’ erba’ snin li jibda mill-2014, u

programm ta’ ħidma annwali ddettaljat għal perjodu ta’ 12-il xahar, li jibda mill-2014.

Il-programm ta’ ħidma strateġiku tal-organizzazzjoni li tkun qed tapplika għandu jkopri l-attivitajiet statutorji tagħha, inklużi l-konferenzi, is-seminars, id-diskussjonijiet madwar mejda tonda, ir-rappreżentazzjoni, il-komunikazzjoni u l-valorizzazzjoni tagħha, u l-attivitajiet rikorrenti Ewropej l-oħrajn marbutin mal-attivitajiet tal-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini”.

3.5.   Perjodu ta’ eliġibbiltà

Is-sħubija ta’ qafas iddum erba’ snin. Għall-għotjiet annwali speċifiċi tagħha, il-perjodu ta’ eliġibbiltà jrid jikkorrispondi mas-sena tal-baġit tal-applikanti, hekk kif mogħtija fil-kontijiet iċċertifikati tal-organizzazzjoni.

Għall-applikanti li jkollhom sena tal-baġit li ma tkunx l-istess bħas-sena kalendarja, il-perjodu ta’ eliġibbiltà se jkun jibda mid-data meta tibda s-sena tal-baġit tagħhom għall-2014.

4.   KRITERJI TAL-GĦOTI

Se jiġu applikati l-kriterji tal-għoti li ġejjin sabiex jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet:

il-konsistenza mal-għanijiet tal-programm u mal-qasam tal-programm: 30 %

l-adegwatezza tal-programm ta’ ħidma propost fir-rigward tal-għanijiet tal-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini”;

il-programm ta’ ħidma tal-organizzazzjoni għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini”;

il-missjoni tal-applikant trid tkun konsistenti mal-għanijiet tal-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini”;

il-kwalità tal-pjan tal-attivitajiet jew tal-programm ta’ ħidma: 30 %

il-programm ta’ ħidma propost għandu jkun adegwat biex jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni;

il-koerenza: l-għanijiet differenti tal-attivitajiet proposti jridu jkunu jikkorrispondu ma’ xulxin u l-inputs u r-riżorsi proposti jridu jkunu adattati għall-għanijiet;

l-effikaċja: l-effetti għandhom jinkisbu bi spiża raġonevoli;

il-programmi ta’ ħidma għandhom jippreżentaw dimensjoni Ewropea li tkun deskritta b’mod ċar;

se tingħata prijorità lil dawk l-organizzazzjonijiet li jużaw metodi ta’ ħidma ġodda jew li jipproponu attivitajiet innovattivi;

it-tixrid: 15 %

l-organizzazzjonijiet li jirċievu għotjiet operattivi għandhom jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex jiġi żgurat li r-riżultati tagħhom jintużaw u jixterdu;

il-programm ta’ ħidma propost għandu joħloq effett multiplikatur fost udjenza usa’ minn dik li tkun qed tipparteċipa direttament fl-attivitajiet;

għandu jkun hemm pjan tat-tixrid realistiku u prattiku sabiex ir-riżultati previsti mill-programm ta’ ħidma jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti u skambjati b’mod effikaċi;

l-impatt u l-involviment taċ-ċittadini: 15 %

l-għadd ta’ sħab, ta’ parteċipanti, ta’ inputs tal-politika u ta’ pajjiżi involuti għandu jkun kbir biżżejjed biex jiġi żgurat li l-programm ta’ ħidma propost ikun jilħaq verament lill-Ewropa;

l-impatt: il-programm ta’ ħidma għandu jimmira li jilħaq l-għanijiet tiegħu, b’mod partikulari fir-rigward tal-kontributi konkreti għat-tfassil tal-politika;

is-sostenibbiltà: il-programm ta’ ħidma propost għandu jimmira li joħloq effetti fit-tul;

il-programm ta’ ħidma propost għandu jagħti lill-parteċipanti l-possibbiltà li jieħdu sehem b’mod attiv fl-attivitajiet u fil-kwistjonijiet li jkunu tqajmu;

għandu jintlaħaq bilanċ bejn iċ-ċittadini li jkunu diġà attivi f’organizzazzjonijiet jew f’istituzzjonijiet partikulari u ċ-ċittadini li jkun għadhom mhumiex involuti fihom;

se tingħata prijorità lil dawk l-organizzazzjonijiet li fihom jieħdu sehem ċittadini minn gruppi li mhumiex rappreżentati biżżejjed jew li m’għandhomx daqshekk opportunitajiet;

l-estent li bih in-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi qiegħed iżomm lura l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma: 10 %

fil-pjan ta’ ħidma, għandha tingħata analiżi ddettaljata dwar il-progress tal-ispejjeż u tal-iskemi kollha ta’ kofinanzjament matul l-aħħar tliet snin;

il-proposti jridu juru li m’hemmx biżżejjed sorsi oħra ta’ finanzjament disponibbli għall-applikanti li jippermettulhom jimplimentaw il-programm ta’ ħidma;

il-proposti jridu juru sa liema punt l-ammont mitlub huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma;

il-proposti jridu juru sa liema punt jeħtieġ li l-programm ta’ ħidma jiġi implimentat f’dan il-mument sabiex jintlaħqu l-għanijiet tas-sejħa u/jew sa liema punt id-dewmien jista’ jkun ta’ ħsara f’dan ir-rigward.

5.   KUNDIZZJONIJIET TAL-FINANZJAMENT

Għotja tal-UE hija inċentiv biex jitwettqu attivitajiet li ma jkunux possibbli mingħajr l-appoġġ tal-Unjoni. Din hija bbażata fuq il-prinċipju tal-kofinanzjament. L-għotja tal-UE tissupplimenta l-involviment finanzjarju tal-organizzazzjoni li tkun qed tapplika stess u/jew kwalunkwe appoġġ nazzjonali, reġjonali jew privat li din tista’ tkun kisbet.

Il-fatt li applikazzjoni tiġi aċċettata ma jfissirx li se tingħata bilfors għotja li tkun daqs l-ammont mitlub mill-benefiċjarju. Barra minn hekk, l-ammont mogħti qatt ma jista’ jaqbeż l-ammont mitlub. Il-fatt li tingħata għotja ma jfissirx li wieħed jibqa’ intitolat għaliha għas-snin ta’ wara.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni ma tistax taqbeż is-70 % tal-ispejjeż provviżorji eliġibbli għall-organizzazzjonijiet tal-kategoriji kollha, ħlief għall-pjattaformi tal-organizzazzjonijiet pan-Ewropej (ara l-punt 3.3.1.), li għalihom il-limitu massimu huwa ta’ 90 %.

Barra minn hekk, l-għotja massima mogħtija għal kull kategorija hija hekk kif ġej:

It-tip ta’ organizzazzjoni

L-ammont minimu

L-ammont massimu

Ir-rata massima ta’ kofinanzjament

A.

l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu favur it-tifkira Ewropea (l-ewwel qasam)

EUR 60 000

EUR 200 000

70 %

B.

l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-livell Ewropew (it-tieni qasam)

EUR 60 000

EUR 200 000

70 %

C.

l-organizzazzjonijiet tar-riċerka dwar il-politika pubblika Ewropea (il-gruppi ta’ riflessjoni) (l-ewwel u t-tieni qasam)

EUR 60 000

EUR 350 000

70 %

D.

il-pjattaformi tal-organizzazzjonijiet pan-Ewropej (it-tieni qasam)

EUR 60 000

EUR 600 000

90 %

L-għan hu li jintgħażlu bejn wieħed u ieħor tmien organizzazzjonijiet għall-ewwel qasam tal-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” (imsejjaħ “it-tifkira Ewropea”) u 26 organizzazzjoni għat-tieni qasam tiegħu (imsejjaħ “l-involviment demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika”).

5.1.   Kundizzjonijiet kuntrattwali

Meta tiġi approvata applikazzjoni, il-benefiċjarju jirċievi jew Deċiżjoni ta’ sħubija ta’ qafas u Deċiżjoni tal-għotja jew Ftehim ta’ sħubija ta’ qafas u Ftehim tal-għotja, skont il-post fejn ikun stabbilit legalment.

Is-sħubija ta’ qafas tifformalizza mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fit-tul bejn il-Kummissjoni u s-sħab tagħha (ara l-punt 3.1). Din tista’ tieħu l-forma ta’ Deċiżjoni ta’ sħubija ta’ qafas jew ta’ Ftehim ta’ sħubija ta’ qafas.

Abbażi tad-Deċiżjoni ta’ sħubija ta’ qafas jew tal-Ftehim ta’ sħubija ta’ qafas, jingħataw għotjiet annwali speċifiċi li jistgħu jieħdu l-forma ta’:

Deċiżjoni tal-għotja: dan huwa att unilaterali li permezz tiegħu jingħata sussidju lil benefiċjarju. Għall-kuntrarju ta’ Ftehim tal-għotja, il-benefiċjarju ma jkollux għalfejn jiffirma d-Deċiżjoni tal-għotja u jista’ jibda l-azzjoni minnufih malli tasallu jew tiġi nnotifikata d-Deċiżjoni. Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-għotja se tħaffef il-proċess. Id-Deċiżjoni tal-għotja tapplika għal benefiċjarji li jkunu stabbiliti fl-UE; jew

ta’ Ftehim tal-għotja, li jrid jiġi ffirmat mill-benefiċjarju u jingħata lura lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (l-EACEA) minnufih. L-EACEA se tkun l-aħħar parti li tiffirma. Il-Ftehim tal-għotja japplika għal benefiċjarji li jkunu stabbiliti barra mill-UE.

Fis-sit tal-internet li ġej, se jkun hemm disponibbli mudell tad-Deċiżjoni tal-għotja u mudell tal-Ftehim tal-għotja: http://eacea.ec.europa.eu/citizenship/index_en.php

Il-kundizzjonijiet ġenerali li japplikaw għad-Deċiżjoni tal-għotja u għall-Ftehim tal-għotja jinsabu fir-“reġistru tad-dokumenti” fuq is-sit tal-internet tal-EACEA, li huwa http://eacea.ec.europa.eu/index.htm

6.   BAĠIT

Il-baġit totali disponibbli għas-sħubiji ta’ qafas ta’ erba’ snin (bejn l-2014 u l-2017) se jkun ta’ EUR 27,04 miljun. Madwar terz minnu se jkun iddedikat għall-organizzazzjonijiet tar-riċerka dwar il-politika pubblika Ewropea (il-gruppi ta’ riflessjoni).

Il-baġit totali disponibbli għall-għotjiet annwali speċifiċi li għandhom jiġu konklużi għall-2014 se jkun EUR 6,76 miljun għall-2014. Il-Kummissjoni Ewropea beħsiebha tiffinanzja madwar 34 organizzazzjoni fil-kuntest ta’ din is-sejħa.

L-appoġġ strutturali se jingħata taħt il-partita 16.02.01 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

7.   DATA TA’ SKADENZA GĦAT-TRESSIQ/PROĊEDURA TA’ TRESSIQ

Id-data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet hija l-20 ta’ Diċembru 2013 f’nofsinhar (ħin ta’ Brussell).

Wieħed jista’ jsib tagħrif iddettaljat dwar il-proċedura ta’ tressiq fis-sit tal-internet li ġej: http://eacea.ec.europa.eu/citizenship/index_en.php

L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu biss billi tintuża l-formola elettronika tal-applikazzjoni għall-għotja li hija disponibbli dal-ħin. Iridu jimtlew il-kaxxi kollha tad-dejta tal-formola elettronika.

Barra minn hekk, mal-formola elettronika jridu jintbagħtu wkoll id-dokumenti li ġejjin:

dikjarazzjoni fuq l-unur iffirmata mill-persuna awtorizzata li tidħol f’impenji li jorbtu legalment f’isem l-organizzazzjoni li tkun qed tapplika;

baġit komplut;

il-formola tal-entità legali kompluta; u

il-formola tal-identifikazzjoni finanzjarja.

L-applikazzjonijiet stampati mibgħuta bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika mhux se jiġu aċċettati għal iktar evalwazzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva jirriżervaw id-dritt li jitolbu kwalunkwe tagħrif addizzjonali ieħor li jistgħu jeħtieġu.

Id-dokumenti kollha jridu jintbagħtu/jittellgħu b’mod elettroniku fis-sit tal-internet li ġej:

http://eacea.ec.europa.eu/citizenship/index_en.php

Dawk l-applikazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà biss se jitqiesu għall-għotja. Jekk applikazzjoni titqies li mhijiex eliġibbli, se tintbagħat ittra lill-applikant li tispjega r-raġunijiet għal dan.

L-ebda tagħrif dwar ir-riżultat ta’ applikazzjonijiet individwali mhu se jingħata qabel ma tintemm il-proċedura tal-għażla. Ir-riżultati tal-proċedura tal-għażla se jiġu ppubblikati fir-rebbiegħa tal-2014 fis-sit tal-internet li ġej:

http://eacea.ec.europa.eu/citizenship/funding/2014/index_en.php

L-applikanti li jintgħażlu biex jirċievu l-finanzjament se jintbagħtilhom ftehim tal-għotja jew deċiżjoni tal-għotja tal-UE. L-applikanti li l-applikazzjonijiet tagħhom ma jkunux intgħażlu se jkunu infurmati b’dan bil-miktub. L-applikazzjonijiet mhux se jingħataw lura lill-applikanti.

Lista ta’ kontroll tad-dokumenti li l-applikanti għandhom jibagħtu:

(1)

il-formola tal-applikazzjoni (elettronika) kompluta;

(2)

il-formola tal-baġit kompluta (li għandha tintbagħat mal-formola elettronika);

(3)

dikjarazzjoni fuq l-unur iffirmata (li għandha tintbagħat mal-formola elettronika);

(4)

il-formola tal-entità legali kompluta (li tinsab fis-sit tal-internet li ġej: http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/legal_entities/legal_entities_en.cfm#en u li għandha tintbagħat mal-formola elettronika);

(5)

il-formola tal-identifikazzjoni finanzjarja (li tinsab fis-sit tal-internet li ġej: http://ec.europa.eu/budget/library/contracts_grants/info_contracts/financial_id/fich_sign_ba_gb_mt.pdf u li għandha tintbagħat mal-formola elettronika).


(1)  Suġġetti għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi mill-ġdid l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura b’mandat ġdid għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7082 – EVO/PKO/eService JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 335/04

1.

Fil-11 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi EVO Payments International LLC (“EVO”, l-Istati Uniti tal-Amerika) fl-aħħar ikkontrollata minn EVO Holdco, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika) u Madison Dearborn Partners, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerika), u Powszechna Kasa Oszczędności Bank Polski SA (“PKO”, il-Polonja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Centrum Elektronicznych Usług Płatnicznych SA (“eService”, il-Polonja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal EVO: attivitajiet fil-qasam tal-tipproċessar tal-ħlas ta' tranżazzjoni b'mod elettroniku u servizzi relatati fl-l-Istati Uniti tal-Amerika, fil-Kanada u fiż-ŻEE,

għal PKO: attivitajiet fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji, inklużi operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur, korporattivi u tal-investiment, servizzi ta' senserija, lokazzjoni, fatturament, fondi ta' investiment u ta' pensjoni u servizzi għall-iżvilupp tad-djar,

għal eService: attivitajiet fil-qasam tal-ipproċessar ta' ħlasijiet ta' kards li saru f'terminals ta' Post ta' Bejgħ (PtB) jew permezz tal-Internet, telefowns mobbli mħallsa minn qabel, bejgħ ta' top-ups permezz ta' terminals ta' PtB u tipprovdi servizzi ta' ġbid ta' flus.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7082 – EVO/PKO/eService JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/16


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 335/05

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“CRÈME DE BRESSE”

Nru tal-KE: FR-PDO-0005-01046-18.10.2012

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Crème de Bresse”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   It-tip ta’ prodott

Klassifika 1.4 –

Prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib minbarra butir, eċċ.).

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1

“Crème de Bresse”

Din hija krema ta' konsistenza “ħoxna mezzana” li tiġi mmaturata bijoloġikament. Il-proporzjon ta' xaħam li fiha huwa ta' mill-inqas 36 gramma f'kull 100 gramma tal-prodott.

Hija kkaratterizzata partikolarment mill-konsistenza kremuża, kemxejn aċiduża bi ħjiel ta' ħalib imsajjar, ta' gallettina ħelwa u ta' vanilla.

“Crème de Bresse” biż-żieda tal-kelma “épaisse” (ħoxna)

Din hija krema ta' konsistenza “ħoxna” li tiġi mmaturata bijoloġikament. Il-proporzjon minimu ta' xaħam li fiha huwa ta' 33 gramma f'kull 100 gramma tal-prodott.

Dan il-prodott huwa kkaratterizzat minn aċidità distinta, togħma aromatika żviluppata ħafna, “friska fil-ħalq” u benna notevoli ta' ħalib (ħalib frisk, ħalib imsajjar, eċċ.) u ta' butir.

Fil-produzzjoni ta' dawn iż-żewġ tipi ta' krema, l-omoġenizzazzjoni tagħhom jew iż-żieda ta' kwalunkwe ingredjent li jħaxxen jew li jagħti togħma huwa pprojbit. L-użu ta' kremi tax-xorrox, ta' kremi rekostitwiti, imkessħin sal-punt li jiffriżaw jew iffriżati sew, ta' koloranti jew antiossidanti, ta' sustanzi li jnaqqsu l-aċidità tal-ħalib jew tal-krema huwa pprojbit.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-ħalib mhux ipproċessat u sħiħ jiġi xkumat fis-36 siegħa wara li jinħaleb.

Meta jasal, il-ħalib għandu jkollu pH ta' bejn is-6,4 u s-6,9 u l-indiċi tal-lipolisi massimu jrid ikun ta' 0,80 meq għal 100 gramma xaħam.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Mill-inqas 80 % tal-għalf annwali totali tal-merħla, imfisser bħala materja niexfa, irid joriġina minn dik iż-żona ġeografika.

Il-biċċa l-kbira tal-għalfien tal-merħla jsir billi jirgħaw, dan l-għalf għandu jirrappreżenta 75 % tar-razzjon medju totali tal-baqar fis-sena tal-materja niexfa.

Bil-kelma għalf, huwa mfisser:

ħaxix frisk mill-għelieqi jew mogħti lilhom fil-maxtura,

ħaxix u qamħirrum f'kull għamla ta' preservazzjoni,

alfalfa friska jew niexfa,

tiben,

għeruq,

ċereali oħrajn, jew friski jew imnixxfin.

Il-kolza friska, il-mustarda, il-kaboċċi, l-għerq tal-mustarda, in-nevew, il-lift, il-liftija u r-ravanell huma pprojbiti bħala għalf għall-merħla.

Il-qalba u ċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum minn prodotti mhux transġeniċi biss huma awtorizzati biex jingħataw fl-għalf tal-merħla.

L-għalf supplimentari huwa limitat għal 1 800 kg kull baqra fis-sena.

Bħala għalf supplimentari wieħed jifhem:

supplimenti għall-enerġija: żerriegħa taċ-ċereali u l-prodotti magħmulin minnhom, it-tuberi u l-prodotti magħmulin minnhom, u l-prodotti magħmulin mill-għeruq,

supplimenti tan-nitroġenu: iż-żerriegħa tal-proteina u ż-żerriegħa tal-proteina żejtnija u l-prodotti magħmulin minnhom, l-alfalfa niexfa u prodotti oħra magħmulin minn dawn,

supplimenti mħalltin: taħlita ta' supplimenti għall-enerġija u ta' nitroġenu,

minerali, vitamini u oligo-elementi,

il-prodotti kkombinati tal-industrija tal-fermentazzjoni,

sustanzi tal-konzatura.

Iż-żejt tal-palm fi stat meta l-isomeri tiegħu mhumiex awtorizzati.

(a)   L-istaġun tal-mergħa

Il-merħla tirgħa mill-inqas 150 jum fis-sena, kemm wara xulxin, kif ukoll le.

Matul dan il-perjodu, kull baqra jkollha mill-inqas elf metru kwadru fejn tirgħa.

Il-mergħa tista' tiġi ssupplimentata bil-ħaxix frisk. Il-ħaxix frisk li jintgħalef irid jittiekel fi żmien 24 siegħa u dak kollu li jifdal wara 24 siegħa jrid jitneħħa mill-imxatar.

Il-porzjon ta' qamħirrum huwa żgurat bid-distribuzzjoni ta' minimu ta' 10 % ta' materjal niexef tal-qamħirrum fil-forma ta' għalf, jew l-ekwivalenti tiegħu, li hu minimu ta' kilogramma ta' żerriegħa niexfa tal-qamħirrum fil-porzjon totali ta' kull jum waqt dan il-perjodu.

(b)   L-istaġun tax-Xitwa

Waqt ix-xitwa, ir-razzjon medju ta' kull jum tal-ħaxix huwa żgurat b'distribuzzjoni minima ta' 15 % ta' ħaxix niexef (ħaxix u alfalfa ppreżervati b'kull mod ) mir-razzjon ta' għalf totali medju ta' kull jum għal waqt dan l-istaġun.

Il-porzjon ta' qamħirrum f'dan il-perjodu huwa żgurat bid-distribuzzjoni minima ta' 25 % ta' materjal niexef tal-qamħirrum fil-forma ta' għalf, jew l-ekwivalenti għalih, li hu minimu ta' 2,5 kilogrammi ta' żerriegħa niexfa tal-qamħirrum fil-porzjon totali ta' kuljum waqt dan il-perjodu.

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata

Il-produzzjoni tal-ħalib, kif ukoll il-manifattura tal-“Crème de Bresse” jitwettqu fiż-żona ġeografika.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

Il-krema tiġi ppakkjata f'kontenituri għall-bejgħ mhux ikbar minn 1 000 litru.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar

It-tikketta tal-prodotti li jidħlu fid-denominazzjoni tal-oriġini “Crème de Bresse” irid ikun fiha:

l-isem tad-denominazzjoni miktub b'ittri ta' daqs mill-inqas żewġ terzi tad-daqs tal-ikbar ittri li jidhru fuq it-tikketta.

is-simbolu “DPO” tal-Unjoni Ewropea, wara r-reġistrazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

L-isem tad-Denominazzjoni tal-Oriġini “Crème de Bresse” jista' jkollu warajh il-kelma “ħoxna” għall-kremi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni.

Iżda fil-każ ta' bejgħ dirett mill-produttur jew minn kull persuna mqabbda minnu, jew fir-razzett jew fis-swieq, mhuwiex obbligatorju li jkun hemm tikketta fuq kull kontenitur, biżżejjed li jkun hemm plakka li ssemmi l-elementi li jidhru fuq it-tikketti individwali.

Il-mudelli tat-tikkettar u tal-plakek huma ddiżenjati mill-grupp li jiżgura li jkunu disponibbli għall-operaturi.

L-isem “Crème de Bresse ‘segwit mill-frażi’ Denominazzjoni protetta tal-oriġini” irid jidher bilfors fuq il-fatturi u d-dokumenti tal-bejgħ wara li jiġi rreġistrat mill-Unjoni Ewropea.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tinfirex fuq it-territorji tal-muniċipji li ġejjin:

 

Id-Dipartiment ta’ Ain: Abergement-Clémenciat (L'), Attignat, Bâgé-la-Ville, Bâgé-le-Châtel, Beaupont, Bény, Béréziat, Biziat, Boissey, Bourg-en-Bresse, Buellas, Certines, Ceyzériat, Chanoz-Châtenay, Chavannes-sur-Reyssouze, Chaveyriat, Chevroux, Coligny, Condeissiat, Confrançon, Cormoz, Courmangoux, Courtes, Cras-sur-Reyssouze, Cruzilles-lès-Mepillat, Curciat-Dongalon, Curtafond, Dommartin, Dompierre-sur-Chalaronne, Domsure, Etrez, Foissiat, Gorrevod, Illiat, Jasseron, Jayat, Journans, Laiz, Lent, Lescheroux, Malafretaz, Mantenay-Montlin, Marboz, Marsonnas, Meillonnas, Mézériat, Montagnat, Montcet, Montracol, Montrevel-en-Bresse, Neuville-les-Dames, Péronnas, Perrex, Pirajoux, Polliat, Pont-de-Veyle, Pressiat, Saint-André-de-Bâgé, Saint-André-d'Huiriat, Saint-André-sur-Vieux-Jonc, Saint-Cyr-sur-Menthon, Saint-Denis-lès-Bourg, Saint-Didier-d'Aussiat, Saint-Étienne-du-Bois, Saint-Étienne-sur-Chalaronne, Saint-Étienne-sur-Reyssouze, Saint-Genis-sur-Menthon, Saint-Jean-sur-Reyssouze, Saint-Jean-sur-Veyle, Saint-Julien-sur-Reyssouze, Saint-Julien-sur-Veyle, Saint-Just, Saint-Martin-du-Mont, Saint-Martin-le-Châtel, Saint-Nizier-le-Bouchoux, Saint-Rémy, Saint-Sulpice, Saint-Trivier-de-Courtes, Salavre, Servas, Servignat, Sulignat, Tossiat, Tranclière (La), Treffort-Cuisiat, Vandeins, Verjon, Vernoux, Vescours, Villemotier, Viriat, Vonnas.

 

Id-Dipartiment ta' Jura: Augea, Balanod, Beaufort, Bletterans, Bonnaud, Cesancey, Chazelles, Chilly-le-Vignoble, Condamine, Cosges, Courlans, Courlaoux, Cousance, Cuisia, Digna, Fontainebrux, Frébuans, Gevingey, Larnaud, Mallerey, Maynal, Messia-sur-Sorne, Montmorot, Nanc-lès-Saint-Amour, Nance, Orbagna, Repôts (Les), Ruffey-sur-Seille, Sainte-Agnès, Saint-Amour, Saint-Didier, Trenal, Vercia, Villevieux, Vincelles.

 

Id-Dipartiment ta’ Saône-et-Loire: Abergement-de-Cuisery (L'), Bantanges, Baudrières, Beaurepaire-en-Bresse, Bosjean, Bouhans, Branges, Brienne, Bruailles, Champagnat, Chapelle-Naude (La), Chapelle-Thècle (La), Condal, Cuiseaux, Cuisery, Devrouze, Diconne, Dommartin-lès-Cuiseaux, Fay (Le), Flacey-en-Bresse, Frangy-en-Bresse, Frette (La), Frontenaud, Genête (La), Huilly-sur-Seille, Joudes, Jouvençon, Juif, Lessard-en-Bresse, Loisy, Louhans, Ménetreuil, Mervans, Miroir (Le), Montagny-près-Louhans, Montcony, Montpont-en-Bresse, Montret, Rancy, Ratenelle, Ratte, Romenay, Sagy, Saillenard, Saint-André-en-Bresse, Sainte-Croix, Saint-Étienne-en-Bresse, Saint-Germain-du-Bois, Saint-Martin-du-Mont, Saint-Usuge, Saint-Vincent-en-Bresse, Savigny-en-Revermont, Savigny-sur-Seille, Sens-sur-Seille, Serley, Simandre, Simard, Sornay, Tartre (Le), Thurey, Tronchy, Varennes-Saint-Sauveur, Vérissey, Vincelles.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-“Crème de Bresse” hija magħmula minn pjanura msaġġra kemm kemm imżerżqa, fl-għoljiet li huma tipiċi ta' “Bresse” fejn l-għoli mhu mkien aktar minn 300 metru. Hija żona ġeoloġikament unita, magħmula minn ħamrija b'matriċi taflija li tiżgura riżervi tajbin ta' ilma, fejn, b'danakollu, il-biċċa l-kbira tal-azjendi jinsabu f'irqajja' differenti minn xulxin. Iż-żona fiha netwerk ta' xmajjar imxerrda ma' kullimkien, li l-għejun tagħhom qegħdin fl-għoljiet ta' Jura, u huma alimentati minn għadd ta' nixxigħat. Il-klima hija kontinentali, tipika tar-reġjun ta' Bresse, b'inżul twal ta' xita fuq bażi regolari, li taqbeż it-800 millimetru fis-sena, u tiffavorixxi n-nibta tal-ħxejjex fi żmienhom u li, flimkien ma' ġestjoni tajba tal-ħamrija, tippermetti li jikbru għadd ta' ċereali, b'mod partikolari l-qamħirrum mingħajr irrigazzjoni.

Il-kundizzjonijiet tal-ilma, ġeoloġiċi, morfoloġiċi u klimatiċi flimkien ta' din iż-żona wasslu għall-iżolament tagħha (għadd kbir ta' punti tal-ilma, toroq mhux tajbin għat-traffiku) u għal organizzazzjoni partikolari taż-żona agrikola li hija addattata għal biedja mħallta u trobbija ta' bhejjem awtosuffiċjenti. Il-partijiet baxxi bil-ħamrija taflija fejn ma jgħaddix ilma u ta' spiss ikunu mgħarrqa jinżammu għat-tkabbir tal-ħaxix u sisien ta' sġajriet; fit-tlajja', fejn il-kundizzjonijiet tal-ħamrija huma aħjar għall-koltivazzjoni, jitkabbru ċ-ċereali, b'mod partikolari l-qamħirrum; u l-meded aktar fl-għoli, fejn id-dranaġġ mhuwiex tajjeb, jitħallew foresta. Din id-diversità msaġġra tikkostitwixxi l-karatteristika ġeografika essenzjali ta' dan ir-reġjun imsemmi “bocage bressan” fejn hemm taħlita ta' rqajja' bl-għelejjel, bil-mergħa, u msaġġra.

Dawk li jrabbu l-bhejjem addattaw ruħhom għat-tipi ta' art u l-possibbiltajiet li jtihom l-ambjent naturali u għarfu jużaw il-kundizzjonijiet naturali biex żviluppaw sistema agrikola speċifika. B'hekk, l-agrikultura mħallta ta' Bresse hija distinta minn oħrajn minħabba:

il-preżervazzjoni ta' sistema ta' mergħa li tokkupa nofs l-uċuħ agrikoli taż-żona. Il-ħaxix fi Bresse huwa meqjus bħala wiċċ tar-raba' proprju. Tabilħaqq, il-kwalità tal-ħaxix li jinħasad (diversità ta' fjuri u tal-kompożizzjoni botanika) tiddependi fuq il-manteniment tal-mergħat permanenti fejn hemm abbundanza ta' ilma daqs kemm tiddependi fuq il-mergħat temporanji. Dawn il-prattiki huma bbażati fuq l-għarfien tal-produtturi tal-ħalib tal-post, li jiffavorixxu l-produzzjoni ta' għalf lokali, kemm ħxejjex imnixxfa, kif ukoll ħxejjex friski;

u l-kultura tal-qamħirrum, li jokkupa post ta' unur fil-kultura taċ-ċereali fi Bresse. Tul aktar minn 400 sena, dawk li jrabbu l-bhejjem ikkultivaw il-qamħirrum mingħajr irrigazzjoni u tawh post importanti ħafna fl-għalfien tal-annimali. Tabilħaqq, il-qamħirrum jissemma sa mill-1612 f'inventarju tal-proprjetà wara l-mewt ta' persuna f'Montpont-en-Bresse (P. Ponsot, 1997) imbagħad fl-1625 f'lista ta' prezzijiet f'Louhans (L. Guillemaut, 1896). Huwa simbolu ta' abbundanza u prosperità li fl-antik kien l-ispirazzjoni tal-laqam “ventres jaunes” (“ta' żaqqhom safra”) li bih kienu jinsabu n-nies ta' Bresse;

l-għarfien tat-tekniki tal-ħżin tal-ħaxix ilhom żviluppati min-nies ta' Bresse li jrabbu l-bhejjem sa mis-seklu 19 (Lecouteux, 1875) biex jegħlbu d-diffikultajiet marbuta mal-ħsad tal-ħuxlief fil-kuntest ta' klima umda.

Huwa fuq dawn iż-żewġ għelejjel ewlenin, li n-nies ta' Bresse li jrabbu l-bhejjem jibbażaw is-sistema ta' produzzjoni tagħhom bit-trobbija kumplimentari ta' tjur u bhejjem tal-ħalib, u huwa naturali li għall-produzzjoni tal-ħalib jaħdmu skont pjan ta' għalfien tal-bhejjem ibbażat fuq il-ħaxix u l-qamħirrum. Il-prodotti tagħhom, b'mod partikolari l-krema, għandhom rwol ewlieni f'din l-ekonomija. Il-krema tinbiegħ fis-swieq lil klijenti lokali jew lill-bejjiegħa tal-prodotti tar-razzett li jwassluha, flimkien mal-bajd u t-tjur lejn l-ibliet ġirien tar-reġjun.

Fil-bidu tas-snin 30 bdew l-ewwel kooperattivi li bil-mod il-mod bdew jieħdu post il-kmamar ta' produzzjoni tal-irziezet. Dawn il-kooperattivi jagħrfu l-ħtieġa li jiġu ppreservati l-karatteristiċi speċifiċi tal-materja prima u għaldaqstant jiġbru l-ħalib minn setturi definiti fil-viċinanzi tal-kmamar tal-ipproċessar, u dejjem iżommu rotot qosra fil-ġbir tal-ħalib. Bl-istess mod, jagħrfu l-importanza tal-ipproċessar malajr wara li jasal il-ħalib, u jillimitaw kemm jista' jkun l-għadd ta' drabi li l-krema tiġi mmanipulata u ppumpjata.

B'dan il-mod komplew il-produzzjoni tradizzjonali tal-krema mill-krema tal-ħalib tal-baqar filwaqt li żviluppaw l-għarfien ta' proċeduri ta' maturazzjoni bijoloġika.

Il-produtturi jużaw razez ta' batterji li jaċidifikaw u jagħtu aroma qawwija lill-krema.

Tingħata l-istess importanza lill-ipproċessar tal-krema biex kemm jista' jkun jitnaqqsu l-manipulazzjoni u l-ippumpjar tal-prodott.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Din hija krema li tirriżulta minn maturazzjoni bijoloġika mingħajr ebda żieda ta' sustanzi li jagħqdu jew jagħtu togħma. Il-kulur tagħha jvarja minn off-white sa kulur l-ivorju, għandha dehra lixxa, bi ftit li xejn bżieżaq tal-arja, u tleqq.

Hija tinkludi żewġ tipi ta' krema li jvarjaw minn xulxin minħabba l-kwantità ta' xaħam li fihom, l-aċidità, il-konsistenza, u l-użi differenti fit-tisjir li huma addattati għalihom.

Il-krema ħoxna mezzana, li hija kkaratterizzata minn proporzjon ta' xaħam ta' mill-inqas 36 gramma f'kull 100 gramma, għandha konsistenza tajba, bellusija u kremuża li tiksi l-ħalq. Hija tiżviluppa aroma qawwija, fit-togħma kif ukoll fir-riħa, daqsxejn aċiduża bi ħjiel ta' ħalib u zokkor (ħalib imsajjar, gallettini ħelwin, vanilla)

Billi din il-krema tirreżisti s-sħana, tintuża ħafna fit-tisjir li jieħu ż-żmien u jrid temperaturi għoljin (gratins tal-patata, tiġieġ imsajrin bil-krema, pudini tal-krema, torti tal-ħelu).

Il-krema l-ħoxna hija kkaratterizzata minn proporzjon ta' xaħam ta' 33 gramma f'kull 100 gramma krema u għandha konsistenza ħoxna u aċidità li tintiegħem sew. Għandha konsistenza bellusija u kremuża li tiksi l-ħalq. Hija tiżviluppa aċidità distinta, aroma qawwija, fit-togħma kif ukoll fir-riħa, bi ħjiel ta' togħma “friska fil-ħalq” u aromi distinti ta' ħalib (ħalib frisk, ħalib imsajjar, eċċ.) u ta' butir.

Tradizzjonalment, din il-krema tintuża mingħajr tisjir, fuq il-frott jew fuq il-ġobon abjad, jew inkella, trid tissajjar għal ħin qasir f'temperatura moderata.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Is-sistema tradizzjonali ta' għalfien tal-bovini fi Bresse, li hija taħlita ta' ħaxix u qamħirrum, hija waħda mill-fatturi li jiddeterminaw il-karatteristiċi tal-ħalib li jiġi prodott f'din iż-żona ġeografika. Il-bilanċ fil-proporzjon taż-żewġ ingredjenti, li huma l-ħaxix u l-qamħirrum jinfluwenzaw il-proprejtajiet tal-ħalib u jgħinu biex dan jiġi ttrasformat fi krema.

Il-ħaxix fir-razzjon tal-għalf jagħtih il-karatteristiċi sensorjali tiegħu. Il-preżervazzjoni tad-diversità ta' fjuri tal-mergħat, u l-kompożizzjoni botanika tagħhom jiżguraw li l-ħalib iżomm il-kulur tiegħu, jinfluwenzaw il-kontenut u l-kompożizzjoni ta' xaħam solubbli tal-ħalib u r-rikezza aromatika marbuta max-xaħmijiet li fih il-ħalib.

Il-porzjon tal-qamħirrum, minħabba l-valur għoli enerġetiku tiegħu, jiggarantixxi l-produzzjoni ta' ħalib li fih abbundanza ta' xaħam u proteini. Huwa l-qamħirrum ukoll, li jiddetermina d-daqs kbir tal-partikoli xaħmin li huma speċifiċi għall-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-“Crème de Bresse”. Dan jinfluwenza wkoll b'mod dirett il-benna potenzjali tal-ħalib minħabba li jżid id-daqs tal-wiċċ li jeħlu miegħu l-ingredjenti aromatiċi.

Il-kundizzjonijiet tat-tkessiħ u tal-ħżin tal-ħalib fl-azjenda, il-prossimità tal-operaturi u l-limitazzjonijiet fuq it-tul tar-rotot tal-ġbir tal-ħalib kollha jaħdmu flimkien biex jippreżervaw il-kompożizzjoni tal-ħalib u l-kwalità intrinsika tax-xaħmijiet tiegħu. Tabilħaqq, il-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-“Crème de Bresse” jagħti indiċi partikolarment baxx ta' tibdil fil-kompożizzjoni tax-xaħmijiet, li jirrifletti kwalità tajba ħafna tax-xaħam. Il-kulur oriġinali tiegħu jaffettwa l-kulur tal-krema.

Minħabba li l-proċessuri jaħdmu l-ħalib malajr u minħabba r-restrizzjoni tal-għadd ta' drabi li jiġi mmanipulat u ppumpjat, ix-xaħam iżomm il-kwalitajiet kollha tiegħu. Il-fatt li ma ssirx omoġenizzazzjoni tal-ħalib jippermetti li l-krema żżomm il-konsistenza tagħha lixxa, tleqq u bi ftit li xejn bżieżaq.

Il-fażi tal-maturazzjoni bijoloġika tal-krema, li hija stadju importanti fil-produzzjoni tal-“Crème de Bresse”, hija waħda twila, u ssir f'temperatura baxxa permezz ta' kolonji ta' batterji magħżulin li għandhom effett aċidifikanti u aromatizzanti. Permezz ta' aġġustament tal-parametri ta' din il-fażi, wieħed jista' jvarja l-aċidità tal-krema u jikseb iż-żewġ konsistenzi ta' krema, ħoxna u ħoxna mezzana. Din il-varjazzjoni li tinfluwenza l-abbundanza tax-xaħam tagħti taħlita ta' benna differenti liż-żewġ kremi. Billi ma jintużawx sustanzi li jgħaqqdu jew togħmiet miżjuda, tinżamm it-togħma naturali tal-krema.

L-ispeċifiċità tal-“Crème de Bresse” hija l-ewwel nett minħabba l-proprejtajiet tal-ħalib kif ukoll minħabba t-teknika tal-produzzjoni żviluppata mill-produtturi u mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra. Illum il-ġurnata, il-“Crème de Bresse” hija ingredjent li jintuża ħafna fit-tisjir tar-reġjun, fil-biċċa l-kbira mill-koki tal-ikel u tal-ħelu, li japprezzaw il-kwalitajiet tagħha (Tiġieġ ta' Bresse msajjar fil-krema, ħut jew quenelles biz-zalza tal-krema, gratins tal-patata, brijoxxi, torti u gallettini ta' Bresse – li huma taħlita ta' zokkor, butir u krema).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCCremedeBresse.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/22


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 335/06

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“BEURRE DE BRESSE”

Nru tal-KE: FR-PDO-0005-01045-18.10.2012

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Beurre de Bresse”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.5.

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem tal-punt 1

Il-“Beurre de Bresse” huwa butir ħelu ppreparat fil-mastella li huwa kkaratterizzat l-iktar permezz ta':

kuluru isfar mitfi li jista' jsir isfar iktar ċar fix-xitwa,

il-konsistenza tiegħu ratba u ħafifa li mill-qrib tidher bħal qtar żgħir ħafna tal-ilma u ta' mikroporositi, tipiċi tal-butir ippreparat f'mastella tradizzjonali. M'għandux konsistenza magħquda u għandu aspett kemmxejn ramli,

ir-riħa tiegħu hija kkaratterizzata bin-noti ta' xorrox, fjuri u anki zokkor,

il-kwalità tiegħu li jinħall fil-ħalq minħabba fit-tendenza tiegħu li jiddiżintegra fil-ħalq jew jitfarrak fil-ħalq,

it-togħma tiegħu ddominata bin-noti lattiċi ta' “freskezza fil-ħalq” u ta' “frott imnixxef” (ġellewż u lewż), kif ukoll bil-fatt li t-togħma tibqa' tippersisti fil-ħalq.

Huwa jiddellek faċilment fuq il-ħobż u jżomm konsistenza tajba fit-tisjir.

L-użu ta' butir rikostitwit, ikkonġelat jew iffriżat kif ukoll l-użu ta' dak kollu li jżid il-kontenut xott u mhux xaħmi tal-butir, speċjalment l-inklużjoni ta' kolturi ta' fermenti lattiċi waqt li ssir it-taħlita, mhuwiex permess.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-ħalib nej u komplet jiġi xkumat fis-36 siegħa wara li jinġabar

Il-pH tal-ħalib mal-wasla tiegħu jkun bejn is-6,4 u s-6,9 u l-indiċi tiegħu tal-lipoliżi jkollu massimu ta' 0,80 mek għal kull 100 gramma ta' materji grassi.

Il-butir isir b'mod esklussiv mill-krema nejja jew pastorizzata li jkollha maturazzjoni bijoloġika fejn il-prodott ikollu minimu ta' 36 gramma ta' materja grassa fuq kull 100 gramma prodotta f'din iż-żona ġeografika.

Il-krema tibda tiġi prodotta fis-36 siegħa wara li jinġabar il-ħalib u sa 48 siegħa wara l-ixkumar tal-ħalib.

L-omoġenizzazzjoni tal-krema mhijiex permessa. L-użu ta' kremi, addittivi ta' kuluri jew antiossidanti, jew sustanzi ta' deaċidifikazzjoni, rikostitwiti, konġelati, iffriżati jew iffriżati f'temperatura baxxa ħafna miżjuda biex ibaxxu l-aċidità tal-ħalib u tal-krema mhuwiex permess.

It-tipi ta' fermenti li jintużaw dejjem jinkludu kolonji ta' batterji lattiċi li jipproduċu l-aċidu jew it-togħma. L-ebda żieda ta' addittivi li jżidu fil-ħxuna tal-konsistenza jew fit-togħma mhi awtorizzata. Il-maturizzazzjoni tinkiseb bejn it-12 °C u t-18 °C tul perjodu ta' bejn 18 u 24 siegħa. Il-mastellar isir bi krema ta' aċidità minima ta' 20 °D.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Mill-inqas 80 % tar-razzjon totali annwali tal-merħla, espress f'materja xotta, għandu jiġi prodott f'din iż-żona ġeografika.

L-alimentazzjoni tal-merħla għandha tkun ibbażata fuq sistema ta' foraġġ li tirrappreżenta mill-inqas 75 % tal-Istati Membri mill-proporzjon totali medju ta' baqar fis-sena.

B'“foraġġ” wieħed ifisser:

ħaxix frisk, tal-mergħat jew distribwit fil-ħwat,

ħaxix u qamħirrum tal-foraġġ fil-modi kollha ta' preservazzjoni tagħhom,

xnien frisk jew imnixxef,

tiben,

għeruq,

ċereali oħra distribwiti friski jew fil-forma ta' foraġġ ippreżervat.

Il-kolza distribwita friska, il-mustarda, l-għerq mustarda, il-ġidra, ir-rapa tan-nevew, il-liftija u r-ravanell m'għandhomx jintużaw f'għalf tal-merħla.

Il-qlub u ċ-ċfaċagħ tal-qamħirrum tal-foraġġ minn prodotti mhux transġeniċi biss huma awtorizzati fl-għalf tal-merħla.

Il-provvista ta’ ikel supplimentari hi limitata għal 1 800 kg għal kull baqra tal-merħla u għal kull sena kalendarja.

Bil-kliem “alimentazzjoni supplimentarja” wieħed ifisser:

is-supplimenti għall-enerġija: żrieragħ taċ-ċereali u prodotti ġejjin minnhom, tuberi u prodotti ġejjin minnhom, u prodotti oħra ġejjin mill-għeruq,

is-supplimenti tan-nitroġeni: żrieragħ tal-proteina, żrieragħ taż-żejt u legumi u prodotti ġejjin minnhom, xnien niexef u prodotti oħra ġejjin minnu,

is-supplimenti mħallta: taħlita ta' supplimenti tal-enerġija u tan-nitroġenu,

il-minerali, il-vitamini u oligoelementi,

il-koprodotti tal-industrija ta' fermentazzjoni,

aġenti li jwebbsu.

Iż-żejt tal-palm fl-istat naturali tiegħu jew l-iżomeri tiegħu mhumiex awtorizzati.

(a)   L-istaġun tar-ragħa

Il-merħla tirgħa mill-inqas 150 jum fis-sena, konsekuttivi jew mhux konsekuttivi.

Waqt dan il-perjodu, kull baqra li tkun qed taħleb għandu jkollha mill-inqas 10 ares ta' mergħa aċċessibbli mill-post tat-taħlib.

Il-mergħa tista' tiġi ssupplimentata bit-tagħlif tal-ħaxix frisk. Il-ħaxix frisk għandu jiġi kkunsmat fi żmien 24 siegħa, u jekk wara 24 siegħa jifdal xi ħaxix, dan għandu jitneħħa mill-ħwat.

Il-provvista tal-qamħirrum hija ggarantita billi jiġi ddistribwit mill-inqas 10 % qamħirrum, espress bħala materja niexfa, fil-forma ta' foraġġ jew mill-inqas kilogramma ekwivalenti ta' qamħirrum niexef fir-razzjon ta' kuljum totali medju waqt l-istaġun tal-mergħa.

(b)   Il-perjodu tax-xitwa

Waqt dan il-perjodu, il-provvista tal-ħaxix hija ggarantita permezz tad-distribuzzjoni ta' mill-inqas 15 % ta' materja niexfa ta' ħaxix (ħaxix u xnien fil-forom kollha tagħhom ta' preservazzjoni), fir-razzjon ta' kuljum totali medju waqt l-istaġun tal-mergħa.

Waqt dan il-perjodu, il-provvista tal-qamħirrum hija ggarantita billi jiġi ddistribwit mill-inqas 25 % tal-qamħirrum, espress bħala materja niexfa, fil-forma ta' foraġġ jew mill-inqas 2,5 kilogrammi ekwivalenti ta' qamħirrum niexef fir-razzjon ta' kuljum totali medju waqt l-istaġun tal-mergħa.

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata

Il-produzzjoni tal-ħalib kif ukoll il-produzzjoni tal-“Beurre de Bresse” isiru f'dik iż-żona ġeografika.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

L-ippakkjar għandu jsir f'unitajiet ta' kejl għall-bejgħ li ma jaqbżux il-25 kilogramma.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar

It-tikkettar tal-prodotti li juru d-denominazzjoni tal-oriġini “Beurre de Bresse” għandu jinkludi li ġej:

l-isem tad-denominazzjoni għandu jinkiteb f'ittri ta' daqs għallinqas żewġ terzi daqs l-ikbar ittri fuq it-tikketta,

is-simbolu “DPO” tal-Unjoni Ewropea, wara r-reġistrazzjoni mill-Unjoni Ewropea.

Madanakollu, fil-każ ta' bejgħ dirett mill-produttur jew minn persuni li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, fl-azjendi agrikoli jew fis-swieq, it-tikkettar individwali mhuwiex obbligatorju, iżda dawn l-elementi għandhom jissemmew b'mod ċar fuq it-tikketta.

Il-forom tat-tikkettar u tas-sinjali huma stabbiliti minn grupp li jassigura li jkunu disponibbli għall-operaturi

Id-denominazzjoni “Beurre de Bresse” issegwi l-isem “Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini” u għandha b'mod obbligatorju tidher fuq l-irċevuti u d-dokumenti kummerċjali mindu ssir ir-reġistrazzjoni mill-Unjoni Ewropea.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika hija mifruxa fuq it-territorji tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

 

Id-dipartiment ta’ Ain: Abergement-Clémenciat (L'), Attignat, Bâgé-la-Ville, Bâgé-le-Châtel, Beaupont, Bény, Béréziat, Biziat, Boissey, Bourg-en-Bresse, Buellas, Certines, Ceyzériat, Chanoz-Châtenay, Chavannes-sur-Reyssouze, Chaveyriat, Chevroux, Coligny, Condeissiat, Confrançon, Cormoz, Courmangoux, Courtes, Cras-sur-Reyssouze, Cruzilles-lès-Mepillat, Curciat-Dongalon, Curtafond, Dommartin, Dompierre-sur-Chalaronne, Domsure, Etrez, Foissiat, Gorrevod, Illiat, Jasseron, Jayat, Journans, Laiz, Lent, Lescheroux, Malafretaz, Mantenay-Montlin, Marboz, Marsonnas, Meillonnas, Mézériat, Montagnat, Montcet, Montracol, Montrevel-en-Bresse, Neuville-les-Dames, Péronnas, Perrex, Pirajoux, Polliat, Pont-de-Veyle, Pressiat, Saint-André-de-Bâgé, Saint-André-d'Huiriat, Saint-André-sur-Vieux-Jonc, Saint-Cyr-sur-Menthon, Saint-Denis-lès-Bourg, Saint-Didier-d'Aussiat, Saint-Étienne-du-Bois, Saint-Étienne-sur-Chalaronne, Saint-Étienne-sur-Reyssouze, Saint-Genis-sur-Menthon, Saint-Jean-sur-Reyssouze, Saint-Jean-sur-Veyle, Saint-Julien-sur-Reyssouze, Saint-Julien-sur-Veyle, Saint-Just, Saint-Martin-du-Mont, Saint-Martin-le-Châtel, Saint-Nizier-le-Bouchoux, Saint-Rémy, Saint-Sulpice, Saint-Trivier-de-Courtes, Salavre, Servas, Servignat, Sulignat, Tossiat, Tranclière (La), Treffort-Cuisiat, Vandeins, Verjon, Vernoux, Vescours, Villemotier, Viriat, Vonnas.

 

Id-dipartiment ta' Jura: Augea, Balanod, Beaufort, Bletterans, Bonnaud, Cesancey, Chazelles, Chilly-le-Vignoble, Condamine, Cosges, Courlans, Courlaoux, Cousance, Cuisia, Digna, Fontainebrux, Frébuans, Gevingey, Larnaud, Mallerey, Maynal, Messia-sur-Sorne, Montmorot, Nanc-lès-Saint-Amour, Nance, Orbagna, Repôts (Les), Ruffey-sur-Seille, Sainte-Agnès, Saint-Amour, Saint-Didier, Trenal, Vercia, Villevieux, Vincelles.

 

Id-dipartiment ta’ Saône-et-Loire: Abergement-de-Cuisery (L'), Bantanges, Baudrières, Beaurepaire-en-Bresse, Bosjean, Bouhans, Branges, Brienne, Bruailles, Champagnat, Chapelle-Naude (La), Chapelle-Thècle (La), Condal, Cuiseaux, Cuisery, Devrouze, Diconne, Dommartin-lès-Cuiseaux, Fay (Le), Flacey-en-Bresse, Frangy-en-Bresse, Frette (La), Frontenaud, Genête (La), Huilly-sur-Seille, Joudes, Jouvençon, Juif, Lessard-en-Bresse, Loisy, Louhans, Ménetreuil, Mervans, Miroir (Le), Montagny-près-Louhans, Montcony, Montpont-en-Bresse, Montret, Rancy, Ratenelle, Ratte, Romenay, Sagy, Saillenard, Saint-André-en-Bresse, Sainte-Croix, Saint-Étienne-en-Bresse, Saint-Germain-du-Bois, Saint-Martin-du-Mont, Saint-Usuge, Saint-Vincent-en-Bresse, Savigny-en-Revermont, Savigny-sur-Seille, Sens-sur-Seille, Serley, Simandre, Simard, Sornay, Tartre (Le), Thurey, Tronchy, Varennes-Saint-Sauveur, Vérissey, Vincelles.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ta' produzzjoni tal-“Beurre de Bresse” tikkorrespondi għal pjanura bis-siġar b'xi widien, u b'għoljiet tipiċi tal-“Bresse” li l-altitudni tagħhom ma taqbiżx it-300 metru. Hija unità ġeoloġika li tikkonsisti f'ħamrija b'matriċi taflija li tipprovdi riżervi tal-ilma tajba. Madankollu, il-pakketti tal-ażjendi agrikoli huma normalment differenti fil-karattru minħabba l-preżenza ta' vini differenti ta' ħamrija. Iż-żona ġeografika tibbenefika min-netwerk tal-ilma densa u omnipreżenti magħmula minn xmajjar li s-sorsi tagħhom qegħdin fuq l-għoljiet ta' Jura u li jaqbdu magħhom diversi nixxigħat u kanali żgħar fil-blat. Iż-żona għandha klima kontinentali tipika tar-reġjun ta' Bresse, bix-xita kostanti u regolari li ma taqbiżx it-800 mm/sena. Dan jiffavorixxi t-tkabbir tal-ħaxix waqt l-istaġun tal-veġetazzjoni u flimkien ma' ġestjoni tajba tal-ħamrija jsir possibbli li jitkabbru ħafna uċuh tal-art taċ-ċereali, b'mod partikolari l-qamħirrum li ma jissaqqiex.

Il-kundizzjonijiet idroloġiċi, ġeoloġiċi, morfoloġiċi u klimatiċi wasslu għall-iżolazzjoni tagħha (ħafna żoni ta' ilma, toroq li mhumiex adattati ħafna għal vetturi) u organizzazzjoni partikolari taż-żona agrikola adattata sew għall-biedja varjata u għal sistema kważi awtosuffiċjenti ta' tkabbir tal-bhejjem. Il-partijiet baxxi b'ħamrija taflija u impermeabbli li ta' spiss jiġu mgħarrqa bl-ilma huma rreżervati għall-bwar u żoni msaġġra; iċ-ċereali, notevolment il-qamħirrum, jitkabbru fuq l-għoljiet fejn il-ħamrija hija iktar b'saħħitha; u l-meded tal-art kbar u watja li mhumiex imsaffija sew mill-ilma tħallew bħala foresti. Din id-diversità ta' msaġar hija l-karatteristika ġeografika ewlenija tar-reġjun bl-isem ta' “bocage bressan” fejn l-uċuh jalternaw bejn bwar u msaġar.

In-nissiela kienu kapaċi jadattaw għall-pajsaġġ u l-kapaċitajiet tal-ambjent naturali u ħadmu bihom biex jiżviluppaw sistema speċifika ta' agrikoltura. Konsegwentement, il-biedja mħallta fi Bresse hija distinta b'dan li ġej:

iż-żamma ta' sistema ta' mergħa li tkopri nofs iż-żona agrikola tar-reġjun. Fi Bresse, il-ħaxix jitqies wiċċ tal-art ġenwin. Fil-fatt, il-kwalità tal-ħaxix maħsud (id-diversità florali u l-kompożizzjoni botanika) tiddependi kemm fuq il-manutenzjoni tal-bwar igrofili permanenti kif ukoll fuq il-ġestjoni tal-bwar temporanji. Dawn il-prattiki jiddependu fuq l-għarfien espert tal-produtturi tal-ħalib lokali, li jiffavurixxu l-produzzjoni tal-foraġġ lokali, tal-foraġġ tal-mergħa u tal-ħaxix frisk;

it-tkabbir tal-qamħirrum, li jokkupa post prominenti fost iċ-ċereali ta' Bresse. Għal iktar minn 400 sena, in-nissiela kkultivaw il-qamħirrum mingħajr tisqija u tawh rwol prominenti fl-għalf tal-annimali. Fil-fatt, hemm referenza għall-qamħirrum f'inventarju ta' proprjetà wara mewt f'Montpont-en-Bresse fis-sena 1612 (P. Pensot, 1997) u, f'listi tal-prezzijiet f'Louhans fis-sena 1625 (L. Guillemaut, 1896). Sinjal ta' abbundanza u prosperità, il-qamħirrum huwa marbut mal-oriġini tal-isem “ventres jaunes” (żquq sofor) li qabel kienu jingħataw lin-nies tal-post;

l-għarfien tekniku meħtieġ għall-ħżin f'sajlos żviluppat min-nissiela ta' Bresse mis-seklu 19 ’il quddiem (Lecouteux, 1875) sabiex jegħlbu d-diffikultajiet relatati mal-ġbir tat-tiben fi klima umda.

Abbażi ta' dawn iż-żewġ uċuh tal-art ewlenin, in-nissiela lokali jikkonċentraw is-sistema tal-produzzjoni tagħhom madwar forom komplimentarji ta' trobbija – tal-pollam u tal-baqar tal-ħalib – u huwa naturali għalihom li jikkombinaw il-ħaxix u l-qamħirrum. Il-prodotti li jirriżultaw, b'mod partikulari l-butir, jokkupaw post importanti f'din l-ekonomija. Il-butir qed jinbiegħ fi swieq lill-klijenti lokali jew lil dawk li jiġbru l-prodotti tal-biedja u jieħduh flimkien mal-bajd u l-pollam lill-bliet tal-viċinat.

L-ewwel kooperattivi dehru fil-bidu tat-tletinijiet u bil-mod il-mod issostitwixxu l-workshops ta' produzzjoni tal-biedja. Il-kooperattivi huma konxji mill-ħtieġa li tinżamm in-natura speċifika tal-bidu tal-materja prima u għalhekk jiġbru l-ħalib fis-setturi definiti tajjeb madwar workshops tal-ipproċessar u dejjem iżommu ċ-ċirkwiti tal-ġbir qosra. Huma jiżguraw ukoll l-ipproċessar bil-ħeffa meta jirċievu l-ħalib u jillimitaw in-numru ta' drabi li l-kremi jiġu mmaniġġjati u ppumpjati.

B'dan il-mod dawn ikomplu l-mod tradizzjonali tal-ipproċessar tal-butir billi tintuża krema magħmula mill-ħalib tal-baqra waqt li fl-istess ħin isir irfinar tal-maturazzjoni organika xierqa u tal-proċessi tal-immastellar.

Il-produtturi jużaw kolonji ta' batterji lattiċi li jipproduċu l-aċidu u t-togħma li jippermettu biżżejjed aċidifikazzjoni tal-krema u li jipproduċu aroma intensa oriġinali. Il-butir huwa mmastellat fi bramel żgħar, li jeħtieġ għarfien ġenwin min-naħa ta' dawk li jagħmlu l-butir, li huma kapaċi jaġġustaw il-parametri tal-produzzjoni ta' kuljum skont varjazzjonijiet staġjonali fil-kompożizzjoni tal-ħalib u l-kremi.

Tingħata wkoll attenzjoni speċjali lill-iffurmar u l-ippakkjar tal-butir billi jiġi mminimizzat in-numru ta' drabi li l-prodott jiġi mmaneġġjat u ppumpjat.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Huwa butir ta' krema ħelwa mmastellat magħmul mill-krema mmaturata.

Għandu kulur isfar qawwi sabiħ u uniformi, li jinbidel f'kulur isfar iktar ċar fix-xitwa.

Il-konsistenza tiegħu hija lixxa u fiha ħafna arja. Għandu dehra kemxejn ramlija u għandu l-karatteristika notevoli li jdub fil-ħalq.

Il-“Beurre de Bresse” huwa delikat u aromatiku u karatteristikament jinħass qisu ħalib frisk fil-ħalq bi ħjiel ta' frott niexef (ġellewż u lewż). It-togħma tiegħu hija wkoll persistenti fil-ħalq.

Huwa faċli biex jindilek. Il-qawwa tal-ħami tiegħu hija eċċezzjonali u tipproduċi xkuma kremuża li tippersisti sakemm il-butir ikun fuq il-platt.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP)

L-għalf imħallat tradizzjonali, li jgħaqqad il-ħaxix u l-qamħirrun, li jingħata lill-baqar fi Bresse huwa wieħed mill-fatturi li jiddeterminaw il-karatteristiċi tal-ħalib prodott fiż-żona ġeografika. Il-bilanċ bejn iż-żewġ ingredjenti tar-razzjon, il-ħaxix u l-qamħirrum, jaffettwa l-karatteristiċi tal-ħalib u jiffaċilita l-ipproċessar tax-xaħmijiet tiegħu f'butir.

L-inklużjoni tal-ħaxix fir-razzjon tal-għalf jagħti l-ħalib il-karatteristiċi sensorji distintivi tiegħu. Il-produtturi jżommu d-diversità tal-fjuri u l-kompożizzjoni botanika tal-mergħat, li jiżgura li l-ħalib ikollu kulur distint, jaffettwa l-kontenut u l-kompożizzjoni tal-ħalib liposolubbli u li jikkawża abbundanza ta' prekursuri aromatiċi li jaqbdu max-xaħam.

L-inklużjoni tal-qamħirrum, li għandu valur ta' enerġija għolja, tiggarantixxi l-produzzjoni tal-ħalib rikk fix-xaħmijiet u l-proteini. Il-qamħirrum jiddetermina wkoll id-daqs tal-qtar tax-xaħam, li għandu dijametru kbir u huwa speċifiku għall-ħalib użat fil-produzzjoni tal-“Beurre de Bresse”. Dan għandu impatt dirett fuq il-potenzjal aromatiku qawwi tal-ħalib, minħabba li jżid l-erja li magħha jaqbdu l-komponenti aromatiċi.

Il-kundizzjonijiet għat-tkessiħ tal-ħalib u l-ħażna tiegħu fl-azjenda, il-prossimità tal-operaturi u l-limiti mqiegħda fuq it-tul taċ-ċirkwiti tal-ġbir kollha jgħinu biex tinżamm il-kompożizzjoni tal-ħalib u l-kwalità intrinsika tax-xaħmijiet tiegħu. Infatti, l-indiċi tal-lipoliżi tal-ħalib użat fil-produzzjoni tal-“Beurre de Bresse” huwa partikolarment baxx, li jirrifletti l-kwalità eċċellenti tax-xaħam.

Il-proċessuri japplikaw taħlita ta' tekniki kumplessi u jagħtu attenzjoni speċjali lill-prodott matul l-ipproċessar tiegħu (ġestjoni ta' kuljum tal-parametri li ġejjin: it-temperatura, l-aċidità, il-veloċità tat-taħlit, eċċ) billi jillimitaw l-immaniġġjar tax-xaħam sabiex jinżammu l-kwalitajiet kollha tiegħu.

Il-maturazzjoni organika tal-krema, li hija stadju importanti fil-produzzjoni tal-“Beurre de Bresse”, hija mwettqa bil-mod f'temperaturi baxxi u bl-użu ta' kolonji magħżula ta' batterji lattiċi li jipproduċu l-aċidu u t-togħma. Din tippermetti li l-krema tiġi aċidifikata, li tiffaċilita l-mastellar u tillibera l-komposti aromatiċi mehmuża mal-qtar tax-xaħam. Sabiex tiġi llimitata d-degradazzjoni tax-xaħmijiet, il-krema mmaturata hija pproċessata b'mod rapidu.

Il-mastellar li jsir f'mastella żgħira, jagħti l-butir konsistenza arjuża u dehra kemxejn ramlija permezz tal-formazzjoni ta' qtar tal-ilma fin ħafna u tal-mikroporositi. Din it-teknika għandha rwol ewlieni fl-istrutturar tal-butir billi tippreserva l-proprjetajiet importanti tax-xaħmijiet, li jagħtu l-butir il-konsistenza ratba tiegħu, il-kapaċità li jindilek faċilment, is-saħħa tal-ħami, u wkoll tipproteġi l-aromi li jiżviluppaw waqt il-maturazzjoni tal-krema.

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-“Beurre de Bresse” huma bbażati l-ewwel u qabel kollox fuq il-proprjetajiet tal-ħalib u fuq l-għarfien tal-produzzjoni żviluppat u mgħoddi minn dawk involuti fl-ipproċessar. Illum, il-“Beurre de Bresse” huwa ingredjent li huwa preżenti ħafna fil-kċina reġjonali ta' Bresse (saqajn taż-żrinġijiet fil-butir, sider tat-tiġieġa fil-butir, torti żgħar lokali u galettes b'taħlita ta' zokkor, krema u butir, eċċ)

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCBeurredeBresse.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.