ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.331.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 331

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
14 ta' Novembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2013/C 331/01

Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet

1

2013/C 331/02

Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9 u mill-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni

261

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

14.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/1


Image

F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1) u (4) tat-TFUE u l-Artikoli 148(1) u 162(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikoli 139 u 156 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea, fil-laqgħa tagħha tas-5 ta’ Settembru 2013, adottat

IR-RAPPORTI ANNWALI

għas-sena finanzjarja 2012.

Ir-rapporti, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet għall-osservazzjonijiet tal-Qorti, intbagħtu lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħra.

Il-Membri tal-Qorti tal-Awdituri huma:

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA (President), David BOSTOCK, Ioannis SARMAS, Igors LUDBORŽS, Jan KINŠT, Kersti KALJULAID, Karel PINXTEN, Michel CRETIN, Harald NOACK, Henri GRETHEN, Szabolcs FAZAKAS, Louis GALEA, Ladislav BALKO, Augustyn KUBIK, Milan Martin CVIKL, Rasa BUDBERGYTĖ, Lazaros S. LAZAROU, Gijs DE VRIES, Harald WÖGERBAUER, Hans Gustaf WESSBERG, Henrik OTBO, Pietro RUSSO, Ville ITÄLÄ, Kevin CARDIFF, Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Iliana IVANOVA, George PUFAN, Neven MATES.

RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

2013/C 331/01

WERREJ

Introduzzjoni ġenerali

Kapitolu 1—

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni u l-informazzjoni ta’ sostenn

Kapitolu 2—

Dħul

Kapitolu 3—

Agrikoltura: suq u appoġġ dirett

Kapitolu 4—

Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa

Kapitolu 5—

Politika reġjonali; enerġija u trasport

Kapitolu 6—

Impjiegi u affarijiet soċjali

Kapitolu 7—

Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir

Kapitolu 8—

Riċerka u politiki interni oħra

Kapitolu 9—

Nefqa amministrattiva u nfiq ieħor

Kapitolu 10—

Kisba ta' riżultati mill-baġit tal-UE

INTRODUZZJONI ĠENERALI

0.1.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-istituzzjoni stabbilita bit-Trattat biex twettaq l-awditu tal-finanzi tal-Unjoni Ewropea (UE). Bħala l-awditur estern tal-UE hija taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni u tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE. Aktar informazzjoni dwar il-Qorti tista' tinstab permezz tar-rapport annwali tal-attività tagħha li, flimkien mar-rapporti speċjali tagħha dwar il-programmi ta' nfiq u d-dħul tal-UE u l-opinjonijiet tagħha dwar leġiżlazzjoni ġdida jew emendata, huma disponibbli fuq il-websajt tagħha:

www.eca.europa.eu

0.2.

Dan huwa s-36 rapport annwali tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u jkopri s-sena finanzjarja 2012. Rapport annwali separat ikopri l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.

0.3.

Il-baġit ġenerali tal-UE huwa deċiż kull sena mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Ir-rapport annwali tal-Qorti, flimkien mar-rapporti speċjali tagħha, jipprovdu bażi għall-proċedura ta’ kwittanza, li fiha l-Parlament Ewropew jiddeċiedi jekk il-Kummissjoni tkunx wettqet ir-responsabbiltajiet tagħha b'mod sodisfaċenti għall-implimentazzjoni tal-baġit. Il-Qorti tibgħat ir-rapport annwali tagħha lill-parlamenti nazzjonali fl-istess żmien li tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

0.4.

Il-parti ċentrali tar-rapport annwali hija d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti (id-“DAS”) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet konsolidati tal-UE u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet (li ssir referenza għalihom fir-rapport bħala “regolarità tat-tranżazzjonijiet”). Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni nfisha tagħti bidu għar-rapport; il-materjal ta’ wara jirrapporta prinċipalment dwar ix-xogħol tal-awditjar li fuqu hija bbażata d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni.

0.5.

Ir-rapport huwa organizzat kif ġej:

il-Kapitolu 1 fih id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u sommarju tar-riżultati tal-awditu tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar ir-regolarità tat- tranżazzjonijiet, taqsima dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji, kif ukoll rapport fil-qosor dwar il-ġestjoni tal-baġit fl-2012. L-Anness 1.3 fil-Kapitolu 1 jipprovdi siltiet mill-kontijiet konsolidati 2012. Informazzjoni finanzjarja 2012 aktar estensiva hija ppreżentata fil-kontijiet konsolidati ppubblikati u fir-rapport finanzjarju mħejji mill-Kummissjoni Ewropea, li huma t-tnejn disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/budget/biblio/documents/2012/2012_en.cfm

il-Kapitoli 2 sa 9 jagħtu s-sejbiet tal-awditjar dettaljati fil-forma ta’ “valutazzjonijiet speċifiċi” tad-dħul u l-infiq tal-UE. Il-Kapitolu 2 jittratta n-naħa tad-dħul tal-baġit tal-UE; il-Kapitoli 3 sa 9 jittrattaw 7 gruppi ta' oqsma ta' politika li fi ħdanhom l-infiq mill-baġit tal-UE huwa awtorizzat u rreġistrat. Dawn il-gruppi ta' oqsma ta' politika jikkorrispondu b'mod wiesa' mal-intestaturi użati fil-qafas finanzjarju 2007-2013, li jistipula l-pjanijiet pluriennali u wiesgħa ta' nfiq tal-UE;

il-Kapitolu 10 janalizza l-kejl tal-prestazzjoni fil-pjanijiet ta' ġestjoni u fir-rapporti annwali tal-attività ta' tlieta mid-diretturi ġenerali tal-Kummissjoni, jidentifika temi komuni fir-rapporti speċjali li l-Qorti adottat fl-2012 u jkopri fil-qosor it-tieni u t-tielet rapporti ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni.

0.6.

Il-valutazzjonijiet speċifiċi huma bbażati prinċipalment fuq ir-riżultati tal-ittestjar mill-Qorti tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet u fuq valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi prinċipali ta' sorveljanza u kontroll li jirregolaw id-dħul jew l-infiq involut.

0.7.

Id-definizzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' bażi ġiet armonizzata fi ħdan il-valutazzjonijiet speċifiċi. Din l-armonizzazzjoni taffettwa b'mod partikolari l-Kapitoli 7 u 8 tar-rapport annwali (ara l-paragrafi 7.13 sa 7.15 u 8.13). Deskrizzjoni tal-bidliet u tal-impatt tagħhom tingħata fid-dettall fil-Kapitolu 1 (ara l-paragrafi 1.6, 1.7, 1.15 u l-graff 1.1).

0.8.

Ir-risposti tal-Kummissjoni (jew ir-risposti ta' istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE, fejn huwa xieraq) għall-osservazzjonijiet tal-Qorti huma ppreżentati fi ħdan id-dokument. Id-deskrizzjoni tal-Qorti tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tagħha tieħu kont tar-risposti rilevanti tal-parti awditjata. Madankollu, hija r-responsabbiltà tal-Qorti, bħala awditur estern, li tirrapporta s-sejbiet tal-awditjar tagħha, tasal għal konklużjonijiet minn dawk is-sejbiet, u b’hekk li tagħti valutazzjoni indipendenti u imparzjali tal-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet.


KAPITOLU 1

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni u l-informazzjoni ta’ sostenn

WERREJ

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti mogħtija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – rapport tal-awditur indipendenti

Introduzzjoni

Żvilupp tal-approċċ tal-kampjunar tal-Qorti

Akkwist

Sejbiet tal-awditjar għas-sena finanzjarja 2012

Affidabbiltà tal-kontijiet

Sommarju ta' valutazzjonijiet speċifiċi u riżultati tal-awditjar li jappoġġaw id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni

Teħid ta' kont ta' rkupri u korrezzjonijiet finanzjarji

Ir-rapport ta' sinteżi u r-rapporti annwali tal-attività

Ġestjoni Baġitarja

Approprjazzjonijiet baġitarji għal impenji u għal pagamenti

Il-pressjoni fuq il-baġit għall-pagamenti

Ħtiġijiet futuri ta' żborżament

Anness 1.1 —

Approċċ u metodoloġija tal-awditjar

Anness 1.2 —

Segwitu tal-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti rigward l-affidabbiltà tal-kontijiet

Anness 1.3 —

Extratti mill-kontijiet konsolidati 2012

ID-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI TAL-QORTI MOGĦTIJA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL — RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

 (1)  (2)

Affidabbiltà tal-kontijiet

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Impenji

Pagamenti

 (3).

Il-5 ta' Settembru 2013

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12, rue Alcide De Gasperi, Luxembourg, LUXEMBOURG

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

1.1.

Dan il-kapitolu tar-rapport annwali:

jistabbilixxi l-isfond għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti u jiġbor fil-qosor u janalizza s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-awditu li fuqhom hija bbażata din id-dikjarazzjoni;

jispjega kif il-Qorti twettaq l-awditu tagħha tar-regolarità u tal-affidabbiltà tal-kontijiet (ara l- Annex 1.1 ); u

jippreżenta l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni b'rispons għall-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti f'rapporti annwali preċedenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet (ara l- Annex 1.2 ).

 

1.2.

Il-Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tissupplementa din id-dikjarazzjoni b’valutazzjonijiet speċifiċi ta’ kull qasam prinċipali ta’ attività tal-UE (4). Ir-rwol ta' dawn il-valutazzjonijiet speċifiċi mhuwiex ekwivalenti għal opinjoni tal-awditjar; huma għandhom il-funzjoni primarja li jippreżentaw kwistjonijiet sinifikanti lill-gruppi tal-politika lill-awtoritajiet ta' kwittanza u lil partijiet oħra interessati. Il-konklużjoni ta' kull valutazzjoni speċifika hija bbażata fuq l-evidenza kumplessiva għall-awditjar miġbura fil-livell tal-grupp tal-politika.

 

1.3.

L-għan tax-xogħol dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tinkiseb evidenza xierqa u suffiċjenti biex jiġi konkluż il-punt sa fejn id-dħul, l-infiq, l-assi u l-obbligazzjonijiet ġew irreġistrati b'mod xieraq u li l-kontijiet konsolidati (ara s-silta fl- Anness 1.3 ) jippreżentaw b'mod xieraq il-pożizzjoni finanzjarja fil-31 ta' Diċembru 2012, u d-dħul, l-ispejjeż u l-flussi tal-flus għas-sena li ntemmet dakinhar (ara l-paragrafi 1.9 u 1.10).

 

1.4.

L-għan tax-xogħol dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet konsolidati 2012 huwa li tinkiseb evidenza xierqa u suffiċjenti biex jiġi konkluż jekk dawk it-tranżazzjonijiet humiex skont ir-regolamenti applikabbli jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali, u jekk ġewx ikkalkulati b'mod korrett (ara l-paragrafi 1.11 sa 1.35 għal ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati u l-Kapitoli 2 sa 9 għal aktar dettalji).

 

1.5.

L-għan tal-eżaminar tar-rapporti annwali tal-attività tas-servizzi tal-Kummissjoni u tar-rapport relatat ta' sinteżi huwa li jiġi vvalutat il-punt sa fejn huma jipprovdu valutazzjoni ġusta tal-kwalità tal-ġestjoni finanzjarja (inklużi livelli residwi ta' żball), u għalhekk jgħinu jiffurmaw opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-UE u dwar ir-regolarità tad-dħul u tal-infiq (ara l-paragrafi 1.36 sa 1.45, u l-osservazzjonijiet relatati fit-taqsimiet “Effettività tas-sistemi” fil-Kapitoli 2 sa 9).

 

ŻVILUPP TAL-APPROĊĊ TAL-KAMPJUNAR TAL-QORTI

1.6.

L-approċċ għall-eżaminar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet ġie aġġornat u armonizzat. Il-kampjun tat-tranżazzjonijiet tal-Qorti issa jinkludi biss pagamenti interim, pagamenti finali u approvazzjoni ta' pagamenti bil-quddiem (“pagamenti kontabilizzati għall-ispejjeż”). Tranżazzjonijiet fil-gruppi tal-politika “Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir” (il-Kapitolu 7) u “Riċerka u politiki interni oħra” (il-Kapitolu 8) huma issa, kif diġà kien il-każ fil-gruppi l-oħra kollha tal-politika, eżaminati f'punt meta r-riċevituri finali tal-fondi tal-UE jkunu wettqu attivitajiet jew ġarrbu spejjeż, u meta l-Kummissjoni tkun aċċettat li l-attivitajiet imwettqa jew l-ispejjeż imġarrba ġġustifikaw pagament mill-baġit tal-UE. Dan huwa skont l-obbligu tat-trattat fuq il-Qorti biex tiċċekkja l-infiq ladarba jkun “iġġarrab”. Minkejja din il-bidla, il-pagamenti kollha minbarra l-pagamenti bil-quddiem huma suġġetti għal awditu fis-sena li jitwettqu. Dan jinkludi pagamenti li jintużaw għax-xiri tal-assi (u għalhekk jirrappreżentaw nefqa baġitarja iżda mhux spiża tad-dovuti). L-impatt ta' dan l-iżvilupp huwa diskuss fil-paragrafi 1.14 u 1.15 u fil- Grafika 1.1 .

1.6.

Il-Kummissjoni tosserva li l-approċċ il-ġdid tal-Qorti jwassal għal definizzjoni emendata ta' popolazzjoni awditjata. Filwaqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-vantaġġi tal-approċċ il-ġdid tal-Qorti, hija tosserva li l-popolazzjoni awditjata mhix limitata biss għal tipi ta’ tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet baġitarji. Minflok, it-tranżazzjonijiet il-ġodda jiddaħħlu mill-kontijiet ġenerali abbażi ta' kunċetti li jeħtieġu ċertu għarfien espert tal-kontabilità.

Il-Kummissjoni tqis li din l-interpretazzjoni l-ġdida mill-Qorti għandha implikazzjonijiet konsiderevoli (ara t-tweġibiet għall-paragrafi 1.7, 1.12, 1.14 u minn 1.19 sa 1.35). Għalhekk, huwa importanti ħafna li jintużaw spjegazzjonijiet, metodi u termini ċari li jippermettu lill-partijiet interessati jifhmu l-bidliet li saru kif ukoll jivvalutaw l-impatti li jirriżultaw.

1.7.

Dan l-approċċ tal-kampjunar huwa konsistenti mal-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti (5). Vantaġġ ieħor ta' dan l-iżvilupp huwa li l-oqsma kollha ta' ġestjoni kondiviża u mhux kondiviża huma issa eżaminati fuq bażi kumparabbli. Barra minn hekk, il-popolazzjonijiet awditjati se jkunu aktar stabbli minn sena għal sena billi l-impatt tal-livelli fluttwanti ta' pagamenti bil-quddiem se jiġi eliminat. Il-pagamenti bil-quddiem ikomplu jiġu koperti kemm permezz tal-eżaminar tar-regolarità tal-approvazzjoni tal-pagamenti bil-quddiem kif ukoll permezz tax-xogħol dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet.

1.7.

Il-Kummissjoni tikkunsidra favorevolment l-inklużjoni tal-approvazzjoni tal-ħlas bil-quddiem mħallsa fis-snin preċedenti, fl-ambitu tal-awditjar. Hija tqis li din tiftaħ it-triq sabiex l-impatt tal-mekkaniżmi korrettivi pluriennali jiġi kkunsidrat aktar. L-Artikolu 32 tar-regolament Finanzjarju jiddefinixxi l-kontroll intern bħala “proċess applikabbli fil-livelli kollha tal-ġestjoni u mfassal biex jipprovdi aċċertament raġonevoli sabiex jintlaħqu l-objettivi li ġejjin: … (d) il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu tal-frodi u tal-irregolaritajiet”.

Il-Kummissjoni qed issegwi mill-qrib l-iżviluppi tal-metodoloġija tal-Qorti minħabba xi impatt potenzjali fuq l-istima tar-rata tal-iżbalji (ara t-tweġiba għall-paragrafu 3.9 u 4.8).

AKKWIST

1.8.

Wara konsultazzjoni estensiva mal-awtoritajiet baġitarji, il-Qorti armonizzat ukoll l-approċċ tagħha għat-trattament ta' żbalji tal-akkwist. Preċedentement żbalji serji kienu trattati bħala żbalji kwantifikabbli meta l-iżball sar minn awtoritajiet tal-Istati Membri jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-Qorti rreġistrat l-iżbalji kollha li saru mill-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE bħala “mhux kwantifikabbli” u għaldaqstant eskludiethom mir-rata ta' żball stmata. Mill-2012 'il quddiem, żbalji serji tal-akkwist mill-korpi kollha huma trattati bħala kwantifikabbli. Madankollu, il-Qorti ma ddatatx b'lura l-approċċ tagħha biex tkopri attivitajiet tal-akkwist mill-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE li seħħew qabel l-2011 (6).

 

SEJBIET TAL-AWDITJAR GĦAS-SENA FINANZJARJA 2012

Affidabbiltà tal-kontijiet

1.9.

L-osservazzjonijiet tal-Qorti jikkonċernaw il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 imħejjija mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u approvati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament Finanzjarju (7) u li waslu, flimkien mal-ittra tar-rappreżentazzjonijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà, għand il-Qorti fid-29 ta' Lulju 2013. Il-kontijiet konsolidati jinkludu:

(a)

ir-rapporti finanzjarji konsolidati li jkopru l-karta tal-bilanċ (li tippreżenta l-assi u l-passivi fi tmiem is-sena), id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni finanzjarja (li tirrikonoxxi d-dħul u l-infiq tas-sena), id-dikjarazzjoni tal-flussi tal-flus (li tiżvela kif bidliet fil-kontijiet jaffettwaw il-flus kontanti u l-ekwivalenti tal-flus kontanti) u d-dikjarazzjoni ta’ bidliet fl-assi netti kif ukoll in-noti relatati;

(b)

ir-rapporti aggregati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li tkopri d-dħul u l-infiq għas-sena kif ukoll in-noti relatati.

 

1.10.

L-awditu mill-Qorti tal-kontijiet konsolidati 2012 sab li dawn kienu ħielsa minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali (ara wkoll l- Anness 1.2 ).

 

Sommarju ta' valutazzjonijiet speċifiċi u riżultati tal-awditjar li jappoġġaw id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni

1.11.

Il-Qorti tipprovdi valutazzjonijiet speċifiċi dwar id-dħul fil-Kapitolu 2 u dwar l-infiq fil-Kapitoli 3 sa 9 (ara t- Tabella 1.1 ).

 

Tabella 1.1 —   Tranżazzjonijiet suġġetti għall-awditu għall-Kapitoli 3 sa 9 tar-rapport annwali

(EUR miljun)

Kapitolu tar-rapport annwali

Pagamenti li saru fl-2012  (49)

Tranżazzjonijiet suġġetti għall-awditu fl-2012

(A)

(B)

Kapitolu 3

Agrikoltura: suq u appoġġ dirett

44 545

44 546

Kapitolu 4

Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa

14 778

14 994

Kapitolu 5

Politika reġjonali; enerġija u trasport

39 853

40 735

Kapitolu 6

Impjiegi u affarijiet soċjali

11 606

13 404

Kapitolu 7

Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir

6 109

6 616

Kapitolu 8

Riċerka u politiki interni oħra

11 740

10 667

Kapitolu 9

Nefqa amministrattiva u nfiq ieħor  (49)  (50)

10 052

9 985

Total kumplessiv

138 683

140 947

It-“Tranżazzjonijiet suġġetti għall-awditu fl-2012” (B) jikkonsistu f“Pagamenti li saru fl-2012” (A) minbarra pagamenti bil-quddiem li saru fl-2012 (EUR 14 519-il miljun) u jinkludu l-approvazzjoni ta' pagamenti bil-quddiem fl-2012 (EUR 16 783 miljun).

1.12.

Ir-riżultati tal-awditjar 2012 jindikaw li d-dħul (EUR 139 541 miljun) u t-tranżazzjonijiet fil-grupp tal-politika nefqa amministrattiva u nfiq ieħor (EUR 9 985 miljun) kienu ħielsa minn żball materjali u li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati kienu effettivi (ara t- Tabella 1.2 u l-paragrafi 2.40 sa 2.42 u 9.17). Il-gruppi kollha tal-politika li jkopru n-nefqa operazzjonali kienu milquta minn żball materjali (ara l-paragrafi 3.35, 4.42, 5.62 sa 5.63, 6.39 sa 6.40, 7.25 sa 7.26 u 8.39 sa 8.40). L-impenji kienu ħielsa minn żball materjali.

1.12.

Il-Kummissjoni hija marbuta mir-Regolament Finanzjarju, li jistipula fl-Artikolu 32(2)(e) li s-sistema ta’ kontroll intern tagħha għandha tiżgura, fost affarijiet oħra, “kontroll adegwat tar-riskji li jirrigwardaw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti meta jitqies il-karattru pluriennali tal-programmi u n-natura tal-pagamenti”.

Il-Kummissjoni se tkompli l-eżerċizzju tar-rwol ta’ superviżjoni tagħha, b’mod partikolari billi timplimenta korrezzjonijiet u rkupri finanzjarji f’livell li jikkorrispondi mal-livell ta’ irregolaritajiet u nuqqasijiet identifikati. Minħabba l-qafas legali li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll il-kumplessità tal-proċeduri relatati, huwa inevitabbli li f’ħafna oqsma l-iżbalji jiġu kkoreġuti biss bosta snin wara li jkunu saru. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li r-rata tal-iżbalji annwali rappreżentattiva tal-Qorti għandha titqies f’dan il-kuntest. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni stess ġeneralment tuża r-rata tal-iżbalji residwi, li tieħu inkonsiderazzjoni l-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni pluriennali, u tinkludi xi ftit għas-snin li jkunu ġejjin. Barra minn hekk, fil-valutazzjoni tal-livell tal-iżbalji stmati fl-2012, il-Kummissjoni tieħu inkonsiderazzjoni l-impatt tal-korrezzjonijiet b’rata fissa matul is-sena, li huma esklużi mir-rata tal-iżbalji stmati mill-Qorti.

Il-Kummissjoni tqis li r-rata residwa tal-iżbalji tagħti indikazzjoni ċara ta’ sa fejn il-baġit tal-UE jintlaqat minn nefqa magħmula bi ksur tal-liġi, wara t-tħaddim tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta' kontroll.

Tabella 1.2 —   Sommarju 2012 tas-sejbiet dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Kapitolu tar-rapport annwali

Tranżazzjonijiet suġġetti għall-awditu

(miljun EUR)

Valutazzjoni tas-sistemi eżaminati ta' sorveljanza u kontroll  (51)

Rata tal-iżball l-aktar probabbli (MLE)

(%)

Intervall ta' fiduċja

(%)

Frekwenza tal-iżbalji  (52)

(%)

Konklużjonijiet tal-awditjar

Rata tal-iżball l-aktar probabbli (MLE) 2011 (%) għat-tqabbil  (55)

Limitu inferjuri tal-iżball

(LEL)

Limitu superjuri tal-iżball

(UEL)

Agrikoltura: suq u appoġġ dirett

44 546

Parzjalment effettivi

3,8

1,7

5,9

41

Milqut minn żball materjali

2,9

Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa

14 994

Parzjalment effettivi

7,9

4,5

11,3

63

Milqut minn żball materjali

7,7

Politika reġjonali; enerġija u trasport

40 735

Parzjalment effettivi

6,8

3,7

9,9

49

Milqut minn żball materjali

6,0

Impjiegi u affarijiet soċjali

13 404

Parzjalment effettivi

3,2

1,3

5,1

35

Milqut minn żball materjali

2,2

Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir

6 616

Parzjalment effettivi

3,3  (53)

1,4

5,2

23

Milqut minn żball materjali

1,1  (53)

Riċerka u politiki interni oħra

10 667

Parzjalment effettivi

3,9  (54)

1,8

6,0

49

Milqut minn żball materjali

3,0  (54)

Nefqa amministrattiva u nfiq ieħor

9 985

Effettivi

0

1

Ħieles minn żball materjali

0,1

Pagamenti totali kontabilizzati għall-ispejjeż

140 947

Parzjalment effettivi

4,8  (55)

3,6

6,0

38

Milqut minn żball materjali

3,9  (55)

Dħul

139 541  (56)

Effettivi

0

0

Ħielsa minn żball materjali

0,8

1.13.

Il-Qorti tikkonkludi li, b'mod kumplessiv, il-pagamenti kontabilizzati bħala spejjeż kienu materjalment milquta minn żball u li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati għall-pagamenti kontabilizzati għall-ispejjeż kienu, b’mod ġenerali, parzjalment effettivi (ara t- Tabella 1.2 ).

1.13.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li s-sistemi, kif jidhru fl-istima tar-rata tal-iżbalji tal-Qorti fil-livell tar-riċevituri finali, huma parzjalment effettivi. Bħala konsegwenza tal-operat tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tagħha, il-Kummissjoni implimentat il-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji fl-2012 li jammontaw għal EUR 4 419-il miljun, li jikkorrispondu għall-ekwivalenti ta’ 3.2 % meta mqabbla mal-pagamenti li jkunu saru (ara t-Tabella 1.1). Għal analiżi ddettaljata taċ-ċifri skont kull qasam ta’ politika ara hawn taħt:

Kapitolu 3 AgrikolturaIs-Suq u l-Appoġġ Dirett: EUR 771 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri (1.7 % tal-pagamenti li saru);

Kapitolu 4 Żvilupp Rurali, Ambjent, Sajd u Saħħa: EUR 258 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri (1.7 % tal-pagamenti li saru);

Kapitolu 5 Politika Reġjonali, Enerġija u Trasport: EUR 2 719 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri (6,8 % tal-pagamenti li saru);

Kapitolu 6 Impjiegi u Affarijiet Soċjali: EUR 442 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri (3,8 % tal-pagamenti li saru);

Kapitolu 7 Relazzjonijiet Esterni, Għajnuna u Tkabbir: EUR 99 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri (1,6 % tal-pagamenti li saru);

Kapitolu 8 Riċerka u Politiki Interni Oħrajn: EUR 120 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri (1 % tal-pagamenti li saru); kif ukoll

Kapitolu 9 Nefqa amministrattiva EUR 9 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri (M/D għall-pagamenti li saru).

Dan ma jfissirx li l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji kollha implimentati fis-sena T jistgħu jitnaqqsu l-iżbalji tas-sena T. Madankollu, dan jimplika li meta ssir valutazzjoni dwar jekk is-sistema ġenerali ta’ kontroll intern hijiex effikaċi biex tipproteġi l-baġit tal-UE fuq bażi pluriennali, kemm ir-rati tal-iżbalji kif ukoll l-irkupri/l-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu kkunsidrati.

Analiżi tar-riżultati tal-awditjar

1.14.

Ir-riżultati ta' din is-sena jerġgħu juru żieda fir-rati kumplessivi ta' żball stmati. L-iżball l-aktar probabbli għall-pagamenti meħud fl-intier tiegħu żdied minn 3,9 % għal 4,8 %. L-oqsma kollha tan-nefqa operazzjonali kkontribwixxew għal din iż-żieda bi “Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa” (il-Kapitolu 4) li jibqa' l-grupp tal-politika l-aktar suxxettibbli għal żball.

1.14.

Għal prattikament it-tranżazzjonijiet kollha fid-diversi kampjuni tal-awditjar, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija qrib il-konklużjoni tal-Qorti. Il-Kummissjoni tosserva madankollu li r-rata fissa ta’ korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fil-livell ta' programm fis-sena finanzjarja ma jiġux ikkunsidrati mill-Qorti meta tikkalkula r-rata tal-iżbalji tagħha (ara l-Kaxxa 1.2 u §6.39(a)) — Ara wkoll § 5.26, 5.33 u 5.62).

Il-Kummissjoni għaldaqstant tikkalkula li l-livell ġenerali tal-iżbalji tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet ikkonsolidati tal-UE, huwa b'mod ġenerali konformi mar-rati tal-iżbalji ppreżentati mill-Qorti għall-aħħar tliet snin. Dan iseħħ minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ kontroll imsaħħa għall-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013 u l-politika stretta tagħha ta’ interruzzjonijiet/sospensjonijiet/korrezzjonijiet finanzjarji/irkupri, meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet.

1.15.

It-tibdil fir-rata tal-iżball l-aktar probabbli attribwibbli għall-iżvilupp fl-approċċ tal-kampjunar tal-Qorti (ara l-paragrafi 1.6 u 1.7) ma jeċċedix l-ammont ta' 0,3 punti perċentwali. Dan it-tibdil fl-approċċ huwa r-raġuni prinċipali identifikabbli għaż-żieda fir-rata ta' żball stmata għall-Kapitoli 7 (“Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir”) u 8 (“Riċerka u politiki interni oħra”).

1.15.

Ara t-tweġiba għal § 1.6 u § 1.7.

Image

1.16.

Il-Qorti tikkalkula li r-rata ta' żball stmata meħuda globalment dwar in-nefqa għall-ġestjoni kondiviża tammonta għal 5,3 % u dwar il-forom l-oħra kollha ta' nefqa operazzjonali (8) tammonta għal 4,3 %.

1.16.

Il-Kummissjoni tosserva li l-istima tar-rata tal-iżbalji tal-Qorti dwar in-nefqa amministrattiva ġestita direttament mill-Istituzzjonijiet Ewropej (EUR 10 biljun fl-2012) hija ta’ 0 % (ara l-Kapitolu 9, il-paragrafu 9.8).

1.17.

Analiżi tat-tipi differenti ta' żball fil-gruppi differenti tal-politika turi li l-iżbalji ta' eliġibbiltà għal aktar minn żewġ terzi tar-rata kumplessiva ta' żball stmata: nuqqasijiet serji ta' assigurazzjoni tar-regoli ta' akkwist pubbliku (1,4 punti perċentwali), proġetti/attivitajiet jew benefiċjarji ineliġibbli b'mod sħiħ (1,1 punti perċentwali), spejjeż ineliġibbli inklużi fil-klejms tal-ispejjeż (1,0 punti perċentwali) u dikjarazzjonijiet skorretti fil-qasam tal-agrikoltura (0,8 punti perċentwali) (ara l- Graff 1.2 ).

1.17.

Il-Kummissjoni għamlet sforzi konsiderevoli, fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża, sabiex tiżgura konformità stretta mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà kif ukoll l-applikazzjoni korretta ta’ regoli tal-akkwist pubbliku. Dawn jinkludu kemm azzjonijiet preventivi, bħalma huma l-politika stretta dwar l-interruzzjoni u sospensjoni ta’ pagamenti kif ukoll azzjonijiet korrettivi, bħalma huma l-korrezzjonijiet finanzjarji (għall-politika ta’ Koeżjoni ara §5.33, it-tieni u t-tielet paragrafi).

Image

1.18.

Ripartizzjoni tar-rata kumplessiva ta' żball stmata skont il-kapitolu turi li “Politika reġjonali, enerġija u trasport” (il-Kapitolu 5) jikkontribwixxi aktar minn tnejn minn kull ħamsa tar-rata kumplessiva ta' żball stmata, “Agrikoltura: suq u appoġġ dirett” (il-Kapitolu 3) jikkontribwixxi kwart u “Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa” (il-Kapitolu 4) jikkontribwixxi aktar minn wieħed minn kull sitta (ara l- Graff 1.3 ).

1.18.

Ara t-tweġibiet għal 1.14.

Image

Teħid ta' kont ta' rkupri u korrezzjonijiet finanzjarji

1.19.

Il-korrezzjonijiet finanzjarji riportati kif implimentati (9) fl-2012 ammontaw għal EUR 3,7 biljun, aktar minn tliet darbiet taċ-ċifra għall-2011 (EUR 1,1 biljun). L-irkupri baqgħu essenzjalment kostanti f'livelli ta' EUR 678 miljun (2011: EUR 733 miljun) (10). Il-parti l-kbira tal-korrezzjonijiet fl-2012 jirreferu għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006. Din it-taqsima tar-rapport annwali tittratta dwar il-mekkaniżmi biex isiru korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri u dwar il-kunsiderazzjoni tal-Qorti dwar l-impatt tal-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji: Il-Qorti żżomm l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji taħt analiżi kontinwa (11). L-approċċ segwit fl-2012 huwa konsistenti ma' dak stabbilit fl-2009.

1.19 sa 1.35.

Il-Kummissjoni tikkunsidra favorevolment l-inklużjoni tal-approvazzjoni tal-ħlas bil-quddiem imħallsa fis-snin preċedenti fl-approċċ il-ġdid tat-teħid tal-kampjuni. Hija tqis li dan jiftaħ it-triq sabiex l-impatt tal-mekkaniżmi korrettivi pluriennali msemmija fl-Artikoli 59 u 80 tar-Regolament Finanzjarju (ara l-paragrafi 1.22 u 1.24) jiġu ikkunsidrati aktar.

Il-Kummissjoni se tkompli teżerċita r-rwol superviżorju tagħha, b’mod partikolari billi timplimenta l-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji f’livell li jikkorrispondi mal-livell tal-irregolaritajiet u tan-nuqqasijiet identifikati. Minħabba l-qafas legali li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll il-kumplessità tal-proċeduri relatati, f’ħafna oqsma ma jistax jiġi evitat li l-iżbalji jiġu kkoreġuti biss snin wara li jkunu saru. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li r-rata tal-iżbalji annwali rappreżentattiva tal-Qorti għandha titqies f’dan il-kuntest.

Il-mekkaniżmi kumplessi biex isiru korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri

1.20.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jużaw diversi mekkaniżmi biex jitnaqqas ir-riskju ta' żball qabel l-infiq irrappurtat mill-benefiċjarji jiġi aċċettat mill-Kummissjoni. Dawn il-mekkaniżmi jinkludu l-approvazzjoni tas-sistemi ta' kontroll, il-kontrolli amministrattivi fuq klejms għal pagamenti; żjarat fuq il-post (bħal spezzjonijiet tal-farms); ċertifikazzjoni ta' spejjeż eliġibbli minn korp indipendenti; interrurzzjoni jew sospensjoni ta' pagamenti lil Stati Membri.

 

1.21.

Ladarba jsiru l-pagamenti, u l-użu tal-fondi jkun ġie aċċettat, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri jistgħu jwettqu kontrolli ex post tal-operat tas-sistemi ta' kontroll u tal-infiq iddikjarat. Dawn jistgħu jkollhom konsegwenzi finanzjarji f'żewġ modi: irkupri mill-benefiċjarji; u l-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji lill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

1.21.

Il-korrezzjonijiet finanzjarji ma jeħilsux lill-Istati Membri mill-obbligu li jirkupraw il-pagamenti mhux dovuti mingħand il-benefiċjarji kull meta huwa possibbli u kosteffikaċi.

Minbarra l-konsegwenzi finanzjarji msemmija mill-Qorti, f’xi oqsma ta’ politika, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw ukoll korrezzjoni billi jirtiraw in-nefqa ineliġibbli minn talba għal ħlas sussegwenti, u jerġgħu jużaw allura l-fondi li jkunu ġew rilaxxati għal proġetti eliġibbli oħra. F’dawn il-każijiet l-irkupru tal-ammonti kkoreġuti mingħand il-benefiċjarji jsir kwistjoni nazzjonali, peress li l-baġit tal-UE huwa protett u mhux aktar affettwat bl-ammonti irregolari.

X'inhuma rkupri?

1.22.

Tittieħed azzjoni għall-irkupru kemm minn awtoritajiet fl-Istati Membri (għall-infiq kopert mill-ġestjoni kondiviża) kif ukoll mill-Kummissjoni (notevolment f'oqsma fejn hija responsabbli b'mod uniku għall-ġestjoni ta' nfiq bħalma hija r-riċerka u parti kbira tal-infiq estern). Irkupru jfisser li l-benefiċjarju jħallas lura l-fondi kollha jew parti minnhom li rċieva lill-korp li għamel il-pagament inizjali. Fil-parti l-kbira tal-oqsma tal-baġit, dawn il-fondi jsiru disponibbli għal pagament lil benefiċjarji oħra (12).

1.22.

Skont ir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri huma responsabbli mill-irkupri:

l-Artikolu 59 (2): “… Biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Istati Membri, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità, u f'konformità ma’ dan l-Artikolu u mar-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur, iwettqu kontrolli ex ante u ex post inkluż fejn meħtieġ, kontrolli fuq il-post fuq kampjuni rappreżentattivi u/jew ibbażati fuq ir-riskju ta’ tranżazzjonijiet. Huma jirkupraw ukoll il-fondi mħallsin bi żball, u jressqu proċeduri legali fejn meħtieġ f'dan ir-rigward.”

l-Artikolu 80 (3): “L-Istati Membri, fl-ewwel lok, huma responsabbli mit-twettiq ta’ kontrolli u awditjar, kif ukoll mill-irkupru tal-ammonti minfuqa bi żball, kif previst fir-regoli speċifiċi għas-settur. Saħansitra l-Istati Membri jridu jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet huma stess, u huma jkunu eżentati mill-korrezzjonijiet finanzjarji min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn l-irregolaritajiet.”

X'inhuma korrezzjonijiet finanzjarji u kif jaħdmu?

1.23.

Għan-nefqa tal-ġestjoni kondiviża l-Kummissjoni tista' tibda korrezzjonijiet finanzjarji fejn hemm defiċjenzi serji jew meta l-Istat Membru jkun naqas li jeżerċita b'mod xieraq ir-responsabbiltajiet tiegħu li jaqbad u jikkoreġi l-infiq irregolari.

 

1.24.

Ħafna drabi, il-problemi ttrattati jinvolvu dgħufijiet f'sistemi ta' kontroll, jew nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-UE għall-ġestjoni ta' programm li ntwera li għandu impatt finanzjarju (jiġifieri jippermetti li jsir infiq ineliġibbli). L-ammont ta' korrezzjoni finanzjarja jista' jiġi kkalkulat abbażi ta' każijiet individwali eżaminati, abbażi ta' estrapolazzjoni ta' riżultati tal-ittestjar jew, meta mhux possibbli li jintuża wieħed minn dawn il-metodi, billi tiġi applikata korrezzjoni b'rata fissa.

 

X'inhu l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-Istat Membru?

1.25.

L-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-Istati Membri jiddependi (13) mill-arranġamenti regolatorji applikabbli:

1.25.

Il-Kummissjoni tosserva li l-Qorti ma titlobx x'inhu l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji fuq il-baġit tal-UE.

L-Artikolu 80(4) tar-Regolament Finanzjarju jistipula:

“Il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri sabiex teskludi mill-finanzjamenti tal-Unjoni n-nefqa li tkun kisret il-liġi applikabbli. Il-Kummissjoni ssejjes il-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq l-ammonti minfuqa bi żball identifikati, u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit. Meta dawn l-ammonti ma jistgħux jiġu identifikati b'mod preċiż, il-Kummissjoni tista' tapplika korrezzjonijiet estrapolati jew b'rata fissa skont ir-regoli speċifiċi għas-settur.

Il-Kummissjoni waqt li tkun qed tiddeċiedi dwar l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja, tqis in-natura u l-gravità tal-ksur tal-liġi applikabbli kif ukoll l-implikazzjonijiet finanzjarji fuq il-baġit, anki f'każ ta' nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta' kontroll …”

L-għan tal-korrezzjonijiet finanzjarji mhuwiex li jiġu kkastigati l-Istati Membri, iżda biex jiġi żgurat li l-baġit huwa protett (jiġifieri li n-nefqa kollha mill-baġit tal-UE hija regolari), billi tiġi eskluża n-nefqa magħmula bi ksur tal-liġi.

(a)

Fil-każ tal-agrikoltura, id-deċiżjonijiet ta' konformità jwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji (il-paragrafu 4.26(b)), li huma esegwiti billi jitnaqqas il-finanzjament għall-Istat Membru kkonċernat (14).

 

(b)

Fil-każ tal-politika ta' koeżjoni, l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji jiddependi minn jekk l-Istat Membru jaċċettax il-korrezzjoni proposta mill-Kummissjoni jew le (15):

(i)

meta l-Istat Membru jaċċetta l-korrezzjoni, huwa jirtira jew l-infiq iddikjarat relatat jma' grupp ta' proġetti li nstabu li huma milquta minn żball, element speċifiku tal-infiq iddikjarat, ammont ikkalkulat ibbażat fuq estrapolazzjoni tar-riżultati tal-ittestjar jew ammont li jikkorrispondi għall-korrezzjoni b'rata fissa. F'dan il-każ dawn il-fondi jistgħu jintużaw mill-ġdid biex jiffinanzjaw operazzjonijiet eliġibbli oħra;

(ii)

meta Stat Membru ma jaċċettax il-korrezzjoni finanzjarja proposta, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni formali hija stess biex tapplika korrezzjoni finanzjarja. Korrezzjoni finanzjarja applikata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinvolvi tnaqqis nett tal-finanzjament mill-UE għall-programm u l-Istat Membru kkonċernat. Madwar 1 %, jiġifieri EUR 32 miljun tal-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl-2012 huma relatati ma' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni bħal dawn.

(b)

Il-Kummissjoni tinnota li l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji huwa dejjem negattiv fil-livell ta' Stat Membru.

(i)

Meta l-korrezzjoni finanzjarja tiġi aċċettata mill-Istat Membru stess, l-Istat Membru għandu jissostitwixxi n-nefqa ineliġibbli b'operazzjonijiet eliġibbli, sabiex ma jitlifx il-fondi tal-UE.

(ii)

Meta l-korrezzjoni finanzjarja hija imposta mill-Kummissjoni, il-korrezzjoni hija netta u hemm telf finanzjarju mill-kontribuzzjoni tal-UE.

Fiż-żewġ każijiet (§1.25 (b)(i) u (ii)), l-Istat Membru jerfa' l-konsegwenzi finanzjari tat-telf tal-kofinanzjament mill-UE għan-nefqa kkunsidrata mhux eliġibbli permezz tal-baġit nazzjonali tiegħu stess, jekk ma jkollux il-possibilità li jirkupra l-ammonti mingħand il-benefiċjarji individwali.

X'inhu l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji fuq il-benefiċjarju?

1.26.

Fil-każ tal-agrikoltura, l-Istati Membri huma meħtieġa li jirkupraw l-infiq irregolari (16); iżda l-korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-Kummissjoni rari jeħtieġu li l-bdiewa u benefiċjarji li jħallsu mill-ġdid (17).

1.26.

Il-Kummissjoni tosserva li anki jekk l-Istati Membri ma jirkuprawx in-nefqa mill-benefiċjarju finali, il-korrezzjoni finanzjarja fil-livell tal-Istat Membru tfisser li l-baġit tal-UE hu protett. In-nefqa ma tibqax iffinanzjata mill-baġit tal-UE iżda mill-baġit nazzjonali.

1.27.

Fil-politika ta' koeżjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri huma meħtieġa li jagħmlu korrezzjonijiet finanzjarji b'rabta mal-irregolaritajiet maqbuda fi proġetti (18). Kif diskuss hawn taħt, hemm varjazzjoni kbira fil-limitu li fih l-irkupri jsiru minn benefiċjarji (ara l-kaxex 1.2 u 1.3).

1.27.

Il-qafas regolatorju jħalli l-għażla f’idejn l-Istati Membri biex immedjatament inaqqsu l-ammonti meqjusa irregolari mit-talba għall-ħlas li jmiss, anke qabel irkupru f'livell nazzjonali (madwar 83 % tat-total), jew inkella jistenna l-irkupru effettiv mill-benefiċjarji biex dan l-ammont jitnaqqas mit-talba għall-ħlas sussegwenti (madwar 17 % tat-total).

1.28.

Jittieħed kont ta' kwalunkwe rkupru li jsir mill-Istati Membri fiż-żmien tal-awditu tal-Qorti u l-ammonti inkwistjoni mhumiex aktar inklużi fil-kalkolu tal-iżball.

 

Korrezzjonijiet finanzjarji fl-2012

1.29.

Ħafna korrezzjonijiet finanzjarji jsiru bosta snin wara l-iżborżament inizjali tal-fondi (ara r-rapporti speċjali tal-Qorti Nru 7/2010 għall-agrikoltura (19) u Nru 3/2012 għall-Fondi Strutturali (20)). Madankollu, hemm xi eżempji sinifikanti fejn il-Kummissjoni rnexxielha timponi korrezzjonijiet finanzjarji b'veloċità ħafna akbar fl-2012. Eżempji oħra hawn taħt jipprovdu intuwitu f'xi uħud mill-kwistjonijiet involuti (ara l-kaxxi 1.1 sa 1.3).

1.29.

Il-Kummissjoni ħadet il-miżuri kollha meħtieġa skont it-Trattat u previsti fir-regolamenti sabiex tħares il-baġit tal-UE. Il-Kummissjoni tagħmel dan, kull meta possibbli, fi żmien is-sena finanzjarja li fiha jseħħu l-irregolaritajiet jew jiġu identifikati, sew jekk mill-Qorti, mill-Istati Membri jew minnha stess. Madankollu, minħabba l-qafas legali li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll il-kumplessità tal-proċeduri relatati, bosta irregolaritajiet u/jew żbalji jiġu indirizzati biss snin wara li jkunu saru.

B'mod partikolari, fil-qafas tal-preparazzjoni għall-implimentazzjoni tar-riforma tal-PAK, il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb u tħaffef il-proċess, filwaqt li tieħu inkonsiderazzjoni l-ħtieġa li jinżammu l-istandards ta’ kwalità u d-dritt li l-Istat Membru jagħti risposta.

Għall-Fondi Strutturali, żewġ terzi ta’ korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivi matul il-perjodu 2000-2012 ġew deċiżi wara l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni tal-2008. Dan juri li l-proċeduri tħaffew, kif il-Kummissjoni kienet impenjat ruħha li tagħmel.

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Spanja

Il-kontijiet 2012 jirreġistraw korrezzjoni finanzjarja ta' EUR 1,8 biljun fuq l-użu fl-2000-2006 ta' fondi għall-politika ta' koeżjoni fi Spanja. Din hija l-akbar korrezzjoni unika rreġistrata fl-2012 (49 % tat-total). Il-Kummissjoni pproponiet il-korrezzjoni fl-2008, waqt li fittxet li tindirizza d-dgħufijiet fil-ġestjoni u l-ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku.

L-awtoritajiet fl-Istat Membru qablu mal-korrezzjoni fl-għeluq tal-programm fl-2011 u fl-2012. Sabiex tidħol fis-seħħ din il-korrezzjoni, reġjuni Spanjoli responsabbli mill-ġestjoni tal-programmi ddikjaraw aktar infiq.

Bħala riżultat tal-korrezzjonijiet, awtoritajiet fi Spanja kienu intitolati għal aktar finanzjament li ammonta għal EUR 1 390 miljun. Minn dan l-ammont, il-Kummissjoni ħallset biss EUR 211-il miljun fl-2012 minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' approprjazzjonijiet ta' pagament (ara l-paragrafi 1.46 sa 1.59). Dan il-pagament wassal għar-rikonoxximent tal-korrezzjoni finanzjarja fil-kontijiet konsolidati. Il-Kummissjoni se tħallas l-EUR 1 179 miljun li jifdal lil Spanja fl-2013. Għalhekk Spanja se tirċievi EUR 27 864 miljun mill-EUR 28 019-il miljun disponibbli għaliha (kollox minbarra EUR 155 miljun disponibbli) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006.

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Spanja

Il-Kummissjoni tqis dan il-proċess kumpless korrettiv li rriżulta f'aktar minn EUR 2 biljun li ġew issostitwiti b'nefqa ġdida eliġibbli bħala suċċess għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE.

Fond Soċjali Ewropew (FSE) — Ir-Rumanija

Il-Kummissjoni identifikat problemi serji fi programm operazzjonali Rumen tal-FSE (PO) f'April/Mejju 2012. Il-kwistjonijiet prinċipali inkludew proċeduri tal-għażla li kellhom defiċjenzi, verifikazzjonijiet tal-ġestjoni li kellhom defiċjenzi, kontrolli insuffiċjenti fuq l-akkwist pubbliku u nfiq ineliġibbli għal każijiet individwali.

Wara n-negozjar, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Rumeni qablu dwar korrezzjoni b'rata fissa ta' 25 %. B'riżultat ta' dan ir-Rumanija għamlet dikjarazzjoni oħra tan-nefqa tal-FSE (li teċċedi l-25 % tal-infiq kollu ddikjarat preċedentement), li abbażi tagħha l-Kummissjoni ħallset ammont żgħir għaliha (EUR 7 602) lir-Rumanija f'Diċembru 2012. Il-korrezzjonijiet (li sal-31 ta' Diċembru 2012 ammontaw għal EUR 81 miljun tal-kontribuzzjoni mill-UE) ma sarux fil-livell tal-proġett, u l-impatt tal-korrezzjoni finanzjarja huwa ekwivalenti għat-tnaqqis tar-rata ta' kofinanzjament għal dan il-PO.

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) — ir-Rumanija

Il-Kummissjoni tosserva li, filwaqt li tirrikonoxxi li għamlet dak kollu li kien fis-setgħa tagħha u aġixxiet b’rispett sħiħ għar-regolamenti eżistenti, il-Qorti ma tnaqqasx l-istima tar-rata tal-iżbalji għal 2012 minħabba l-korrezzjoni b’rata fissa, li l-Qorti tagħmel referenza għaliha fil-qasam tal-politika tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Il-Kummissjoni fil-valutazzjoni tagħha fl-2012 tal-livell tal-iżbalji stmati tieħu inkonsiderazzjoni wkoll l-impatt tal-korrezzjonijiet b’rata fissa matul is-sena, li huma esklużi mill-istima tar-rata tal-iżbalji tal-Qorti. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rata tal-iżbalji hija ġeneralment konformi mar-rata tal-iżbalji kkalkulata preċedentement għal dan il-qasam ta’ Politika (ara §6.14 u §6.39).

L-impatt ta’ korrezzjonijiet finanzjarji mhux biss jikkorrispondi mat-tnaqqis fir-rata ta’ kofinanzjament għall-OP (Operazzjoni Pendenti) relatata; huwa aktar relevanti li bħala konsegwenza, in-nefqa kkonċernata li tkun saret bi ksur tal-liġi tiġi eskluża mill-infiq tal-Unjoni.

FEŻR — ir-Repubblika Ċeka

Fl-2011 il-Kummissjoni, il-Qorti u l-awtoritajiet fl-Istat Membru identifikaw defiċjenzi serji fil-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll f'żewġ programmi operazzjonali (il-PO dwar l-Ambjent (kontribuzzjoni mill-UE ta' EUR 65 miljun) u l-PO dwar it-Transport (kontribuzzjoni mill-UE ta' EUR 194 miljun)). Abbażi tal-verifikazzjonijiet u r-riskju stmat għall-fond, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ċeki qablu dwar korrezzjoni b'rata fissa (5 % għall-PO dwar l-Ambjent u 10 % għall-PO dwar it-Trasport) għall-infiq kollu mħallas mill-awtorità maniġerjali lill-benefiċjarji qabel l-1 ta' Settembru 2012. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Ċeki aċċettaw li jnaqqsu l-korrezzjoni li sar qbil dwarha f'dikjarazzjonijiet sussegwenti tan-nefqa lill-Kummissjoni li jwassal għal rimborż imnaqqas mill-Kummissjoni li jikkonċerna lil dawn il-benefiċjarji.

FEŻR — ir-Repubblika Ċeka

Il-Kummissjoni fl-2012 għamlet korrezzjonijiet finanzjarji b'rata fissa fuq bażi kumulattiva għall-infiq kollu fil-programmi Ċeki kkonċernati. Il-Kummissjoni tosserva li, filwaqt li għamlet dak kollu fis-setgħa tagħha u aġixxiet b’rispett sħiħ lejn ir-regolamenti eżistenti sabiex tipproteġi l-baġit tal-UE matul is-sena finanzjarja li ġiet awditjata mill-Qorti, il-korrezzjoni b’rata fissa ta’ hawn fuq ma affettwatx il-kalkolu tal-Qorti tal-2012 għall-istima tar-rata tal-iżbalji (ara §§ 5.26, 5.33 u 5.62).

FEŻR — ir-Rumanija

Għal programm operazzjonali wieħed tal-FEŻR tar-Rumanija, mill-2010 sal-2012 il-Kummissjoni identifikat nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll b'mod ġenerali, u nuqqasijiet fl-akkwist pubbliku.

Wara l-interruzzjoni tal-pagamenti l-Kummissjoni qablet mal-awtoritajiet Rumeni li l-korrezzjonijiet individwali għandhom jitwettqu fil-livell tal-proġett. Dan ġie rifless fir-rimborż li l-Kummissjoni ħallset lir-Rumanija f'Diċembru 2012.

FEŻR — ir-Rumanija

Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi proattivi li ħadet fil-forma ta’ pagamenti li ma tkomplewx u l-korrezzjonijiet finanzjarji sostanzjali li saru f'erbgħa mill-ħames programmi ewlenin tal-FEŻR fir-Rumanija, fejn identifikat nuqqasijiet serji permezz tax-xogħol tal-awditjar tagħha. Il-programmi ġew ikkoreġuti b’rata fissa bejn l-10 % u l-25 %, skont is-sitwazzjoni speċifika ta’ kull assi prijoritarju.

FEŻR — is-Slovakkja

Il-Kummissjoni u l-awtorità tal-awditjar Slovakka identifikaw defiċjenzi serji fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku. L-awtoritajiet nazzjonali vverifikaw kampjun rappreżentattiv ta' kuntratti. Abbażi ta' dan ix-xogħol is-Slovakkja aċċettat korrezzjoni ta' 7,3 % (li tammonta għal EUR 32 miljun tal-kontribuzzjoni mill-UE sa tmiem l-2012) ibbażata fuq estrapolazzjoni ta' riżultati tal-ittestjar li japplikaw għal kull wieħed mill-1 919-il kuntratt individwali ffirmati qabel it-30 ta' Ottubru 2012.

FEŻR — is-Slovakkja

Il-Kummissjoni fl-2012 għamlet korrezzjonijiet finanzjarji b'rata fissa fuq bażi kumulattiva għall-infiq kollu fil-programm Slovakk kkonċernat. Il-Kummissjoni tosserva li, filwaqt li għamlet dak kollu fis-setgħa tagħha u aġixxiet b’rispett sħiħ lejn ir-regolamenti eżistenti sabiex tipproteġi l-baġit tal-UE matul is-sena finanzjarja li ġiet awditjata mill-Qorti, il-korrezzjoni b’rata fissa ta’ hawn fuq ma affettwatx il-kalkolu tal-Qorti tal-2012 għall-istima tar-rata tal-iżbalji (ara §§ 5.26, 5.33 u 5.62).

Il-Kummissjoni tosserva li l-Qorti ħadet inkonsiderazzjoni li l-korrezzjoni b'rata fissa ħalliet effett fuq proġetti individwali fis-Slovakka biss bħala eżempju, meta dawn kienu soġġetti għal awditi individwali mwettqin fil-qafas ta' kampjun rappreżentattiv ta’ 77 kuntratt li fforma l-bażi għall-estrapolazzjoni, u għaldaqstant kienu soġġetti għal azzjoni ddettaljata, individwali u korrettiva. Fi proġett ieħor, li kien soġġett għal korrezzjoni b’rata fissa iżda ma kienx parti mill-kampjun rappreżentattiv awditjat mill-Istat Membru, il-Qorti ħadet inkonsiderazzjoni li l-iżball li sabet ma ġiex ikkoreġut minkejja l-korrezzjoni b’rata fissa, u għaldaqstant inkludietu fir-rata tal-iżbalji tagħha. L-estensjoni ta' verifiki fuq il-ġestjoni u awditi għal proġetti individwali se jkollha implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-Kummissjoni u l-Istati Membri, u għalhekk il-korrezzjonijiet b’rata fissa huma applikati skont il-qafas leġiżlattiv.

Impatt fuq id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni

1.30.

Il-Qorti tilqa' l-azzjoni aktar rapida meħuda mill-Kummissjoni fl-għemil ta' korrezzjonijiet finanzjarji għar-Rumanija, ir-Republika Ċeka u s-Slovakkja. Hija tinnota l-progress li sar fuq il-korrezzjoni finanzjarja pendenti għal żmien twil għal Spanja. It-twaqqit u n-natura tal-korrezzjonijiet finanzjarji taffettwa l-impatt tagħhom fuq il-baġit, fuq l-Istati Membri, fuq il-benefiċjarji u fuq ix-xogħol tal-Qorti.

 

1.31.

Il-Qorti qieset l-impatt li dawn il-korrezzjonijiet għandhom fuq il-konklużjonijiet tal-awditjar:

1.31.

(a)

Il-korrezzjoni finanzjarja għal Spanja (ara l-kaxxa 1.1) tindirizza problemi li nstabu sal-2008. Madankollu, il-pagamenti se jkomplu jsiru fl-2013 (u possibbilment fis-snin baġitarji ta' wara) u dawn jistgħu jkunu eżaminati mill-Qorti permezz taċ-ċiklu normali tagħha tax-xogħol tal-awditjar.

(a)

Il-korrezzjoni finanzjarja għal Spanja, ibbażata fuq (parzjalment) il-pagamenti finali, saret fl-2012. Għalhekk din il-korrezzjoni tikkontribwixxi biex jiġi żgurat li l-pagamenti li saru fl-2012 mill-Kummissjoni ma jiġux xprunati minn nefqa li ssir bi ksur tal-liġi.

Barra minn hekk il-Kummissjoni tosserva li l-pagamenti, l-iżbalji u l-korrezzjonijiet fil-politika ta’ koeżjoni għandhom jiġu vvalutati fil-kuntest tal-programmi pluriennali. Il-Kummissjoni, f’rapport mitlub mill-awtorità tal-kwittanza, reċentement uriet li l-korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni għal programmi 2000-2006, li jieħu inkonsiderazzjoni wkoll il-korrezzjonijiet addizzjonali magħmula mill-Istati Membri u li jinkludu din il-korrezzjoni finanzjarja ta' Spanja, jilħqu mill-inqas il-5,6 % tal-allokazzjonijiet tal-FEŻR għall-2000-2006 (u 6,2 % fil-31/03/2013).

(b)

Il-korrezzjonijiet Rumeni tal-FSE u dawk Ċeki tal-FEŻR kienu korrezzjonijiet b'rata fissa. Il-korrezzjonijiet li saru ma jinvolvux irkupri (ara l-kaxxa 1.2) mill-benefiċjarji, jew korrezzjoni dettaljata fil-livell tal-proġett. Għaldaqstant l-iżbalji identifikati mill-Qorti jibqgħu parti mill-infiq (21) ddikjarat mill-Istati Membri sabiex jiġġustifikaw ir-rimborż.

(b)

Filwaqt li l-pagamenti magħmula mill-Kummissjoni koprew proġetti li seta’ kien fihom irregolaritajiet, il-Kummissjoni tqis li minħabba l-korrezzjonijiet b’rata fissa, l-infiq żbaljat ddikjarat tal-benefiċjarji finali mhuwiex suġġett għal rimborż mill-baġit tal-UE (ara l-Kapitoli 5 (§§ 5.26, 5.33 u 5.62) u 6 (§§ 6.14, 6.15, 6.37 u 6.40).

(c)

Il-korrezzjoni tal-FEŻR tar-Rumanija u komponent tal-korrezzjoni tal-FEŻR tas-Slovakkja (ara l-kaxxa 1.3) saru matul l-2012, u inkorporaw korrezzjonijiet dettaljati fil-livell tal-proġett. Il-Qorti ħadet kont ta' dan waqt l-eżaminar tal-proġetti affettwati mill-korrezzjoni: l-iżbalji fuq dawn il-proġetti ma kinux ikkwantifikati aktar mill-Qorti u huma għalhekk esklużi mill-istima tar-rata ta' żball (22).

(c)

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni fil-Kaxxa 1.3. Dan kien il-każ għal xi proġetti Slovakki, mdaħħla fil-kampjun tal-Qorti li kien jifforma l-bażi tal-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 7.3 % għal kważi 2 000 proġett. Proġett Slovakk ieħor, mhux individwalment awditjat mill-Istat Membru qabel l-awditu tal-Qorti, kkontribwixxa fir-rata tal-iżbalji tal-Qorti. Dan it-trattament mhux ugwali bejn il-proġetti li huma soġġetti għall-istess korrezzjoni b'rata fissa, jikkontradixxi l-prinċipju tal-kontrolli kosteffettivi u r-raġunijiet favur l-użu tal-korrezzjonijiet b’rata fissa previsti fir-Regolament Finanzjarju.

1.32.

Għan-nefqa agrikola d-deċiżjonijiet ta' konformità tal-Kummissjoni jindirizzaw lill-Istati Membri u, fil-parti l-kbira tal-każijiet, ma jwasslux għal irkupri mill-benefiċjarji (ara l-paragrafu 1.26) u ma jirriflettux in-nefqa fil-passat (ara l-paragrafu 4.28 tal-Kapitolu 4). L-effetti ta' dawn il-korrezzjonijiet finanzjarji huma għalhekk tard wisq biex jaffettwaw il-valutazzjoni mill-Qorti dwar il-livell ta' żball għas-sena attwali ta' rappurtar.

1.32.

Il-Kummissjoni tqis li l-korrezzjonijiet finanzjarji jkopru b’mod adegwat ir-riskju għall-baġit tal-UE fir-rigward tan-nefqa għall-ġestjoni konġunta. Dawn ma jeħilsux lill-Istati Membri mill-obbligu li jirkupraw il-pagamenti mhux dovuti mingħand il-benefiċjarji kull meta huwa possibbli u kosteffettiv. Fir-rigward tal-għażla taż-żmien għall-korrezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb u tħaffef il-proċess, b'mod speċjali fil-qafas tal-preparazzjoni għall-implimentazzjoni tar-riforma tal-PAK, filwaqt li tieħu inkonsiderazzjoni l-ħtieġa li jinżammu l-istandards ta’ kwalità u d-dritt li l-Istat Membru jagħti risposta. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni tqis li l-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri magħmula ex post skont ir-regoli tal-UE għandhom jirriflettu, meta jiġu kkunsidrati, sa liema waqt in-nefqa tibqa' tiġi affettwata mit-tanżazzjonijiet imwettqa bi ksur tal-liġi wara l-operazzjoni tas-sistema superviżorja u ta’ kontroll.

1.33.

Il-korrezzjonijiet finanzjarji mibdija mill-Kummissjoni li wasslu għal korrezzjoni dettaljata tal-infiq jew tar-rimborż tal-proġett matul is-sena naqqsu r-rata ta' żball stmata għall-2012 Il-korrezzjonijiet finanzjarji b'rata fissa, li ma jneħħux l-infiq irregolari mid-dikjarazzjoni jew ma jikkoreġux l-infiq irregolari fil-livell tal-proġett, ma għandhomx impatt fuq ir-rata ta' żball stmata tal-Qorti.

1.33.

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-korrezzjonijiet b’rata fissa jipproteġu l-baġit tal-UE billi jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li sseħħ bi ksur tal-liġi.

Ara t-tweġibiet għall-paragrafi 1.29 sa 1.31.

1.34.

Il-Kummissjoni tagħmel sforzi sinifikanti biex tidentifika u ttejjeb is-sistemi improduttivi ta' sorveljanza u kontroll kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-Kummissjoni ma tistax timxi lil hinn minn dawn l-azzjonijiet, jiġifieri ġġiegħel lill-Istati Membri jirċievu rkupri mingħand il-benefiċjarji.

1.34.

B’mod parallel mal-implimentazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji, il-kwistjonijiet kollha sistemiċi identifikati jiġu indirizzati permezz tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta’ azzjoni li jinvolvu tibdil fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, li huma implimentati mill-Istat Membru kkonċernat.

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-qafas ta' kontroll intern integrat adottat f’Lulju 2013, kienet teħtieġ l-applikazzjoni stretta tal-Artikolu 32 (5) tar-Regolament Finanzjarju li jistipula: “Jekk, matul l-implimentazzjoni, il-livell ta’ żbalji jkun persistentement għoli, il-Kummissjoni għandha tidentifika d-dgħufijiet fis-sistemi tal-kontroll, tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji ta’ miżuri korrettivi possibbli u tieħu jew tipproponi azzjoni xierqa, bħas-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli, it-titjib tas-sistemi ta’ kontroll u d-disinn mill-ġdid tal-programm …”

B’mod partikolari minħabba t-tnaqqis mistenni fir-riżorsi umani, diffikultajiet fil-proċedura leġiżlattiva għall-perjodu 2014-2020 sabiex tiġi żgurata s-simplifikazzjoni proposta u jintlaħaq l-objettiv tal-kontrolli kosteffettivi, il-Kummissjoni tqis li, speċjalment fil-qasam tal-ġestjoni kondiviża, l-implimentazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit ġdid ma jistax ikun limitat għal azzjonijiet li jiffokaw biss biex tiġi affettwata r-rata tal-iżbalji annwali fil-livell tar-riċevituri finali. Il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri fil-livell tal-Istati Membri, li huma implimentati matul il-ħajja ta’ programmi pluriennali dejjem se jkunu fatturi importanti li għandhom jiġu kkunsidrati, inklużi l-isforzi kontinwi sabiex ir-regoli jiġu ssimplifikati u s-sistemi jiġu msaħħa u mfassla mill-ġdid.

1.35.

Għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 il-Kummissjoni pproponiet li l-irregolaritajiet maqbuda wara l-preżentazzjoni tal-kont annwali tal-awtoritajiet nazzjonali għandhom iwasslu awtomatikament għal tnaqqis nett tal-finanzjament mill-UE, u għalhekk jiżdied l-inċentiv għal kontrolli effettivi mill-Istati Membri (23). Jekk tali proposta hija adottata, il-Qorti se tqis jekk hemmx implikazzjonijiet għall-metodoloġija tagħha.

1.35.

Il-Kummissjoni tosserva li, wara l-approċċ attwali tal-qorti, it-tnaqqis nett tal-fondi tal-UE ma jaffettwax ir-rata tal-iżbalji jekk l-Istati Membri jonqsu milli jirkupraw l-ammonti mir-riċevituri finali, jew jekk dan ikollu x'jaqsam mas-snin preċedenti.

Ir-rapport ta' sinteżi u r-rapporti annwali tal-attività

Rapporti annwali tal-attività

1.36.

Il-Kummissjoni tiddelega l-ġestjoni ta' kuljum tal-baġit lid-diretturi ġenerali tad-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni u lill-uffiċjal kap operattiv tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (diretturi ġenerali (24)). Il-Kummissjoni teħtieġ minn dawn id-diretturi ġenerali li jipprovdu dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi fi ħdan ir-rapporti annwali tal-attività (25). L-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet jiddikjaraw li d-diretturi ġenerali għandhom jikkwalifikawhom (a) fejn ikun seħħ avveniment b'implikazzjonijiet serji għar-reputazzjoni tal-Kummissjoni jew (b) meta l-impatt tal-livelli ta' żball stmati, tal-ammont nett tal-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri li diġà saru, jibqa' materjali.

 

1.37.

Fl-2012 id-diretturi ġenerali kollha ddikjaraw li huma kellhom “assigurazzjoni (aċċertament) raġonevoli li r-riżorsi assenjati lill-attivitajiet tas-servizz intużaw għall-iskop li għalih kienu intenzjonati u skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri tal-kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet”. Madankollu, 14-il direttur ġenerali għamlu total ta' 23 riżerva kwantifikata relatati mal-infiq (ara t- Tabella 1.3 ). Barra minn hekk, bħal fis-sena preċedenti, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ Baġit ikkwalifika d-dikjarazzjoni tiegħu dwar id-dħul.

 

1.38.

Tliet direttorati ġenerali (26) kienu suġġetti għal analiżi limitata mis-Servizz tal-Awditjar Intern. B'riżultat ta' dan id-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali jirrapporta riżervi akbar milli fil-passat. Id-DĠ Żvilupp u Kooperazzjoni — EuropeAid u d-DĠ Riċerka u Innovazzjoni jirrappurtaw ukoll riżervi akbar, għalkemm dawn mhumiex marbuta mal-konklużjonijiet tal-analiżijiet limitati tas-Servizz tal-Awditjar Intern. Mhux ir-rakkomandazzjonijiet kollha fuq ir-rapporti annwali tal-attività ġew implimentati fir-rapporti annwali tal-attività tal-2012 u s-Servizz tal-Awditjar Intern qed ikompli l-eżaminar tiegħu ta' firxa akbar ta' direttorati ġenerali għar-rapporti annwali tal-attività 2013.,

1.38.

Is-servizzi tal-Kummissjoni impenjaw ruħhom li jimplimentaw r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-IAS għat-twettiq tar-RAA tal-2013.

Tabella 1.3 —   Riżervi kwantifikati fir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni

(EUR miljun)

Kapitolu

DĠ/Servizz  (57)

Raġuni għar-riżerva  (58)

Pagamenti totali taħt ir-riżerva għall-attivitajiet rilevanti tal-ABB  (59)

Kwantifikazzjoni tar-riżervi  (58)

Ammonti f'riskju  (60)

3

AGRI

Defiċjenzi serji fis-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri għall-pagamenti ta' appoġġ dirett fil-Bulgarija, fi Franza u fil-Portugall

40 880,0

407,3

932,1

4

AGRI

Żbalji maqbuda mill-Istati Membri fin-nefqa tal-iżvilupp rurali

13 257,8

202,7

202,7

MARE

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll għall-Programmi Operazzjonali tal-SFGS fil-Ġermanja (l-objettiv 1)

2,4

0,0

0,0

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-FES fil-Belġju, fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, fir-Rumanija, fl-Isvezja u fir-Renju Unit

477,6

21,1

21,1

SANCO

Żbalji fil-klejms tal-ispejjeż tal-Istati Membri għall-programm ta' eradikazzjoni u monitoraġġ tal-mard tal-annimali fil-qasam ta' politika tal-ikel u tal-għalf

256,0

8,8

8,8

5

REGIO

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-FEŻR/tal-Fond ta' Koeżjoni/tal-IPA għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 f'16-il Stat Membru u fi 12-il programm ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

35 474,5

309,5

min.769,5

max.1 716,9

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-FEŻR/tal-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006 f'ħames Stati Membri

2 612,7

10,9

10,9

6

EMPL

Dgħufijiet fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll għall-FSE fil-Belġju, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fl-Irlanda, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Polonja, fir-Rumanija, fis-Slovakkja u fir-Renju Unit għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013

10 719,0

68,0

250,2

Dgħufijiet fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll għall-IPA f'żewġ pajjiżi kandidati

58,5

0,9

0,9

7

DEVCO

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet meqjusa f'riskju (ċifra globali għad-direttorat ġenerali)

3 853,3

138,7

259,5

FPI

Kwistjonijiet u riskji potenzjali dwar il-legalità u r-regolarità li joħorġu minn missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali (MOE)

25,9

2,2

2,2

8

RTD

Żbalji fi klejms tal-ispejjeż għall-għotjiet tas-Sitt Programm Qafas (FP6)

323,4

8,2

8,2

ENER

17,0

1,1

1,1

MOVE

7,0

0,7

0,7

ENTR

2,8

0,1

0,1

RTD

Żbalji fi klejms tal-ispejjeż għall-għotjiet tas-Seba' Programm Qafas (FP7)

3 456,4

103,1

103,1

CNECT

1 160,8

15,9

15,9

ENTR

329,3

2,4

2,4

ENER

135,1

3,1

3,1

MOVE

56,0

0,5

0,5

REA

Żbalji fi klejms tal-ispejjeż għall-għotjiet tal-FP7 għall-Ispazju u s-Sigurtà

239,4

4,2

4,2

Żbalji fi klejms tal-ispejjeż għall-għotjiet tal-FP7 għall-Intrapriżi Żgħar u Medji

194,6

7,7

7,7

EACEA

Żbalji fil-pagamenti tal-għotjiet mill-baġit tal-perjodu 2011-2012 għall-programm LLP (2007-2013)

120,0

4,2

4,2

 

 

Total

113 659,5

1 321,3

min.2 609,1

max.3 556,5

Ir-rapport ta' sinteżi

1.39.

Is-Sinteżi tal-Kisbiet tal-Ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2012 (ir-“rapport ta' sinteżi”) (27), kien adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta' Ġunju 2013. Ir-rapport ta' sinteżi huwa kemm:

(a)

strument għall-obbligu ta' rendikont intern fi ħdan il-Kummissjoni għall-użu li sar mill-baġit mid-diretturi ġenerali; kif ukoll

(b)

strument għall-kontabbiltà esterna (“responsabbiltà politika” fi kliem tal-Kummissjoni).

1.39.

Ir-Rapport ta’ Sinteżi huwa d-dokument adottat mill-Kulleġġ abbażi tar-rapporti ta’ attività annwali u tal-opinjoni ġenerali tal-Awditur Intern, filwaqt li jikkunsidra wkoll r-rapport annwali tal-Qorti u r-riżoluzzjoni ta’ kwittanza mill-Parlament Ewropew, li bihom il-Kummissjoni tassumi r-responsabbiltà politika kollha għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE, skont l-Artikolu 317 tat-TFUE.

1.40.

Ir-rapport ta' sinteżi ma għandux għalfejn jinkludi dikjarazzjoni espliċita li tindika li l-fondi ntnefqu skont ir-regolamenti tat-tip li l-liġi tal-UE teħtieġ issa mill-korpi nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE (28).

1.40.

Id-dikjarazzjoni espliċita li l-fondi ntefqu skont ir-regolamenti li hija inkluża fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tad-Diretturi Ġenerali. L-istruttura tal-governanza li ġiet deċiża għall-Kummissjoni Ewropea tpoġġi din ir-responsabbiltà fil-livell tad-Diretturi Ġenerali, filwaqt li r-responsabbiltà politika hija f’idejn il-Kulleġġ. Dan huwa kkonfermat mir-Regolament Finanzjarju (l-Artikolu 66.9).

1.41.

Ir-rapport ta' sinteżi jiġbor flimkien (29) l-“ammonti f'riskju” identifikati fir-rapporti annwali tal-attività individwali (ara t- Tabella 1.3 ). It-terminu “ammonti f'riskju” mhuwiex identifikat fi ħdan ir-rapport ta' sinteżi u mhuwiex ikkalkulat fuq bażi konsistenti mid-direttorati ġenerali diversi (30). B'kollox il-Kummissjoni tikkwantifika l-'ammont f'riskju' f'livell bejn 1,9 % (EUR 2,6 biljun) u 2,6 % (EUR 3,5 biljun) tal-pagamenti totali tas-sena. Għalhekk, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-livell ta' żball fl-infiq x'aktarx li jkun materjali. Mhuwiex direttament possibbli li tiġi mqabbla l-kwantifikazzjoni tal-“ammonti f'riskju” tal-Kummissjoni mal-istima ta' żball tal-Qorti. Madankollu, ir-rapport ta' sinteżi nnifsu jiddikjara li ammonti f'riskju f'għadd ta' oqsma, b'mod partikolari l-Iżvilupp Rurali, x'aktarx li jkunu stmati b'mod insuffiċjenti minħabba problemi ta' affidabbiltà maqbuda mill-IAS. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni inkludiet fir-rapport ta' sinteżi tagħha istruzzjoni lis-servizzi ċentrali tagħha biex janalizzaw approċċi differenti segwiti biex jevalwaw l-ammonti stmati li huma f'riskju (ara n-nota30 f'qiegħ il-paġna).

1.41.

Dwar l-approċċ tal-Kummissjoni f’termini ta’ kwantifikazzjoni tal-iżbalji residwi f’ambjent ta’ kontroll pluriennali, u għalhekk għall-esponiment relatat (l-ammont fir-riskju), ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 1.12.

Kif muri fir-rapport ta’ sinteżi, il-Kummissjoni hija konxja tal-kwistjonijiet imqajma mill-Qorti u qed tieħu miżuri biex tarmonizza l-metodoloġiji sabiex jiġi kkalkulat l-ammont li qiegħed f'riskju.

Il-problemi eżistenti huma primarjament ikkawżati mir-rati tal-iżbalji mhux affidabbli kkomunikati mill-Istati Membri, u dawn importanti li jiġu kkunsidrati. Il-Kummissjoni tinvesti f'ħafna sforzi sabiex ittejjeb l-affidabbilità tagħhom, b’mod partikolari billi tikkorreġihom 'il fuq jekk ikun meħtieġ (ara t-tweġibiet għall-paragrafi 3.31 sa 3.36, 4.38 sa 4.39 u 6.35 sa 6.39).

1.42.

Ir-rapport ta' sinteżi jqabbel it-total għal ammonti f'riskju mal-livell medju tal-korrezzjonijiet finanzjarji matul l-aħħar erba' snin, u tinnota li l-livell medju ta' korrezzjonijiet finanzjarji u ta' rkupri matul l-aħħar erba' snin huwa viċin il-livell tal-ammont f'risku għall-2012. Din il-ġustapożizzjoni teħtieġ titqiegħed f'kuntest:

1.42.

Kif żviluppat fir-Rapport ta’ Sinteżi u abbażi tal-esperjenza tal-aħħar erba’ snin (2009-2012), il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri jikkomparaw b’mod favorevoli mal-ammonti li huwa stmat li qegħdin f'riskju. Dan l-approċċ, bl-użu ta' korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji medji jista' anki jitqies konservattiv, ġaladarba livell ogħla ta’ żbalji f’sena probabbli se jwassal għal livell ogħla ta’ korrezzjonijiet u rkupri finanzjarji fil-ġejjieni. L-approċċ żviluppat fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 1.12 jsaħħaħ din il-fehma. Għalhekk, jekk jitqies il-limitu tal-materjalità ta’ 2 %, il-Kummissjoni tqis li l-baġit kollu huwa protett, minkejja probabbilment is-sottostimi ta' xi ammonti li qegħdin f'riskju. Ara t-tweġibiet għal 1.19 sa 1.35.

il-Qorti ddiskutiet it-twaqqit tal-korrezzjonijiet finanzjarji u tal-impatt tagħhom fuq l-Istati Membri u fuq il-benefiċjarji fil-paragrafi 1.19 sa 1.35;

Id-disinn tal-mekkaniżmi ta' korrezzjoni pluriennali fir-Regolament Finanzjarju u fir-regolamenti settorjali jiddetermina fil-biċċa l-kbira l-għażla taż-żmien u l-impatt tagħhom fuq l-Istati Membri u l-benefiċjarji. Dan il-qafas legali pluriennali mhux neċessarjament hu allinjat ma’ approċċ annwali. Ir-rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni ovvjament iqis il-qafas legali eżistenti fir-rigward tal-kapaċità korrettiva tas-sistemi ta' sorveljanza u ta’ kontroll pluriennali.

ir-rapport ta' sinteżi jirrikonoxxi li l-kwantifikazzjoni tal-'ammonti f'riskju' x'aktarx li hija ddikjarata b'mod insuffiċjenti minħabba l-metodi użati, pereżempju, fil-politika ta' koeżjoni (ara l-Kapitolu 5, il-paragrafi 5.57 u 5.58) u l-iżvilupp rurali (ara l-Kapitolu 4, il-paragrafu 4.38) u d-defiċjenzi fl-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni minn korpi oħra li jġestu l-fondi tal-UE;

Il-Kummissjoni għamlet sforzi kbar biex ittejjeb l-affidabilità tal-istatistiki tal-iżbalji tal-Istati Membri. Filwaqt li l-Kummissjoni taċċetta li għad hemm il-problemi, l-azzjonijiet tagħha żguraw li r-riskji żvelati fir-Rapporti tal-Attività Annwali u fir-Rapport ta’ Sinteżi jagħtu, b’mod ġenerali, stampa ġusta tar-rata tal-iżbalji residwi.

ir-riżultat ta' korrezzjoni finanzjarja huwa tipikament id-dikjarazzjoni tan-nefqa ġdida mill-Istat Membru kkonċernat, li tista' hi nfisha tkun suġġetta għal żball.

Is-sostituzzjoni tan-nefqa ineliġibbli ma' nefqa eliġibbli hija kompletament f’konformità mal-qafas legali. Il-ħsieb tal-leġiżlatur kien li jiġi żgurat li l-fondi effettivament jintefqu fuq proġetti eliġibbli fl-Istati Membri.

 

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolamenti dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni li jkopru l-Fondi Strutturali għall-perjodu 2014-2020, tistipula korrezzjonijiet finanzjarji li jnaqqsu l-allokazzjoni baġitarja għal Stat Membru partikolari, għaldaqstant għandha l-effett ta' tnaqqis nett f'każ li d-dgħufija/in-nuqqas ma kinux identifikati mill-Istat Membru. Din se tagħti inċentivi aħjar lill-Istati Membri sabiex iħaddmu sistema ta’ sorveljanza u ta' kontroll.

1.43.

Ir-rapport ta' sinteżi huwiex ristrett għal diskussjoni dwar il-legalità u r-regolarità. Kwistjonijiet sinifikanti oħra li ġew trattati fir-rapport ta' sinteżi jinkludu istruzzjonijiet lis-servizzi tal-Kummissjoni biex jittejjeb il-qafas ta' prestazzjoni sabiex tinkiseb kultura mmexxija mill-prestazzjoni fl-organizzazzjoni kollha (31). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tesprimi t-tħassib tagħha li bosta mill-proposti għal-leġiżlazzjoni settorjali li għamlet għall-perjodu l-ġdid ta' programmazzjoni, li għandhom l-għan li jassiguraw qafas legali aktar faċli, mhumiex qed jiġu adottati.

 

Valutazzjoni kumplessiva

1.44.

Ir-rapport ta' sinteżi jpoġġi ħdejn xulxin il-livell tal-fondi li ntnefqu b'mod li jikser ir-regolament, u l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji. Il-Qorti tqis li dawn iċ-ċifri jeħtieġ jitqiegħdu f'kuntest. Ir-rapport ta' sinteżi nnifsu jinnota li ċ-ċifri preżentati x'aktarx li jistmaw b'mod insuffiċjenti l-livell kumplessiv ta' riskju. Il-Qorti stipulat il-limiti inerenti ta' korrezzjonijiet finanzjarji bħala mezz ta' korrezzjoni tal-iżbalji (ara l-paragrafi 1.19 sa 1.35). Korrezzjonijiet finanzjarji jista' jkollhom rwol sinifikanti fil-provvediment ta' inċentivi għal titjib tal-kwalità ta' nfiq, iżda huwa importanti li l-impatt tagħhom li jiżgura li l-infiq huwa regolari ma jkunx stmat b'mod eċċessiv.

1,44.

Il-Kummissjoni ma tevalwax l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji u tal-irkupri fil-korrezzjoni tal-iżbalji fil-livell tal-benefiċjarju finali; minflok tanalizza, abbażi tal-qafas legali definit fl-Artikoli 59 u 80 tar-Regolament Finanzjarju, jekk dawn jipproteġux adegwatament il-baġit tal-UE b’mod sħiħ billi jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li sseħħ bi ksur tal-liġi applikabbli.

Il-Kummissjoni applikat approċċ prudenti biex tikkwantifika l-ammonti relatati. Il-Kummissjoni fl-analiżi tagħha inkludiet biss dawk il-korrezzjonijiet finanzjarji (fl-2012 madwar EUR 3,7 biljun) u l-irkupri (fl-2012 madwar EUR 0,7 biljun) li kienu implimentati minnha stess, u indirizzat direttament l-iżbalji jew ir-riskju tal-iżbalji kkawżati minn nuqqasijiet fis-sistemi ta' sorveljanza u ta’ kontroll tal-Istati Membri (b’kollox EUR 4,4 biljun fl-2012).

Fuq il-passi ta' dan l-approċċ, il-Kummissjoni ma inkludietx:

l-irkupri tal-avvanzi li ma ntużawx minħabba li ma saritx nefqa (fl-2012: madwar EUR 0,6 biljun). Madankollu, il-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu lura lill-baġit tal-Unjoni jrid ikun ibbażat fuq l-analiżi u l-validazzjoni tal-eliġibbiltà tan-nefqa li tifforma l-bażi tal-approvazzjoni tal-ħlas relatat bil-quddiem kif ukoll l-esklużjoni tan-nefqa li tkun saret bi ksur tal-liġi; u

l-irkupri u l-irtirar implimentati mill-Istati Membri (mill-2007 sal-2012), għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013 bl-isforzi tagħhom stess (madwar EUR 1,6 biljun) li jikkoreġu l-ammonti irregolari riċevuti mill-benefiċjarji finali.

Il-Kummissjoni tqis li l-ammonti deskritti hawn fuq għandhom ikunu kkunsidrati meta jiġi analizzat l-impatt fuq terminu twil fuq il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji finali. Bil-għan li tingħata informazzjoni aktar kompluta, il-Kummissjoni se tinkludihom għalhekk fil-komunikazzjonijiet futuri tagħha dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-UE.

Il-Kummissjoni tiddikjara, abbażi tal-qafas legali kif definit fl-Artikoli 59 u 80 tar-Regolament Finanzjarju u tad-dejta disponibbli, li hija tipproteġi adegwatament il-baġit tal-UE kollu billi teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li sseħħ bi ksur tal-liġi applikabbli.

1.45.

Għandu jiġi meqjus jekk ir-rapport ta' sinteżi jkomplix jiġi adottat għall-ilħuq tal-objettivi ta' obbligu ta' rendikont kemm interni kif ukoll estern. Ir-rapport ta' sinteżi jiġi finalizzat skont skeda ta' żmien stipulata fir-Regolament Finanzjarju, iżda huwa tard wisq għalih li jkun input sinifikanti għax-xogħol tal-Qorti tal-Awdituri. Mhuwiex ippubblikat flimkien mal-kontijiet konsolidati. Ir-rapport ta' sinteżi ma għandux u ma jinkludix dikjarazzjoni espliċita tat-tip li jsir f'oqsma oħra (32).

1.45.

Il-Kummissjoni tqis li r-Rapport ta’ Sinteżi jmur ferm lil hinn mir-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju li fl-Artikolu 66 jiddikkjara: “Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sommarju tar-rapporti ta’ attività annwali għas-sena preċedenti.” Ir-Rapport ta’ Sinteżi huwa d-dokument li permezz tiegħu l-Kulleġġ jerfa' r-responsabbiltà politika abbażi tal-Artikolu 317 tat-TFUE. Fih analiżi dwar id-dubji u xi jwassal għalihom, u jagħti struzzjonijiet lis-servizzi dwar kif għandhom jiġu indirizzati d-dgħufijiet li baqa’.

Il-Kummissjoni tqis li l-amalgamazzjoni tar-rapporti ta’ attività annwali u r-Rapport ta’ Sinteżi tissodisfa l-objettivi interni u esterni tal-obbligu ta' rendikont kif definit mill-Qorti. Ir-rapporti ta' attività annwali tlestew fil-ħin sabiex jiġu kkunsidrati mill-Qorti, u fihom dikjarazzjoni espliċita li t-tip tagħha jista' jitqabbel ma' ta' oqsma oħra. Ir-Rapport ta’ Sinteżi huwa sommarju tar-Rapporti ta’ Attività Annwali u huwa d-dokument li permezz tiegħu l-Kulleġġ jerfa' r-responsabbiltà politika abbażi tal-Artikolu 317 tat-TFUE.

Ir-rapporti ta' attività annwali u rapporti ta’ sinteżi huma dokumenti pubbliċi li huma faċilment disponibbli għall-partijiet interessati kollha. Il-Kummissjoni se ssegwi s-suġġeriment tal-Qorti biex toħloq ħolqa li tieħu mill-kontijiet ikkonsolidati għall-paġni fejn ir-rapport ta’ sinteżi u r-rapporti ta’ attività annwali jiġu ppubblikati.

ĠESTJONI BAĠITARJA

1.46.

Fl-2012 il-Kummissjoni ma kellhiex il-kapaċità li tissodisfa t-talbiet kollha għall-pagamenti mill-baġit disponibbli. Fost il-fatturi li jinfluwenzaw din is-sitwazzjoni kien hemm iż-żieda fid-distakk bejn l-approprjazzjonijiet għal impenn u dawk għal pagament, u l-akkumulazzjoni ta' impenji pendenti mis-snin preċedenti (33).

1.46.

Il-baġit jiġi approvat mill-Awtorità tal-Baġit. Billi l-proposta tal-Kummissjoni tal-2012 għal baġit twaqqfet mill-awtorità baġitarja, kellha tiddaħħal talba mill-Kummissjoni għal baġit ta’ emenda, sabiex it-talbiet għall-ħlas tal-Istati Membri għall-politika reġjonali u għall-iżvilupp rurali jiġu sodisfatti. Madankollu, dan ġie ukoll imnaqqas mill-awtorità baġitarja, u rriżulta fi EUR 12,1 biljun ta' talbiet għall-ħlas pendenti għall-politika reġjonali fl-aħħar tas-sena. Għall-iżvilupp rurali, kien hemm relattivament in-nuqqas żgħir ta' EUR 101,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2012.

Il-Kummissjoni użat l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tkabbar kemm tista' l-implimentazzjoni tal-baġit, fosthom “It-trasferiment ta' tmiem is-sena” li għadu kif ġie introdott fir-Regolament Finanzjarju. Dan ippermetta l-ġbir komuni tal-krediti mhux użati mill-intestaturi kollha u l-ħruġ ta' pagamenti li jiswew mal-EUR 211 miljun taħt il-politika reġjonali, fi tmiem Diċembru.

Approprjazzjonijiet baġitarji għal impenji u għal pagamenti

1.47.

Il-baġit finali tal-UE awtorizza lill-istituzzjonijiet biex jidħlu f'impenji li jammontaw għal EUR 148,7 (34) biljun u biex jagħmlu pagamenti li jammontaw għal EUR 136,8 (35) biljun.

 

1.48.

Sar użu sħiħ minn dawn l-approprjazzjonijiet; saru impenji li jammontaw għal 99,6 % tat-total awtorizzat (99,3 % fl-2011) u saru pagamenti li jammontaw għal total ta' 99,1 % tal-limitu tal-baġit (98,6 % fl-2011).

 

1.49.

L-approprjazzjonijiet għal impenn li għalihom japplika l-limitu massimu ta' impenji tal-qafas finanzjarju kienu jammontaw għal EUR 0,8 biljun taħt il-limitu massimu. Impenji oħra, li jikkonsistu f'fondi li għalihom il-limitu massimu tal-qafas finanzjarju mhuwiex applikabbli, kienu jammontaw għal EUR 1,2 biljun (36). Fil-każ ta' approprjazzjonijiet għal pagament, l-infiq kien fi ħdan il-limitu massimu b'EUR 5,6 biljun, inklużi l-fondi kollha.

 

Ir-riżultat baġitarju

1.50.

Id-dħul eċċeda l-pagamenti (37) b'EUR 1,0 biljun (38) fl-2012 (EUR 1,5 biljun fl-2011). Dan il-bilanċ favorevoli (39) se jintuża biex jikkumpensa r-riżorsi proprji li għandhom jinġabru mill-Istati Membri fl-2013.

 

Il-pressjoni fuq il-baġit għall-pagamenti

1.51.

Bħalma nnutat il-Qorti fir-rapport annwali 2011 (40), il-Kummissjoni qed issibha dejjem aktar diffiċli biex tissodisfa t-talbiet kollha għall-pagament fis-sena fi ħdan l-approprjazzjonijiet ibbaġitjati għal pagament. Fl-2012 il-Kummissjoni fittxet approprjazzjonijiet żejda ta' pagament fir-raba' kwart tas-sena. Hija talbet EUR 9 biljun f'approprjazzjonijiet għal pagament permezz tal-baġit emendatorju Nru 6 sottomess fit-23 ta' Ottubru 2012, li minnhom ġew approvati EUR 6 biljun mill-awtorità baġitarja fit-12 ta' Diċembru 2012. Il-pressjoni fuq il-pagamenti tirrifletti wkoll fiż-żieda fl-ammont ta' impenji pendenti (ara l-paragrafi 1.54 u 1.55).

1.51.

(ara r-risposta għall-paragrafu 1.46.)

1.52.

Fattur wieħed f'dan huwa li l-approprjazzjonijiet għal impenn kienu viċin il-limitu massimu definit fil-qafas finanzjarju matul l-2007-2013, filwaqt li l-approprjazzjonijiet għal pagament kienu stabbiliti taħt il-limitu massimu matul kull perjodu (ara t- Tabella 1.4 ). B'riżultat ta' dan, it-total kumulattiv tal-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli matul il-perjodu 2007-2013 eċċeda t-total kumulattiv tal-approprjazzjonijiet ta' pagament matul l-istess perjodu b'EUR 114-il biljun. Dan huwa EUR 64 biljun aktar mid-differenza ta' EUR 50 biljun bejn iż-żewġ totali previsti fil-qafas finanzjarju.

 

1.53.

Aktar fatturi li joħolqu pressjoni fuq il-baġit għall-pagamenti fl-2012 jinkludu ż-żieda fil-fluss tal-klejms għall-pagamenti mill-Istati Membri fis-sena ta' qabel tal-aħħar tal-perjodu ta' programmazzjoni (41) u r-rispons għall-bidu kajman ta' nfiq ta' koeżjoni fil-perjodu attwali ta' programmazzjoni. Dan irriżulta f'baġits emendatorji li ttrasferixxew l-approprjazzjonijiet ta' pagament (iżda mhux ta' impenn) għal intestaturi oħra tal-baġit, u fil-kanċellazzjoni ta' xi approprjazzjonijiet ta' pagament.

1.53.

Il-Kummissjoni taqbel li t-tħaffif fis-sottomissjonijiet tat-talbiet għall-ħlas lejn tmiem il-perjodu tal-ipprogrammar huwa karatteristika normali tal-ipprogrammar pluriennali. Billi din it-tendenza l-Kummissjoni taf biha, ġie propost baġit ta’ emenda fl-2012 biex jantiċipa n-nuqqas ta’ approprjazzjonijiet (ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 1.46).

Il-baġit emendatorju inkluda biss l-approprjazzjonijiet ta' pagament: Ma hemmx bżonn ta' approprjazzjonijiet ta' impenn addizzjonali, peress li dawn huma stabbiliti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali.

Tabella 1.4 —   Tqabbil bejn il-qafas finanzjarju 2007 — 2013 u l-approprjazzjonijiet ibbaġitjati annwali

(EUR miljun)

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013 (61)

Total

Stabbiliti fil-qafas

(A)

Approprjazzjonijiet ta' impenn

124 457

132 797

134 722

140 978

142 272

148 049

152 502

975 777

(B)

Approprjazzjonijiet ta' pagament

122 190

129 681

120 445

134 289

133 700

141 360

143 911

925 576

(C)

Distakk stabbilit fil-qafas (A) – (B)

2 267

3 116

14 277

6 689

8 572

6 689

8 591

50 201

Baġits approvati (62)

(D)

Approprjazzjonijiet ta' pagament approvati fil-baġits annwali

113 844

115 772

113 410

122 956

126 727

135 758

132 837

861 304

(E)

Distakk addizzjonali maħluq (B) – (D)

8 346

13 909

7 035

11 333

6 973

5 602

11 074

64 272

(F)

Distakk totali (C) + (E)

10 613

17 025

21 312

18 022

15 545

12 291

19 665

114 473

Impenji baġitarji pendenti

1.54.

L-impenji baġitarji pendenti tal-Kummissjoni (42), li għalihom għadu ma sarx pagament u/jew diżimpenn, żdiedu b'EUR 10 biljun (5,0 %) għal EUR 217-il biljun, u jirrappreżentaw l-ekwivalenti ta' sentejn u tliet xhur ta' impenji differenzjati (43) jew ta' sentejn u seba' xhur ta' pagamenti differenzjati bir-rata ta' nfiq tal-2012.

 

1.55.

Il-parti l-kbira ta' impenji pendenti tikkonċerna l-Intestatura 1b (koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi) (ara l- Graff 1.4 ). F'dan il-qasam, l-impenji pendenti ammontaw għal EUR 140 biljun (44) (64,1 % tal-impenji baġitarji pendenti totali), li jirrappreżentaw sentejn u 8 xhur ta' impenji jew sentejn u 11-il xahar ta' pagamenti (2011; 3 snin u xahrejn) f'dak il-qasam bir-rata ta' nfiq tal-2012. Madankollu, il-proporzjon ta' impenji pendenti ma' baġits annwali huwa simili f'oqsma oħra suġġetti għal approprjazzjonijiet differenzjati. It-tnaqqis fil-valur ta' għadd ta' snin ta' pagamenti mqabbel mal-2011 huwa prinċipalment minħabba approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 4,4 biljun allokati għall-koeżjoni mill-baġit emendatorju Nru 6. Minkejja dan it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' pagament, EUR 16,2 biljun ta' klejms għall-pagament kienu pendenti (45) fi tmiem l-2012 (EUR 10,7 biljun fi tmiem l-2011 u EUR 6,4 biljun fi tmiem l-2010). Għalhekk, l-ammont li għandu jintlaħaq minn baġits futuri għall-pagamenti żdied b'mod sinifikanti matul l-aħħar tliet snin.

1.55.

Minbarra t-talbiet li ma setgħux jitħallsu fl-aħħar tas-sena minħabba n-nuqqas ta’ approprjazzjonijiet (ara t-tweġiba għall-paragrafu 1.46), dejjem se jkun hemm talbiet għall-ħlasijiet tard li jibqgħu ma jitħallsux fl-aħħar tas-sena, minħabba l-iskadenza tal-31 ta’ Diċembru fir-regoli N + 2/3.

Image

Prefinanzjament pendenti

1.56.

Il-likwidazzjoni ta' impenn (permezz ta' pagament) mhux neċessarjament ittemm il-proċess ta' nfiq irreġistrat. Il-Kummissjoni tirreġistra l-infiq finali biss meta attivitajiet ikunu ġew imwettqa, irrappurtati lilha, u aċċettati. It- Tabella 1.5 turi l-livell ta' żborżamenti tal-prefinanzjament li l-Kummissjoni għadha ma aċċettatx u ma vvalidatx l-użu finali għalihom mill-benefiċjarji. Il-prefinanzjament gross ammonta għal EUR 80,1 biljun fi tmiem l-2012 (46).

1.56.

Skont l-Artikolu 90(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-prefinanzjament jiġi approvat (li jfisser li l-ispejjeż jiġu rreġistrati) regolarment u skont in-natura ekonomika u ż-żmien tal-proġett sottostanti. L-eżerċizzju tal-cut-off ta' kull sena jalloka l-ispejjeż relevanti għall-perjodu adegwat, anke jekk il-kost tal-pretensjoni (finali) jkun għadu ma ġiex irrappurtat jew aċċettat.

1.57.

L-itwal perjodu ta' żmien medju minn impenn sa aċċettazzjoni tal-infiq huwa għall-Intestatura 4 (L-UE bħala attur globali), fejn għal operazzjoni tipika jgħaddu 3 snin u 11-il xahar (47) bejn impenn li qed isir, u r-reġistrazzjoni mill-Kummissjoni tal-infiq relatat finali. Perjodi ta' prefinanzjament estiżi mingħajr bżonn jistgħu jwasslu għal riskju akbar ta' żball jew telf (ara l-Kapitolu 7, il-kaxxa 7.1).

1.57.

Il-Kummissjoni tenfasizza li, minħabba l-partikularitajiet tal-azzjonijiet esterni, skont l-Artikolu 184(4) tar-Regolament Finanzjarju aġġornat (applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013), ġiet prevista eċċezzjoni għall-azzjonijiet esterni sabiex sa żewġ pagamenti ta’ prefinanzjament ikunu jistgħu jibqgħu miftuħa matul l-azzjoni impliċita.

Tabella 1.5 —   Impenji baġitarji pendenti u prefinanzjament tal-Kummissjoni skont l-intestatura tal-qafas finanzjarju u fis-snin tal-impenji (pagamenti)

(EUR miljun)

Impenji baġitarji pendenti

Intestatura

 

< 2007

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Total

Snin tal-impenji (63)

1

Tkabbir sostenibbli (66)

7 986

499

2 978

11 444

30 896

50 154

62 314

166 271

2,5

2

Riżorsi naturali

806

66

144

286

1 893

8 987

14 703

26 886

1,7

3

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

19

28

86

241

314

562

1 065

2 316

0,8

4

L-UE bħala attur globali

1 322

710

1 291

2 199

3 464

4 884

7 558

21 429

2,4

5

Amministrazzjoni

0

0

0

3

317

320

0,0

 

Total

10 133

1 304

4 498

14 171

36 568

64 591

85 958

217 222

2,3

Prefinanzjament

Intestatura

 

< 2007  (64)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Total

Snin tal-pagamenti (65)

1

Tkabbir sostenibbli (66)

4 532

7 149

12 758

13 633

5 367

6 083

8 322

57 844

1,0

2

Riżorsi naturali

1 454

3 934

2 728

172

116

164

290

8 857

0,2

3

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

4

10

110

357

400

872

1 955

3 708

1,7

4

L-UE bħala attur globali

311

210

433

990

1 536

2 632

3 866

9 979

1,5

5

Amministrazzjoni

1

0

0

0

0

6

8

0,0

 

Total (prefinanzjament gross)

6 302

11 303

16 030

15 152

7 419

9 751

14 438

80 395

0,6

Ħtiġijiet futuri ta' żborżament

1.58.

Fatturi ewlenin li jikkontribwixxu għall-pressjoni fuq il-baġit għall-pagamenti fl-2012 jinkludu d-differenzi sinifikanti fl-iżbilanċi nnutati fil-paragrafu 1.52, u l-ħtieġa li jiġi trattat il-bilanċ pendenti ta' impenji mhux użati. Il-pressjoni fuq il-baġit għall-pagamenti tagħmilha essenzjali li l-Kummissjoni tippjana għal rekwiżiti ta' pagament matul it-terminu medju u t-terminu twil. Bħalma jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' flussi ta' flus li joħorġu mill-impenji baġitarji pendenti, baġits futuri se jeħtieġu jiffinanzjaw pagamenti biex jissodisfaw l-obbligazzjonijiet irreġistrati fil-karta tal-bilanċ tal-Unjoni (48). Flimkien dawn jirrappreżentaw ħtieġa futura għall-iżborżamenti li jammontaw għal madwar EUR 313-il biljun fil-31 ta' Diċembru 2012.

1.58.

L-impenji pendenti jiġu analizzati bir-reqqa mill-Kummissjoni. Il-proposti leġiżlattivi l-ġodda magħmula mill-Kummissjoni għall-2014-2020 kellhom l-għan li jsaħħu d-dixxiplina finanzjarja, b'regola tad-diżimpenn awtomatika li tidħol fis-seħħ wara sentejn ta’ impenn annwali. Barra minn hekk il-Kummissjoni pproponiet biex jitneħħew l-eżenzjonijiet għall-proġetti maġġuri. Madankollu fil-proċess interistituzzjonali jidher li l-koleġiżlaturi jaqblu li jwessgħu r-regola tad-diżimpenn awtomatika għal 3 snin. Fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali, il-Kummissjoni qiegħda wkoll tipproponi flessibbiltà akbar dwar il-ġestjoni tal-baġit sabiex tittrasferixxi l-marġni mhux użati taħt kull intestatura għas-sena ta’ wara.

1.59.

Il-Qorti hija tal-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tħejji u tippubblika tbassir ta' flussi tal-flus fuq firxa wiesgħa, li jipproġetta rekwiżiti futuri ta' pagament, biex tassisti fl-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet futuri, tippjana prijoritajiet baġitarji, u tiżgura li l-pagamenti meħtieġa jistgħu jiġu ssodisfati minn baġits annwali approvati. Din l-analiżi għandha tqis il-punt sa fejn l-UE jkollha bżonn tagħmel pagamenti ta' prefinanzjament kif ukoll tissodisfa l-ħtiġijiet futuri ta' żborżament li joħorġu minn obbligazzjonijiet diġà rreġistrati fil-karta tal-bilanċ tal-Unjoni.

1.59.

Il-Kummissjoni diġà twettaq ippjanar bil-quddiem bl-akbar reqqa. Madankollu, l-uniku mod biex jissolvew impenji pendenti (RAL) huwa jew billi jitħassru jew billi jitħallsu. Id-diżimpenji huma strettament stabbiliti mir-regoli finanzjarji, u f’ħafna mill-każijiet ma jkunux applikabbli. Għalhekk, il-Kummissjoni hija obbligata li tħallas l-ammonti pendenti.

Il-Kummissjoni se tanalizza kif il-previżjoni tal-fluss tal-flus fit-tul, li tinkludi wkoll obbligazzjonijiet diġà rreġistrati fil-karta tal-bilanċ tal-Unjoni, tista' tiġi ppreparata bl-aħjar mod kif ukoll rivelata.


(1)  Ir-rapporti finanzjarji konsolidati jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki tkontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni (inkluż ir-rappurtar fuq is-segmenti).

(2)  Ir-rapporti aggregati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti aggregati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u noti ta’ spjegazzjoni.

(3)  Abbażi tal-approċċ tal-kampjunar użat fis-snin preċedenti l-iżball l-aktar probabbli stmat kien ikun 4,5 %.

(4)  Ara l-Artikolu 287 TFUE.

(5)  Il-Kummissjoni ilha tħejji kontijiet fuq bażi tad-dovuti mill-2005 u l-Qorti tivvalutahom bħala affidabbli mill-2007.

(6)  Għadd żgħir ta' żbalji kienu nnutati fl-akkwist għal attivitajiet tan-nefqa operazzjonali mill-2010 u qabel, u dawn wasslu għal pagamenti fl-2012; dawn la huma estrapolati u lanqas inklużi fir-rata kumplessiva ta' żball stmata.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 298, 26.10.2010, p. 1) jeħtieġ li l-kontijiet finali jkunu ntbagħtu sal-31 ta' Lulju tas-sena finanzjarja ta' wara (ara l-Artikolu 148).

(8)  Prinċipalment irrappreżentata mill-Kapitoli 7 u 8, iżda tkopri wkoll partijiet tan-nefqa koperta mill-Kapitoli 4 u 5. L-iżball estrapolat għan-nefqa tal-ġestjoni kondiviża huwa bbażat fuq l-eżaminar ta' 685 tranżazzjoni (meħuda minn popolazzjoni ta' EUR 110,8 biljun), l-estrapolazzjoni għal forom oħra ta' nefqa operazzjonali hija bbażata fuq l-eżaminar ta' 356 tranżazzjoni (meħuda minn popolazzjoni ta' EUR 20,1 biljun).

(9)  L-implimentazzjoni hija l-istadju finali fil-proċess ta' korrezzjonijiet finanzjarji. Ara wkoll ir-rapport annwali 2009 tal-Qorti, il-paragrafu 1.42.

(10)  Kif ippreżentat fin-Nota 6.4.2.2 tal-kontijiet konsolidati 2012 u n-Nota 6.2 tal-kontijiet konsoldiati 2011 rispettivament.

(11)  Ara r-rapport annwali 2009 tal-Qorti, il-paragrafi 1.32 sa 1.50.

(12)  Eċċezzjoni notevoli hija l-infiq tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG).

(13)  Ara l-paragrafu 1.34 tar-rapport annwali 2009 tal-Qorti.

(14)  Korrezzjonijiet finanzjarji fl-agrikoltura huma rreġistrati bħala dħul assenjat u għalhekk ma jintilfux għat-titolu tal-baġit għall-“Agrikoltura u l-iżvilupp rurali”.

(15)  Ara t-taqsima 2 tal-“Quarterly reports regarding provisional figures for 2012 for financial corrections under the Cohesion policy 2012” (“Rapporti kull tliet xhur dwar iċ-ċifri proviżorji għall-2012 għal korrezzjonijiet finanzjarji taħt il-politika ta' Koeżjoni 2012”) tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà fil-31 ta' Marzu, fit-30 ta' Ġunju, fit-30 ta' Settembru 2012 rispettivament, kif inklużi fid-dokumenti ta' kwittanza 2011 tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew taħt l-intestatura “Financial corrections – Cohesion policy” (“Korrezzjonijiet finanzjarji — politika ta' Koeżjoni”) (http://www.europarl.europa.eu/committees/mt/cont/publications.html?id=CONT00004).

(16)  L-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1): “L-Istati Membri għandhom (a) … (iii) [jirkupraw] is-somom mitlufa bħala riżultat tal-irregolaritajiet jew tan-negliġenza”.

(17)  L-ammonti ta' rkupri fil-FAEG (2012: EUR 162 miljun, in-Nota 6.4.2.1 tal-kontijiet konsolidati 2012) jinkludu ammonti rkuprati mill-bdiewa u benefiċjarji oħra ta' fondi bbażati fuq azzjoni meħuda minn aġenziji tal-pagamenti li jirriflettu l-irkupri li joħorġu kemm mid-deċiżjonijiet ta' konformità tal-Kummissjoni kif ukoll mix-xogħol proprju tal-aġenziji tal-pagamenti. Barra minn hekk l-irkupri rreġistrati jinkludu l-applikazzjoni tar-regola bin-nofs (fifty-fifty) fejn l-ispiża ta' nuqqas ta' rkupru hija kondiviża bejn il-baġit tal-UE u l-Istat Membru kkonċernat. L-irkupri totali rreġistrati jammontaw għal madwar terz biss tal-korrezzjonijiet finanzjarji rreġistrati.

(18)  Fil-politika ta' koeżjoni, hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jirkupraw ammonti mħallsa bi żball minn benefiċjarji fejn huwa xieraq u jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar irkupri mill-benefiċjarji u ammonti rtirati minn dikjarazzjonijiet tan-nefqa. (L-Artikolu 70 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25)). In-Nota 6.7 tal-kontijiet konsolidati tippreżenta bħala rtirar u rkupri (bbażati fuq data mogħtija mill-Istati Membri) total ta' EUR 1 652 miljun ta' korrezzjonijiet addizzjonali li jirrelataw mal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, mingħajr distinzjoni bejn korrezzjonijiet marbutin ma' kontrolli nazzjonali jew kontrolli mwettqa mill-Kummissjoni.

(19)  Ir-rapport speċjali Nru 7/2010, “Awditu tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet”, il-paragrafi 68 sa 73 u l-Graff 3, ara l-websajt tal-QEA: http://eca.europa.eu.

(20)  Ara l-Kapitolu 4 (il-paragrafu 4.31) u r-rapport speċjali Nru 3/2012, 'Il-Fondi strutturali: Il-Kummissjoni kellha suċċess biex tittratta n-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri?', il-websajt tal-QEA: http://eca.europa.eu.

(21)  Ara l-paragrafu 1.40 tar-rapport annwali 2009 tal-Qorti.

(22)  Ara l-paragrafu 1.39 tar-rapport annwali 2009 tal-Qorti.

(23)  Ara r-rapport annwali 2011 tal-Qorti, il-paragrafu 5.73, ir-rakkomandazzjoni 1: “Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħmel is-sistemi ta’ sanzjonijiet aktar effettivi billi żżid l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji u billi tnaqqas il-possibbiltà li l-infiq ineliġibbli jiġi sostitwit bi nfiq ieħor, hekk kif propost mill-Kummissjoni fil-qasam tal-koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss”.

(24)  It-terminu “direttur ġenerali” jintuża hawnhekk biex ikopri l-persuni kollha li jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet. Id-dikjarazzjonijiet ġew iffirmati mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, 36 direttur ġenerali, 7 diretturi u 4 kapijiet tas-servizz u l-uffiċjal kap operattiv tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(25)  Ir-rapporti annwali tal-attività tas-servizzi tal-Kummissjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/atwork/key-documents/index_mt.htm.

(26)  Id-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali (ara l-Kapitolu 3, il-paragrafi 3.31 sa 3.36, u l-Kapitolu 4, il-paragrafi 4.38 sa 4.40), id-DĠ Żvilupp u Kooperazzjoni – EuropeAid (ara l-Kapitolu 7, il-paragrafu 7.24 u l-kaxxa 7.2) u d-DĠ Riċerka u Innovazzjoni (ara l-Kapitolu 8, il-paragrafu 8.24).

(27)  Is-sinteżi hija ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/atwork/pdf/synthesis_report_2012_en.pdf, flimkien mal-anness tagħha http://ec.europa.eu/atwork/pdf/synthesis_report_2012_annex_en.pdf.

(28)  Ara l-Artikolu 59(5)(a) tar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(29)  Sinteżi tal-Kisbiet tal-Ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2012, it-taqsima 4, il-paġna 8.

(30)  Rapport ta' sinteżi, p. 8, il-kaxxa 1: “Biex tkun żgurata l-konsistenza u l-kumparabbiltà, il-Kummissjoni tagħti istruzzjonijiet lis-Servizzi Ċentrali biex jeżaminaw l-approċċi differenti segwiti biex jiġu evalwati l-ammonti stmati li qegħdin f'riskju”.

(31)  Il-valutazzjoni mill-Qorti tar-rappurtar dwar il-prestazzjoni fi tliet direttorati ġenerali magħżula hija ppreżentata fil-Kapitolu 10.

(32)  Pereżempju, id-dikjarazzjoni tal-ġestjoni meħtieġa tal-korpi fl-Istati Membri (l-Artikolu 59(5)(a) tar-Regolament Finanzjarju) u d-dikjarazzjoni dwar it-tmexxija korporattiva meħtieġa taħt l-Artikolu 46(a) tar-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji (ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11).

(33)  Ara l-paragrafi 1.36 sa 1.38 tar-rapport annwali 2011 tal-Qorti.

(34)  Ammonti disponibbli għall-impenji fl-2012 u fis-snin li ġejjin. It-total għall-impenji jinkludi somma ta' EUR 0,3 biljun riportata mill-2011 u ammont minn sitt baġits emendatorji li jammonta għal total ta' EUR 1,2 biljun. Barra minn hekk, dħul assenjat ta' EUR 6,3 biljun, mhux inkluż fl-EUR 148,7 miljun, kien disponibbli għall-impenji. Id-dħul assenjat jintuża biex jiffinanzja partiti speċifiċi ta’ nfiq (ara l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju – ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1)). Fost l-oħrajn huma jkopru rifużjonijet li ġejjin mill-irkupru ta’ ammonti mħallsa bi żball, li jiġu allokati mill-ġdid għal-linja baġitarja tal-oriġni tagħhom, kontribuzzjonjiet minn membri tal-EFTA li jżidu l-linji baġitarji, u dħul minn partijiet terzi fejn ġew konklużi ftehimiet li jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja għall-attivitajiet tal-UE.

(35)  Ammonti disponibbli għall-pagamenti fis-sena. It-total għall-pagamenti jinkludi somma ta' EUR 1,1 biljun riportata mill-2011 u ammont mill-istess sitt baġits amendatorji li jammontaw għal total ta' EUR 6,7 biljun. Barra minn hekk, dħul assenjat ta' EUR 6,8 biljun, mhux inkluż fl-EUR 136,8 miljun, kien disponibbli għall-impenji.

(36)  Skont il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 139, 14.6.2006, p 1) ċerti approprjazzjonijiet ta' impenn imdaħħla fil-baġit bħar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, l-Istrument ta' Flessibbiltà u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jistgħu jkunu aktar jew anqas mil-limitu massimu. Fl-2012 l-ammonti impenjati kienu: EUR 224 miljun għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza, EUR 688 miljun għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, EUR 200 miljun għall-Istrument ta' Flessibbiltà u EUR 74 miljun għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li jammontaw għal total ta' EUR 1 186 milljun.

(37)  Barra mit-tranżazzjonijiet fi flus, ċerti approprjazzjonijiet ta' pagament riportati huma inklużi. Kif speċifikat fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1), fil-kalkolu ta' dan il-bilanċ favorevoli, jittieħed kont ta' approprjazzjonijiet pagament riportati mis-sena preċedenti, kanċellazzjonijiet ta' approprjazzjonijiet ta' pagament mhux użati mis-sena preċedenti u differenzi tal-kambju.

(38)  Ara n-Nota 1.1 – Riżultat tal-baġit tal-UE tal-kontijiet annwali konsolidati tal-UE – 2012.

(39)  Ir-riżultat baġitarju (eżitu tal-baġit) mhuwiex riżerva u ma jistax jiġi akkumulat u użat fi snin li ġejjin biex jiffinanzja l-infiq.

(40)  Ara l-paragrafi 1.34 u 1.38 tar-rapport annwali 2011 tal-Qorti.

(41)  Ara r-“Rapport dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja – Sena Finanzjarja 2012”.

(42)  EUR 0,6 biljun oħra ta' impenji baġitarji pendenti huma għall-istituzzjonijiet l-oħra. Dan l-ammont iġib l-impenji baġitarji pendenti totali tal-UE għal EUR 218-il biljun.

(43)  Il-baġit jiddistingwi bejn żewġ tipi ta' approprjazzjoni: approprjazzjonijiet mhux differenzjati u approprjazzjonijiet differenzjati (magħmula minn impenji differenzjati u pagamenti differenzjati). Approprjazzjonijiet mhux differenzjati jintużaw għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ natura annwali, eż. nefqa amministrattiva. Approprjazzjonijiet differenzjati kienu introdotti għall-ġestjoni ta' operazzjonijiet pluriennali; il-pagamenti relatati jistgħu jsiru matul is-sena tal-impenn u matul is-snin ta’ wara. Approprjazzjonijiet differenzjati jintużaw prinċipalment għall-fondi strutturali u għall-Fond ta’ Koeżjoni.

(44)  Żewġ linji fil- Graff 1.4 jagħmlu l-EUR 140 biljun. Il-linja tal-impenji baġitarji pendenti akkumulati tal-2000-2006 (EUR 8 biljun) u l-inja tal-impenji baġitarji pendenti akkumulati tal-2007-2013 (EUR 132 biljun). Għal dettalji ta' koeżjoni ara r-“Rapport dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja – Sena finanzjarja 2012”, pp. 25, 39-42.

(45)  Dan l-ammont kien jinkludi kemm il-klejms li kienu ġew approvati għall-pagament kif ukoll il-klejms li waslu iżda li għadhom ma ġewx ivverifikati jew approvati. Ara r-“Rapport dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja – Sena Finanzjarja 2012”, p. 39.

(46)  Iċ-ċifra netta ta' EUR 57,7 biljun li tidher fil-karta tal-bilanċ tirrifletti l-bqija wara l-istima mill-Kummissjoni tal-punt sa fejn il-benefiċjarji ssodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għajnuna. Xi DĠ jonqsu milli jirreġistraw l-infiq finali anke meta jkollhom il-pussess ta' elementi li jindikaw li l-progress reali sar (il-paragrafu 1.29 tar-rapport annwali 2010 tal-Qorti u l-paragrafu 1.12 tar-rapport annwali 2009 tal-Qorti).

(47)  Il-perjodu ta' żmien jikkorrispondi għal total ta' 3 snin u 11-il xahar fit- Tabella 1.5 , li jikkonsisti f'medja ta' sentejn u 5 xhur għal impenji baġitarji pendenti u f'medja ta' 18-il xahar għall-prefinanzjament.

(48)  Bl-eċċezzjoni notevoli ta' self mogħti, il-parti l-kbira tal-obbligazzjonijiet fuq il-karta tal-bilanċ eventwalment se jinbidlu f'talba għal pagament mill-baġit. Mill-EUR 137 biljun ta' obbligazzjonijiet li ma jirriflettux teħid ta' self, EUR 42 biljun biss huma koperti minn impenji.

(49)  Dan il-kapitolu jkopri wkoll in-nefqa meqjusa fil-baġit ġenerali bħala operazzjonali għalkemm l-iskop tiegħu huwa fil-biċċa l-kbira tal-każijiet il-funzjonament tal-amministrazzjoni tal-Kummissjoni aktar milli t-twettiq tal-politika.

(50)  In-nefqa amministrattiva għal diversi gruppi tal-politika tammonta (f'EUR miljun) għal:

Kapitolu 3: 133

Kapitolu 4: 253

Kapitolu 5: 229

Kapitolu 6: 93

Kapitolu 7: 624

Kapitolu 8: 1 627.

(51)  il-klassifikazzjoni tas-sistemi hija spjegata fl- Anness 1.1 . Għall-valutazzjoni speċifika tas-sistemi eżaminati ara l-paragrafi 2.40 sa 2.42, 3.9 u 3.35, 7.25 u 8.39. Il-valutazzjonijiet tal-Qorti fil-qosor għall-2012 huma konsistenti ma' dawk għall-2011.

(52)  Il-frekwenza tal-iżbalji tirrappreżenta proporzjon tal-kampjun milqut minn żbalji kwantifikabbli u mhux kwantifikabbli. Il-perċentwali huma arrotondati.

(53)  Ir-rata ta' żball stmata għal “Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir” hija ogħla mir-rata ta' żball stmata fl-2011 (1,1 %). Din id-differenza għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-iżvilupp tal-approċċ tal-kampjunar tal-Qorti (ara l-paragrafi 1.6 u 1.7). Dan it-tibdil fl-approċċ huwa r-raġuni prinċipali identifikabbli għaż-żieda fir-rata ta' żball stmata (ara l-paragrafi 1.15 u 7.13 sa 7.15).

(54)  Ir-rata ta' żball stmata għal “Riċerka u politiki interni oħra” hija ogħla mir-rata ta' żball stmata fl-2011 (3,0 %). Din id-differenza għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-iżvilupp tal-approċċ tal-kampjunar tal-Qorti (ara l-paragrafi 1.6 u 1.7). Dan it-tibdil fl-approċċ huwa r-raġuni prinċipali identifikabbli għaż-żieda fir-rata ta' żball stmata (ara l-paragrafi 1.15 u 8.13 sa 8.15).

(55)  L-iżviluppi fl-approċċ tal-kampjunar tal-Qorti spjegati fil-paragrafi 1.6 u 1.7 jirrappreżentaw 0,3 punti perċentwali tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli għall-2012 (ara l-paragrafi 1.13 u l- Graff 1.1 ).

(56)  L-awditu kien jinvolvi eżaminar fil-livell tal-Kummissjoni ta' kampjun ta' ordnijiet ta' rkupru li jkopru t-tipi kollha ta' dħul (ara l-paragrafu 2.9).

(57)  Għal-lista sħiħa ta' DĠ/servizzi tal-Kummissjoni jekk jogħġbok ara http://publications.europa.eu/code/mt/mt-390600.htm.

(58)  Sors: Rapporti annwali tal-attività tad-direttorati ġenerali, servizzi u aġenziji eżekuttivi; “raġuni għar-riżerva” aġġustata mill-Parti 3.2 (titoli) jew mill-Parti 4, “kwantifikazzjoni tar-riżerva” mill-Parti 3.1 u mill-Parti 3.2.

Għad-DĠ MARE ara wkoll ir-rapport annwali tal-attività l-paġna 67, madankollu il-kwantifikazzjoni tammonta għal EUR 0,0 peress li ma sar l-ebda pagament fl-2012; għad-DĠ REGIO l-kwantifikazzjoni tinkludi EUR 1,5 miljun għall-IPA 2007-2013; għad-DĠ DEVCO l-kwantifikazzjoni bil-FEŻ esklużi kienet ikkalkulata f'livell ta' 3 853,2 × 3,6 %; għall-aġenzija eżekuttiva EACEA l-kwantifikazzjoni fir-rapport annwali tal-attività hija għal sentejn, din it-tabella tinkludi 50 % ta' EUR 8,4 miljun.

(59)  Sors: kontijiet konsolidati 2012, pagamenti li saru fl-2012 għal partiti marbutin mal-“Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività” (ABB).

(60)  Din il-kolonna tippreżenta l-kwantifikazzjoni mill-Kummissjoni tal-“ammonti f'riskju” fir rapport ta' sinteżi. Din hija bbażata fuq il-kwantifikazzjoni tar-riżervi fir-rapporti annwali tal-attività flimkien ma', għal ġestjoni konġunta, kwantifikazzjoni tar-riskju kumplessiv għall-pagamenti għal programmi operazzjonali mhux taħt riżerva. Għad-DĠ DEVCO ċ-ċifra tinkludi kwantifikazzjoni fuq l-infiq tal-FEŻ (Sors: rapporti annwali tal-attività, il-Parti 3.1 u l-Parti 3.2). Il-metodoloġija għall-kwantifikazzjoni tal-“ammonti f'riskju” fir-rapport ta' sinteżi nbidlet meta mqabbla mas-snin preċedenti.

L-ammonti huma bbażati fuq informazzjoni mir-rapporti annwali tal-attività: Id-DĠ AGRI l-paġna 54 it-Tabella 3,2 (EUR 16,7 + 915,4 miljun), id-DĠ REGIO l-paġni 67 u 68 (ara l-Kapitolu 5 l-paragrafu 5.54), id-DĠ EMPL, it-tabella fil-paġna 71

(61)  Iċ-ċifra tal-2013 taħt (D) tiddikjara l-ammont approvat qabel kwalunkwe baġit emendatorju.

(62)  L-approprjazzjonijiet ta' impenn approvati kienu viċin l-ammont stabbilit fil-qafas u ma ġewx ippreżentati hawn.

(63)  Sors: Rapport dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja — Sena Finanzjarja 2012 — it-taqsima A.6.3.

(64)  Parti mill-prefinanzjament imħallas qabel l-2007 ġiet allokata lill-intestatura korrispondenti tal-qafas finanzjarju bbażata fuq id-DĠ responsabbli billi l-informazzjoni rigward il-linja baġitarja ma kinitx disponibbli fis-sistema ta' informazzjoni tal-Kummissjoni.

(65)  Prefinanzjament imħallas fil-31/12/2012 diviż bil-pagament li sar mill-approprjazzjonijiet tas-sena.

(66)  L-Intestatura 1 — “Tkabbir sostenibbli” hija magħmula mill-Intestatura 1a – “Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi” u 1b – “Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi”.

ANNESS 1.1

APPROĊĊ U METODOLOĠIJA TAL-AWDITU

1.

L-approċċ tal-awditjar tal-Qorti huwa stabbilit fil-Manwal għall-Awditu Finanzjarju u tal-Konformità. Dan il-manwal huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Qorti. Sabiex tippjana xogħol tal-awditjar u tiddetermina l-firxa ta' ttestjar sostantiv, il-Qorti tuża mudell ta' aċċertament tal-awditjar. Dan jinvolvi kunsiderazzjoni tar-riskju li jseħħu żbalji fit-tranżazzjonijiet (riskju inerenti) u r-riskju li s-sistemi ta' sorveljanza u kontroll ma jipprevenux jew ma jaqbdux u ma jikkoreġux tali żbalji (riskju tal-kontroll).

PARTI 1 —    Approċċ u metodoloġija tal-awditjar għall-affidabbiltà tal-kontijiet (awditu finanzjarju)

2.

Sabiex tivvaluta jekk il-kontijiet konsolidati (ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti aggregati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit) jippreżentawx b'mod xieraq, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea, u d-dħul, l-infiq u l-flussi tal-flus fi tmiem is-sena, l-awditu jinvolvi l-elementi ewlenin li ġejjin:

(a)

evalwazzjoni tal-ambjent tal-kontroll kontabilistiku;

(b)

iċċekkjar tal-funzjonament ta’ proċeduri kontabilistiċi ewlenin u l-proċess ta’ għeluq fi tmiem is-sena;

(c)

kontrolli analitiċi (konsistenza u raġonevolezza) fuq id-data kontabilistika prinċipali;

(d)

analiżijiet u rikonċiljazzjonijiet tal-kontijiet u/jew tal-bilanċi; u

(e)

testijiet sostantivi ta' impenji, pagamenti u partiti speċifiċi fuq il-karta tal-bilanċ ibbażati fuq kampjuni rappreżentattivi.

PARTI 2 —    Approċċ u metodoloġija tal-awditjar għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet (awditu tal-konformità)

3.

L-approċċ li l-Qorti tieħu biex tawditja r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet jinkludi:

ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet f'kull qasam tad-dħul jew ta' nfiq (ara t- Tabelli 1.1 u 1.2 ) sabiex jiġi aċċertat il-punt sa fejn dawn huma regolari; u

valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi magħżula ta’ sorveljanza u kontroll fl-iżgurar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Dan huwa supplimentat b’evidenza mogħtija minn xogħol awdituri oħra (fejn rilevanti) u analiżi tal-informazzjoni u tal-aċċertamenti mill-Kummissjoni.

Kif il-Qorti tittestja t-tranżazzjonijiet

4.

L-ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet fi ħdan kull valutazzjoni speċifika (il-Kapitoli 2 sa 9) huwa bbażat fuq kampjun rappreżentattiv tal-irċevuti (fil-każ tad-dħul) u tat-tranżazzjonijiet li jinsabu fi ħdan il-grupp tal-politika kkonċernat (1). Dan l-ittestjar jagħti stima tal-punt sa fejn it-tranżazzjonijiet fil-popolazzjoni kkonċernata huma irregolari.

5.

L-ittestjar tat-tranżazzjonijiet jinvolvi eżaminar ta' kull tranżazzjoni magħżula, biex jiġi determinat jekk il-klejm jew il-pagament sarx għall-iskopijiet approvati mill-baġit u l-bażi legali jew le, jekk ġiex ikkalkulat b'mod korrett u f'konformità mar-regoli u r-regolamenti rilevanti. Dan jinvolvi l-ittraċċar tat-tranżazzjoni mill-kontijiet baġitarji sal-livell tar-riċevitur finali (eż. bidwi, organizzatur ta' kors ta' taħriġ, jew promotur ta' proġett tal-għajnuna għall-iżvilupp) u ttestjar tal-konformità f'kull livell. Meta t-tranżazzjoni (fi kwalunkwe livell) tiġi kkalkulata b'mod skorrett jew ma tissodisfax rekwiżit regolatorju jew dispożizzjoni kuntrattwali, hija titqies li jkun fiha żball.

6.

Għall-infiq il-Qorti teżamina l-pagamenti interim u finali u l-approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem (“pagamenti kontabilizzati għall-ispejjeż”). Fi kliem ieħor hija teżamina tranżazzjonijiet f'punt meta r-riċevituri finali tal-fondi tal-UE (eż. bidwi, istitut ta' riċerka, kumpanija li tipprovdi xogħlijiet jew servizzi akkwistati pubblikament) ikunu wettqu attivitajiet jew ġarrbu spejjeż, u meta l-Kummissjoni tkun aċċettat li l-attivitajiet imwettqa jew l-ispejjeż imġarrba ġġustifikaw il-pagament mill-baġit tal-UE. Għalhekk il-Qorti tħares lejn ir-realtà ekonomika li fuqha huma bbażati t-tranżazzjonijiet fil-kontijiet konsolidati tal-UE.

7.

Il-kampjun tal-awditjar tal-Qorti huwa mfassal biex jipprovdi stima tal-livell ta' żball fil-popolazzjoni awditjata fl-intier tagħha. Il-Qorti ma teżaminax tranżazzjonijiet f'kull Stat Membru, stat benefiċjarju u/jew reġjun kull sena. L-eżempji mogħtija fir-rapport annwali huma għal skopijiet illustrattivi u juru l-iżbalji l-aktar tipiċi li nstabu. It-tismija ta' ċerti Stati Membri, stati benefiċjarji u/jew reġjuni ma tfissirx li l-eżempji ppreżentati ma jistgħux jiġru xi mkien ieħor. L-eżempji illustrattivi ppreżentati f'dan ir-rapport ma jiffurmawx bażi biex jinsiltu konklużjonijiet dwar l-Istati Membri, l-istati benefiċjarji u/jew ir-reġjuni konċernati (2).

Kif il-Qorti tevalwa u tippreżenta r-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijet

8.

Żbalji fit-tranżazzjonijiet jiġru għal diversi raġunijiet u jieħdu għadd ta’ forom differenti skont in-natura tal-ksur u tar-regola speċifika jew tar-rekwiżit kuntrattwali li ma ssegwiex. It-tranżazzjonijiet individwali jistgħu jkunu totalment jew parzjalment milquta minn żball. L-iżbalji maqbuda u kkoreġuti qabel u indipendentement mill-kontrolli mwettqa mill-Qorti huma esklużi mill-kalkolu u mill-frekwenza ta' żball, billi huma juru li is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll jaħdmu b'mod effettiv. Il-Qorti tqis jekk l-iżbalji individwali humiex kwantifikabbli jew mhux kwantifikabbli, skont jekk huwiex possibbli li jiġi mkejjel kemm mill-ammont awditjat kien milqut minn żball. Barra minn hekk, il-Qorti tanalizza n-natura ta' żbalji maqbuda, u b’mod partikolari tiddistingwi bejn l-eliġibbiltà (il-pagament ma jissodisfax ir-regoli tal-eliġibbiltà), l-okkorrenza (rimborż ta’ spiża li ma hemmx prova li din vera ġġarrbet) jew il-preċiżjoni (pagament ikkalkulat b’mod skorrett).

9.

Bosta żbalji jiġru fl-applikazzjoni ta' liġijiet dwar l-akkwist pubbliku. Biex jiġu rrispettati l-prinċipji bażiċi ta' kompetizzjoni previsti fit-Trattat, għandha ssir pubbliċità dwar il-kuntratti, għandhom jiġu evalwati l-offerti skont kriterji speċifiċi; il-kuntratti ma jistgħux jinqasmu b'mod artifiċjali biex jiġu taħt il-limiti stabbiliti, eċċ.

10.

Għall-iskopijiet tal-awditjar tagħha, il-Qorti tqiegħed valur fuq il-fallimenti biex tosserva r-rekwiżiti proċedurali tal-liġi dwar l-akkwist. Il-Qorti:

(a)

tqis bħala “serji” dawk l-iżbalji li jiffrustraw l-objettivi tar-regoli tal-akkwist pubbliku: tal-kompetizzjoni ġusta u tal-għoti tal-kuntratt lill-offerent bl-aħjar kwalifiki (3);

(b)

tikkwantifika l-impatt ta’ ksur “serju” tar-regoli tal-akkwist pubbliku bħala li jaffettwa l-valur sħiħ tal-pagament relatat mal-kuntratt – żball kwantifikabbli 100 % (4);

(c)

ma tikkwantifikax jew ma testrapolax żbalji anqas serji li ma jolqtux l-eżitu tal-proċedura tal-offerti (żbalji mhux kwantifikabbli (5)).

11.

Il-kwantifikazzjoni mill-Qorti taf tkun differenti minn dik użata mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri meta jiġi deċiż kif għandha tkun ir-reazzjoni għall-applikazzjoni skorretta tar-regoli tal-akkwist pubbliku.

Rata ta' żball stmata (żball l-aktar probabbli)

12.

Abbażi tal-iżbalji li hija kkwantifikat, il-Qorti tistma r-rata tal-iżball l-aktar probabbli (MLE) (6) f’kull valutazzjoni speċifika, u għall-infiq mill-baġit fl-intier tiegħu. L-MLE hija stima statistika tal-perċentwal probabbli ta' żball (jiġifieri ksur kwantifikabbli ta' regolamenti, regoli, u kundizzjonijiet tal-kuntratt u tal-għotja applikabbli) fil-popolazzjoni. Il-Qorti stmat il-limitu inferjuri tal-iżball (LEL) u l-limitu superjuri tal-iżball (UEL) (ara l-grafika hawn taħt).

Image

13.

Il-perċentwal tal-erja skura ta' taħt il-kurva tindika l-probabbiltà li r-rata vera ta’ żball tal-popolazzjoni tinsab bejn l-LEL u l-UEL.

14.

Fl-ippjanar tax-xogħol tal-awditjar tagħha, il-Qorti tfittex li tuża proċeduri li jippermettuha tqabbel ir-rata stmata ta’ żball fil-popolazzjoni ma’ materjalità ta’ 2 % fl-ippjanar. Fil-valutazzjoni tar-riżultati tal-awditjar, il-Qorti hija mmexxija minn dan il-livell ta’ materjalità u tqis in-natura, l-ammont u l-kuntest tal-iżbalji meta tkun qed tifforma l-opinjoni tal-awditjar tagħha.

Frekwenza ta' żball

15.

Il-Qorti tesprimi l-frekwenza tal-okkorrenza tal-iżbalji billi tippreżenta l-proporzjon tal-kampjun milqut minn żbalji jew kwantifikabbli jew inkella mhux kwantifikabbli.

Kif il-Qorti tivvaluta s-sistemi u tirrapporta r-riżultati

16.

Is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma stabbiliti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, mill-istati benefiċjarji u/jew mir-reġjuni biex jiġu ġestiti r-riskji għall-baġit, inkluża r-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Għalhekk il-valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi fl-iżgurar tar-regolarità hija proċedura ewlenija tal-awditjar, u partikolarment utli għall-identifikazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet għal titjib.

17.

Kull grupp tal-politika huwa suġġett għal għadd enormi ta’ sistemi individwali, bħalma huwa d-dħul. Għalhekk il-Qorti normalment tivvaluta kampjun ta’ sistemi kull sena. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-sistemi huma ppreżentati fil-għamla ta’ tabella msejħa “Riżultati tal-eżaminar tas-sistemi” mogħtija fl-Annessi X.2 tal-Kapitoli 2 sa 9. Is-sistemi huma kklassifikati bħala effettivi biex jimmitigaw ir-riskju ta’ żball fit-tranżazzjonijiet, parzjalment effettivi (meta jkun hemm xi dgħufijiet li jaffettwaw l-effettività operazzjonali) jew mhux effettivi (meta d-dgħufijiet huma pervażivi u b’hekk idgħajfu għalkollox l-effettività operattiva).

Kif il-Qorti tasal għall-opinjonijiet tagħha fid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

18.

Il-Qorti tasal għall-opinjoni tagħha dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea, spjegata fid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, abbażi tax-xogħol kollu tal-awditjar tagħha kif irrappurtat fil-Kapitoli 2 sa 9 ta’ dan ir-rapport u inkluża valutazzjoni ta’ kemm huwa pervażiv l-iżball. Ix-xogħol imwettaq jippermetti lill-Qorti tivvaluta l-aċċertament li l-iżbalji fil-popolazzjoni jaqbżu jew jaqgħu fi ħdan il-limiti ta' materjalità. L-aqwa stima mill-Qorti tar-rata ta’ żball għall-infiq kumplessiv fl-2012 hija ta’ 4,8 %. Il-Qorti għandha hija aktar 95 % fiduċjuża li r-rata ta' żball għall-popolazzjoni awditjata hija materjali. Ir-rata ta' żball stmata misjuba f'oqsma differenti ta' politika tvarja kif deskritt fil-Kapitoli 3 sa 9. Il-Qorti vvalutat l-iżball bħala pervażiv – li jinfirex madwar il-biċċa l-kbira tal-oqsma ta’ nfiq. Il-Qorti tagħti opinjoni kumplessiva dwar ir-regolarità tal-impenji bbażata fuq kampjun orizzontali addizzjonali.

Irregolarità jew frodi

19.

Il-parti l-kbira tal-iżbalji jiġu minn applikazzjoni skorretta jew inkella fehim ħażin tar-regoli dwar l-iskemi tal-infiq tal-UE, li ta’ sikwit jafu jkunu kumplessi. Jekk il-Qorti għandha raġuni għalfejn tissuspetta li seħħet attività ta’ frodi, din tirrapportaha lill-OLAF, l-uffiċċju tal-Unjoni kontra l-frodi, li huwa responsabbli mit-twettiq ta’ kwalunkwe investigazzjoni li tirriżulta. Il-Qorti tirrapporta bosta każijiet kull sena lill-OLAF.

PARTI 3 —    Rabta bejn l-opinjonijiet tal-awditjar għall-affidabbiltà tal-kontijiet u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

20.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-TFUE l-Qorti ħarġet:

(a)

opinjoni tal-awditjar dwar il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja li ntemmet; u

(b)

opinjonijiet tal-awditjar dwar ir-regolarità tad-dħul, pagamenti kontabilizzati għall-ispejjeż u impenji li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

21.

Dawn l-opinjonijiet tal-awditjar u l-awditi relatati jitwettqu skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet ta' Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI.

22.

Dawn l-istandards huma previsti wkoll għas-sitwazzjoni fejn l-awdituri joħorġu opinjonijiet tal-awditjar dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u r-regolarità tat-tranżazzjoniiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet, billi jiddikjaraw li opinjoni modifikata dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ma twassalx fiha nfisha għal opinjoni modifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji li l-Qorti tpoġġi opinjoni fuqhom, b'mod partikolari Nota 6 jirrikonoxxu li hemm kwistjoni materjali b'rabta ma' ksur tar-regoli li jirregolaw l-ispejjeż imposti lill-baġit tal-UE. Għaldaqstant, il-Qorti ddeċidiet li l-eżistenza ta' livell materjali ta' żball li jaffettwa r-regolarità mhijiex minnha nfisha raġuni biex timmodifika l-opinjoni separata tagħha dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet.


(1)  Barra minn dan, jittieħed kampjun rappreżentattiv orizzontali ta’ impenji u jiġi ttestjat għall-konformità mar-regoli u r-regolamenti rilevanti.

(2)  L-għan tal-awditu huwa li tintlaħaq konklużjoni valida dwar l-infiq u d-dħul tal-UE fl-intier tiegħu. Sabiex isir tqabbil validu u statistikament sinifikanti fost l-Istati Membri, l-istati benefiċjarji u/jew ir-reġjuni, ikun meħtieġ kampjun ta' għadd ħafna akbar ta' tranżazzjonijiet f'kull wieħed minnhom milli realistikament possibbli.

(3)  Hemm essenzjalment żewġ sistemi ta' għotjiet: l-offerta l-aktar baxxa jew l-offerta l-aktar vantaġġuża.

(4)  Eżempji ta' żball kwantifikabbli: l-ebda kompetizzjoni jew inkella kompetizzjoni ristretta (minbarra fejn din hija espliċitament permessa mill-qafas legali) għall-kuntratt prinċipali jew supplementarju, valutazzjoni mhux xierqa ta' offerti b'impatt fuq l-eżitu tal-offerta; tibdil sostanzjali tal-ambitu tal-kuntratt; qsim artifiċjali ta' kuntratti sabiex proġetti jinġiebu taħt il-limitu li fih japplikaw ir-regoli tal-akkwist pubbliku.

(5)  Eżempji ta' żball mhux kwantifikabbli: valutazzjoni mhux xierqa ta' offerti mingħajr impatt fuq l-eżitu tal-offerta, dgħufijiet formali tal-proċedura tal-offerti jew speċifikazzjoni tal-offerti, aspetti formali tar-rekwiżiti ta’ trasparenza mhux rispettati.

(6)  Formula, fejn l-ASI huwa l-intervall medju għall-kampjunar u i huwa n-numerazzjoni ta’ tranżazzjonijiet fil-kampjun.

ANNESS 1.2

SEGWITU TAL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI LI JIKKONĊERNAW L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET

Osservazzjonijet imqajma fis-snin preċedenti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

1.

Prefinanzjament, kontijiet pagabbli u proċeduri ta’ għeluq

1.

Prefinanzjament, kontijiet pagabbli u proċeduri ta’ għeluq

1.

Prefinanzjament, kontijiet pagabbli u proċeduri ta’ għeluq

Għall-prefinanzjament, il-kontijiet pagabbli u l-għeluq relatat, sa mis-sena finanzjarja 2007 l-Qorti identifikat żbalji kontabilistiċi b’impatt finanzjarju immaterjali b’mod kumplessiv iżda bi frekwenza għolja. Dan jenfasizza l-ħtieġa għal aktar titjib fil-livell ta’ ċerti direttorati ġenerali.

 

 

Fir-rigward tal-kontabbiltà għal ammonti prefinanzjati, il-Qorti identifikat ukoll:

li l-approvazzjoni ta’ prefinanzjamenti pendenti mhux dejjem titwettaq b'mod korrett. Għadd ta’ approvazzjonijiet jew ma twettqu xejn jew inkella twettqu għal ammonti skorretti;

li xi wħud mid-direttorati ġenerali ma jipproċessawx l-informazzjoni disponibbli dwar il-progress li jkun sar u l-ispejjeż relatati mġarrba u ma japprovawx il-prefinanzjament korrispondenti skont dan il-progress, imma jużaw approssimazzjonijiet meta jkunu qed jiddeċiedu dwar l-għeluq;

Il-Qorti sabet li bosta direttorati ġenerali jkomplu jirreġistraw stimi fil-kontijiet saħansitra meta jkollhom bażi adegwata biex japprovaw il-prefinanzjamenti korrespondenti. F'xi każijiet, dewmien fil-kontabbiltà għall-infiq imġarrab huwa marbut ma' telf fir-rekord tal-entrati. Il-Qorti tqis li titjib sinifikanti fil-proċeduri huwa meħtieġ f'ċerti direttorati ġenerali.

Il-Kummissjoni hija konxja dwar l-importanza ta’ din il-kwistjoni u qed taħdem kontinwament biex ittejjeb il-proċeduri tagħha. Artikolu speċifiku ġie introdott fir-Regolament Finanzjarju rivedut sabiex tiġi stimulata l-approvazzjoni aktar regolari tal-prefinanzjamenti. Dawn id-dispożizzjonijiet huma kkumplimentati minn gwida interpretattiva li tqassmet lid-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni kollha.

għall-ewwel darba fir-rapport annwali 2010 li f’għadd dejjem jikber ta’ każijiet il-Kummissjoni naqset milli tirreġistra sew il-pagamenti li wasslu għal assi b'mod partikolari għal strumenti ta' inġinerija finanzjarja u pagamenti bil-quddiem għal skemi oħra ta' għajnuna.

Il-Kummissjoni inkludiet strumenti ta' inġinerija finanzjarja fil-kontijiet 2010 u f'pagamenti bil-quddiem minn skemi oħra ta' għajnuna fil-kontijiet 2011. Fiż-żewġ każijiet il-bilanċi pendenti huma stmati fuq is-suppożizzjoni li l-fondi jintużaw b'mod indaqs matul il-perjodu tal-operazzjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm din is-suppożizzjoni taħt analiżi.

Il-metodu deskritt mill-Qorti japplika ġaladarba dawn il-partiti partikolari ta’ nefqa ġew identifikati. Il-Kummissjoni tqis li mhux probabbli li metodoloġija differenti, aktar affidabbli u fl-istess ħin kosteffiċjenti, tista' tiġi żviluppata fil-ftit xhur li fadal tal-perjodu ta’ programmar attwali.

2.

Divulgazzjonijiet dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji

2.

Divulgazzjonijiet dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji

2.

Divulgazzjonijiet dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji

Linji gwida tar-rappurtar finanzjarju rigward liema informazzjoni għandha tiġi inkluża u kif din għandha tiġi ttrattata għandhom jiġu eżaminati. Jinħtieġu sforzi addizzjonali biex tittejjeb il-kwalità tad-data ppreżentata.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà rfina l-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji fin-nota 6. Din in-nota hija issa aktar iffukata, u anqas estensiva. In-Nota 6 fiha wkoll informazzjoni mhux finanzjarja li tista' tkun ippreżentata aħjar fir-rapport dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-UE skont l-Artikolu 150(4) tar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) Nru 966/2012 li għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet baġitarji f'Settembru ta' kull sena.

Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha sabiex tkompli ttejjeb il-preżentazzjoni ta’ din l-informazzjoni, filwaqt li tosserva li informazzjoni aktar iddettaljata se tiġi ppreżentata fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-UE.

Fi tmiem is-snin 2010 u 2011, għall-koeżjoni, ammont totali ta’ EUR 2,5 biljun kien għad kellu jiġi implimentat (jiġifieri “imsarraf” permezz tal-irċevuta ta’ pagament lura mill-Kummissjoni jew pagament mill-Kummissjoni abbażi ta’ klejm li minnu l-Istat Membru naqqas in-nefqa ineliġibbli). Ir-rata ta’ implimentazzjoni baxxa ta’ 71 % għall-2010 u ta' 72 % għall-2011 ġiet spjegata mill-proċess ta’ għeluq li kien għadu għaddej għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006. Klejms ta’ pagamenti li waslu fi tmiem l-2010 kienu għadhom mhux awtorizzati, li fisser li ma setax jittieħed kont tal-korrezzjonijiet finanzjarji relatati fiċ-ċifri ta’ implimentazzjoni 2010.

Fi tmiem l-2012, ammont ta’ EUR 1,1 biljun kien għad kellu jiġi implimentat (rata ta' implimentazzjoni ta' 90 %). It-total għall-2012 inkluda ammonti ta' korrezzjonijiet finanzjarji li kienu parti mill-għeluq tal-programmi 2000-2006 (ara l-kaxxa 1.1).

Din iċ-ċifra hija mistennija li tiżdied matul l-2013 minħabba l-għeluq tal-programmi tal-FEŻR tal-2000-2006. Madankollu għall-Fond ta’ Koeżjoni d-disposizzjonijiet regolatorji huma differenti, u proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni tal-2000-2006 se jingħalqu prinċipalment fis-sena ta’ wara.

3.

Trasferiment tal-assi ta’ Galileo

3.

Trasferiment tal-assi ta’ Galileo

3.

Trasferiment tal-assi ta’ Galileo

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kontabilistika u teknika meħtieġa kollha tkun disponibbli fiż-żmien meta t-trasferiment tal-assi jseħħ sabiex l-assi jkunu ssalvagwardjati b’mod effettiv.

Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Aġenzija Spazjali Ewropea biex tiżgura li fiż-żmien tat-trasferiment l-informazzjoni kontabilistika u teknika meħtieġa kollha tkun disponibbli.

Il-Kummissjoni wettqet kontrolli fil-fond u hija aċċertata b'mod raġonevoli li l-ammonti identifikati fil-karta tal-bilanċ għal Galileo huma affidabbli. It-tħejjijiet għat-trasferiment tal-assi mexjin 'il quddiem b'pass sod.

Il-Kummissjoni se tkompli tawditja r-rapporti finanzjarji pprovduti mill-ASE u se tikkoreġi l-iżbalji jekk ikun meħtieġ. Se tinkoraġġixxi u tappoġġa lill-ASE sabiex tkompli ttejjeb il-kwalità tar-rappurtar finanzjarju.

Fir-rapport annwali 2010 u dawk sussegwenti tagħha, il-Qorti ġibdet l-attenzjoni għar-riżerva magħmula mid-direttur ġenerali responsabbli fir-rapport annwali tal-attività tiegħu fir-rigward tal-affidabbiltà tar-rappurtar finanzjarju mill-Aġenzija Spazjali Ewropea.

Ir-direttur ġenerali responsabbli żamm riżerva li tikkonċerna l-affidabbiltà tar-rappurtar finanzjarju mill-Aġenzija Spazjali Ewropea fir-rapport annwali tal-attività 2012 tiegħu.

 

ANNESS 1.3

SILTIET MILL-KONTIJIET ANNWALI KONSOLIDATI 2012  (1)

Tabella 1 —   Karta tal-bilanċ  (2)

(EUR miljun)

 

31.12.2012

31.12.2011

Assi mhux kurrenti

Assi intanġibbli

188

149

Proprjetà, impjant u tagħmir

5 978

5 071

Investimenti kontabilizzati bl-użu tal-metodu tal-ekwità

392

374

Assi finanzjarji

62 311

43 672

Ammonti riċevibbli u rekuperabbli

564

289

Prefinanzjament

44 505

44 723

 

113 938

94 278

Assi kurrenti

Inventarji

138

94

Assi finanzjarji

1 981

3 721

Ammonti riċevibbli u rekuperabbli

14 039

9 477

Prefinanzjament

13 238

11 007

Flus u ekwivalenti ta' flus

10 674

18 935

 

40 070

43 234

Total tal-assi

154 008

137 512

Obbligazzjonijiet mhux kurrenti

Pensjoni u benefiċċji oħra tal-impjegati

(42 503)

(34 835)

Provvedimenti

(1 258)

(1 495)

Obbligazzjonjiet finanzjarji

(57 232)

(41 179)

Obbligazzjonijiet oħra

(2 527)

(2 059)

 

(103 520)

(79 568)

Obbligazzjonijiet kurrenti

Provvedimenti

(806)

(270)

Obbligazzjonijiet finanzjarji

(15)

(51)

Ammonti pagabbli

(90 083)

(91 473)

 

(90 904)

(91 794)

Total tal-obbligazzjonijiet

(194 424)

(171 362)

Assi netti

(40 416)

(33 850)

Riżervi

4 061

3 608

Ammonti li għandhom jinġabru mill-Istati Membri (3)

(44 477)

(37 458)

Assi netti

(40 416)

(33 850)


Tabella 2 —   Rapport tal-prestazzjoni finanzjarja  (4)

(EUR miljun)

 

2012

2011

Dħul operatorju

Dħul minn riżorsi proprji u kontribuzzjonijiet

130 919

124 677

Dħul operatorju ieħor

6 826

5 376

 

137 745

130 053

Spejjeż operatorji

Spejjeż amministrattivi

(9 320)

(8 976)

Spejjeż operatorji

(124 633)

(123 778)

 

(133 953)

(132 754)

Bilanċ favorevoli / (Defiċit) minn attivitajiet operatorji

3 792

(2 701)

Dħul finanzjarju

2 157

1 491

Spejjeż finanzjarji

(1 942)

(1 355)

Moviment fl-obbligazzjoni tal-pensjoni u benefiċċji oħra tal-impjegati

(8 846)

1 212

Sehem tad-defiċit nett tal-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati

(490)

(436)

Riżultat ekonomiku għas-sena

(5 329)

(1 789)


Tabella 3 —   Rapport tal-flussi tal-flus  (5)

(EUR miljun)

 

2012

2011

Riżultat ekonomiku għas-sena

(5 329)

(1 789)

Attivitajiet operatorji

Amortizzament

39

33

Deprezzament

405

361

(Żieda)/tnaqqis fis-self

(16 062)

(27 692)

(Żieda)/tnaqqis fl-ammonti riċevibbli u rekuperabbli

(4 837)

1 605

(Żieda)/tnaqqis fil-prefinanzjament

(2 013)

(1 534)

(Żieda)/tnaqqis fl-inventarji

(44)

(3)

Żieda/(tnaqqis) fil-provvedimenti

299

234

Żieda/(tnaqqis) fl-obbligazzjonijiet finanzjarji

16 017

27 781

Żieda/(tnaqqis) f'obbligazzjonijiet oħra

468

(45)

Żieda/(tnaqqis) fl-ammonti pagabbli

(1 390)

6 944

Bilanċ pożittiv tas-sena preċedenti meħud bħala dħul mhux fi flus

(1 497)

(4 539)

Movimenti oħra mhux fi flus

260

(75)

Żieda/(tnaqqis) fl-obbligazzjoni tal-pensjoni u tal-benefiċċji tal-impjegati

7 668

(2 337)

Attivitajiet ta' investiment

(Żieda)/tnaqqis fl-assi intanġibbli u l-proprjetà, l-impjant u t-tagħmir

(1 390)

(693)

(Żieda)/tnaqqis fl-investimenti ġġustifikati bl-użu tal-metodu tal-ekwità

(18)

118

(Żieda)/tnaqqis fl-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ

(837)

(1 497)

Fluss nett tal-flus

(8 261)

(3 128)

Żieda netta/(tnaqqis nett) fil-flus u fl-ekwivalenti ta' flus

(8 261)

(3 128)

Flus u ekwivalenti ta' flus fil-bidu tas-sena

18 935

22 063

Flus u ekwivalenti ta' flus fi tmiem is-sena

10 674

18 935


Tabella 4 —   Rapport tal-bidliet fl-assi netti  (6)

(EUR miljun)

 

Riżervi (A)

Ammonti li għandhom jintalbu mingħand l-Istati Membri (B)

Assi Netti = (A) + (B)

Riżerva ta’ valur ġust

Riżervi oħra

Bilanċ pożittiv/(defiċit) akkumulat

Riżultat ekonomiku għas-sena

Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2010

(61)

3 545

(48 163)

17 232

(27 447)

Moviment fir-riżerva tal-Fond ta’ Garanzija

 

165

(165)

 

0

Movimenti fil-valur ġust

(47)

 

 

 

(47)

Oħrajn

 

2

(30)

 

(28)

Allokazzjoni tar-riżultat ekonomiku 2010

 

4

17 228

(17 232)

0

Riżultat tal-baġit 2010 kkreditjat lill-Istati Membri

 

 

(4 539)

 

(4 539)

Riżultat ekonomiku għas-sena

 

 

 

(1 789)

(1 789)

Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2011

(108)

3 716

(35 669)

(1 789)

(33 850)

Moviment fir-riżerva tal-Fond ta’ Garanzija

 

168

(168)

 

0

Movimenti fil-valur ġust

258

 

 

 

258

Oħrajn

 

21

(19)

 

2

Allokazzjoni tar-riżultat ekonomiku 2011

 

6

(1 795)

1 789

0

Riżultat tal-baġit 2011 ikkreditjat lill-Istati Membri

 

 

(1 497)

 

(1 497)

Riżultat ekonomiku għas-sena

 

 

 

(5 329)

(5 329)

Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2012

150

3 911

(39 148)

(5 329)

(40 416)


Tabella 5 —   Riżultat tal-baġit tal-UE  (7)

(EUR miljun)

Unjoni Ewropea

2012

2011

Dħul għas-sena finanzjarja

139 541

130 000

Pagamenti kontra l-approprjazzjonijiet tas-sena attwali

(137 738)

(128 043)

Approprjazzjonijiet ta' pagament riportati għas-sena N+1

(936)

(1 019)

Kanċellazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament mhux użati riportati mis-sena N-1

92

457

Differenzi tal-kambju għas-sena

60

97

Riżultat tal-baġit  (8)

1 019

1 492


(1)  Il-qarrej jingħata l-parir li jikkonsulta t-test sħiħ tal-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 li jinkludu kemm ir-rapporti finanzjarji konsolidati kif ukoll in-noti ta' spjegazzjoni u r-rapporti aggregati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u n-noti ta' spjegazzjoni.

(2)  il-karta tal-bilanċ hija ppreżentata billi jintuża l-lejawt bħal dak tal-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea.

(3)  Il-Parlament Ewropew adotta baġit fit-13 ta' Diċembru 2012 li huwa previst għall-ħlas tal-obbligazzjonijiet ta' terminu qasir tal-Unjoni mir-riżorsi proprji li jridu jinġabru, jew jintalbu, mill-Istati Membri fl-2013. Barra minn hekk, taħt l-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, kif emendat), l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu b’mod konġunt l-obbligazzjoni għall-pensjonijiet.

(4)  Ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja huwa ppreżentat billi jintuża l-lejawt bħal dak tal-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea.

(5)  Ir-rapport tal-flussi tal-flus huwa ppreżentat billi jintuża l-lejawt bħal dak tal-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti huwa ppreżentat billi jintuża l-lejawt bħal dak tal-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea.

(7)  Ir-riżultat tal-baġit tal-UE huwa ppreżentat billi jintuża l-lejawt bħal dak tal-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea.

(8)  Ir-riżultat tal-EFTA tiegħu huwa EUR (4) miljun fl-2012 u EUR (5) miljun fl-2011.


KAPITOLU 2

Dħul

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tad-dħul

Ambitu u approċċ tal-awditjar

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

Riżorsi proprji tradizzjonali

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

Riżorsi proprji tradizzjonali

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

Dħul ieħor

Effettività tas-sistemi

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

Ġestjoni tar-riżervi

Valutazzjoni tal-verifikazzjoni mill-Kummissjoni tad-data tal-ING

Riżorsi proprji tradizzjonali

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

Rapporti annwali tal-attività

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet għad-dħul 2012

Rakkomandazzjonijiet

Anness 2.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għad-dħul

Anness 2.2 —

Riżultati tal-eżaminar tas-sistemi għad-dħul

Anness 2.3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għad-dħul

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

2.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tad-dħul, li jinkludi r-riżorsi proprji u dħul ieħor. Informazzjoni ewlenija dwar id-dħul fl-2012 tingħata fit- Tabella 2.1

 

Tabella 2.1 —   Dħul — informazzjoni ewlenija 2012

Tip ta' dħul

Deskrizzjoni

Dħul 2012

(miljun EUR)

%

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

Riżorsi bbażati fuq l-ING (introjtu nazzjonali gross) mis-sena finanzjarja attwali

97 856

70,1

Riżorsi proprji tradizzjonali (RPT)

Dazji doganali u imposti fuq iz-zokkor

16 454

11,8

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

Riżorsi bbażati fuq il-VAT (taxxa fuq il-valur miżjud) mis-sena finanzjarja attwali

14 648

10,5

Korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji

Korrezzjoni favur ir-Renju Unit

–74

–0,1

Tnaqqis fil-kontribuzzjoni bbażata fuq l-ING

Mogħti lill-Pajjiżi l-Baxxi u lill-Isvezja

2

0,0

 

TOTAL TAR-RIŻORSI PROPRJI

128 886

92,4

Imgħax fuq pagamenti li jsiru tard u multi

 

3 807

2,7

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet inkonnessjoni ma' ftehimiet u programmi tal-Unjoni/tal-Komunità

 

2 928

2,1

Bilanċi pożittivi, bilanċi u aġġustamenti

 

2 041

1,5

Dħul li ġej minn persuni li jaħdmu mal-Istituzzjonijiet u ma' korpi oħra tal-Unjoni

 

1 236

0,9

Dħul li ġej mill-operat amministrattiv tal-Istituzzjonijiet

 

612

0,4

Dħul mixxellanju

 

31

0,0

Operazzjonijiet ta' self

 

0

0,0

 

TOTAL TA' DĦUL IEĦOR

10 655

7,6

TOTAL TAD-DĦUL GĦAS-SENA

139 541

100,0

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

Karatteristiċi speċifiċi tad-dħul

2.2.

Ir-riżorsi proprji jikkostitwixxu bil-bosta s-sors prinċipali ta’ finanzjament tan-nefqa baġitarja (92,4 %). Hemm tliet kategoriji ta’ riżorsi proprji (1): ir-riżorsi proprji derivati mill-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-Istati Membri, ir-riżorsi proprji tradizzjonali (RPT) (id-dazji doganali miġbura fuq l-importazzjonijiet u t-taxxa fuq il-produzzjoni taz-zokkor) u r-riżorsi proprji kkalkulati fuq il-bażi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) miġbura mill-Istati Membri.

 

2.3.

Ir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ rata uniformi għall-ING tal-Istati Membri. Il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja attwali (EUR 97 856 miljun, 70,1 % tad-dħul) huwa bbażat fuq data tal-ING imbassra (2). Din id-data hija soġġetta għal reviżjoni mill-inqas għal erba’ snin, u wara dan hija ssir preskritta (3). Ir-reviżjonijiet jitqiesu għall-kalkolu tal-bilanċi u l-aġġustamenti (4) tal-ING tal-Istati Membri għas-snin preċedenti li wkoll jikkontribwixxu għall-baġit tad-dħul annwali. Ir-riskju prinċipali għar-regolarità huwa li l-istatistika li huma bbażati fuqha jew ma ssirx f’konformità mar-regoli tal-UE jew inkella ma tiġix ipproċessata skont dawn ir-regoli.

 

2.4.

Wara li jitqies it-total tal-RPT, ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u dħul ieħor, ir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING jintużaw biex jiġi bbilanċjat il-baġit tal-UE. Kwalunkwe dikjarazzjoni insuffiċjenti (jew dikjarazzjoni eċċessiva) tal-ING għal Stati Membri partikolari — filwaqt li ma taffettwax ir-riżorsi proprji kumplessivi bbażati fuq l-ING — għandha l-effett li żżid (jew tnaqqas) il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri l-oħra, sakemm id-data tal-ING tiġi kkoreġuta.

 

2.5.

L-RPT jiġu stabbiliti u miġbura mill-Istati Membri. Tliet kwarti ta’ dawn l-ammonti jitħallsu lill-baġit tal-UE (EUR 16 454 miljun,11,8 % tad-dħul), filwaqt li l-kwart li jifdal jinżamm biex ikopri l-ispejjeż tal-ġbir. Kull Stat Membru jibgħat dikjarazzjoni tad-dazji stabbiliti (il-“kontijiet A”) lill-Kummissjoni kull xahar u dikjarazzjoni ta’ dawk id-dazji stabbiliti li mhumiex inklużi fiha (il-“kontijiet B”) kull tliet xhur (5). Ir-riskji prinċipali fir-rigward tal-RPT huma l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-puntwalità tad-dazji li jsiru disponibbli għall-Unjoni.

 

2.6.

Ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT huma kontribuzzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ rata uniformi lill-bażijiet ta’ valutazzjoni armonizzati nozzjonalment tal-VAT tal-Istati Membri (EUR 14 648 miljun, 10,5 % tad-dħul). Ir-riskji prinċipali jinstabu fil-kompletezza u l-preċiżjoni tal-bażi armonizzata ta’ valutazzjoni tal-VAT ipprovduta mill-Istati Membri u l-preċiżjoni u l-puntwalità tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri.

 

2.7.

Ir-Renju Unit jingħata korrezzjoni fir-rigward ta’ żbilanċi baġitarji (“il-korrezzjoni favur ir-Renju Unit”) li tinvolvi tnaqqis fil-pagamenti tiegħu tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING (6). Barra minn hekk, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija u l-Isvezja jibbenefikaw minn rata ta’ prelevazzjoni mnaqqsa għall-VAT, u l-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għandhom tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali tagħhom tal-ING għall-perjodu 2007-2013 (7). Ir-riskju prinċipali huwa li l-Kummissjoni tagħmel żball f’dawn il-kalkoli, notevolment fir-rigward tal-kalkoli kkumplikati tal-korrezzjoni favur ir-Renju Unit.

 

2.8.

Id-dħul l-ieħor awditjat jikkonsisti prinċipalment fil-bilanċ pożittiv tal-baġit tas-sena preċedenti, kontribuzzjonijiet inkonnessjoni ma’ ftehimiet mal-Unjoni/mal-Komunità (inkluża l-EFTA), imgħax fuq pagamenti li jsiru tard u multi. Ir-riskji prinċipali fir-rigward ta’ dħul ieħor jinkludu l-ġestjoni mill-Kummissjoni ta’ multi u żbalji fil-kalkolu ta’ kontribuzzjonijiet inkonnessjoni ma’ ftehimiet Unjoni/Komunità.

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

2.9.

L- Anness 1.1 , il- parti 2 , tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija kumplessivi tal-awditjar tal-Qorti. Għall-awditjar tad-dħul, għandhom jiġu nnutati l-punti speċifiċi li ġejjin:

(a)

L-awditu kien jinvolvi eżaminar fil-livell tal-Kummissjoni ta' kampjun ta' 55 ordni ta' rkupru (8). Il-kampjun huwa mfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa kollha tal-ordnijiet ta’ rkupru fi ħdan id-dħul.

(b)

Il-valutazzjoni tas-sistemi eżaminat:

(i)

is-sistemi għar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING (9) u r-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT fil-livell tal-Kummissjoni, u l-RPT fil-livell tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri;

(ii)

is-sistemi tal-Kummissjoni li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu tal-korrezzjoni favur ir-Renju Unit (inkluż eżaminar tal-kalkolu tal-ammont definittiv fir-rigward tal-2008);

(iii)

il-ġestjoni mill-Kummissjoni ta' multi u penali;

(iv)

il-proċeduri tal-kontroll intern tal-Kummissjoni li jkopru d-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet annwali tal-pajjiżi tal-EFTA li jappartjenu għaż-ŻEE (“kontribuzzjonijiet EFTA”);

(v)

ir-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni, b’mod partikolari ir-rapporti annwali tal-attività għall-2012 (RAA 2012) tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (id-DĠ Baġit) u l-Eurostat.

 

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

2.10.

Il-valutazzjoni ħadet bħala l-punt tat-tluq tagħha d-data tal-ING maqbula li kienet imbassra għall-2012 u mbagħad ivvalutat is-sistemi tal-Kummissjoni għall-ipproċessar ta’ din id-data sabiex jiġu ddeterminati l-ammonti li għandhom jiġu inklużi fil-kontijiet finali tal-baġit. Għalhekk il-Qorti eżaminat it-tfassil tal-baġit tal-UE u l-korrettezza tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri bbażati fuq dan it-tbassir.

 

2.11.

Il-Qorti vvalutat is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni, li huma intenzjonati li jipprovdu aċċertament raġonevoli li r-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING huma kkalkolati u miġbura b'mod korrett. L-awditu kopra wkoll il-ġestjoni mill-Kummissjoni tar-riżervi tal-ING fl-2012. Il-Qorti ma tistax tipprovdi ġudizzju dwar il-kwalità tad-data li dwarha sar qbil bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

 

2.12.

Madankollu, il-Qorti vvalutat ukoll l-effettività tal-verifikazzjoni mill-Kummissjoni tad-data tal-ING (10) tal-perjodu 2002-2010, li kienet ikkompletata f’Jannar 2012. L-analiżi ffukat fuq is-snin 2002 sa 2007, li għalihom id-data tal-ING, flimkien ma’ dik tal-2008, saret definittiva fl-2012 b’ebda possibbiltà ulterjuri ta’ modifika għall-kalkolu ta’ aġġustamenti għar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING, ħlief għall-elementi diskreti koperti minn riżervi speċifiċi (ara l-paragrafu 2.25). Dan ix-xogħol jitqies ukoll fil-valutazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni.

 

Riżorsi proprji tradizzjonali

2.13.

Il-Qorti vvalutat is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fi Stati Membri magħżula (il-Belġju, il-Polonja u l-Finlandja), li flimkien jikkontribwixxu madwar 13 % għall-RPT totali. Hija analizzat is-sistemi ta' kontabbiltà tagħhom (il-kontijiet A u B) u eżaminat il-fluss tal-RPT minn meta ġew stabbiliti sa meta ġew iddikjarati lill-Kummissjoni sabiex tikseb aċċertament raġonevoli li l-ammonti rreġistrati kienu preċiżi u kompleti. L-awditu kien jinkludi l-ittestjar ta’ kontrolli ewlenin relatati mal-affidabbiltà tad-data fid-dikjarazzjonijiet tal-importazzjonijiet (kodiċijiet preferenzjali u pajjiż ta’ oriġini), awditi ta’ wara l-approvazzjoni u analiżi tar-riskju u l-għoti ta’ eżenzjonijiet ta’ notifika fl-istadju tal-importazzjoni fl-Istat Membru li tkun saritlu żjara.

 

2.14.

Barra minn hekk, il-Qorti vvalutat is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fil-Kummissjoni, inklużi l-ispezzjonijiet tagħha fl-Istati Membri, il-proċedura tat-tħassir ta’ ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati u l-proċedura ta’ segwitu għas-sejbiet preċedenti kemm tagħha kif ukoll tal-Qorti.

 

2.15.

L-awditu tal-Qorti ta’ tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet ma jistax ikopri importazzjonijiet li ma ġewx iddikjarati jew dawk li nqabżu mis-sorveljanza doganali.

 

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

2.16.

Ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT huma derivati mill-VAT li fil-fatt ikunu rċevew l-Istati Membri u aġġustata bl-użu ta’ statistika makroekonomika u estimi (“il-bażi armonizzata ta’ valutazzjoni tal-VAT”). L-awditu ħa bħala l-punt tat-tluq tiegħu il-bażi armonizzata tal-VAT imħejjija mill-Istati Membri u vvaluta s-sistemi tal-Kummissjoni għall-ipproċessar tad-data sabiex jiġu ddeterminati l-ammonti li għandhom jiġu inklużi fil-kontijiet finali tal-baġit. Għalhekk il-Qorti eżaminat it-tfassil tal-baġit tal-UE u l-korrettezza tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri.

 

2.17.

Il-Qorti vvalutat is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni, li huma intenzjonati li jipprovdu aċċertament raġonevoli li r-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT huma kkalkolati u miġbura b'mod korrett. Il-Qorti evalwat ix-xogħol tal-Kummissjoni li twettaq fl-Istati Membri dwar il-verifikazzjoni tal-bażi armonizzata ta’ valutazzjoni tal-VAT u l-ġestjoni tagħha tar-riżervi. L-awditu ma ttestjax direttament l-istatistika u d-data pprovduta mill-Istati Membri.

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

2.18.

L- Anness 2.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-55 tranżazzjoni awditjati mill-Qorti l-ebda waħda ma kienet milquta minn żball.

 

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

2.19.

L-awditu tal-Qorti ma sab ebda żball fil-kalkolu li sar mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pagament tagħhom, li fil-parti l-kbira huma bbażati fuq id-data mbassra tal-ING għall-2012. Madankollu, il-valutazzjoni tal-Qorti wriet nuqqasijiet fl-approċċ u l-proċess ta’ verifikazzjoni mill-Kummissjoni (ara l-paragrafi 2.28 sa 2.30). Dawn in-nuqqasijiet ma kellhom ebda impatt materjali fuq ir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING irreġistrati (ara l-paragrafu 2.30).

 

Riżorsi proprji tradizzjonali

2.20.

Il-Qorti sabet li, kumplessivament, l-ordnijiet ta’ rkupru li tqajmu mill-Kummissjoni jirriflettu d-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet A mibgħuta mill-Istati Membri.

 

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

2.21.

L-awditu tal-Qorti ma sab ebda żball fil-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u fil-pagament tagħhom.

 

Dħul ieħor

2.22.

L-awditu tal-Qorti ma sab ebda żball fil-kalkolu jew fil-pagamenti ta’ tranżazzjonijiet oħra ta’ dħul. Madankollu, l-awditu tal-Qorti sab dgħufijiet amministrattivi fil-proċeduri tal-Kummissjoni għall-kalkolu ta’ parti mill-kontribuzzjoni ta’ stat wieħed tal-EFTA (11).

2.22.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jirrevedu l-proċedura amministrattiva li tindirizza dgħufija identifikata mill-Qorti b’mod partikolari rigward il-kalkolu tal-parteċipazzjoni retroattiva tal-Istati taż-ŻEE/EFTA li għalihom aktar struzzjonijiet dettaljati se jiġu ppreparati, kif meħtieġ.

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

2.23.

L- Anness 2.2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżaminar mill-Qorti tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll.

2.23.

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-Qorti rigward l-effikaċja parzjali tal-verifiki tad-DNG tiegħu fl-Istati Membri, peress li dawn ma juru l-ebda tibdil materjali meħtieġ fid-DNG tal-Istati Membri jew fil-kontribuzzjonijiet.

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

Ġestjoni tar-riżervi

2.24.

Riżerva (12) hija mezz li permezz tiegħu element dubjuż f’data tal-ING ippreżentata minn Stat Membru jista’ jinżamm miftuħ għall-korezzjoni wara l-limitu ta’ żmien statutorju ta’ erba’ snin. L-użu tar-riżervi huwa għalhekk parti mill-proċess ta’ kontroll intern. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jirriżolvu elementi dubjużi malajr kemm jista’ jkun (13).

2.24.

It-tneħħija tar-riżervi hija prijorità għolja għall-Kummissjoni u l-Istati Membri. Is-sitwazzjoni attwali f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżervi tiġi riveduta f’kull laqgħa tal-Kumitat tad-DNG b’mira li tgħolli r-riżervi kollha attwali malajr kemm jista’ jkun.

2.25.

Il-Kummissjoni ssostitwiet ir-riżervi ġenerali eżistenti kollha għall-Istati Membri tal-UE-25 b'103 riżervi speċifiċi (14). Ir-riżervi speċifiċi jkopru s-snin 2002 sa 2010 għall-Istati Membri tal-UE-15 u s-snin 2004 sa 2010 għall-Istati Membri tal-UE-10. Barra minn hekk, għalkemm ma hemmx proviżjoni għalihom fil-proċeduri tal-Kummissjoni, saru sitt riżervi speċifiċi trasversali (15) fuq l-Istati Membri tal-UE-25. Il-Qorti sabet dgħufijiet fil-verifikazzjoni mill-Kummissjoni tad-data tal-ING li taffettwa wkoll il-ġestjoni tar-riżervi (ara l-paragrafi 2.28(b), it-tieni u t-tielet inċiż u 2.29).

2.25.

Ir-riżervi trasversali jintużaw meta jkun hemm kwistjoni dwar il-kalkolu tad-DNG, li r-riżoluzzjoni tiegħu teħtieġ pjan dettaljat ta’ analiżi komparattiva tas-soluzzjonijiet adottati mill-Istati Membri u tista’ teħtieġ qbil fil-Kumitat tad-DNG fuq aspetti kunċettwali. Ir-riżultati ta' din l-analiżi komparattiva jistgħu jidentifikaw il-ħtieġa għal tibdiliet fil-kalkolu tad-DNG sabiex ikun żgurat li l-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji bbażati fuq id-DNG jiġu ddeterminati b'mod korrett.

2.26.

Fl-2012 l-ebda waħda minn dawn ir-riżervi speċifiċi relatati mal-ING ma tneħħiet. Barra minn hekk, fi tmiem l-2012 kien għad hemm żewġ riżervi speċifiċi tal-PNG fis-seħħ relatati (16) mal-perjodu 1995–2001. Is-sitwazzjoni skont l-Istat Membru tidher fit- Tabella 2.2 . Il-Kummissjoni ma tistmax l-impatt potenzjali tar-riżervi.

2.26.

Il-Kummissjoni qed tkompli bil-kooperazzjoni tagħha maż-żewġ pajjiżi waqt li twettaq missjonijiet fihom, billi għad għandhom riżervi tad-DNG għall-perjodu 1995-2001 sabiex dawn ir-riżervi jkunu jistgħu jitneħħew.

Billi l-Kontijiet Nazzjonali huma sistema kumplessa ta’ kontrolli u bilanċi, l-effett ta’ komponenti individwali ma jistax jiġi iżolat u għalhekk mhux possibbli li jiġi kwantifikat b’mod preċiż l-impatt potenzjali tar-riżervi (ta' sikwit mhux faċli li tiddetermina jekk dan hux se jkun pożittiv jew negattiv).

2.27.

Il-Kummissjoni stabbiliet riżerva ġenerali fuq id-data tal-ING tal-Greċja għas-sena 2008, peress li dak l-Istat Membru ma setax jissodisfa l-iskadenza tat-22 ta’ Settembru 2012 għat-trażmissjoni lill-Eurostat. Altrimenti, is-sena 2008 kienet issir definittiva u ma kintix tkun tista’ tiġi kkoreġuta aktar.

 

Tabella 2.2 —   Ir-riżervi speċifiċi tal-Istati Membri relatati mal-ING/PNG fil-31 ta’ Diċembru 2012  (29)

Stat Membru

Għadd ta' riżervi pendenti fil-31.12.2012

Is-sena l-aktar imbiegħda li għaliha japplikaw ir-riżervi

Il-Belġju

3

2002

Il-Bulgarija

0

m/a

Ir-Repubblika Ċeka

2

2004

Id-Danimarka

1

2002

Il-Ġermanja

2

2002

L-Estonja

2

2004

L-Irlanda

1

2002

Il-Greċja

9

1995

Spanja

3

2002

Franza

2

2002

L-Italja

3

2002

Ċipru

5

2004

Il-Latvja

10

2004

Il-Litwanja

2

2004

Il-Lussemburgu

2

2002

L-Ungerija

10

2004

Malta

8

2004

Il-Pajjiżi l-Baxxi

4

2002

L-Awstrija

1

2002

Il-Polonja

11

2002

Il-Portugall

3

2002

Ir-Rumanija

0

m/a

Is-Slovenja

3

2004

Is-Slovakkja

2

2004

Il-Finlandja

1

2002

L-Isvezja

4

2002

Ir-Renju Unit

11

1995

TOTAL

105

 

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Valutazzjoni tal-verifikazzjoni mill-Kummissjoni tad-data tal-ING

2.28.

L-eżaminar mill-Qorti tal-effettività tal-verifikazzjoni mill-Kummissjoni tad-data tal-ING għas-snin li ngħalqu 2002 sa 2007 ffinalizzat fl-2012 sab li:

2.28.

(a)

L-Eurostat ma kienx ippjana u pprijoritizza xogħlu b’mod xieraq, peress li r-riskji relatati mal-komplilazzjoni mill-Istati Membri tad-data tal-ING ma ġewx ivvalutati b’mod xieraq u l-prinċipju ta’ kostbenefiċċju (17) ma ġiex applikat sew fl-għażla tal-oqsma li kellhom jiġu vverifikati,

(a)

Il-Kummissjoni tqis li kellha proċedura bbażata fuq ir-riskju stabbilita sew għall-ippjanar u l-prijoritizzazzjoni ta' ħidmietha. Rigward iċ-ċiklu ta’ verifikazzjoni li twettaq dan l-aħħar, ġew ippreżentati pjanijiet lill-Kumitat tal-DNG li qabel dwarhom. Ir-Regolament tad-DNG prinċipalment jipprevedi li l-ġudizzju li jippermetti l-informazzjoni (dwar il-kost-benefiċċju) fuq id-daqs potenzali u s-sinifikat ta’ attivitajiet speċifiċi jew tranżazzjonijiet ikun kwalitattiv. Dan jikkorrispondi mal-approċċ magħżul mill-Kummissjoni fix-xogħol tagħha ta’ verifika.

(b)

L-Eurostat ma weriex approċċ konsistenti ta’ verifikazzjoni peress li:

(b)

instabu dgħufijiet fit-twettiq ta’ verifikazzjoni diretta. Il-Eurostat għażel oqsma għall-analiżi bl-użu ta’ kriterji differenti li mhux dejjem ġew dokumentati u ma kien hemm ebda evidenza li l-Eurostat dejjem ivverifika l-kontrolli li saru mill-istituti nazzjonali tal-istatistika dwar id-data mdaħħla li ntużat biex jiġu stmati l-komponenti magħżula,

L-Eurostat għażlet il-komponenti/oqsma biex ikunu verifikati b’verifika diretta skont il-kriterji ġenerali li ġew approvati fil-Kumitat tad-DNG (ġie ddikjarat b’mod ċar ex ante li l-komponenti magħżula jistgħu jvarjaw minn pajjiż għal ieħor). L-ambitu tal-verifika diretta kien mistenni li jibda' meta d-dejta waslet fid-dipartiment tal-kontijiet nazzjonali. Barra minn hekk, l-Istati Membri kellhom jipprovdu dokumentazzjoni dwar kwalunkwe verifika li saret mid-dipartiment tal-kontijiet nazzjonali dwar id-dejta tal-input. Il-Kummissjoni se tfittex modi kif titjieb id-dokumentazzjoni.

ma ngħatat ebda evidenza ta’ kriterji użati biex jiġu stabbiliti riżervi speċifiċi għall-pajjiż f’konformità mal-prinċipju ta’ kostbenefiċċju,

Bħal f’ċikli tal-verifika preċedenti, ir-riżervi kienu stabbiliti fuq il-bażi ta’ valutazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva ta' kull punt miftuħ waqt li tqieset il-prudenza baġitarja. Wara li l-abbozzi tar-rapporti ta' valutazzjoni tal-pajjiż ġew aċċettati mill-Kumitat tad-DNG hija l-prerogattiva tal-Kummissjoni, kif stipulat fir-Regolament tar-Riżorsi Proprji, li tistabbilixxi riżervi mingħajr l-approvazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat jew tal-Kumitat tad-DNG. Rigward il-prinċipju tal-kostijiet-benefiċċji ara t-tweġiba għal 2.28 (a) hawn fuq. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li dan l-approċċ huwa effiċjenti biex jissalvagwardja l-interessi finanzjarji tal-UE fir-rigward tar-Riżorsi Proprji tad-DNG.

xi riżervi speċifiċi trasversali ġew stabbiliti b’mod mhux xieraq. Pereżempju, fil-każ tar-riżerva dwar it-trattament ta’ abitazzjonijiet kooperattivi fejn 14-il Stat Membru ddikjaraw li ma kellhomx dawn it-tranżazzjonijiet, u tat-trattament ta’ entitajiet bi ftit jew ebda preżenza fiżika, fejn l-impatt mistenni fuq l-ING huwa limitat.

Il-kwistjonijiet trasversali talbu analiżi komparattiva dettaljata tas-soluzzjonijiet adottati mill-Istati Membri. Sa minn tmiem l-2012 id-dikjarazzjonijiet tal-Istati Membri kienu għadhom ma ġewx verifikati. Issa li dan il-proċess qed isseħħ il-Kummissjoni se tneħħi r-riżervi fl-Istati Membri fejn xieraq.

2.29.

Il-Qorti sabet ukoll problemi fil-kompilazzjoni tal-estimi tal-kontijiet nazzjonali li ma kinux inqabdu mill-Eurostat. Xi wħud minn dawn il-problemi (18) kellhom iwasslu għat-tqegħid mill-Kummissjoni ta’ riżervi addizzjonali speċifiċi għall-pajjiż, filwaqt li oħrajn (19) żvelaw stabbiliment inkonsistenti ta’ riżervi bejn l-Istati Membri.

2.29.

Il-Kummissjoni qed teżamina s-sejbiet tal-Qorti u se tislet konklużjonijiet xierqa dwar dan.

2.30.

Għalkemm dan ma jkunx jaffettwa l-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING għas-sena finanzjarja 2012, il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Istati Membri għas-snin 2002 sa 2007 kienu jkunu differenti (20).

2.30.

Ara r-risposta għall-paragrafu 2.29.

Riżorsi proprji tradizzjonali

2.31.

Fl-Istati Membri li tkun saritilhom żjara, l-awditu tal-Qorti (ara l-paragrafu 2.13) żvela nuqqasijiet fis-sorveljanza doganali nazzjonali relatati mal-awditi ta’ wara l-approvazzjoni u l-analiżi tar-riskju. Fejn is-sorveljanza doganali nazzjonali hija biss parzjalment effettiva, hemm riskju akbar li l-ammonti ta’ RPT miġbura ma jkunux preċiżi.

2.31.

Filwaqt li tqis it-tweġibiet u l-argumenti mit-tliet Stati Membri miżjura mill-Qorti, il-Kummissjoni se ssegwi n-nuqqasijiet identifikati f'dawk l-Istati Membri u fejn ikun xieraq, hija se titlobhom jieħdu l-miżuri ta’ rimedju neċessarji. Hija se tkompli teżamina s-superviżjoni doganali nazzjonali matul l-ispezzjonijiet tagħha u fejn jistabu nuqqasijiet se titlob lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex jirranġaw dawn in-nuqqasijiet.

2.32.

Id-dgħufijiet fis-sistemi identifikati fil-Belġju fir-rapporti annwali 2010 u 2011 qed jiġu indirizzati mill-Kummissjoni flimkien mal-Istat Membru. Fir-RAA għall-2011 tad-DĠ Baġit issa hemm riżerva dwar l-affidabbiltà tad-data tal-kontabbiltà ta’ dan l-Istat Membru.

2.32.

Għall-perjodu 2008-2010, twettaq awditu finanzjarju estern fl-2013 u l-opinjoni tal-awditu tagħha li ddikjarat li l-kontijiet huma ħielsa minn żbalji materjali ġiet aċċettata mill-Kummissjoni wara analiżi fil-fond tal-konklużjonijiet tal-awditu u tat-testijiet ta' awditu li saru u li jservu ta' sostenn.

2.33.

Barra minn hekk, fiż-żewġ Stati Membri l-oħra li saritilhom żjara (il-Polonja u l-Finlandja) l-Qorti sabet dgħufijiet minuri oħra fis-sistemi relatati mal-kontijiet A u l-kontijiet B.

2.33.

Fejn jiġu kkonfermati nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-kontijiet ta' dawn l-Istati Membri, dawn se jintalbu biex jieħdu miżuri biex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet.

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

2.34.

Fl-2012, il-Kummissjoni għamlet 54 riżerva u neħħiet 57. Skont il-Kummissjoni, l-effett nett tal-attivitajiet tal-kontroll fl-Istati Membri fejn tneħħew ir-riżervi kien li jitnaqqsu r-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT b’madwar EUR 4 miljun (21). Fi tmiem is-sena, kien hemm total ta’ 153 riżerva fis-seħħ (ara t- Tabella 2.3 ). Mir-riżervi li għamlet il-Kummissjoni, 44 jirrelataw ma’ ksur tal-leġiżlazzjoni tal-VAT. Dawn jistgħu jitneħħew biss wara li l-proċedura tal-ksur tkun ingħalqet u l-effett fuq il-bażi tal-VAT għas-snin ikkonċernati jkun ġie determinat. Sbatax-il riżerva saru mill-Istati Membri nfushom.

 

2.35.

Il-Qorti tiddefinixxi riżervi tal-VAT li ilhom pendenti għal żmien twil bħala li jmorru lura għal sena li tkun tal-inqas 10 snin qabel, jiġifieri dawk li kienu fis-seħħ fi tmiem l-2012 u jikkonċernaw is-sena 2003 u qabel. Is-sitwazzjoni kumplessiva hija simili għal snin preċedenti. Kien hemm 16-il riżerva li kien ilhom pendenti għal żmien twil fi tmiem is-sena, li xi wħud minnhom imorru lura għall-1995, meta mqabbel ma’ 15 fi tmiem l-2011. Mir-riżervi li ilhom pendenti għal żmien twil ħamsa jirrelataw ma’ ksur u tlieta saru mill-Istati Membri.

2.35.

It-totali jistgħu jkunu simili iżda matul kwalunkwe perjodu xi riżervi li ilhom ħafna pendenti se jkunu tneħħew, filwaqt li xi riżervi ġodda issa jkunu jimmeritaw id-deskrizzjoni li ilhom pendenti minn żmien twil. Iż-żewġ każijiet ġraw matul l-2012. Il-ħames każijiet ta' ksur imsemmija mill-Qorti bdew jitqiesu bħala li ilhom pendenti minn żmien twil fl-2012. Dawn huma parti minn ġabra kbira ta’ riżervi li toriġina mill-istess ksur. Il-Kummissjoni mhix se tkun f’pożizzjoni li tneħħi dawn ir-riżervi qabel sentenza mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Bl-istess mod, il-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li ssolvi t-tliet riżervi ffissati mill-Istati Membri. Mill-kumplament tar-riżervi li kien għad baqa’ lejn tmiem l-2012 tneħħew ħamsa minn dak iż-żmien ’l hawn inkluża waħda miż-żewġ riżervi stabbiliti mill-Kummissjoni li kienu jikkonċernaw l-1995.

Tabella 2.3 —   Riżervi tal-VAT fil-31 ta’ Diċembru 2012

Stat Membru

Riżervi pendenti fil-31.12.2011

Riżervi magħmula fl-2012

Riżervi mneħħija fl-2012

Riżervi pendenti fil-31.12.2012

Is-sena l-aktar imbiegħda li għaliha japplikaw ir-riżervi

Il-Belġju

1

5

0

6

2007

Il-Bulgarija

6

2

1

7

2007

Ir-Repubblika Ċeka

13

2

7

8

2004

Id-Danimarka

8

1

3

6

2005

Il-Ġermanja

6

2

1

7

2003

L-Estonja

10

0

0

10

2004

L-Irlanda

5

0

1

4

2006

Il-Greċja

7

0

2

5

1999

Spanja

3

0

0

3

2003

Franza

7

11

6

12

2005

L-Italja

7

5

0

12

1995

Ċipru

4

0

4

0

m/a

Il-Latvja

5

0

0

5

2004

Il-Litwanja

2

5

5

2

2008

Il-Lussemburgu

0

2

0

2

2008

L-Ungerija

4

3

3

4

2004

Malta

10

2

8

4

2005

Il-Pajjiżi l-Baxxi

9

2

0

11

2004

L-Awstrija

6

4

5

5

2004

Il-Polonja

5

7

2

10

2004

Il-Portugall

5

0

0

5

2003

Ir-Rumanija

4

0

0

4

2007

Is-Slovenja

0

0

0

0

m/a

Is-Slovakkja

0

1

1

0

m/a

Il-Finlandja

10

0

2

8

1995

L-Isvezja

11

0

6

5

1995

Ir-Renju Unit

8

0

0

8

1998

TOTAL

156

54

57

153

 

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Multi u penali

2.36.

Fi tmiem l-2012 madwar 98 % ta’ multi (22) pendenti ġew koperti b’pagament proviżorju jew b’garanzija. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (23) jiddikjaraw li l-Kummissjoni għandha tinforza l-irkupru ta’ ammonti riċevibbli bi kwalunkwe mezz disponibbli fejn la sar ħlas proviżorju u lanqas ma ġew ippreżentati garanziji mid-debituri biex ikopru l-ammont sħiħ sad-data tal-ħlas.

2.36.

L-għan tal-Kummissjoni huwa li ma tinfurżax l-irkupru bi kwalunkwe prezz minħabba li dan jista’ jkollu konsegwenzi irreparabbli għall-impriżi mmultati. Il-biċċa l-kbira ta' multi pendenti jkollhom karattru proviżorju peress li dawn ġew appellati u jistgħu jiġu kanċellati jew imnaqqsa. Għalhekk il-Kummissjoni tipprova tikseb kopertura permezz ta' pjan ta' pagament negozjat kopert minn garanzija finanzjarja, jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali taħt ir-regoli l-ġodda ta' applikazzjoni mingħajr garanzija finanzjarja.

2.37.

Il-Qorti eżaminat kampjun ta’ 30 multa li ma kinux koperti la b’pagament proviżorju u lanqas b’garanzija u sabet li fi 12-il każ il-Kummissjoni ma kinitx użat il-mezzi kollha disponibbli biex tinforza l-irkupru. Il-Qorti rrappurtat dwar l-istess kwistjoni fir-rapport annwali 2011 tagħha (24).

2.37.

Dawn il-multi jikkonċernaw jew każijiet fejn miżuri interim jew l-inkapaċità li jitħallsu t-talbiet kienu pendenti, u/jew każijiet fejn l-infurzar kien jikkawża l-insolvenza immedjata tal-impriża mmultata, bil-konsegwenza li l-Kummissjoni tkun tilfet il-multa billi mhijiex kreditur preferenzjali taħt ir-regoli kurrenti.

Rapporti annwali tal-attività

2.38.

Fir-rapport annwali tal-attività tiegħu għall-2012, id-DĠ Baġit jiddikjara li għandu aċċertament raġonevoli dwar l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data tal-ING użata għal skopijiet tar-riżorsi proprji minħabba fl-opinjoni mogħtija mill-Kumitat ING u r-riżultati tal-attivitajiet ta’ verifikazzjoni mwettqa mill-Eurostat. Il-Qorti tqis li hemm limitazzjoni għall-ambitu tal-opinjoni tal-Kumitat ING (25) u li r-RAA tal-Eurostat jipprovdi biss valutazzjoni parzjali tal-verifikazzjonijiet imwettqa fuq id-data tal-ING għal skopijiet tar-riżorsi proprji. Ir-RAA tad-DĠ Baġit kellu jirreferi għal dawn il-limitazzjonijiet.

2.38.

In-nuqqas ta’ opinjoni dwar id-dejta tad-DNG tar-Rumanija u l-Bulgarija ma impedixxiex l-użu tad-dejta għal skopijiet ta’ riżorsi proprji, minħabba li l-mekkaniżmi korrettivi huma f’posthom u jippermettu kwalunkwe modifika futura meħtieġa.

2.39.

Wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (26), li fiha hija ddikjarat li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009 (27) kien invalidu, il-Kummissjoni kkalkulat ammont ta’ EUR 285,5 miljun li kellu jiġi rimborżat lill-produtturi taz-zokkor (28) li minnhom il-Kummissjoni jkollha tħallas EUR 214 miljun lill-Istati Membri. Il-Qorti tqis li dan l-avveniment importanti kellu jissemma fir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ Baġit.

2.39.

Il-Kummissjoni ma tqisx li huwa meħtieġ li ssemmi dan fir-RAA billi r-riskju baġitarju kien indikat kif suppost. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009 li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 huwa miżura ta’ ġestjoni għas-swieq agrikoli. Madankollu minħabba li l-imposti taz-zokkor huma riżorsi proprji tradizzjonali, l-invalidazzjoni tar-Regolament ħolqot riskju għall-eżekuzzjoni tal-baġit għar-riżorsi proprji li kien debitament kopert minn dispożizzjoni fil-kontijiet annwali provviżorji għall-2012. Id-dispożizzjoni ta' EUR 214-il miljun tkopri l-ammont ta’ dazji fuq iz-zokkor li l-Istati Membri huma probabbli li jieħdu lura fuq il-bażi ta’ abbozz ta' Regolament revedut li jistabbilixxi imposti aktar baxxi.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet għad-dħul 2012

2.40.

Ibbażat fuq ix-xogħol tal-awditjar tagħha, il-Qorti tikkonkludi li, għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2012:

l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet jindika li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli preżenti fil-popolazzjoni hija żero,

is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati huma kumplessivament effettivi għar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING u għall-RPT (ara l- Anness 2.2 ),

is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati huma effettivi għar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT, għall-kalkolu tal-korrezzjoni favur ir-Renju Unit, u għal dħul ieħor (ara l- Anness 2.2 ).

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li d-dħul mhuwiex milqut minn livell materjali ta’ żball.

 

2.41.

Is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING kienu vvalutati bħala kumplessivament effettivi fl-iżgurar li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huwa bbażat id-dħul huma legali u regolari, ħlief għall-verifikazzjoni mill-Kummissjoni tad-data tal-ING li tqieset li hija parzjalment effettiva peress li:

2.41.

L-Eurostat ma jippjanax u ma jipprijoritizzax xogħlu b’mod xieraq u ma japplikax approċċ konsistenti bejn l-Istati Membri (il-paragrafu 2.28).

Il-Kummissjoni għandha proċedura stabbilita sew għall-ippjanar u l-prijoritizzazzjoni ta' ħidmietha miftiehma, skont ir-Regolament tad-DNG, mill-Kumitat tal-DNG. Jekk jogħġbok irreferi għat-tweġiba dwar il-paragrafu 2.28.

Kien hemm ukoll problemi fil-kompilazzjoni tal-estimi tal-kontijiet nazzjonali li ma kinux inqabdu mill-Eurostat (il-paragrafi 2.29 sa 2.30).

Hija l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-proċeduri tagħha jkunu l-iktar metodu kosteffikaċi minħabba n-natura tar-Riżors Proprju tad-DNG. Madankollu, il-Kummissjoni se tqis is-sejbiet tal-Qorti meta jiġu stabbiliti l-istandards għaċ-ċiklu ta’ verifika li jmiss li se jibda fl-2015.

Jekk jogħġbok irreferi għat-tweġiba dwar il-paragrafi 2.29 u 2.30.

2.42.

Il-Qorti tiġbed ukoll l-attenzjoni għall-kwistjonijiet imniżżlin hawn taħt:

2.42.

(a)

Hemm dgħufijiet fil-ġestjoni mill-Kummissjoni ta’ riżervi għal riżorsi proprji bbażati fuq l-ING. Kellhom jitqiegħdu riżervi addizzjonali speċifiċi għall-pajjiż u xi riżervi ġew stabbiliti b’mod inkonsistenti bejn l-Istati Membri (il-paragrafu 2.25). Barra minn dan, il-Kummissjoni kienet għadha ma neħħietx iż-żewġ riżervi speċifiċi relatati mal-PNG li kien għad baqa’ għall-perjodu 1995 sa 2001 (il-paragrafu 2.26).

(a)

L-Istati Membri soġġetti għar-riżervi tad-DNG huma obbligati jittrażmettu lill-Kummissjoni sat-22 ta’ Settembru 2014 il-bidliet meħtieġa (flimkien ma’ spjegazzjonijiet ta' tibdiliet li saru fuq) estimi tad-DNG bħala riżultat tal-punti nnotifikati, jew kwalunkwe informazzjoni metodoloġika addizzjonali li turi b’mod ċar li l-oġġetti notifikati ma għadhomx aktar rilevanti.

(b)

Jeżistu riżervi li ilhom pendenti għal żmien twil inkonnessjoni mar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT (il-paragrafu 2.35).

(b)

Rigward il-konsistenza tal-istipular ta’ riżervi, jekk jogħġbok ara t-tweġibiet rigward il-paragrafu 2.29.

Jekk jogħġbok irreferi għat-tweġiba li tirrigwarda l-paragrafi 2.25 u 2.26.

Minbarra t-tneħħija sussegwenti ta' ħames riżervi li ilhom ħafna pendenti kkummentati fit-tweġiba għall-paragrafu 2.35, l-azzjoni qed titkompla mal-Istati Membri kkonċernati biex ineħħu aktar riżervi. Ġew identifikati strateġiji ta' soluzzjoni li huma għaddejjin għal żewġ riżervi oħra.

(c)

L-awditu tal-Qorti żvela dgħufijiet fis-sorveljanza doganali nazzjonali (il-paragrafi 2.31 sa 2.33). Il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Istati Membri awditjati huma biss parzjalment effettivi biex jiżguraw li l-RPT irreġistrati huma kompleti u korretti.

 

Rakkomandazzjonijiet

2.43.

L- Anness 2.3 juri r-riżultat tal-analiżi tal-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru f’rapporti annwali preċedenti. Fir-rapporti annwali 2009 u 2010, il-Qorti ppreżentat sitt rakkomandazzjonijet. Minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni implimentat bis-sħiħ żewġ rakkomandazzjonijiet, filwaqt li waħda ġiet implimentata fil-parti l-kbira tal-aspetti, tnejn ġew implimentati f’xi aspetti u waħda ma ġietx implimentata.

2.43.

Is-sistemi ta’ superviżjoni u ta' kontroll (SCS) huma ta' natura organizzattiva u ma jagħtux indikazzjoni speċifika dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet, li tiddependi primarjament mis-sorsi statistiċi u mill-metodi użati, anki jekk is-SCS jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu r-riskji tal-iżbalji fil-kontijiet nazzjonali. Il-Kummissjoni se tissokta bl-isforzi tagħha sabiex tiżviluppa linji gwida dwar is-SCS li jkunu jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biex jikkumpilaw il-kontijiet nazzjonali tagħhom, filwaqt li tqis l-osservazzjonijiet tal-Qorti. (ara 2010/2009, il-punt 2 tal-Anness 2.3)

Billi l-ispezzjonijiet regolari mill-Kummissjoni jikkonfermaw li l-kont B huwa kkompjuterizzat fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, in-numru ta’ ammonti ddikjarati kif suppost fil-kont B qiegħed jonqos. Il-biċċa l-kbira tas-sejbiet tal-Kummissjoni fl-ispezzjonijiet tagħhom tal-kont B jikkonċernaw ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri li tirriżulta minn proċeduri ta’ rkupru mhux sodisfaċenti jew żbalji amministrattivi u ma jirrelatawx direttament mal-ġestjoni tal-kont innifsu. (ara 2010/2009, il-punt 3 tal-Anness 2.3)

Il-Kummissjoni ppreżentat rapport tematiku dwar proċeduri ta’ rilaxx lokali, li jikkonsolida r-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqa fi kważi l-Istati Membri kollha, lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji u lill-Grupp tal-Politika Doganali fl-2012, li jenfasizza l-oqsma ewlenin fejn hija meħtieġa azzjoni ulterjuri. Hija se tkompli tanalizza l-azzjoni ta’ rimedju meħuda mill-Istati Membri sakemm id-defiċjenzi jiġu indirizzati. (ara 2010/2009, il-punt 4 tal-Anness 2.3)

Kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri ħadu azzjoni biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni. Mill-20 riżerva li ilhom pendenti u li wasslu għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti fl-2009, 17 ġew solvuti u tneħħew. Għat-tlieta l-oħra li jibqgħu, hija meħtieġa l-azzjoni tal-Qorti qabel ikunu jistgħu jitneħħew filwaqt li jinsabu fis-seħħ strateġiji biex jirriżolvu t-tnejn l-oħra. (ara 2009 tal-Anness 2.3)

2.44.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2012, il-Qorti tirrakkommanda li l-Kummissjoni:

2.44.

Rakkomandazzjoni 1: tanalizza l-qafas tal-kontroll tagħha għall-verifikazzjoni tad-data tal-ING inkluż li twettaq analiżi strutturata u formalizzata tal-kostbenefiċċju, twettaq verifikazzjoni approfondita tal-komponenti materjali u riskjużi tal-ING, tillimita l-użu ta’ riżervi ġenerali u tistabbilixxi kriterji tal-materjalità biex isiru r-riżervi;

Bi tħejjija taċ-ċiklu ta' verifika li jmiss, li jibda fl-2015, il-Kummissjoni se tanalizza l-qafas ta’ kontroll tagħha. F’dak il-proċess hija se tikkunsidra wkoll l-punti mqajma mill-Qorti.

Rakkomandazzjoni 2: tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex isaħħu s-sorveljanza doganali sabiex jimmassimizzaw l-ammont tal-RPT miġbur;

Il-Kummissjoni, fil-kors tal-ispezzjonijiet regolari perjodiċi tagħha se tkompli tivverifika li l-Istati Membri stabbilixxew oqfsa xierqa ta’ kontroll sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE fil-qasam tar-riżorsi proprji tradizzjonali.

Rakkomandazzjoni 3: tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jużaw b’mod korrett il-kontijiet A u B u biex jiżguraw li dawn ikunu kompleti u korretti b’mod evidenti.

Il-Kummissjoni se tkompli teżamina l-użu tal-kontijiet A u B matul l-ispezzjonijiet tagħha u se titlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li dawn ikunu kompluti u korretti.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17) u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1), kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 105/2009 (ĠU L 36, 5.2.2009, p. 1).

(2)  Din id-data tiġi miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji.

(3)  Sakemm ma jiġux stabbiliti riżervi (ara l-paragrafu 2.24).

(4)  Dawn jistgħu jkunu pożittivi jew negattivi f’kull Stat Membru. Għall-2012, il-bilanċi u l-aġġustamenti netti għall-ING ammontaw għal EUR 284 miljun, 0,2 % tad-dħul (aġġustamenti pożittivi ammontaw għal EUR 952 miljun, 0,7 % tad-dħul, u aġġustamenti negattivi ammontaw għal EUR 668 miljun, 0,5 % tad-dħul).

(5)  Meta d-dazji jew l-imposti jibqgħu ma jitħallsux u ma jkun ġie pprovdut ebda titolu ta’ sigurtà, jew meta jkunu koperti minn titoli ta’ sigurtà imma jkun tqajjem dubju dwarhom, l-Istati Membri jistgħu jissospendu d-disponibbiltà ta’ dawn ir-riżorsi billi jdaħħluhom f’dawn il-kontijiet separati.

(6)  L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom. Dan it-tnaqqis kien ta’ madwar EUR 4 biljun fl-2012. L-EUR 74 miljun imsemmija fit- Tabella 2.1 jirrappreżentaw l-effett tad-differenzi fir-rati ta’ skambju.

(7)  L-Artikolu 2(4) u 2(5) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom. Iż-EUR 2 miljun relatati mal-kontribuzzjoni bbażata fuq l-ING fit- Tabella 2.1 huma l-effett tad-differenzi fir-rata tal-kambju.

(8)  Ordni ta’ rkupru hija l-proċedura li permezz tagħha l-uffiċjal li jawtorizza (AO) jirreġistra intitolament mill-Kummissjoni sabiex jirkupra l-ammont li jkun dovut.

(9)  Il-valutazzjoni tal-verifikazzjoni tad-data tal-ING kienet tinkludi żjarat fil-ħames Stati Membri bl-akbar kontribuzzjonijiet għar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING: il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit.

(10)  L-Istati Membri eżaminati f’ordni dixxendenti tal-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING kienu l-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit, l-Italja, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, l-Isvezja, il-Polonja u l-Awstrija.

(11)  Il-Qorti ma setgħetx tikkonferma l-korrettezza ta’ EUR 8 miljun minn EUR 240 miljun.

(12)  Ir-riżervi jistgħu jkunu ġenerali jew speċifiċi. Ir-riżervi ġenerali jkopru l-elementi kollha tal-kompilazzjoni tal-ING. Riżervi speċifiċi jkopru elementi diskreti tal-ING (PNG sal-2001, ING wara dan).

(13)  L-istess japplika għar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT.

(14)  Għall-Bulgarija u r-Rumanija fl-2012 kien hemm riżervi ġenerali li koprew is-snin 2007 u 2008. F’Jannar 2013 dawn tneħħew u ġew sostitwiti bi 8 riżervi speċifiċi għall-Bulgarija u 11-il riżerva speċifika għar-Rumanija li koprew is-snin 2007 sa 2010.

(15)  Dawn ir-riżervi huma definiti mill-Kummissjoni bħala punti nnotifikati lill-Istati Membri kollha biex l-Eurostat ikun jista’ jagħmel tqabbil tal-kompilazzjoni li fuqha hija bbażata d-data.

(16)  Riżerva waħda tikkonċerna l-Greċja u l-oħra r-Renju Unit.

(17)  Ara l-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta' Lulju 2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (Regolament GNI) (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1).

(18)  Pereżempju, fil-klassifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jaqdu lil unitajiet domestiċi fil-Ġermanja, fi Spanja u fi Franza; fl-estimu tal-ekonomija li ma tidhirx fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza u fl-Italja, tal-marġnijiet ta’ distribuzzjoni fil-Ġermanja u tas-servizzi tal-kiri fi Franza u fl-Italja.

(19)  Pereżempju, fir-reġistrazzjoni ta’ għotjiet mill-UE u ta’ kirjiet fuq art.

(20)  L-iskala tal-impatt potenzjali tal-osservazzjonijiet kwantifikabbli fuq il-kontribuzzjoni annwali tal-ING tal-Istati Membri li saritilhom żjara kellha firxa minn + 0,4 % sa - 1,1 %, iżda dan jassumi li ma kien ikun meħtieġ eda tibdil ieħor għall-komponenti tal-ING fil-5 Stati Membri kkonċernati, jew fl-estimi tal-ING tat-22 Stat Membru ieħor. Id-dgħufijiet li wasslu għall-osservazzjonijiet mhux kwantifikabbli jistgħu jaffettwaw ukoll il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri. Kumplessivament, id-differenzi li nstabu mhumiex materjali la għall-ING għall-2002 sal-2007 u lanqas għal dak għall-2012.

(21)  Il-bilanċ ta’ żieda ta’ EUR 31 miljun u tnaqqis ta’ EUR 35 miljun.

(22)  Madwar EUR 10,8 miljun minn EUR 11-il biljun.

(23)  L-Artikoli 84, 85 u 85a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).

(24)  Ara l-paragrafi 2.29 sa 2.31 fir-rapport annwali 2011.

(25)  Għall-2012 il-Kumitat ING stqarr li għadu ma jistax jifforma opinjoni dwar id-data tal-ING tal-Bulgarija u r-Rumanija peress li l-verifikazzjoni għadha għaddejja.

(26)  Id-deċiżjoni tas-27 ta’ Settembru 2012 għall-kawżi konġunti C-113/10, C-147/10 u C-234/10.

(27)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009 tat-3 ta' Novembru 2009 li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, 8.12.009, p. 1).

(28)  Is-snin tas-suq 2002/2003 — 2005/2006.

(29)  Ir-riżervi speċifiċi trasversali mhumiex inklużi fit-tabella.

ANNESS 2.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAD-DĦUL

 

2012

2011

2010

2009

RPT

VAT/ING, korrezzjonijiet taħt it-Titolu 1 tal-baġit

Dħul ieħor

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet:

5

47

3

55

55

55

62

Ordnijiet ta' rkupru

5

47

3

55

55

55

62

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon (għadd) tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

100 %

(5)

100 %

(47)

100 %

(3)

100 %

(55)

98 %

100 %

95 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

2 %

0 %

5 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

0 %

 

 

 


(1)  Biex jitjieb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta' riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti. Ir-riżultati tal-ittestjar jirriflettu s-sehem proporzjonali li kull segment għandu fi ħdan il-grupp tal-politika.

(2)  Ċifri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd reali tat-tranżazzjonijiet.

ANNESS 2.2

RIŻULTATI TAL-EŻAMINAR TAS-SISTEMI GĦAD-DĦUL

Valutazzjoni tas-sistemi eżaminati

Sistema kkonċernata

Kontrolli mill-Kummissjoni fl-Istati Membri

Kalkolu/kontrolli fl-uffiċċju u ġestjoni tad-dħul mill-Kummissjoni

Ġestjoni mill-Kummissjoni tar-riżervi

Kontrolli interni ewlenin fl-Istati Membri li saritilhom żjara

Valutazzjoni kumplessiva

ING

Parzjalment effettivi (1)

Effettivi

Effettiva

M/A

Effettivi

VAT

Effettivi

Effettivi

Effettiva

M/A

Effettivi

RPT

Effettivi

Effettivi

M/A

Parzjalment effettivi (2)

Effettivi

Korrezzjoni favur ir-Renju Unit

M/A

Effettivi

M/A

M/A

Effettivi

Multi u penali

M/A

Effettivi

M/A

M/A

Effettivi


(1)  Ara l-paragrafi 2.28 sa 2.30

(2)  Ara l-paragrafi 2.31 sa 2.33

ANNESS 2.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAD-DĦUL

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli aktar

Evidenza insuffiċjenti

Fil-parti l-kbira tal-aspetti

F'xi aspetti

2010

Fir-Rapporti Annwali 2010 u 2009 tagħha l-Qorti rrakkomandat li l-Kummissjoni għandha:

 

 

 

 

 

 

 

Tippreżenta lill-Kumitat tal-ING ir-rapporti ta' valutazzjoni dwar id-data tal-ING tal-Istati Membri sabiex fl-2012 ir-riżervi ġenerali eżistenti kollha jkunu jistgħu jiġu sostitwiti b'riżervi speċifiċi għall-perjodu mill-2002 ’il quddiem.

Il-Kummissjoni diġà ppreżentat l-abbozz tar-rapporti ta' valutazzjoni lill-Kumitat tal-ING u ssostitwiet ir-riżervi ġenerali b'riżervi speċifiċi (l-abbozz tar-rapporti ta' valutazzjoni ġew ippreżentati fl-2011 għall-Istati Membri tal-UE-25 u fl-2012 għall-Bulgarija u r-Rumanija u r-riżervi ġenerali ġew sostitwiti minn dawk speċifiċi f'Jannar 2012 u Jannar 2013, rispettivament).

 

 

 

 

 

 

2010 u 2009

Tiċċara l-ambitu tal-opinjoni li tipprovdi fir-rapporti ta' valutazzjoni tagħha dwar id-data tal-ING tal-Istati Membri.

Fiż-żewġ rapporti li l-Kummissjoni ppreżentat lill-Kumitat tal-ING fl-2012 (il-Bulgarija u r-Rumanija) il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni dwar il-kwalità tad-data tal-ING u dwar il-konformità tagħha mal-ESA95, fejn ikkjarifikat l-objettivi u identifikat l-verifikazzjonijiet imwettqa biex jappoġġaw il-konklużjoni kumplessiva.

 

 

 

 

 

 

Tqis l-evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll fl-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika (NSI) għall-kumpilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali.

 

 

 

Fl-2012 l-Eurostat ma kienx adotta linji gwida li jistipulaw l-aħjar prattika għall-funzjonament tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll għall-kompilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali.

 

 

ara r-risposta għall-paragrafu 2.43.

Tkompli l-isforzi tagħha biex tiżgura li l-kontijiet B jintużaw b’mod korrett mill-Istati Membri.

 

Għalkemm il-Kummissjoni ssegwi l-użu tal-kontijiet B kull sena, il-problema tippersisti.

 

 

 

 

ara r-risposta għall-paragrafu 2.43.

Tkompli l-isforzi tagħha biex tiżgura li s-sorveljanza doganali nazzjonali (pereżempju, l-għoti tas-"simplifikazzjoni superjuri" għal utenti ta' Proċeduri ta' Approvazzjoni Lokali) tkompli tissaħħaħ.

 

 

F'Diċembru 2012 il-Kummissjoni ppreżentat rapport dwar is-segwitu tagħha tal-Proċeduri ta' Approvazzjoni Lokali fl-Istati Membri. Il-konklużjonijiet tar-rapport jindikaw li jeħtieġ li s-sorveljanza doganali nazzjonali tittejjeb aktar.

 

 

 

ara r-risposta għall-paragrafu 2.43.

2009

Tkompli tagħmel pressjoni fuq l-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni adegwata malajr li tippermettilha tneħħi r-riżervi li ilhom pendenti għal żmien twil malajr kemm jista’ jkun.

 

 

Kien hemm 16-il riżerva li kien ilhom pendenti għal żmien twil fi tmiem l-2012 imqabbla ma' 20 fl-2009.

 

 

 

ara r-risposta għall-paragrafu 2.43.


KAPITOLU 3

Agrikoltura: suq u appoġġ dirett

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Ambitu u approċċ tal-awditjar

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Effettività tas-sistemi

Sistemi tal-Istati Membri relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Is-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK)

Sistemi ta' kontroll applikabbli għall-iskema tal-UE ta' għajnuna għall-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn

Stimi tar-rata tal-iżball residwu mill-Kummissjoni

Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

Il-konklużjoni għall-2012

Rakkomandazzjonijiet

Anness 3.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għall-agrikoltura: suq u appoġġ dirett

Anness 3.2 —

Riżultati tal-eżaminar tas-sistemi għall-agrikoltura: suq u appoġġ dirett

Anness 3.3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għall-agrikoltura: suq u appoġġ dirett

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

3.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tas-suq u l-appoġġ dirett għall-agrikoltura, li huwa parti mill-qasam ta' politika 'Agrikoltura u żvilupp rurali'. Informazzjoni ewlenija dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq fl-2012 tingħata fit- Tabella 3.1 .

 

Tabella 3.1 —   Agrikoltura: Suq u Appoġġ Dirett — informazzjoni ewlenija 2012

(EUR miljun)

Qasam ta' politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod ta’ ġestjoni

In-nefqa agrikola ffinanzjata mill-FAEG

Għajnuna diretta

40 880

Kondiviża

Interventi fis-swieq agrikoli

3 516

Kondiviża (39)

Nefqa amministrattiva (40)

133

Ċentralizzata u diretta

Oħrajn

149

Ċentralizzata u diretta/Kondiviża

 

 

44 678

 

Total tal-pagamenti għas-sena

44 678

 

total tan-nefqa amministrattiva  (41)

133

 

Total tan-nefqa operazzjonali

44 545

 

pagamenti bil-quddiem  (42)

17

 

+

approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem  (42)

18

 

Popolazzjoni awditjata, total

44 546

 

Total tal-impenji għas-sena

44 685

 

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

3.2.

L-għanijiet (1) tal-politika agrikola komuni (PAK) kif stabbiliti fit-Trattat huma li tkabbar il-produzzjoni agrikola, li tassigura b'dan il-mod livell ġust ta’ għajxien għall-popolazzjoni agrikola, li tagħmel is-swieq stabbli, li tiggarantixxi d-disponibbiltà tal-provvisti u li tassigura prezzijiet raġonevoli fil-konsenja tal-prodotti lill-konsumatur.

 

3.3.

Il-baġit tal-UE jiffinanzja l-infiq tal-PAK prinċipalment permezz ta' żewġ fondi (2): il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (il-FAEG), li jiffinanzja bis-sħiħ l-għajnuna diretta mill-UE u l-miżuri tas-suq (3), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR), li jikkofinanzja programmi għall-iżvilupp rurali flimkien mal-Istati Membri. Dan il-kapitolu jkopri l-FAEG filwaqt li l-FAEŻR huwa ppreżentat fil-Kapitolu 4.

 

3.4.

Il-miżuri prinċipali ffinanzjati mill-FAEG huma:

L-iskema ta' għajnuna diretta “Skema ta' Pagament Uniku” (SPU) li tipprovdi pagamenti bbażati fuq “drittijiet” (4), b'kull wieħed minnhom attivat b'ettaru wieħed ta' art eliġibbli. Fl-2012 l-SPU rrappreżentat nefqa ta’ EUR 31 081 miljun.

L-Iskema ta' għajnuna diretta “Skema ta' Pagament Uniku skont l-Erja” (SPUE), skema ta' appoġġ ta' dħul issimplifikata mmirata lejn bdiewa f'10 mill-Istati Membri (5) li ssieħbu mal-UE fl-2004 u fl-2007 u li tipprevedi l-pagament ta' ammonti uniformi għal kull ettaru eliġibbli ta' art agrikola. Fl-2012 l-SPUE ammontat għal infiq ta' EUR 5 916 miljun.

Skemi oħra ta' għajnuna diretta li prinċipalment jipprovdu pagamenti akkoppjati (6). Fl-2012, dawk l-iskemi ammontaw għal infiq ta' EUR 3 883 miljun.

Interventi fis-swieq agrikoli li jkopru pereżempju intervent f’forma ta’ ħżin, rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, programmi ta' għajnuna għall-ikel u appoġġ speċifiku għas-setturi tal-frott/tal-ħaxix u tal-inbid (li b'kollox ammontaw għal EUR 3 516 miljun fl-2012).

 

3.5.

Taħt l-iskemi kollha ta’ għajnuna diretta tal-FAEG, il-benefiċjarji tal-għajnuna mill-UE għandhom obbligu legali (7) biex jissodisfaw rekwiżiti ta’ kundizzjonalità. Dawn ir-rekwiżiti huma relatati mal-ħarsien tal-ambjent, mas-saħħa pubblika, mas-saħħa tal-annimali u l-pjanti u mat-trattament xieraq tal-annimali (Rekwiżiti Statutorji tal-Immaniġġjar (SMRs)) u mal-manutenzjoni tal-art agrikola f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (8). Jekk il-bdiewa ma jikkonformawx ma’ dawn l-obbligi l-għajnuna tagħhom titnaqqas (9).

3.5.

Ir-rispett tal-kundizzjonalità ma jikkostitwixxix kriterju ta’ eliġibbiltà għal pagamenti PAK u, għaldaqstant, il-kontrolli ta’ dawn ir-rekwiżiti ma jirrelatawx mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. Il-kundizzjonalità hija mekkaniżmu li bih il-bdiewa jkunu ppenalizzati meta ma jirrispettawx sensiela ta’ regoli li jirriżultaw b’mod ġenerali minn politiki oħra barra mill-PAK u japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE indipendentement mill-PAK. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-pieni imposti għall-ksur tal-ħtiġijiet tal-kundizzjonalità m’għandhomx jittieħdu f’kunsiderazzjoni għall-kalkolu tar-rati ta’ żball għall-PAK.

3.6.

L-infiq tal-PAK huwa suġġett għal ġestjoni kondiviża. Filwaqt li r-responsabbiltà għal-legalità u r-regolarità tal-infiq tibda fl-Istati Membri (10), il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni korretta tal-baġit. L-infiq jitwassal permezz ta' 81 aġenzija tal-pagamenti responsabbli mill-ħlas ta' pagamenti lill-benefiċjarji. Qabel ma jagħmlu l-pagamenti, huma għandhom, direttament jew permezz ta' korpi delegati, jiċċekkjaw l-eliġibbiltà tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) hija s-sistema prinċipali ta’ ġestjoni u kontroll li tiżgura r-regolarità tal-pagamenti ta’ għajnuna diretta tal-FAEG. Il-kontijiet u r-rekords tal-pagamenti tal-aġenziji tal-pagamenti huma eżaminati minn korpi indipendenti tal-awditjar (korpi taċ-ċertifikazzjoni) li jippreżentaw iċ-ċertifikati u r-rapporti annwali lill-Kummissjoni.

Tweġiba konġunta għal 3.6 u 3.7.

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, il-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni jeżaminaw, fuq bażi annwali, mhux biss il-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti, iżda wkoll il-proċeduri ta’ kontroll intern tagħhom.

3.7.

Il-Kummissjoni tkun trid tikseb l-aċċertament li l-Istati Membri stabbilixxew sistemi ta’ ġestjoni u kontroll skont ir-rekwiżiti tal-UE u li dawn is-sistemi jaħdmu b’mod effettiv.

 

3.8.

Ir-riskji prinċipali għar-regolarità tal-pagamenti diretti huma li l-għajnuna skont l-erja titħallas għal art ineliġibbli, lil benefiċjarji ineliġibbli, lil aktar minn benefiċjarju wieħed għall-istess ħabel art, li d-drittijiet jiġu kkalkulati b'mod skorrett u li l-primjums għall-annimali jitħallsu għal annimali ineliġibbli. Għal interventi fis-swieq agrikoli r-riskji prinċipali għar-regolarità huma li l-għajnuna tingħata għal spejjeż ineliġibbli jew iddikjarati b’mod eċċessiv.

3.8.

Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti dwar ir-riskji ewlenin għall-ewwel pilastru tal-PAK.

Għall-pagamenti diretti kollha l-IACS hija mfassla b’tali mod biex ittaffi dawn ir-riskji. Il-Kummissjoni timmira lejn dawn ir-riskji matul il-verifiki tagħha stess.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

3.9.

L-Anness 1.1, il- parti 2 tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija kumplessiva tal-awditjar tal-Qorti. Għall-awditu tas-suq u l-appoġġ dirett għall-agrikoltura għandhom jiġu osservati l-punti speċifiċi li ġejjin:

3.9.

Ara t-tweġibiet għall-paragrafi 1.11 u 1.12 dwar l-impatt ta’ rkupri u korrezzjonijiet finanzjarji dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

l-awditu kien jinvolvi eżaminar ta' kampjun ta' 180 tranżazzjoni (11) kif definit fl- Anness 1.1 , il-paragrafu 6. Il-kampjun huwa mfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa kollha ta' tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp tal-politika. Fl-2012 il-kampjun kien jikkonsisti fi tranżazzjonijiet minn 16-il Stat Membru (12);

Il-Kummissjoni qed issegwi mill-qrib l-iżviluppi tal-metodoloġija tad-DAS tal-Qorti fid-dawl ta’ kwalunkwe impatt potenzjali fuq ir-rata ta’ żball.

l-awditu kien ikopri rekwiżiti ta' kundizzjonalità (obbligi tal-KAAT (13) u tal-SMR 4 (14) magħżula). Każijiet fejn l-obbligi ta' kundizzjonalità ma kinux issodisfati ġew ittrattati bħala żbalji (15) diment li seta'’ jiġi stabbilit li l-ksur kien diġà jeżisti fis-sena li fiha l-bidwi applika għall-għajnuna (16). Barra minn hekk, il-Qorti eżaminat l-implimentazzjoni ta' standards u ta' kontrolli ta' kundizzjonalità mill-Istati Membri fil-kuntest tal-awditi tagħha tas-sistemi tal-FAEŻR. Ir-riżultati ta’ dan ix-xogħol huma ppreżentati fil-Kapitolu 4 (il-paragrafu 4.24) iżda huma applikabbli wkoll għal dan il-kapitolu;

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 3.5.

it-tnaqqis u l-esklużjonijiet (li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri f’każijiet fejn il-benefiċjarji tal-għajnuna mill-UE jiddikjaraw l-erja reali jew l-għadd ta’ annimali b’mod eċċessiv (17)) mhumiex inklużi fil-kalkolu mill-Qorti tar-rata ta’ żball (18);

 

il-valutazzjoni tas-sistemi eżaminat is-SIAK fi tliet aġenziji tal-pagamenti (19), f'żewġ Stati Membri li japplikaw l-SPU - il-Lussemburgu u r-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq u l-Ingilterra) - u s-sistemi ta' sorveljanza u kontroll applikabbli għall-iskema tal-UE ta' għajnuna għall-ikel għall-persuni li huma l-aktar fil-bżonn (20) fi Spanja u fl-Italja;

 

l-awditu kien jinkludi analiżi tar-rapport annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI) fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-FAEG;

 

il-Qorti analizzat ix-xogħol tal-awditjar tad-DĠ AGRI fir-rigward tal-approvazzjoni tal-kontijiet u żaret il-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-Lussemburgu u r-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq). Ir-riżultati ta' dan ix-xogħol, li japplikaw ukoll għal dan il-kapitolu, huma ppreżentati fil- Kapitolu 4 (ara l-paragrafi 4.26 sa 4.36).

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.10.

L- Anness 3.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-180 tranżazzjoni awditjati mill-Qorti 74 (41 %) kienu milquta minn żball. Abbażi tal-iżbalji li kienet ikkwantifikat, il-Qorti tistma li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija ta' 3,8 % (21).

3.10.

Filwaqt li din hija r-rata ta’ żball stmata mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), mhux neċessarjament tirrappreżenta r-riskju reali għall-baġit tal-UE. Pereżempju, ta’ min jinnota li nuqqas ta’ rispett tar-regoli tal-akkwist ma jimplikax neċessarjament li n-nefqa kollha ntużat ħażin.

Il-Kummissjoni tinnota li l-iċken limitu ta’ żball stmat mill-Qorti huwa taħt il-livell limitu ta’ materjalità.

3.11.

Għal għadd sinifikanti ta' tranżazzjonijiet milquta minn żball, il-Qorti tqis li l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jaqbdu u jikkoreġu l-iżbalji kkonċernati.

3.11.

Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li l-għodod tekniċi u legali (b’mod partikolari is-Sistemi Integrati ta’ Amministrazzjoni u ta’ Kontroll) ipprovduti lill-Istati Membri mil-leġiżlazzjoni tal-PAK għall-ġestjoni u l-kontroll tal-infiq jippermettu lill-Istati Membri biex jillokalizzaw u jikkoreġu l-biċċa l-kbira tal-iżbalji.

Madankollu, kif żvelat biċ-ċar mir-RAA tiegħu għall-2012, il-verifiki tad-DĠ AGRI jindikaw li f’għadd ta’ Stati Membri jeżistu nuqqasijiet sinifikanti fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll. Dawn is-sejbiet huma l-bażi għal proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità b’mod adegwat bil-ħsieb li jipproteġi l-baġit tal-UE mir-riskju ta’ ħlas irregolari u, bħala medja madwar 600 miljun EUR huwa rkuprat għall-baġit kull sena għall-FAEG.

3.12.

Mill-74 tranżazzjoni milquta minn żbalji 60 kienu milquta minn żbalji kwantifikabbli, li jikkonċernaw il-preċiżjoni jew l-eliġibbiltà tal-pagamenti ta' għajnuna. L-iżbalji ta’ preċiżjoni l-aktar frekwenti huma relatati ma’ dikjarazzjonijiet eċċessivi tal-art u ma' żbalji amministrattivi, li ħafna minnhom jammontaw individwalment għal anqas minn 5 %. Instabu każijiet ta' dikjarazzjoni eċċessiva tal-erja fi 11 mis-16-il Stat Membru li saritilhom żjara. Il-biċċa l-kbira tal-iżbalji amministrattivi kienu relatati ma' valuri skorretti ta' drittijiet (ara l-kaxxa 3.1).

3.12.

Il-Kummissjoni tinnota li ħafna mill-iżbalji kwantifikabbli huma relattivament żgħar f’termini finanzjarji u jikkonċernaw primarjament differenzi żgħar fil-kejl mill-ġdid ta’ pakketti trasferiti mill-Qorti; Fil-fatt, 36 mill-iżbalji misjuba mill-Qorti huma anqas minn 5 % li minnhom 23 huma taħt it-2 %.

Fejn l-iżbalji fir-rigward ta’ valuri żbaljati ta’ intitolamenti joħolqu riskju għall-Fond, dawn huma segwiti fil-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità. Għall-kalkolu żbaljat ta’ drittijiet għal Franza msemmi fil-kaxxa 3.1, għadhom għaddejjin proċeduri ta’ approvazzjoni li jkopru kemm is-sena finanzjarja 2011 kif ukoll 2012.

3.13.

L-iżbalji ta' preċiżjoni li kienu akbar huma relatati l-aktar ma' pagamenti eċċessivi għal mergħat permanenti li għalihom il-kontroverifiki ta' ħbula ddikjarati mqabbla mas-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba' (LPIS) naqsu milli jidentifikaw dikjarazzjonijiet eċċessivi peress li art ineliġibbli ġiet irreġistrata bħala mergħa permanenti eliġibbli fid-database tal-LPIS (ara l-kaxxa 3.1).

3.13.

Il-Kummissjoni hija konxja mill-kwistjoni u qed issegwi l-kwistjoni permezz tal-proċedura ta’ verifika tal-kontijiet tagħha, u, meta meħtieġ, permezz ta’ pjan ta’ azzjoni.

Kaxxa 3.1 — Eżempji ta' żbalji ta' preċiżjoni

Dikjarazzjonijiet eċċessivi – ikklejmjar ta' għajnuna għal art ineliġibbli

Fi Spanja, fl-Awstrija u fil-Portugall xi ħbula referenzjali kklejmjati u mħallsa bħala mergħat permanenti fil-verità kienu miksija kollha jew parzjalment bil-blat, b'foresti densi jew b'arbuxelli, li għandhom jeskluduhom minn għajnuna mill-UE (22). Il-klejms ta' għajnuna għal dawn il-ħbula kienu aċċettati peress li l-istatus reali tagħhom ma kienx rifless sewwa fl-LPIS. F'xi wħud mill-każijiet il-ħbula setgħu kienu użati għal attività agrikola fil-passat, iżda nstabu li kienu ġew abbandunati għal bosta snin.

Dikjarazzjonijiet żejda — it-talbiet għal għajnuna għal art li ma kinitx eliġibbli

Il-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità kontinwi se jkopru r-riskji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull wieħed minn dawn it-tliet Stati Membri msemmija mill-Qorti.

Fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ żoni ta’ mergħat fi Spanja, l-Awtoritajiet Nazzjonali ġew mitluba jaġixxu fuq din il-kwistjoni u ppreżentaw il-Pjan għal Titjib tal-LPIS f’Novembru 2010. Dan il-pjan ta’ titjib jinkludi l-aktar miżuri li jimplimentaw l-applikazzjoni ta’ koeffiċjent tal-eliġibbiltà għal ħbula ta’ raba’ għall-mergħat u biex ikun żgurat aġġornament sistematiku tal-LPIS bir-riżultati tal-kontrolli fuq il-post. Il-Kummissjoni tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan bħala parti mill-approvazzjoni tal-konformità li permezz tagħha r-riskju korrispondenti għall-Fond se jkun kopert.

Fir-rigward tal-Portugall, in-nuqqas kien suġġett għal pjan ta’ azzjoni li tlesta fl-2013. Għas-snin ikkonċernati, ir-riskju għall-Fond huwa suġġett għal proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità.

Kalkolu skorrett ta' drittijiet għal pagament irreġistrat fid-database tad-drittijiet

Fi Franza il-pagamenti ta' għajnuna tal-SPU awditjati kienu skorretti minħabba n-nuqqas ta' konformità mal-limitu massimu nazzjonali għal drittijiet allokati stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-UE (23).

Instabu wkoll kalkoli skorreti tad-drittijiet fil-Lussemburgu (ara l-paragrafu 3.23).

Kalkolu skorrett ta’ drittijiet għall-pagament rreġistrati fid-database tad-drittijiet

B’rabta mal-kalkolu ħażin ta’ drittijiet għall-pagament fi Franza, proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità li jkopru s-SF2011 u s-SF2012 għadhom għaddejjin. Franza ġiet mitluba tikkoreġi l-valur tad-drittijiet mingħajr ebda dewmien bla bżonn. Il-Kummissjoni tosserva li l-proċedura ta’ konformità tagħha għall-inkorrettezza tad-drittijiet għall-pagament fi Franza ġiet varata bħala segwitu għall-eżerċizzju DAS 2011 u li dan l-iżball huwa limitat b’mod ċar għal Franza. L-ammont eżatt ta’ ħlasijiet mhux dovuti għall-popolazzjoni kollha ser jiġi determinat u kompletament irkuprat permezz tal-proċedura ta’ konformità. Il-Kummissjoni tistma li dan il-qbiż tal-limitu jirrappreżenta 0.2 punti perċentwali tar-rata ta’ żball ġenerali stabbilita mill-Qorti.

L-osservazzjoni li tikkonċerna lil-Lussemburgu se tkun segwita permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

3.14.

Id-dgħufijiet sistematiċi identifikati fir-rigward tal-valutazzjoni korretta tal-eliġibbiltà tal-mergħat permanenti diġà ġew irrappurtati f'rapporti annwali preċedenti (24) u nstabu wkoll fil-kuntest tal-awditi tas-sistemi mwettqa fir-Renju Unit (l-Ingilterra u l-Irlanda ta' Fuq).

3.14.

Il-Kummissjoni taf bil-kwistjonijiet relatati mal-eliġibbiltà ta’ mergħat f’dan l-Istat Membru u l-kwistjoni qed tiġi segwita permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

3.15.

Fir-rigward tal-iżbalji ta' eliġibbiltà il-Qorti identifikat każijiet fejn l-ispejjeż iddikjarati ma kinux eliġibbli (ara l-kaxxa 3.2).

 

Kaxxa 3.2 —   Eżempju ta' żbalji ta' eliġibbiltà — Spejjeż ineliġibbli għall-persunal

Fil-Portugall is-salarji tal-persunal tal-awtoritajiet reġjonali inkarigati mit-twettiq ta' spezzjonijiet fuq il-post kienu kklejmjati minn dawn l-awtoritajiet bħala assistenza teknika, kuntrarjament għal-leġiżlazzjoni tal-UE (25).

Kaxxa 3.2    Eżempju ta’ żbalji ta’ eliġibbiltà — Spejjeż ineliġibbli tal-persunal

Din il-kwistjoni se tiġi segwita fil-qafas tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

3.16.

Abbażi tal-eżaminar tagħha ta' obbligi magħżula ta’ kundizzjonalità (ara l-paragrafu 3.9, it-tieni inċiż), il-Qorti sabet ksur f'24 (26) mill-146 pagament suġġetti għal dawn l-obbligi (27). Il-ksur l-aktar frekwenti ta' kundizzjonalità osservat huwa relatat ma' art mhux miżmuma f'KAAT u ma' faċilitajiet inadegwati jew insuffiċjenti tal-ħżin għal nitrati li joriġinaw mill-annimali.

3.16.

Dwar l-iktar ksur frekwenti li nstab mill-Qorti, il-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istandards tal-KAAT u SMR4 (faċilitajiet ta’ ħażna għal nitrati li joriġinaw mill-annimali) matul il-verifiki tal-kundizzjonalità tagħhom. Xi dgħufijiet osservati qed jiġu segwiti permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

Sistemi tal-Istati Membri relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.17.

L- Anness 3.2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżaminar mill-Qorti tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll (28).

3.17.

Taħt is-sistema ta’ ġestjoni maqsuma hija r-responsabbiltà tas-sisistema ta’ kontroll intern tal-aġenziji li jħallsu biex jikxfu n-nuqqasijiet. Dan ifisser li għaddejja sistema ta’ monitoraġġ u verifika interna tal-aġenzija tal-ħlas għandhom l-ewwel nett jindunaw jekk il-proċeduri amministrattivi u ta’ kontroll ma jkunux effettivi. Iċ-ċertifikazzjoni annwali mwettqa mill-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kontijiet tinkludi l-eżaminar tal-konformità mal-kriterji tal-akkreditazzjoni. Ħafna drabi l-aġenzija tal-ħlas tkun konxja min-nuqqasijiet u tkun qed tieħu azzjonijiet biex tirrimedja n-nuqqasijiet, ħaġa li tieħu ż-żmien. Il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità qiegħda hemm sabiex jiġi żgurat li l-korrezzjonijiet finanzjarji jkunu jistgħu jiġu applikati kontra l-Istati Membri għal żbalji finanzjarji minħabba kontrolli dgħajfa jew nuqqas ta’ konformità mal-kontrolli ewlenin.

Is-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK)

3.18.

Is-SIAK tkopri l-iskemi prinċipali ffinanzjati mill-FAEG, jiġifieri l-SPU u l-SPUE kif ukoll l-iskemi kollha ta' għajnuna akkoppjata relatati mal-erja u l-iskemi ta' primjums fuq l-annimali. Is-sistema tikkonsisti f'databases tal-ażjendi agrikoli u tal-applikazzjonijiet ta' għajnuna, Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba' (LPIS), databases tal-annimali u database tad-drittijiet fl-Istati Membri li jimplimentaw l-SPU. Is-sistema tipprevedi bosta kontrolli ta’ eliġibbiltà inklużi kontroverifiki bejn databases u spezzjonijiet fuq il-post.

 

3.19.

Il-valutazzjoni tas-SIAK kopriet il-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti rilevanti u valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi fl-iżgurar tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti, prinċipalment l-elementi li ġejjin:

(a)

proċeduri amministrattivi u ta' kontroll u kwalità tad-databases;

(b)

sistemi ta’ kontroll ibbażati fuq kontrolli fiżiċi fuq il-post;

(c)

proċeduri biex jiġi żgurat l-irkuprar ta’ pagamenti mhux dovuti.

 

3.20.

L-awditi tal-Qorti juru li l-effettività tas-SIAK hija affettwata b'mod avvers, prinċipalment minn databases mhux preċiżi użati għall-kontroverifiki.

3.20.

Is-servizzi tal-Kummissjoni huma attenti li l-eżattezza tal-informazzjoni f’dawn il-bażijiet ta’ dejta, minħabba li hija element ewlieni għal ġestjoni u kontroll korrett. Meta jiġu skoperti n-nuqqasijiet, l-Istati Membri jintalbu joffru rimedju għalihom. Barra minn hekk, ir-riskju għall-Fond huwa kopert mill-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Filwaqt li jirrikonoxxu li inevitabbilment dejjem ser jibqa’ ċerti dgħufijiet u imperfezzjonijiet, is-servizzi tal-Kummissjoni madankollu huma tal-opinjoni li s-SIAK fit-totalità tagħha tibqa’ sistema solida għall-ġestjoni tan-nefqa tal-PAK.

Proċeduri amministrattivi u ta' kontroll u kwalità tad-databases

3.21.

Il-proċeduri amministrattivi u ta' kontroll (29) applikati mill-aġenziji tal-pagamenti għandhom jinkludu kontroverifiki kull fejn ikun possibbli u xieraq, fost l-oħrajn mad-databases kollha tas-SIAK. Il-Qorti vverifikat jekk id-databases iżommux informazzjoni kompleta u affidabbli, jekk il-kontroverifiki identifikawx anomaliji u jekk ittiħditx azzjoni korrettiva fejn meħtieġ.

 

3.22.

L-LPIS hija database li fiha rekord tal-erja agrikola sħiħa (ħbula referenzjali) ta' Stat Membru u l-erjas eliġibbli rispettivi ta kull ħabel referenzjali. L-LPIS hija bbażata fuq Sistema ta' Informazzjoni Ġeografika (GIS) li fiha l-konfini tal-ħbula diġitalizzati u bir-referenzi ġeografiċi, li preferibbilment għandhom ikunu bbażati fuq l-użu ta' ortoimmaġnijiet spazjali (30) L-erjas eliġibbli ta' ħbula referenzjali għandhom ikunu vvalutati abbażi tal-ortoimmaġnijiet l-aktar reċenti. Il-Qorti sabet nuqqasijiet sinifikanti fl-LPIS awditjata (ara l-kaxxa 3.3).

 

Kaxxa 3.3 —   Eżempji ta' data skorretta fl-LPIS/GIS

Fir-Renju Unit (l-Ingilterra) l-aġenzija tal-pagamenti ma tivvalutax l-eliġibbiltà ta' art komuni (329 000 ha) u tagħmel biss użu limitat mill-ortoimmaġnijiet għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà ta' ħbula oħra kklejmjati. Il-Qorti analizzat kampjun ibbażat fuq ir-riskju ta' ħbula ta' foresti u sabet li xi wħud kienu bbenefikaw minn għajnuna mill-UE, kontrarjament għal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Fir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq) il-karatteristiċi ineliġibbli ma jidhrux bħala art ineliġibbli fil-GIS. Fl-2011 sar aġġornament tal-LPIS sabiex jiġu rrimedjati d-dgħufijiet li nqabdu matul il-valutazzjoni tal-kwalità meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-UE (31). Il-Qorti eżaminat kampjun limitat ibbażat fuq ir-riskju ta' ħbula referenzjali li skont l-ortoimmaġnijiet kienu foresti u sabet li bosta minn dawn il-ħbula kienu rreġistrati bħala mergħat permanenti. Għal xi ħbula oħra l-erja eliġibbli rreġistrata fl-LPIS instabet li kienet akbar mill-erja totali tal-ħabel.

Kaxxa 3.3    Eżempji ta’ dejta mhux korretta f’LPIS/GIS

Bħalissa, m’hemm ebda obbligu legali għall-użu ta’ ortoimmaġni. Madankollu, il-Kummissjoni pproponiet fir-regolament orizzontali li jittratta l-kontroll, il-finanzjament u l-monitoraġġ tal-PAK, li l-Istati Membri jkunu mitluba jużaw dawn l-istampi.

Jekk l-awditjar juri li l-informazzjoni fis-sistema hija żbaljata u dan ħoloq riskju, dan ikun segwit skont il-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-qagħda fl-Irlanda ta’ Fuq, l-attivitajiet ta’ aġġornament imwettqa mill-awtoritajiet fl-2011 kienu riżultat ta’ verifiki mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni fis-snin 2006–2009. Dawn wasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji għas-snin sal-2009. Proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità għadhom għaddejjin f’dak li jirrigwarda s-snin ta’ wara.

3.23.

Fir-rigward tal-preċiżjoni tal-pagamenti, il-Qorti sabet nuqqasijiet fit-tliet aġenziji tal-pagamenti kollha kemm huma. Fil-Lussemburgu l-fondi disponibbli fir-riżerva nazzjonali ntużaw biex iżidu l-valur tad-drittijiet kollha allokati, kontrarjament għad-dispożizzjonijiet (32) tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Fir-Renju Unit (l-Ingilterra u l-Irlanda ta’ Fuq) il-Qorti osservat bosta każijiet fejn l-ammont ta' għajnuna kien ikkalkulat abbażi ta' erjas akbar minn dawk li fil-fatt kienu determinati minn kontrolli fuq il-post imwettqa minn spetturi nazzjonali.

3.23.

Is-sitwazzjoni li tikkonċerna lil-Lussemburgu se tkun segwita permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Is-sitwazzjoni fir-rigward tar-Renju Unit (l-Ingilterra u l-Irlanda ta’ Fuq) hija u ser tkun segwita permezz ta’ ħafna proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Sistemi ta’ kontroll ibbażati fuq kontrolli fiżiċi fuq il-post

3.24.

Il-kwalità tal-kejl fuq il-post hija ta’ importanza ewlenija għad-determinazzjoni korretta tal-ammonti ta’ għajnuna. Il-Qorti wettqet mill-ġdid għadd ta’ kejliet li kienu saru mit-tliet aġenziji tal-pagamenti awditjati. Fit-tlieta li huma l-kejl tal-Qorti kien differenti b'aktar mill-marġinijiet ta' tolleranza applikabbli (33) mir-riżultati rrappurtati mill-ispetturi tal-aġenzija tal-pagamenti (fil-Lussemburgu għal 5 minn 61, fir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq) għal 6 minn 42 u fir-Renju Unit (l-Ingilterra) għal 8 minn 21 kejla).

3.24.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jikkondividu l-opinjoni tal-Qorti li l-kwalità tal-kontrolli fuq il-post hija importanti. Il-verifiki mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni identifikaw nuqqasijiet simili fil-kwalità tal-kontrolli fuq il-post, u d-dgħufijiet li nstabu jkunu segwiti permezz tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità li jiżguraw li r-riskju għall-baġit tal-UE jkun kopert b’mod adegwat.

Il-verifiki tal-Kummissjoni identifikaw ukoll in-nuqqasijiet tal-SIAK fl-Ingilterra u l-Irlanda ta’ Fuq. Dawn l-aġenziji tal-ħlas diġà kienu soġġetti għal korrezzjonijiet finanzjarji f’dan ir-rigward u aktar proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità għaddejjin bħalissa.

3.25.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE tiddefinixxi l-bur bħala art miksija b'veġetazzjoni erbaċea. Fir-Renju Unit (l-Ingilterra u l-Irlanda ta' Fuq) l-għajnuna tal-SPU tingħata għal boskijiet għar-rigħi. Madankollu, meta l-Qorti reġgħet wettqet spezzjonijiet fuq il-post fir-Renju Unit (l-Ingilterra) bosta ħbula bħal dawn instabu li ma kienx fihom ħaxix u għalhekk ma ssodisfawx id-definizzjoni ta’ boskijiet għar-rigħi. L-ispetturi nazzjonali kienu rrappurtaw li ż-żoni kienu eliġibbli bis-sħiħ għall-għajnuna mill-UE.

3.25.

Is-servizzi tal-Kummissjoni huma konxji mill-problemi identifikati mill-Qorti u qed isegwuhom — ara l-kaxxa 3.3.

Is-servizzi tal-Kummissjoni huma tal-fehma li, pereżempju, biex issir il-manutenzjoni tal-agrikoltura f’oqsma speċifiċi, l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw proċedura li tiżgura li ż-żona eliġibbli fi ħdan dawn il-pakketti titqies għall-pagament, sakemm b’mod ġenerali il-pakkett ikun jista’ xorta waħda jitqies bħala “agrikolu”. Linji gwida li jinkludu eżempji dwar kif għandu jiġi vvalutat il-qasam li għandu jiġi kkunsidrat ġew diskussi ma’ u mqassma lill-Istati Membri fis-snin reċenti.

Proċeduri biex jiġi żgurat l-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti

3.26.

Fit-tliet aġenziji tal-pagamenti magħżula għall-awditu tas-sistemi tas-SIAK il-Qorti eżaminat ir-rekords kontabilistiċi biex tistabbilixxi jekk l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati humiex kontabilizzati kif xieraq u jekk dawn l-ammonti humiex irrappurtati b'mod korrett lill-Kummissjoni. Fil-Lussemburgu u fir-Renju Unit (l-Ingilterra) proċeduri bħal dawn instabu li joperaw b'mod sodisfaċenti.

 

3.27.

Fir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq) il-Qorti osservat li r-rikonċiljazzjoni tal-ammonti rreġistrati fil-ktieb tad-debituri għar-rekords individwali ta’ bażi mhux dejjem kienet possibbli u li l-imgħaxijiet dovuti ma kinux irreġistrati fit-tabella ta' pagamenti mhux dovuti.

3.27.

Il-Kummissjoni hi konxja mis-sitwazzjoni u qed isegwi dan fil-kuntest tar-rilaxx tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet.

Sistemi ta' kontroll applikabbli għall-iskema tal-UE ta' għajnuna għall-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn

3.28.

Il-Qorti eżaminat is-sistemi ta' kontroll applikabbli għall-iskema tal-UE ta' għajnuna għall-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fi Spanja u fl-Italja. Taħt l-iskema, l-offerent li jkollu suċċess jintrabat li jipprovdi ċerta kwantità ta' ikel lill-karitajiet għat-tqassim lill-persuni l-aktar fil-bżonn (34) fl-UE. F'ħafna każijiet, l-offerent jitħallas fil-forma ta' prodotti kkonsenjati minn ħażniet ta' intervent. Ħafna drabi, dawn il-prodotti jiġu minn faċilitajiet ta' ħżin ta' intervent fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn l-ikel qed jiġi mqassam. F'dawn il-każijiet l-iskema ta' għajnuna għall-ikel teħtieġ kooperazzjoni amministrattiva mill-qrib bejn l-Istati Membri involuti.

 

3.29.

Fiż-żewġ aġenziji tal-pagamenti eżaminati, Il-Qorti vvalutat li s-sistemi applikabbli għat-tqassim tal-ikel huma effettivi. Madankollu, il-Qorti sabet li l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri kkonċernati kienet affettwata minn ċerti nuqqasijiet (ara l- Anness 3.2) .

3.29.

Il-Kummissjoni tinnota l-valutazzjoni ġenerali pożittiva tal-Qorti.

Stimi tar-rata tal-iżball residwu mill-Kummissjoni

3.30.

Id-DĠ AGRI jivvaluta r-Rata tal-Iżball Residwu (RER), jiġifieri sa liema punt it-tranżazzjonijiet jibqgħu milquta minn żball wara l-operazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll. Qabel ir-RAA 2012, l-elementi bażiċi għal din il-valutazzjoni kienu l-istatistika tal-ispezzjonijiet fuq il-post ikkompilata mill-Istati Membri. Id-DĠ AGRI bbaża l-kalkolu tar-rata tal-iżball residwu fuq ir-riżultati ta' spezzjonijiet magħżula b'mod aleatorju rrappurtati fl-istatistika. Sabiex jikkumpensa għal kwalunkwe nuqqas jew inkompletezza potenzjali ta' din l-istatistika d-DĠ AGRI applika żieda (uplift) ta' 25 % għar-rata ta' żball irrappurtata fl-istatistika.

3.30.

Il-mod kif id-DĠ AGRI stabbilixxa r-rata ta’ żball residwu rrappurtata fir-rapport ta’ attività annwali tiegħu għall-2012 huwa deskritt fil-paragrafu 3.31. Id-deskrizzjoni fil-paragrafu 3.30 dwar kif dan sar fis-snin preċedenti hija barra mill-ambitu tal-verifika ta’ dan ir-rapport.

3.31.

Fir-RAA 2012 tiegħu u wara valutazzjoni tal-affidabbiltà tal-proċeduri applikati, id-DĠ AGRI għamel reviżjoni sostanzjali tal-approċċ tiegħu għall-kalkolu tar-rata tal-iżball residwu. Dan issa jqis il-fatt li l-istatistika tal-ispezzjonijiet tista’ tkun milquta minn nuqqasijiet li għandhom impatt fuq l-affidabbiltà tagħha u li din ma tkoprix il-komponenti kollha tar-rata tal-iżball residwu. Konsegwentement, id-DĠ AGRI wettaq valutazzjoni individwali għal kull aġenzija tal-pagamenti u kkoreġa 'l fuq ir-rati ta' żball irrappurtati fejn qies li kien meħtieġ. Saru żidiet ta' 2 jew 5 punti perċentwali skont is-severità tad-dgħufijiet għal 37 minn 81 aġenzija tal-pagamenti.

3.31.

Fis-snin preċedenti, il-Qorti kkritikat lid-DĠ AGRI minħabba li bbaża r-rata ta’ żball residwa biss fuq il-bażi tad-dejta rrapportata mill-Istati Membri dwar il-kontrolli li jsiru b’marġni ta’ sigurtà ta’ 25 %. Għas-sena 2012 DĠ AGRI żviluppa u uża għal pagamenti diretti diżakkoppjati (is-SPUE u s-SPU) approċċ integrat ġdid applikat fil-livell tal-aġenzija tal-ħlas li għadu bbażat fuq l-istatistiki ta’ kontroll mill-Istati Membri, iżda li jqis ukoll evidenza għall-awditjar oħra disponibbli bħall-opinjoni tal-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni, ir-riżultat ta’ verifiki mill-Kummissjoni u l-valutazzjoni mill-Qorti dwar l-effettività tas-sistema ta’ kontroll. L-informazzjoni disponibbli mill-verifiki tal-QEA, is-sejbiet tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni u l-verifiki tal-Kummissjoni stess hija integrata f’valutazzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni fil-livell tal-Aġenzija tal-Pagamenti u titqies fl-aggregazzjoni f’livell tal-Istati Membri u f’livell tal-UE-27.

3.32.

B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni tikkalkula li r-rata tal-iżball residwu għal għajnuna diżakkoppjata skont l-erja għall-2012 hija ta' 2,4 %, jiġifieri 4,5 darbiet ogħla mir-rata ta' żball ta' 0,54 % (35) kkalkulata abbażi tal-istatistika rrappurtata mill-Istati Membri.

3.32.

Kif irrappurtat fid-DĠ AGRI RAA 2012, il-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità għadhom għaddejjin għas-17-il Stat Membru affettwat b’rata ta’ żball ogħla minn 2 %. L-ammonti f’riskju, b’mod sistematiku, se jiġu rkuprati.

3.33.

Din il-bidla fl-approċċ tirrikonoxxi d-dgħufijiet irrappurtati mill-Qorti f'rapporti annwali preċedenti (36) u kkonfermati mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (37). Madankollu, il-Qorti tqis li l-Kummissjoni għandha wkoll tieħu azzjoni korrettiva għall-oqsma li jifdal tal-FAEG.

3.33.

L-approċċ integrat il-ġdid li ntuża għall-2012 għal għajnuna diretta diżakkoppjata se jkun żviluppat aktar u estiż kemm jista’ jkun sal-miżuri l-oħra tal-PAK għas-sena 2013.

3.34.

Ir-riżultati tal-approċċ il-ġdid jikkonfermaw li jista' jinkiseb aċċertament limitat biss mill-istatistika tal-ispezzjonijiet tal-Istati Membri, mid-dikjarazzjonijiet tad-diretturi tal-aġenziji tal-pagamenti u mix-xogħol imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni. Fil-fatt, għas-37 aġenzija tal-pagamenti kollha kemm huma li għalihom il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika żieda fir-rata ta' żball tal-għajnuna diżakkoppjata skont l-erja rrappurtata fl-istatistika tal-kontroll, id-diretturi tal-aġenziji tal-pagamenti rispettivi kienu taw opinjoni mhux kwalifikata u għal 32 minnhom il-korpi taċ-ċertifikazzjoni kienu wkoll għamlu dan.

3.34.

Ara r-risposta għall-paragrafu 3.32.

Ix-xogħol tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni se jkun imwessa’ ħafna fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-riforma tal-PAK: dawn se jkollhom jerġgħu jwettqu fuq kampjun rappreżentattiv il-kontrolli amministrattivi u fil-post magħmula mill-aġenzija tal-pagamenti sabiex jagħtu opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata n-nefqa u għalhekk jivvalidaw l-istatistika ta’ kontroll

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-konklużjoni għall-2012

3.35.

Għal dan il-grupp tal-politika:

3.35.

Ara t-tweġiba għall-paragrafi 1.12 u 1.13 dwar l-impatt ta’ rkupri u korrezzjonijiet finanzjarji dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet jindika li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli preżenti fil-popolazzjoni hija ta' 3,8 %,

 

mit-tliet sistemi ta' sorveljanza u kontroll tas-SIAK eżaminati (38), tnejn kienu vvalutati bħala mhux effettivi (ir-Renju Unit (l-Ingilterra u l-Irlanda ta' Fuq)) u l-oħra kienet ivvalutata bħala parzjalment effettiva (il-Lussemburgu);

Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom evidenzjat fil-verifiki tagħhom stess, sejbiet simili għal dawk tal-Qorti. Dawn jiġu segwiti permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità. Fejn is-sejbiet tal-Qorti jimmarkaw riskju ulterjuri li għandu jiġi kopert l-istigazzjoni ta’ proċeduri xierqa ser tiġi kkunsidrata.

iż-żewġ sistemi ta' sorveljanza u kontroll eżaminati applikabbli għad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn kienu vvalutati bħala effettivi.

 

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-infiq aċċettat huwa milqut minn livell materjali ta’ żball.

Il-Kummissjoni tenfasizza li din tissalvagwardja l-interessi finanzjarji tal-baġit tal-UE permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fil-qafas tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità. Barra minn hekk, in-nuqqasijiet f’sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri huma indirizzati fejn meħtieġ permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni mmirati u komprensivi. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-limitu ta’ żball aktar baxx stmat mill-Qorti huwa taħt il-limitu ta’ materjalità.

Rakkomandazzjonijiet

3.36.

L- Anness 3.3 juri r-riżultat tal-analiżi mill-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru f’rapporti annwali preċedenti. Fir-rapporti annwali 2009 u 2010, il-Qorti ppreżentat seba' rakkomandazzjonijet. Minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, tnejn ġew implimentati fil-parti l-kbira tal-aspetti, erbgħa ġew implimentati f’xi aspetti u waħda ma ġietx implimentata.

3.36.

Il-Kummissjoni għandha fehma differenti tal-istatus tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula f’rapporti annwali preċedenti:

“implimentazzjoni f’ħafna aspetti”: Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-implimentazzjoni ta’ dawn il-punti hija kontinwa u ma tista’ qatt titqies bħala kompluta (l-użu ta’ ortoritratti jsir obbligatorju, LPIS aġġornat fuq il-bażi ta’ ortoritratti ġodda u r-rimedju ta’ nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontroll u d-databases tas-SIAK)

“implimentazzjoni f’xi aspetti”: L-iżgurar li l-verifiki fuq il-post ikunu ta’ kwalità suffiċjenti u li dan ikun verifikat mill-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni huwa proċess kontinwu;

jiġu ċċarati r-regoli għall-eliġibilità: Il-Kummissjoni għamlet proposti fil-kuntest tar-riforma tal-PAK, filwaqt li l-linji gwida għax-xogħol li jrid isir mill-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni ġew riveduti bis-sħiħ u ppreżentati lill-Istati Membri u lill-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni;

stabbiliti fuq rekwiżiti minimi ta’ żamma annwali tal-livell ta’ UE għal mergħat: pl-proposti ta’ riforma tal-PAK jipprovdu sabiex dan isir mill-Istati Membri.

3.37.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2012, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jżidu u jħaffu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw li:

3.37.

Rakkomandazzjoni 1: l-eliġibbiltà tal-art, u b'mod partikolari l-mergħat permanenti tiġi rreġistrata kif xieraq fl-LPIS, b'mod partikolari f'każijiet fejn iż-żoni jkunu miksija kompletament jew parzjalment bil-blat, b'arbuxelli jew b’siġar densi jew bil-buxxijiet jew fejn l-art tkun ilha abbandunata għal bosta snin (ara l-paragrafi 3.13, 3.25 u l-kaxxa 3.3);

Biex issir il-manutenzjoni tal-agrikoltura f’oqsma speċifiċi, l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw proċedura li tiżgura li ż-żona eliġibbli fi ħdan dawn il-pakketti titqies għall-pagament, sakemm b’mod ġenerali l-pakkett ikun jista’ xorta waħda jitqies bħala “agrikolu”. Linji gwida li jinkludu eżempji dwar kif għandu jiġi vvalutat il-qasam li għandu jiġi kkunsidrat ġew diskussi ma’ u mqassma lill-Istati Membri fis-snin reċenti.

Fejn jinstab li l-Istat Membru jonqos milli b’mod korrett jirreġistra żona eliġibbli, il-każ jiġi suġġett għal proċedura ta’ approvazzjoni.

Rakkomandazzjoni 2: tittieħed azzjoni immedjata ta' rimedju fejn is-sistemi amministrattivi u ta' kontroll u/jew id-databases tas-SIAK jinstabu li jkunu defiċjenti jew skaduti (ara l-paragrafi 3.13 u 3.22 sa 3.23);

Meta s-servizzi tal-Kummissjoni jiskopru problemi bħal dawn matul il-kors tal-verifiki tagħhom, huma jitolbu lill-Istat Membru biex jieħu azzjonijiet ta’ rimedju. Fejn il-problema tkun partikolarment gravi, l-Istat Membru huwa meħtieġ li jimplimenta pjan ta’ azzjoni ta’ rimedju li tkun segwita mill-qrib mis-servizzi. S’issa dawn il-pjanijiet nstabu li kienu effettivi ħafna. Il-Kummissjoni tiżgura wkoll li r-riskju finanzjarju għall-baġit tal-UE li jirriżulta minn dawn in-nuqqasijiet ikun kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji imposti permezz ta’ proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Rakkomandazzjoni 3: il-pagamenti jkunu bbażati fuq ir-riżultati tal-ispezzjonijiet (ara l-paragrafu 3.23) u li l-ispezzjonijiet fuq il-post ikunu tal-kwalità meħtieġa biex l-erja eliġibbli tiġi ddeterminata b'mod affidabbli (ara l-paragrafi 3.24 u 3.25);

Il-Kummissjoni tikkondividi l-opinjoni tal-Qorti f’dan ir-rigward u se tkompli tiffoka l-verifiki tagħha fuq ir-riskju ta’ art ineliġibbli li ma tinstabx qabel il-pagamenti. Se jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji fejn hu meħtieġ għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-UE.

Rakkomandazzjoni 4: it-tfassil u l-kwalità tax-xogħol imwettaq mid-diretturi tal-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi taċ-ċertifikazzjoni b'appoġġ għad-dikjarazzjonijiet u l-istqarrijiet rispettivi tagħhom jipprovdu bażi affidabbli għall-valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (ara l-paragrafi 3.30 sa 3.34).

Il-Kummissjoni tkompli tirrevedi l-ħidma tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni permezz tal-analiżi tad-dokumenti marbuta mal-approvazzjoni finanzjarja tal-kontijiet kif ukoll missjonijiet ta’ verifika ta’ Korpi taċ-Ċertifikazzjoni. Barra minn hekk, fl-2012, saru missjonijiet ta’ verifika speċifiċi f’14-il Korp taċ-ċertifikazzjoni biex jirrevedu x-xogħol tagħhom dwar kontrolli fuq il-post u tal-istatistika ta’ kontroll, għaliex dawn l-oqsma ġew identifikati mill-Kummissjoni bħala riskji partikolari. F’Settembru 2012, ġiet organizzata laqgħa ta’ grupp ta’ esperti ta’ korp taċ-Ċertifikazzjoni. Barra minn hekk, bi preparazzjoni għall-perjodu l-ġdid ta’ pprogrammar, u b’konformità maż-żieda fir-responsabilità ta’ Korpi taċ-Ċertifikazzjoni biex ikopru l-legalità u r-regolarità tan-nefqa, qed jiġu organizzati laqgħat bilaterali ma’ Korpi taċ-Ċertifikazzjoni fl-2013.


(1)  L-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).

(3)  Bl-eċċezzjoni ta’ ċerti miżuri bħal miżuri ta’ promozzjoni u l-iskema ta' frott għall-iskejjel, li huma kofinanzjati.

(4)  L-għadd u l-valur tad-drittijiet ta' kull bidwi huma kkalkulati mill-awtoritajiet nazzjonali skont wieħed mill-mudelli previsti taħt il-leġiżlazzjoni tal-UE.

(5)  Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja.

(6)  Pagamenti akkoppjati ta' għajnuna huma pagamenti li huma kkalkulati abbażi tal-għadd ta' annimali u/jew l-għadd ta' ettari kkultivati b'wiċċ tar-raba' speċifiku (eż. baqar li jreddgħu, qoton, ross, eċċ).

(7)  L-Artikoli 4 sa 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(8)  Filwaqt li l-istandards tal-KAAT, bħalma ssir referenza għalihom fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, japplikaw fl-Istati Membri kollha, l-SMRs bħalma ssir referenza għalihom fl-Anness II ta' dak ir-regolament huma obbligatorji biss fl-UE-15. Għall-UE-10, l-SMRs qed jiġu implimentati gradwalment bejn l-2009 u l-2013, u għall-UE-2 bejn l-2012 u l-2016.

(9)  Skont l-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65), il-livell tat-tnaqqis għal kull SMR jew obbligu tal-KAAT li jkun hemm nuqqas ta' konformità magħhom jista’ jvarja bejn 1 % u 5 % f’każ ta’ negliġenza u jista’ jwassal għal rifjut totali tal-għajnuna f’każ ta' nonkonformità intenzjonali.

(10)  L-Artikoli 3 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(11)  Sabiex jipprovdi fehim approfondit addizzjonali dwar il-komponent tal-popolazzjoni mhux SIAK, il-kampjun kien stratifikat u kien jinkludi 140 tranżazzjoni tas-SIAK u 40 tranżazzjoni mhux SIAK.

(12)  Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit.

(13)  L-evitar tal-invażjoni ta' veġetazzjoni mhux mixtieqa, iż-żamma ta' terrazzi, il-manutenzjoni ta' msaġar taż-żebbuġ u r-rispett tar-rati minimi tal-istokkjar tal-bhejjem jew tal-obbligi tal-ħsad.

(14)  SMR 4 huwa relatat mad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(15)  L-obbligi ta' kundizzjonalità huma rekwiżiti legali sostantivi li għandhom jiġu ssodisfati mir-riċevituri kollha ta' għajnuna diretta mill-UE. Dawn huma l-kundizzjonijiet bażiċi u f'ħafna każijiet l-uniċi kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati sabiex jiġi ġġustifikat il-pagament tal-ammont sħiħ ta' għajnuna diretta, għalhekk id-deċiżjoni tal-Qorti li titratta l-ksur tal-kundizzjonalità bħala żbalji.

(16)  Għal kull ksur, is-sistema nazzjonali għat-tnaqqis tal-pagamenti ntużat għall-kwantifikazzjoni tal-iżball. Ara wkoll in-nota 9 f'qiegħ il-paġna.

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 jipprovdi li, fejn l-erja kklejmjata tinstab li tkun iddikjarata b’mod eċċessiv b’aktar minn 3 % jew żewġ ettari, l-ammont ta' għajnuna għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-erja determinata mnaqqsa bid-doppju tal-erja kklejmjata b'mod irregolari. Jekk id-differenza tkun ta’ aktar minn 20 % ma għandha tingħata ebda għajnuna għall-grupp ta’ wċuħ tar-raba’ kkonċernat. Dispożizzjonijiet simili japplikaw għall-primjums fuq l-annimali.

(18)  Ħlief f’każijiet fejn l-Istati Membri kienu diġà sabu l-irregolarità mingħajr l-applikazzjoni tat-tnaqqis/tal-esklużjonijiet dovuti.

(19)  L-aġenziji tal-pagamenti u l-kontrolli ewlenin intagħżlu abbażi ta' analiżi tar-riskju.

(20)  L-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(21)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata ta’ żball minn kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima. Il-Qorti hija 95 % fiduċjuża li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni tinsab bejn 1,7 % u 5,9 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(22)  Il-leġiżlazzjoni tal-UE tiddefinixxi l-mergħat permanenti bħala art li tintuża għat-tkabbir ta’ ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix li tradizzjonalment jinstab f'mergħat naturali.

(23)  Il-Qorti diġà rreferiet għal din il-kwistjoni fir-rapport annwali 2011 tagħha, il-kaxxa 3.2.

(24)  Ir-rapport annwali 2007, it-tabella fl-Anness 5.1.2 għall-Portugall, ir-rapport annwali 2008, il-paragrafu 5.36 għal Spanja; ir-rapport annwali 2009, il-paragrafu 3.38 għal Spanja u l-Italja; ir-rapport annwali 2010, it-Tabella 3.2.1 għal Spanja; ir-rapport annwali 2011, il-paragrafu 3.20 u t-Tabella 3.2 għal Spanja, l-Italja u l-Awstrija.

(25)  L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005

(26)  13 mill-24 każ affettwaw il-pagament awditjat, filwaqt li l-11-il każ li jifdal jaffettwaw biss pagamenti futuri.

(27)  Il-ksur osservat jammonta għal 0,2 punti perċentwali tar-rata ta’ żball ippreżentata mill-Qorti fil-paragrafu 3.10.

(28)  Is-sejbiet relatati mas-SIAK, minbarra dawk li jikkonċernaw id-drittijiet, japplikaw ukoll għal miżuri ta' żvilupp rurali relatati mal-erja u mal-annimali.

(29)  L-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

(30)  Ortoimmaġnijiet huma ritratti mill-ajru użati għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-art fl-LPIS.

(31)  L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 jipprovdi obbligu lill-IIstati Membri li jwettqu valutazzjoni annwali tal-kwalità tal-LPIS tagħhom.

(32)  L-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(33)  L-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009

(34)  It-terminu “Persuni l-aktar fil-bżonn” huwa definit fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2010 tal-14 ta' Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta' ikel mill-ħażniet ta' intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni (ĠU L 242, 15.9.2010, p. 9).

(35)  Il-medja ppeżata tar-rati ta' żball għall-UE 27 irrappurtata mill-Istati Membri għall-istatistika tal-ispezzjonijiet ta' għajnuna diżakkoppjata skont l-erja.

(36)  L-aktar reċenti fir-rapport annwali 2011, il-paragrafu 3.41.

(37)  Il-paragrafu 3.1.5 tar-RAA 2012 tad-DĠ AGRI.

(38)  Is-sistemi kollha tas-SIAK eżaminati kienu magħżula abbażi ta' analiżi tar-riskju.

(39)  Din iċ-ċifra tinkludi EUR 0,7 miljun taħt ġestjoni ċentralizzata.

(40)  Dan l-ammont jirrappreżenta t-total tan-nefqa amministrattiva għall-qasam ta' politika agrikoltura u żvilupp rurali.

(41)  L-awditu tan-nefqa amministrattiva huwa rrappurtat fil-Kapitolu 9.

(42)  F'konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l-Kapitolu 1, il-paragrafi 1.6 u 1.7).

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS 3.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-AGRIKOLTURA: SUQ U APPOĠĠ DIRETT

 

2012

2011

2010

2009

SIAK

Mhux SIAK

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet:

140

40

180

180

146

148

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon (għadd) tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

60 %

(84)

55 %

(22)

59 %

(106)

61 %

73 %

76 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

40 %

(56)

45 %

(18)

41 %

(74)

39 %

27 %

24 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta' żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

14 %

(8)

33 %

(6)

19 %

(14)

14 %

26 %

31 %

Żbalji kwantifikabbli:

86 %

(48)

67 %

(12)

81 %

(60)

86 %

74 %

69 %

Eliġibbiltà

12 %

(6)

67 %

(8)

23 %

(14)

23 %

3 %

13 %

Okkorrenza

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

2 %

0 %

0 %

Preċiżjoni

88 %

(42)

33 %

(4)

77 %

(46)

75 %

97 %

87 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

3,8 %

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

5,9 %

 

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

1,7 %

 

 

 


(1)  Biex jijieb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta' riskju differenti fi ħdan il-grupp ta' politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  Ċifri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd reali tat-tranżazzjonijiet.

ANNESS 3.2

RIŻULTATI TAL-EŻAMINAR TAS-SISTEMI GĦALL-AGRIKOLTURA: SUQ U APPOĠĠ DIRETT

Valutazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll magħżula — FAEG

Stat Membru

(Aġenzija tal-pagamenti)

Skema

Nefqa relatata mas-SIAK (limitu massimu nazzjonali, l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009)

(1 000 EUR)

Proċeduri amministrattivi u ta’ kontroll biex jiġi żgurat pagament korrett inkluża l-kwalità tad-databases

Metodoloġija ta' spezzjonijiet fuq il-post, għażla, eżekuzzjoni, kontroll tal-kwalità u rappurtar tar-riżultati individwali

Proċeduri għall-irkupru ta' pagamenti mhux dovuti

Valutazzjoni kumplessiva  (1)

Ir-Renju Unit (l-Ingilterra)

SPU

3 988 042

Mhux effettivi

1, 2, 5, 6, 7, 8, 9

Parzjalment effettivi

a

Parzjalment effettivi

A

Mhux effettivi

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq)

SPU

3 988 042

Mhux effettivi

1, 3, 5, 6, 9, 10

Parzjalment effettivi

a

Parzjalment effettivi

A, B

Mhux effettivi

Il-Lussemburgu

SPU

37 679

Parzjalment effettivi

2, 4

Effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi

1

Informazzjoni mhux kompleta jew skorretta dwar id-daqs u l-eliġibbiltà tal-art fid-database tal-LPIS.

2

Il-proċedura għar-reġistrazzjoni ta' klejms ma ghandhiex kontrolli inkorporati suffiċjenti biex jiġi evitat li d-data tal-wasla tkun b'lura.

3

L-iżbalji fil-klejms kienu kkoreġuti bħala żbalji ovvji mingħajr l-applikazzjoni ta' penali meta dawk kellhom jiġu applikati.

4

Il-valuri tad-drittijiet ġew miżjuda kuntrarjament għal-leġiżlazzjoni tal-UE.

5

Applikazzjoni skorretta tad-definizzjoni ta' bidwi skont l-UE.

6

Pagamenti ta' għajnuna magħmula għal erjas ineliġibbli.

7

Inkonsistenzi fid-database tad-drittijiet.

8

Nuqqas ta' applikazzjoni ta' sanzjonijiet għal erjas ikklejmjati b'mod skorrett fuq art komuni.

9

Riżultati tal-ispezzjonijiet mhux ipproċessati b'mod korrett fid-databases tas-SIAK.

10

Nuqqasijiet f'kontroverifiki amministrattivi u pagamenti ta' għajnuna magħmula qabel l-approvazzjoni ta' anomaliji.

a

Kwalità insuffiċjenti ta' kejl ta' erja waqt kontrolli fuq il-post.

A

Nuqqas ta' preċiżjoni fil-kontijiet tad-debituri.

B

Tidwim fir-reġistrazzjoni ta' djun u fin-notifikar lill-bdiewa dwar l-obbligi ta' ħlas lura.


Stat Membru

(Aġenzija tal-pagamenti)

Skema

Nefqa  (2)

(1 000 EUR)

Proċeduri tal-akkwist

Kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra

Implimentazzjoni tal-pjan

Sorveljanza u kontroll

Valutazzjoni kumplessiva

Spanja (FEGA)

Għajnuna għall-ikel 2011

74 731

Effettivi

Parzjalment effettivi

1

Effettivi

Effettivi

Effettivi

L-Italja (AGEA)

Għajnuna għall-ikel 2012

22 103

Effettivi

Parzjalment effettivi

2

Effettivi

Effettivi

Effettivi

1

Spanja ġiet allokata ċereali u trab tal-ħalib xkumat miżmuma fi ħżin ta' intervent fi Franza u fl-Irlanda rispettivament. Għaż-żewġ prodotti, l-offerenti li kellhom suċċess irċevew rimborż tal-ispejjeż għat-trasport lejn Spanja. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprovdi li f'każijiet bħal dawn, it-trasport lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni għandu jkun ivverifikat permezz ta' proċedura speċifika (il-formola T5) li l-awtoritajiet Franċiżi u Irlandiżi rrifjutaw li jiftħu. Għalhekk, l-awtoritajiet Spanjoli użaw proċedura alternattiva li l-Qorti tqis li hija inqas effettiva.

2

L-Italja organizzat proċedura konġunta għas-sejħiet għall-offerti biex jitwassal l-għaġin fl-Italja u f'Malta parzjalment bi skambju għal ċereali miżmuma fi ħżin ta' intervent. B'riżultat ta' din il-proċedura, Malta kellha tirċievi 224 tunnellata ta' għaġin li jikkorrispondu għall-kwantità tagħha ta' ċereali. Madankollu, minħabba żball amministrattiv l-Italja kkonsenjat biss 180 tunnellata ta' għaġin lil Malta.


(1)  Il-valutazzjoni kumplessiva ma tistax tkun aħjar mill-valutazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u ta' kontroll

1

Informazzjoni mhux kompleta jew skorretta dwar id-daqs u l-eliġibbiltà tal-art fid-database tal-LPIS.

2

Il-proċedura għar-reġistrazzjoni ta' klejms ma ghandhiex kontrolli inkorporati suffiċjenti biex jiġi evitat li d-data tal-wasla tkun b'lura.

3

L-iżbalji fil-klejms kienu kkoreġuti bħala żbalji ovvji mingħajr l-applikazzjoni ta' penali meta dawk kellhom jiġu applikati.

4

Il-valuri tad-drittijiet ġew miżjuda kuntrarjament għal-leġiżlazzjoni tal-UE.

5

Applikazzjoni skorretta tad-definizzjoni ta' bidwi skont l-UE.

6

Pagamenti ta' għajnuna magħmula għal erjas ineliġibbli.

7

Inkonsistenzi fid-database tad-drittijiet.

8

Nuqqas ta' applikazzjoni ta' sanzjonijiet għal erjas ikklejmjati b'mod skorrett fuq art komuni.

9

Riżultati tal-ispezzjonijiet mhux ipproċessati b'mod korrett fid-databases tas-SIAK.

10

Nuqqasijiet f'kontroverifiki amministrattivi u pagamenti ta' għajnuna magħmula qabel l-approvazzjoni ta' anomaliji.

a

Kwalità insuffiċjenti ta' kejl ta' erja waqt kontrolli fuq il-post.

A

Nuqqas ta' preċiżjoni fil-kontijiet tad-debituri.

B

Tidwim fir-reġistrazzjoni ta' djun u fin-notifikar lill-bdiewa dwar l-obbligi ta' ħlas lura.

(2)  Ma tinkludix il-valur tal-ħażniet ta' intervent

1

Spanja ġiet allokata ċereali u trab tal-ħalib xkumat miżmuma fi ħżin ta' intervent fi Franza u fl-Irlanda rispettivament. Għaż-żewġ prodotti, l-offerenti li kellhom suċċess irċevew rimborż tal-ispejjeż għat-trasport lejn Spanja. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprovdi li f'każijiet bħal dawn, it-trasport lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni għandu jkun ivverifikat permezz ta' proċedura speċifika (il-formola T5) li l-awtoritajiet Franċiżi u Irlandiżi rrifjutaw li jiftħu. Għalhekk, l-awtoritajiet Spanjoli użaw proċedura alternattiva li l-Qorti tqis li hija inqas effettiva.

2

L-Italja organizzat proċedura konġunta għas-sejħiet għall-offerti biex jitwassal l-għaġin fl-Italja u f'Malta parzjalment bi skambju għal ċereali miżmuma fi ħżin ta' intervent. B'riżultat ta' din il-proċedura, Malta kellha tirċievi 224 tunnellata ta' għaġin li jikkorrispondu għall-kwantità tagħha ta' ċereali. Madankollu, minħabba żball amministrattiv l-Italja kkonsenjat biss 180 tunnellata ta' għaġin lil Malta.

ANNESS 3.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-AGRIKOLTURA: SUQ U APPOĠĠ DIRETT

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli aktar

Evidenza insuffiċjenti

Fil-parti l-kbira tal-aspetti

F'xi aspetti

2010

3.58. Abbażi ta’ din l-analiżi kif ukoll tas-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2010, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu l-azzjoni adegwata biex tiżgura li:

(a)

l-użu ta’ ortoimmaġinijiet isir obbligatorju u li l-LPIS tiġi aġġornata regolarment abbażi ta’ ortoimmaġnijiet ġodda (ara l-paragrafu 3.31) (1);

 

X

 

 

 

 

 

(b)

l-aġenziji tal-pagamenti jirrimedjaw id-dgħufijiet identifikati fejn instab li s-sistemi ta’ kontroll u d-databases tas-SIAK ma kinux adegwati (ara l-paragrafi 3.23 sa 3.25) (1);

 

X

 

 

 

 

 

(c)

l-ispezzjonijiet fuq il-post ikunu tal-kwalità meħtieġa biex tiġi identifikata l-erja eliġibbli b’mod affidabbli (ara l-paragrafi 3.38 u 3.39);

 

 

X

 

 

 

 

(d)

il-kwalità tal-ispezzjonijiet hija ttestjata u rrappurtata b’mod adegwat mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni (ara l-paragrafi 3.46 u 3.47).

 

 

X

 

 

 

 

2009

3.73. Il-Qorti tirrakkomanda li d-dgħufijiet identifikati fis-sistemi jiġu solvuti. F'dan ir-rigward, id-dgħufijiet l-aktar urġenti li għandhom jiġu indirizzati għall-SPU u l-SPUE huma:

(c)

li jiġu ċċarati u infurzati aktar ir-regoli sabiex l-għajnuna diretta tal-UE ma titħallasx lil applikanti li la użaw l-art għall-biedja u lanqas ma żammewha fil-KAAT;

 

 

X

 

 

 

 

(d)

li jiġu ffissati rekwiżiti minimi ta’ żamma annwali f’livell tal-UE għall-art ta’ mergħa biex din tkun eliġibbli għall-għajnuna diretta tal-UE.

 

 

 

X

 

 

 

2009

3.75. Barra minn hekk, il-Qorti tikkunsidra li l-linji gwida tal-Kummissjoni fir-rigward tax-xogħol li jrid isir mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu jiġu riveduti fir-rigward tan-natura, il-kopertura u l-obbligi tar-rappurtar, speċjalment f’dak li hu relatat mal-validazzjoni tal-istatistika tal-kontroll u l-ispezzjoni tal-Istati Membri.

 

 

X

 

 

 

 


(1)  Saru rakkomandazzjonijiet simili fil-paragrafu 3.73(a) u (b) tar-rapport annwali 2009.


KAPITOLU 4

Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Ambitu u approċċ tal-awditjar

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Żvilupp rurali

Ambjent, sajd u saħħa

Effettività tas-sistemi

Żvilupp rurali

Sistemi tal-Istati Membri relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Sistemi tal-Kummissjoni relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Ambjent, sajd u saħħa

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Il-konklużjoni għall-2012

Rakkomandazzjonijiet

Anness 4.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għall-iżvilupp rurali, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa

Anness 4.2 —

Riżultati tal-eżaminar tas-sistemi għall-iżvilupp rurali

Anness 4.3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għall-iżvilupp rurali, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

4.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-iżvilupp rurali, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa, li tinkludi l-parti mill-iżvilupp rurali tal-qasam ta’ politika ‘Agrikoltura u żvilupp rurali’ flimkien mal-oqsma ta’ politika ‘Affarijiet Marittimi u Sajd’, ‘Saħħa u ħarsien tal-konsumatur’ u ‘Ambjent u azzjoni dwar il-klima’. Informazzjoni ewlenija dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq fl-2012 tingħata fit- Tabella 4.1 .

 

Tabella 4.1 —   Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa — informazzjoni ewlenija 2011

(EUR miljun)

Qasam ta' politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod ta' ġestjoni

Żvilupp rurali

Żvilupp rurali

13 258

Kondiviża

Miżuri ta' qabel l-adeżjoni

7

Deċentralizzata

Aspetti internazzjonali tal-qasam ta' politika ‘Agrikoltura u żvilupp rurali’

4

Ċentralizzata u diretta

 

13 269

 

Affarijiet marittimi u sajd

Nefqa amministrattiva

705

Ċentralizzata / Kondiviża

Nefqa operazzjonali

40

Ċentralizzata u diretta

 

745

 

Saħħa u ħarsien tal-konsumatur

Nefqa operazzjonali

518

Ċentralizzata u diretta / Ċentralizzata u indiretta

Nefqa amministrattiva

117

Ċentralizzata u diretta

 

635

 

Ambjent u azzjoni dwar il-klima

Nefqa operazzjonali

286

Ċentralizzata u diretta / Ċentralizzata u indiretta

Nefqa amministrattiva

96

Ċentralizzata u diretta

 

382

 

Total tal-pagamenti għas-sena

15 031

 

total tan-nefqa amministrattiva  (31)

253

 

Total tan-nefqa operazzjonali

14 778

 

pagamenti bil-quddiem  (32)

500

 

+ approvazzjoni ta' pagamenti bil-quddiem  (32)

716

 

Popolazzjoni awditjata, total

14 994

 

Total tal-impenji għas-sena

16 972

 

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

4.2.

L-iżvilupp rurali huwa parti mill-politika agrikola komuni (PAK), li l-objettivi kumplessivi u s-sorsi ta’ finanzjament tagħha huma ppreżentati fil-Kapitolu 3 (il-paragrafi 3.2 u 3.3). Barra minn dan, il-ġestjoni u l-kontroll tal-infiq tal-PAK hija deskritta fil-Kapitolu 3 (il-paragrafi 3.6 u 3.7).

 

4.3.

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jikkofinanzja b’rati differenti n-nefqa għall-iżvilupp rurali permezz ta’ programmi tal-iżvilupp rurali tal-Istati Membri (nefqa ta’ EUR 13 269 miljun fl-2012) (1). In-nefqa tkopri 45 miżura li jinkludu kemm miżuri relatati mal-erja (bħal pagamenti agroambjentali u pagamenti kumpensatorji lil bdiewa f’żoni bi żvantaġġi naturali) kif ukoll miżuri mhux relatati mal-erja (bħall-modernizzazzjoni ta’ azjendi agrikoli u l-istabbiliment ta’ servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali).

 

4.4.

Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent hija mfassla biex tikkontribwixxi għall-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, il-ħajja taċ-ċittadini tagħha, u l-użu razzjonali tar-riżorsi naturali, inkluż fil-livell internazzjonali. L-istrument finanzjarju għall-ambjent (LIFE) (2) huwa l-aktar programm importanti f’termini ta’ finanzjament (infiq ta’ EUR 212-il miljun fl-2012) għall-kofinanzjament ta’ proġetti fl-Istati Membri relatati man-natura u l-bijodiversità; il-politika u l-governanza ambjentali; u l-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

 

4.5.

Il-politika komuni tas-sajd tal-qasam ta’ politika ‘Affarijiet marittimi u sajd’ issegwi objettivi kumplessivi simili għal dawk tal-politika agrikola komuni (ara l-Kapitolu 3, il-paragrafu 3.2). Il-Fond Ewropew għas-Sajd (3) (FES) huwa l-istrument prinċipali (infiq ta’ EUR 478 miljun fl-2012).

 

4.6.

Rigward is-saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur, l-UE tikkontribwixxi kemm għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti kif ukoll għall-benessri tal-konsumatur. Il-biċċa l-kbira tal-pagamenti jsiru għal programmi ta’ eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u għall-aġenziji tal-UE (4) (EUR 215-il miljun u EUR 167 miljun rispettivament fl-2012).

 

4.7.

Ir-riskju prinċipali għar-regolarità għall-grupp tal-politika fl-intier tiegħu huwa li l-infiq ikun ineliġibbli, minħabba nuqqas ta’ konformità ma’ regoli u kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà kumplessi. Għall-iżvilupp rurali dan ir-riskju huwa miżjud aktar għal xi programmi b’rati baxxi ta’ implimentazzjoni, fejn l-infiq ineliġibbli jista’ jiġi ddikjarat biex jiġi evitat telf ta’ finanzjament mill-UE għall-Istati Membri.

4.7.

Fir-rigward tar-regoli kumplessi u l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li għalihom għamlet referenza l-Qorti, il-Kummissjoni tirrimarka li dawn huma, sa ċertu punt, konsegwenza tal-għanijiet ambizzjużi tal-politika għall-iżvilupp rurali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni li fil-qafas tal-verifiki tagħha li fuqhom huma bbażati l-osservazzjonijiet tal-Qorti f’dan il-Kapitolu, il-Qorti sabet ftit każijiet biss biex issostni l-affermazzjoni tagħha ta’ żieda ulterjuri fir-riskju għar-regolarità għall-iżvilupp rurali minħabba li l-Istati Membri jiddikjaraw nefqa mhux eliġibbli sabiex jevitaw li jintilef il-finanzjament tal-UE.

Il-Kummissjoni nnifisha osservat li xi Stati Membri jagħmlu użu estensiv ta’ ħlasijiet bil-quddiem u ta’ strumenti ta’ inġinerija finanzjarja li jista’ jkollhom l-effett li jnaqqsu jew li jiġi evitat telf ta’ fondi taħt ir-regoli N + 2. Sabiex jiġi mmitigat dan ir-riskju, is-servizzi tal-Kummissjoni indirizzaw dawn il-kwistjonijiet mal-Istati Membri kkonċernati.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

4.8.

L- Anness 1.1 , il- parti 2 , tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija kumplessivi tal-awditjar tal-Qorti. Għall-awditu tal-iżvilupp rurali, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa, għandhom jiġu nnutati l-punti speċifiċi li ġejjin:

4.8.

Ara l-kummenti ddettaljati fil-Kapitolu 1.

l-awditu kien jinvolvi eżaminar ta’ kampjun ta’ 177 tranżazzjoni kif definit fl- Anness 1.1 , il-paragrafu 6. Il-kampjun huwa mfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta’ tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp tal-politika. Fl-2012 il-kampjun kien jikkonsisti f’160 tranżazzjoni għall-iżvilupp rurali (5) u 17 li jikkonċernaw l-ambjent, is-sajd u s-saħħa (6);

Il-Kummissjoni qed issegwi mill-qrib l-iżviluppi tal-metodoloġija tal-Qorti, inklużi żewġ stadji ta’ kampjuni, fid-dawl ta’ kwalunkwe impatt potenzjali fuq l-istima ta’ rata ta’ żbalji.

il-Qorti ffukat l-ittestjar tagħha tal-kundizzjonalità mal-obbligi tal-KAAT (kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba) u SMRs (rekwiżiti statutorji tal-immaniġġjar) (7) magħżula li għalihom setgħet tinkiseb evidenza u tintlaħaq konklużjoni fiż-żmien taż-żjarat tal-awditjar;

Ir-rispett tal-obbligi tal-kundizzjonalità ma jikkostitwixxix kriterju ta’ eliġibbiltà għall-ħlasijiet tal-PAK u, għaldaqstant, il-kontrolli ta' dawn ir-rekwiżiti ma jirrelatawx mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. Il-kundizzjonalità hija mekkaniżmu li bih il-bdiewa huma ppenalizzati meta huma ma jirrispettawx sensiela ta’ regoli li jirriżultaw b’mod ġenerali minn politiki oħra apparti l-PAK u japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE indipendentement mill-PAK. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-penali imposti għall-ksur tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità m’għandhomx jittieħdu f’kunsiderazzjoni għall-kalkolu tar-rati ta’ żball għall-PAK.

tnaqqis u esklużjonijiet (li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri f’każijiet fejn il-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-UE jikklejmjaw b’mod eċċessiv l-erja reali, l-għadd ta’ annimali jew l-infiq eliġibbli (8)) mhumiex inklużi fil-kalkolu mill-Qorti tar-rata ta’ żball (9);

 

il-valutazzjoni tas-sistemi għall-iżvilupp rurali eżaminat seba’ aġenziji tal-pagamenti (10) f’sitt Stati Membri: il-Bulgarija, il-Ġermanja (Brandenburg u Berlin), Franza, il-Polonja, ir-Rumanija (it-tnejn li huma aġenziji tal-pagamenti) u l-Isvezja. Għas-saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur, il-Qorti ttestjat is-sistema ta' kontroll intern tad-DĠ SANCO (11);

 

ġew analizzati r-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni tad-DĠ AGRI (12) (li jikkonċernaw l-iżvilupp rurali) u d-DĠ MARE (13);

 

barra minn dan, sabiex tivvaluta l-bażi għad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Qorti analizzat ix-xogħol tal-awditjar tad-DĠ AGRI fir-rigward tal-approvazzjoni tal-kontijiet (għall-FAEG u għall-FAEŻR) u żaret il-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-Bulgarija, tal-Lussemburgu, tar-Rumanija u tar-Renju Unit (L-Irlanda ta’ Fuq).

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

4.9.

L- Anness 4.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-177 tranżazzjoni awditjati mill-Qorti 111 (63 %) kienu milquta minn żbalji. Abbażi tal-iżbalji li hija kienet ikkwantifikat, il-Qorti tistma r-rata tal-iżball l-aktar probabbli f’livell ta’ 7,9 % (14).

4.9.

Il-Kummissjoni tieħu nota tar-rata ta’ żball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti. Hija ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità ta’ tranżazzjoni waħda. Dan iwassal għal stima aktar maxxa mill-Kummissjoni tal-livell ta’ ħlasijiet mhux dovuti.

Filwaqt li hija konxja li l-pjan ta’ azzjoni żviluppat fl-2012 mhux se jkollu xi impatt immedjat, il-Kummissjoni tinnota li l-livell ta’ żball stmat mill-Qorti baqa' stabbli. Ara wkoll it-tweġibiet għal 1.12 u 1.13 dwar l-impatt ta’ rkupri u korrezzjonijiet finanzjarji dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

Żvilupp rurali

4.10.

Fir-rigward tan-nefqa għall-iżvilupp rurali, minn 160 tranżazzjoni kkampjunati, 101 (63 %) kienu milquta minn żbalji, li minnhom 59 (58 %) kienu żbalji kwantifikabbli.

4.10.

Id-Direttur Ġenerali għad-DĠ AGRI għamel riżerva rigward in-nefqa tal-iżvilupp rurali, fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tiegħu għall-2012.

Din ir-riżerva hija akkumpanjata minn għadd ta’ azzjonijiet korrettivi determinati mill-Kummissjoni flimkien mas-27 Stat Membru sabiex jindirizzaw is-sitwazzjoni.

Ir-rata ta’ żball għall-iżvilupp rurali għandha wkoll tkun apprezzata fid-dawl tal-għanijiet ambizzjużi tal-politika għall-iżvilupp rurali.

4.11.

Għall-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet milquta minn żbalji, il-Qorti tqis li l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jaqbdu u jikkoreġu l-iżbalji kkonċernati.

4.11.

Il-Kummissjoni taqbel mal-fehma li l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu potenzjalment ikunu sabu ħafna mill-iżbalji misjuba mill-Qorti: ir-regoli tal-PAK jipprovdu lill-Istati Membri bl-istrumenti meħtieġa kollha biex itaffu l-biċċa l-kbira tar-riskji tal-iżbalji. Wara r-riservi fl-2011 u l-2012 mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI, ġew implimentati pjanijiet ta' azzjoni estensivi f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri biex jidentifikaw il-kawżi ewlenin tal-iżbalji u l-azzjonijiet xierqa ta’ rimedju.

4.12.

L-ittestjar ta’ tranżazzjonjiet irriżulta fl-eżaminar ta’ tranżazzjonijiet għal 27 miżura differenti. Mill-160 tranżazzjoni, kien hemm 80 relatati mal-erja u 80 mhux relatati mal-erja. Instabu żbalji fl-Istati Membri kollha u kważi fil-miżuri kollha inklużi fil-kampjun. Bħal fl-2011, il-komponent maġġuri (65 %) tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli rrappurtat fil-paragrafu 4.9 kien jikkonċerna miżuri mhux relatati mal-erja.

4.12.

Matul il-verifiki tagħhom stess f’xi Stati Membri, is-servizzi tal-Kummissjoni sabu nuqqasijiet simili għal dawk osservati mill-Qorti tal-Awdituri.

Id-diskrepanza bejn l-iżbalji li nstabu mill-Qorti u l-iżbalji li nstabu mill-Istati Membri waqt il-kontrolli tagħhom, kif irrappurtat kull sena lill-Kummissjoni, jidher li huma iktar notevoli għal miżuri mhux relatati ma' qasam u mhux koperti mis-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (IACS). Dan jikkonferma li meta l-IACS tiġi implimentata sew hija sistema effettiva biex jittaffew b’mod xieraq ir-riskji ta’ żbalji.

 

Il-pjanijiet ta’ azzjoni msemmija taħt punt 4.11, b’mod partikolari dawk wara l-AAR 2012, jindirizzaw speċifikament kwistjonijiet relatati ma’ miżuri mhux relatati ma' qasam.

Għal xi każijiet irrappurtati l-iżball ma jinvolvix impatt finanzjarju tal-istess livell bħall-iżball irrappurtat mill-Qorti.

Rigward l-eżempji msemmija mill-Qorti fil-kaxxi 4.1-4.4 u 4.6, is-servizzi tal-Kummissjoni se jsegwuhom mal-awtoritajiet nazzjonali u, fejn ikun xieraq, permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

4.13.

Ir-raġuni għall-biċċa l-kbira tal-iżbalji kwantifikabbli kienet li l-benefiċjarji ma rrispettawx ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà, partikolarment dawk li jikkonċernaw:

(a)

impenji għall-agroambjent;

(b)

rekwiżiti speċifiċi għal proġetti ta’ investiment;

(c)

regoli tal-akkwist.

Analiżi ta’ kull wieħed minn dawn hija deskritta fil-paragrafi li ġejjin.

 

4.14.

Il-kampjun ta’ 160 tranżazzjoni kien jinkludi 43 għall-agroambjent. Il-Qorti sabet li fi 11-il każ (26 %), il-bdiewa ma kinux irrispettaw l-impenji agroambjentali li kienu daħlu għalihom. Eżempju ta’ żball bħal dan li nstab mill-Qorti jingħata fil-kaxxa 4.1.

4.14.

Il-Kummissjoni vverifikat l-implimentazzjoni tal-miżuri agroambjentali fl-Istati Membri kollha fil-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013. Minkejja n-nuqqasijiet li fadal, il-kwalità ġenerali tal-implimentazzjoni tjiebet matul il-perjodu.

L-eżempju fil-Kaxxa 4.1, se jiġi segwit mill-Kummissjoni mal-awtoritajiet Pollakki. Minkejja dan l-iżball, il-valutazzjoni inġenerali tal-Kummissjoni tas-sistema fil-Polonja hija li sar titjib.

Kaxxa 4.1 —   Eżempju ta’ żball ta’ eliġibbiltà: nuqqas ta’ rispett tal-impenji agroambjentali

Benefiċjarju fil-Polonja impenja ruħu li jirrispetta, fuq 9 ħbula (141,59 ettaru), rekwiżiti speċifiċi relatati mal-manutenzjoni ta’ bur permanenti estensiv u mal-ħarsien ta’ speċijiet ta’ għasafar fil-periklu u l-ħabitats tagħhom. L-impenn prinċipali kien li kull sena jħalli, fuq erje tas-superfiċje differenti, 5 sa 10 % mill-ħbula mhux maqtugħa, li għalihom il-benefiċjarju kien jirċievi EUR 270 euro għal kull ettaru. Il-Qorti sabet li fuq bosta ħbula r-rekwiżiti ma ġewx issodisfati: ħabel minnhom ġie maqtugħ għalkollox, filwaqt li fuq oħrajn l-erja mhux maqtugħa kienet l-istess bħal fis-snin preċedenti jew inkella f’lok differenti minn dak indikat mill-espert ornitoloġiku. Fuq 2 biss mid-9 ħbula ddikjarati (21,02 ettaru) ġew irrispettati r-rekwiżiti kollha.

Każijiet simili ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-agroambjent inqabdu fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja (Schleswig-Holstein), fil-Greċja, fi Franza u fir-Renju Unit (l-Ingilterra).

Kaxxa 4.1 —    Eżempju ta' żball tal-eliġibiltà: nuqqas ta’ rispett tal-impenji agroambjentali

Il-Kummissjoni, fil-verifiki tagħha dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri agroambjentali, sabet lok għal titjib fis-sistema ta’ kontroll biex tivvaluta aħjar il-konformità tal-bdiewa mal-impenji li saru.

Dwar l-Istati Membri msemmija mill-Qorti, jinsabu għaddejjin proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità għall-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, Franza u r-Renju Unit (l-Ingilterra), li se jwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji fejn xieraq.

4.15.

Kriterji ta’ eliġibbiltà u proċeduri ta’ għażla jgħinu sabiex l-għajnuna tiġi mmirata lejn ċerti kategoriji ta’ benefiċjarji, biex b’hekk ikun immirat l-għan li tittejjeb l-effettività tal-infiq fl-iżvilupp rurali. Madankollu, mit-80 tranżazzjoni relatati ma’ proġetti ta’ investiment inklużi fil-kampjun, 21 (26 %) ma rrispettawx ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà. Eżempju ta’ dan it-tip ta’ żball huwa fil-kaxxa 4.2.

4.15.

Il-Kummissjoni fl-eżerċizzji tal-awditjar tagħha identifikat ukoll f’xi Stati Membri djgħufijiet fl-implimentazzjoni tal-kriterji tal-għażla u applikat korrezzjonijiet finanzjarji f’dan ir-rigward. Fil-pjanijiet ta’ azzjoni għat-tnaqqis tar-rata ta’ żball għall-iżvilupp rurali, il-kriterji tal-għażla huma wieħed mill-oqsma indirizzati.

L-eżempju fil-Kaxxa 4.2 qiegħed ikun segwit mill-Kummissjoni fil-qafas tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Kaxxa 4.2 —   Eżempju ta’ żball ta’ eliġibbiltà: nuqqas ta’ rispett tar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà għal proġett ta’ investiment

Fi Spanja (Andalucía), benefiċjarju rċieva għotja ta’ EUR 1,4 miljun għall-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-irrigazzjoni, fuq żewġ kundizzjonijiet: il-proġett għandu jkun ekonomikament vijabbli u l-konsum tal-ilma għandu jinżamm fil-livell ta’ jew jitnaqqas mit-3 000 m3 għal kull ettaru fis-sena li l-benefiċjarju kellu fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-għotja. Il-Qorti sabet li ebda kundizzjoni ma ġiet issodisfata. Il-proġett ma kienx ekonomikament vijabbli fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-għotja u kien imissu ġie rrifjutat; konsum tal-ilma f’eċċess ta’ 6 000 m3 għal kull ettaru fis-sena, id-doppju tad-drittijiet tal-benefiċjarju għall-ilma f’dak iż-żmien, kien ikun meħtieġ biex din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata. Il-konsum tal-ilma ma nżammx jew ma tnaqqasx kif meħtieġ iżda, minflok, żdied wara l-ikkompletar tal-proġett għal 8 000 m3 għal kull ettaru fis-sena, jiġifieri l-pagament ma kienx imissu sar. In-nuqqas ta’ rispett taż-żewġ kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà jirrendi n-nefqa ineliġibbli.

Nuqqas ta’ rispett tar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà għal proġetti ta’ investiment instab ukoll fil-Ġermanja (Schleswig-Holstein), fil-Greċja, fi Franza, fl-Italja (Bolzano, Sardegna), fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Rumanija u fir-Renju Unit (l-Ingilterra).

 

4.16.

F’26 mill-160 tranżazzjoni awditjati, il-benefiċjarju kien meħtieġ jirrispetta regoli tal-akkwist pubbliku. Il-Qorti sabet li fi 17-il każ (65 %), regola waħda jew aktar minn dawn ir-regoli ma ġewx irrispettati, u 5 minnhom ġew ikklassifikati bħala ksur serju, li eżempju tagħhom jinsab fil-kaxxa 4.3.

4.16.

In-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-akkwist ma jinvolvix neċessarjament li n-nefqa kkonċernata ġiet użata ħażin 100 % minħabba li l-proġett fih innisfu jista' xorta jilħaq l-għan tiegħu u jipprovdi valur miżjud. Ara wkoll il-punt 4,25.

Kaxxa 4.3 —   Eżempju ta’ żball ta’ eliġibbiltà: ksur ta’ regoli tal-akkwist pubbliku

Fir-Rumanija, il-benefiċjarju (muniċipalità rurali) applika għal appoġġ għal proġett ta’ investiment li kien jinkludi netwerk ta’ provvista tal-ilma, sistema ta’ drenaġġi, titjib ta’ toroq lokali u bini tal-komunità. Seba’ offerenti ppreżentaw offerti, li minnhom il-benefiċjarju rrifjuta ħamsa talli ma ssodisfawx ir-rekwiżiti. Il-Qorti sabet li l-offerent rebbieħ ma rrispettax żewġ rekwiżiti tal-offerta, u, barra minn hekk, li offerti oħra kienu ġew esklużi talli ma rrispettawx dawk l-istess rekwżiti. Minħabba n-nuqqas ta’ konformità mad-dossier tal-offerta u n-nuqqas ta’ rispett tal-prinċipju ta’ trattament indaqs, li influwenzaw l-eżitu tal-offerta, in-nefqa kkonċernata hija ineliġibbli.

Il-Qorti sabet każijiet ta’ ksur ta’ regoli tal-akkwist pubbliku wkoll fi Spanja (Andalucía), fi Franza, fil-Litwanja, fil-Polonja u fis-Slovenja.

Kaxxa 4.3 —    Eżempju ta' żball ta' eliġġibiltà: ksur ta' regoli tal-akkwist pubbliku

Rigward ir-Rumanija, il-Kummissjoni fil-verifiki tagħha sabet ukoll dgħufijiet sostanzjali, u li għalihom il-proċedura ta’ verifika tal-kontijiet għadha għaddejja. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jsegwu l-konklużjonijiet tal-Qorti fil-konfront tal-awtoritajiet nazzjonali bil-għan li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE u jirkupraw kwalunkwe ħlasijiet mhux dovuti.

4.17.

Il-Qorti sabet li 35 % mill-iżbalji kollha laqtu aktar pagamenti minn dak eżaminat, u eżempju ta’ dan jinsab fil-kaxxa 4.4.

 

Kaxxa 4.4 —   Eżempju ta’ żball rikorrenti tal-eliġibbiltà: VAT ineliġibbli inkluża

Fi Franza, il-benefiċjarju għall-miżura Konservazzjoni u titjib fil-valur tal-wirt rurali kien korp pubbliku. Dan tal-aħħar iddikjara n-nefqa bil-VAT inkluża, u din ġiet aċċettata mill-aġenzija tal-pagamenti u kkofinanzjata mill-baġit tal-UE. Madankollu, il-bażi legali applikabbli tistipula li l-VAT hija ineliġibbli għal korpi rregolati bil-liġi pubblika fir-rigward tal-attivitajiet jew tat-tranżazzjonijiet li fihom jaħdmu bħala awtoritajiet pubbliċi. Il-Qorti sabet li l-aġenzija tal-pagamenti kienet aċċettat ripetittivament VAT ineliġibbli għal pagamenti oħra wkoll.

Żbalji rikorrenti b’impatt finanzjarju nstabu wkoll fi Spanja (Andalucía), fl-Italja (Bolzano), fil-Polonja, fil-Portugall u fir-Rumanija.

Kaxxa 4.4 —    Eżempju ta’ żball rikorrenti tal-eliġibbiltà: VAT ineliġibbli inkluża

Fil-qafas tal-proċedura ta' verifika tal-konformità, is-servizzi tal-Kummissjoni se jsegwu s-sejbiet tal-Qorti fil-konfront tal-awtoritajiet nazzjonali bil-għan li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE u jirkupraw kwalunkwe ħlasijiet mhux dovuti.

4.18.

Taħt ċerti skemi ta’ għajnuna tal-FAEŻR (15), il-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-UE għandhom obbligu legali li jissodisfaw kundizzjonijiet ta’ “kundizzjonalità”, kif deskritt fil-Kapitolu 3 (il-paragrafu 3.5). Il-Qorti sabet ksur wieħed jew aktar tal-kundizzjonalità f’25 (33 %) mill-75 pagament suġġetti għall-kundizzjonalità (16). Il-Qorti nnutat problemi sinifikanti b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali.

4.18.

Ir-rispett tal-obbligi tal-kundizzjonalità ma jikkostitwixxix kriterju ta’ eliġibbiltà għall-ħlasijiet tal-PAK u, għaldaqstant, il-kontrolli ta' dawn ir-rekwiżiti ma jirrelatawx mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. Il-kundizzjonalità hija mekkaniżmu li bih il-bdiewa huma ppenalizzati meta huma ma jirrispettawx sensiela ta’ regoli li jirriżultaw b’mod ġenerali minn politiki oħra apparti l-PAK u japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE indipendentement mill-PAK. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-penali imposti għall-ksur tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità m’għandhomx jittieħdu f’kunsiderazzjoni għall-kalkolu tar-rati ta’ żball għall-PAK.

Dwar il-problemi sinifikanti misjuba għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali, id-DĠ AGRI jikkondividi l-osservazzjoni tal-Qorti u jagħti attenzjoni partikolari għal dawn ir-rekwiżiti matul il-verifiki tal-kundizzjonalità tagħha.

Ambjent, sajd u saħħa

4.19.

Fir-rigward tal-ambjent, is-sajd u s-saħħa, minn 17-il tranżazzjoni kkampjunati, 10 (59 %) kienu milquta minn żbalji, li minnhom 4 (40 %) kienu żbalji kwantifikabbli. Ir-raġuni prinċipali għall-iżbalji kwantifikabbli kienet li l-benefiċjarji ma rrispettawx ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà. Tingħata deskrizzjoni qasira ta’ dan fil-kaxxa 4.5.

 

Kaxxa 4.5 —   Eżempju ta’ żball ta’ eliġibbiltà: nuqqas ta’ rispett tal-prinċipju ta’ komplementarjetà

Il-programm LIFE ma jiffinanzjax miżuri koperti minn strumenti finanzjarji oħra tal-UE. Dan il-prinċipju ta’ “komplementarjetà” jfisser li l-benefiċjarji jridu jiżguraw li ebda finanzjament dirett jew indirett ieħor mill-UE ma jintuża biex jiffinanzja l-proġett LIFE tagħhom. Benefiċjarju ta’ proġett LIFE fl-Ungerija biex jiġi rristawrat ħabitat f’art mistagħdra rċieva wkoll għajnuna oħra mill-UE (inklużi ħabitats tan-NATURA 2000, u żoni żvantaġġati) għall-istess art użata għall-proġett LIFE. Din is-sitwazzjoni ġiet aċċettata mill-Kummissjoni li awtorizzat il-pagament tal-għajnuna. Minħabba n-nuqqas ta’ rispett tal-prinċipju ta’ “komplementarjetà”, in-nefqa kkonċernata hija parzjalment ineliġibbli.

Kaxxa 4.5 —    Eżempju ta’ żball ta’ eliġibbiltà: nuqqas ta’ rispett tal-prinċipju ta’ komplementarjetà

L-għajnuniet ikkwotati mill-Qorti ma jikkonċernawx direttament jew indirettament il-proġett LIFE jew azzjoni speċifika fi ħdanu, iżda jirrappreżentaw kumpens lil sidien tal-art li joħorġu mid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-iskema tal-Iżvilupp Rurali. Dawn il-kumpensi ma jirreferux għal xi azzjonijiet speċifiċi inklużi fil-proġett. Huma bi skop differenti minn dawk tal-proġett LIFE. Il-Kummissjoni tqis li dawn l-ammonti ma jistgħux jiġu ttrattati bħala finanzjament dirett jew indirett għall-proġett.

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

Żvilupp rurali

Sistemi tal-Istati Membri relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

4.20.

L- Anness 4.2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżaminar mill-Qorti tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Istati Membri (17).

4.20.

Tweġiba komuni għall-paragrafi 4.20 u 4.21.

Tabilħaqq, hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet amministrattivi u s-sistema ta’ kontroll fis-seħħ jissodisfaw ir-rekwiżiti legali u jiżguraw li ma hemm l-ebda riskju finanzjarju għall-fondi mill-FAEG u mill-FAEŻR.

Is-sistema ta’ ġestjoni maqsuma tal-fondi tal-FAEG u tal-FAEŻR hija tali li jekk ikun hemm nuqqasijiet li jwasslu għal riskji finanzjarji għall-fondi l-Kummissjoni għandha timponi korrezzjonijiet finanzjarji netti fuq l-Istati Membri kkonċernati.

 

Il-Kummissjoni hi konxja tan-nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll tal-Istati Membri għall-FAEŻR, speċjalment għal miżuri li mhumiex relatati mal-IACS. Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni (KĊ) għamlu rapport dwar dawn id-dgħufijiet fir-rapporti ta’ ċertifikazzjoni annwali tagħhom. Il-KĊ jagħmlu rakkomandazzjonijiet biex itejbu s-sistemi ta’ kontroll u jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni tieħu kont tas-sejbiet tal-KĊ, kif ukoll informazzjoni oħra disponibbli, meta twettaq l-analiżi tar-riskju tagħha u tistabbilixxi l-programm ta’ verifika tagħha stess fil-qafas tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

4.21.

F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet tal-Istati Membri huma responsabbli mill-istabbiliment u mill-operat b’mod partikolari ta’:

(a)

proċeduri amministrattivi u tal-kontroll xierqa biex jiżguraw il-preċiżjoni tad-dikjarazzjonijiet magħmula minn min jagħmel klejm, u l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà għall-għoti tal-għajnuna;

(b)

kontrolli fuq il-post li, skont l-iskema ta’ għajnuna, għandhom ikopru tal-anqas 5 % tal-benefiċjarji kollha jew tal-infiq (18). Proċeduri xierqa għandhom ikunu fis-seħħ għall-għażla tal-benefiċjarji, il-kwalità u r-rappurtar tal-kontrolli u l-adegwatezza tal-korrezzjonijiet magħmula;

(c)

sistema li tiggarantixxi kontroll effettiv tar-rispett tal-kundizzjonalità.

 

4.22.

Għal Franza, il-Qorti rrappurtat fir-rapport annwali 2010 li s-sistemi ma kinux effettivi (19). Għad-DAS 2012 twettqet missjoni ta’ segwitu biex jiġi ċċekkjat jekk id-dgħufijiet irrappurtati fl-2010 ġewx indirizzati. Il-Qorti sabet li erba’ (20) mis-seba’ defiċjenzi rrappurtati kienu għadhom mhux rimedjati jew inkella mhux kompletament rimedjati fir-reġjun li nżar (Midi-Pyrénées). Barra dan, ir-riżultati mill-ittestjar tat-tranżazzjonijiet fi tliet reġjuni oħra fi Franza wrew li f’dawn ir-reġjuni kienet għadha tippersisti dgħufija oħra, il-ħames waħda (21).

4.22.

Fl-aħħar sentejn il-Korp taċ-Ċertifikazzjoni irrapporta problemi sinifikanti fis-sistema ta’ kontroll tal-FAEŻR fi Franza, u infetħu proċeduri ta’ korrezzjoni finanzjarja għas-sentejn ikkonċernati.

L-awtoritajiet Franċiżi ġew mitluba biex jindirizzaw id-dgħufijiet li nstabu u dan se jkun segwit taħt il-proċeduri li nfetħu diġà.

Is-servizzi tal-Kummissjoni sabu wkoll matul il-verifiki tagħhom stess fi Franza nuqqasijiet repetuti simili għal dawk osservati mill-Qorti tal-Awdituri. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni segwew s-sejbiet tal-Qorti u sabu 3 min-nuqqasijiet li nstabu mill-QEA (nuqqas ta’ reviżjoni tax-xogħol minn persunal anzjan, analiżi tar-riskju mhix effettivi, kampjun każwali insuffiċjenti). Il-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet għadha għaddejja.

4.23.

Għall-ħames Stati Membri l-oħra, l-awditu tal-Qorti kopra l-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti rilevanti u valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi fl-iżgurar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet. B’mod partikolari ġew eżaminati t-tliet elementi deskritti fil-paragrafu 4.21.

 

4.24.

Għal dawn il-ħames Stati Membri, il-Qorti identifikat id-dgħufijiet prinċipali li ġejjin:

4.24.

Kull meta fil-qafas tal-verifiki tagħha l-Kummissjoni tidentifika xi dgħufijiet fil-kontrolli amministrattivi, din issegwihom permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE.

defiċjenzi f’kontrolli amministrattivi relatati ma’ kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà u impenji fil-ħames Stati Membri kollha, bħan-nuqqas ta’ detezzjoni ta’ VAT ineliġibbli jew ta’ finanzjament doppju;

 

evalwazzjoni insuffiċjenti tar-raġonevolezza tal-ispejjeż (il-Ġermanja (Brandenburg u Berlin), il-Polonja, ir-Rumanija u l-Isvezja);

Il-Kummissjoni tikkondividi l-fehma li l-verifiki amministrattivi tar-raġonevolezza tal-ispejjeż huma essenzjali biex jiżguraw l-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll. Il-Kummissjoni matul il-verifiki tal-konformità tagħha ukoll sabet nuqqasijiet fl-evalwazzjoni tar-raġonevolezza tal-ispiża u imponiet korrezzjonijiet finanzjarji f’dan ir-rigward biex tipproteġi l-interess finanzjarju tal-UE.

dgħufijiet fl-applikazzjoni ta’ tnaqqis jew irkupri fil-ħames Stati Membri kollha;

Il-kwistjonijiet imsemmija mill-Qorti tal-Awdituri huma wkoll eżaminati sistematikament matul il-missjonijiet ta’ verifiki tal-Kummissjoni. Meta jinstabu dgħufijiet, dawn iwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji imposti fuq l-Istati Membri permezz tal-approvazzjoni ta’ konformità tal-proċedura ta’ verifika tal-kontijiet kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-titjib tas-sistemi ta’ kontroll.

kwalità insuffiċjenti ta’ kontrolli fuq il-post fil-ħames Stati Membri kollha, pereżempju mhux l-impenji u l-obbligi kollha kienu koperti minn dawn il-kontrolli, u/jew ma nqabdux in-nuqqasijiet kollha ta’ konformità;

 

defiċjenzi fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll għal kontrolli tal-kundizzjonalità fil-ħames Stati Membri kollha, bħal standards nazzjonali insuffiċjenti tal-KAAT jew implimentazzjoni nazzjonali skorretta tad-Direttiva dwar in-Nitrati.

Il-Kummissjoni wettqet verifiki tal-kundizzjonalità fil-ħames Stati Membri vverifikati mill-Qorti (għalkemm mhux l-istess reġjuni fil-Ġermanja) u osservat ukoll dgħufijiet fid-definizzjoni u l-kontroll tal-istandards tal-KAAT u l-SMRs. Meta jkun ġie stabbilit b’mod ċar riskju għall-fondi, il-Kummissjoni applikat korrezzjoni finanzjarja fil-qafas ta’ dawk l-inkjesti jew għadha f’nofs il-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet f’inkjesti li jirrigwardaw dawn il-ħames Stati Membri (RO, BG, PL, SE u DE).

Dawn id-dgħufijiet kienu simili ħafna għal dawk misjuba u rrappurtati fir-rigward tas-sitt Stati Membri differenti li ġew awditjati s-sena l-oħra (22).

Il-punti dgħajfa msemmija mill-Qorti huma indirizzati fil-pjanijiet ta' azzjoni estensivi implimentati f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri bi tweġiba għar-riżervi rigward in-nefqa tal-iżvilupp rurali fl-2011 u l-2012 fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tad-DĠ AGRI tal-2011 u 2012, u mistennija li jagħtu l-frott fis-snin li ġejjin.

4.25.

Id-dgħufijiet l-aktar importanti maqbuda mill-Qorti kienu jikkonċernaw kontrolli ineffettivi tar-regoli tal-akkwist, li kienu evidenti fil-ħames Stati Membri kollha. Bħala eżempju, il-Qorti eżaminat 40 proċedura tal-akkwist pubbliku f’dawn il-ħames Stati Membri, li wera li 16 (40 %)kienu milquta minn żbalji. F’6 mill-40 każ, instab nfiq ineliġibbli. B’mod kumplessiv, l-awditu qabad aktar minn EUR 9 miljun ta’ nfiq ineliġibbli li rriżulta min-nuqqas ta’ rispett tar-regoli tal-akkwist. Każ li jinvolvi nfiq ineliġibbli jingħata fil-kaxxa 4.6.

4.25.

Il-Kummissjoni sabet ukoll dgħufijiet sostanzjali fir-rigward tar-regoli tal-akkwist u korrezzjonijiet finanzjarji se jkunu imposti biex ikopru r-riskju finanzjarju lill-FAEŻR.

L-akkwist pubbliku huwa wkoll wieħed mill-elementi ċentrali fil-pjanijiet ta’ azzjoni msemmija taħt punt 4.11.

Madankollu, għandu jiġi nnutat li n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-akkwist ma jinvolvix neċessarjament li 100 % tam-nefqa kkonċernata hija ineliġibbli minħabba li l-proġett fih innisfu jista' xorta jilħaq l-għan tiegħu u jipprovdi valur miżjud.

Is-servizzi tal-Kummissjoni qed jaħdmu fuq li jistabbilixxu linji gwida komuni għall-fondi kollha tal-UE għad-determinazzjoni tal-livell ta’ korrezzjonijiet finanzjarji f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku — ara wkoll il-punt 4.16.

Rigward ir-Rumanija, il-Kummissjoni fil-verifiki tagħha sabet ukoll dgħufijiet sostanzjali, u li għalihom il-proċedura ta’ verifika tal-kontijiet għadha għaddejja. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jsegwu l-konklużjonijiet tal-Qorti fil-konfront tal-awtoritajiet nazzjonali bil-għan li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE u jirkupraw kwalunkwe ħlasijiet mhux dovuti.

Kaxxa 4.6 —   Eżempju ta’ kwalità insuffiċjenti ta’ kontrolli amministrattivi ta’ Stat Membru

Għal każ wieħed ta’ akkwist pubbliku ċċekkjat fil-Ġermanja (Brandenburg u Berlin), l-aġenzija tal-pagamenti nfisha kienet il-benefiċjarju ta’ aktar minn EUR 2,2 miljun f’għajnuna tal-FAEŻR taħt il-miżura “assistenza teknika”, li tikkonċerna s-sistema esternalizzata tal-IT tal-aġenzija tal-pagamenti bejn l-2008 u l-2012.

Il-Qorti sabet li l-kuntratt għas-sistema tal-IT u l-ordni sussegwenti ta’ manutenzjoni tal-IT ngħata lil kumpanija permezz ta’ proċedura negozjata mingħajr notifika minflok permezz tal-proċedura mifutħa jew ristretta li kienet meħtieġa. Nuqqas li jissegwew il-proċeduri meħtieġa jirrendi l-infiq ineliġibbli għal finanzjament mill-UE. L-istess sitwazzjoni fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti għal sistemi tal-IT ġrat fi 11-il reġjun Ġermaniż ieħor.

 

Sistemi tal-Kummissjoni relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Il-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-kontijiet tal-Kummissjoni

4.26.

Il-ġestjoni tal-biċċa l-kbira tan-nefqa fuq l-agrikoltura hija kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. L-għajnuna titħallas mill-Istati Membri, li mbagħad tiġi rimborżata mill-Kummissjoni (fuq bażi ta’ kull xahar għall-FAEG u fuq bażi ta’ kull tliet xhur għall-FAEŻR). Biex hija tkun tista tassumi r-responsabbiltà aħħarija għall-implimentazzjoni tal-baġit, il-Kummissjoni tapplika żewġ proċeduri separati ta’ approvazzjoni tal-kontijiet (23):

(a)

proċedura annwali ta’ approvazzjoni finanzjarja li tkopri l-kontijiet annwali u s-sistema ta’ kontroll intern ta’ kull aġenzija tal-pagamenti akkreditata. Id-deċiżjoni riżultanti hija bbażata fuq awditi mwettqa minn korpi indipendenti taċ-ċertifikazzjoni fl-Istati Membri, li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni;

(b)

proċedura pluriennali ta’ approvazzjoni tal-konformità, li tista’ twassal għal korrezzjonijiet finanzjarji għall-Istat Membru kkonċernat jekk l-infiq kiser regoli tal-UE f’sena finanzjarja waħda jew f’bosta snin finanzjarji. Id-deċiżjonijiet riżultanti huma bbażati fuq awditi mwettqa mill-Kummissjoni.

 

4.27.

Fir-rigward tal-istabbiliment tax-xogħol tal-awditjar tal-Kummissjoni fuq il-konformità, il-Qorti sabet li l-biċċa l-kbira mill-elementi ewlenin kienu fis-seħħ u konformi mar-rekwiżiti regolatorji prinċipali. L-ammont ta’ nfiq kopert mix-xogħol fuq il-konformità espress bħala perċentwal tal-infiq totali kien 47 % fl-2008 u 42 % fl-2012. Fil-programm annwali tal-awditjar għall-2013, il-kopertura ppjanata hija biss 19 %. Fir-rigward tax-xogħol tal-awditjar tal-konformità mwettaq, il-Qorti qabdet dgħufijiet fir-rigward tal-kontroll tal-kwalità, id-dokumentazzjoni tal-awditjar, il-mod ta’ evalwazzjoni tal-evidenza u l-iffurmar ta’ konklużjonijiet (24).

4.27

Il-paragrafi 4.27 sa 4.33 janalizzaw l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità. F’dak li jirrigwarda s-sena 2012:

kif ġustament osservat mill-Qorti fil-paragrafu 4.33, l-ammont ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa, bħala parti tal-ammont totali ta’ korrezzjonijiet finanzjarji, naqas minn 68 % fl-2011 għal 12 % fl-2012; għaldaqstant aktar u aktar korrezzjonijiet finanzjarji huma bbażati fuq stima aktar preċiża ta’ riskju finanzjarju għall-UE.

kif osservat ukoll mill-Qorti fil-paragrafu 4.29, l-ammont totali ta’ korrezzjonijiet finanzjarji f’dawn l-aħħar snin żdiedu.

Il-kopertura ta’ verifika iktar baxxa għall-2013 msemmija mill-Qorti tirrifletti deċiżjoni tal-maniġment meħuda mid-DĠ AGRI minħabba l-ħtieġa li tuża r-riżorsi limitati tagħha għat-tħaffif tat-trattament ta’ każijiet miftuħin - li ż-żieda fir-rikors għal korrezzjonijiet finanzjarji kkakulati minflok rati fissi għamlet aktar ikkumplikata u li jeżiġu ħafna riżorsi, kif ukoll għas-segwitu ta’ pjanijiet ta’ azzjoni fis-seħħ fl-Istati Membri. Madankollu, huwa nnutat li, l-kopertura reali hija ferm ogħla minħabba li l-verifiki tal-konformità tkopri mill-inqas in-nefqa effettwata fl-aħħar 24 xahar (ir-regola tal-24 xahar); iċ-ċifra għall-2013, li mhijiex rilevanti fil-kuntest ta’ dan ir-rapport, mhux se tkun magħrufa sar-Rebbiegħa tal-2014 meta jaslu d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa annwali. Huwa enfasizzat li l-kopertura tal-verifika fl-ippjanar tal-verifika tal-2013 hija indikattiva u ma tistax tiġi mqabbla mal-kopertura propja fis-snin preċedenti. Barra minn hekk, in-nefqa koperta hija dik li għaliha hemm l-akbar riskju.

Huwa nnutat li għall-FAEŻR, in-numru tal-missjonijiet ta’ verifika żdiedu minn 23 fl-2012 għal 35 fl-2013.

Dawn it-tliet kriterji essenzjali jindikaw l-effikaċja tal-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità biex jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji. Madankollu, u notevolment fil-qafas tar-riforma tal-PAK, il-Kummissjoni qed tikkunsidra aktar titjib.

Il-kwalità tax-xogħol ta’ verifika tal-Kummissjoni hija żgurata permezz tal- prinċipju “tal-erba’ għajnejn” u l-pjanijiet kollha ta’ verifika u r-rapporti huma analizzati u diskussi mill-ġerarkija tal-awdituri. Ix-xogħol ta’ verifika huwa dokumentat permezz ta’ listi ta’ kontroll u rapporti u, b’segwitu għar-rimarki tal-Qorti tal-Awdituri fir-rapport annwali tagħha tal-2011, id-dokumentazzjoni tal-awditjar qed tiġi mtejba u armonizzata.

4.28.

L-awditi tal-Kummissjoni huma bbażati fuq is-sistemi, u ma għandhomx il-għan li jiċċekkjaw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-kampjuni jintgħażlu fuq bażi skont il-ġudizzju jew aleatorja, u jkopru nfiq relatat ma’ bosta snin baġitarji. Għalhekk ix-xogħol tal-awditjar tal-Kummissjoni mhuwiex intenzjonat li jikkalkula rata ta’ żball annwali.

4.28.

Il-verifiki tal-Kummissjoni huma bbażati fuq analiżi ċentrali tar-riskju li jiddetermina oqsma riskjużi fejn l-attivitajiet u r-riżorsi tal-awditjar għandhom jiġu kkonċentrati sabiex itejbu l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

4.29.

Fl-2012, il-Kummissjoni ħadet tliet deċiżjonijiet tal-konformità, li wasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji ta’ EUR 651 miljun (EUR 503 miljun relatati mal-FAEG u EUR 148 miljun mal-FAEŻR). L-ammont medju ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fl-aħħar perjodu ta’ ħames snin (2008 - 2012) kien 30 % ogħla milli fil-perjodu preċedenti (2003 - 2007), u ttieħed kont taż-żieda fil-baġit bejn dawk iż-żewġ perjodi.

4.29.

Il-Kummissjoni tqis li di iż-żieda ta' 30 % fil-korrezzjonijiet finanzjarji tindika li l-effettività tal-proċedura ta’ konformità mhux qed tonqos.

4.30.

L-użu ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa ma jiħux kont suffiċjenti tan-natura u tal-gravità tal-ksur (25), peress li tiġi applikata l-istess korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 %, irrispettivament ta’ jekk instabux dgħufijiet għal kontroll ewlieni waħdieni jew għal ħafna tali kontrolli. Madankollu, filwaqt li korrezzjonijiet b’rata fiss ntużaw ħafna fil-passat, sar tnaqqis notevoli fl-2012. Minkejja dan, f’6 mill-54 każ fl-2012, il-Kummissjoni naqqset it-tnaqqis b’rata fissa ta’ 5 % propost fil-bidu għal 2 % wara l-proċedura ta’ konċiljazzjoni.

4.30.

Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza l-elementi li ġejjin fir-rigward ta’ dan il-punt. Mill-korrezzjonijiet finanzjarji tal-2012, 12 % biss kienu korrezzjonijiet b’rata fissa. Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji, li ilu fis-seħħ sa mill-1997, hija kompletament kompatibbli u tikkonforma kompletament mal-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005. Din ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja, inkluż għal każijiet wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Il-Kummissjoni tinnota li l-Qorti tikkritika n-nuqqas ta’ akkumulazzjoni ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa.

Il-Qorti korrettement issostni li l-Kummissjoni naqqset il-korrezzjonijiet wara l-proċedura ta’ konċiljazzjoni. Fis-sitt każijiet inkwistjoni, kif inhi s-sitwazzjoni f’dawn il-każijiet kollha, il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa l-ispjegazzjonijiet u kwalunkwe tagħrif ġdid mogħti mill-Istati Membri matul din il-proċedura qabel ma ħadet id-deċiżjoni meqjusa tajjeb tagħha għat-tnaqqis korrezzjoni b’rata fissa proposta inizjalment sabiex tirrifletti l-aħjar riskju reali għall-baġit tal-UE. Huwa nnutat li huwa fin-natura nfisha tal-proċedura kontradittorja biex tippermetti lill-Kummissjoni tersaq lejn aktar kalkolu mirqum tar-riskju għall-baġit.

4.31.

Problema persistenti bid-deċiżjonijiet tal-konformità hija t-tul tal-proċedura. Il-Qorti diġà rrappurtat dwar din il-kwistjoni fir-Rapport Speċjali tagħha tal-2010 (26), iżda sabet li s-sitwazzjoni ma ttejbitx. Kampjun ta’ proċeduri tal-konformità wera li fl-2012 il-ħin reali meħud (aktar minn erba’ snin) kien id-doppju ta’ dak stabbilit fl-iskadenzi interni tal-Kummissjoni, u dan irriżulta f’ammont konsiderevoli ta’ xogħol b’lura.

4.31.

Notevolment fil-qafas tal-preparazzjoni għall-implimentazzjoni tar-riforma tal-PAK, il-Kummissjoni se tkompli fl-isforzi tagħha biex ittejjeb u tħaffef il-proċess, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-ħtieġa li jinżammu l-istandards ta’ kwalità u d-dritt ta' rispota tal-Istat Membru.

4.32.

Il-Qorti sabet li ma tteħidx kont suffiċjenti tar-riżultati tal-awditi tal-konformità għad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni finanzjarja. Dan ifisser li titnaqqas id-dipendenza li tista’ titqiegħed fuq l-approvazzjoni finanzjarja.

4.32.

L-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jistipula b’mod ċar li d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni finanzjarja għandha tkopri l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi mill-aġenzija tal-pagamenti. Id-deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet adottati sussegwentement taħt proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità. Għalhekk, iż-żewġ proċeduri huma distinti u awtonomi, għalkemm ovvjament komplementari. Jekk din tal-aħħar (il-proċedura tal-konformità) tkun tista' tinfetaħ qabel tal-ewwel, id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni finanzjarja m'għandhiex tkun ibbażata la fuq sejbiet tal-verifiki tal-konformità u lanqas fuq is-sejbiet tal-Qorti li jikkonċernaw ir-regolarità tan-nefqa, għal raġunijiet ovvji ta’ differenzi f’termini ta’ żmien, natura u ambitu tad-diversi eżerċizzji.

4.33.

Għalkemm il-Kummissjoni żiedet l-ammont totali ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fis-snin riċenti, u naqqset il-proporzjon ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa b’mod sinifikanti fl-2012 (27), id-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-konformità għadhom ma jittieħdux b’mod xieraq u f’waqthom.

4.33.

Iż-żieda fl-ammont totali ta’ korrezzjonijiet finanzjarji f’dawn l-aħħar snin u t-tnaqqis sinifikanti tal-proporzjon ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa fl-2012 osservati mill-Qorti huma indikazzjonijiet ċari li s-sistema hija effettiva. Madankollu, il-Kummissjoni qiegħda tikkunsidra titjib, notevolment bħala parti mill-implimentazzjoni tar-riforma tal-PAK u fid-dawl ta’ mmaniġġjar aħjar tal-proċedura f’termini ta’ preċiżjoni tal-istima ta’ riskju finanzjarju tal-UE u l-ħin.

Il-proċedura ta’ rinforz tal-aċċertament

4.34.

Fl-2010 l-Kummissjoni introduċiet fuq bażi volontarja qafas ġdid ta’ kontroll imsejjaħ “rinforz tal-aċċertament dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-benefiċjarji finali permezz ta’ xogħol il-korpi taċ-ċertifikazzjoni”. Il-qafas legali propost għall-PAK wara l-2013 jinkludi provvedimenti biex din il-proċedura ssir obbligatorja għall-Istati Membri kollha.

4.34.

L-infurzar tal-eżerċizzju ta' assigurazzjoni kien maħsub bħala l-ewwel pass fi proċess ta’ żvilupp lejn assigurazzjoni akbar fir-rigward tal-ħidma ta’ kontroll imwettqa mill-Istati Membri. F’din il-fażi preparatorja, dina wriet li hija eżerċizzju ta' tagħlim konġunt utli bil-parteċipanti volontarji tagħha bil-għan li jiġu żviluppati u pperfezzjonati l-proċeduri u linji ta’ gwida għax-xogħol ta' legalità u regolarità meħtieġ għal-leġiżlazzjoni l-ġdida tar-riforma tal-PAK.

4.35.

Il-proċedura ta’ rinforz tal-aċċertament tfisser li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jwettqu mill-ġdid kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijijet li l-aġenzija tal-pagamenti tkun iċċekkjat fuq il-post. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-Istati Membri japplikaw din il-proċedura b’mod korrett, il-korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-kontijiet jistgħu jkunu limitati għar-rata ta’ żball derivata mill-istatistika tal-ispezzjonijiet iċċertifikata. S’issa, il-Kummissjoni ma użatx din il-possibbiltà peress li l-kundizzjonijiet għal tali limitu massimu ma ġewx issodisfati.

4.35.

Tali ffissar ta' limitu massimu possibbli, taħt ċerti kundizzjonijiet, tal-livell ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għar-rata ta’ żball msemmija hija relatata mal-proċeduri ta' konformità tal-approvazzjoni tal-kontijiet. Fil-fatt, jekk Stat Membru jimplimenta l-proposta stabbilita hawn fuq u jekk il-korp taċ-ċertifikazzjoni jikkonferma l-affidabbiltà tal-istatistika ta’ kontroll għal popolazzjoni partikolari, kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja għan-nuqqasijiet ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istat Membru ta’ skema ta’ għajnuna fi ħdan dik il-popolazzjoni tkun limitata għar-rata ta’ żball derivata mill-istatistika tal-kontroll ikkonċernata.

Meta l-korp taċ-Ċertifikazzjoni ma jikkonfermax ir-rata tal-iżbalji derivata mill-istatistiki ta’ kontroll tal-aġenzija tal-ħlas, il-kundizzjonijiet għat-trażżin ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fil-livell tar-rata tal-iżbalji mhumiex sodisfatti.

4.36.

Fl-2012, l-awditu tal-Qorti kien jinkludi erbgħa mill-ħames Stati Membri li applikaw din il-proċedura: tnejn għall-FAEŻR (il-Bulgarija u r-Rumanija) u tnejn għall-FAEG (il-Lussemburgu u r-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)). Il-Qorti nnutat defiċjenzi serji fl-implimentazzjoni tal-proċedura.

4.36.

Għall-Irlanda ta’ Fuq missjoni ta’ verifikazzjoni dwar il-kwalità ta’ xogħol tal-KĊ hija ppjanata ladarba tasal it-tweġiba tal-pajjiż għar-rapport tal-QEA.

Għar-Rumanija u l-Bulgarija, ebda missjonijiet ta’ verifika ma huma skedati minħabba li l-KĊ ma setax jikkonferma n-nefqa inkorporata fl-istatistiċi tal-kontroll. Madankollu, għadu għaddej segwitu ma’ dawk il-pajjiżi tar-riżultati tal-QEA bil-għan li titjieb il-kwalità l-ħidma tal-KĊ għas-snin li jmiss.

Fir-rigward tal-FAEŻR, il-Qorti sabet li d-data rrappurtata miż-żewġ korpi taċ-ċertifikazzjoni ma kinitx affidabbli. Pereżempju, fir-Rumanija l-Qorti wettqet l-ispezzjonijiet tal-korp taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid u sabet karatteristiċi ineliġibbli f’5 mill-10 każijiet ittestjati.

Il-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità relatati mal-FAEŻR jinsabu għaddejjin bejn iż-żewġ Stati Membri kkonċernati, ir-riskju li rriżulta minn nuqqasijiet identifikati se jkunu koperti permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji.

Fir-rigward tal-FAEG, l-analiżi mill-Qorti ta’ kampjun tal-pagamenti awditjati mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni rispettivi u t-twettiq mill-ġdid ta’ għadd ta’ kejl imwettaq minn dawk il-korpi wrew differenzi sinifikanti. Pereżempju, għal 12 minn 47 kejl imwettaq mill-ġdid mill-Qorti fir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq), ir-riżultati tal-kejl ma kinux jaqblu b’aktar mill-marġni ta’ tolleranza applikabbli (28) mar-riżultati rrappurtati mill-korp taċ-ċertifikazzjoni.

Ara hawn fuq.

Ir-rapport annwali tal-attività (RAA) tad-DĠ AGRI

4.37.

Ir-RAA tad-DĠ AGRI fih riżerva għall-infiq totali tal-FAEŻR għall-2012 (EUR 13,3 biljun). Din ir-riżerva nħarġet minħabba tħassib tad-DĠ AGRI dwar il-kwalità tal-kontrolli f’xi Stati Membri kif ukoll ir-rata ta’ żball irrappurtata mill-Qorti.

4.37.

Ir-riserva ġiet estiża mill-2011. Iżda kif indikat fit-test tar-riserva, il-bażi għar-riserva ġiet imwessgħa. Il-verifiki tal-Qorti tal-Awdituri u tad-DĠ AGRI jqajmu tħassib dwar il-kwalità tal-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri. Għaldaqstant ir-riżerva ġiet estiża għall-2012 minkejja li l-kalkolu tar-rata ta’ żball residwu kienet taħt it-2 %.

4.38.

Madankollu, ir-riżerva tad-DĠ AGRI għall-FAEŻR għandha d-defiċjenzi li ġejjin:

4.38.

Ir-raġunijiet għar-riżerva dwar il-FAEŻR huma spjegati biċ-ċar fl-AAR tad-DĠ AGRI tal-2012. Minħabba tħassib dwar il-kwalità tal-kontrolli f’xi Stati Membri, u għaliex ma kienx possibbli li jintuża l-approċċ integrat il-ġdid adottat għal għajnuna diretta diżakkopjata, id-DĠ AGRI ma setgħax jeskludi li r-rata residwa tal-iżbalji vera kienet ogħla mill-materjalità. Madankollu, minħabba wkoll li l-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet imwettqa fl-2012 fil-qafas ta’ pjan ta’ azzjoni komprensiv stabbilit biex isegwi r-riżerva tal-2011 ma setax jipproduċi impatt sinifikanti fuq ir-rata ta’ żball residwu qabel l-2014 l-aktar kmieni, ġie deċiż li tinżamm ir-riżerva tal-2011.

 

Id-DĠ AGRI fl-AAR tal-2012 tiegħu jiżvela b’mod ċar (taqsima 3.1.1.1.7) li l-approċċ il-ġdid adottat għall-għajnuniet diretti diżakkoppjati ma jiġix applikat, prinċipalment minħabba raġunijiet ta’ żmien, għall-iżvilupp rurali f’dak ir-rapport. Kif indikat fir-Rapport ta’ Sinteżi tal-Kummissjoni għall-2012, l-approċċ integrat il-ġdid se jiġi żviluppat aktar u se jintuża wkoll għan-nefqa tal-iżvilupp rurali fl-AAR tad-DĠ AGRI tal-2013. Dan se jippermetti għal kwantifikazzjoni aktar preċiża tal-ammonti li jinsabu f’riskju.

abbażi tal-istatistika tal-kontroll irrappurtata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, ir-rata tal-iżball residwu (RER) (29) kienet ta’ 1,62 % (ikkwantifikata mill-Kummissjoni f’livell ta’ EUR 202,7 miljun). Id-DĠ AGRI ġġudika li r-RER x’aktarx li kienet se tkun ogħla minn din u kellha mnejn taqbeż it-2 %; madankollu hija ma pprovdietx l-istima kwantifikata tagħha stess tar-RER;

 

għall-approċċ ġdid segwit għall-għajnuna diżakkoppjata taż-żona, id-DĠ AGRI jagħmel valutazzjoni għal kull aġenzija tal-pagamenti dwar jekk għandhiex tiġi applikata rata ogħla ta’ żball jew le abbażi ta’ informazzjoni mill-awditi tiegħu stess (ara l-Kapitolu 3, il-paragrafu 3.31). Għall-iżvilupp rurali, dan l-approċċ ma ssegwiex għall-2012.

 

4.39.

Id-DG AGRI jindika fir-riżerva tiegħu li, filwaqt li ttieħdu għadd sinifikanti ta’ azzjonijiet biex jiġi indirizzat il-livell ogħla ta’ żball, mhuwiex se jkun fattibbli li jiġi prodott impatt sinifikanti fuq ir-rata ta’ żball qabel l-2014 mill-aktar fis. Il-Qorti taqbel ma’ din il-valutazzjoni tal-aħħar.

 

Ambjent, sajd u saħħa

4.40.

L-ambjent, is-sajd u s-saħħa huma ġestiti mill-Kummissjoni taħt sistemi speċifiċi ta’ kontroll. Il-Qorti awditjat is-sistemi ta’ kontroll intern tad-DĠ SANCO għall-akkwist, għall-puntwalità ta’ pagamenti, u għall-ftehimiet ta’ għotjiet. L-awditu sab li dawn is-sistemi kienu parzjalment effettivi. Fir-rigward ta’ kuntratti żgħar, kien hemm assenza ta’ kriterji ċari għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja u ekonomika tal-kandidati, u dokumentazzjoni insufiċjenti għall-għażla tal-kandidati għal proċeduri nnegozjati jew ristretti tal-offerti. Verifikazzjonijiet ex ante fuq il-post damu ħafna biex jiġu ffinalizzati, u dan ikkawża dewmien eċċessiv fil-pagamenti u xi dewmien fil-pagamenti ma ġiex ikkalkulat b’mod korrett. Rigward il-ftehimiet ta’ għotjiet ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi, kien hemm assenza ta’ evidenza dwar kunflitti potenzjali ta’ interess li affettwaw esperti esterni.

4.40.

Għal kuntratti żgħar, il-Kummissjoni tuża kriterji ta' vijabbiltà finanzjarja ġenerali minflok speċifiċi minħabba r-riskju finanzjarju baxx involut f’kuntratti żgħar ta’ perjodu qasir li ma jipprevedux ħlasijiet ta’ prefinanzjament.

Rigward l-għażla ta’ kandidati sejħiet għall-offerti negozjati u ristratti, il-proċedura bħalissa qed tiġi aġġornata fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid.

Il-finalizzazzjoni ta’ verifiki fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni fl-Istati Membri, qabel ma jsir il-pagament finali, ħadet żmien relattivament twil minħabba li kien hemm ħafna kwistjonijiet pendenti li kellhom jiġu ċċarati ma’ min kinet qed issirlu l-verifika. Matul dan il-perjodu, l-Istati Membri rċevew sadanittant l-ewwel u t-tieni partijiet tal-istima dovuta tal-pagament.

 

Il-kontrolli ta’ esperti esterni jiffurmaw parti mil-linjigwida standard miktuba dwar il-proċeduri ta’ ħidma tal-Aġenzija. Barra minn hekk, aspetti ta' kunflitt ta’ interess huma ġestiti permezz ta’ dikjarazzjonijiet mill-esperti u l-kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-evalwazzjoni li jqiegħdu esperti individwali f’pożizzjoni minuri. L-Aġenzija se taġġorna l-evidenza tagħha tal-kontrolli skont il-konklużjonijiet tal-awditur.

4.41.

Il-Qorti ma għandha ebda osservazzjoni speċifika x’tagħmel dwar ir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ MARE fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

 

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-konklużjoni għall-2012

4.42.

Għal dan il-grupp tal-politika,

4.42.

l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet jindika li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli preżenti fil-popolazzjoni hija ta’ 7,9 %, u

Il-Kummissjoni tieħu nota tar-rata ta’ żball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti. Hija ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità ta’ tranżazzjoni waħda. Dan iwassal għal stima aktar maxxa mill-Kummissjoni tal-livell ta’ ħlasijiet mhux dovuti.

L-ittestjar tat-tranżazzjonijiet kif stabbilit mill-Qorti jindika li l-livell meqjus ta’ żbalji baqa’ stabbli meta mqabbel mas-sena l-oħra.

is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati (30) huma vvalutati bħala parzjalment effettivi. Mis-sistemi tal-iżvilupp rurali awditjati tas-sitt Stati Membri, waħda minnhom ma kinitx effettiva (ir-Rumanija) u l-ħamsa l-oħra kienu parzjalment effettivi (il-Bulgarija, il-Ġermanja (Brandenburg u Berlin), Franza, il-Polonja u l-Isvezja).

Il-Kummissjoni tinnota li r-riżultati ppreżentati huma simili għar-riżultati tas-sena l-oħra.

Notevolment rigward ir-Rumanija, il-Kummissjoni fil-verifiki tagħha sabet ukoll dgħufijiet sostanzjali, u li għalihom il-proċedura ta’ verifika tal-kontijiet għadha għaddejja. Għall-Bulgarija l-Kummissjoni wkoll sabet dgħufijiet fil-verifiki tagħha li qed jiġu segwiti fl-approvazzjoni tal-kontijiet.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-infiq aċċettat huwa milqut minn livell materjali ta’ żball.

 

Rakkomandazzjonijiet

4.43.

L- Anness 4.3 juri r-riżultat tal-analiżi mill-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru f’rapport annwali preċedenti. Fir-rapporti annwali 2009 u 2010, il-Qorti ppreżentat seba’ rakkomandazzjonijet. Minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, waħda ġiet implimentata fil-parti l-kbira tal-aspetti u sitta f’xi aspetti.

4.43.

Il-Kummissjoni tqis bħala implimentati l-erba’ rakkomandazzjonijiet relatati mal-agrikoltura msemmija mill-Qorti.

4.44.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2012, il-Qorti tirrakkommanda fil-qasam tal-iżvilupp rurali li:

4.44.

Rakkomandazzjoni 1: l-Istati Membri jwettqu aħjar il-kontrolli amministrattivi eżistenti tagħhom, billi jużaw l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għall-aġenziji tal-pagamenti, peress li dan għandu l-potenzjal li jinqabdu u jiġu kkoreġuti l-biċċa l-kbira tal-iżbalji (ara l-paragrafi 4.11 u 4.24);

Il-Kummissjoni taqbel mal-fehma li l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kontrolli amministrattivi tagħhom aħjar.

Fil-kuntest tat-tfassil tar-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha għar-riforma tal-PAK, il-Kummissjoni qed tqis kif issaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll u dawk amministrattivi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri u kif tista’ ssaħħaħ l-istrumenti varji (inkluż sospensjoni tal-ħlasijiet) li għandhom jintużaw mill-Kummissjoni għal ħarsien aħjar tal-interessi finanzjarji tal-UE f’każijiet fejn l-Istati Membri ma jwettqux sew ir-rwol tagħhom taħt ġestjoni kondiviża tar-regoli.

Rakkomandazzjoni 2: il-Kummissjoni tiżgura segwitu xieraq tal-każijiet kollha fejn il-Qorti qabdet żbalji (bħalma ġie identifikat fil-paragrafi 4.17, 4.24 u 4.25);

Il-Kummissjoni se tiżgura li l-iżbalji sistemiċi kollha misjuba mill-Qorti jiġu segwiti kif xieraq, inkluż permezz tal-proċedura ta’ konformità tagħha fejn xieraq.

Rakkomandazzjoni 3: il-Kummissjoni, fir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ AGRI, tapplika approċċ simili għall-FAEŻR bħalma għamlet għall għajnuna diżakkoppjata taż-żona, fejn il-Kummissjoni tieħu kont tar-riżultati tal-awditi tal-konformità tagħha stess fil-valutazzjoni tar-rata ta’ żball għal kull aġenzija tal-pagamenti (ara l-paragrafu 4.38);

Il-Kummissjoni diġà indikat b’mod ċar fir-rapport ta’ Sinteżi tagħha għall-2012 li l-approċċ integrat il-ġdid se jkompli jiġi żviluppat u se jintuża wkoll għall-FAEŻR għar-rapporti mis-sena 2013 'il quddiem. Barra minn hekk, tfakkar li l-approċċ integrat jikkunsidra wkoll is-sejbiet tal-Qorti dwar is-sistemi tal-verifika u s-sejbiet tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni.

u għall-PAK fl-intier tagħha li:

 

Rakkomandazzjoni 4: il-Kummissjoni tiżgura kopertura adegwata fl-awditi tal-konformità tagħha (ara l-paragrafu 4.27);

Il-Kummissjoni se tieħu l-miżuri xierqa fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli.

Rakkomandazzjoni 5: il-Kummissjoni tindirizza d-dgħufijiet identifikati fl-awditi tal-konformità tagħha u l-problema persistenti ta’ dewmien twil fil-proċedura ta’ konformità fl-intier tagħha (ara l-paragrafi 4.27, 4.31 u 4.33);

Il-Kummissjoni se tkompli ttejjeb il-metodoloġija u l-proċeduri tal-verifika tagħha. Barra minn hemm, se tkompli tagħmel sforzi, notevolment fil-qafas tat-tħejjija tal-implimentazzjoni tar-riforma tal-PAK, biex ittejjeb u tħaffef il-proċess, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-ħtieġa li jinżammu l-istandards ta’ kwalità u d-dritt ta' rispota tal-Istat Membru.

Rakkomandazzjoni 6: il-Kummissjoni ttejjeb aktar il-metodu tagħha għad-determinazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji sabiex tieħu kont aħjar tan-natura u tal-gravità tal-ksur li nqabad (ara l-paragrafu 4.30).

Kif turi ż-żieda fl-ammont totali ta’ korrezzjonijiet finanzjarji f’dawn l-aħħar snin u t-tnaqqis sinifikanti tal-proporzjon ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa fl-2012, rikonoxxuti mill-Qorti nfisha, il-Kummissjoni diġa tejjbet il-metodu tagħha biex tiddetermina l-korrezzjonijiet finanzjarji.

Wara li ntqal dan kollu, il-Kummissjoni dejjem u bħala ħaġa ta’ rutina tistinka biex tkompli ttejjeb il-metodu tagħha biex tistabbilixxi l-korrezzjonijiet finanzjarji, notevolment fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-riforma tal-PAK.

4.45.

Fil-qasam ta’ politika tas-saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur li:

4.45.

Rakkomandazzjoni 7: il-Kummissjoni tindirizza d-dgħufijiet identifikati fis-sistemi għall-akkwist u għall-ftehimiet ta’ għotjiet (ara l-paragrafu 4.40).

In-nuqqasijiet se jiġu indirizzati minn kontrolli b'evidenza mtejba u aġġornamenti għall-proċeduri fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid.


(1)  Dan l-ammont jinkludi pagamenti għall-ikkompletar ta’ programmi aktar bikrija (2000-2006) (EUR 135 miljun) u għal miżuri oħra (riżorsi ġenetiċi) (EUR 1,2 miljun).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 9.6.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).

(4)  Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

(5)  Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja (Brandenburg u Berlin, Schleswig-Holstein), il-Greċja, Spanja (Andalucía), Franza, l-Italja (Basilicata, Bolzano, Sardegna), il-Litwanja, l-Austrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja u r-Renju Unit (l-Ingilterra, l-Iskozja).

(6)  Il-kampjun kien jikkonsisti fi 11-il tranżazzjoni taħt ġestjoni diretta; u 6 taħt ġestjoni kondiviża fir-Repubblika Ċeka, fil-Greċja, fi Spanja, fil-Polonja u fir-Renju Unit.

(7)  Ir-rekwiżiti kollha għall-SMRs 6-8 (dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali) u n-nuqqas ovvju ta’ konformità mal-SMRs 1 (id-Direttiva dwar l-Għasafar), 2 (id-Direttiva dwar l-Ilma ta’ taħt l-Art), 4 (id-Direttiva dwar in-Nitrati), u 16 u 18 (it-trattament xieraq tal-annimali).

(8)  L-Artikoli 16, 17 u 30 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta' miżuri ta' appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU L 25, 28.1.2011, p. 8).

(9)  Ħlief f’każijiet fejn l-Istati Membri kienu diġà sabu l-irregolarità mingħajr ma applikaw it-tnaqqis/l-esklużjonijiet dovuti.

(10)  L-aġenziji tal-pagamenti u l-kontrolli ewlenin ntgħażlu abbażi ta’ analiżi tar-riskju.

(11)  Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi (DĠ SANCO) tal-Kummissjoni.

(12)  Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI) tal-Kummissjoni.

(13)  Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DĠ MARE) tal-Kummissjoni.

(14)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata ta’ żball minn kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima. Il-Qorti hija 95 % fiduċjuża li r-rata ta' żball fil-popolazzjoni tinsab bejn 4,5 % u 11,3 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(15)  Kif imniżżel fl-Artikolu 50a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

(16)  Il-ksur osservat jirrappreżenta 0,4 punti perċentwali tar-rata ta’ żball ippreżentata mill-Qorti fil-paragrafu 4.9.

(17)  Għal miżuri tal-iżvilupp rurali relatati maż-żona, bħall-agroambjent, il-verifikazzjoni ta’ ċerti elementi ewlenin bħaż-żona eliġibbli ssir permezz tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK), deskritta fil-Kapitolu 3 (il-paragrafu 3.18). Rekwiżiti oħra ta’ eliġibbiltà huma rregolati minn kontrolli mfassla b’mod speċifiku. Kif deskritt fil-Kapitolu 3 (l- Anness 3.2 ) il-Qorti sabet is-sistemi SIAK parzjalment effettivi f’waħda mill-aġenzija tal-pagamenti u mhux effettivi fi tnejn oħra.

(18)  L-Artikoli 12 u 25 tar-Regolament (UE) Nru 65/2011.

(19)  Ir-rapport annwali 2010, l-Anness 3.2.2.

(20)  Nuqqas ta’ analiżi sistematika tal-kontrolli amministrattivi; dgħufijiet fil-proċedura għall-għażla tal-benefiċjarji suġġetta għal kontrolli fuq il-post; ebda verifikazzjoni tar-raġonevolezza tal-ispejjeż; kontrolli insuffiċjenti fuq l-infiq iddikjarat.

(21)  Nuqqas ta’ kontrolli għal kundizzjoni għall-eliġibbiltà għall-miżura “pagamenti kumpensatorji lill-bdiewa f’żoni bi żvantaġġi naturali”.

(22)  Ir-rapport annwali 2011, il-Kapitolu 4, il-paragrafi 4.24 sa 4.32.

(23)  Skont ir-Regolament Finanzjarju u r-regoli implimentattivi applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

(24)  In-nuqqas ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ dokumentazzjoni tal-awditjar diġà ġie indikat fir-rapport annwali 2011 (il-Kapitolu 4, il-paragrafu 4.41).

(25)  L-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1) jispeċifika li “Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ammonti li jridu jiġu esklużi abbażi tal-gravità tan-nuqqas ta’ konformità reġistrat. Hija għandha tieħu kont xieraq tan-natura u l-gravità tal-vjolazzjoni u tad-dannu finanzjarju kkawżat lill-Komunità”.

(26)  Ir-rapport speċjali Nru 7/2010, “Verifika tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet”, il-paragrafi 68 sa 73 u 98.

(27)  L-ammont ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa bħala parti mill-ammont totali ta’ korrezzjonijiet finanzjarji naqas minn 68 % fl-2011 għal 12 % fl-2012.

(28)  L-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

(29)  Ir-rata tal-iżball residwu hija stima tal-iżball li jibqa’ wara l-korrezzjoni tal-iżbalji maqbuda mis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Istati Membri.

(30)  Is-sistemi eżaminati kollha ntgħażlu abbażi ta’ analiżi tar-riskju.

(31)  L-awditu tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-Kapitolu 9.

(32)  F'konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l-Anness 1.1, il-paragrafu 6).

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS 4.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-IŻVILUPP RURALI, L-AMBJENT, IS-SAJD U S-SAĦĦA

 

2012

2011

2010

2009

Żvilupp rurali

Ambjent, sajd u saħħa

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet:

160

17

177

178

92

93

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon (għadd) tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

37 %

(59)

41 %

(7)

37 %

(66)

43 %

48 %

67 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

63 %

(101)

59 %

(10)

63 %

(111)

57 %

52 %

33 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta' żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

42 %

(42)

60 %

(6)

43 %

(48)

38 %

48 %

42 %

Żbalji kwantifikabbli:

58 %

(59)

40 %

(4)

57 %

(63)

62 %

52 %

58 %

Eliġibbiltà

71 %

(42)

100 %

(4)

73 %

(46)

68 %

56 %

22 %

Okkorrenza

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

2 %

0 %

6 %

Preċiżjoni

29 %

(17)

0 %

(0)

27 %

(17)

30 %

44 %

72 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

7,9 %

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

11,3 %

 

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

4,5 %

 

 

 


(1)  Biex jitjieb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta' riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  Ċifri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd reali tat-tranżazzjonijiet.

ANNESS 4.2

RIŻULTATI TAL-EŻAMINAR TAS-SISTEMI GĦALL-IŻVILUPP RURALI

Valutazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll magħżula

Stat Membru

(Aġenzija tal-pagamenti)

Proċeduri amministrattivi u tal-kontroll

Metodoloġija ta' spezzjoni fuq il-post, għażla, eżekuzzjoni, kontroll tal-kwalità u rapputar tar-riżultati

Implimentazzjoni u kontroll tal-kundizzjonalità

Valutazzjoni kumplessiva

Franza

(segwitu biss ta' osservazzjonijiet preċedenti)

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

M/A

Parzjalment effettivi

L-Isvezja

Parzjalment effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Il-Ġermanja

(Brandenburg u Berlin)

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Il-Polonja

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi

Il-Bulgarija

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Ir-Rumanija

(Aġenzija għall-Pagamenti u għall-Intervent fl-Agrikoltura (APIA) u l-Aġenzija għall-Pagamenti għall-Iżvilupp Rurali u għas-Sajd (PARDF))

Mhux effettivi

Mhux effettivi

Mhux effettivi

Mhux effettivi

ANNESS 4.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-IŻVILUPP RURALI, L-AMBJENT, IS-SAJD U S-SAĦĦA

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Ma għadhiex applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-parti l-kbira tal-aspetti

F'xi aspetti

2010

3.58 (d) il-kwalità tal-ispezzjonijiet hija ttestjata u rrappurtata b’mod adegwat mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

 

 

X

 

 

 

 

3.59. Fil-qasam tal-iżvilupp rurali, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jsibu rimedju għad-dgħufijiet identifikati, b’mod partikolari billi jtejbu l-effettività tal-kontrolli mwettqa għal miżuri li mhumiex relatati mas-SIAK.

 

 

X

 

 

 

 

3.60. Finalment, jeħtieġ li jittieħdu miżuri effettivi mill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex b’hekk il-kwistjonijiet identifikati fl-oqsma ta' politika tal-ambjent, is-sajd, is-saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur jiġu solvuti.

 

 

X

 

 

 

 

2009

3.74. Il-Qorti tisħaq ukoll li aktar sforzi huma meħtieġa fil-qasam tal-iżvilupp rurali biex jiġu simplifikati aktar ir-regoli u l-kundizzjonijiet.

 

 

X

 

 

 

 

3.75. Barra minn hekk, il-Qorti tikkunsidra li l-linji gwida tal-Kummissjoni fir-rigward tax-xogħol li jrid isir mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu jiġu riveduti fir-rigward tan-natura, il-kopertura u l-obbligi tar-rappurtar, speċjalment f’dak (ix-xogħol) li hu relatat mal-validazzjoni tal-istatistika tal-kontroll u l-ispezzjoni tal-Istati Membri.

 

 

X

 

 

 

 

3.76. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jittieħdu miżuri effettivi, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati, sabiex jiġi evitat il-pagament ta' nefqiet ineliġibbli għal proġetti tas-sajd.

 

 

X

 

 

 

 

3.76. Kontrolli interni fuq pagamenti għal programmi ta’ eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u programmi ta’ monitoraġġ lill-Istati Membri jeħtieġu segregazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-iżvilupp ta’ proċeduri formali xierqa tal-kontroll.

 

X

 

 

 

 

 


KAPITOLU 5

Politika reġjonali; enerġija u trasport

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-oqsma ta’ politika

Objettivi tal-politika

Strumenti tal-politika

Riskji għar-regolarità

Ambitu u approċċ tal-awditjar

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Effettività tas-sistemi

Awtoritajiet tal-awditjar

L-eżaminar mill-Qorti ta’ erba' AA

Valutazzjoni tas-sorveljanza tal-AA mill-Kummissjoni

Analiżi tar-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni

Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana

Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport u Direttorat Ġenerali għall-Enerġija

Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

Il-konklużjoni għall-2012

Rakkomandazzjonijiet

Anness 5.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għall-politika reġjonali, l-enerġija u t-trasport

Anness 5.2 —

Riżultati tal-eżaminar tas-sistemi għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni (FEŻR/FK/FSE)

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

5.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-politika reġjonali, l-enerġija u t-trasport, li tinkludi l-oqsma ta' politika “Politika reġjonali”“Mobilità u trasport”, u “Enerġija”. Informazzjoni ewlenija dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq fl-2012 tingħata fit- Tabella 5.1 .

 

Tabella 5.1 —   Politika reġjonali; trasport u enerġija — informazzjoni ewlenija 2012

(EUR miljun)

Qasam ta' politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod ta’ ġestjoni

Politika reġjonali

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u operazzjonijiet reġjonali oħra

27 466

Kondiviża

Fond ta’ Koeżjoni

9 622

Kondiviża

Fond ta' Solidarjetà

726

Kondiviża

Operat ta' qabel l-adeżjoni relatat mal-politiki strutturali

354

Deċentralizzata

Nefqa amministrattiva

86

Ċentralizzata u diretta

 

38 254

 

Mobilità u trasport

Netwerks Trans-Ewropej (TENs)

819

Ċentralizzata u diretta / Ċentralizzata u indiretta

Trasport ’il ġewwa mill-kosta, trasport tal-ajru, trasport tal-baħar

158

Ċentralizzata u diretta / Ċentralizzata u indiretta

Nefqa amministrattiva

65

Ċentralizzata u diretta

Riċerka relatata mat-trasport

63

Ċentralizzata u diretta

 

1 105

 

Enerġija

Enerġiji konvenzjonali u rinnovabbli

285

Ċentralizzata u diretta /

Ċentralizzata u indiretta / Ġestjoni konġunta

Enerġija nukleari

197

Ċentralizzata u diretta /

Ċentralizzata u indiretta / Ġestjoni konġunta

Riċerka marbuta mal-enerġija

152

Ċentralizzata u diretta

Nefqa amministrattiva

78

Ċentralizzata u diretta

Netwerks Trans-Ewropej (TENs)

11

Ċentralizzata u diretta

 

723

 

Total tal-pagamenti għas-sena

40 082

 

total tan-nefqa amministrattiva  (43)

229

 

Total tan-nefqa operazzjonali

39 853

 

pagamenti bil-quddiem  (44)

1 871

 

+ approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem  (44)

2 753

 

Popolazzjoni awditjata, total

40 735

 

Total tal-impenji għas-sena

45 091

 

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

5.2.

Il-politika reġjonali, fil-parti l-kbira implimentata permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK), tirrappreżenta 96 % tal-infiq tal-oqsma ta' politika koperti minn dan il-kapitolu filwaqt li l-4 % li jibqgħu jikkonċernaw l-oqsma tat-trasport u l-enerġija.

 

5.3.

Il-FEŻR (b’pagamenti ta’ EUR 27,5 biljun) u l-FK (b’pagamenti ta’ EUR 9,6 biljun) irrappreżentaw 97 % tan-nefqa taħt il-politika reġjonali fl-2012 (1). Pagamenti fl-oqsma tat-trasport u l-enerġija laħqu EUR 1,8 biljun fl-2012. Madwar 45 % tan-nefqa għat-trasport u l-enerġija kienu għall-programmi tan-Netwerks trans-Ewropej (TEN), u 16 % kienu għal proġetti tal-enerġija konvenzjonali u rinnovabbli (2).

 

Karatteristiċi speċifiċi tal-oqsma ta’ politika

Objettivi tal-politika

Politika Reġjonali

5.4.

Il-politika reġjonali għandha l-għan li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea billi tnaqqas id-disparitajiet fl-iżvilupp bejn reġjuni differenti.

 

Trasport u enerġija

5.5.

Il-politiki tat-trasport u l-enerġija għandhom l-għan li jipprovdu liċ-ċittadini u lin-negozji Ewropej sistemi u servizzi tat-trasport u l-enerġija li jkunu siguri, sostenibbli u kompetittivi u li jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi li jikkontribwixxu għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki.

 

Strumenti tal-politika

Politika reġjonali

5.6.

Il-FEŻR jiffinanzja xogħlijiet tal-infrastruttura, il-ħolqien jew il-preżervazzjoni tal-impjiegi, inizjattivi għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali u attivitajiet li jagħtu sostenn lil impriżi żgħar u medji.

 

5.7.

L-FK jiffinanzja investimenti fl-infrastruttura fl-oqsma tal-ambjent u t-trasport fl-Istati Membri li l-introjtu nazzjonali gross per capita tagħhom huwa taħt id-90 % tal-medja tal-UE.

 

5.8.

Strumenti oħra tal-politika reġjonali jinkludu l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE li jipprovdi appoġġ fil-każ ta' diżastri naturali fl-Istati Membri, u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, li jgħin lill-pajjiżi kandidati jħejju għall-użu tal-infiq reġjonali tal-UE.

 

Ġestjoni u kontroll tal-infiq f'fondi tal-politika ta' koeżjoni taħt ġestjoni kondiviża

5.9.

Il-FEŻR u l-FK, flimkien mal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), huma parti mill-fondi tal-politika ta' koeżjoni. Dawn il-fondi huma rregolati minn regoli komuni, suġġett għal eċċezzjonijiet fir-regolamenti speċifiċi ta' kull fond. Ir-regoli ta' eliġibbiltà huma stabbiliti fil-livell nazzjonali jew xi drabi f'dak reġjonali. Il-fondi tal-politika ta' koeżjoni jiġu implimentati permezz ta' programmi pluriennali, f'arranġamenti ta' ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. L-istess awtoritajiet nazzjonali huma spiss responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi kollha tal-politika ta' koeżjoni. L-FSE, li huwa s-suġġett tal-Kapitolu 6, huwa msemmi f’dan il-kapitolu fejn jiġu diskussi kwistjonijiet komuni għall-fondi kollha.

5.9.

L-istabbiliment ta’ regoli ta’ eliġibbiltà fil-livell nazzjonali (l-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006) kien wieħed mill-elementi ewlenin ta’ simplifikazzjoni introdotti fil-perjodu 2007–2013 tal-programm. Kellu l-għan li jipprovdi lill-Istati Membri b’iżjed flessibbiltà fl-adattament tar-regoli ta’ eliġibbiltà għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ reġjuni jew programmi, u sabiex jarmonizzahom mar-regoli fis-seħħ għal skemi pubbliċi nazzjonali oħra.

5.10.

Għal kull perjodu ta’ programmazzjoni, abbażi ta’ proposti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tapprova programmi operazzjonali (PO) u pjanijiet finanzjarji indikattivi li jinkludu l-kontribuzzjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali (3). Proġetti ffinanzjati permezz tal-PO jitwettqu minn individwi privati, assoċjazzjonijiet, impriżi privati jew pubbliċi jew korpi pubbliċi lokali, reġjonali u nazzjonali.

 

5.11.

L-awtoritajiet fl-Istati Membri jagħżlu proġetti biex jintlaħqu l-objettivi tal-PO. Il-benefiċjarji jiddikjaraw l-ispejjeż imġarrba għal dawn il-proġetti lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet individwali huma aggregati f'dikjarazzjonijiet tal-infiq perjodiċi għal kull PO ċċertifikat mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ppreżentati lill-Kummissjoni. Is-sehem kofinanzjat mill-UE huwa mbagħad rimborżat mill-baġit tal-UE.

 

Livell tal-Istati Membri u dak reġjonali

5.12.

L-Istati Membri jerfgħu r-responsabbiltà primarja għall-prevenzjoni jew il-qbid u l-korrezzjoni ta’ nfiq irregolari, u għal rapporti dwar dan lill-Kummissjoni. Ir-responsabbiltà għall-amministrazzjoni ta’ kuljum qiegħda f’idejn l-awtoritajiet maniġerjali u l-korpi intermedji nominati (4). Din tinkludi l-għażla ta’ proġetti individwali, l-implimentazzjoni ta’ proċeduri u ta' kontrolli għall-prevenzjoni, il-qbid u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet u l-verifikazzjoni li l-proġetti verament jiġu implimentati (“kontrolli tal-ewwel livell”). L-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni jivverifikaw li l-“kontrolli tal-ewwel livell” jitwettqu b’mod effettiv u, fejn xieraq, jagħmlu kontrolli addizzjonali qabel ma jiddikjaraw l-infiq għar-rimborż lill-Kummissjoni. Għalhekk, l-awtoritajiet tal-ġestjoni u taċ-ċertifikazzjoni għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar li l-infiq rimborżat mill-Kummissjoni jkun regolari.

 

5.13.

L-awtoritajiet tal-awditjar (AA) fl-Istati Membri huma responsabbli għat-twettiq ta' awditi tas-sistemi u awditi tal-operazzjonijiet sabiex jipprovdu aċċertament raġonevoli dwar il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-programmi u dwar ir-regolarità tal-infiq iċċertifikat għal kull PO. Huma jirrappurtaw dwar dawn l-awditi lill-Kummissjoni permezz ta’ rapporti annwali ta’ kontroll (ACRs) u opinjonijiet annwali.

 

Livell tal-Kummissjoni

5.14.

Il-Kummissjoni trid tikseb l-aċċertament li l-Istati Membri jkunu stabbilixxew sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regolamenti, u li s-sistemi jaħdmu b’mod effettiv (5). Jekk il-Kummissjoni ssib li Stat Membru jkun naqas milli jikkoreġi nfiq irregolari, li kien ġie ċċertifikat u ddikjarat, jew li hemm nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, il-Kummissjoni tista’ tinterrompi jew inkella tissospendi l-pagamenti (6). Jekk l-Istat Membru ma jirtirax l-infiq irregolari (li jista’ jiġi sostitwit bi nfiq eliġibbli għal proġetti oħra tal-istess PO) u/jew ma jirrimedja l-ebda nuqqas li jinstab fis-sistema, il-Kummissjoni tista’ tapplika korrezzjonijiet finanzjarji, li jwasslu għal tnaqqis nett fil-finanzjament mill-UE (7).

5.14.

Il-Kummissjoni pprovdiet valutazzjoni dettaljata tal-aċċertament tagħha dwar l-istabbiliment u l-funzjonament sussegwenti tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għal kull programm kofinanzjat, kif ukoll valutazzjoni ġenerali tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali fir-RAA tagħha tal-2012 dwar id-Direttorati Ġenerali responsabbli mill-Fondi Strutturali.

F’każ ta’ nuqqasijiet fis-sistemi, il-Kummissjoni fl-irwol superviżorju tagħha ma twaqqafx u/jew ma tissospendix il-pagamenti. Hija tirrapporta dwar it-twettiq ta’ din ir-responsabbiltà fir-RAA (ara paġna 45). Għall-2012, id-DĠ Politika Reġjonali u Urbana rrapporta żewġ sospensjonijiet ta’ pagamenti għall-programmi tal-FEŻR, ta bidu għal 66 proċedura ta’ qabel is-sospensjoni, għamel 69 interruzzjoni għall-iskadenzi tal-ħlasijiet, u għamel 119-il twissija preventiva bikrija lill-Istati Membri.

Trasport u enerġija

5.15.

Il-politiki tat-trasport tal-Unjoni Ewropea għandhom l-għan li jiżviluppaw is-suq intern, iżidu l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni, u jintegraw in-netwerks tat-trasport. F’dan il-qasam, il-politiki tal-UE jippromwovu l-mobilità, l-iżvilupp sostenibbli u s-sigurtà tat-trasport. Il-Programm TEN-T huwa l-istrument finanzjarju prinċipali li jipprovdi finanzjament għal proġetti infrastrutturali kbar.

 

5.16.

Il-politiki tal-enerġija għandhom l-għan li jgħinu biex jipprovdu enerġija affordabbli, prezzijiet kompetittivi u servizzi ta’ enerġija teknoloġikament avvanzati liċ-ċittadini u lin-negozju. Huma jippromwovu l-produzzjoni, it-trasport u l-konsum ta’ enerġija sostenibbli, u provvista sigura ta’ enerġija ġewwa l-UE. L-istrument finanzjarju prinċipali huwa l-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) li jipprovdi finanzjament għal proġetti, l-aktar fil-forma ta’ għotjiet u sussidji.

 

Ġestjoni u kontroll tal-infiq fit-trasport u l-enerġija taħt ġestjoni ċentralizzata diretta u indiretta, u ġestjoni konġunta

5.17.

Il-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport u d-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija) timplimenta n-nefqa tal-enerġija u t-trasport taħt ġestjoni ċentralizzata diretta u indiretta (permezz ta’ żewġ aġenziji eżekuttivi u impriża konġunta (8)), u wkoll permezz ta’ arranġamenti ta’ ġestjoni konġunta (bħall-fondi għad-dekummissjonar nukleari jew il-faċilità Ewropea ta' finanzjament għall-effiċjenza enerġetika).

 

5.18.

Il-Kummissjoni ġeneralment tiffinanzja proġetti wara sejħiet formali għal proposti ta’ proġetti. Pagamenti għal proġetti approvati jsiru direttament mill-Kummissjoni lill-benefiċjarji, ibbażati fuq ftehimiet ta’ għotjiet jew fuq deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Ġeneralment, il-benefiċjarji huma l-awtoritajiet tal-Istati Membri iżda jistgħu jkunu wkoll kumpaniji pubbliċi jew privati. Kważi l-pagamenti kollha jsiru bin-nifs: pagament bil-quddiem jew pagament ta’ prefinanzjament mal-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni għal finanzjament, segwit minn pagamenti interim u finali biex l-infiq eliġibbli rrappurtat mill-benefiċjarji jiġi rimborżat.

 

5.19.

Il-Kummissjoni tevalwa l-proposti mqabbla ma' kriterji speċifikati tal-għażla u tal-għotja, tipprovdi informazzjoni u gwida lill-benefiċjarji, u timmonitorja u tivverifika l-implimentazzjoni ta' proġetti bbażat fuq ir-rapporti ta' progress finanzjarji u tekniċi ppreżentati mill-benefiċjarji. Fejn meħtieġ mill-ftehimiet ta' għotjiet jew mid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, il-klejms tal-infiq għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur indipendenti jew minn korp nazzjonali rilevanti.

 

5.20.

Barra minn dan, il-Kummissjoni twettaq awditi ex post sabiex taqbad u tikkoreġi żbalji li ma setgħux jiġu evitati b'kontrolli preċedenti.

 

Riskji għar-regolarità

Politika reġjonali

5.21.

Għan-nefqa tal-FEŻR u l-FK ir-riskji prinċipali huma relatati mal-finanzjament ta’ proġetti li ma jikkonformawx mar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE u/jew ma' dawk nazzjonali jew li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà. Jeżisti wkoll ir-riskju li l-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw spejjeż speċifiċi li huma ineliġibbli.

5.21.

Il-Kummissjoni taqbel ma’ din il-valutazzjoni, kif hemm iddettaljat fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tagħha “Analiżi tal-iżbalji fil-Politika ta’ Koeżjoni għas-snin 2006–2009” (SEC(2011) 1179 tal-5/10/2011). F’dan id-dokument, il-Kummissjoni tindika l-azzjonijiet speċifiċi fl-impenn tagħha biex ittaffi dawn ir-riskji (b’mod partikolari gwida u taħriġ addizzjonali lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni dwar ir-riskji identifikati, l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ korrezzjonijiet finanzjarji, proċeduri ta’ interruzzjonijiet u sospensjonijiet, awditi immirati aktar lejn l-oqsma l-aktar ta’ riskju).

5.22.

Fl-implimentazzjoni tal-PO, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiffaċċjaw prijoritajiet li jikkompetu ma' xulxin. L-infiq għandu jkun suġġett għal kontrolli xierqa intenzjonati li jiżguraw ir-regolarità u l-valur għall-flus. Fl-istess ħin, hemm interess fl-assorbiment tal-fondi allokati mill-UE. Fil-prattika, dan jista' jfixkel l-applikazzjoni konsistenti ta' kontrolli effettivi.

5.22.

Il-Kummissjoni f’dan il-kuntest tqis li sistema soda ta’ ġestjoni u kontroll hija sistema li tippermetti ċ-ċertifikazzjoni tal-infiq legali u regolari.

5.23.

Hemm ukoll ir-riskju li każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-UE u/jew dawk nazzjonali ma jinqabdux u/jew ma jiġux kkoreġuti mis-saffi differenti ta' kontroll fi Stat Membru jew mill-Kummissjoni bir-riżultat li nfiq ineliġibbli jiġi finalment rimborżat mill-baġit tal-UE.

5.23.

Peress li s-sistema ta’ ġestjoni u kontroll għandha karattru pluriennali, ħlas żejjed osservat f’talba għall-ħlas rimburżat mill-Kummissjoni jista’ jkun għadu ma ġiex suġġett għall-katina sħiħa ta’ kontroll fil-livell nazzjonali u tal-UE fiż-żmien taċ-ċertifikazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ta’ kull sena tagħmel stima tar-riskju residwu kumulattiv tal-infiq irregolari għal kull programm sa mill-bidu tal-perjodu ta’ programmar, u tieħu azzjonijiet sabiex jittaffew ir-riskji identifikati. Meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, il-Kummissjoni tieħu l-azzjoni adatta ħalli tiżgura li n-nefqa kumulattiva kkonċernata tkun koperta mill-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa.

Trasport u enerġija

5.24.

Għan-nefqa tat-trasport u l-enerġija, ir-riskju prinċipali huwa li l-Kummissjoni ma taqbadx l-ispejjeż ineliġibbli ddikjarati mill-benefiċjarji qabel ir-rimborż. Bħal taħt l-FEŻR u l-FK, hemm ukoll riskji relatati ma’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku.

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

5.25.

L- Anness 1.1 , il- parti 2 , tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija kumplessivi tal-awditjar tal-Qorti. Għall-awditu tal-politika reġjonali, it-trasport u l-enerġija, għandhom jiġu nnutati l-punti speċifiċi li ġejjin:

(a)

l-awditu kien jinvolvi l-eżaminar ta' kampjun ta' 180 tranżazzjoni (9) kif definit fl- Anness 1.1 , il-paragrafu 6. Il-kampjun huwa mfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa kollha ta' tranżazzjonijiet fi ħdan l-oqsma ta’ politika. Fl-2012 il-kampjun kien jikkonsisti minn pagamenti lil proġetti fi 17-il Stat Membru (10);

(b)

il-valutazzjoni tas-sistemi eżaminat:

(i)

erba' awtoritajiet tal-awditjar (u, fejn applikabbli, korpi tal-awditjar iddelegati) għat-tliet fondi tal-politika ta' koeżjoni (jiġifieri l-FEŻR, l-FK u l-FSE) fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 f'erba' Stati Membri: (il-Belġju (il-Wallonja), Malta, is-Slovakkja u r-Renju Unit (l-Ingilterra) (11);

(ii)

l-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni fir-rigward tal-AA fl-intier tagħhom; u

(iii)

ir-rapporti annwali tal-attività (RAA) tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u Trasport u d-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija.

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

5.26.

L- Anness 5.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-180 tranżazzjoni awditjati mill-Qorti, 88 (49 %) kienu milquta minn żball. Abbażi tal-iżbalji li kienet ikkwantifikat, il-Qorti tistma li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija ta' 6,8 % (12).

5.26.

Il-Kummissjoni tosserva li r-rata tal-iżbalji l-aktar probabbli tal-2012 hija konformi mar-rati tal-iżbalji ppreżentati mill-Qorti għal dawn l-aħħar tliet snin rigward il-perjodu ta’ programmar attwali. Dan it-tnaqqis fir-rata tal-iżbalji meta mqabbel ma’ perjodi preċedenti jirriżulta minn dispożizzjonijiet ta’ kontroll rinfurzat fil-perjodu ta’ pprogrammar tal-2007–2013, u bl-applikazzjoni ta’ politika ta’ interruzzjonijiet/sospensjonijiet stretta mill-Kummissjoni meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet. Il-Kummissjoni se tkompli tiffoka l-azzjonijiet tagħha fuq il-programmi u/jew l-Istati Membri li l-aktar jinsabu f’riskju, u timponi malajr miżuri korrettivi meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet (ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 1.12 u 1.13).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għamlet fl-2012 korrezzjonijiet b’rata fissa fuq bażi kumulattiva għall-infiq kollu taż-żewġ programmi fir-Repubblika Ċeka u fis-Slovakkja. Il-Kummissjoni tosserva li filwaqt li għamlet minn kollox fi ħdan is-setgħa tagħha, u aġixxiet b’rispett sħiħ għar-regolamenti eżistenti sabiex tipproteġi l-baġit tal-UE tal-istess sena finanzjarja awditjata mill-Qorti, il-korrezzjonijiet b’rata fissa t’hawn fuq ma ġewx ikkunsidrati mill-Qorti meta kkalkolat ir-rata tal-iżbalji tal-2012.

Il-Kummissjoni tosserva wkoll tnaqqis fil-frekwenza tal-iżbalji, minn 59 % fl-2011 għal 49 % fl-2012.

Għal aktar minn nofs it-tranżazzjonijiet tal-politika reġjonali, il-kontrolli fil-livell tal-Istat Membru setgħu pprevienu xi wħud mill-iżbalji li nstabu

5.27.

Għal 56 % tat-tranżazzjonijiet tal-politika reġjonali milquta minn żball (kwantifikabbli u/jew mhux kwantifikabbli), il-Qorti tqis li kien hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli biex l-awtoritajiet tal-Istati Membri jaqbdu u jikkoreġu mill-inqas wieħed jew iktar mill-iżbalji qabel ma ċċertifikaw l-infiq lill-Kummissjoni.

5.28.

Bħas-sena li għaddiet, għall-FEŻR u l-FK, dgħufijiet fil-verifikazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali nqabdu b’mod partikolari fil-“kontrolli tal-ewwel livell” imwettqa mill-awtoritajiet maniġerjali u l-korpi intermedji (13).

5.27 u 5.28.

Il-Kummissjoni qed issegwi b’mod strett dawn il-każijiet sabiex tiżgura li s-sistemi kkonċernati jevitaw aħjar l-iżbalji qabel iċ-ċertifikazzjoni fil-futur.

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma mitluba li jwettqu kontrolli fuq id-dokumenti tat-talbiet kollha sottomessi mill-benefiċjarji, qabel iċ-ċertifikazzjoni tal-infiq. Madankollu, il-verifiki fuq il-post dwar l-operat jistgħu jseħħu wkoll fi stadju iżjed avvanzat tal-implimentazzjoni tal-proġett, wara ċ-ċertifikazzjoni u sal-fażi tal-għeluq, għaldaqstant, dan jispjega għaliex parti mill-iżbalji fil-kampjun tal-Qorti ma setgħux jinstabu. L-impatt tas-sistema ta’ kontroll fit-tnaqqis tar-rati tal-iżbalji normalment jinħass biss fis-snin sussegwenti, wara li jkunu ġew implimentati s-saffi kollha ta’ kontroll.

Billi l-Kummissjoni hija konxja mir-rwol kritiku li għandhom il-verifiki tal-ġestjoni, hija qed twettaq, diġà mill-2010, awditi ffukati fuq il-verifiki tal-ġestjoni ta’ programmi b’riskju għoli fejn ġie identifikat li n-nuqqasijiet jistgħu jibqgħu mistura, jew ma jinstabux meta suppost. Ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki, sal-aħħar tal-2012, huma ppreżentati fil-RAA tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana (Ara paġna 39).

5.29.

L-iżbalji li nstabu fl-oqsma ta' politika FEŻR/FK, trasport u enerġija kienu jikkonċernaw:

(a)

nuqqasijiet ta' konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku; jew

(b)

dikjarazzjoni tal-ispejjeż ineliġibbli; jew

(c)

kalkolu skorrett tan-nuqqas fil-finanzjament għal proġetti li jiġġeneraw dħul; jew

(d)

nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar għajnuna mill-Istat.

 

In-nuqqasijiet ta' konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku jirrappreżentaw aktar minn nofs ir-rata ta' żball stmata mill-Qorti għal dawn l-oqsma ta' politika

5.30.

Ir-regoli tal-akkwist pubbliku huma strument ewlieni biex il-flus pubbliċi jintnefqu b'mod ekonomiku u effettiv u biex jiġi stabbilit suq intern fi ħdan l-UE.

 

5.31.

Fl-2012, il-Qorti eżaminat 247 proċedura ta’ akkwist pubbliku relatati ma’ kuntratti għal xogħlijiet u servizzi li fuqhom huwa bbażat l-infiq għall-180 tranżazzjoni ttestjati mill-Qorti (14). Il-valur kombinat stmat tal-kuntratti għall-akkwisti pubbliċi li kienu awditjati jammonta għal madwar EUR 6,3 biljun (15).

 

5.32.

Bħal fi snin preċedenti, il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku kienu partikolarment suxxettibbli għal żbalji (16). Il-Qorti identifikat każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE u/jew ma' dawk nazzjonali f’31 % tal-180 tranżazzjoni awditjati.

5.32.

L-iżbalji fl-akkwist pubbliku, li huma relatati man-nonkonformità mar-regoli tas-suq intern u li mhumiex speċifiċi għall-politika ta’ koeżjoni, kif muri f’kapitoli oħra ta’ dan ir-rapport. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tkompli tieħu azzjonijiet immirati biex tipprevjeni u ssib każijiet ta’ nonkonformità fi proċeduri tal-akkwist pubbliku. Bħalissa qed tirrevedi u tarmonizza fil-qasam tal-ġestjoni konġunta, ir-regoli tagħha għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa f’dawn il-każijiet ta’ nonkonformità.

5.33.

Nuqqasijiet serji ta’ konformità ma’ dawn ir-regoli kienu identifikati fi 12 % tat-tranżazzjonijiet awditjati (ara l-kaxxa 5.1). Dawn l-iżbalji jirrappreżentaw 51 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jammontaw għal madwar 52 % tar-rata ta’ żball stmata għal dawn l-oqsma ta’ politika.

5.33.

Il-Kummissjoni tosserva li l-iżbalji identifikati fi 22 minn 180 proġett awditjat, jammontaw għal aktar minn nofs tar-rata kkalkulata tal-żbalji. Il-Kummissjoni tenfasizza li minn dawn il-proġetti, hemm żewġ każijiet fejn il-Kummissjoni tqis li l-iżball identifikat mill-Qorti kien diġà ġie kopert b’korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa li ġiet applikata mill-Istat Membru fil-livell ta’ programm fl-2012 (ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 5.26).

 

Il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet b’rata fissa fil-politika ta’ Koeżjoni abbażi tal-linji gwida tal-COCOF (39), għaldaqstant tipproteġi l-baġit tal-UE billi tieħu inkonsiderazzjoni l-prinċipju ta’ propozjonalità u n-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet effettivament indentifikati.

Dawn ir-rati fissi huma applikati mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet nazzjonali meta jimponu korrezzjonijiet finanzjarji minħabba ksur fir-regoli tal-akkwist pubbliku, inklużi wkoll l-iżbalji rappurtati mill-Qorti li huma jsegwu.

Kaxxa 5.1 —   Eżempji ta' nuqqasijiet serji ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku

(a)

Diviżjoni artifiċjali ta' xogħlijiet f'bosta offerti: Fi proġett tal-FEŻR fil-Ġermanja għat-titjib ta' port marittimu, ix-xogħlijiet għar-rinnovazzjoni tat-terminal ta’ mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma (ferry) nqasmu fi tliet sezzjonijiet. Madankollu, is-sezzjonijiet kollha kienu jissodisfaw l-istess funzjoni teknika u ekonomika. Ix-xogħlijiet imbagħad inqasmu b'mod artifiċjali f'sitt kuntratti li minnhom ħamsa ngħataw bl-użu ta' proċedura simplifikata. Fid-dawl tan-natura tax-xogħlijiet li nħarġu b’sejħiet għall-offerti, din ir-restrizzjoni ta' kompetizzjoni ma kinitx ġustifikata.

Każ simili nstab fi proġett tal-FEŻR fil-Polonja.

(b)

Għoti dirett mhux ġustifikat: Fi proġett tat-TEN-T fi Franza li kien jikkonċerna l-kostruzzjoni ta' linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja, żewġ kuntratti tal-inġinerija ċivili ngħataw direttament lill-istess kumpanija li kienet qabel ipprovdiet servizzi simili lill-maniġer tal-infrastruttura. Madankollu, tali għotja diretta ma kinitx konformi mar-regoli tal-akkwist applikabbli u l-kuntratt kien imissu nħareġ għall-offerti.

Każijiet simili ta' għotjiet diretti mhux ġustifikati nstabu fi proġetti tal-FEŻR fil-Polonja.

(c)

Għoti irregolari ta' kuntratt minħabba fl-applikazzjoni skorretta tal-kriterji tal-għoti: Fi proġett tal-FEŻR fir-Renju Unit għall-espansjoni ta’ università u għall-provvista ta’ faċilità ta’ bijodimostratur, il-kuntratt inqasam f’żewġ lottijiet. Matul l-istadju ta’ evalwazzjoni, madankollu, iż-żewġ lottijiet ġew evalwati b’mod konġunt, li biddel l-eżitu tal-offerta. B’riżultat ta' dan, il-kuntratt ingħata b'mod irregolari.

Każ simili nstab fi proġett tal-FEŻR fl-Ungerija.

 

5.34.

Żbalji oħra relatati mal-proċeduri tat-tfigħ ta' offerti u tal-ikkuntrattar saru f’19 % oħra tal-180 tranżazzjoni eżaminati. Dawn l-iżbalji jinkludu każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-informazzjoni u tal-pubblikazzjoni, nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet għall-offerti u dgħufijiet proċedurali fl-evalwazzjoni tal-offerti. Dawn l-iżbalji ma jikkontribwixxux għar-rata ta’ żball stmata mill-Qorti (ara l-paragrafu 5.26) (17).

5.34.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-iżbalji kollha rrappurtati mill-Qorti, u se tapplika korrezzjonijiet finanzjarji fejn ikun xieraq u legalment possibbli, skont il-gwida tagħha (ara t-tweġiba għall-paragrafu 5.33).

Spejjeż ineliġibbli ddikjarati għal 9 % tal-proġetti kollha awditjati mill-Qorti

5.35.

Meta jiddikjaraw l-ispejjeż lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jkunu qed jiċċertifikaw li dawn l-ispejjeż ikunu nġarrbu f'konformità ma' għadd ta' dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fir-regolamenti tal-UE, fir-regoli nazzjonali ta’ eliġibbiltà, fir-regoli speċifiċi tal-PO, fis-sejħiet għal interess, fid-deċiżjonijiet għall-approvazzjoni ta’ proġetti għal kofinanzjament jew fil-ftehimiet ta’ għotjiet.

 

5.36.

Il-Qorti sabet li spejjeż ineliġibbli kienu ddikjarati f'9 % tat-tranżazzjonijiet eżaminati. Dawn jirrappreżentaw 39 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jammontaw għal madwar 19 % tar-rata ta’ żball stmata għal dawn l-oqsma ta' politika (ara l-kaxxa 5.2).

5.36.

Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza li l-benefiċjarji kif ukoll l-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-programmi japplikaw b’mod konsistenti r-regoli ta’ eliġibbiltà. Dan jista’ jseħħ permezz ta’ taħriġ u ta’ gwida u, għall-politika reġjonali, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom iwasslu dan l-għarfien li nkiseb b’taħriġ u gwida lill-korpi kollha inkarigati mill-ġestjoni tal-fondi. Għall-politika reġjonali, meta l-Kummissjoni tidentifika regoli kumplessi fil-livell tal-programm, tagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat biex jissimplifika r-regoli.

Il-Kummissjoni se tkompli tiffoka l-azzjonijiet tagħha fuq l-awtoritajiet tal-programm fejn ġew identifikati magħhom xi riskji. Għall-programmi tal-2014–2020, il-Kummissjoni se tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru sabiex jissimplifika r-regoli ta’ eliġibbiltà tal-programmi, u biex jagħmel użu effettiv tal-opzjonijiet għal kost ssimplifikati li huma previsti fir-Regolamenti.

Kaxxa 5.2 —   Eżempji ta' spejjeż ineliġibbli ddikjarati

(a)

Infiq iddikjarat barra mill-perjodu ta' eliġibbiltà: Fi proġett tat-TEN-T fil-Finlandja għall-produzzjoni ta' pjan ta' kostruzzjoni għal triq bid-dawra (bypass) fuq awtostrada sitt fatturi li kienu ġġarrbu qabel il-bidu tal-perjodu ta' eliġibbiltà ġew inklużi fid-dikjarazzjoni ta' nfiq. Dan l-infiq kien iċċertifikat b'mod skorrett bħala ineliġibbli lill-Kummissjoni.

Każijiet simili ta' nfiq li kien ineliġibbli peress li l-perjodu ta' eliġibbiltà ma kienx ġie osservat instabu fi proġetti tal-FEŻR fi Franza u fl-Awstrija.

(b)

Tariffi eċċessivi tal-ġestjoni: Fi proġett tal-FEŻR fir-Renju Unit għal fond li jipprovdi għotjiet u self lil intrapriżi soċjali b'kapaċità finanzjarja limitata, is-salarji u spejjeż oħra ġew inklużi b'mod ħażin fil-klejm għall-ispejjeż bħala spejjeż għall-persunal, minflok ma ġiet ikklejmjata tariffa tal-ġestjoni (ikkalkulata bħala persċentwaltal-ispejjeż diretti) kif previst fir-regolamenti tal-UE. Dan irriżulta f’iċċarġjar eċċessiv tal-infiq fil-klejm għall-ispejjeż.

 

Kalkolu skorrett tan-nuqqas fil-finanzjament li nqabad fi kważi 8 % tat-tranżazzjonijiet eżaminati mill-Qorti

5.37.

Taħt il-FEŻR u l-FK, l-ammont ta’ assistenza mill-UE li għandha tingħata lil proġett jiddependi fuq l-ispiża għall-investiment ta' proġett u fuq l-istima tad-dħul nett li jiġġenera. Għalhekk, għal proġetti li jiġġeneraw dħul (18), id-dħul u l-ispejjeż għall-investiment futuri jridu jiġu analizzati qabel ma jiġi approvat il-proġett: l-ispiża għall-investiment bit-tnaqqis tad-dħul nett mistenni li jiġi ġġenerat mill-proġett matul perjodu ta’ referenza speċifiku flimkien mal-valur residwu tiegħu jiddeterminaw in-“nuqqas fil-finanzjament”.

 

5.38.

Il-Qorti sabet każijiet ta' proġetti li jiġġeneraw dħul fejn in-nuqqas fil-finanzjament kien ġie vvalutat b'mod skorrett. F'dawk il-każijiet, ma kienx ittieħed kont tal-introjtu potenzjali mill-investiment jew kienu ntużaw stimi tal-ispejjeż li kienu għoljin b'mod mhux realistiku. Ukoll, seta' ma tteħidx kont tal-valuri residwi. Dawn il-problemi ma nqabdux mill-awtoritajiet maniġerjali meta approvaw il-proġett għall-kofinanzjament u/jew awtorizzaw pagamenti għall-proġett.

5.39.

Dikjarazzjoni eċċessiva tal-infiq minħabba kalkolu skorrett tan-nuqqas fil-finanzjament instabet f'1 % tat-tranżazzjonijiet awditjati. Dawn jirrappreżentaw 5 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jammontaw għal madwar 5 % tar-rata ta’ żball stmata għal dawn l-oqsma ta' politika (ara l-kaxxa 5.3). Għal 7 % oħra tal-proġetti, l-iżbalji mhumiex ikkwantifikati mill-Qorti. Dan ġara jew minħabba li l-gwida mill-Kummissjoni ma kinitx ċara fid-data tal-approvazzjoni tal-proġett jew minħabba li l-proġetti kienu għadhom ma ngħalqux.

5.38 u 5.39.

Għall-iżbalji mhux kwantifikabbli, il-Kummissjoni tenfasizza li:

hemm każ wieħed fejn hija ma tikkunsidrax ir-rimborż mis-sistema nazzjonali tas-saħħa bħala introjtu meta jiġi kkalkulat id-defiċit fil-finanzjamenti;

għall-proġetti tal-Fond tal-Koeżjoni għall-perjodu 2000-2006, li ġew ikkofinanzjati qabel l-2003, ir-Regolament kien qed jitlob biex jiġi kkunsidrat l-introjtu mingħajr ma kien hemm referenza għal xi metodu partikolari f’dan l-objettiv, u kien qiegħed ipoġġi fuq l-istess livell il-ħtieġa li jitmexxa ’l quddiem il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, li jimplika żieda fl-introjtu għall-proġetti kkonċernati. Barra minn hekk ir-Regolament kien qed jirreferi għall-bżonn li jiġu żviluppati metodi bħal dawn f’kooperazzjoni ma’ kull Stat Membru kkonċernat. Il-metodi applikati qabel l-2003 li jieħdu inkonsiderazzjoni l-introjtu, waqt li fl-istess ħin jippromwovu l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, jistgħu għalhekk ivarjaw mill-metodi li japplikaw illum il-ġurnata, mingħajr ma dan ikun jikkostitwixxi ksur tar-regoli applikabbli.

Kaxxa 5.3 —   Eżempju ta' kalkolu skorrett tan-nuqqas fil-finanzjament għal proġetti li jiġġeneraw dħul

Stimi mhux realistiċi tal-ispejjeż użati: Fi proġett tal-FK fil-Portugall għar-rikostruzzjoni tan-netwerk ta' ilma tajjeb għax-xorb ta' belt, il-benefiċjarju ddikjara b'mod eċċessiv l-ispejjeż antiċipati għall-persunal li ntużaw fl-Analiżi tal-Kostijiet-Benefiċċji (CBA). Dan wassal għal dikjarazzjoni eċċessiva tan-nuqqas fil-finanzjament.

Każijiet simili fejn spejjeż eċċessivi tqiesu fis-CBA nstabu fi proġetti tal-FEŻR u tal-FK fi Spanja, fil-Polonja u fir-Renju Unit.

 

Nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar għajnuna mill-Istat għal 3 % tal-proġetti

5.40.

Ir-regoli dwar għajnuna mill-Istat jiżguraw li l-interventi mill-Istati Membri ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ fi ħdan l-UE. Il-proġetti jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli dwar għajnuna mill-Istat (19).

 

5.41.

Għal 3 % tal-180 tranżazzjoni awditjati, il-proġetti kofinanzjati ma kinux jikkonformaw mar-regoli dwar għajnuna mill-Istat. F’dawk il-każijiet fejn il-Qorti setgħet tistabbilixxi li dan ikkontribwixxa għal finanzjament skorrett mill-UE, l-iżbalji ġew ikkwantifikati. Dawn l-iżbalji kwantifikati jirrappreżentaw 5 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jammontaw għal madwar 9 % tar-rata ta’ żball stmata għal dawn l-oqsma ta’ politika. Każijiet oħra ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar għajnuna mill-Istat, li għalihom l-impatt fuq il-finanzjament mill-UE ma setax jiġi kkwantifikat f’dan l-istadju, ma jitqisux għar-rata ta’ żball tal-Qorti (ara l-kaxxa 5.4). Fl-2011, deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kkonfermat li r-regoli dwar għajnuna mill-Istat japplikaw ukoll għal proġetti tal-infrastruttura li għandhom jitmexxew b’mod kummerċjali (20).

5.41.

Il-Kummissjoni taqbel li l-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat hija kundizzjoni għall-eliġibbiltà ta’ programmi. Madankollu, bħal fl-eżempju Grieg mogħti hawn taħt fil-kaxxa 5.4, l-obbligu li l-proġetti tal-infrastruttura jiġu nnotifikati ma kienx legalment ċar sal-każistika tal-2011 dwar Leipzig/Halle tal-QEĠ (li ġiet appellata u nqatgħet b’sentenza finali biss fl-2013). Sabiex l-Istati Membri u l-benefiċjarji jkollhom kjarifika dwar l-implikazzjonijiet prattiċi tas-sentenza, il-Kummissjoni ħarġet nota ta’ gwida f’Novembru 2012, u ppreżentatha lill-COCOF. Il-Kummissjoni tqis li skont din il-gwida, in-nuqqas ta’ notifika għal proġetti infrastrutturali qabel Novembru tal-2012 ma kinitx irregolarità.

Kaxxa 5.4 —   Eżempju ta' proġetti li mhumiex f’konformità mar-regoli dwar għajnuna mill-Istat

Għajnuna mill-Istat mhux innotifikata lill-Kummissjoni: Fi proġett tal-FEŻR fil-Greċja għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet f'port l-għajnuna kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (21). Il-proġett ma ġiex innotifikat lill-Kummissjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 108 TFUE u għalhekk il-kompatibbiltà tiegħu mas-suq intern ma kienx ġie vvalutat.

Każijiet simili nstabu fi proġett tal-FEŻR fil-Ġermanja u fir-Renju Unit.

 

Żbalji li nstabu fil-pagamenti ta’ għeluq tal-Kummissjoni

5.42.

Fi snin preċedenti, il-Qorti kienet innutat li dokumentazzjoni mhux affidabbli ta’ għeluq (bħad-dikjarazzjoni ta' stralċ) tista' twassal biex infiq irregolari jiġi rimborżat bla meħtieġ dment li l-Kummissjoni ma tiħux azzjoni xierqa biex taqbad u tikkoreġi l-kwistjonijiet ta' bażi (22).

5.42.

Id-dgħufijiet fid-dikjarazzjonijiet ta’ stralċ kienu ġew identifikati u analizzati mill-Kummissjoni qabel l-awditu tal-Qorti, li intervjeniet fi stadju bikri tal-proċess ta’ għeluq (40). Dawn id-dgħufijiet ġew indirizzati mill-Kummissjoni matul l-istadji sussegwenti tal-proċess ta’ għeluq, u sar xogħol ta’ awditjar addizzjonali wara l-valutazzjoni inizjali tad-dokumenti tal-għeluq. Korrezzjonijiet finanzjarji kienu applikati fejn xieraq.

5.43.

Il-kampjun ta' din is-sena kien jinkludi pagamenti ta’ għeluq lil 2 PO (l-Awstrija u l-Polonja) u 7 proġetti tal-FK (Spanja) mill-perjodu 2000-2006 li għalihom kienu awditjati b’kollox 22 proġett tal-FEŻR u tal-FK. Il-Qorti identifikat żbalji fi 12 minn dawn it-22 proġett. Għal PO wieħed tal-FEŻR, il-Qorti sabet li mhux l-infiq kollu fil-pagament ta’ għeluq kien regolari (l-Awstrija). Madankollu, il-Kummissjoni għalqet dan il-PO fl-2012 mingħajr ebda korrezzjoni finanzjarja. Għas-seba’ proġetti tal-FK fi Spanja, ma ġiet imposta ebda korrezzjoni finanzjarja għall-iżbalji maqbuda mill-Qorti.

5.43.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-iżbalji identifikati fil-programm magħluq, u tosserva li tista’ tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji sa tliet snin wara l-għeluq formali ta’ programm, meta jinstabu żbalji residwi.

Il-Kummissjoni f’April 2013 ressqet quddiem il-Parlament Ewropew rapport li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati mill-Kummissjoni u rrappurtati mill-Istati Membri fil-programmi tal-perjodu 2000-2006. Ir-rapport jgħid li l-korrezzjonijiet laħqu mill-inqas 5,6 % (EUR 7,3 biljun) tal-allokazzjonijiet tal-FEŻR għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jasal sal-31 ta’ Diċembru 2012 (u 6,2 % jew EUR 8,1 biljun sal-31 ta’ Marzu 2013) (41).

Fir-rigward tas-seba’ proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni msemmijin fl-osservazzjoni tal-Qorti, il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha fil-paragrafu 5.39, u tkompli tenfasizza li ma kien hemm l-ebda ksur tal-qafas legali applikabbli li jiġġustifika xi korrezzjoni finanzjarja.

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

Awtoritajiet tal-awditjar

5.44.

Fi ħdan is-27 Stat Membru, ġew stabbiliti 112-il AA għall-434 PO għall-FEŻR/FK u l-FSE taħt il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 (ara l-paragrafi 5.10 u 5.13) (23).

 

5.45.

Fil-qasam tal-koeżjoni, l-ACRs u l-opinjonijiet annwali tal-AA jipprovdu informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq tal-UE taħt il-FEŻR/FK u l-FSE għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 (24). Fl-2012, total ta' 198 ACR u opinjonijiet annwali (25) ġew ippreżentati lill-Kummissjoni għat-317-il PO tal-FEŻR/FK u l-117-il PO tal-FSE (26).

5.45.

L-Awtoritajiet tal-Awditjar, sa mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni u tal-istabbiliment tas-sistemi, għandhom rwol ċentrali fil-proċess li jagħti aċċertament. Wara dan, kull sena huma jippreżentaw lill-Kummissjoni l-opinjoni tal-awditjar dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, ibbażata fuq awditi dwar is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u dwar il-kampjuni tal-operazzjonijiet imwettqa, bħala regola ġenerali, skont strateġija tal-awditjar. Ir-Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni, taħt ċerti kundizzjonijiet, tista’ toqgħod fuq ix-xogħol ta’ awtorità tal-awditjar għall-aċċertament tagħha (l-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006).

Il-Kummissjoni qiegħda tikkoopera u tikkoordina mill-qrib mal-Awtoritajiet tal-Awditjar, u bdiet tagħmel rieżami tal-metodoloġiji u tar-riżultati tal-awditjar tagħhom sa mill-2009. Dan ikkontribwixxa għall-bini tal-kapaċità meta ngħataw pariri, gwida u rakkomandazzjonijiet permezz ta’ ħidma mwettqa mill-ġdid mill-Kummissjoni.

Id-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni fir-RAA tagħhom tal-2011, analizzaw fid-dettall l-informazzjoni u r-riżultati tal-awditjar irrappurtati mill-Awtoritajiet tal-Awditjar fir-RAK tagħhom tal-2012 (ara l-paġni 33 sa 37 tar-RAA tal-2012 tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana, u l-paġni 35 sa 39 tar-RAA tal-2012 tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni).

L-eżaminar mill-Qorti ta’ erba' AA

5.46.

L- Anness 5.2 fih ir-riżultati tar-rekwiżiti ewlenin individwali ttestjati u l-valutazzjoni kumplessiva tal-erba' AA eżaminati: il-Belġju (il-Wallonja), Malta, is-Slovakkja u r-Renju Unit (l-Ingilterra). Il-Qorti tat attenzjoni partikolari lill-ACRs u lill-opinjonijiet annwali u lill-partijiet mix-xogħol tal-AA li kellhom effett dirett u sinifikanti fuq il-konklużjonijiet tagħhom.

5.46.

Sa mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, il-Kummissjoni wettqet 269 missjoni tal-awditjar sabiex tagħmel rieżami sħiħ jew parzjali fuq ix-xogħol ta’ 41 Awtorità tal-Awditjar tal-FEŻR/FK li jkopri 96 % mill-allokazzjoni totali tal-FEŻR/FK, u fuq ix-xogħol ta’ 84 Awtorità tal-Awditjar tal-FSE li jkopri 99 % mill-allokazzjoni totali tal-FSE. Dan ix-xogħol inkluda l-erba’ Awtoritajiet tal-Awditjar vverifikati mill-Qorti. Bosta mill-Awtoritajiet tal-Awditjar li ġew magħżula mill-Kummissjoni biex ikunu vverifikati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju aġġornata ta’ kull sena tinkludi, fost bosta kriterji tar-riskju rieżaminati maż-żmien, l-allokazzjonijiet tal-programmi.

5.47.

Għal kull waħda mill-AA eżaminati, il-Qorti analizzat:

(a)

l-arranġamenti organizzattivi u l-metodoloġija tal-awditjar tagħhom;

(b)

id-dokumenti ta’ ħidma tagħhom għal żewġ awditi tas-sistemi;

(c)

id-dokumenti ta’ ħidma tagħhom għal kampjun ta’ 20 awditu ta’ operazzjonijiet, inkluż it-twettiq mill-ġdid ta’ mill-inqas 5 minn dawk l-20 awditu; u

(d)

l-ACRs u l-opinjonijiet annwali 2012 tagħhom, flimkien mad-dokumenti ta’ ħidma relatati.

 

5.48.

Bħal fi snin preċedenti, il-Qorti sabet li l-arranġamenti organizzattivi għall-erba' AA kollha eżaminati ġeneralment kienu konformi mar-regolamenti tal-UE. Dan kien ukoll il-każ għall-metodoloġija tal-awditjar użata għall-awditu tas-sistemi. Madankollu, il-Qorti sabet dgħufijiet fil-mod li bih l-AA jwettqu l-awditi tagħhom tal-operazzjonijiet u tas-sistemi u/jew jirrappurtaw ir-riżultati ta' dawn lill-Kummissjoni (27).

 

5.49.

Il-Qorti vvalutat li tlieta mill-erba' AA kienu “parzjalment effettivi” u li waħda kienet “mhux effettiva”. Għall-AA vvalutati bħala “parzjalment effettivi” l-Qorti tqis li l-ACRs ma kinux konformi bis-sħiħ mar-regoli u/jew it-twettiq mill-ġdid tal-awditi tal-operazzjonijiet mill-Qorti kien identifika problemi li qabel ma kinux inqabdu mill-AA.

5.49.

Il-Kummissjoni tqis li abbażi tal-evidenza tal-awditjar miġbura tul diversi snin, tista’ sserraħ fuq ix-xogħol ta’ dawn l-erba’ awtoritajiet tal-awditjar li jiffunzjonaw tajjeb, għall-proċess ta’ aċċertament tagħha (ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni fil-paragrafi 6.30 u 6.31).

Valutazzjoni tas-sorveljanza tal-AA mill-Kummissjoni

5.50.

Fl-2012, il-Kummissjoni kompliet l-inkjesta tagħha dwar l-affidabbiltà tax-xogħol tal-AA u l-konformità tagħhom mar-regolamenti tal-UE (28). Il-Kummissjoni sabet nuqqasijiet simili fix-xogħol tal-AA għal dawk osservati mill-Qorti (ara l-paragrafi 5.48 u 5.49) jew fis-snin preċedenti (29).

5.50.

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha, għall-paragrafu 5.46, fejn tinforma dwar missjonijiet tal-awditjar imwettqa fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni sa mill-2009. L-inkjesta dwar l-Awtoritajiet tal-Awditjar tibqa’ l-inkjesta ewlenija skont l-istrateġija tal-awditjar attwali tal-Kummissjoni. Id-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni se jkomplu l-awditjar tagħhom flimkien ma’ 102 missjonijiet tal-awditjar sa nofs l-2014.

5.51.

Barra minn dan, għal kull PO tal-FEŻR/FK u tal-FSE, il-Kummissjoni vverifikat, permezz ta’ eżaminar ta’ dokumenti, l-informazzjoni pprovduta mill-AA fl-ACRs u fl-opinjonijiet annwali tagħhom (30). Jekk il-Kummissjoni tqis li rata ta’ żball irrappurtata minn AA tkun affidabbli u rappreżentattiva għall-PO (jew għal grupp ta’ PO) l-Kummissjoni tista’ taċċettaha jew, ibbażat fuq informazzjoni addizzjonali, tikkalkulaha mill-ġdid. Jekk il-Kummissjoni tqis li rata ta’ żball irrappurtata ma tkunx affidabbli, hija tapplika rata ta’ żball fissa (bejn 2 % u 25 %) skont il-valutazzjoni tagħha tar-riskju għall-PO.

5.51.

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-analiżi tar-RAK u l-opinjonijiet tal-awditjar jikkostitwixxu parti ewlenija fil-proċess li jagħti aċċertament li jappoġġja d-dikjarazzjoni tal-kontroll intern fir-RAA, li fih hija tirrapporta dwar ir-riżultati tal-analiżi tagħha (ara pereżempju r-RAA tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana tal-2011, il-paġni 33–35 u l-Anness 9, u r-RAA tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni tal-2012, il-paġni 35–38 u l-Anness 8).

Fir-rigward tal-affidabbiltà u ta’ kemm huma rappreżentattivi r-rati tal-iżbalji rrappurtati, ara t-tweġiba għall-paragrafu 5.52, it-tieni inċiż.

5.52.

Is-sejbiet tal-Qorti fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fil-Kummissjoni u d-data addizzjonali mitluba mill-AA għat-tliet fondi kollha (FEŻR/FK u FSE) kienu kif ġej (31):

5.52.

L-ambitu tal-Kummissjoni għall-validazzjoni u fejn meħtieġ l-aġġustament tar-rati ta’ żball inklużi minn AA fl-ACRs tagħhom huwa limitat peress li l-AA mhumiex meħtieġa li jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-awditi tagħhom tal-operazzjonijiet (32).

Il-Kummissjoni tanalizza fil-bidu ta’ kull sena r-RAK kif ukoll l-opinjonijiet tal-awditjar kollha sottomessi mill-Awtoritajiet tal-Awditjar nazzjonali. Barra minn hekk tieħu inkonsiderazzjoni r-riżultati tal-awditjar nazzjonali kollha riċevuti mill-Awtoritajiet tal-Awditjar matul is-sena, kif ukoll riżultati tal-awditjar oħra tal-Kummissjoni u tal-Qorti. Biex tkompli titjieb l-affidabbiltà tar-rati tal-iżbalji rrappurtati u abbażi tad-dubji jew ir-riskji identifikati, fl-2013 is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu missjonijiet għal ġbir ta’ informazzjoni fuq il-post għall-FEŻR/FK (11-il missjoni f’9 Stati Membri) u għall-FSE (fi 15-il Stat Membru), biex tkompli tiġbor aktar evidenza kif ukoll sabiex tikseb kjarifiki dwar ir-RAK sottomessi, b’mod partikolari dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rati tal-iżbalji. F’xi każijiet, il-missjonijiet ipprovdew bażi soda għall-kalkolu mill-ġdid ta’ rati tal-iżbalji. Il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni addizzjonali bil-miktub lil xi Awtoritajiet tal-Awditjar, u dawn tawha.

Ir-riżultati ta’ din l-analiżi huma s-sors prinċipali tal-proċess li jagħti aċċertament, kif spjegat fir-RAA.

B’dawn, il-Kummissjoni akkumulat għarfien estensiv dwar ir-riskji li huma marbutin ma’ kull Awtorità tal-Awditjar.

Għal 51 mill-138 tal-PO eżaminati l-Qorti sabet li l-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni suffiċjenti biex taċċetta (jew tikkalkula mill-ġdid) ir-rati ta' żball irrappurtati mill-AA fil-valutazzjoni tal-ACR. Dan jinkludi każijiet fejn l-infiq awditjat iddikjarat fl-ACR ma kienx jikkorrispondi bis-sħiħ għall-infiq tas-sena tal-PO jew fejn ir-rati ta’ żball irrappurtati fl-ACR ma kinux ikkalkulati preċiżament mill-AA.

Il-Kummissjoni tosserva li l-51 programm ikkwotat mill-Qorti għandhom x’jaqsmu mal-ħidma ta’ disa’ Awtoritajiet tal-Awditjar minn total ta’ 112-il Awtorità tal-Awditjar li jieħdu ħsieb il-FEŻR, il-FSE u l-FK Tosserva wkoll li l-kwistjoni teknika mqajma fil-każ ta’ 31 programm Franċiż ma jbiddlux il-valutazzjoni tal-Awtorità tal-Awditjar u tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tenfasizza li rati fissi kienu applikati fejn opportun meta r-rati tal-iżbalji rrappurtati ġew ivvalutati mill-Kummissjoni bħala mhux affidabbli. Għall-14-il programm fejn ma kienet applikata l-ebda rata fissa, il-Kummissjoni vvalutat ir-rata tal-iżbalji rrappurtata bħala affidabbli, u tosserva li l-użu ta’ kampjun tar-rati tal-żbalji abbażi ta’ kampjuni mhux statistiċi huwa previst fir-Regolament fil-każ ta’ popolazzjonijiet żgħar minn operazzjonijiet.

Dawn huma l-uniċi indikaturi disponibbli sabiex jiġi stmat ir-riskju ġenerali għall-programmi kkonċernati, u għaldaqstant jiġu użati mill-Kummissjoni għall-għanijiet tal-proċess li jagħti aċċertament. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tqis ukoll x’karatteristiċi għandha l-popolazzjoni u l-kopertura mill-awditjar. Il-Kummissjoni ppromwoviet l-użu ta’ teħid ta’ kampjuni statistiċi fl-2012/2013 u aġġornat il-gwida tagħha dwar it-teħid tal-kampjuni f’April 2013, sabiex tippermetti l-użu ta’ teħid ta’ kampjuni statistiċi anki fil-każ ta’ popolazzjonijiet żgħar minn operazzjonijiet, sabiex jinkisbu riżultati rappreżentattivi.

Fil-kuntest ta’ hawn fuq, huwa importanti li wieħed jinnota li meta l-Kummissjoni tivvalida r-rati rrappurtati mill-Awtoritajiet tal-Awditjar, hija tuża l-proċeduri tal-awditjar kollha fis-seħħ meta jqumu dubji dwar l-eżattezza u/jew l-affidabbiltà tar-rati tal-żbalji rrappurtati: mistoqsijiet bil-miktub jew bil-fomm lill-Awtoritajiet tal-Awditjar, missjonijiet għal ġbir ta’ informazzjoni u/jew analiżi ta’ informazzjoni addizzjonali mingħand l-Awtoritajiet tal-Awditjar, inklużi riżultati tal-awditjar individwali jekk ikun meħtieġ. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, ir-rati tal-iżbalji rrappurtati fir-RAK ġew aġġustati f’21 % tal-programmi tal-FEŻR/FK u fi 15,4 % tal-programmi tal-FSE. Barra minn hekk, ir-rati tal-iżbalji rrappurtati għal 11 % tal-FEŻR/FK u tal-FSE ttieħdu li mhumiex affidabbli u għalhekk il-Kummissjoni ssostitwiethom b’rati fissi (ara r-RAA tal-2012, paġna 35 għad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana, u paġna 37 għad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni).

Għal aktar kjarifiki dwar ir-rati tal-iżbalji rrappurtati mill-Awtoritajiet tal-Awditjar rigward il-FSE, il-Kummissjoni tirreferi għar-risposta tagħha għall-paragrafu 6.40(a).

Għal 16 mill-138 tal-PO eżaminati, l-AA rrappurtaw rati ta’ żball mhux rappreżentattivi (jiġifieri rati li la huma bbażati fuq approċċ ta’ kampjunar statistiku u lanqas fuq wieħed formali u mhux statistiku f’konformità mal-gwida tal-Kummissjoni). Il-Kummissjoni ma għandhiex tuża tali rati fil-proċess tagħha ta’ aċċertament biex testrapola r-rata ta’ żball għall-PO kollu kemm hu. Il-Qorti sabet li kien għal 2 biss minn dawn is-16-il PO, li ġew applikati rati fissi mill-Kummissjoni kif meħtieġ.

 

Għal 5 mill-138 PO, ir-rata ta’ żball ikkalkulata mill-ġdid mill-Qorti (b’kont meħud tal-korrezzjonijiet finanzjarji pluriennali) hija ’l fuq minn 2 %.

Il-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti fil-każijiet kollha waslet għall-istess konklużjonijiet, bl-eċċezzjoni ta’ ħames każijiet mill-138 każ li rieżaminat. Dawn il-każijiet jirrigwardaw żewġ Awtoritajiet tal-Awditjar. Fir-rigward ta’ dawn il-ħames każijiet, il-Kummissjoni ma taqbilx, u tikkonferma l-valutazzjoni tagħha kif irrappurtata fir-RAA tal-2012 wara analiżi profonda tal-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Awtoritajiet tal-Awditjar ikkonċernati.

B’mod partikolari, fil-każ ta’ erba’ programmi Olandiżi rraggruppati f’kampjun wieħed, il-Kummissjoni sabet li l-proġett fejn instab l-żball mill-Awtorità tal-Awditjar kif ukoll permezz tal-awditu tagħha stess fl-2012, kien ta’ natura eċċezzjonali u ma kellux jiġi magħżul għall-finanzjament. L-awtoritajiet nazzjonali aċċettaw li jirtiraw fl-aħħar tal-2012, in-nefqa relatata mal-proġett kollu, u għalhekk in-nefqa irregolari relatata. Għalhekk il-Kummissjoni tikkunsidra li din in-nefqa m’hemmx għalfejn tiġi inkluża fil-kalkolu tar-rata tal-iżbalji prevista. Dwar il-programm Ġermaniż, il-Kummissjoni tqis li jekk tittieħed inkonsiderazzjoni l-parti tan-nefqa li kienet eskluża mill-popolazzjoni li kellha tiġi awditjata, din kien se jkollha impatt limitat ħafna fuq ir-rata tal-iżbalji.

Il-Kummissjoni għaldaqstant tikkunsidra, li implimentat korrettament ir-rwol superviżorju tagħha fuq ir-rati tal-iżbalji li ġew irrapportati mill-Awtoritajiet tal-Awditjar.

Analiżi tar-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni

5.53.

Il-Qorti vvalutat ir-RAA 2012 u d-dikjarazzjonijiet ta’ akkumpanjament tad-Direttorati Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, għall-Mobilità u t-Trasport, u għall-Enerġija. B’mod partikolari, fir-rigward tar-regolarità tal-pagamenti awtorizzati matul l-2012, il-Qorti:

(a)

ivvalutat ir-riżervi li saru għall-2012; u

(b)

iċċekkjat il-konsistenza u l-preċiżjoni tal-kalkolu mill-Kummissjoni tal-ammonti f’riskju.

 

Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana

5.54.

Fir-RAA 2012 tiegħu, id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana stima li bejn 2,2 % u 5,0 % tal-pagamenti interim u finali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 tal-FEŻR u tal-FK awtorizzati matul l-2012 kienu f'riskju ta' żball (33).

 

5.55.

Din l-istima, ikkalkulata mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana fir-RAA 2012 tiegħu hija bbażata fuq ir-rati ta' żball irrappurtati mill-AA fir-rigward tal-infiq 2011 (34). Dan huwa ogħla mil-limitu ta' materjalità ta' 2 % stabbilit mill-Kummissjoni u huwa konformi mal-valutazzjoni ppreżentata mill-Qorti għal dan il-qasam ta' politika għall-2011 (35).

5.55.

Il-Kummissjoni taqbel li l-livell ta’ riskju ppreżentat fir-RAA tal-2012 tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana huwa paragunabbli mal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha tal-2011.

5.56.

L-għadd ta' PO suġġetti għal riżerva mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana u l-impatt finanzjarju stmat tagħhom naqas fl-2012 meta mqabbel mal-2011 (36). Dan huwa prinċipalment dovut għal ammont aktar baxx f'riskju kif stmat mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-rati ta' żball rrappurtati mill-AA fl-ACRs 2012 tagħhom.

5.56.

Kif indikat fis-Sommarju Eżekuttiv tar-RAA tal-2012 tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana, it-tnaqqis fin-numru ta’ riżervi huwa prinċipalment minħabba l-azzjonijiet korrettivi meħuda fl-Istati Membri u l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji (ara r-RAA tal-2012 minn paġna 46 sa paġna 49). Din il-politika stretta segwita mid-DĠ Politika Reġjonali u Urbana f’dak li għandu x’jaqsam ma’ twissijiet, interruzzjonijiet, sospensjonijiet u korrezzjonijiet finanzjarji serviet ta’ inċentiv sabiex is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll jitjiebu.

5.57.

Il-Qorti tqis li d-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana kien imissu ħareġ riżerva għal ħames PO addizzjonali (ara l-paragrafu 5.52 hawn fuq).

5.57.

Il-Kummissjoni tirreferi għar-risposta tagħha għall-paragrafu 5.52, li tikkonferma li l-ebda wieħed mill-ħames każijiet ma kellu għaliex ikollu riżerva. Għal erbgħa minn dawn il-programmi rraggruppati f’kampjun wieħed, l-iżball ġie kkoreġut fl-2012 u għalhekk m’hemmx bżonn li dan jitqies fil-kalkolu tar-rata tal-iżbalji prevista. Dwar il-ħames programm, il-Kummissjoni tqis li jekk tittieħed inkonsiderazzjoni l-parti tan-nefqa li kienet eskluża mill-popolazzjoni li kellha tiġi awditjata, din kien se jkollha impatt limitat ħafna fuq ir-rata tal-iżbalji.

5.58.

Fil-valutazzjoni tal-PO, id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana jqis ukoll ċifri dwar ir-riskju residwu kumulattiv pluriennali (li huwa kkalkulat mill-Kummissjoni u jieħu kont ta' korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali minn meta beda l-perjodu ta’ programmazzjoni). Madankollu, il-Kummissjoni għandha biss informazzjoni limitata dwar jekk is-sistemi stabbiliti mill-Istati Membri għall-impożizzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji humiex effettivi. Dan iġorr ir-riskju li l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-PO individwali fir-RAA ma tkunx robusta biżżejjed.

5.58.

Mill-2011, is-servizzi tal-Kummissjoni qegħdin iwettqu, fuq talba tal-awtorità tal-kwittanza, awditi bbażati fuq ir-riskju fuq is-sistemi għar-reġistrazzjoni u l-irrappurtar tal-korrezzjonijiet finanzjarji. Bħala riżultat, kull sena żiedu l-informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi fl-Istat Membri u talbu titjib fis-sistemi korrispondenti fejn kien meħtieġ (ara r-rapport ta’ sinteżi mibgħut lill-awtorità tal-kwittanza u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-2013) (42). Barra minn hekk, l-Awtoritajiet tal-Awditjar iwettqu huma stess awditjar tal-attivitajiet tal-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni u jirrappurtaw ir-riżultati lill-Kummissjoni, li fil-valutazzjoni tagħha tieħu inkonsiderazzjoni din l-informazzjoni.

5.59.

L-approċċ meħud mill-Qorti biex jittieħed kont tal-korrezzjonijiet finanzjarji fl-awditi tagħha huwa deskritt fil-Kapitolu 1, il-paragrafi 1.19 sa 1.35.

5.59.

Il-Kummissjoni ħadet il-miżuri kollha meħtieġa skont it-Trattat u previsti fir-Regolamenti sabiex tipproteġi l-baġit tal-UE.

Il-Kummissjoni tosserva li filwaqt li għamlet minn kollox fi ħdan is-setgħa tagħha, u aġixxiet b’rispett sħiħ għar-regolamenti eżistenti fl-istess sena finanzjarja awditjata mill-Qorti, il-korrezzjonijiet b’rata fissa applikati għall-programmi Ċeki u Slovakki ma ġewx ikkunsidrati meta ġiet ikkalkulata r-rata tal-iżbalji tal-2012.

Ara t-tweġiba konġunta tal-Kummissjoni fil-paragrafu 5.26 u l-kaxxa 1.2.

Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport u Direttorat Ġenerali għall-Enerġija

5.60.

Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport u d-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija:

għamlu riżervi li jkopru 23 % u 57 % rispettivament tal-approprjazzjonijiet ta' pagament totali awtorizzati matul is-sena;

stmaw li madwar 4,6 % tal-pagamenti awtorizzati matul l-2012 fir-rigward tas-Sitt u s-Seba’ Programmi Kwadru (FPs) għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku kienu milquta minn żbalji; u

fuq il-bażi tar-rata tal-iżball residwu dawn id-Direttorati Ġenerali jistmaw l-impatt tar-riżervi tagħhom f’livell ta’ 2,5 % tal-pagamenti għall-FPs għar-riċerka li saru fl-2012.

 

5.61.

Fl-2012, il-Qorti sabet żbalji kwantifikabbli f’sitta minn tmien proġetti tat-TEN-T awditjati (75 %). Madankollu ma nħarġet ebda riżerva mid-Direttorat Ġenerali Mobilità u Trasport għall-programm TEN-T fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE u dawk nazzjonali. Il-Qorti tinnota wkoll li d-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija għamel tali riżerva għall-programm EEPR fejn problemi simili kienu ġew identifikati mill-Qorti (37).

5.61.

Il-Kummissjoni tqis li d-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport (DĠ Mobilità u Trasport) segwa l-istruzzjonijiet permanenti għar-RAA tal-2012 (Ref. Ares(2012) 1240233, punt 7.4) f’dan ir-rigward, u ma kienx hemm raġuni biex il-programmi TEN-T ikollhom riżerva. Fil-kuntest tar-responsabbiltajiet superviżorji tagħha fuq l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T EA), DĠ Mobilità u Trasport ħa inkonsiderazzjoni l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tiegħu inkluż ir-Rapport tal-2011 tal-Qorti tal-Awdituri kif ukoll l-aċċertamenti mogħtija mill-Aġenzija.

Għal din tal-aħħar, wieħed jista’ jinnota li r-rata tal-iżbalji misjuba minn kontrolli ex post iffinalizzati fil-31 ta’ Diċembru 2012 kienet ta’ 1,7 %, jiġifieri taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 %. Barra minn hekk l-Aġenzija kienet ħadet sensiela ta’ miżuri fl-2012 meta qieset is-sejbiet tal-Qorti sabiex issaħħaħ l-kontrolli tagħha u tissensibilizza lill-benefiċjarji dwar ir-regoli tal-akkwist pubbliku.

Meta DĠ Mobilità u Trasport ħareġ ir-riżerva tiegħu sal-31 ta’ Marzu 2013, DĠ Mobilità u Trasport kien diġà rċieva tliet Sejbiet Preliminari mill-Qorti dwar l-iżbalji fl-akkwisti pubbliċi tal-proġetti tat-TEN-T, li tnejn minnhom ġew analizzati u kkontestati minn DĠ MOVE fi Frar 2013.

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-konklużjoni għall-2012

5.62.

Għall-oqsma ta' politika koperti minn dan il-kapitolu,

5.62.

l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet jindika li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli preżenti fil-popolazzjoni hija ta' 6,8 %; u

Il-Kummissjoni tosserva li r-rata tal-iżbalji l-aktar probabbli hija konformi mar-rati tal-iżbalji ppreżentati mill-Qorti għal dawn l-aħħar tliet snin rigward il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali.

Dan it-tnaqqis fir-rata tal-iżbalji meta mqabbel ma’ perjodi preċedenti jirriżulta minn dispożizzjonijiet ta’ kontroll rinfurzat fil-perjodu ta’ pprogrammar tal-2007–2013, u bl-applikazzjoni ta’ politika ta’ interruzzjonijiet/sospensjonijiet stretta mill-Kummissjoni meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet. Il-Kummissjoni se tkompli tiffoka l-azzjonijiet tagħha fuq il-programmi u/jew l-Istati Membri li l-aktar jinsabu f’riskju, u timponi malajr miżuri korrettivi meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet (ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 1.12 u 1.13).

Żewġ programmi li kienu jinkludu l-iżbalji identifikati mill-Qorti fil-kampjun tagħha tal-2012 (fir-Repubblika Ċeka u fis-Slovakkja) ġew ikkoreġuti fl-2012 b’rata fissa. Il-Kummissjoni tosserva li filwaqt li għamlet minn kollox fi ħdan is-setgħa tagħha, u aġixxiet b’rispett sħiħ għar-regolamenti eżistenti sabiex tipproteġi l-baġit tal-UE tal-istess sena finanzjarja awditjata mill-Qorti, il-korrezzjoni b’rata fissa t’hawn fuq ma ġietx ikkunsidrata mill-Qorti meta kkalkolat ir-rata tal-iżbalji tal-2012.

is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll eżaminati huma vvalutati bħala parzjalment effettivi (38).

Il-Kummissjoni tqis li għandha fis-seħħ proċess ta’ sorveljanza akkurat sabiex, għall-aċċertament tagħha, tiġi żgurata b’mod ġenerali l-affidabbiltà fil-ħidma tal-Awtoritajiet tal-Awditjar.

Sa mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, il-Kummissjoni wettqet 269 missjoni ta’ awditjar sabiex tagħmel rieżami sħiħ jew parzjali fuq ix-xogħol ta’ 41 Awtorità tal-Awditjar tal-FEŻR/FK li jkopri 96 % mill-allokazzjoni totali tal-FEŻR/FK, u 84 Awtorità tal-Awditjar tal-FSE li jkopri 99 % mill-allokazzjoni totali tal-FSE.

Abbażi tal-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tenfasizza li l-effettività u l-konformità mar-rekwiżiti tal-Awtoritajiet tal-Awditjar jistgħu jvarjaw. Skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) 1083/2006, il-Kummissjoni mill-ewwwel nofs tal-2012, qiegħda tiddependi formalment fuq il-ħidma ta’ 15-il Awtorità tal-Awditjar għall-FEŻR/FK (għal 51 programm). Il-Kummissjoni se tkompli tagħmel rieżami tal-ħidma tal-Awtoritajiet tal-Awditjar.

5.63.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-infiq aċċettat huwa milqut minn livell materjali ta’ żball.

5.63.

Il-Kummissjoni ħadet azzjonijiet speċifiċi sabiex ittaffi r-riskji identifikati, li jinkludu b’mod partikolari miżuri preventivi u korrettivi, bħal gwida, taħriġ u simplifikazzjoni, minbarra l-politika stretta dwar interruzzjonijiet/sospensjonijiet ta’ pagamenti u korrezzjonijiet finanzjarji.

Rakkomandazzjonijiet

5.64.

Ir-riżultat tal-analiżi mill-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet magħmula f'rapporti annwali preċedenti huwa ppreżentat fl- Anness 6.2 bħala parti mill-Kapitolu 6.

5.64.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.42 u għall-Anness 6.2.

5.65.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2012, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni:

5.65.

Rakkomandazzjoni 1: tindirizza dgħufijiet fil-“kontrolli tal-ewwel livell” imwettqa mill-awtoritajiet maniġerjali u minn korpi intermedji għall-FEŻR u l-FK, permezz ta' materjal speċifiku ta' gwida u, fejn xieraq, permezz ta' miżuri ta' taħriġ;

Il-Kummissjoni taqbel fuq l-importanza ta’ kontrolli tal-“ewwel livell” imwettqa mill-Istati Membri u hija tal-fehma li dawn għandhom jissaħħu ulterjorment. Hija diġà kienet ħarġet linji gwida għall-Istati Membri dwar kif l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw il-verifiki ta’ ġestjoni tagħhom.

Barra minn hekk, fl-2009 il-Kummissjoni żviluppat linji gwida komprensivi għall-kontrolli tal-ewwel livell kif ukoll għodda ta’ awtovalutazzjoni għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni, li jistgħu jużaw biex itejbu ħidmiethom. Barra minn hekk, fl-2011 il-Kummissjoni tat lill-awtoritajiet tal-Awditjar il-listi ta’ kontroll tagħha għall-awditjar tal-verifiki tal-ġestjoni, li jistgħu jintużaw bħala punt ta’ riferiment mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni nfushom. Ingħata taħriġ speċifiku lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni li għandhom ir-responsabbiltà li jkomplu jwasslu dan il-materjal ta’ taħriġ fil-livelli kollha tal-ġestjoni tal-proġetti involuti. Il-Kummissjoni se tkompli twettaq azzjonijiet għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet f’dan ir-rigward.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ilha twettaq sa mill-2010, awditi ffukati fuq il-verifiki tal-ġestjoni ta’ programmi b’riskju għoli, fejn ġie identifikat li n-nuqqasijiet jistgħu jibqgħu mistura jew ma jinstabux meta suppost. Ir-riżultati ta’ dawn l-awditi, sal-aħħar tal-2012, huma ppreżentati fil-RAA tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana (ara paġna 39).

Rakkomandazzjoni 2: fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba tagħha tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, twettaq valutazzjoni tal-użu ta' regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà bil-ħsieb li jiġu identifikati oqsma possibbli għal aktar semplifikazzjoni u li jiġu eliminati regoli kumplessi li mhumiex meħtieġa (regolamentazzjoni żejda);

Il-Kummissjoni taqbel bis-sħiħ mal-bżonn li jiġu ssimplifikati aktar ir-regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali kif ukoll jiġu eliminati r-regoli kumplessi bla bżonn, li għandhom impatt detrimentali ta’ piż fuq il-benefiċjarji u jżidu r-rata tal-iżbalji. Madankollu, il-Kummissjoni taċċetta biss parti minn din ir-rakkomandazzjoni ġaladarba mhux possibbli li ssir valutazzjoni sistematika tar-regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali. Kull meta l-Kummissjoni tidentifika regoli kumplessi fil-livell tal-Istat Membru, hija tindirizzahomn flimkien mal-Istat Membru kkonċernat. Hija se tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri għall-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss u se tinkoraġġihom jużaw opzjonijiet ta’ kost ssimplifikati previsti fl-abbozzi tar-regolamenti.

Rakkomandazzjoni 3: tispeċifika regoli ċari u tipprovdi gwida robusta dwar kif għandha tiġi vvalutata l-eliġibbiltà tal-proġetti u tikkalkula l-kofinanzjament għal proġetti tal-FEŻR u tal-FK li jiġġeneraw dħul taħt il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020; u

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa għal aktar titjib f’dan il-qasam u ħadet azzjonijiet skont il-ħtieġa. Il-qafas regolatorju għall-perjodu ta’ pprogrammar 2014-2020 jinkludi simplifikazzjonijiet fir-rigward ta’ bosta mill-aspetti tar-regoli ta’ eliġibbiltà, u jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ssimplifikat għall-proġetti li jiġġeneraw introjtu.

Rakkomandazzjoni 4: tfittex li jsir titjib fix-xogħol li jsir mill-awtoritajiet tal-awditjar u fil-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta fl-ACRs u fl-opinjonijiet tal-awditjar.

Il-Kummissjoni taqbel mal-importanza ta’ din il-kwistjoni u tenfasizza li l-ħidma tal-Awtoritajiet tal-Awditjar kif riflessa fir-RAK hija waħda mill-elementi ewlenin li fuqhom il-Kummissjoni tibni l-aċċertament tagħha. Gwida ulterjuri dwar it-trattament tal-iżbalji u l-listi ta’ kontroll tal-Kummissjoni diġà ġew ipprovduti lill-Awtoritajiet tal-Awditjar fl-2011, u bosta seminars ġew organizzati mill-Kummissjoni fl-2012 u l-2013 sabiex ikompli jitjiebu l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni għall-awditjar li jintużaw fil-preparazzjoni tar-RAK. Il-Kummissjoni tkompli taħdem mal-Awtoritajiet tal-Awditjar sabiex tipprovdi aktar gwida, inkluż l-irrappurtar dwar is-sejbiet tal-awditjar (ara p. 87 tar-RAA tal-2012 tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana).


(1)  Iż-żewġ kategoriji prinċipali l-oħra tan-nefqa għall-politika reġjonali kienu għal proġetti taħt il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (2 %) u proġetti taħt l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (1 %).

(2)  It-tliet kategoriji prinċipali l-oħra tan-nefqa kienu għal proġetti ta' riċerka prinċipalment iffinanzjati mill-programmi qafas dwar ir-riċerka (12 %), għal proġetti dwar l-enerġija nukleari (11 %), u proġetti dwar it-trasport intern, bl-ajru u bil-baħar (9 %).

(3)  B’kollox, 434 PO ġew approvati mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013: 317 għall-FEŻR/FK (li minnhom 24 PO fihom proġetti tal-FK), u 117 għall-FSE.

(4)  Korpi intermedji huma korpi pubbliċi jew privati li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità maniġerjali u li jwettqu d-dmirijiet f’isimhom.

(5)  L-Artikolu 72 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(6)  L-Artikolu 39(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1); l-Artikoli 91 u 92 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

(7)  L-Artikolu 99 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

(8)  L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u l-Impriża konġunta SESAR (Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew).

(9)  Dan il-kampjun jikkonsisti f'180 tranżazzjoni relatati ma' 168 proġett tal-politika reġjonali (138 FEŻR u 30 FK), 9 proġetti tat-trasport u 3 tal-enerġija (ara l- Anness 5.1 ). Mill-168 tranżazzjoni tal-politika reġjonali lill-proġetti tal-FEŻR/FK, il-145 huma relatati mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 u 23 mal-perjodu 2000-2006. Il-kampjun ittieħed mill-pagamenti kollha, bl-eċċezzjoni tal-pagamenti bil-quddiem li ammontaw għal EUR 1,9 biljun fl-2012.

(10)  Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja, u r-Renju Unit.

(11)  Dan jifforma parti minn eżaminar tal-AA li nbeda fl-2010 (ara r-rapport annwali 2010, il-paragrafi 4.37 sa 4.44) u li tkompla fl-2011 (ara r-rapport annwali 2011, il-paragrafi 5.35 sa 5.51). B’mod kumplessiv, 19-il AA fi 15-il Stat Membru ġew awditjati bejn l-2010 u l-2012.

(12)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata ta’ żball minn kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima. Il-Qorti hija 95 % fiduċjuża li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni tinsab bejn 3,7 % u 9,9 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(13)  Ara r-rapport annwali 2011, il-paragrafu 5.30.

(14)  Għal aktar minn nofs il-247 proċedura ta’ akkwist pubbliku awditjati mill-Qorti, il-valur tal-kuntratt kien ogħla mil-limitu li għamilhom suġġetti għar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE kif trasposti fil-liġi nazzjonali.

(15)  Dan l-ammont jirrappreżenta l-infiq totali għall-kuntratti mogħtija, li parti minnu ġiet iċċertifikata skont id-dikjarazzjonijiet tal-infiq awditjati.

(16)  Ara r-rapport annwali 2010, il-paragrafi 4.26 sa 4.27, u r-rapport annwali 2011, il-paragrafi 5.31 sa 5.33.

(17)  Aktar informazzjoni dwar l-approċċ tal-Qorti fir-rigward tal-kwantifikazzjoni ta’ żbalji tal-akkwist pubbliku hija mniżżla fl-Anness 1.1, il-paragrafi 9 sa 11.

(18)  Skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006: “Proġett li jiġġenera dħul ifisser kwalunkwe operazzjoni li tinvolvi investiment fl-infrastruttura li l-użu tagħha hija suġġetta għal ħlasijiet magħmula direttament minn utenti jew kwalunkwe operazzjoni li tinvolvi l-bejgħ jew il-kiri ta' art jew bini jew kwalunkwe fornitura (oħra) ta' servizz kontra ħlas”.

(19)  L-Artikolu 107(1) dwar għajnuna mill-Istat tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(20)  Kawża T - 443/08 Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni u T-455/08 Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle GmbH vs Il-Kummissjoni, sentenza tal-24 ta’ Marzu 2011 u kif ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-19 ta’ Diċembru 2012 f’C-288/11P.

(21)  Kif definit mill-Artikolu 107 TFUE.

(22)  Ara r-rapport annwali 2011, il-paragrafi 5.52 sa 5.64.

(23)  63 minn dawn il-112-il AA huma responsabbli mill-awditjar tal-PO għall-FEŻR/FK kif ukoll l-FSE fi ħdan l-Istat Membru tagħhom jew reġjun speċifiku. Dawn l-AA “multifondi” jirrappreżentaw 344 mill-434 PO korrispondenti u, f'termini finanzjarji, jawditjaw id-89 % tal-baġit totali (f'termini ta' finanzjament mill-UE u ta' dak nazzjonali pubbliku u privat).

(24)  Kull AA tista' tipproduċi ACR wieħed jew aktar li jista’ min-naħa tiegħu jkun relatat ma’ PO wieħed jew aktar.

(25)  L-ACRs u l-opinjonijiet annwali huma bbażati fuq is-sejbiet tal-awditi tal-AA relaati mal-infiq iċċertifikat lill-Kummissjoni fis-sena finanzjarja preċedenti tal-UE (ara l-Artikolu 62(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006).

(26)  Għal 13-il PO tal-FEŻR, ma ġiet ipprovduta ebda ACR u opinjoni annwali għall-2012 mill-AA sa Marzu 2013.

(27)  Ara r-rapport annwali 2011, il-paragrafu 5.43.

(28)  B'mod kumplessiv, mill-2009 “'l hawn, 62 mill-112-il AA ġew eżaminati mid-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u mid-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni. Dawn l-AA huma inkarigati minn 257 mit-317-il PO tal-FEŻR/FK u minn 48 mill-117-il PO tal-FSE. L-AA eżaminati matul l-erba” snin jirrappreżentaw 95 % tal-baġit tal-FEŻR/FK u 55 % ta' dak tal-FSE (f'termini ta' finanzjament mill-UE u ta' dak nazzjonali pubbliku u privat) għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

(29)  Ara r-rapport annwali 2010, il-paragrafu 4.42, u r-rapport annwali 2011, il-paragrafu 5.45.

(30)  F'każijiet speċifiċi, dan l-eżaminar ta’ dokumenti huwa kkumplementat minn żjarat fuq il-post lill-AA biex tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

(31)  Għal 138 PO tal-FEŻR/FK u tal-FSE l-Qorti ċċekkjat jekk il-validazzjoni mill-Kummissjoni tar-rati ta’ żball irrappurtati mill-AA kinitx effettiva biex jiġu vverifikati l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta mill-AA. Dawn il-PO huma taħt ir-responsabbiltà ta' 27 mit-62 AA li għalihom il-Kummissjoni wettqet inkjesta speċifika matul l-aħħar tliet snin (ara l-paragrafu 5.50).

(32)  Ara wkoll ir-rapport annwali 2011, il-paragrafu 5.50.

(33)  Għall-2011, id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana stima li r-riskju għall-pagamenti interim u finali kien bejn 3,1 % u 6,8 %.

(34)  Skont regolamenti settorjali, l-AA rrappurtaw rati ta' żball lill-Kummissjoni f'Diċembru 2012 ibbażati fuq l-infiq iddikjarat matul l-2011.

(35)  Ara r-rapport annwali 2011, il-paragrafu 5.28.

(36)  L-għadd ta' PO taħt riżerva naqas minn 146 fl-2011 għal 85 fl-2012. Dawn iċ-ċifri jinkludu riżervi kwantifikati kompletament u parzjalment għal PO li għalihom il-pagamenti interim u/jew finali ġew awtorizzati matul is-sena (121 fl-2011 u 61 fl-2012) u għal PO li għalihom ma sar ebda tali pagament (25 fl-2011 u 24 fl-2012). Barra mill-85 riżerva msemmija qabel, id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana ħareġ riżervi għal 4 PO taħt il-programm IPA. Fl-2011, inħarġu żewġ riżervi fir-rigward tal-Programm IPA.

(37)  Ara r-rapport annwali 2011, il-paragrafu 5.69(b).

(38)  Ara l-Anness 1.1, il-paragrafu 17.

(39)  Il-linji gwida li jiddeterminaw il-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jitwettqu fir-rigward tal-infiq ikkofinanzjat mill-fondi strutturali jew mill-fond ta’ koeżjoni minħabba nonkonformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, in-nota tal-COCOF 07/0037/03 tad-29 ta’ Novembru 2007.

(40)  Ara r-rapport annwali tal-2011, it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 5.57 u 5.58.

(41)  ARES (2013) 689652 tat-12 ta’ April 2013 lill-Parlament Ewropew, u ARES (2013) 1044808 tal-14 ta’ Mejju 2013 lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

(42)  ARES (2013) 5521 tal-4 ta’ Jannar 2013.

(43)  L-awditu tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-Kapitolu 9.

(44)  F'konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l-Anness 1.1, il-paragrafu 6).

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS 5.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-POLITIKA REĠJONALI, L-ENERĠIJA U T-TRASPORT

 

2012

2011

2010

2009

FEŻR

FK

Enerġija

Trasport

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet:

138

30

3

9

180

180

177

145

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon (għadd) tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

54 %

(75)

47 %

(14)

33 %

(1)

22 %

(2)

51 %

(92)

41 %

43 %

60 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

46 %

(63)

53 %

(16)

67 %

(2)

78 %

(7)

49 %

(88)

59 %

57 %

40 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta' żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

52 %

(33)

75 %

(12)

50 %

(1)

14 %

(1)

53 %

(47)

64 %

60 %

60 %

Żbalji kwantifikabbli:

48 %

(30)

25 %

(4)

50 %

(1)

86 %

(6)

47 %

(41)

36 %

40 %

40 %

Eliġibbiltà

87 %

(26)

75 %

(3)

100 %

(1)

100 %

(6)

88 %

(36)

94 %

97 %

78 %

Okkorrenza

3 %

(1)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

2 %

(1)

3 %

0 %

0 %

Preċiżjoni

10 %

(3)

25 %

(1)

0 %

(0)

0 %

(0)

10 %

(4)

3 %

3 %

22 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

6,8 %

 

 

 

Limitu superjuri tal-iżball (UEL)

9,9 %

 

 

 

Limitu inferjuri tal-iżball (LEL)

3,7 %

 

 

 


(1)  Biex jitjieb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta' riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  Ċifri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd reali tat-tranżazzjonijiet.

ANNESS 5.2

RIŻULTATI TAL-EŻAMINAR TAS-SISTEMI GĦALL-FONDI TAL-POLITIKA TA' KOEŻJONI (FEŻR/FK/FSE)

Valutazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll magħżula: Awtoritajiet tal-awditjar (AA) — konformità mar-rekwiżiti regolatorji ewlenin u effettività fl-iżgurar tar-regolarità tal-operazzjonijiet

Rekwiżiti ewlenin ittestjati mill-Qorti

 

Il-Belġju (il-Wallonja) AA għall-FEŻR/FSE

Malta AA għall-FEŻR/FK/FSE

Is-Slovakkja AA għall-FEŻR/FK/FSE

Ir-Renju Unit (l-Ingilterra) AA għall-FSE

Aspetti ġenerali

L-istruttura tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-programm operazzjonali tipprevedi definizzjoni, allokazzjoni u separazzjoni xierqa tal-funzjonijiet fi ħdan l-AA u bejn l-AA u korpi kompetenti oħra ta' ġestjoni u kontoll

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Kopertura tal-manwal tal-awditjar

Eżistenza ta' manwal tal-awditjar (kemm għal awditi fuq is-sistemi kif ukoll għal awditi fuq l-operazzjonijiet), li huwa f'konformità ma' standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment u jiddeskrivi b'mod ċar il-proċeduri tal-awditjar

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Metodoloġija tal-awditjar għall-awditu tas-sistemi

Ix-xogħol tal-awditjar imwettaq mill-AA biex tevalwa l-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll huwa bbażat fuq lista ta' kontroll li fiha mistoqsijiet li jivverifikaw ir-rekwiżiti ewlenin tar-regolamenti applikabbli (speċifikati għal MAs, IBs u CAs) u kriterji ta' valutazzjoni xierqa għal kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ewlenin

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Analiżi tal-awditi fuq is-sistemi

Il-pjan tal-awditjar tal-AA kien ġie implimentat skont l-istrateġija tal-awditjar approvata għall-perjodu, l-awditi fuq is-sistemi twettqu f'konformità mal-metodoloġija stabbilita mill-AA u l-fażijiet kollha tal-awditi fuq is-sistemi ġew dokumentati kif suppost

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Metodoloġija tal-kampjunar għall-awditi tal-operazzjonijiet

Metodoloġija xierqa tal-kampjunar għall-awditi tal-operazzjonijiet ġiet speċifikata biex jinsilet il-kampjun tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu awditjati għall-perjodu analizzat

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Kampjunar għall-awditi tal-operazzjonijiet

Il-metodoloġija tal-kampjunar għall-awditi tal-operazzjonijiet intużat kif speċifikata biex jinsilet il-kampjun tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu awditjati għall-perjodu analizzat

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Metodoloġija tal-awditjar għall-awditi tal-operazzjonijiet

Ix-xogħol tal-awditjar imwettaq biex tiġi eżaminata r-regolarità tal-operazzjonijiet huwa bbażat fuq lista ta' kontroll li fiha mistoqsijiet li jivverifikaw ir-rekwiżiti tar-regolament applikabbli f'livell ta' dettall suffiċjenti biex jiġu indirizzati r-riskji assoċjati

Konformi

Konformi

Konformi

Parzjalment konformi

Analiżi tal-awditi tal-operazzjonijiet

L-awditi tal-operazzjonijiet kienu ġew implimentati skont il-kampjun magħżul għall-perjodu, twettqu f'konformità mal-metodoloġija stabbilita mill-AA u l-fażijiet kollha tal-awditi tal-operazzjonijiet ġew dokumentati kif suppost

Effettivi

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettivi

Twettiq mill-ġdid tal-awditi fuq l-operazzjonijiet

It-twettiq mill-ġdid mill-Qorti tal-awditi tal-AA tal-operazzjonijiet irriżultaw f'sejbiet simili għal dawk tal-AA, kif irrappurtat lill-Kummissjoni

Effettivi

Parzjalment effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi

Rapport tal-kontroll u opinjoni tal-awditjar annwali

Ir-rapport tal-kontroll u l-opinjoni tal-awditjar annwali ġew stabbiliti f'konformità mar-rekwiżiti regolatorji u l-gwida miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u r-rapport u l-opinjoni huma konsistenti mar-riżultati tal-awditi fuq is-sistemi u mal-awditi fuq l-operazzjonijiet imwettqa mill-AA

Parzjalment konformi

Parzjalment konformi

Konformi

Konformi

Valutazzjoni kumplessiva  (1)

 

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi


(1)  Bħal fl-eżaminar tal-AA tas-snin preċedenti (ara r-rapport annwali 2010, l-Anness 4.2 u r-rapport annwali 2011, l-Anness 5.2), il-kriterji li ġejjin huma applikati biex tinkiseb il-valutazzjoni kumplessiva tal-AA fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi ewlenin ittestjati:

(a)

Effettivi”: il-valutazzjoni tar-rekwiżit ewlieni “Rapport tal-kontroll u opinjoni tal-awditjar annwali” hija “Konformi” u l-valutazzjonijiet tar-rekwiżiti ewlenin ”Analiżi tal-awditi fuq is-sistemi”, “Kampjunar”, “Analiżi tal-awditi tal-operazzjonijiet” u “Twettiq mill-ġdid tal-awditi fuq l-operazzjonijiet” huma “Effettivi”.

(b)

Parzjalment effettivi”: il-valutazzjoni tar-rekwiżit ewlieni “Rapport tal-kontroll u opinjoni tal-awditjar annwali” hija mill-inqas “Parzjalment konformi” u l-valutazzjonijiet tar-rekwiżiti ewlenin “Analiżi tal-awditi fuq is-sistemi”, “Kampjunar”, “Analiżi tal-awditi tal-operazzjonijiet” u “Twettiq mill-ġdid tal-awditi fuq l-operazzjonijiet” huma mill-inqas “Parzjalment effettivi”.

(c)

Mhux effettivi”: il-valutazzjoni tar-rekwiżit ewlieni “Rapport tal-kontroll u opinjoni tal-awditjar annwali” hija “Mhux konformi' jew il-valutazzjonijiet ta” mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti ewlenin “Analiżi tal-awditi fuq is-sistemi”, “Kampjunar”, “Analiżi tal-awditi tal-operazzjonijiet” u “Twettiq mill-ġdid tal-awditi fuq l-operazzjonijiet” huma “Mhux effettivi”.


KAPITOLU 6

Impjiegi u affarijiet soċjali

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-qasam ta' politika

Objettivi tal-politika

Strumenti tal-politika

Riskji għar-regolarità

Ambitu u approċċ tal-awditjar

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Effettività tas-sistemi

L-eżaminar mill-Qorti ta' awtoritajiet tal-awditjar

Valutazzjoni tas-sorveljanza tal-AA mill-Kummissjoni

Analiżi tar-rapport annwali tal-attività tad-DĠ EMPL

Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

Il-konklużjoni għall-2012

Rakkomandazzjonijiet

Anness 6.1 — Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għall-impjiegi u l-affarijiet Soċjali

Anness 6.2 — Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għall-koeżjoni, it-trasport u l-enerġija

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

6.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-qasam ta' politika “Impjiegi u affarijiet soċjali”. Informazzjoni ewlenija dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq fl-2012 tingħata fit- Tabella 6.1.

 

6.2.

Il-qasam ta' politika tal-Impjiegi u affarijiet soċjali huwa fil-biċċa l-kbira ffinanzjat permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), li jagħmel parti mill-fondi tal-politika ta' koeżjoni flimkien mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK) u huwa rregolat mill-istess regoli. Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-FSE huma mniżżlin f’regolament speċifiku (1). Għal kwistjonijiet komuni għat-tliet fondi kollha, qed issir referenza f’dan il-kapitolu għall-Kapitolu 5.

 

Tabella 6.1 —   Impjiegi u affarijiet soċjali — informazzjoni ewlenija 2012

(EUR miljun)

Qasam ta' politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod ta’ ġestjoni

Impjiegi u affarijiet soċjali

Fond Soċjali Ewropew

11 281

Kondiviża

Xogħol, solidarjetà soċjali u ugwaljanza bejn is-sessi

120

Ċentralizzata u diretta

Nefqa amministrattiva

93

Ċentralizzata u diretta

Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

83

Kondiviża

Xogħol fl-Ewropa — Djalogu soċjali u mobbiltà

64

Ċentralizzata u diretta

Strument ta' Għajnuna għal Qabel l-Adeżjoni

58

Deċentralizzata

 

11 699

 

Total tal-pagamenti għas-sena

11 699

 

total tan-nefqa amministrattiva  (17)

93

 

Total tan-nefqa operazzjonali

11 606

 

pagamenti bil-quddiem  (18)

146

 

+

approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem
 (18)

1 944

 

Popolazzjoni awditjata, total

13 404

 

Total tal-impenji għas-sena

11 782

 

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

Karatteristiċi speċifiċi tal-qasam ta' politika

Objettivi tal-politika

6.3.

Il-qasam ta' politika “Impjiegi u affarijiet soċjali” jifforma parti mill-politika ta’ koeżjoni tal-UE, li għandha l-għan li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdan l-UE billi tnaqqas id-distakk fil-livell ta’ żvilupp bejn ir-reġjuni. B’mod speċifiku, l-objettivi prinċipali tal-politika tal-impjiegi u l-politika soċjali tal-UE huma li jiġi miġġieled il-qgħad, li jiġu żviluppati r-riżorsi umani u li tiġi promossa l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol.

 

Strumenti tal-politika

6.4.

L-FSE huwa l-għodda prinċipali għall-implimentazzjoni tal-politika tal-impjiegi u l-politika soċjali, u jirrappreżenta madwar 97 % tal-infiq fil-qasam ta' politika fl-2012. L-FSE jiffinanzja investimenti fil-kapital uman permezz ta' taħriġ biex jitjieb l-aċċess għall-impjieg, inkluża l-għajnuna lil nies minn gruppi żvantaġġati biex isibu impjiegi u miżuri oħra għall-impjieg (eż. l-issussidjar ta' salarji u/jew tal-ispejjeż tas-sigurtà soċjali għal persuni qiegħda).

 

6.5.

Infiq ieħor f'dan il-qasam jieħu l-forma ta’ sussidji u għotjiet lil organizzazzjonijiet li jimplimentaw u jikkoordinaw azzjonijiet soċjali u tal-impjiegi. Dan jinkludi finanzjament mogħti lil aġenziji tal-UE (2), għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) (3), għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (4) u għall-kontribuzzjoni għal strumenti finanzjarji bħall-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress (5).

 

Ġestjoni u kontroll tal-infiq

6.6.

L-infiq tal-FSE huwa suġġett għal ġestjoni kondiviża mill-Kummissjoni u l-Istati Membri. L-FSE huwa rregolat mis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-infiq għall-koeżjoni fl-intier tiegħu, kif deskritt fil-Kapitolu 5 (ara l-paragrafi 5.9 sa 5.14).

 

6.7.

Il-FEG ukoll huwa implimentat permezz ta’ ġestjoni kondiviża. Għall-FEG, l-awtorità baġitarja tiddeċiedi dwar l-approprjazzjonijiet u l-Kummissjoni tanalizza l-applikazzjonijiet għall-finanzjament ippreżentati mill-Istati Membri u tapprova l-pagamenti. L-istrument IPA huwa implimentat permezz ta’ ġestjoni deċentralizzata filwaqt li n-nefqa soċjali u għall-impjiegi l-oħra hija implimentata taħt ġestjoni ċentralizzata u diretta.

 

Riskji għar-regolarità

6.8.

Ir-riskji prinċipali għall-infiq tal-FSE huma relatati man-natura intanġibbli tal-investimenti fil-kapital uman (bħal korsijiet ta’ taħriġ), id-diversità tal-attivitajiet kofinanzjati u l-involviment ta’ ħafna sħab, spiss ta’ skala żgħira, fl-implimentazzjoni tal-proġetti. Dawn il-fatturi jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' konformità mar-regoli u l-leġiżlazzjoni ta' eliġibbiltà tal-UE u/jew dawk nazzjonali li jirriżulta f'li spejjeż ineliġibbli jiġu aċċettati jew fi żbalji fil-kalkolu li jaffettwaw il-preċiżjoni ta’ klejms, li mbagħad ma jinqabdux mis-sistemi stabbiliti.

6.8.

Il-Kummissjoni ħadet azzjonijiet speċifiċi sabiex ittaffi r-riskji identifikati, li jinkludu b’mod partikolari miżuri preventivi u korrettivi, bħal gwida, taħriġ, simplifikazzjoni u politika stretta fuq l-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet tal-pagamenti, meta jkun meħtieġ. Il-Kummissjoni qiegħda wkoll tindirizza dan ir-riskju billi tippromwovi b’mod attiv l-użu ta' għażliet simplifikati ta' spejjeż mill-Istati Membri (ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni paragrafi: 6.22–6.25).

Ambitu u approċċ tal-awditjar

6.9.

L- Anness 1.1 , il- parti 2 , tal-kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija ġenerali tal-awditjar tal-Qorti. Għall-awditu ta’ “Impjiegi u affarijiet soċjali”, il-punti speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu nnutati:

 

(a)

l-awditu kien jinvolvi l-eżaminar ta' kampjun ta' 180 tranżazzjoni (6) kif definit fl- Anness 1.1, il-paragrafu 6. Il-kampjun huwa mfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa tat-tranżazzjonijiet fi ħdan il-qasam ta' politika. Fl-2012 it-tranżazzjonijiet kampjunati kien fihom pagamenti (jew approvazzjonijiet) għal proġetti tal-FSE fi ħdan 21 programm operazzjonali (PO) fi 15-il Stat Membru (7), 3 aġenziji tal-UE u proġetti jew azzjonjiet oħra ġestiti direttament mill-Kummissjoni,

 

(b)

il-valutazzjoni tas-sistemi eżaminat:

 

(i)

żewġ awtoritajiet tal-awditjar (AA) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 inkarigati bil-ġestjoni tal-infiq tal-FSE: ir-Renju Unit (l-Ingilterra) u s-Slovakkja. Dan kien parti mill-eżaminar ta' total ta' erba' awtoritajiet tal-awditjar għat-tliet fondi tal-politika ta' koeżjoni (FEŻR, FK u FSE) kif indikat fil-Kapitolu 5 (ara l-paragrafu 5.25),

 

(ii)

is-sorveljanza mill-Kummissjoni tal-AA u b'mod partikolari l-valutazzjoni li saret mid-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (id-DĠ EMPL) tal-affidabbiltà tal-informazzjoni u l-konklużjonijiet tar-rapporti annwali ta' kontroll (ACRs) u tal-opinjonijiet tal-awditjar imħejjija mill-AA,

 

(iii)

ir-rapport annwali tal-attività (RAA) tad-DĠ EMPL.

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

6.10.

L- Anness 6.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-180 tranżazzjoni awditjati mill-Qorti 63 (35 %) kienu milquta minn żball. Abbażi tal-iżbalji li hija kienet ikkwantifikat f’31 tranżazzjoni, il-Qorti tistima li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija ta' 3,2 % (8).

6.10.

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għal para. 1.12 li fiha tispjega l-implikazzjonijiet ta’ qafas pluriennali għall-implimentazzjoni tal-programmi operattivi. Bħala konsegwenza tal-operazzjoni tas-sistema interna tagħha ta’ kontroll, il-Kummissjoni implimentat korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri għal ammont ta’ EUR 442 miljun fil-qasam tal-politika tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali fl-2012 (ara wkoll b’mod partikolari s-sitwazzjoni tar-Rumanija deskritta fit-tweġiba tal-Kummissjoni għal para. 6.39 (a) u l-Kaxxa 1.2). Il-Kummissjoni tinnota t-tnaqqis fil-frekwenza ta’ żbalji misjuba mill-Qorti fil-qasam tal-politika tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali fl-2012 (35 %) meta mqabbla mal-2011 (40 %).

6.11.

Ir-riżultati tal-awditu tal-Qorti jindikaw dgħufijiet b’mod partikolari fil-“kontrolli tal-ewwel livell” tan-nefqa, li għandhom l-għan li jevitaw, jaqbdu u jikkoreġu irregolaritajiet u jivverifikaw l-implimentazzjoni fattwali tal-proġetti. Dawn il-kontrolli huma r-responsabbiltà tal-awtoritajiet maniġerjali u ta’ korpi intermedji fl-Istati Membri.

6.11.

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma mitluba li jwettqu kontrolli dokumentarji fuq it-talbiet kollha ppreżentati mill-benefiċjarji, qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa. Madankollu, verifikazzjonijiet fuq il-post fuq l-operazzjonijiet jistgħu jintervjenu wkoll fi stadju iżjed avvanzat tal-implimentazzjoni tal-proġett, wara ċ-ċertifikazzjoni u sal-għeluq, u dan jispjega għaliex uħud mill-iżbalji fil-kampjun tal-Qorti għadhom ma setgħux jinstabu mis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri. L-impatt ta' dawn is-sistemi fit-tnaqqis tar-rati ta' żball normalment jinħass biss fis-snin sussegwenti, wara li jkunu ġew implimentati s-saffi kollha ta’ kontroll.

6.12.

Bħal fi snin preċedenti, il-Qorti tqis li għal 67 % tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball (kemm kwantifikabbli kif ukoll mhux kwantifikabbli) kien hemm informazzjoni suffiċjenti disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jaqbdu u jikkoreġu mill-inqas wieħed jew aktar mill-iżbalji qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni.

6.12.

Il-Kummissjoni qed issegwi b’mod strett dawn il-każijiet sabiex tiżgura li jiġu implimentati pjanijiet ta’ azzjoni adattati mill-Istati Membri kkonċernati sabiex fil-ġejjieni jiġu evitati l-iżbalji li jsiru qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa. Barra minn hekk, f’Novembru 2012, id-DĠ EMPL, konxju tar-rwol kritiku ta’ verifiki ta’ ġestjoni u l-ħtieġa biex dawn jitjiebu, bagħat nota lill-Awtoritajiet kollha ta’ Ġestjoni biex jiġbdilhom l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li tkompli tissaħħaħ l-affidabilità u r-reqqa tal-verifiki ta’ ġestjoni u li jħabbar awditjar tematiku dwar verifiki ta’ ġestjoni, li għandhom isiru fl-2013 fuq seba' Programmi Operattivi (PO) magħżula f’sitt Stati Membri. Dan l-awditjar tematiku qed iseħħ bħalissa. Ladarba jiġi ffinalizzat, il-Kummissjoni se tħejji rapport ta' ħarsa ġenerali li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tiegħu u t-tagħlimiet li jkunu nkisbu jitqassmu fost l-Istati Membri kollha.

6.13.

Il-parti l-kbira tal-iżbalji misjuba f'dan il-qasam ta' politika kienu jikkonċernaw proġetti u nfiq ineliġibbli, nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku jew l-inklużjoni ta' parteċipanti ineliġibbli fi proġetti kofinanzjati mill-FSE.

 

Proġetti jew infiq ineliġibbli

6.14.

Il-Qorti qabdet proġetti ineliġibbli jew ir-rimborż ta' spejjeż ineliġibbli u spejjeż ikkalkulati b'mod skorrett f'20 tranżazzjoni, 11 % tal-180 tranżazzjoni awditjati. 17 minn dawn it-tranżazzjonijiet kienu relatati ma’ proġetti tal-FSE. Tali żbalji jammontaw għal 65 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jammontaw għal madwar 72 % tar-rata ta’ żball stmata għal dan il-qasam ta' politika (ara l-kaxxa 6.1).

6.14.

L-iżbalji identifikati mill-Qorti fir-Rumanija jammontaw għal parti sostanzjali tar-rata globali ta' żball fil-qasam tal-politika tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Żbalji simili kienu ġew identifikati minn qabel mill-Kummissjoni. Għalhekk, matul l-2012 il-Kummissjoni implimentat korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa ta' 25 % fil-livell tal-PO. Ara t-tweġiba għal para. 6.39 (a) u għall-Kaxxa 1.2.

Kaxxa 6.1 —   Eżempji ta' proġetti u nfiq ineliġibbli

(a)

Benefiċjarju mhux eliġibbli għal finanzjament mill-FSE: Il-liġi Rumena teħtieġ lil kull min jipprovdi taħriġ professjonali jkun awtorizzat. Proġett immirat lejn l-integrazzjoni ta’ nisa rurali inattivi fis-suq tax-xogħol ġie implimentat minn benefiċjarju li ma kienx awtorizzat b’dan il-mod. Għalhekk, l-ammont sħiħ ikklejmjat kien ineliġibbli.

(b)

Spejjeż għall-persunal ikkalkultati b'mod skorrett: Proġett kofinanzjat direttament mill-Kummissjoni kellu l-għan li jsaħħaħ il-koordinazzjoni tat-trejdjunjins tal-Kunsilli Ewropej tax-Xogħol. Il-Qorti identifikat żbalji fil-kalkoli tal-ispejjeż għall-persunal li jirrappreżentaw 3,2 % tal-ammont awditjat.

(c)

Allokazzjoni skorretta tal-ispejjeż ġenerali: Skont ir-regoli ta' eliġibbiltà tal-UE (9) l-ispejjeż ġenerali għandhom jiġu “allokati pro rata għall-operazzjoni, skont metodu ġust u ekwu debitament ġustifikat”. Fi Spanja l-ispejjeż ġenerali għal proġett ta' taħriġ ġew allokati bl-użu ta' metodu li ma ssodisfax dawn ir-rekwiżiti. Il-Qorti tqis li l-ispejjeż ġenerali ġew ikkostjati żżejjed b'2,3 % tal-ammont awditjat.

 

Ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku

6.15.

Għalkemm il-proporzjon ta' tranżazzjonijiet meta mqabbla mal-proċeduri ta' akkwist pubbliku huwa aktar baxx għall-impjiegi u l-affarijiet soċjali milli għall-politika reġjonali, it-trasport u l-enerġija, il-Qorti sabet ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE u/jew ta' dawk nazzjonali f'24 mill-180 tranżazzjoni awditjati. Fallimenti serji fir-rispett ta' dawn ir-regoli ġew identifikati f'disa’ każijiet, 5 % tat-tranżazzjonijiet awditjati u wasslu għal żbalji kwantifikabbli. Huma jammontaw għal 29 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jlaħħqu għal madwar 26 % tar-rata ta’ żball stmata għal dan il-qasam ta' politika.

6.15.

Il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet proporzjonali b’rata fissa fil-politika ta’ Koeżjoni, ibbażati fuq il-linji gwida tal-COCOF, biex b’hekk tħares il-baġit tal-UE filwaqt li tikkunsidra l-prinċipju ta’ proporzjonalità u tan-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet identifikati.

Dawn il-korrezzjonijiet b'rata fissa jiġu applikati mill-Kummissjoni u minn awtoritajiet nazzjonali meta jimponu korrezzjonijiet finanzjarji għall-ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, inkluż meta jsegwu l-iżbalji tal-akkwist pubbliku kollha rappurtati mill-Qorti.

6.16.

Fil-każijiet kollha, l-ammonti involuti kienu taħt il-livell li fih ir-regoli tal-UE dwar l-akkwist (10) japplikaw direttament. B'hekk ir-regoli li nkisru kienu regoli nazzjonali (ara l-kaxxa 6.2).

6.16.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-iżbalji kollha rrappurtati mill-Qorti u se tapplika korrezzjonijiet finanzjarji fejn ikun xieraq u legalment possibbli. Il-Kummissjoni tinnota li f’xi każijiet ir-regoli nazzjonali jew reġjonali applikati għan-nefqa ffinanzjata mill-FSE huma aktar stretti minn dawk previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal nefqa simili ffinanzjata fil-livell nazzjonali. Għalhekk, dawn ir-rekwiżiti addizzjonali jistgħu jitqiesu bħala każ ta’ regolamentazzjoni żejda, piż awtoimpost amministrattiv mhux meħtieġ u kumplessità għan-nefqa iffinanzjata mill-FSE.

Kaxxa 6.2 —   Eżempji ta' ksur fir-regoli tal-akkwist pubbliku

(a)

Kuntratt mogħti b'mod skorrett: Fl-Italja benefiċjarju wettaq proċedura ta' akkwist għal pakkett għal ivvjaġġar u servizzi edukattivi għal ġita skolastika. Il-benefiċjarju ppubblika l-avviż dwar il-kuntratt fuq it-tabella tal-avviżi tal-iskola biss u mhux f'xi gazzetta reġjonali kif rikjest mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Barra minn dan, id-data tal-għeluq stabbilita għall-bgħit tal-offerti kien biss ta' tlett ijiem ta' xogħol. Dawn il-fatti llimitaw il-kompetizzjoni u rrestrinġew l-aċċess ta' offerenti potenzjali. B’riżultat ta' dan, l-ammont sħiħ tal-kuntratt huwa meqjus ineliġibbli. Dan irrappreżenta 84,9 % tal-ispejjeż awditjati fi ħdan il-klejm iddikjarat. Dan il-proġett kien parti minn klejm rimborżat wara li l-Kummissjoni reġgħet bdiet il-pagamenti lill-PO wara interruzzjoni imposta mid-DĠ EMPL.

Sejbiet simili ta' kuntratti mogħtija b'mod skorrett ġew identifikati wkoll fi proġett tal-FSE fir-Rumanija.

(b)

Għoti dirett illegali ta' kuntratt: fi proġett tal-FSE fl-Estonja, servizzi għal kontabbiltà ġew ikkuntrattati mingħajr kwalunkwe sottomissjoni ta' offerti bi ksur tar-regoli nazzjonali tal-akkwist pubbliku. L-iżball irrappreżenta 1,5 % tal-ammont awditjat.

Sejbiet simili ġew identifikati wkoll fi proġetti tal-FSE fi Franza.

 

Parteċipanti ineliġibbli

6.17.

Il-Qorti sabet fi 2 mill-180 tranżazzjoni awditjati li l-parteċipanti f'azzjonijiet speċifiċi ffinanzjati mill-FSE ma ssodisfawx il-kriterji ta' eliġibbiltà, li wasslu għal żbalji kwantifikabbli. Dawn il-każijiet jirrappreżentaw 6 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jlaħħqu għal madwar 2 % tar-rata ta’ żball stmata għal dan il-qasam ta' politika (ara l-kaxxa 6.3).

6.17.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-każijiet kollha identifikati mill-Qorti sabiex timplimenta l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa. Madankollu, ir-rekwiżiti msemmija fl-eżempju muri fil-Kaxxa 6.3 jinvolvu każ ieħor ta' regolamentazzjoni żejda, kompletament awtoimposta minn regoli nazzjonali ta’ eliġibbiltà, li ma jqisux li perjodu ta’ manutenzjoni daqshekk twil ħafna drabi ma jkunx fattibbli. F’dan il-każ partikolari, wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, ir-rekwiżiti u l-ġestjoni tal-għajnuniet għax-xogħol ittejbu sostanzjalment fl-2012.

Kaxxa 6.3 —   Eżempji ta' parteċipanti ineliġibbli

Parteċipanti ineliġibbli: Appoġġ mill-FSE ngħata lil kumpaniji Spanjoli li kienu qed jirreklutaw persuni qiegħda. Waħda mill-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għall-parteċipanti kienet li dawk li jħaddmu kellhom iżommu l-persunal irreklutat ġdid għal perjodu minimu ta' tliet snin jew, f'xi każijiet, sa ħames snin. Din il-kundizzjoni ma ġietx rispettata għal 12-il persuna. L-ispejjeż ikklejmjati għall-parteċipanti ineliġibbli kienu 39,2 % tal-ammont awditjat.

Sejbiet simili ġew identifikati wkoll fi proġett tal-FSE fl-Italja.

 

Fallimenti numerużi fl-osservanza ta' rekwiżiti proċedurali

6.18.

Kważi l-iżbalji kollha mhux kwantifikabbli li nstabu mill-Qorti kienu jikkonċernaw diversi fallimenti mill-awtoritajiet maniġerjali u l-benefiċjarji fl-osservanza ta' rekwiżiti proċedurali fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-FSE. Fi tmien każijiet, il-fallimenti jitqiesu mill-Qorti bħala kwistjonijiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità. Il-kaxxa 6.4 tagħti eżempji tal-kategoriji prinċipali ta' żbalji mhux kwantifikabbli.

6.18.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-iżbalji kollha rrappurtati mill-Qorti u se tiżgura li l-miżuri korrettivi jseħħu.

Kaxxa 6.4 —   Eżempji ta' fallimenti fl-osservanza ta' rekwiżiti proċedurali

(a)

Bidla importanti fl-ambitu u fl-objettivi ta’ proġett mingħajr emenda fil-ftehim ta’ għotja: Proġett tal-FSE fis-Slovakkja kkofinanzja miżuri ta’ taħriġ f’żewġ muniċipalitajiet speċifiċi. Il-Qorti sabet li parti kbira minn dawn il-miżuri twasslu lil impjegati ta’ liċeo ta’ muniċipalità terza f’reġjun ieħor. Għalkemm il-benefiċjarju kiseb approvazzjoni bil-miktub mingħand il-Korp intermedju, modifika ta’ din in-natura teħtieġ emenda għall-ftehim ta’ għotja. Dan ma sarx.

(b)

Avviż ta' għoti ta' kuntratt mibgħut tard jew mhux mibgħut: Skont ir-regoli tal-akkwist pubbliku l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż tar-riżultati tal-proċedura tal-għoti mhux aktar tard minn 48 jum wara l-għoti tal-kuntratt. Il-Qorti sabet tliet każijiet fil-Greċja fejn din ir-regola ma ġietx osservata.

Sejbiet simili ġew identifikati wkoll fi proġetti tal-FSE fir-Renju Unit.

(c)

Użu skorrett ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat: Proġett tal-FSE fil-Portugall ta appoġġ lill-SMEs billi ssussidja l-ispejjeż għall-persunal ta' persuni rreklutati ġodda, li qabel kienu qiegħda, bħala persuni f'taħriġ għal 12-il xahar. Għajnuna ta’ dan it-tip tkun aċċettabbli li kieku ġiet implimentata bħala għajnuna 'de minimis' jew taħt skema ta’ għajnuna eżentata. Madankollu, ebda waħda minn dawn iż-żewġ possibbiltajiet ma ġew implimentati mill-Istat Membru.

Sejbiet simili ġew identifikati wkoll fi proġett tal-FSE fil-Ġermanja.

 

L-impatt tal-użu ta' għażliet simplifikati għall-ispejjeż (SCOs)

6.19.

Il-Qorti rrakkomandat f'rapporti annwali preċedenti li l-Kummissjoni għandha testendi l-użu ta' pagamenti ta' somom f'daqqa u ta' pagamenti b'rata fissa minflok ma tirrimborża l-'ispejjeż reali' sabiex tnaqqas il-probabbiltà ta' żball u l-piż amministrattiv fuq il-promoturi ta' proġetti (11).

6.19.

Il-Kummissjoni ħadmet b’mod attiv minn mindu ġew introdotti l-għażliet simplifikati ta' spejjeż sabiex gradwalment jiżdied l-użu tagħhom u tqis li dawn l-isforzi diġà wasslu għal riżultati pożittivi. Il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi b’mod attiv l-użu tal-għażliet simplifikati ta' spejjeż.

6.20.

Fl-2009, il-leġiżlatur kabbar l-għadd ta' SCOs (12). Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-ispejjeż għal proġetti jew operazzjonijiet implimentati direttament fil-forma ta’ għotjiet jistgħu jiġu ddikjarati bl-użu ta':

 

rata fissa għall-ispejjeż indiretti li jkunu sa 20 % tal-ispejjeż diretti ta' operazzjoni,

 

spejjeż b'rata fissa kkalkulati b'applikazzjoni ta' tabelli standard ta' spejjeż unitarji, jew

 

somom f'daqqa sa mhux aktar minn EUR 50 000 għall-ispejjeż kollha jew għal parti mill-ispejjeż ta' operazzjoni.

 

6.21.

Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ stħarriġ, il-Kummissjoni tistima li madwar 60 % tal-PO tal-FSE użaw mill-anqas wieħed mit-tliet SCOs biex jiddikjaraw parti mill-ispejjeż rimborżati fl-2012.

 

6.22.

Fil-kampjun tal-Qorti, 43 tranżazzjoni fi ħdan 12 mill-21 PO kellhom dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż li kienu jinkludu SCOs. 24 tranżazzjoni kellhom spejjeż b'rata fissa kkalkulati b'applikazzjoni ta' skali standard ta' spejjeż unitarji u 15-il tranżazzjoni kellhom rati fissi għall-ispejjeż indiretti. L-użu ta' somom f'daqqa kien anqas frekwenti (erba’ tranżazzjonijiet).

6.22.

Il-Kummissjoni tqis li l-osservazzjoni tal-Qorti tikkonferma l-impatt tal-isforzi kontinwi tagħha biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jimplimentaw b’mod effettiv l-għażliet simplifikati ta' spejjeż mill-bidu tal-perjodu ta' programmar attwali, li ġew imsaħħa b’mod sinifikanti permezz ta’ seminars ta’ simplifikazzjoni speċifiċi mwettqa mill-2011 'l hawn, li sal-lum ħadu sehem fihom 17-il Stat Membru.

6.23.

Il-Qorti ma qabdet ebda żball (kwantifikabbli jew mhux kwantifikabbli) relatat mal-użu speċifiku tal-SCOs. Dan jindika li proġetti li l-ispejjeż tagħhom jiġu ddikjarati bl-użu tal-SCOs huma anqas suxxettibbli għal żbalji. Għalhekk l-użu aktar estensiv tal-SCOs normalment għandu jkollu impatt pożittiv fuq il-livell ta' żball.

6.23.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-fatt li x-xogħol ta' awditjar tal-Qorti jikkonferma l-impatt pożittiv tal-għażliet simplifikati ta' spejjeż biex effettivament jitnaqqsu l-iżbalji.

Minbarra li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji, b’mod partikolari dawk iżgħar kif ħafna drabi ikun il-każ għall-FSE, waħda mir-raġunijiet ewlenin biex jiġu implimentati l-għażliet simplifikati ta' spejjeż hija li tkompli titnaqqas ir-rata ta' żball fil-qasam tal-politika tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali.

6.24.

Wieħed mill-ostakli prinċipali għall-implimentazzjoni tal-SCOs minn awtoritajiet maniġerjali u korpi intermedji huwa l-biża' li jiġu stabbiliti rati li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006 (13), jiġifieri r-rati “għandhom jiġu stabbiliti minn qabel fuq il-bażi ta’ kalkolu ġust, ekwu u li jista’ jiġi vverifikat”. Il-Kummissjoni ħarġet linji gwida dwar kif dawn ir-rekwiżiti għadhom jiġu mifhuma (14). Dawn il-linji gwida huma ċari u jipprovdu eżempji illustrattivi tajbin, u flimkien mal-promozzjoni attiva tal-SCOs u ma’ approvazzjoni ex-ante sistematika mill-Kummissjoni tar-rati fissi kkalkulati, x'aktarx li jiġu użati b’mod aktar estensiv minn awtoritajiet maniġerjali u korpi intermedji. Dan huwa rilevanti b'mod partikolari fid-dawl tal-istadju preparatorju attwali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 li jmiss.

6.24.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-osservazzjoni tal-Qorti u l-appoġġ għall-użu tal-għażliet simplifikati ta' spejjeż. Il-Kummissjoni tqisha bħala inkoraġġiment li timplimenta l-pjan ta’ azzjoni ta’ simplifikazzjoni ambizzjuż tagħha, li jinkludi l-organizzazzjoni ta' seminars ta' simplifikazzjoni fil-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri sa tmiem l-2013.

Il-fatt li reġgħu nbdew il-pagamenti f'PO problematiċi fisser popolazzjoni f'riskju ogħla fl-2012

6.25.

Fl-2012, il-Kummissjoni kompliet il-pagamenti għal bosta PO li qabel kienu ġew interrotti jew sospiżi. Għalkemm is-sistemi setgħu ġew imtejba u l-korrezzjonijiet finanzjarji ġew implimentati wara l-awditi mwettqa mid-DĠ EMPL, xi klejms li għalihom ġew interrotti l-pagamenti jistgħu jiġu rimborżati bis-sħiħ wara li reġgħu nbdew il-pagamenti. Dan jinkludi r-riskju li dawn il-klejms għadhom jinkludu proġetti b'infiq ineliġibbli li qabel kienu wasslu għall-interruzzjonijiet jew is-sospensjonijiet imposti (ara l-eżempju (a) mogħti fil-kaxxa 6.2).

6.25.

Il-politika stretta tal-Kummissjoni dwar l-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet ta’ pagamenti ittaffi r-riskju għall-baġit tal-Komunità billi jitwaqqfu l-pagamenti hekk kif jiġu identifikati nuqqasijiet sinifikanti, ta' spiss permezz tal-ħidma ta’ awditjar tagħha. Qabel ma terġa’ tibda l-pagamenti interim, il-Kummissjoni teħtieġ l-implimentazzjoni effettiva tal-korrezzjonijiet finanzjarji neċessarji u tal-pjan ta’ azzjoni miftiehem sabiex jiġi evitat li dawn in-nuqqasijiet jerġgħu jseħħu fil-ġejjieni. Il-Kummissjoni se ssegwi l-każ speċifiku identifikat mill-Qorti sabiex timplimenta kwalunkwe korrezzjonijiet finanzjarji ulterjuri meħtieġa.

Żbalji misjuba f'PO magħluqa

6.26.

Il-kampjun tal-Qorti kien jinkludi 16-il tranżazzjoni b'pagamenti finali għall-għeluq ta' 2 PO 2000-2006. Il-Qorti identifikat żbalji kwantifikabbli f'ħames tranżazzjonijiet għal programm li ngħalaq mingħajr ebda korrezzjoni finanzjarja (15).

6.26.

Kif jidher fir-rapport ta' ħarsa ġenerali dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fuq il-perjodu ta’ programmar 2000-2006 ippreżentat lill-Parlament Ewropew fit-23 ta’ April 2013, id-DĠ EMPL ħa approċċ prudenti għall-għeluq, kif jidher mill-fatt li fid-data tar-rapport ta’ ħarsa ġenerali, il-proċess ta’ għeluq kien għadu għaddej għal 61 programm tal-FSE u ħames eżerċizzji tal-awditjar konklużivi kienu għadhom ippjanati għall-2013. Ir-rapport ta' ħarsa ġenerali juri li, meta wieħed jikkunsidra l-korrezzjonijiet finanzjarji li diġà ġew implimentati u dawk addizzjonali li jirriżultaw mill-għeluq tal-bqija tal-61 programm tal-FSE, huwa stmat li total ta’ EUR 2,4 biljun ta' korrezzjonjiet finanzjarji se jiġu implimentati għall-programmi tal-FSE. Filwaqt li tikkunsidra dan, il-Kummissjoni tieħu nota tal-ħames żbalji speċifiċi identifikati mill-Qorti fi PO wieħed magħluq u se timplimenta l-korrezzjonijiet addizzjonali meħtieġa.

6.27.

Dan jikkorrobora l-konklużjonijiet tal-awditu tas-sistema ta' għeluq inklużi fir-rapport annwali tas-sena l-oħra (16) li dokumentazzjoni inaffidabbli tal-għeluq tista' twassal biex infiq irregolari jiġi finalment irrimborżat sakemm il-Kummissjoni ma tiħux l-azzjoni korrettiva meħtieġa matul l-istadji sussegwenti.

6.27.

Il-Kummissjoni taqbel li l-għeluq 2000-2006 huwa proċess kumpless u jinvolvi ċerti riskji li jirriżultaw minn ċerta dokumentazzjoni tal-għeluq ipprovduta mill-Istati Membri għal ċerti PO speċifiċi, li kultant ma tkunx affidabbli kompletament. Għaldaqstant, id-DĠ EMPL stabbilixxa l-miżuri meħtieġa biex itaffi dawn ir-riskji, inklużi korrezzjonijiet finanzjarji sinifikanti u ħames eżerċizzji tal-awditjar konklużivi ppjanati fl-2013 (ara wkoll it-tweġiba għal para. 6.27). Ta’ min jinnota wkoll li, anki wara l-għeluq, il-Kummissjoni xorta waħda tista' timplimenta l-korrezzjonijiet finanzjarji f'każ li jinħolqu fatti ġodda, bħal dawk identifikati mill-Qorti. Filwaqt li tirrikonoxxi r-riskji msemmija, il-Kummissjoni tenfasizza li l-proċess ta’ għeluq 2000-2006 għadu għaddej.

EFFETTIVITÀ TAS—SISTEMI

L-eżaminar mill-Qorti ta' awtoritajiet tal-awditjar

6.28.

L- Anness 5.2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżaminar mill-Qorti tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll għal erba' AA tal-FEŻR, tal-FK u tal-FSE.

6.28.

Il-Kummissjoni tinnota li l-Awtoritajiet tal-Awditjar (AA) għandhom rwol ċentrali fil-proċess tal-bini ta’ assigurazzjoni, mill-bidu tal-perjodu ta’ programmar u t-twaqqif tas-sistemi. Wara dan, kull sena huma jirrapurtaw opinjoni tal-awditjar dwar it-tħaddim effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll għall-Kummissjoni, ibbażata fuq awditjar tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u fuq il-kampjuni tal-operazzjonijiet imwettqa skont strateġija ta’ awditjar. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni qiegħda tikkoopera u tikkoordina mill-qrib magħhom, u sa mill-2009 bdiet tirrevedi l-metodoloġiji u r-riżultati tal-awditjar tagħhom. Dan ikkontribwixxa għall-bini ta' kapaċità billi pprovda pariri, gwida u rakkomandazzjonijiet lill-Awtoritajiet tal-Awditjar. Ir-Regolament jipprovdi lill-Kummissjoni l-possibbiltà li sserraħ fuq ix-xogħol ta’ awtorità tal-awditjar għall-assigurazzjoni tagħha taħt ċerti kundizzjonijiet (l-Artikolu 73).

6.29.

Il-Qorti vvalutat ix-xogħol ta’ żewġ AA f’żewġ Stati Membri (l-AA Ingliża fir-Renju Unit u l-AA Slovakka) bħala parti mill-eżaminar tagħha ta’ total ta’ erba' AA li jkopru l-FEŻR, l-FK u l-FSE. Għaż-żewġ AA awditjati, l-analiżi tax-xogħol tagħhom u t-twettiq mill-ġdid tal-awditi tal-operazzjonijiet tagħhom iffukaw fuq l-infiq tal-FSE.

6.29. u 6.30.

Fi tmiem l-2012 id-DĠ EMPL wettaq eżerċizzji ta' awditjar biex jirrevedi l-ħidma ta’ 84 Awtorità tal-Awditjar tal-FSE, inklużi l-Awtoritajiet tal-Awditjar tar-Renju Unit u s-Slovakkja. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni stess dwar dawn l-Awtoritajiet ta’ Awditjar hija pożittiva.

6.30.

Filwaqt li l-AA Slovakka hija kklassifikata bħala effettiva, l-AA Ingliża fir-Renju Unit hija kklassifikata bħala parzjalment effettiva fil-konformità ma' rekwiżiti regolatorji ewlenin u fl-iżgurar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet. L-ambitu u r-riżultati speċifiċi tal-awditu tal-Qorti tal-AA għat-tliet fondi kollha (FEŻR, FK u FSE) huma rrappurtati fil-Kapitolu 5 (il-paragrafi 5.46 sa 5.49).

 

Valutazzjoni tas-sorveljanza tal-AA mill-Kummissjoni

6.31.

Ir-riżultati tal-analiżi mill-Qorti tas-sorveljanza tal-AA mill-Kummissjoni jidhru fil-Kapitolu 5 (ara l-paragrafi 5.50 sa 5.52).

 

6.32.

Il-Kummissjoni tikkalkula r-rati ta' żball għal kull PO abbażi tal-ACRs ipprovduti mill-AA. Id-DĠ EMPL aġġusta jew qies bħala inaffidabbli r-rata ta' żball irrappurtata għal 31 mill-117-il ACR fl-2012 (42 minn 117-il ACR fl-2011).

6.32.

Qabel ma l-Kummissjoni tivvalida r-rati rrappurtati mill-AA kollha, tuża l-proċeduri ta’ awditjar kollha disponibbli meta jqumu dubji dwar l-eżattezza u/jew l-affidabbiltà tar-rati ta’ żball irrappurtati: mistoqsijiet bil-miktub jew bil-fomm għall-AA, missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni u/jew analiżi ta’ informazzjoni addizzjonali mingħand l-AA, inklużi, jekk ikun meħtieġ, ir-riżultati tal-awditjar individwali. Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, ir-rati ta’ żball irrappurtati fir-Rapporti ta' Kontroll Annwali (RKA) tranġaw fi 18-PO (15,4 %) tal-FSE. Barra minn hekk, ir-rati ta’ żball irrappurtati għal 13-il-PO (11,1 %) tal-FSE ġew ikkunsidrati bħala affidabbli u għalhekk ġew mibdula b’rati fissi mill-Kummissjoni.

6.33.

Fil-każijiet kollha fejn il-Kummissjoni identifikat dgħufijiet speċifiċi b’riżultat tal-inkjesti tagħha fl-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali ġew notifikati fir-rigward tal-azzjoni korrettiva li kellha tittieħed. Il-Qorti identifikat xi inkonsistenzi fl-analiżi tal-ACRs mill-Kummissjoni. In-nuqqasijiet ta' xi AA fil-kalkolu tar-rata ta' żball ma nqabdux u ma ġewx ikkoreġuti mill-Kummissjoni. Madankollu, dawn il-problemi ma jixħtux dubju fuq l-għadd u l-impatt tar-riżervi fformulati mid-DĠ EMPL fl-2012.

6.33.

Il-Kummissjoni tqis li għandha fis-seħħ proċess dettaljat ta' sorveljanza sabiex tiġi żgurata l-affidabilità ġenerali tar-RKA għall-proċess ta’ assigurazzjoni tagħha stess u biex tappoġġja d-determinazzjoni u l-kwantifikazzjoni tar-riżervazzjonijiet li saru fir-Rapport Annwali tal-Attività (RAA) tagħha (ara t-tweġiba għal para. 6.40 a).

Analiżi tar-rapport annwali tal-attività tad-DĠ EMPL

6.34.

Il-Qorti eżaminat ir-RAA 2012 u d-dikjarazzjoni ta' akkumpanjament tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni. B’mod partikolari, fir-rigward tar-regolarità tal-pagamenti awtorizzati fl-2012, il-Qorti:

 

(a)

ivvalutat ir-riżervi li saru fir-RAA;

 

(b)

iċċekkjat il-konsistenza u l-preċiżjoni tal-kalkolu mill-Kummissjoni tal-"ammonti f'riskju".

 

6.35.

Id-DĠ EMPL jistma li r-rata ta' żball kumplessiva għall-pagamenti interim 2012 fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 tinsab fil-firxa ta' bejn 2,3 % sa 3,2 %. Madwar 30 % tal-pagamenti ġew milquta minn żball materjali (aktar minn jew daqs il-livell limitu ta' materjalità ta' 2 % stabbilit mill-Kummissjoni).

6.35.

Il-Kummissjoni tqis li l-fatt li għal tliet snin konsekuttivi r-rata stimata ta’ żball tal-Kummissjoni stess, kif żvelat fir-RAA tad-DĠ EMPL, hija skont ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli tal-Qorti jikkonferma l-validità u l-affidabbiltà tal-metodu tagħha (ara t-tweġiba għal para. 6.40 (a)). Barra minn hekk, dawn ir-riżultati juru li l-Kummissjoni għandha fis-seħħ proċess sod sabiex tissorvelja l-informazzjoni pprovduta mill-AA fir-RKA tagħhom.

Kif imsemmi fir-RAA tagħha għall-2012 (paġna 37) il-Kummissjoni tenfasizza li mill-pagamenti interim tagħha għall-2012 19,7 % biss saru għall-PO b’rata ta’ żball irrappurtati fir-Rapporti ta’ Kontroll Annwali fl-2012, ppreżentati f’Diċembru 2012, bejn 2 % u 5 % u 9,8 % biss għall-PO b’rata ta’ żball irrappurtati ogħla minn 5 %. Dan juri biċ-ċar il-politika stretta ta’ interruzzjonijiet u sospensjonijiet implimentata b'mod sistematiku mid-DĠ EMPL minħabba li fir-rigward tal-PO b’rati ta’ żbalji kumulattivi (fuq il-perjodu sħiħ mill-2007) ogħla minn 2 %, il-Kummissjoni imponiet korrezzjoni finanzjarja korrispondenti jew implimentat interruzzjonijiet sakemm din il-korrezzjoni tkun seħħet.

6.36.

Ir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ EMPL fih riżerva relatata mal-pagamenti li saru għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 għal ammont ta' EUR 68 miljun li jkopri 27 mill-117-il PO u riżerva 1, mingħajr impatt finanzjarju, għal 12-il PO tal-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006.

 

6.37.

Fl-2011, id-DĠ EMPL uża l-kalkolu tar-riskju finanzjarju kumulattiv għall-perjodu ta' programmzzjoni 2007-2013 għall-PO b'rati ta' żball ivvalidati bejn 2 % u 5 % sabiex jiddeċiedi jekk PO għandhux ikun is-suġġett ta' riżerva. Fl-2012, id-DĠ EMPL estenda dan l-approċċ għall-20 PO bi żball ivvalidat ogħla minn 5 %. Għalkemm ir-riskju finanzjarju kumulattiv ikkalkulat mill-Kummissjoni kien aktar baxx minn 2 % għal 13-il PO, 8 minnhom kienu inklużi fir-riżerva fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prudenza. Ebda riżerva ma ġiet introdotta għall-ħames PO li fadal. F’wieħed biss minn dawn il-ħames każijiet ir-RAA 2012 iddivulga r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ ħruġ ta’ riżerva. Il-Qorti tqis li l-Kummissjoni kien imissha ddivulgat informazzjoni ta’ dan it-tip għall-erba’ PO oħra kkonċernati wkoll.

6.37.

Skont l-istruzzjonijiet permanenti tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali tal-Attività tal-2012, riservazzjoni (kwantifikata) hija meħtieġa biss jekk ir-riskju finanzjarju kumulattiv huwa ogħla minn 2 %, li ma kienx il-każ f’xi ħames PO msemmija mill-Qorti, minħabba li l-korrezzjonijiet finanzjarji neċessarji diġà kienu ġew implimentati sa meta nħareġ ir-Rapport Annwali tal-Attività. Barra minn hekk, pjanijiet adattati ta’ azzjoni kienu fis-seħħ sabiex jipprevjienu li dawn il-kwistjonijiet jerġgħu jseħħu fil-ħames PO kkonċernati. Il-Kummissjoni tieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti sabiex tipprovdi divulgazzjoni akbar f’dan ir-rigward fir-Rapporti Annwali tal-Attività futuri.

6.38.

Il-Kapitolu 1 fih informazzjoni rigward it-trattament tal-korrezzjonijiet finanzjarji (ara l-paragrafi 1.19 sa 1.37).

6.38.

Il-Kummissjoni ħadet il-miżuri kollha meħtieġa skont it-Trattat u skont dawk previsti fir-Regolamenti biex jiġi mħares il-baġit tal-UE. Il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li għamlet dak kollu li setgħet u aġixxiet b’rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti matul l-istess sena finanzjarja vverifikata mill-Qorti, il-25 % korrezzjoni b’rata fissa applikata għar-Rumanija ma ġietx ikkunsidrata meta ġiet iddeterminata r-rata ta’ żball għall-2012. Ara t-tweġibiet għal para. 6.39 (a) u għall-Kaxxa 1.2.

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-konklużjoni għall-2012

6.39.

Għall-qasam ta' politika “Impjiegi u affarijiet soċjali”,

6.39.

(a)

l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet jindika li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli preżenti fil-popolazzjoni hija ta' 3,2 %, u

(a)

Il-Kummissjoni għandha fis-seħħ proċess dettaljat sabiex tappoġġja l-assigurazzjoni li ngħatat fir-RAA. Il-Kummissjoni tqis li l-fatt li għal tliet snin konsekuttivi r-rata stimata ta’ żball tal-Kummissjoni stess, kif żvelat fir-RAA tad-DĠ EMPL, hija skont ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli tal-Qorti jikkonferma l-validità u l-affidabbiltà tal-metodu tagħha. Għall-2012, ir-rata ta’ żball stmata għad-DĠ EMPL fir-RAA tiegħu stess kienet f'medda bejn 2,3 % u 3,2 %. Il-Kummissjoni tinnota li l-iżbalji f’PO wieħed fir-Rumanija jirrappreżentaw parti sostanzjali tal-iżball l-aktar probabbli stabbilit mill-Qorti. Il-Kummissjoni tenfasizza li, f’Diċembru 2012 ġiet implimentata korrezzjoni b’rata fissa ta’ 25 % fuq in-nefqa kollha ċċertifikata mill-awtoritajiet Rumeni skont dan il-PO. Il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li għamlet dak kollu li setgħet u aġixxiet b’rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti matul l-istess sena finanzjarja vverifikata mill-Qorti sabiex tħares il-baġit tal-UE, il-korrezzjoni 'l fuq mir-rata fissa applikata ma ġietx ikkunsidrata meta ġiet iddeterminata r-rata ta’ żball għall-2012. Ara t-tweġiba għall-Kaxxa 1.2.

(b)

is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll eżaminati huma parzjalment effettivi fl-iżgurar tar-regolarità tal-operazzjonijiet għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

(b)

Il-Kummissjoni tqis li għandha proċess ta' sorveljanza dettaljat sabiex tiġi żgurata affidabilità ġenerali tal-ħidma tal-Awtoritajiet tal-Awditjar għall-assigurazzjoni tagħha stess. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tenfasizza li l-effettività u l-konformità ta’ awtoritajiet tal-awditjar mar-rekwiżiti jistgħu jvarjaw. Skont l-Artikolu 73 tar-Regolament 1083/2006, sa minn Ġunju 2012 il-Kummissjoni bdiet tiddependi formalment fuq ix-xogħol ta' disa' awtoritàjiet tal-awditjar għall-FSE (għal 10 Programmi Operattivi). Il-Kummissjoni se tkompli tirrevedi l-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar.

6.40.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-infiq aċċettat huwa milqut minn livell materjali ta’ żball.

6.40.

Il-Kummissjoni ħadet azzjonijiet speċifiċi sabiex ittaffi r-riskji identifikati, li jinkludu b’mod partikolari miżuri preventivi u korrettivi, bħal gwida, taħriġ, simplifikazzjoni u politika stretta fuq l-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet tal-pagamenti u korrezzjonijiet finanzjarji.

Rakkomandazzjonijiet

6.41.

L- Anness 6.2 juri r-riżultat tal-analiżi mill-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru f’rapporti annwali preċedenti. Fir-rapporti annwali 2009 u 2010, il-Qorti ppreżentat 10 rakkomandazzjonijet għall-koeżjoni, it-trasport u l-enerġija. Minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, waħda ma kinitx applikabbli taħt il-qafas attwali. Il-Kummissjoni implimentat bis-sħiħ rakkomandazzjoni waħda, filwaqt li ħamsa ġew implimentati fil-parti l-kbira tal-aspetti, waħda ġiet implimentata f'xi aspetti biss u waħda ma ġietx implimentata. F’każ wieħed ma kienx possibbli li tinkiseb evidenza suffiċjenti tal-azzjonijiet meħuda.

6.41.

Fuq bażi tal-valutazzjoni tagħha stess, il-Kummissjoni tikkunsidra li minn 10 rakkomandazzjonijiet għall-2009 u l-2010, tnejn għandhom jitqiesu bħala implimentati kompletament u ħamsa implimentati f’bosta aspetti. Il-Kummissjoni tikkunsidra t-tliet rakkomandazzjonijiet l-oħra “mhux applikabbli”.

6.42.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2012, il-Qorti tirrakkommanda li l-Kummissjoni:

6.42.

Rakkomandazzjoni 1: tindirizza d-dgħufijiet fil-“kontrolli tal-ewwel livell” imwettqa minn awtoritajiet maniġerjali u korpi intermedji, permezz ta' materjal ta' gwida speċifiku u, fejn xieraq, permezz ta' miżuri ta' taħriġ;

Il-Kummissjoni taqbel fuq l-importanza tal-kontrolli tal-“ewwel livell” imwettqa mill-Istati Membri u taqbel mal-fehma li dawn għandhom ikomplu jissaħħu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ilha tagħti linji gwida lill-Istati Membri dwar kif l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw il-verifiki ta’ ġestjoni tagħhom. Barra minn hekk, fl-2009 il-Kummissjoni żviluppat linji gwida komprensivi għall-kontrolli tal-ewwel livell u għodda ta’ awtovalutazzjoni għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni. Il-Kummissjoni qassmet listi ta’ kontroll għall-verifiki ta’ ġestjoni lill-Awtoritajiet ta’ Awditjar fl-2011, li jistgħu jintużaw mill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni bħala punt ta’ riferiment. Barra minn dawn l-azzjonijiet imsemmija, f’Novembru 2012, id-DĠ EMPL, konxju tar-rwol kritiku tal-verifiki ta’ ġestjoni, bagħat nota lill-Awtoritajiet kollha ta’ Ġestjoni biex jiġbdilhom l-attenzjoni għall-ħtieġa li tkompli tissaħħaħ l-affidabilità u r-reqqa tal-verifiki ta’ ġestjoni u biex iħabbar awditjar tematiku dwar verifiki ta’ ġestjoni, li għandu jsiru fl-2013 fuq seba' PO magħżula f’sitt Stati Membri. Dan l-awditjar tematiku qed iseħħ bħalissa. Ladarba jiġi ffinalizzat, il-Kummissjoni se tħejji rapport ta' ħarsa ġenerali li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tagħha u t-tagħlimiet li jkunu nkisbu jitqassmu fost l-Istati Membri kollha.

Rakkomandazzjoni 2: abbażi tal-esperjenza tagħha miksuba mill-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, twettaq valutazzjoni tal-użu tar-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà bil-ħsieb li jiġu identifikati oqsma possibbli għal simplifikazzjoni ulterjuri u li jiġu eliminati regoli kumplessi mhux meħtieġa;

Il-Kummissjoni taqbel bis-sħiħ mal-ħtieġa li tissimplifika aktar ir-regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali u jiġu eliminati regoli kumplessi bla bżonn, li jkollhom impatt detrimentali f’dak li hu piż fuq il-benefiċjarji u rata ta' żball ogħla. Il-Kummissjoni tenfasizza li filwaqt li valutazzjoni sistematika tar-regoli nazzjonali ta’ eliġibbiltà mhix fattibbli, kwalunkwe każijiet ta’ “regolamentazzjoni żejda” identifikati ġew indirizzati b’mod konġunt mal-Istati Membri kkonċernati (ara t-tweġiba għal para. 6.18). Il-Kummissjoni hija impenjata li f'Ottubru 2013 tippreżenta rapport lill-Awtorità tal-Kwittanza dwar regolamentazzjoni żejda fi Programmi Operattivi tal-FSE. Il-Kummissjoni se tkompli wkoll tinkoraġġixxi u tappoġġja l-awtoritajiet nazzjonali fl-isforzi tagħhom għas-simplifikazzjoni. Għadd ta’ seminars ġew organizzati mid-DĠ EMPL fl-2011-2013, sabiex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet ta’ ġestjoni f’dan l-isforz (ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjoni 3)

Rakkomandazzjoni 3: tippromwovi l-użu estensiv ta' għażliet simplifikati għall-ispejjeż bl-għan li jitnaqqas ir-riskju ta' żball fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u l-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji. Ir-rati fissi għall-għażliet simplifikati għall-ispejjeż għandhom jiġu approvati/vvalidati sistematikament minn qabel mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji (kalkolu ġust, ekwu u li jista' jiġi vverifikat);

Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti dwar l-importanza li timplimenta b’mod effettiv l-għażliet simplifikati ta' spejjeż fl-Istati Membri kollha. Dan huwa preċiżament għaliex, minbarra li introduċiet l-Għażliet Simplifikati ta' Spejjeż fil-qafas regolatorju attwali, il-Kummissjoni b’mod attiv ħafna ħeġġet l-implimentazzjoni effettiva tagħhom fil-perjodu ta’ programmar 2007-2013, inkluż seminars ta' simplifikazzjoni li saru s’issa u li ħadu sehem fihom 17-il Stat Membru. Il-fatt li bħalissa 60 % tal-PO tal-FSE diġà jużaw mill-inqas wieħed minn dawn l-għażliet juri s-suċċess raġonevoli f’dan ir-rigward. Għall-perjodu ta’ programmar 2014-2020, l-Għażliet Simplifikati ta' Spejjeż jissaħħu iktar, inkluż, fost oħrajn, il-possibbiltà li jintużaw rati fissi diġa mniżżla fir-regolamenti.

Rakkomandazzjoni 4: tfittex li jsir titjib fix-xogħol magħmul mill-awtoritajiet tal-awditjar u fil-kwalità u fl-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta fl-ACRs u fl-opinjonijiet tal-awditjar.

Il-Kummissjoni taqbel mal-importanza ta’ din il-kwistjoni. Il-ħidma tal-Awtoritajiet tal-Awditjar kif jidher fir-RKA hija waħda mill-elementi ewlenin li fuqhom il-Kummissjoni tibni l-assigurazzjoni tagħha. Fl-2011 ġiet provduta lill-Awtoritajiet tal-Awditjar gwida ulterjuri dwar it-trattament tal-iżbalji u fl-2012 ġew organizzati għadd ta’ seminars mill-Kummissjoni biex tkompli tittejjeb il-metodoloġija ta' teħid ta’ kampjuni għall-awditjar użata fil-preparazzjoni tar-RKA.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1784/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12).

(2)  l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.

(3)  Il-FEG jappoġġa l-ħaddiema tal-UE ssensjati b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u tal-kriżi finanzjarja u ekonomika.

(4)  Pagamenti għall-komponent tal-IPA għall-iżvilupp tar-riżorsi umani biss huma inklużi taħt il-qasam baġitarju ta’ politika “Impjiegi u affarijiet soċjali”. Fost affarijiet oħra, l-IPA jappoġġa pajjiżi kandidati fit-tħejjija għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-FSE.

(5)  Il-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress, varata fl-2010, iżżid id-disponibbiltà ta' mikrokreditu – self taħt EUR 25 000 – għall-istabbiliment jew l-iżvilupp ta' negozju zgħir. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dawn l-attivitajiet għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru kien stabbilit għal EUR 683,25 miljun.

(6)  Għall-FSE u l-IPA, il-kampjun tal-Qorti kien fih 168 pagament interim jew finali għal proġetti. Għall-FEG u miżuri oħra għall-impjiegi u soċjali, 12-il pagament jew approvazzjonijiet ta' nfiq kienu parti mill-kampjun.

(7)  Il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u r-Renju Unit.

(8)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata ta’ żball minn kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima. Il-Qorti hija 95 % fiduċjuża li r-rata ta' żball fil-popolazzjoni tinsab bejn 1,3 % u 5,1 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2004 tal-10 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1685/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 dwar l-eliġibilità tal-infiq fuq operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u li jirtira r-Regolament (KE) Nru 1145/2003 (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 66).

(10)  Id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 134, 30.4.2004).

(11)  Ir-rapport annwali 2006, il-paragrafu 6.45, ir-rapport annwali 2007, il-paragrafu 6.34.

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta’ spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 1).

(13)  Kif emendat bl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 396/2009.

(14)  In-Nota ta' Gwida COCOF 09/0025/04-EN tal-KE dwar spejjeż indiretti ddikjarati fuq bażi ta' rata fissa, spejjeż b'rata fissa kkalkulati b'applikazzjoni ta' tabelli standard ta' spejjeż unitarji u somom f'daqqa, verżjoni finali tat-28 ta' Jannar 2010.

(15)  Spanja (Comunidad Valenciana).

(16)  Ara r-rapport annwali 2011, il-paragrafi 5.52 sa 5.64.

(17)  L-awditu tan-nefqa amministrattiva huwa rrappurtat fil-Kapitolu 9.

(18)  F'konformità mad-definizzjoni armonizzata ta' tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l-Kapitolu 1, il-paragrafi 1.6 u 1.7).

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS 6.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI

 

2012

2011

2010

2009

FSE + IPA

Kwistjonijiet soċjali oħra

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet:

168

12

180

180

66

44

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon (għadd) tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

65 %

(109)

67 %

(8)

65 %

(117)

60 %

73 %

75 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

35 %

(59)

33 %

(4)

35 %

(63)

40 %

27 %

25 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta' żball

Żbalji Mhux Kwantifikabbli:

54 %

(32)

0 %

(0)

51 %

(32)

58 %

39 %

0 %

Żbalji Kwantifikabbli:

46 %

(27)

100 %

(4)

49 %

(31)

42 %

61 %

100 %

Eliġibbiltà

89 %

(24)

100 %

(4)

90 %

(28)

77 %

91 %

64 %

Okkorrenza

7 %

(2)

0 %

(0)

7 %

(2)

3 %

9 %

0 %

Preċiżjoni

4 %

(1)

0 %

(0)

3 %

(1)

20 %

0 %

36 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

3,2 %

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

5,1 %

 

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

1,3 %

 

 

 


(1)  Biex jitjieb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta' riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  Ċifri kkwotati fil-parentesti jirrappreżentaw l-għadd reali tat-tranżazzjonijiet.

ANNESS 6.2

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-KOEŻJONI, IT-TRASPORT U L-ENERĠIJA

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

M/A taħt il-qafas attwali

Evidenza insuffiċjenti

Fil-parti l-kbira tal-aspetti

F'xi aspetti

2010

Rakkomandazzjoni 1: tkompli bil-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà għall-finanzjament mill-UE, inkluża b'mod partikolari l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-UE u dawk nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku;

 

X

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2: tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex japplikaw b'mod rigoruż il-mekkaniżmi korrettivi qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni. Kull meta jiġu identifikati nuqqasijiet sinifikanti fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll mill-korpi nazzjonali jew dawk tal-UE, il-Kummissjoni għandha tibqa' tinterrompi jew tissospendi l-pagamenti lill-OP sakemm tkun ittieħdet azzjoni korrettiva mill-Istat Membru;

 

X (1)

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 3: fuq il-bażi tal-esperjenza tagħha miksuba matul l-ewwel snin tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, twettaq valutazzjoni tal-użu ta’ regoli nazzjonali ta’ eliġibbiltà biex jiġu identifikati oqsma possibbli għal aktar simplifikazzjoni u biex jiġu eliminati sorsi potenzjali ta’ żbalji għall-perjodu wara l-2013;

 

 

 

X

 

 

Valutazzjoni sistematika tar-regoli nazzjonali ta’ eliġibbiltà kollha mhijiex fattibbli. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-aktar mod effettiv ‘l quddiem huwa permezz tal-promozzjoni attiva tal-għażliet simplifikati ta' spejjeż.

Rakkomandazzjoni 4: tipproponi emenda għar-regolamenti dwar il-fondi strutturali għall-perjodu attwali ta’ programmazzjoni, sabiex titlob lill-Istati Membri jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni finanzjarja tas-SIF. L-implimentazzjoni tal-fondi għandha wkoll tiġi ċċekkjata mill-Kummissjoni fuq bażi regolari;

X

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 5: tipprovdi aktar gwida lill-AA għall-perjodu attwali ta’ programmazzjoni, b'mod partikolari dwar il-kampjunar, l-ambitu tal-verifikazzjonijiet li għandhom isiru għall-awditi tal-proġetti u r-rappurtar tas-sejbiet tal-awditjar;

 

X (2)

 

 

 

 

 

2010

Rakkomandazzjoni 6: tipproponi biex tallinja l-perjodi ta’ rappurtar tar-rapporti ta’ kontroll annwali mas-sena finanzjarja tal-baġit tal-UE fir-regolamenti dwar il-Fondi Strutturali għall-perjodu ta’ wara l-2013 u biex jiġu armonizzati l-approċċi, biex l-opinjonijiet tal-awditjar tal-AA jkunu jistgħu jiġu aggregati għal kull Fond fil-livell nazzjonali u f'dak tal-UE.

 

 

 

 

X

 

Il-Kummissjoni uriet din ir-rakkomandazzjoni fil-proposti tagħha għall-2014-2020.

2009

Rakkomandazzjoni 1: tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex japplikaw b’mod rigoruż il-mekkaniżmi korrettivi qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni;

 

X (3)

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2: tiżgura li s-sostituzzjoni tan-nefqa ineliġibbli man-nefqa l-ġdida (l-irtirar) ma tirriżultax f’li nefqa irregolari ġdida tiġi ddikjarata mill-Istati Membri;

 

 

 

 

 

X

 

Rakkomandazzjoni 3: tiżgura, permezz tas-sorveljanza tagħha, il-funzjonament effettiv tas-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-13.

 

 

X

 

 

 

Il-Kummissjoni timplimenta r-rwol ta’ sorveljanza tagħha b'mod strett permezz ta', fejn huwa xieraq, interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti u korrezzjonijiet finanzjarji.

Rakkomandazzjoni 4: tissorvelja mill-qrib l-applikazzjoni korretta tad-Direttivi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku fl-Istati Membri.

 

X

 

 

 

 

 


(1)  Minn naħa tal-Kummissjoni, ir-rakkomandazzjoni tista’ tkun ivvalutata bħala implimentata bis-sħiħ, iżda għad hemm lok għal titjib fil-livell tal-Istati Membri

(2)  Ir-rakkomandazzjoni hija implimentata fir-rigward tal-provvediment ta’ gwida għall-kampjunar u għall-ambitu tal-verifikazzjonijiet. Madankollu, jeħtieġ progress fir-rigward tar-rappurtar tas-sejbiet tal-awditjar.

(3)  Ara r-rakkomandazzjoni 2 għar-rapport annwali 2010.


KAPITOLU 7

Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Riskji għar-regolarità

Ambitu u approċċ tal-awditjar

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Effettività tas-sistemi

DĠ Tkabbir

EuropeAid

Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

lI-konklużjoni għall-2012

Rakkomandazzjonijiet

Anness 7.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għar-relazzjonijiet esterni, l-għajnuna u t-tkabbir

Anness 7.2 —

Riżultati tal-eżaminar tas-sistemi għar-relazzjonijiet esterni, l-għajnuna u t-tkabbir

Anness 7.3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għar-relazzjonijiet esterni, l-għajnuna u t-tkabbir

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

7.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tar-relazzjonijiet esterni, l-għajnuna u t-tkabbir, li jinkludi l-oqsma ta’ politika: “Relazzjonijiet Esterni”, “Żvilupp u relazzjonijiet mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP)” (1), “Għajnuna umanitarja” u “Tkabbir”. Informazzjoni ewlenija dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq fl-2012 tingħata fit- Tabella 7.1.

 

Tabella 7.1 —   Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir — informazzjoni ewlenija 2012

(EUR miljun)

Qasam ta' politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod ta’ ġestjoni

Relazzjonijiet esterni

Politika Ewropea tal-Viċinat u relazzjonijiet mar-Russja

1 420

Ċentralizzata u diretta/deċentralizzata

Relazzjonijiet mal-Asja, l-Asja Ċentrali u l-pajjiżi tal-Lvant Nofsani

595

Ċentralizzata u diretta/deċentralizzata/konġunta

Relazzjonijiet mal-Amerika Latina

292

Ċentralizzata u diretta/deċentralizzata

Rispons għal kriżijiet u theddid globali għas-sigurtà

278

Ċentralizzata u diretta/konġunta

Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)

265

Ċentralizzata u diretta/indiretta/konġunta

Nefqa amministrattiva

157

Ċentralizzata u diretta

Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)

140

Ċentralizzata u diretta

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil

43

Ċentralizzata u diretta

Strateġija ta’ politika u koordinament

24

Ċentralizzata u diretta

Relazzjoni u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi industrijalizzati

19

Ċentralizzata u diretta

 

3 233

 

Żvilupp u relazzjonijiet mal-istati AKP

Nefqa amministrattiva

340

Ċentralizzata u diretta

Kooperazzjoni ġeografika mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP)

288

Ċentralizzata u diretta/deċentralizzata/konġunta

Atturi mhux statali fl-iżvilupp

224

Ċentralizzata u diretta

Sigurtà tal-ikel

218

Ċentralizzata u diretta

Żvilupp uman u soċjali

157

Ċentralizzata u diretta/konġunta

Ambjent u ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, inkluża l-enerġija

155

Ċentralizzata u diretta

Azzjonijiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u programmi ad hoc

31

Ċentralizzata u diretta

Strateġija ta’ politika u koordinament

16

Ċentralizzata u diretta

 

1 429

 

Għajnuna umanitarja

Għajnuna umanitarja

1 073

Ċentralizzata u diretta/konġunta

Nefqa amministrattiva

35

Ċentralizzata u diretta

Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili

20

Ċentralizzata u diretta

 

1 128

 

Tkabbir

Proċess u strateġija tat-tkabbir

851

Ċentralizzata u diretta/indiretta/deċentralizzata/konġunta

Nefqa amministrattiva

92

Ċentralizzata u diretta

 

943

 

Total tal-pagamenti għas-sena

6 733

 

total tan-nefqa amministrattiva  (8)

624

 

Total tan-nefqa operazzjonali

6 109

 

pagamenti bil-quddiem  (9)

4 009

 

+ approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem  (9)

4 516

 

Popolazzjoni awditjata, total

6 616

 

Total tal-impenji għas-sena

9 021

 

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

7.2.

L-attivitajiet esterni tal-UE jkopru erba' oqsma wiesa' ta' politika: “Relazzjonijiet esterni”, “Għajnuna għall-iżvilupp”, “Tkabbir” u “Għajnuna umanitarja”. Fl-oqsma tar-relazzjonijiet esterni u l-għajnuna għall-iżvilupp, l-Unjoni Ewropea tfittex li tiddefendi l-interessi Ewropej, li tippromwovi l-valuri Ewropej, u li tkkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp sostenibbli. Fl-insegwiment ta' dawn l-objettivi, l-UE timplimenta Politika Ewropea tal-Viċinat, tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, tinkoraġġixxi l-kummerċ ħieles u ġust u tappoġġa l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tas-sħab tagħha. L-għajnuna għall-iżvilupp hija mmirata għall-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs), it-tnaqqis tal-faqar u l-integrazzjoni ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-ekonomija dinjija. L-objettiv tat-tkabbir huwa li jgħin lil pajjiżi kandidati u lil pajjiżi kandidati potenzjali biex jibnu l-kapaċità tagħhom għall-eżerċitar tad-drittijiet u biex jikkonformaw mal-obbligi li tkun tinvolvi l-isħubija mal-UE. L-għajnuna umanitarja hija intenzjonata biex tgħin lil pajjiżi, reġjuni u popolazzjonijiet milquta minn diżastri naturali jew minn diżastri kkawżati mill-bniedem.

 

7.3.

L-infiq isir permezz tal-programmi u l-istrumenti li ġejjin:

(a)

programmi ġeografiċi, li jkopru pajjiżi tal-viċinat, pajjiżi tat-tkabbir u pajjiżi li qed jiżviluppaw (EUR 3 477 miljun);

(b)

programmi tematiċi li jittrattaw is-sigurtà tal-ikel, atturi mhux statali u awtoritajiet lokali, l-ambjent, is-saħħa u l-edukazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem (EUR 977 miljun);

(c)

azzjoni tal-politika barranija taħt il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, l-Istrument għall-Istabbiltà, Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali u l-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati (EUR 562 miljun); u,

(d)

għajnuna umanitarja u l-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili (EUR 1 093 miljun).

 

7.4.

L-infiq huwa ġestit mid-Direttorat-Ġenerali għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni — il-EuropeAid, mid-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir — id-DĠ ELARG, mid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili — id-DĠ ECHO u mis-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija — l-FPI.

 

Riskji għar-regolarità

7.5.

L-infiq kopert f'dan il-kapitolu jsir taħt firxa wiesgħa ta' strumenti ta' kooperazzjoni u ta' metodi ta' twassil, li jiġu implimentati f'aktar minn 150 pajjiż. Ir-regoli u l-proċeduri spiss huma kumplessi, inklużi dawk għall-preżentazzjoni ta' offerti u l-għoti ta' kuntratti. Il-Qorti vvalutat ir-riskju bħala għoli b'mod inerenti.

 

7.6.

F'żewġ oqsma — appoġġ baġitarju (2) u kontribuzzjonijiet mill-UE għal proġetti ta’ multidonaturi mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali (3) bħan-NU — in-natura tal-istrumenti u l-kundizzjonijiet ta' pagament jillimitaw l-estent li għalihom it-tranżazzjonijiet huma suxxettibbli għal żbalji kif definit fl-awditu tar-regolarità tal-Qorti.

 

7.7.

L-appoġġ baġitarju jitħallas bħala appoġġ għall-baġit ġenerali ta' stat jew għall-baġit tiegħu għal politika speċifika jew għal objettiv speċifiku. Il-Qorti teżamina jekk il-Kummissjoni kkonformatx mal-kundizzjonijiet speċifiċi biex tagħmel il-pagamenti għall-appoġġ baġitarju lill-pajjiż sieħeb ikkonċernat u jekk urietx li kkonformat mal-kundizzjonijiet ġenerali ta' eliġibbiltà (bħall-progress fil-ġestjoni finanzjarja tas-settur pubbliku).

 

7.8.

Madankollu, il-Kummissjoni għandha flessibbiltà konsiderevoli f'li tiddeċiedi jekk dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ntlaħqux. L-awditu tar-regolarità tal-Qorti ma jistax imur lil hinn mill-istadju li fih titħallas l-għajnuna lill-pajjiż sieħeb. Il-fondi trasferiti huma mbagħad inkorporati mar-riżorsi baġitarji tal-pajjiż riċevitur. Kwlaunkwe dgħufija fil-ġestjoni finanzjarja tiegħu ma tiġġenerax żbalji fl-awditu tar-regolarità tal-Qorti.

 

7.9.

Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-proġetti ta’ multidonaturi jingħaqdu ma' dawk ta' donaturi oħra u ma jiġux assenjati għal partiti identifikabbli speċifiċi tal-infiq.

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

7.10.

L- Anness 1.1 , il- Parti 2 , tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija ġenerali tal-awditjar tal-Qorti. Għall-awditjar tar-relazzjonijiet esterni, l-għajnuna u t-tkabbir, għandhom jiġu nnotati l-punti speċifiċi li ġejjin:

(a)

l-awditu kien jinvolvi l-eżaminar ta' kampjun ta' 174 tranżazzjoni kif imniżżel fl- Anness 1.1 , il-paragrafu 6. Dan il-kampjun kien imfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa kollha ta' tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp tal-politika. Fl-2012, il-kampjun kien jikkonsisti f’56 tranżazzjoni approvati mill-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni u 118 approvati mid-delegazzjonijiet tal-UE (4);

(b)

il-valutazzjoni tas-sistemi kopriet is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll fil-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid u tad-DĠ ELARG u kienet tinkludi l-aspetti li ġejjin:

(i)

kontrolli ex-ante u standards tal-kontroll intern;

(ii)

monitoraġġ u sorveljanza; u

(iii)

awditi interni.

Fejn inqabdu żbalji, is-sistemi tal-kontroll rilevanti ġew analizzati biex jiġu identifikati d-dgħufijiet speċifiċi involuti;

(c)

il-Qorti analizzat ir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ ELARG u tal-EuropeAid; u

(d)

eżaminat jekk il-Kummissjoni kinitx segwiet ir-rakkomandazzjonijiet li kienu saru fir-rapporti annwali tal-2009 u l-2010 tagħha (ara l- Anness 7.3 ).

 

7.11.

Il-EuropeAid, li jġesti 60 % tan-nefqa f'dan il-grupp tal-politika, iġesti wkoll kważi n-nefqa kollha mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ). Ir-rapport 2012 tal-Qorti dwar il-FEŻ iniżżel ir-riżultati kollha tal-eżaminar mill-Qorti tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll u r-rapporti annwali tal-attività tal-EuropeAid, inkluż fir-rigward tan-nefqa mill-baġit ġenerali li għaliha huwa responsabbli. Sommarju ta' dawk ir-riżultati huwa mniżżell fil-kaxxa 7.2.

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

7.12.

L- Anness 7.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-174 tranżazzjoni awditjati mill-Qorti, 40 (23 %) kienu milquta minn żbalji. Fuq il-bażi tal-iżbalji li kienet ikkwantifikat, il-Qorti tistma li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija [3,3 %] (5).

7.12.

Il-Kummissjoni tinnota li l-frekwenza tal-iżbalji fl-2012 naqset meta mqabbla maż-żewġ eżerċizzji preċedenti (41 % fl-2011 u 38 % fl-2010).

7.13.

Ir-rata ta' żball stmata għall-grupp tal-politika hija ogħla mir-rata ta’ żball stmata għall-2011 (1,1 %). Din id-differenza għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-iżvilupp fl-approċċ tal-kampjunar tal-Qorti (ara l-Kapitolu 1, il-paragrafi 1.6, 1.7 u 1.15).

7.13.

Il-Kummissjoni bi pjaċir tinnota li ż-żieda fl-estimu tar-rata tal-iżbalji mhix attribwibbli għal deterjorament fis-sistema ta’ kontroll, iżda għall-iżvilupp tal-strateġija ta’ kampjunar.

7.14.

Fi snin preċedenti, il-kampjun tat-tranżazzjonijiet tal-Qorti kien jinkludi pagamenti bil-quddiem li tħallsu lill-benefiċjarji. Madankollu, għall-2012 il-kampjun tal-Qorti jinkludi biss pagamenti interim, pagamenti finali u l-approvazzjoni ta' pagamenti bil-quddiem. Dawn kollha jinvolvu deċiżjoni mill-Kummissjoni li l-attivitajiet twettqu jew li n-nefqa ġġarrbet u li l-pagament mill-baġit tal-UE huwa ġġustifikat; u jippermettu li l-Qorti tifforma opinjoni realistika dwar jekk it-trażazzjonijiet kinux regolari.

 

7.15.

Approvazzjoni ta’ pagamenti bil-quddiem — element ġdid fil-kampjun għall-2012 li jirrappreżenta 68 % bil-valur tal-popolazzjoni awditjata — ikkontribwixxiet 3,2 punti perċentwali tar-rata ta’ żball totali stmata għall-valutazzjoni speċifika.

 

7.16.

It-tipi ta' żbalji kwantifikabbli li nstabu kienu kif ġej (ara l-kaxxa 7.1):

(a)

17-il tranżazzjoni kienu milquta minn żbalji ta' eliġibbiltà, fejn il-pagamenti kienu saru fir-rigward tal-infiq li kien iġġarrab barra mill-perjodu tal-implimentazzjoni (3 tranżazzjonijiet), attivitajiet li ma kinux koperti mill-kuntratt (5 tranżazzjonijiet) jew attivitajiet li kienu ineliġibbli b'xi mod ieħor (9 tranżazzjonijiet);

(b)

10 tranżazzjonijiet kienu milquta minn żbalji ta' okkorrenza relatati man-nuqqas ta' fatturi jew ta' dokumenti oħra ta' sostenn għall-infiq; u,

(c)

3 tranżazzjonijiet kienu milquta minn żbalji ta' preċiżjoni.

 

Kaxxa 7.1 —   Eżempji żbalji kwantifikabbli

Nefqa ineliġibbli

Il-Kummissjoni għamlet pagamenti ta' EUR 90 000 lil organizzazzjoni mhux governattiva fil-Gwatemala. Hija rrimborżat il-VAT, li kien ineliġibbli, u s-salarji għall-membri tal-persunal li ħadmu barra mill-perjodu kopert mill-għotja. Madwar 18 % tan-nefqa rimborżata ma kinitx eliġibbli.

Nuqqas ta' evidenza ta' sostenn

Il-Kummissjoni ħallset EUR 16,7 miljun, lejn programm għall-appoġġ ta' għalliema nisa fi skejjel sekondarji rurali fil-Bangladexx. Għal EUR 8,6 miljun, ma kien hemm ebda dokumentazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni meta din approvat in-nefqa, u lanqas għall-Qorti meta din awditjatha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni aċċettat bħala spiża EUR 0,5 miljun li ma kinux intużaw u li għalihom ma varatx ordni ta' rkupru.

Fl-2012, il-Kummissjoni approvat in-nefqa ta' EUR 29 miljun implimentata minn organizzazzjoni internazzjonali matul il-perjodu 2003-2005 mingħajr biżżejjed evidenza dokumentata. Din tal-aħħar ma setgħetx tinkiseb mill-awdituri peress li l-perjodu li għalih l-organizzazzjoni benefiċjarja kienet meħtieġa li żżomm d-dokumenti u l-informazzjoni kontabilistika kien diġà ntemm.

Karatteristika komuni ta' dawn iż-żewġ żbalji tal-aħħar hija d-dewmien twil tal-Kummissjoni biex twettaq il-validazzjoni finali tan-nefqa.

 

7.17.

Dawn l-iżbalji kollha seħħew fi tranżazzjonijiet li fil-prinċipju kienu soġġetti għal kontrolli mill-Kummissjoni; l-ebda wieħed minnhom ma ġie pprevenut jew maqbud. Fi 12-il tranżazzjoni, il-Qorti sabet żbalji li ma kinux inqabdu mill-awdituri maħtura mill-benefiċjarji.

7.17.

Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira għall-kwalità tal-awditjar u qed tiżviluppa għodod biex jgħinu lill-maniġers tal-awditjar fil-Kummissjoni jivvalutaw aħjar il-kwalità tar-rapporti tal-awditjar.

7.18.

Għaxra oħra mill-174 tranżazzjoni kienu milquta minn żbalji mhux kwantifikabbli relatati fil-parti l-kbira ma' nuqqas ta' konformità ma' obbligi legali jew kuntrattwali.

 

7.19.

Minn 35 proċedura ta' akkwist iċċekkjati mill-Qorti, 6 nstabu li kienu milquta minn żball. Fi tnejn minnhom, il-kuntratt ingħata lil offerent li ma kienx eliġibbli jew li ma kienx ippreżenta l-aħjar offerta.

 

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

7.20.

L- Anness 7.2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżaminar mill-Qorti tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll.

 

DĠ Tkabbir

7.21.

Fir-rapporti annwali 2009 u 2010 tagħha, il-Qorti għamlet għadd ta' rakkomandazzjonijiet rigward is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll fid-DĠ ELARG. Il-Kummissjoni daħħlet dawn ir-rakkomandazzjonijiet kollha fis-seħħ (ara l- Anness 7.3 ). Il-Qorti ma identifikatx aktar dgħufijiet matul l-awditu 2012.

 

7.22.

Għalhekk, b'mod ġenerali, is-sistema ta' sorveljanza u kontroll tad-DĠ ELARG titqies li hija effettiva.

 

7.23.

Għall-2012, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ ELARG iddikjara li kien kiseb aċċertament fir-rigward tal-affidabbiltà taċ-ċifri ppubblikati fir-rapport annwali tal-attività (RAA). Madankollu, id-DĠ ELARG ma għandux rata tal-iżball residwu għall-qasam ta' politika ġenerali tiegħu. Il-kalkolu tar-rata tal-iżball residwu (livell ta' materjalità ta' inqas minn 2 %) huwa bbażat biss fuq pagamenti li jkunu saru permezz ta' ġestjoni deċentralizzata, li kienet tirrappreżenta biss 26 % tal-pagamenti fis-sena. Il-kalkolu ma ħax kont tal-pagamenti li saru permezz ta' ġestjoni deċentralizzata.

7.23.

“Manwal ta’ Proċeduri għal kontrolli ex post f’ġestjoni ċentralizzata u għall-kalkolazzjoni tar-rata ta’ żball residwali” ġie approvat mid-Direttur Ġenerali fl-20/12/2012. Bosta missjonijiet ta’ awditjar diġà twettqu. Il-kejl RER f’ġestjoni ċentralizzata se jifforma parti importanti mill-informazzjoni disponibbli għad-Direttur Ġenerali meta jiffirma d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni fir-Rapport Annwali tal-Attività.

EuropeAid

7.24.

Sommarju tas-sejbiet tal-Qorti dwar l-effettività tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid huwa ppreżentat fil-kaxxa 7.2.

 

Kontrolli ex-ante

Il-frekwenza ta' żbalji li nstabu, inkluż fil-klejms finali ta' nfiq li fil-prinċipju kienu soġġetti għal awditi esterni u verifikazzjonijiet tal-infiq, tindika dgħufijiet fil-kontrolli qabel il-pagament.

Approvazzjoni tardiva u għeluq tardiv ta' kuntratti jaffettwaw il-kwalità ta' kontrolli ex-ante u jżidu b'mod sinifikanti r-riskju ta' rekord tal-awditjar interrott jew nuqqas ta' dokumenti ta' sostenn. Fi tranżazzjonijiet kemm tal-FEŻ kif ukoll tal-baġit ġenerali, il-Qorti sabet kuntratti qodma, li għalihom l-infiq ġie approvat tard.

Kontrolli ex ante

Il-Kummissjoni taqbel li waqt li t-tfassil tas-sistema ta’ kontroll tal-EuropeAid huwa konsistenti u tajjeb fil-biċċa l-kbira tiegħu, għad irid isir progress dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenfasizza l-fatt li l-frekwenza tal-iżbalji għall-għajnuna esterna b’mod ġenerali naqas meta mqabbel mas-snin ta’ qabel.

 

Bħala parti minn studju estern fl-2012 EuropeAid daħħlet fis-seħħ proċedura li tanalizza l-kuntratti kollha li għalihom l-iskadenza tal-perjodu tal-attività qabżet b'aktar minn 18-il xahar. Is-servizzi huma mitluba jikkummentaw dwar ir-raġuni fir-rigward tal-kuntratti li għadhom miftuħa u l-pjan tagħhom biex jiżguraw li l-kuntratti jistgħu jingħalqu mill-aktar fis possibbli. Dan wassal għal tnaqqis f’kuntratti miftuħa fl-aħħar tas-sena meta mqabbla mal-2011. Eżerċizzju simili kien imniedi f’April 2013 sabiex jitkompla dan l-isforz.

Monitoraġġ u sorveljanza

Jippersistu nuqqasijiet fis-sistema ta' informazzjoni tal-ġestjoni tal-EuropeAid dwar ir-riżultati u s-segwitu ta' awditi esterni, verifikazzjonijiet tal-infiq u żjarat ta' monitoraġġ.

Hemm dgħufijiet fl-għażla, fl-ippjanar u fis-segwitu taż-żjarat ta' monitoraġġ li saru mid-delegazzjonijiet tal-UE.

Monitoraġġ u superviżjoni

Il-modulu tal-awditjar tas-sistema ta' informazzjoni tal-ġestjoni tal-għajnuna esterna (CRIS) ġie mfassal biex jippjana, u jirreġistra r-riżultati tal-awditjar estern minflok isegwi s-segwitu tal-awditjar magħmul minn EuropeAid Madankollu, EuropeAid ippjana li jiżviluppa din il-funzjonalità fit-terminu medju, sakemm ir-riżorsi jippermettu dan.

EuropeAid żviluppa għodda għall-pjan ta’ ħidma għall-ippjanar ta’ missjonijiet. Barra minn hekk, EuropeAid qed iwaqqaf riforma dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar li għandha tkun implimentata fil-bidu tal-2014.

Studju dwar ir-Rata tal-Iżball Residwu 2012

Il-EuropeAid wettaq l-ewwel studju tiegħu biex jivvaluta l-livell ta' żbalji li evadew il-kontrolli kollha tal-maniġment għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta' żbalji: l-istudju dwar ir-Rata tal-Iżball Residwu (RER). L-istudju jistma r-RER bħala 3,63 %.

Inġenerali, it-tfassil tal-metodoloġija tar-RER kien xieraq u l-istudju pprovda informazzjoni interessanti u potenzjalment utli. Madankollu, hemm lok għal raffinar ulterjuri fil-metodoloġija relatata mal-grad ta’ dipendenza li titqiegħed fuq rapporti preċedenti tal-awditjar jew tal-verifikazzjoni, mal-metodu ta’ kalkolu tar-rati ta' żball fuq tranżazzjonijiet individwali, u mat-trattament ta' tranżazzjonijiet fejn ma kien hemm ebda dokumentazzjoni li setgħet tinkiseb faċilment.

L-istudju dwar ir-Rata ta' Żbalji Residwali 2012

Ir-riżultati tal-istudju dwar ir-RER 2012 ikkontribwixxew direttament għall-proċess ta' assigurazzjoni tal-AAR 2012 u għalhekk kienu fil-fatt utli ħafna għal EuropeAid. L-istudju dwar ir-RER 2012 kien l-ewwel wieħed implimentat u l-lezzjonijiet meħuda minn dan l-ewwel l-eżerċizzju se jippermettu għal irfinar fil-metodoloġija.

EuropeAid se jiddiskuti l-kwistjonijiet dwar il-grad ta’ dipendenza fuq rapporti preċedenti ta' awditjar jew verifika kif ukoll il-metodu ta’ kalkolu tar-rati ta’ żbalji mal-kuntrattur.

Il-passi li għandhom jittieħdu biex jitwettqu l-estimi huma stabbiliti fid-dettall fil-manwal ta’ struzzjoni revedut tar-RER li se jkun applikat fl-eżerċizzju RER 2013.

Awditu intern

Ir-riorganizzazzjoni tal-2011 tal-Kummissjoni tkompli taffettwa b'mod avvers l-attività tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC).

Awditjar Intern

Sa mill-2013, minħabba bosta miżuri li ttieħdu f’dan ir-rigward, il-funzjonament tal-IAC kien qed jitjieb.

Rapport annwali tal-attività (RAA)

Id-Direttur Ġenerali jagħmel riżerva dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet peress li l-ammont ikkunsidrat f'riskju (EUR 259,5 miljun) jirrappreżenta 2 % tal-pagamenti awtorizzati fil-perjodu ta' rappurtar.

Il-preżentazzjoni tar-riżultati tal-istudju dwar ir-RER hija qarrieqa:

Rapport ta’ Attività Annwali (AAR)

Kif previst fil-proċeduri ta' EuropeAid, tfassal Pjan ta’ Azzjoni sabiex tittejjeb aktar is-sistema ta’ kontroll intern. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, azzjonijiet ta’ sensibilizzazjoni, taħriġ u gwida, tisħiħ tar-responsabiltà tad-delegazzjonijiet, kooperazzjoni miżjuda mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u simplifikazzjoni tas-sistema ta’ kontroll.

ir-RER mhijiex “ammont massimu” iżda l-aħjar stima (jew l-istima l-aktar probabbli). Il-livell reali ta' żball jista' jkun aktar għoli;

Il-Kummissjoni taqbel li l-ammont fir-riskju msemmi fl-AAR 2012 ta' EuropeAid huwa x'aktarx l-aktar estimu probabbli, skont l-Istruzzjonijiet Permanenti għar-Rapporti Annwali tal-Attività għall-2012. Il-livell reali ta’ żbalji jista' jkun ogħla, iżda wkoll inqas.

ir-RER mhijiex stima tal-ammont “f’riskju” iżda stima tal-iżball li jibqa' mhux maqbud u mhux ikkoreġut fi tmiem iċ-ċiklu tal-ġestjoni u għalhekk hija definittiva (7);

Il-kunċett ta’ “ammont f’riskju” huwa applikat fl-AAR f’konformità sħiħa mal-istruzzjonijiet permanenti tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tal-AAR. Dawn l-istruzzjonijiet jiddefinixxu l-“ammont f'riskju” bħala l-impatt finanzjarju tal-iżbalji f’termini ta’ skopertura finanzjarja baġitarja reali matul is-sena kalendarja.

 

Il-Kummissjoni taqbel li r-riżultati tal-istudju RER mhumiex estimu tal-ammont f’riskju.

is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll mhumiex effettivi meta jonqsu milli jaqbdu u jikkoreġu żball materjali;

Il-biċċa l-kbira tal-iżbalji huma marbuta ma’ għadd limitat ta’ dgħufijiet, prinċipalment dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli. Id-disinn tas-sistema ta’ kontroll għalhekk jidher li huwa tajjeb u ma għandux għalfejn jiġi modifikat.

ir-RAA jiddeskrivi t-tipi prinċipali ta' żbalji li jokkorru fin-nefqa tal-EuropeAid iżda, bl-eċċezzjoni ta' dgħufijiet fil-proċess ta' rkupru, huwa ma janalizzax għala dawn okkorrew u liema aspetti tas-sistema ta' sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid fallew.

Fir-Rapport Annwali tal-Attività li jmiss EuropeAid se jwettaq l-analiżi mitluba fl-istruzzjonijiet permanenti. Il-Pjan ta’ Azzjoni msemmi hawn fuq jindirizza t-tipi kollha ta’ żbalji identifikati mis-sistema ta’ kontroll u mill-Qorti tal-Awdituri. Il-Pjan ta’ Azzjoni kien preċedut minn analiżi bir-reqqa tal-oriġini ta’ dawn l-iżbalji. Barra minn hekk, inkluda wkoll definizzjonijiet tal-modi li bihom żbalji- deskritti fil-Pjan ta’ Azzjoni — huma indirizzati. L-analiżi kkonkludiet li d-disinn tal-kontroll fih innifsu kien tajjeb u li l-iżbalji li seħħew kienu minħabba kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni.

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

lI-konklużjoni għall-2012

7.25.

Għal dan il-grupp tal-politika:

7.25.

(a)

l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet jindika li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli preżenti fil-popolazzjoni hija ta’ 3,3 % u;

(a)

Il-Kummissjoni tinnota li ż-żieda fl-estimu tal-iżball mill-Qorti hija marbuta mal-bidliet fl-approċċ tal-kampjuni tal-Qorti.

(b)

is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll eżaminati fil-EuropeAid kienu parzjalment effettivi; u

(b)

Il-Kummissjoni taqbel li, waqt li d-disinn tas-sistema ta’ kontroll ta' EuropeAid huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu konsistenti u tajjeb, għad irid isir progress dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll.

(c)

is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll eżaminati fid-DĠ ELARG kienu effettivi.

 

7.26.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-infiq aċċettat huwa milqut minn livell materjali ta’ żball.

 

Rakkomandazzjonijiet

7.27.

L- Anness 7.3 juri r-riżultat tal-analiżi tal-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapporti annwali preċedenti. Fir-rapporti annwali 2009 u 2010, il-Qorti ppreżentat 11-il rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni implimentat sebgħa minnhom bis-sħiħ, filwaqt li erbgħa kienu implimentati fil-parti l-kbira tal-aspetti.

 

7.28.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2012, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha:

7.28.

Rakkomandazzjoni 1: tiżgura l-approvazzjoni f'waqtha tal-infiq;

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u reċentement ittieħdet azzjoni bil-għan li jkun żgurat li l-approvazzjoni tan-nefqa ssir mingħajr dewmien.

Rakkomandazzjoni 2: tippromwovi ġestjoni aħjar tad-dokumenti mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, u mill-benefiċjarji;

Il-Kummissjoni taqbel bis-sħiħ ma' din ir-rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni 3: ittejjeb il-ġestjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti billi tistabbilixxi kriterji tal-għażla ċari u billi tiddokumenta l-proċess ta’ evalwazzjoni b’mod aħjar;

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni, u l-Pjan ta’ Azzjoni approvat f’Mejju 2013 jinkludi miżuri li jikkonċernaw ir-reviżjoni tat-taħriġ eżistenti dwar l-akkwisti u l-għotjiet sabiex jirrinforza aspetti finanzjarji u operazzjonali marbuta mal-proċeduri tal-akkwist.

Rakkomandazzjoni 4: tieħu passi effettivi sabiex ittejjeb il-kwalità tal-kontrolli fuq l-infiq imwettqa mill-awdituri esterni;

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni hija ppjanat li fl-2013 teżamina l-possibbiltajiet ta’ titjib fil-kwalità u l-effikaċja tal-awditjar u l-verifiki. Dan se jsir notevolment fir-rigward ta' awditjar u verifiki mwettqa minn ditti lokali ta’ awditjar użati mill-benefiċjarji.

Rakkomandazzjoni 5: tapplika metodoloġija konsistenti u robusta għall-kalkolu tar-rati tal-iżball residwu mid-direttorati ġenerali tar-relazzjonijiet esterni.

L-istruzzjonijiet permanenti għall-AAR fihom linji gwida armonizzati li jistgħu jintużaw fil-Kummissjoni kollha dwar ir-rappurtar fl-AAR għall-kalkolu ta’ rati ta’ żbalji (residwali), l-impatt finanzjarju ta’ dawn l-iżbalji bħala l-ammont fir-riskju, il-materjalità għal riżerva possibbli u l-impatt tagħhom fuq id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-AODs.


(1)  Għajnuna pprovduta permezz tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp hija rrappurtata separatament peress li mhijiex iffinanzjata mill-baġit ġenerali.

(2)  Pagamenti għall-appoġġ baġitarju li saru mill-baġit ġenerali fl-2012 ammontaw għal EUR 796 miljun.

(3)  Il-pagamenti li saru lill-organizzazzjonijiet internazzjonali mill-baġit ġenerali fl-2012 ammontaw għal EUR 1,4 biljun, li aktar minn nofshom kienu implimentati permezz ta' proġetti ta' multidonaturi.

(4)  Fil-Bangladexx, il-Bożnja-Ħerzegovina, il-Gwatemala, l-Indoneżja, il-Kosovo, il-Marokk, il-Palestina, it-Turkija, l-Ukraina, u ż-Żambja.

(5)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata ta’ żball minn kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima. Il-Qorti hija 95 % fiduċjuża li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni tinsab bejn 1,4 % u 5,2 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(6)  Ir-riżultati dettaljati tal-valutazzjoni tas-sistemi tal-EuropeAid, inkluż ir-rapport annwali tal-attività tal-EuropeAid, huma ppreżentati fir-rapport annwali tal-Qorti dwar it-8, id-9 u l-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp, il-paragrafi 31 sa 44.

(7)  Żbalji residwi huma dawk li evadew kull kontroll ta’ prevenzjoni, ta’ detezzjoni u ta’ korrezzjoni fil-qafas ta’ kontroll eżistenti. (A Manual for Measuring the Residual Error Rate for EuropeAid (Manwal għall-Kejl tar-Rata tal-Iżball Residwu għall-EuropeAid), Mejju 2013).

(8)  L-awditu tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-Kapitolu 9.

(9)  F'konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l-Kapitolu 1, il-paragrafi 1.6 u 1.7).

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS 7.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAR-RELAZZJONIJIET ESTERNI, L-GĦAJNUNA U T-TKABBIR

 

2012

2011

2010

2009

EuropeAid  (3)

FPI

ELARG

ECHO

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet:

109

7

34

24

174

120

90

97

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon tat-tranżazzjonijiet ittestjati misjuba li huma:

Ħielsa minn żball

65 %

(71)

100 %

(7)

97 %

(33)

96 %

(23)

77 %

(134)

59 %

62 %

80 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

35 %

(38)

0 %

3 %

(1)

4 %

(1)

23 %

(40)

41 %

38 %

20 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta' żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

24 %

(9)

0 %

100 %

(1)

0 %

25 %

(10)

55 %

47 %

74 %

Żbalji kwantifikabbli:

76 %

(29)

0 %

0 %

100 %

(1)

75 %

(30)

45 %

53 %

26 %

Eliġibbiltà

59 %

(17)

0 %

0 %

0 %

57 %

(17)

86 %

72 %

100 %

Okkorrenza

34 %

(10)

0 %

0 %

0 %

33 %

(10)

0 %

17 %

0 %

Preċiżjoni

7 %

(2)

0 %

0 %

100 %

(1)

10 %

(3)

14 %

11 %

0 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

3,3 %

 

 

 

Limitu superjuri tal-iżball

5,2 %

 

 

 

Limitu inferjuri tal-iżball

1,4 %

 

 

 


(1)  Biex jitjieb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta' riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  Ċifri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd reali tat-tranżazzjonijiet.

(3)  Inklużi erba' tranżazzjonijiet mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

ANNESS 7.2

RIŻULTATI TAL-EŻAMINAR TAS-SISTEMI GĦAR-RELAZZJONIJIET ESTERNI, L-GĦAJNUNA U T-TKABBIR

 

Kontrolli ex-ante

Monitoraġġ u sorveljanza

Awditu intern

Valutazzjoni kumplessiva

EuropeAid

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettiv

Parzjalment effettivi

DĠ Tkabbir

Effettivi

Effettivi

Effettiv

Effettivi

ANNESS 7.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAR-RELAZZJONIJIET ESTERNI, L-GĦAJNUNA U T-TKABBIR

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhix implimentata

Ma għadhiex applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-parti l-kbira tal-aspetti

F'xi aspetti

2010

Id-DĠ ELARG għandu jiddefinixxi f'aktar dettall il-kriterji għat-tneħħija tal-kontroll ex-ante u u s-sospensjoni tal-'konferiment ta' ġestjoni' lil pajjiżi deċentralizzati u jittestja l-prestazzjoni tas-sistemi użati mill-awtoritajiet nazzjonali

(Dan huwa s-segwitu/l-aġġornament tal-2010 ta' rakkomandazzjoni tal-2009)

X

 

 

 

 

 

 

Id-DĠ ELARG għandu jkompli jtejjeb il-kwalità tad-data mdaħħla fis-sistema ta' ġestjoni ta' informazzjoni tiegħu.

(Dan huwa s-segwitu/l-aġġornament għall-2010 ta' rakkomandazzjoni tal-2009)

X

 

 

 

 

 

 

Id-DĠ ELARG għandu jiżviluppa għodda biex jiffaċilita l-konsolidament tar-riżultati taż-żjarat tal-awditjar relatati ma’ kwistjonijiet ta’ legalità u regolarità.

(Dan huwa s-segwitu/l-aġġornament għall-2010 ta' rakkomandazzjoni tal-2009)

 

X

 

 

 

 

Id-DĠ ELARG iqis li l-modulu tal-awditjar CRIS huwa xieraq għall-ħtiġijiet ta' ġestjoni, u li l-informazzjoni mitluba mill-Qorti u meħtieġa għall-ġestjoni tista' ssir disponibbli permezz tal-għodda attwali tal-CRIS.

 

 

 

 

 

 

 

Id-DĠ ELARG, se ssaħħaħ il-mekkniżmi ta’ kontroll biex jiżgura li t-tipi kollha ta’ missjonijiet ta’ awditjar jiġu rreġistrati fil-CRIS u li d-dokumenti rilevanti ta’ spjegazzjoni relatati jittellgħu sabiex tkun provduta stampa kompluta tas-sitwazzjoni lill-ġestjoni u lill-Qorti.

Id-DĠ ELARG għandu jżid l-għadd ta' analiżijiet ex-post ta' tranżazzjonijiet għal ġestjoni ċentralizzata

X

 

 

 

 

 

 

2010

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija koerenti għall-kalkolu tar-rata' ta' żball residwu mid-direttorati ta' relazzjonijiet esterni li abbażi tagħha d-diretturi ġenerali jwasslu r-rappreżentazzjoni tal-ġestjoni tagħhom.

X

 

 

 

 

 

 

2009

Id-DĠ RELEX għandu jalloka biżżejjed riżorsi għall-analiżi u l-għeluq ta' kuntratti antiki tal-RRM u tal-PESK li d-dati ta' skadenza għall-implimentazzjoni tagħhom diġà skadew.

 

X

 

 

 

 

 

Id-DĠ RELEX għandu jikkonsolida l-metodoloġija ta' kontroll ex-post tiegħu u jindirizza mingħajr dewmien ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-awditur intern f'dan ir-rigward;

X

 

 

 

 

 

 

Id-DĠ ELARG għandu jkompli jalloka biżżejjed riżorsi għall-analiżi tad-dikjarazzjonijiet finali pendenti ppreżentati taħt Phare u l-Faċilità ta' Tranżizzjoni fl-Istati Membri l-ġodda.

X

 

 

 

 

 

 

Id-DĠ ECHO għandu jiddefinixxi u jintroduċi mekkaniżmu għall-ġbir u l-analiżi tad-data dwar l-użu ta' 'Ċentri ta' Akkwist Umanitarju' mill-imsieħba tiegħu.

 

X

 

 

 

 

Id-DĠ ECHO vvaluta u ittestja għażliet differenti biex tinġabar id-dejta b'mod effettiv. Is-soluzzjoni magħżula se tkun implimentata bi sħiħ fl-2014 bl-introduzzjoni tal-“formola elettronika waħdanija” ġdida bħala parti mis-sħubija qafas il-ġdida mas-sħab tad-DĠ ECHO. Is-sħab se jkunu meħtieġa jipprovdu dejta dwar l-użu ta’ Ċentri ta’ Akkwist Umanitarji permezz tal-għodda tal-“formola elettronika waħdanija”. L-eżitu minn din il-miżura se jippermetti l-monitoraġġ tal-użu tal-HPCs b’mod aktar regolari u effettiv.


KAPITOLU 8

Riċerka u politiki interni oħra

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Objettivi tal-politika

Strumenti tal-politika

Riskji għar-regolarità

Ambitu u approċċ tal-awditjar

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Effettività tas-sistemi

Programmi Qafas għar-Riċerka

Kontrolli ex ante fl-uffiċċju

Ċertifikazzjoni tal-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż

L-awditi finanzjarji ex post tal-Kummissjoni

Programm ta' Tagħlim matul il-Ħajja

Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

Il-konklużjoni għall-2012

Rakkomandazzjonijiet

Riżultati tal-awditu tal-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni

Anness 8.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għar-riċerka u politiki interni oħra

Anness 8.2 —

Riżultati tal-eżaminar tas-sistemi għar-riċerka u politiki interni oħra

Anness 8.3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għar-riċerka u politiki interni oħra

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

8.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tar-riċerka u politiki interni oħra, li jinkludi l-oqsma ta’ politika “Riċerka”, “Edukazzjoni u kultura”, “Soċjetà tal-informazzjoni u l-media”, “Intrapriża”, “Affarijiet interni”, “Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji”, “Riċerka diretta”, “Komunikazzjoni”, “Ġustizzja”, “Kummerċ”, “Suq intern”, “Kompetizzjoni”. Dan il-kapitolu jippreżenta wkoll l-awditu rikorrenti tal-Qorti tal-Fond ta' Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni (1). Informazzjoni ewlenija dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq fl-2012 tingħata fit- Tabella 8.1 .

 

Tabella 8.1 —   Riċerka u politiki interni oħra — informazzjoni ewlenija 2012

(EUR miljun)

Qasam ta’ politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod ta’ ġestjoni

Riċerka

FP7

4 230

Ċentralizzata u diretta

Tlestija tal-programmi ta' qafas preċedenti (FPs)

376

Ċentralizzata u diretta

Nefqa amministrattiva

348

Ċentralizzata u diretta

FP7 — Euratom

353

Ċentralizzata u indiretta

 

5 307

 

Edukazzjoni u kultura

Tagħlim matul il-ħajja, inkluż il-multilingwiżmu

1 529

Ċentralizzata u indiretta

Nies — programm għall-mobbiltà tar-riċerkaturi

751

Ċentralizzata u indiretta

Inkoraġġiment u promozzjoni għall-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ u l-isports

177

Ċentralizzata u indiretta

Żvilupp tal-kooperazzjoni kulturali fl-Ewropa

173

Ċentralizzata u indiretta

Nefqa amministrattiva

131

Ċentralizzata u diretta

 

2 761

 

Soċjetà tal-informazzjoni u l-media

FP7

1 217

Ċentralizzata u diretta

Oħrajn

155

Ċentralizzata u diretta

Nefqa amministrattiva

129

Ċentralizzata u diretta

 

1 501

 

Intrapriża

FP7 — Kooperazzjoni — spazju u sigurtà

572

Ċentralizzata u diretta

Programmi Ewropej tan-navigazzjoni satellitari (EGNOS u Galileo)

416

Ċentralizzata u diretta

Nefqa amministrattiva

126

Ċentralizzata u diretta

Kompetittività, politika industrijali, innovazzjoni u intraprenditorija

126

Ċentralizzata u diretta/ċentralizzata u indiretta permezz tal-EACI

Suq intern għall-prodotti, u politiki settorjali

31

Ċentralizzata u diretta

 

1 271

 

Affarijiet Interni

Solidarjetà — Fruntieri esterni, politika dwar il-viża u moviment liberu tal-persuni

453

Kondiviża /Ċentralizzata u diretta

Sigurtà u salvagwardjar tal-libertajiet

167

Ċentralizzata u diretta

Flussi migratorji — Oqsma ta' politika komuni dwar l-immigrazzjoni u l-kenn politiku

170

Kondiviża /Ċentralizzata u diretta

Nefqa amministrattiva

42

Ċentralizzata u diretta

Strateġija ta’ politika u koordinament

3

Ċentralizzata u diretta

 

835

 

Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji

Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji

370

Ċentralizzata u diretta/Ġestjoni konġunta mal-FEI/ċentralizzata u indiretta permezz tal-FEI

Nefqa amministrattiva

71

Ċentralizzata u diretta

Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali

30

Ċentralizzata u diretta

Unjoni ekonomika u monetarja

13

Ċentralizzata u diretta

 

484

 

Riċerka diretta

Persunal, kost operazzjonali u investimenti

371

Ċentralizzata u diretta

FP7

42

Ċentralizzata u diretta

Responsabbiltà storika li tirriżulta minn attivitajiet nukleari

28

Ċentralizzata u diretta

Tlestija tal-programmi preċedenti qafas (FPs)

25

Ċentralizzata u diretta

 

466

 

Komunikazzjoni

Nefqa amministrattiva

128

Ċentralizzata u diretta

Komunikazzjoni u l-mezzi tax-xandir

39

Ċentralizzata u diretta

Komunikazzjoni Niffukaw fuq il-Lokal

33

Ċentralizzata u diretta

Trawwim ta’ Ċittadinanza Ewropea

32

Ċentralizzata u diretta

Analiżi u għodod ta’ komunikazzjoni

24

Ċentralizzata u diretta

 

256

 

Ġustizzja

Ġustizzja fil-qasam ċivili u kriminali

68

Ċentralizzata u diretta

Drittijiet fundamentali u ċittadinanza

47

Ċentralizzata u diretta

Nefqa amministrattiva

35

Ċentralizzata u diretta

Ugwaljanza

34

Ċentralizzata u diretta

Prevenzjoni tad-drogi u informazzjoni dwarha

3

Ċentralizzata u diretta

Strateġija ta’ politika u koordinament

3

Ċentralizzata u diretta

 

190

 

Kummerċ

Nefqa amministrattiva

94

Ċentralizzata u diretta

Politika tal-kummerċ

11

Ċentralizzata u diretta / ġestjoni konġunta mal-IO

 

105

 

Suq intern

Nefqa amministrattiva

60

Ċentralizzata u diretta

Strateġija ta' politika u koordinament għad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern

39

Ċentralizzata u diretta

 

99

 

Kompetizzjoni

Nefqa amministrattiva

92

Ċentralizzata u diretta

Kartels, anti-trust u liberalizzazzjoni

Ċentralizzata u diretta

 

92

 

Total tal-pagamenti għas-sena

13 367

 

total tan-nefqa amministrattiva  (11)

1 627

 

Total tan-nefqa operazzjonali

11 740

 

pagamenti bil-quddiem  (12)

7 712

 

+ approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem  (12)

6 639

 

Popolazzjoni awditjata, total

10 667

 

Total tal-impenji għas-sena

16 365

 

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Objettivi tal-politika

8.2.

L-infiq ikopri firxa wiesgħa ta' objettivi tal-politika, bħall-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-iżvilupp tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, it-tlestija tas-suq intern, u l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

 

Strumenti tal-politika

8.3.

L-istrumenti prinċipali ta' finanzjament f'dan il-grupp tal-politika huma l-Programmi Qafas għar-Riċerka (FPs) li jammontaw għal EUR 7 957 miljun jew 68 % tan-nefqa operazzjonali u l-Programm ta' Tagħlim matul il-Ħajja (PTĦ) li jammonta għal EUR 1 529 miljun jew 13 % tan-nefqa operazzjonali.

 

8.4.

L-FPs huma implimentati taħt ġestjoni ċentralizzata u diretta u ġestjoni ċentralizzata u indiretta bl-involviment ta’ seba' direttorati ġenerali tal-Kummissjoni u żewġ aġenziji eżekuttivi (2). Parti mill-baġit huwa implimentat ukoll taħt ġestjoni ċentralizzata u indiretta minn korpi bħall-impriżi konġunti tal-UE għar-riċerka (3), il-Bank Ewropew tal-Investiment u organizzazzjoniet internazzjonali tas-settur pubbliku (4).

 

8.5.

Il-parti l-kbira tal-fondi jintnefqu fuq għotjiet lil benefiċjarji li jkunu qed iwettqu proġetti ta' riċerka fl-Istati Membri u f'pajjiżi assoċjati u aderenti u pajjiżi sħab li jikkooperaw internazzjonalment. Il-benefiċjarji normalment jaħdmu bħala konsorzju ta' sħab abbażi ta' ftehim ta' għotja mal-Kummissjoni. Sieħeb wieħed tal-proġett jikkoordina l-proġett, filwaqt li jirċievi l-finanzjament mill-Kummissjoni u jiddistribwixxi l-ammonti dovuti lis-sħab l-oħra.

 

8.6.

Il-Kummissjoni introduċiet miżuri ta' simplifikazzjoni fl-2011, bħall-aċċettazzjoni usa' ta' metodoloġiji tal-benefiċjarji biex jikkalkulaw l-ispejjeż medji tal-persunal. Filwaqt li tali miżuri kkontribwixxew għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji, ir-regoli ta' bażi għall-eliġibbiltà għall-FPs attwali għadhom kumplessi. Il-Kummissjoni pproponiet miżuri ta' simplifikazzjoni aktar fit-tul għall-FP li jmiss (“Orizzont 2020”).

 

8.7.

Il-PTĦ għandu l-għan li jippermetti lin-nies jieħdu sehem f'esperjenzi ta' tagħlim, u li jiżviluppa s-settur tal-edukazzjoni u tat-taħriġ madwar l-Ewropa. Il-PTĦ għandu erba' subprogrammi prinċipali: Erasmus għall-edukazzjoni għolja, Leonardo da Vinci għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, Gruntvig għall-edukazzjoni tal-adulti u Comenius għall-iskejjel.

 

8.8.

Madwar 85 % tal-infiq tal-PTĦ huwa implimentat permezz ta' ġestjoni ċentralizzata u indiretta minn 40 aġenzija nazzjonali (NAs) li jikkonkludu l-ftehimiet ta' għotjiet mal-Kummissjoni. L-NAs huma deżinjati u sorveljati mill-awtoritajiet nazzjonali (NAUs), normalment ministeri tal-edukazzjoni. L-NAs huma responsabbli għall-evalwazzjoni, l-għażla u l-ġestjoni ta' proġetti, inklużi l-pagamenti tal-għotjiet numerużi iżda relattivament żgħar lill-organizzazzjonijiet parteċipanti.

 

Riskji għar-regolarità

8.9.

Ir-riskju prinċipali tal-irregolarità huwa li l-benefiċjarji jinkludu spejjeż ineliġibbli jew mhux sustanzjati fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tagħhom, li ma jinqabdux u lanqas ma jiġu kkoreġuti mis-sistemi ta' sorveljanza u kontroll. Ir-riskju huwa aggravat mill-kumplessità tar-regoli għall-kalkulazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli u mir-rekwiżit li l-benefiċjarji jallokaw spejjeż tal-persunal u spejjeż indiretti għall-proġetti, filwaqt li jnaqqsu diversi partiti meqjusa ineliġibbli għall-kofinanzjament mill-UE.

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

8.10.

L- Anness 1.1, il- parti 2 , tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija kumplessivi tal-awditjar tal-Qorti. Għall-awditu tar-riċerka u politiki interni oħra, għandhom jiġu nnutati l-punti speċifiċi li ġejjin:

(a)

l-awditu kien jinvolvi l-eżaminar ta' kampjun ta' 150 tranżazzjoni kif definit fl- Anness 1.1 , il-paragrafu 6. Il-kampjun huwa mfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa tat-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp tal-politika. Mill-150 tranżazzjoni, 90 relatati ma' pagamenti interim jew finali u ma' approvazzjonijiet tal-FPs għar-riċerka u 60 ma' pagamenti u approvazzjonijiet ta' politiki interni. Għal 30 pagament interim lill-proġetti ta' riċerka (25 mit-tranżazzjonijiet kampjunati tal-FP7 kif ukoll kampjun supplimentari ta' 5 proġetti oħra tal-FP7), dan l-eżaminar kopra wkoll l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposti għal proġetti;

(b)

il-valutazzjoni tas-sistemi eżaminat:

(i)

l-FPs għar-riċerka u l-PTĦ;

(ii)

ir-rapporti annwali tal-attività 2012 (RAA) tad-DĠ RTD, DĠ EAC, DĠ ECFIN (5) u REA.

8.11.

L-awditu tal-Fond ta’ Garanzija ffoka fuq il-konformità mal-ftehim bejn il-Kummissjoni u l-BEI għall-ġestjoni tal-assi tal-Fond kif ukoll il-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni. Ix-xogħol imwettaq minn kumpanija privata ta’ awdituri ġie analizzat ukoll.

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

8.12.

L- Anness 8.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-150 tranżazzjoni awditjati mill-Qorti 73 (49 %) kienu milquta minn żball. Abbażi tal-iżbalji li hija kienet ikkwantifikat, il-Qorti tistma li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija ta' 3,9 % (6).

8.12.

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għal paragrafu 1.11, fejn tispjega l-implikazzjonijiet ta’ qafas pluriennali għall-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali. Bħala riżultat, bit-tħaddim tas-sistema interna tagħha ta’ kontroll għall-qasam tal-politika kopert minn dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni kisbet lura EUR 120 miljun fl-2012.

8.13.

Ir-rata ta' żball stmata għal dan il-grupp tal-politika hija ogħla minn dik stmata għall-2011. Din id-differenza għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-iżvilupp tal-approċċ tal-kampjunar tal-Qorti (ara l-paragrafi 1.6, 1.7 u 1.15).

8.13.

Il-Kummissjoni bi pjaċir tinnota li ż-żieda fl-istima tar-rata tal-iżbalji mhijiex ġejja minħabba deterjorament fis-sistema ta’ kontroll, iżda minħabba żvilupp fl-approċċ tal-ikkampjunar.

8.14.

Fi snin preċedenti, il-kampjun tal-Qorti ta' tranżazzjonijiet għal dan il-grupp tal-politika inkluda pagamenti bil-quddiem imħallsa lil benefiċjarji. Għall-2012, madankollu, il-kampjun tal-Qorti jinkludi biss pagamenti interim, pagamenti finali u l-approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem (7). Dawn kollha jinvolvu deċiżjoni mill-Kummissjoni li l-attivitajiet twettqu jew li l-infiq iġġarrab u li l-pagament mill-baġit tal-UE huwa ġġustifikat; u jippermettu lill-Qorti tifforma stampa aktar realistika ta' jekk it-tranżazzjonijiet kinux regolari.

 

8.15.

L-approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem — element ġdid fil-kampjun għall-2012 li jirrappreżenta 62 % skont il-valur tal-popolazzjoni awditjata — ikkontribwixxew 2,1 punti perċentwali mir-rata kumplessiva ta' żball stmata għall-valutazzjoni speċifika. Fi snin preċedenti, l-Qorti eżaminat pagamenti bil-quddiem għal dan il-grupp tal-politika fil-punt fejn ġew imħallsa, jiġifieri meta ġie ffirmat il-ftehim ta' għotja jew mal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' finanzjament, qabel ir-riċevituri finali tal-fondi jwettqu attivitajiet jew iġarrbu spejjeż (ara wkoll l- Anness 1.1 , il-paragrafu 6). Żbalji kwantifikabbli huma identifikati aktar frekwentement meta l-pagamenti bil-quddiem jiġu approvati milli meta jitħallsu.

 

8.16.

B’kollox, il-Qorti sabet li 73 (49 %) minn 150 tranżazzjoni ttestjati kienu milquta minn żbalji. Is-sorsi prinċipali ta' żball jibqgħu l-inklużjoni ta' spejjeż ineliġibbli fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti tal-FPs għar-riċerka u l-użu ta' metodoloġiji skorretti mill-benefiċjarji tal-FPs għall-kalkolu ta' spejjeż tal-persunal u spejjeż indiretti (ara l-kaxxa 8.1). Raġunijiet oħra għall-iżbalji jinkludu n-nuqqas ta' dokumentazzjoni ta' sostenn għall-ispejjeż iddikjarati, żbalji fir-reġistrazzjoni tal-ħinijiet u nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar is-sottokuntrattar.

8.16.

Il-Kummissjoni taqbel mal-analiżi tal-Qorti fejn jidħlu s-sorsi prinċipali tal-iżbalji. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni pproponiet regoli aktar issimplifikati (pereż. rata fissa obbligatorja għall-kostijiet indiretti) skont Orizzont 2020, sabiex titnaqqas il-kumplessità għall-parteċipanti u, konsegwentement biex titnaqqas ir-rata tal-iżbalji.

8.17.

It-tip u l-frekwenza tal-iżbalji fid-dikjarazzjoni ta' nfiq mill-benefiċjarji għar-riċerka huma kkorroborati mill-awditi ex post tal-Qorti stess, fejn il-parti l-kbira tal-iżbalji jinqabdu fil-kategoriji tal-ispejjeż tal-persunal u tal-ispejjeż indiretti.

 

Kaxxa 8.1 —   Żbalji fl-ispejjeż iddikjarati għal proġett tal-FP7

Benefiċjarju involut fi proġett tal-FP7 iddikjara spejjeż ta' EUR 1,7 miljun fid-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tiegħu, li wassal għal rimborż mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni mill-UE ta' madwar EUR 1,2 miljun. Il-Qorti qabdet bosta żbalji fl-ispejjeż iddikjarati, inklużi:

spejjeż tal-persunal ikkalkulati b’mod skorrett, ibbażati fuq ċifri bbaġitjati aktar milli reali;

spejjeż tal-ivvjaġġar mhux sustanzjati u l-inklużjoni ta’ taxxi diretti ineliġibbli (VAT) fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar iddikjarati;

dikjarazzjoni ta’ ammont ta’ spejjeż indiretti bbażata fuq ir-rati ta’ spejjeż tal-operat fis-siegħa kkalkulati b’mod skorrett u li tinkludi kategoriji ta’ spejjeż ineliġibbli li mhumiex konnessi mal-proġett.

L-ispejjeż ineliġibbli ddikjarati mill-benefiċjarju ammontaw għal madwar EUR 60 000. Billi r-rata ta' kofinanzjament tal-UE għal dan il-proġett hija ta' 70 %, il-Kummissjoni rrimborżat aktar minn EUR 42 000 li ma kellhomx jitħallsu.

Kaxxa 8.1 —    Żbalji fil-kostijiet iddikjarati għal proġett tal-FP7

Il-kostijiet indiretti huma sors regolari ta’ żball, li hija r-raġuni għaliex għal Orizzont 2020, il-Kummissjoni pproponiet li jkun hemm rata fissa unika sabiex jiġu evitati dawn l-iżbalji għal dan it-tip ta’ kost.

8.18.

Il-Kummissjoni naqqset b'mod sinifikanti ż-żmien meħtieġ biex isiru pagamenti tal-għotjiet għar-riċerka. Madankollu, il-Qorti sabet bosta każijiet fl-2012 fejn il-koordinaturi tal-proġetti ġarrbu dewmien twil fit-trasferiment tal-fondi lil sħab oħra tal-proġetti. Tali dewmien jista' jkollu konsegwenzi finanzjarji serji, speċjalment fuq intrapriżi żgħar u medji (SMEs) jew fuq benefiċjarji oħra li jiddependu ħafna fuq finanzjament mill-UE.

8.18.

It-tqassim tal-fondi huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-konsorzju konkluż mill-benefiċjarji, li l-Kummissjoni ma tagħmilx parti minnu. Madankollu, il-Kummissjoni regolarment tfakkar lill-koordinaturi dwar dan l-obbligu.

8.19.

L-ittestjar mill-Qorti tal-evalwazzjoni mill-Kummissjoni ta' 30 proġett tal-FP7 sab li, fil-każijiet kollha awditjati, il-Kummissjoni kienet wettqet valutazzjoni xierqa tal-proposti qabel ġew iffirmati l-ftehimiet tal-għotjiet.

 

8.20.

Tnejn mill-akbar żbalji kwantifikabbli fi ħdan politiki interni oħra nstabu fil-proġetti tal-ICT-PSP (8) fi ħdan il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) (ara l-kaxxa 8.2). Fir-rapport annwali 2011 tagħha, il-Qorti rrappurtat ukoll żbalji kbar fit-tranżazzjonijiet tal-ICT-PSP u identifikat dgħufijiet fis-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tas-CIP (9).

8.20.

L-istrateġija ta’ awditjar speċifiku għal proġetti mhux ta’ riċerka ġiet implimentata matul l-2012–2013, u kellha fil-mira l-awditjar ta' 215-il proġett mhux ta’ riċerka (l-ICT, il-PSP inklużi) sal-2017. Dawn l-awditi kollha se jiffukaw fuq benefiċjarji li għandhom profil ta’ riskju għoli.

Barra minn hekk, ta' min jinnota li l-Kummissjoni introduċiet strateġija ta’ awditjar unika marbuta speċifikament ma' proġetti ffinanzjati mhux ta' riċerka (inklużi l-ICT, il-PSP). Fl-2012, tnedew 27 awditu ex post bħal dawn u 15 oħra fl-2013. Aktar awditi dwar proġetti mhux ta’ riċerka se jitniedu fit-tieni nofs tal-2013.

Kaxxa 8.2 —   Żbalji fl-ispejjeż iddikjarati għal proġett tal-ICT-PSP

Benefiċjarju involut fi proġett tal-ICT-PSP iddikjara aktar minn EUR 1 miljun fid-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tiegħu, li wassal għal rimborż mill-Kummissjoni tal-kontrubuzzjoni mill-UE ta' madwar EUR 500 000. Il-Qorti qabdet bosta żbalji fl-ispejjeż iddikjarati, inklużi:

spejjeż ikklejmjati għal konsulenti interni, iżda b'ebda evidenza tax-xogħol realment imwettaq għall-proġett;

spejjeż ineliġibbli bħal taxxa rekuperabbli fuq il-valur miżjud u nfiq mhux relatat mal-proġett;

spejjeż sottokuntrattati ineliġibbli u dgħufijiet fil-proċeduri relatati għall-għoti ta' kuntratti;

spejjeż indiretti ineliġibbli, billi dawn l-ispejjeż ġew iddikjarati bħala rata fissa abbażi ta' spejjeż tal-persunal.

L-ispejjeż ineliġibbli ddikjarati mill-benefiċjarju ammontaw għal madwar EUR 940 000. Billi r-rata ta' kofinanzjament tal-UE għal dan il-proġett hija ta' 50 %, il-Kummissjoni rrimborżat madwar EUR 470 000 li ma kellhomx jitħallsu.

Kaxxa 8.2 —    Żbalji fil-kostijiet iddikjarati għal proġett tal-ICT-PSP

Il-Kummissjoni se tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirkupra l-ammonti li ma kellhomx jitħallsu, sakemm jitlestew il-proċeduri kontradittorji mal-benefiċjarji awditjati.

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

8.21.

L- Anness 8.2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżaminar tal-Qorti tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll. Għall-FPs għar-riċerka, il-Qorti sabet li s-sistemi kienu parzjalment effettivi fl-iżgurar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Għall-PTĦ, il-Qorti sabet li s-sistemi kienu effettivi fl-iżgurar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

 

8.22.

Ir-RAA analizzati mill-Qorti jipprovdu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u l-informazzjoni pprovduta tikkorrobora fil-parti l-kbira s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-Qorti. Ir-RAA tad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni huwa eżempju ta' prattika tajba, u jipprovdi analiżi ċara u komprensiva tal-fatturi li jaffettwaw ir-regolarità tal-infiq.

 

Programmi Qafas għar-Riċerka

Kontrolli ex ante fl-uffiċċju

8.23.

Il-Kummissjoni tagħmel kontrolli ex ante fl-uffiċċju qabel tawtorizza pagament jew approvazzjoni. Uffiċjali Xjentifiċi/tal-Proġett jivverifikaw li x-xogħol imwettaq mill-benefiċjarju huwa konformi mal-ftehim ta' għotja billi jevalwaw ir-rapporti u r-riżultati tal-proġetti. Uffiċjali finanzjarji jwettqu kontrolli kontabilistiċi u aritmetiċi biex jiżguraw li r-rapporti finanzjarji u ċ-ċertifikati tal-awditjar ġew ippreżentati skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta' għotja. Kontrolli ex ante“fil-fond” addizzjonali fl-uffiċċju jistgħu jitwettqu, ibbażati fuq informazzjoni supplimentari pprovduta mill-benefiċjarju, bħal fatturi jew karti tas-salarju.

 

8.24.

Id-90 tranżazzjoni tar-riċerka awditjati żvelaw każijiet fejn il-kontrolli ma qabdux żbalji li kienu fl-informazzjoni ppreżentata mill-benefiċjarju. Pereżempju, il-Kummissjoni aċċettat għar-rimborż spejjeż ta' sottokuntrattar li ma kinux ġew inklużi fil-ftehim ta' għotja. F'każ ieħor, il-kontrolli ma qabdux il-klassifikazzjoni skorretta ta' spejjeż fid-dikjarazzjoni tal-ispejjeż, li wassal għal rata skorretta ta' rimborż. Din il-proċedura ta' kontroll hija parzjalment effettiva.

8.24.

Il-Kummissjoni tqis li l-kontrolli ex ante tagħha jiġu implimentati b’mod li tiġi pprovduta l-flessibilità xierqa sabiex jiġi żgurat eżitu xjentifiku tajjeb u sabiex jiġi pprovdut bilanċ tajjeb bejn il-fiduċja u l-kontroll. Il-Kummissjoni ħadet l-impenn li tevita l-applikazzjoni wisq formalistika tar-regoli li jkunu ta’ ħsara serja għall-ksib ta’ riżultati xjentifiċi tajbin u li jżidu burokrazija eċċessiva mal-Programm Qafas.

Madankollu, il-Kummissjoni qed tkompli tagħmel rieżami tal-kontrolli ex ante tagħha. Sfida kontinwa huwa t-titjib tal-kontrolli ex ante mingħajr ma jinħolqu piżijiet amministrattivi addizzjonali fuq il-benefiċjarji, u filwaqt li jiġi żgurat li l-pagamenti tar-riċerkaturi jitħallsu fil-pront.

Ċertifikazzjoni tal-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż

8.25.

Ftehimiet ta' għotjiet għar-riċerka jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-benefiċjarji għandhom jinkludu ċertifikat maħruġ minn awditur indipendenti. Il-benefiċjarji tal-FP7 huma meħtieġa jipprovdu ċertifikat tal-awditjar jekk il-kontribuzzjoni mill-UE teċċedi EUR 375 000. L-awditur indipendenti għandu jiċċertifika li l-ispejjeż iddikjarati huma konformi mal-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fil-ftehim ta' għotja.

 

8.26.

Għal dawk id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż awditjati mill-Qorti li għalihom kien ġie pprovdut ċertifikat (29 mid- 90 tranżazzjoni kampjunati), il-Qorti qabblet ir-riżultati tal-awditu tagħha stess mal-konklużjoni tal-awditur indipendenti. F'disa' każijiet fejn l-awditur indipendenti kien iċċertifika d-dikjarazzjoni tal-ispejjeż, il-Qorti sabet livell sinifikanti ta' żball fl-ispejjeż iddikjarati.

 

8.27.

Filwaqt li ċ-ċertifikazzjoni ta' dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tgħin biex jitnaqqas il-livell ta' żball għall-FPs fit-totalità tagħhom, il-Qorti qed tkompli ssib livell sinifikanti ta' żball fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż iċċertifikati mill-awditur indipendenti. Din il-proċedura ta' kontroll hija parzjalment effettiva.

8.27.

Il-Kummissjoni hija konxja li s-CFS ma jevitawx l-iżbalji kompletament, iżda madankollu jnaqqsu l-livelli tal-iżbalji sostanzjalment. Għalhekk dawn huma kontributur importanti għal-livell ġenerali ta’ assigurazzjoni tal-Kummissjoni.

L-awditi finanzjarji ex post tal-Kummissjoni

8.28.

Il-programm tal-Kummissjoni ta' awditi ex post tal-benefiċjarji huwa element ewlieni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll għall-FPs għar-riċerka. L-awditi ex post huma mwettqa mill-persunal tal-awditjar tal-Kummissjoni, u minn kumpaniji esterni tal-awditjar f'isem il-Kummissjoni. Ir-riżultati jipprovdu input essenzjali għad-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni annwali tad-Diretturi Ġenerali fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet, u jiffurmaw il-bażi għall-irkupru, matul is-snin tal-FP li fadal, ta' kwalunkwe fond tal-UE li ma kellux jitħallas.

 

8.29.

Il-Qorti analizzat l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija komuni tal-awditjar ex post tad-DĠ għar-riċerka għall-FP6 u l-FP7. B'mod partikolari, il-Qorti vvalutat il-progress fl-ilħuq tal-miri għall-għedud ta' awditi kkompletati.

 

8.30.

Għall-FP6, kien hemm 75 awditu għadhom għaddejjin fi tmiem l-2012, għalkemm inizjalment kien ippjanat li l-awditi ex post tal-FP6 jiġu konklużi sa tmiem l-2010. Madankollu, il-programm ta' awditi tal-FP6 ġie estiż, sabiex tiżdied il-probabbiltà li jinqabdu żbalji u sabiex titnaqqas ir-rata tal-iżball residwu.

 

8.31.

Għall-FP7, il-mira stabbilita fl-istrateġija komuni tal-awditjar ex post għall-għadd totali ta' awditi magħluqa sa tmiem l-2012 fil-parti l-kbira ntlaħqet mill-Kummissjoni. Madankollu, għar-REA u għall-ERCEA, l-għadd ta' awditi magħluqa ma laħaqx il-miri individwali tagħhom.

8.31.

Il-kampanji ta’ awditjar tal-AER u tal-ERCEA bdew ftit aktar tard milli kien previst fl-istrateġija tal-awditjar. Dan ifisser li l-miri individwali tagħhom għall-awditi tal-għeluq ma ntleħqux fi tmiem l-2012. Madankollu, l-għadd ta’ awditi mnedija laħaq il-miri, u l-REA u l-ERCEA huma kunfidenti li l-miri għall-awditi tal-għeluq se jintleħqu sa tmiem il-Programm Qafas.

8.32.

L-awditi jistgħu jwasslu għall-ħtieġa li jsiru aġġustamenti għad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-benefiċjarji, normalment billi l-Kummissjoni tikkumpensa għall-ammonti ineliġibbli fil-pagament ta' wara għall-proġett. Fi tmiem l-2012, 92 % tal-aġġustamenti tal-FP6 u 60 % tal-aġġustamenti tal-FP7 kienu ġew implimentati. Meta wieħed iqis li l-maġġoranza tal-aġġustamenti pendenti huma konnessi ma' awditi magħluqa fl-2012, dawn ir-rati huma sodisfaċenti.

 

8.33.

F'każijiet fejn żbalji sistematiċi huma identifikati, il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet estrapolati. Fi tmiem l-2012, 78 % tal-każijiet ta' korrezzjonijiet estrapolati tal-FP6 u 37 % ta' dawk tal-FP7 ġew implimentati. Il-parti l-kbira tal-każijiet tal-FP7 infetħu fl-2012, u b'hekk il-korrezzjoni tista' ssir biss fl-2013 jew aktar tard. Għall-FP6, 1 506 każijiet ta' korrezzjonijiet estrapolati minn total ta' 7 101 każ għadhom iridu jiġu implimentati. Minn dawn, 1 336 huma relatati ma' awditi magħluqa fl-2011 jew qabel.

 

8.34.

Frekwentement, id-dati ta' skadenza imposti fuq kumpaniji esterni tal-awditjar għall-ikkompletar tal-awditi ma jiġux rispettati. L-awditi mwettqa mill-persunal tal-awditjar tal-Kummissjoni huma wkoll suġġetti għal dewmien sinifikanti fl-ikkompletar. Filwaqt li tali dewmien ħafna drabi huwa riżultat ta' fatturi lil hinn mill-kontroll tal-Kummissjoni, monitoraġġ aktar mill-qrib jista' jgħin biex jitnaqqas dan id-dewmien.

8.34.

Il-Kummissjoni stabbilixxiet miżuri addizzjonali sabiex jitnaqqas id-dewmien fit-tlestija tal-awditi.

Madankollu, il-benefiċjarji regolarment jibagħtu informazzjoni addizzjonali wara żjara ta’ awditu, jew inkella jkunu jeħtieġu aktar żmien sabiex iwettqu l-proċedura kontradittorja, u dan iwassal għal dewmien fit-tlestija tal-awditi. Barra minn hekk xi awditi jistgħu jeħtieġu konsultazzjoni intensiva sabiex jiġi żgurat li jittieħdu pożizzjonijiet konsistenti fil-każijiet kollha, jew inkella jistgħu jiddependu fuq parir legali.

Il-Kummissjoni ddeċidiet li taċċetta dokumenti u argumenti oħra mingħand il-benefiċjarji, anki jekk jaslu tard. Din id-Deċiżjoni, li tista' taffettwa jekk l-awditi jitlestewx fil-ħin jew le, hija sabiex jiġu żgurati d-drittijiet adattati ta’ difiża tal-benefiċjarji, u sabiex l-aħjar appoġġ possibbli għax-xjenza jkun prijorità.

8.35.

L-istrateġija tal-awditjar ex post tal-Kummissjoni għall-FPs għar-riċerka hija mfassla biex tipprovdi aċċertament fuq bażi pluriennali u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-rata tal-iżball residwu għall-FPs. L-istrateġija fis-sens strett tal-kelma hija element b'saħħtu tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni. Madankollu, minħabba n-natura pluriennali tagħha, l-istrateġija ma twassalx għal tnaqqis fir-rata ta' żball fi ħdan is-sena finanzjarja.

 

Programm ta' Tagħlim matul il-Ħajja

8.36.

Il-Qorti awditjat il-proċeduri tal-Kummissjoni għall-għeluq tal-ftehimiet tal-PTĦ mal-NAs, abbażi ta' kampjun ta' 10 istanzi ta' għeluq. L-awditu ffoka fuq jekk il-Kummissjoni kellhiex bażi soda għall-għeluq u kopra l-ambitu tal-kontrolli mwettqa (inklużi l-aspetti finanzjarji u mhux finanzjarji), is-separazzjoni ta' dmirijiet, il-kalkolu tal-ammont finali eliġibbli u l-approvazzjonijiet ta' prefinanzjament irreġistrati fis-sistema kontabilistika tal-Kummissjoni.

 

8.37.

Il-Qorti tqis li, fil-każijiet kollha awditjati, il-Kummissjoni kienet wettqet valutazzjoni u kontrolli xierqa tal-fajls rilevanti, u kellha bażi soda għall-għeluq tal-ftehimiet. Il-kampjun tal-Qorti għall-ittestjar tat-tranżazzjonijiet inkluda tliet proġetti taħt ftehimiet tal-PTĦ magħluqa fl-2012. Il-Qorti ma sabet ebda żball sinifikanti f'dawn it-tranżazzjonijiet.

 

8.38.

Il-proċeduri ta' kontroll fi ħdan id-DĠ Edukazzjoni u Kultura relatati mal-għeluq ta' ftehimiet tal-PTĦ mal-NAs jitqiesu bħala effettivi.

 

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-konklużjoni għall-2012

8.39.

Għal dan il-grupp tal-politika,

l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet jindika li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli preżenti fil-popolazzjoni hija ta' 3,9 % u

s-sistemi ta' sorveljanza u kontroll għall-FPs għar-riċerka huma vvalutati bħala parzjalment effettivi. Is-sistema ta' sorveljanza u kontroll għall-PTĦ hija vvalutata bħala effettiva.

8.39.

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għal paragrafu 1.11, fejn tispjega l-implikazzjonijiet ta’ qafas pluriennali għall-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali. Bħala konsegwenza tat-tħaddim tas-sistema interna tagħha ta’ kontroll għall-oqsma tal-politika koperti minn dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni kisbet lura EUR 120 miljun fl-2012.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li mill-persettiva tal-ġestjoni – jiġifieri meta l-objettivi skont il-leglità u r-regolarità jiġu mkejla mal-kunsiderazzjonijiet tal-proporzjonalità tar-riskju u l-kost-effettività tal-kontrolli – il-ġestjoni u s-sistemi ta’ kontroll tagħha jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli, soġġetta għar-riżervi maħruġa mill-Uffiċjali tal-Awtorizzazzjoni ddelegati, fir-Rapport Annwali tal-Attività tagħhom.

8.40.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-infiq aċċettat huwa milqut minn livell materjali ta’ żball.

 

Rakkomandazzjonijiet

8.41.

L- Anness 8.3 juri r-riżultat tal-analiżi mill-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru f’rapporti annwali preċedenti. Fir-rapporti annwali 2009 u 2010, il-Qorti ppreżentat seba' rakkomandazzjonijet. Minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, waħda ma kinitx għadha applikabbli. Il-Kummissjoni implimentat bis-sħiħ żewġ rakkomandazzjonijiet, filwaqt li erbgħa kienu implimentati fil-parti l-kbira tal-aspetti.

 

8.42.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2012, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha:

8.42.

Rakkomandazzjoni 1: tkompli tintensifika l-isforzi tagħha biex tindirizza l-iżbalji misjuba f'pagamenti interim u finali u fl-approvazzjonijiet, b'mod partikolari billi tfakkar lill-benefiċjarji u lill-awdituri indipendenti fir-regoli ta' eliġibbiltà u fir-rekwiżit għall-benefiċjarji li jissustanzjaw l-ispejjeż iddikjarati kollha;

Il-Kummissjoni qed tmexxi kampanja ta’ komunikazzjoni biex tfakkar lill-benefiċjarji u lill-awdituri tagħhom dwar ir-regoli ta’ eliġibbiltà. Mal-1 700 ruħ attendew għaxar seminars fl-2012, u fosthom kien hemm mill-inqas 235 awditur. Avveniment fil-Ġermanja kien esklussivament għall-awdituri. Mal-1 170 ruħ attendew l-għaxar avvenimenti li saru s’issa fl-2013, u fosthom kien hemm madwar 180 awditur. Għall-bqija tal-2013 huma ppjanati tliet avvenimenti oħra.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu jiktbu lill-awdituri li jiċċertifikaw fejn l-awditi ex post tal-Kummissjoni identifikaw differenzi importanti bejn id-dikjarazzjonjiet ċertifikati tal-kost u s-sejbiet proprji tagħha.

 

Il-Kummissjoni se tipprova wkoll tindirizza l-kwistjoni fl-istadju tal-għoti ta’ kuntratt, billi tiżgura li l-parteċipanti jkunu konxji mill-iktar żbalji komuni fil-pretensjonijiet tal-kost.

Il-kwistjoni hija wkoll indirizzata bil-proposta ta' Orizzont 2020, li tinkludi għadd ta’ simplifikazzjonijiet li jnaqqsu r-riskju inerenti ta’ żbalji.

Rakkomandazzjoni 2: tfakkar lil koordinaturi ta' proġetti tal-FPs għar-riċerka fir-responsabbiltà tagħhom li jiddistribwixxu l-fondi riċevuti lis-sħab l-oħra fil-proġett mingħajr dewmien mhux iġġustifikat;

It-tqassim tal-fondi huwa suġġett importanti għad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-konsorzju konkluż mill-benefiċjarji, li l-Kummissjoni ma tagħmilx parti minnu. Madankollu, il-Kummissjoni regolarment tfakkar lill-koordinaturi dwar dan l-obbligu.

Rakkomandazzjoni 3: tanalizza l-każijiet ta' dgħufijiet f'kontrolli ex ante identifikati mill-Qorti sabiex tivvaluta jekk il-kontrolli jeħtiġux modifika;

Il-Kummissjoni qed tkompli tagħmel rieżami tal-kontrolli ex ante tagħha. Sfida kontinwa huwa t-titjib tal-kontrolli ex ante mingħajr ma jinħolqu piżijiet amministrattivi addizzjonali fuq il-benefiċjarji, u filwaqt li jiġi żgurat li l-pagamenti għar-riċerkaturi jitħallsu fil-pront.

Rakkomandazzjoni 4: tnaqqas id-dewmien fl-implimentazzjoni ta' awditi ex post u żżid ir-rata ta' implimentazzjoni għal każijiet ta' estrapolazzjoni;

Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex tnaqqas id-dewmien fit-tlestija tal-awditjar u sabiex titlesta l-estrapolazzjoni tar-riżultati tal-awditjar.

Rakkomandazzjoni 5: issaħħaħ is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll għas-CIP ICT-PSP.

L-istrateġija ta’ awditjar speċifiku għal proġetti mhux ta’ riċerka ġiet implimentata matul l-2012–2013, u kellha fil-mira l-awditjar ta' 215-il proġett mhux ta’ riċerka (l-ICT l-PSP inklużi) sal-2017. Dawn l-awditi kollha se jiffukaw fuq benefiċjarji li jippreżentaw profil ta’ riskju għoli.

Barra minn hekk, ta' min jinnota li l-Kummissjoni introduċiet strateġija ta’ awditjar marbuta speċifikament ma' proġetti ffinanzjati mhux ta' riċerka (inklużi l-ICT, l-PSP). Fl-2012, tnedew 27 awditu ex post bħal dawn u 15 oħra fl-2013. Fit-tieni nofs tal-2013, se jitniedu aktar awditi dwar proġetti mhux ta’ riċerka. Il-Kummissjoni tapplika wkoll l-istess kontrolli ex ante għall-programmi tas-CIP, l-ICT u l-PSP bħal ma tapplika għal skemi ta’ finanzjament oħra.

RIŻULTATI TAL-AWDITU TAL-FOND TA’ GARANZIJA GĦAL AZZJONIJIET ESTERNI

8.43.

L-iskop tal-Fond ta’ Garanzija għal Azzjonijiet Esterni, li jiggarantixxi self mill-UE lil pajjiżi li mhumiex Stati Membri, huwa li jirrimborża lill-kredituri tal-UE fl-eventwalità li l-benefiċjarju ma jħallasx lura self u biex jiġu evitati sejħiet diretti għall-baġit tal-UE. Il-ġestjoni amministrattiva tal-Fond hija mwettqa mid-DĠ ECFIN, filwaqt li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huwa responsabbli mill-ġestjoni tat-teżor tiegħu.

 

8.44.

Fil-31 ta’ Diċembru 2012, kif muri fil-kontijiet konsolidati 2012 tal-UE, l-assi netti tal-Fond kienu EUR 1 845 miljun (10), meta mqabbla ma' EUR 1 475 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2011. Matul is-sena, saret sejħa ta' garanzija ta' EUR 24 miljun.

 

8.45.

Il-BEI u l-Kummissjoni jużaw punt ta' riferiment standard biex janalizzaw il-prestazzjoni annwali tal-Fond. Ir-redditu fuq il-portafoll tal-Fond fl-2012 ammonta għal 7,796 %, li jirrappreżenta prestazzjoni ta' 394 punt bażi ogħla mill-punt ta' riferiment.

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10) jistipula fil-premessi tiegħu li l-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta’ Garanzija għandha tkun suġġetta għall-awditjar mill-Qorti tal-Awdituri konformement mal-proċeduri miftiehma mill-Qorti tal-Awdituri, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment.

(2)  Is-seba' direttorati ġenerali huma: id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni (RTD), id-DĠ Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija (CNECT), id-DĠ Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), id-DĠ Edukazzjoni u Kultura (EAC), id-DĠ Intrapriża u Industrija (ENTR), id-DĠ Mobilità u Trasport (MOVE) u d-DĠ Enerġija (ENER). Iż-żewġ aġenziji eżekuttivi huma: l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) u l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERCEA).

(3)  L-impriżi konġunti tal-UE għar-Riċerka (JUs) huma: il-JU Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni; il-JU “Clean Sky”; l-Artemis JU; il-JU tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi; l-ENIAC JU; u l-JU taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu.

(4)  Pereżempju, l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija (EURAMET) u l-Isħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (EDCTP).

(5)  Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.

(6)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata ta’ żball minn kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima. Il-Qorti hija 95 % fiduċjuża li r-rata ta' żball fil-popolazzjoni tinsab bejn 1,8 % u 6,0 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(7)  Taħt l-istrateġija komuni tagħhom tal-awditjar għall-FPs, id-DĠ għar-riċerka jeżaminaw biss pagamenti interim u finali lill-benefiċjarji, u pagamenti bil-quddiem mhumiex inklużi fil-popolazzjoni tal-awditjar.

(8)  Programm ta' Appoġġ għall-Politika tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni.

(9)  Ara r-rapport annwali 2011, il-paragrafi 8.31 sa 8.34.

(10)  It-total tal-assi netti tal-Fond qabel il-konsolidazzjoni kien ta' EUR 1 865,5 miljun.

(11)  L-awditu tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-Kapitolu 9.

(12)  B'konformità mad-definizzjoni armonizzata ta' tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l-Kapitolu 1, il-paragrafi 1.6 sa 1.7).

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS 8.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAR-RIĊERKA U POLITIKI INTERNI OĦRA

 

2012

2011

2010

2009

FP6

FP7

PTĦ

Oħra

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet:

11

79

21

39

150

86

73

226

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon ta' tranżazzjonijiet ittestjati misjuba li huma:

Ħielsa minn żball

27 %

(3)

39 %

(31)

62 %

(13)

77 %

(30)

51 %

(77)

51 %

61 %

72 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

73 %

(8)

61 %

(48)

38 %

(8)

23 %

(9)

49 %

(73)

49 %

39 %

28 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta' żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

25 %

(2)

31 %

(15)

37 %

(3)

33 %

(3)

32 %

(23)

38 %

33 %

33 %

Żbalji kwantifikabbli:

75 %

(6)

69 %

(33)

63 %

(5)

67 %

(6)

68 %

(50)

62 %

67 %

61 %

Eliġibbiltà

100 %

(6)

100 %

(33)

100 %

(5)

100 %

(6)

100 %

(50)

98 %

97 %

52 %

Okkorrenza

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

6 %

7 %

Preċiżjoni

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

2 %

3 %

38 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

3,9 %

 

 

 

Limitu superjuri tal-iżball

6,0 %

 

 

 

Limitu inferjuri tal-iżball

1,8 %

 

 

 


(1)  Biex jitjieb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta' riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  Ċifri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd reali tat-tranżazzjonijiet.

ANNESS 8.2

RIŻULTATI TAL-EŻAMINAR TAS-SISTEMI GĦAR-RIĊERKA U POLITIKI INTERNI OĦRA

Valutazzjoni tas-sistemi eżaminati

Sistema kkonċernata

Kontrolli ex ante fl-uffiċċju

Ċertifikazzjoni tal-awditjar

Awditi finanzjarji ex ante

Valutazzjoni kumplessiva

Programmi qafas għar-riċerka (FPs)

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

M/A (1)

Parzjalment effettivi

 

 

 

Sistema kkonċernata

Għeluq

Valutazzjoni kumplessiva

Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja (PTĦ)

Effettiv

Effettiv


(1)  Ara l-paragrafu 8.35.

ANNESS 8.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAR-RIĊERKA U POLITIKI INTERNI OĦRA

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Ma għadhiex applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-parti l-kbira tal-aspetti

F'xi aspetti

2010

Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha:

fil-qasam tal-FPs għar-riċerka:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 1:

(i)

tieħu mit-tagħlimiet miksuba mill-prattika tajba tal-metodu tal-awditjar ex post tad-DĠ INFSO bbażat fuq ir-riskju biex ittejjeb aktar il-kontrolli ex ante tal-Kummissjoni bil-għan li jiġu identifikati pagamenti bi profil ta’ riskju relattivament għoli, u

 

X

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2:

(ii)

bil-għan li ttejjeb aktar l-affidabbiltà taċ-ċertifikati tal-awditjar, tintensifka l-azzjonijiet tagħha biex tqajjem l-għarfien tal-awdituri indipendenti dwar l-eliġibbiltà tar-regoli tan-nefqa, b’mod notevoli billi tinforma lill-awdituri dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ spejjeż ineliġibbli. (il-paragrafu 6.51)

 

X

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 3:

fil-qasam tal-LLP, tkompli tagħmel enfasi fuq l-implimentazzjoni ta’ kontrolli primarji. B’mod partikolari għandha tingħata attenzjoni għall-iżgurar li l-aġenziji nazzjonali jiċċekkjaw mill-inqas l-għadd minimu ta’ fajls rikjesti mill-Kummissjoni u li l-kontrolli kollha jiġu dokumentati b'mod xieraq. (il-paragrafu 6.51)

X

 

 

 

 

 

 

2009

Il-Qorti tħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli l-isforzi tagħha biex tiżgura applikazzjoni rigoruża tas-sistemi effettivi ta' kontroll. Fil-kuntest tal-qafas legali attwali, il-Kummissjoni għandha:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 4:

(a)

tiżgura li l-awdituri indipendenti li ċċertifikaw ħażin ir-rendikonti tal-ispejjeż isiru konxji tal-kriterji ta' eliġibbiltà għall-ispejjeż iddikjarati bl-għan li titjieb l-affidabbiltà taċ-ċertifikati tal-awditjar li huma joħorġu;

 

X

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 5:

(b)

tirrevedi t-tħaddim tas-sistemi għaċ-ċertifikazzjoni tal-metodoloġiji tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-benefiċjarji u tħeġġeġ lill-benefiċjarji biex jippreżentaw il-metodoloġija tagħhom għall-kalkolu tal-ispejjeż għaċ-ċertifikazzjoni ex-ante;

 

 

 

 

X

 

 

Rakkomandazzjoni 6:

(c)

tnaqqas ix-xogħol b'lura fl-irkupru tal-ammonti mhux dovuti mħallsa, billi timponi sanzjonijiet fejn ikun meħtieġ. (il-paragrafi 5.49 u 8.32)

 

X

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 7:

Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ il-kontrolli fuq l-għeluq sabiex jiġi żgurat li żbalji jinqabdu u jiġu kkorreġuti u sabiex jiġi evitat li żbalji identifikati preċedentement jerġgħu jseħħu. (il-paragrafu 7.20)

X

 

 

 

 

 

 


KAPITOLU 9

Nefqa amministrattiva u nfiq ieħor

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Ambitu u approċċ tal-awditjar

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Effettività tas-sistemi

Osservazzjonijiet dwar Istituzzjonijiet u korpi speċifiċi

Il-Parlament

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

Il-Qorti tal-Awdituri

Istituzzjonijiet u korpi oħra

Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

Il-konklużjoni għall-2012

Rakkomandazzjonijiet

Anness 9.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor

Anness 9.2 —

Riżultati tal-eżaminar tas-sistemi għan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor

Anness 9.3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

9.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea. Informazzjoni ewlenija dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi koperti, u l-infiq fl-2012 tingħata fit- Tabella 9.1 .

 

Tabella 9.1 —   Nefqa amministrattiva u nfiq ieħor — informazzjoni ewlenija 2012

(EUR miljun)

Qasam ta' politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod ta' ġestjoni

Nefqa amministrattiva u nfiq ieħor

Il-Kummissjoni

6 456

Ċentralizzata u diretta

Il-Parlament Ewropew

1 623

Ċentralizzata u diretta

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

731

Ċentralizzata u diretta

Il-Kunsill

524

Ċentralizzata u diretta

Il-Qorti tal-Ġustizzja

343

Ċentralizzata u diretta

Il-Qorti tal-Awdituri

136

Ċentralizzata u diretta

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

127

Ċentralizzata u diretta

Il-Kumitat tar-Reġjuni

96

Ċentralizzata u diretta

L-Ombudsman Ewropew

9

Ċentralizzata u diretta

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

7

Ċentralizzata u diretta

Total tal-pagamenti għas-sena

10 052

 

pagamenti bil-quddiem  (7)

264

 

+ approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem  (7)

197

 

Popolazzjoni awditjata, total

9 985

 

Total tal-impenji għas-sena

10 366

 

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

9.2.

Dan il-kapitolu jkopri wkoll in-nefqa meqjusa bħala operazzjonali fil-baġit ġenerali għalkemm fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-iskop tagħha huwa l-funzjonament tal-amministrazzjoni tal-Kummissjoni aktar milli t-twettiq tal-politika.

 

9.3.

Il-Qorti tirrapporta separatament dwar l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-UE u dwar l-Iskejjel Ewropej (1). Il-mandat tal-Qorti ma jkoprix l-awditu finanzjarju tal-Bank Ċentrali Ewropew.

 

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

9.4.

In-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor jinkludu n-nefqa fuq riżorsi umani (salarji, allowances u pensjonijiet), li tammonta għal 60 % tat-total tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor, u n-nefqa fuq bini, tagħmir, enerġija, komunikazzjoni, u teknoloġija tal-informatika.

 

9.5.

B'mod ġenerali, il-Qorti tqis dan il-grupp tal-politika bħala qasam b'riskju baxx. Ir-riskji prinċipali fir-rigward tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor huma n-nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri għall-akkwist, għall-implimentazzjoni ta' kuntratti, għar-reklutaġġ u għal-kalkolu tas-salarji u tal-allowances.

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

9.6.

L- Anness 1.1, il- parti 2 , tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija kumplessiva tal-Qorti. Għall-awditjar tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor, il-punti speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu nnutati:

l-awditu involva l-eżaminar ta' kampjun ta' 151 tranżazzjoni ta' pagament kif definit fl- Anness 1.1 , il-paragrafu 6. Il-kampjun huwa mfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-istituzzjonijiet u l-korpi fi ħdan il-grupp tal-politika. Fl-2012 il-kampjun kien magħmul minn 91 pagament ta' salarji, pensjonijiet u allowances relatati u 60 pagament ta' kuntratti relatati ma' bini u nfiq ieħor;

il-valutazzjoni tas-sistemi eżaminat il-konformità tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll (2) applikati minn kull istituzzjoni u korp mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju. Barra minn hekk, il-Qorti awditjat proċeduri għar-reklutaġġ ta' persunal temporanju u kuntrattwali u proċeduri ta' akkwist fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill;

ir-rapporti annwali tal-attività ta' erbgħa mid-direttorati ġenerali u uffiċċji tal-Kummissjoni (3) li huma primarjament responsabbli min-nefqa amministrattiva ġew eżaminati.

 

9.7.

Il-Qorti tal-Awdituri hija awditjata minn ditta tal-awditu estern (4) li ħarġet rapport tal-awditjar dwar ir-rapporti finanzjarji għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012 u rapport ta’ aċċertament dwar ir-regolarità tal-użu tar-riżorsi tal-Qorti, u dwar il-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012 (ara l-paragrafu 9.15).

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

9.8.

L- Anness 9.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-151 tranżazzjoni awditjati mill-Qorti, 1 kienet milquta minn żball. Abbażi tal-iżbalji li hija kienet ikkwantifikat, il-Qorti tistima li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija 0 % (5).

 

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

9.9.

L- Anness 9.2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżaminar tal-Qorti tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll.

 

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ISTITUZZJONIJIET U KORPI SPEĊIFIĊI

9.10.

L-osservazzjonijiet speċifiċi li ġejjin huma ppreżentati skont l-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni Ewropea u ma jaffettwawx il-valutazzjonijiet kumplessivi ppreżentati fil-paragrafi 9.8 u 9.9. Filwaqt li mhumiex materjali għan-nefqa amministrattiva fit-totalità tagħha, huma sinifikanti fil-kuntest tal-istituzzjoni jew korp individwali kkonċernat.

 

Il-Parlament

Reklutaġġ ta' persunal temporanju u kuntrattwali

9.11.

L-awditu ma sabx żbalji jew dgħufijiet fl-eżaminar ta' 15-il proċedura ta' reklutaġġ.

 

Akkwist

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

9.12.

L-awditu eżamina 18-il proċedura ta' akkwist. B'mod ġenerali, ma nqabdu ebda żbalji jew dgħufijiet serji. Madankollu, minħabba żbalji amministrattivi, dgħufijiet ġew innutati, f'każ wieħed, fir-rigward tal-ġestjoni u d-dokumentazzjoni tal-proċedura ta' akkwist u f'każ ieħor, l-applikazzjoni ta' kriterju ta' għotja.

9.12.

Il-Parlament ħa nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti f'dawn il-każijiet individwali u ngħataw istruzzjonijiet xierqa għat-trattament ta' proċeduri futuri. Rigward il-kwistjoni tal-kriterji tal-għoti, il-Parlament innota li l-proċedura kkonċernat kuntratt ta' valur baxx fejn l-offerent li offra l-aktar prezz baxx ingħata l-kuntratt.

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

Reklutaġġ ta' persunal temporanju u kuntrattwali

9.13.

L-awditu ma sabx żbalji jew dgħufijiet fl-eżaminar ta' 15-il proċedura ta' reklutaġġ.

 

Akkwist

9.14.

L-awditu eżamina 15-il proċedura ta' akkwist. B'mod ġenerali, ma nqabdu ebda żbalji jew dgħufijiet serji. Madankollu, minħabba żbalji fit-tfassil tal-proċedura, ġiet identifikata dgħufija, f'każ wieħed, fil-prestazzjoni ta' proċedura nnegozjata u, f'każ ieħor, fl-applikazzjoni ta' kriterju ta' għotja.

 

Il-Qorti tal-Awdituri

9.15.

Ir-rapport tal-awditur estern (6) jiddikjara li, fl-opinjoni tal-awdituri, “ir-rapporti finanzjarji jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-31 ta' Diċembru 2012, u tal-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar.

 

Istituzzjonijiet u korpi oħra

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

9.16.

L-awditu ma identifika ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati għall-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). Madankollu, l-awditu nnota li kien għad hemm xi dgħufijiet fil-ġestjoni ta' allowances soċjali fil-Kummissjoni u fis-SEAE.

9.16.

Il-persunal għandu l-obbligu li jiddikjara lill-PMO kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni familjari u kwalunkwe konċessjoni riċevuta minn sorsi oħra. Sabiex jitnaqqsu d-dgħufijiet relatati ma' membri tal-persunal mhux proattivi jew inkella dawk li ma jkunux jistgħu jiftakru, il-PMO poġġa fis-seħħ noti ta’ tfakkir, kontrolli u soluzzjonijiet tal-IT, fejn hu possibbli, bħal:

kontrolli a-posteriori

aġġornamenti tal-IT awtomatiċi tal-ammont ta' konċessjonijiet riċevuti minn sorsi oħra: mad-90 % tal-popolazzjoni hija diġà koperta, l-aħħar pajjiżi għandhom jiġu koperti sa tmiem l-2014

kontrolli fil-qafas ta’ proċeduri eżistenti (il-bidu/it-tmiem tas-servizz)

l-iżvilupp ta’ moduli previsti għall-kuntatt dirett mal-klijenti f’SYSPER2 (din il-parti għandha titlesta sa tmiem l-2013).

 

TWEĠIBA MIS-SEAE

 

9.16.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jenfasizza li:

Il-PMO ttestja b'suċċess il-modulu tiegħu APP ("konċessjonijiet riċevuti minn sorsi oħra") dwar il-popolazzjoni tas-SEAE fis-Sede u fid-Delegazzjonijiet;

Sa mill-bidu fl-2013, il-PMO fil-prinċipju inkluda sistematikament il-popolazzjoni fis-Sede u fid-Delegazzjoni fl-aġġornamenti awtomatiċi tiegħu;

L-eżerċizzju tnieda bosta drabi mal-persunal ta' nazzjonalità Belġjana;

Il-modulu huwa applikat għan-nazzjonalitajiet l-oħra f'fażijiet suċċessivi: f'Mejju 2013 għall-Irlanda u matul ix-xhur ta' wara għal Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Finlandja;

l-Isvezja, l-Awstrija, ir-Rumanija u l-Ungerija huma previsti għall-2014;

Barra minn hekk, f'Settembru, is-SEAE se jindirizza messaġġ lill-persunal sabiex ifakkarhom dwar l-obbligu tagħhom li jaġġornaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom.

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-konklużjoni għall-2012

9.17.

Għal dan il-grupp tal-politika,

l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet jindika li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli preżenti fil-popolazzjoni hija xejn, u

filwaqt li l-Qorti osservat xi żbalji u dgħufijiet (il-paragrafi 9.11 sa 9.16), is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll eżaminati probabbilment inaqqsu r-rata ta' żball preżenti f'talbiet inizjali għall-pagament sa livell aċċettabbli. Dawn is-sistemi huma għalhekk ivvalutati bħala effettivi.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-infiq aċċettat mhuwiex milqut minn livell materjali ta’ żball.

 

Rakkomandazzjonijiet

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

9.18.

L- Anness 9.3 juri r-riżultat tal-eżaminar mill-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru f’rapporti annwali preċedenti. Fir-rapporti annwali 2009 u 2010, il-Qorti ppreżentat disa' rakkomandazzjonijet. Minn dawn, erbgħa ma ġewx eżaminati din is-sena minħabba l-approċċ abbażi ta' rotazzjoni tal-Qorti. L-istituzzjonijiet ikkonċernati implimentaw rakkomandazzjoni waħda bis-sħiħ, filwaqt li tnejn ġew implimentati fil-biċċa l-kbira tal-aspetti u tnejn ġew implimentati f'xi aspetti.

9.18.

Ara r-risposta għall-paragrafu 9.16.

 

IR-RISPOSTA MILL-KUNSILL

9.19.

Wara dan l-eżaminar u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2012, il-Qorti tirrakkomanda li l-Parlament u l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (ara l-paragrafi 9.12 u 9.14) għandhom jiżguraw li l-uffiċjali awtorizzanti jtejbu t-tfassil, il-koordinazzjoni u l-prestazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist permezz ta' kontrolli xierqa u gwida aħjar.

9.19.

Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew għandhom qafas solidu u ċentraliżżat ta' akkwist li reċentement ġie adattat għar-Regolament Finanzjarju l-ġdid u r-Regoli ta' applikazzjoni, u li ser jissaħħaħ bid-disinn ta' mudelli ġodda ta' kuntratti u stediniet għal offerti kif ukoll l-iżvilupp ta' korsijiet speċifiċi ta' taħriġ dwar kif jiġu definiti u applikati l-kriterji ta' selezzjoni u ta' aġġudikazzjoni.

(1)  Ir-rapport annwali speċifiku tal-Qorti dwar l-Iskejjel Ewropej huwa ppreżentat lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej, u huwa mibgħut ukoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Ir-rapporti annwali speċifiċi tal-Qorti dwar l-aġenziji u l-korpi l-oħra huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Kontrolli ex ante u ex post, uffiċċju tal-awditjar intern, rappurtar ta’ eċċezzjonijiet u standards ta’ kontroll intern.

(3)  Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà, l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali, l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell u d-Direttorat Ġenerali għall-Informatika.

(4)  PricewaterhouseCoopers, Société à responsabilité limitée (kumpanija b'responsabbiltà limitata), Réviseur d'Entreprises (Awditur ta' Intrapriżi).

(5)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata ta’ żball minn kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima. Il-Qorti hija 95 % fiduċjuża li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni hija 0 %.

(6)  Ara r-rapport tal-awditur estern dwar ir-rapporti finanzjarji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 9.7.

(7)  Skont id-definizzjoni armonizzata ta' tranżazzjonijiet ta' bażi (għal dettalji ara l-Kapitolu 1, il-paragrafi 1.6 u 1.7).

Sors: Il-kontijiet konsolidati 2012 tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS 9.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAN-NEFQA AMMINISTRATTIVA U NFIQ IEĦOR

 

2012

2011

2010

2009

Spejjeż relatati mal-persunal

Spejjeż relatati mal-bini

Spejjeż oħra (enerġija, komunikazzjoni, teknoloġija tal-informatika, eċċ)

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet:

91

17

43

151

56

58

57

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon (għadd) tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

100 %

(91)

100 %

(17)

98 %

(42)

99 %

(150)

93 %

93 %

93 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

0 %

(0)

0 %

(0)

2 %

(1)

1 %

(1)

7 %

7 %

7 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

0 %

 

 

 


(1)  Biex jitjieb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta' riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti. Ir-riżultati tal-ittestjar jirriflettu s-sehem proporzjonali li kull segment għandu fi ħdan il-grupp tal-politika.

(2)  Ċifri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd reali tat-tranżazzjonijiet.

ANNESS 9.2

RIŻULTATI TAL-EŻAMINAR TAS-SISTEMI GĦAN-NEFQA AMMINISTRATTIVA U NFIQ IEĦOR

Valutazzjoni tas-sistemi eżaminati

Sistema kkonċernata

Il-Parlament Ewropew

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

Istituzzjonijiet u korpi oħra

Valutazzjoni kumplessiva

Reklutaġġ, salarji u pensjonijiet

Effettiva

Effettiva

Effettiva

Effettiva

Akkwist

Effettiva

Effettiva

Effettiva

Effettiva

ANNESS 9.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAN-NEFQA AMMINISTRATTIVA U NFIQ IEĦOR

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Istituzzjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Evidenza insuffiċjenti

Fil-parti l-kbira tal-aspetti

F'xi aspetti

2010

Il-Parlament

Reklutaġġ ta' persunal temporanju u kuntrattwali

Il-Parlament għandu jiżgura li d-dokumentazzjoni xierqa hija stabbilita biex tiġġustifika d-deċiżjonijiet ta' reklutaġġ li saru.

L-eżaminar approfondit ta' kampjun tar-reklutaġġi ta' persunal temporanju u kuntrattwali (ara l-paragrafu 9.11) ma wassal għall-ebda osservazzjoni.

 

 

 

 

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Reklutaġġ ta' persunal temporanju u kuntrattwali

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jiżgura li l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-avvizi ta' postijiet vakanti huma rispettati.

 

 

Il-Qorti nnutat li, bħala riżultat ta' din ir-rakkomandazzjoni, il-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew implimenta miżuri biex jikkonsolida u jsaħħaħ ir-regoli dwar ir-reklutaġġ. Taħt l-approċċ ta' rotazzjoni tal-eżaminar approfondit ta' sistemi ta' kontroll intern fost l-Istituzzjonijiet, xogħol tal-awditjar se jiġi mwettaq fil-qasam tar-reklutaġġ fi snin futuri.

 

 

 

Il-Parlament

Akkwist

Il-Parlament għandu jiżgura li l-uffiċjali awtorizzanti għandhom il-kontrolli xierqa u gwida aħjar għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex itejbu t-tfassil, il-koordinazzjoni u t-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist.

 

 

L-eżaminar approfondit ta' kampjun tal-proċeduri ta' akkwist (ara l-paragrafu 9.12) wera li jippersistu żbalji fit-tfassil, koordinazzjoni u prestazzjoni ta' proċeduri ta' akkwist.

 

 

 

Il-Kummissjoni  (1)

Akkwist

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-uffiċjali awtorizzanti għandhom il-kontrolli xierqa u gwida aħjar għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex itejbu t-tfassil, il-koordinazzjoni u t-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist.

 

 

 

 

 

 

2010

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew  (1)

Akkwist

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jiżgura li l-uffiċjali awtorizzanti għandhom il-kontrolli xierqa u gwida aħjar għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex itejbu t-tfassil, il-koordinazzjoni u t-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist.

 

 

 

 

 

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni  (1)

Akkwist

Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jiżgura li l-uffiċjali awtorizzanti għandhom il-kontrolli xierqa u gwida aħjar għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex itejbu t-tfassil, il-koordinazzjoni u t-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist.

 

 

 

 

 

 

2009

Il-Parlament

Pagament ta' allowances soċjali lill-membri tal-persunal

Il-persunal għandu jintalab li jagħti f'intervalli xierqa dokumenti li jikkonfermaw is-sitwazzjoni personali tiegħu. Barra minn hekk, il-Parlament għandu jimplimenta sistema għall-monitoraġġ u kontroll f'waqtu ta' dawn id-dokumenti.

 

Kif imsemmi fl-Anness 9.3 tar-Rapport Annwali għall-2011, il-Parlament implimenta miżuri biex itaffi r-riskju. L-awditu tal-Qorti ma wera ebda dgħufija ġdida. Madankollu, ir-riskju li jsiru pagamenti inkorretti jew mhux dovuti għadu hemm minħabba li s-sistema fis-seħħ hija bbażata fuq dikjarazzjonijiet mill-membri tal-persunal.

 

 

 

Il-miżuri meħuda għall-kampanja 2012 ippermettew mill-ġdid li jitjieb ir-rispons tal-eżerċizzju annwali tal-validazzjoni/aġġornament elettroniku tad-dejta personali tal-aġenti. Id-dikjarazzjonijiet tal-aġenti huma kompluti, jekk ikun il-każ, minn dokumenti ġustifikattivi adegwati.

Il-Kummissjoni – DĠ RELEX

Pagament ta' allowances soċjali lill-membri tal-persunal

Il-persunal għandu jintalab li jagħti f'intervalli xierqa lis-servizzi tal-Kummissjoni dokumenti bħala xhieda tas-sitwazzjoni personali tiegħu. Barra minn hekk, id-DĠ RELEX għandu jimplimenta sistema għall-monitoraġġ u kontroll f'waqtu ta' dawn id-dokumenti.

 

 

Kif imsemmi fl-Anness 9.3 tar-Rapport Annwali għall-2011, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna implimenta miżuri biex itaffi r-riskju b'kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tal-Kummissjoni. Madankollu, l-awditu tal-Qorti wera li xi dgħufijiet jippersistu (ara l-paragrafu 9.16).

 

 

 

2009

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Pagament ta' allowances soċjali lill-membri tal-persunal

Il-persunal għandu jintalab li jagħti f'intervalli xierqa dokumenti bħala xhieda tas-sitwazzjoni personali tiegħu. F'dan ir-rigward, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jtejjeb is-sistema tiegħu għall-monitoraġġ u kontroll f'waqtu ta' dawn id-dokumenti.

 

Kif imsemmi fl-Anness 9.3 tar-Rapport Annwali għall-2011 il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data implimenta miżuri biex itaffi r-riskju b'kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tal-Kummissjoni. L-awditu tal-Qorti ma wera ebda dgħufija ġdida. Madankollu, r-riskju li jsiru pagamenti inkorretti jew mhux dovuti għadu hemm minħabba li s-sistema stabbilita hija bbażata fuq dikjarazzjonijiet mill-membri tal-persunal.

 

 

 

Il-KEPD jieħu nota sewwa tar-riżultati tal-analiżi tal-Qorti u ser ikompli jtejjeb is-sistema tiegħu għall-monitoraġġ u l-kontroll fil-ħin.


(1)  Taħt l-approċċ ta' rotazzjoni tal-eżaminar approfondit tas-sistemi ta' kontroll intern fost l-Istituzzjonijiet, is-segwitu għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet se jitwettaq fis-snin li ġejjin.


KAPITOLU 10

Kisba ta' riżultati mill-baġit tal-UE

WERREJ

Introduzzjoni

Parti 1 — Ir-rappurtar tar-RAA dwar il-kisbiet tal-politika qed jevolvi iżda għadu ta' użu limitat

Introduzzjoni

Ir-rappurtar dwar il-kisbiet tal-politika jeħtieġ titjib

Il-ġestjoni tal-prestazzjoni u r-rappurtar qed jevolvu u ttieħdu xi azzjonijiet korrettivi iżda huwa kmieni wisq biex jiġu vvalutati r-riżultati tagħhom

Parti 2 — Rapport ta' evalwazzjoni dwar il-finanzi tal-unjoni bbażat fuq ir-riżultati miksuba

Parti 3 — Riżultati tal-awditu tal-Qorti dwar il-prestazzjoni

Introduzzjoni

Objettivi SMART flimkien ma' indikaturi adatti tal-prestazzjoni mhumiex applikati b'mod konsistenti fil-programmi ta' nfiq

Nuqqasijiet fir-rilevanza, fl-affidabbiltà u fil-puntwalità tad-data tal-prestazzjoni

F'ħafna każijiet is-sostenibbiltà tal-proġetti tal-UE kienet f'riskju

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

Anness 10.1 — Rapporti Speċjali adottati mill-Qorti tal-Awdituri fl-2012

Anness 10.2 — Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għall-kisba ta' riżultati mill-baġit tal-UE

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

10.1.

Dan il-kapitolu jiffoka fuq il-prestazzjoni. Huwa maqsum fi tliet partijiet. L-ewwel parti tippreżenta l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar il-pjanijiet ta' ġestjoni (MP) u r-rapporti annwali tal-attività (RAA) ta' xi wħud mid-diretturi ġenerali tal-Kummissjoni. It-tieni parti tkopri t-tieni u t-tielet rapporti ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni (1). It-tielet parti tenfasizza xi wħud mit-temi prinċipali li jirriżultaw u t-tagħlimiet li jistgħu jittieħdu mir-rapporti speċjali (2) 2012 tal-Qorti dwar il-prestazzjoni.

10.1.

Il-kejl u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni qed jirċievu attenzjoni dejjem akbar fi ħdan il-Kummissjoni. Ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni għandu jitqies bħala prattika li qed tevolvi. Il-Komunikazzjoni “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2012” (COM(2013) 334 finali tal-5 ta' Ġunju 2013) tiddefinixxi għadd ta' inizjattivi sabiex tissaħħaħ iktar il-ġestjoni tal-prestazzjoni fil-Kummissjoni. Dan l-iżvilupp progressiv ta' kultura ta' prestazzjoni se jieħu bosta snin biex jidħol fis-seħħ għal kollox, b'parti mir-raġuni tkun li jeħtieġ li jiġu żviluppati għodod għall-istatistika u għodod oħrajn.

10.2.

Il-prestazzjoni hija vvalutata abbażi tal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba (l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja) (3). Il-kejl tagħha huwa ċentrali matul il-proċess ta’ intervent pubbliku, u jkopri l-inputs (il-mezzi finanzjarji, umani, materjali, organizzazzjonali jew regolatorji meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm), l-outputs (l-eżiti tal-programm), ir-riżultati (l-effetti immedjati tal-programm fuq destinatarji jew riċevituri diretti) u l-impatti (bidliet fuq terminu twil fis-soċjetà li jistgħu jkunu attribwiti lill-azzjoni tal-UE).

 

10.3.

Għal ħafna oqsma tal-baġit tal-UE l-qafas leġiżlattiv huwa kumpless u hemm nuqqas ta' fokus fuq il-prestazzjoni. Minkejja l-fokus iddikjarat fuq ir-riżultati, il-proposti għar-regolamenti l-ġodda tal-QSK u r-regolamenti tal-politika agrikola komuni (PAK) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jibqgħu ibbażati b'mod fundamentali fuq l-input (orjentati lejn l-infiq) u għalhekk orjentati lejn il-konformità iktar milli lejn il-prestazzjoni (4). Pereżempju fir-rigward tal-iżvilupp rurali, fir-regolament ġew stabbiliti sett ta’ għanijiet differenti u b’firxa wiesgħa li la jinkludu r-riżulati u l-impatti mistennija u lanqas l-indikaturi rilevanti (5).

10.3.

Ir-regolamenti l-ġodda għall-PAK tabilħaqq jiżguraw approċċ li jiffoka aktar lejn il-prestazzjoni, ukoll taħt it-tieni pilastru:

L-abbozz tar-regolament tal-FAEŻR ma jinkludix miri kwantifikati fil-livell tal-UE, iżda jeħtieġ li kull Programm tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) ikun mfassal skont il-kistbiet ta' miri kwantifikati, li huma strettament marbuta mal-objettivi stipulati fir-regolament. L-indikaturi li għandhom jintużaw biex jiddefinixxu dawn il-miri se jiġu stipulati fl-att ta' implimentazzjoni.

Barra minn hekk, riżultati ewlenin ippjanati se jkunu soġġetti għal qafas ta' prestazzjoni kif previst skont ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni.

Fir-rigward tar-Regolamenti proposti għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, l-orjentazzjoni lejn ir-riżultat ġiet inkluża bħala karatteristika essenzjali. Il-proposti impenjattivi u innovattivi jinkludu:

loġika infurzata ta' intervenzjoni li torbot l-objettivi stabbiliti mill-Unjoni ma' objettivi vinkolanti u preċiżi stabbiliti mill-Istati Membri;

għall-ewwel darba kundizzjonalitajiet ex ante speċifiċi għall-intervenzjoni biex itejbu l-effikaċatal-investimenti;

kundizzjonalitajiet makroekonimiċi deċiżivament estiżi;

approċċ imġedded għall-evalwazzjoni, ibbażat fuq ippjanar, l-obbligu li jiġi evalwat l-impatt ta’ kull parti tal-programm, u l-użu ta’ metodi ġodda; kif ukoll

qafas ta' prestazzjoni obbligatorja inkluża riżerva ta' prestazzjoni.

10.4.

Għal partijiet kbar tal-baġit tal-UE, prinċipalmenti il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-fondi ta' koeżjoni (QSK), il-livell massimu ta' nfiq taħt l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) (6) huwa ripartit f'allokazzjonijiet annwali għal kull Stat Membru. Bħalma l-Qorti indikat fil-passat, hija sfida li jinkisbu riżultati kwalitattivi tajbin minn skemi fejn il-fondi huma allokati minn qabel fost l-Istati Membri (7) u l-assorbiment ta' dawn il-fondi huwa objettiv impliċitu (8).

10.4.

Il-PŻRs il-ġodda se jinbnew madwar il-kisba tal-miri kwantifikati (marbuta mal-objettivi tar-Regolament). Id-distribuzzjoni tal-baġit għall-miżuri differenti se tkun konformi ma’ dawn il-miri, tiżgura l-konsistenza bejn il-miri li jridu jintlaħqu u l-mezzi programmati għalihom. Barra minn dan, riżerva ta’ prestazzjoni se tinżamm mill-Kummissjoni, u rilaxxata biss fi stadju aktar tard fil-perjodu ta’ programmar, meta l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jkunu jistgħu juru li l-PŻRs ma naqsux milli jiksbu l-għanijiet stabbiliti minn qabel. Għalhekk, l-objettiv previst li jintlaħqu l-miri huwa promoss ħafna.

 

L-allokazzjoni tal-baġit minn Stat Membru hija meħtieġa għall-finijiet ta’ programmar, u b’mod partikolari għall-kwantifikazzjoni ex-ante ta’ miri li kieku ma setgħetx issir. L-envelops għandhom ikunu propozjonati għall-bżonnijiet li jridu jkunu indirizzati fi Stati Membri differenti.

PARTI 1 — IR-RAPPURTAR TAR-RAA DWAR IL-KISBIET TAL-POLITIKA QED JEVOLVI IŻDA GĦADU TA' UŻU LIMITAT

Introduzzjoni

10.5.

Il-modi diversi ta' ġestjoni (9) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, meħuda flimkien mar-rwoli differenti tad-DĠ, ifisser li l-Kummissjoni għandha għadd ta' rwoli differenti u firxa ta' responsabbiltajiet. Dawn għandhom – fost affarijiet oħra - jitqiesu mill-Kummissjoni meta tistabbilixxi objettivi għall-prestazzjoni u tiddefinixxi indikaturi fl-MPs tagħhom u meta tirrapporta dwarhom fir-RAA.

10.5.

Is-servizzi tal-Kummissjoni kienu mitluba jiddefinixxu fil-Pjanijiet tagħhom dwar il-Ġestjoni, l-objettivi li jistabbilixxu l-impatti u r-riżultati mistennija. Dawn l-objettivi ġeneralment jindirizzaw il-problemi soċjali li qed jiġu segwiti permezz ta’ mezzi varji, inkluż intervent finanzjarju, azzjonijiet regolatorji jew l-infurzar tal-liġi.

Qed jiġu kkunsidrati modi kif titjieb it-trasparenza billi jiddeskrivu aħjar fil-Pjanijiet ta’ Ġestjoni ir-responsabbiltajiet li l-Kummissjoni tissodisfa fir-rigward tal-attivitajiet operazzjonali tagħha.

10.6.

Il-Qorti eżaminat ir-rekwiżiti ta' rappurtar u l-proċessi li jikkonċernaw l-MPs u r-RAA inkluża l-gwida rilevanti pprovduta u hija analizzat l-MPs u r-RAA (il-parti 1) tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (DĠ COMP), tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport (DĠ MOVE) u tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DĠ MARE) għas-sena 2012. B'mod partikolari, il-Qorti vvalutat jekk ir-RAA pprovdewx informazzjoni utli dwar il-kontribut annwali tad-DĠ għall-kisbiet tal-politika (10). L-analiżi kienet ibbażata fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, l-istandards tal-kontroll intern tal-Kummissjoni u l-istruzzjonijiet għall-MP/RAA maħruġa mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni (SĠ) u mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DĠ BUDG).

 

Ir-rappurtar dwar il-kisbiet tal-politika jeħtieġ titjib

10.7.

Ir-Regolament Finanzjarju jirrikjedi li l-Kummissjoni tehmeż dikjarazzjonijiet ta' attività mal-abbozz ta' baġit (11) ippreżentat lill-awtorità baġitarja. Dawn id-dikjarazzjonijiet ta' attività għandhom jinkludu objettivi SMART (12) (mill-anqas objettiv wieħed għal kull attività) għad-diversi attivitajiet. Dawn l-objettivi għandhom jitkejlu permezz ta' indikaturi. L-objettivi u l-indikaturi huma fil-parti l-kbira użati direttament mid-diretturi ġenerali bħala objettivi fl-MPs tagħhom.

 

10.8.

Id-diretturi ġenerali għandhom imbagħad jirrappurtaw fil-parti 1 tar-RAA tagħhom dwar ir-riżultati miksuba u dwar il-punt sa fejn ir-riżultati kellhom l-impatt intenzjonat. Fil-Kummissjoni kollha kemm hi hemm madwar 1 000 objettiv u 3 000 indikatur fl-MPs meħuda flimkien (13).

 

10.9.

L-analiżi mill-Qorti tal-MPs u tar-RAA tad-DĠ COMP, tad-DĠ MOVE u tad-DĠ MARE identifikat il-kwistjonijiet prinċipali li ġejjin li jaffettwaw ir-rappurtar dwar il-kisbiet annwali tal-politika:

10.9.

Il-Kummissjoni tqis li għamlet progress sinifikanti f’dawn l-aħħar snin fir-rigward tar-rappurtar dwar il-kisbiet tal-politika u li b’mod partikolari r-Rapporti ta’ Attività Annwali tad-Direttorati-Ġenerali tagħha fihom ġabra sostanzjali ta’ informazzjoni utli dwar r-riżultati miksuba u l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà.

(a)

l-objettivi meħuda direttament minn dokumenti ta' politika ta' livell għoli jew minn dokumenti leġiżlattivi ħafna drabi ma jkunux iffukati biżżejjed biex ikunu utli għall-MPs u għar-RAA;

(a)

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 10.10.

(b)

8 biss minn 52 objettiv issodisfaw il-kriterji SMART kollha;

(b)

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 10.12.

(c)

l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni jeħtieġu titjib;

 

(d)

l-evalwazzjonijiet ma kinux sors utli ta' evidenza biex jiġi ssustanzjat ir-rappurtar dwar il-kisbiet tal-politika fir-RAA.

(d)

Evalwazzjonijiet differenti kienu sors ta’ informazzjoni utli biex tappoġġa l-kisbiet tal-politika rrappurtati fir-Rapporti Annwali ta’ Attività. Madankollu, mhux l-evalwazzjonijiet kollha jservu direttament l-iskop tar-Rapport ta’ Attività Annwali minħabba li dawn ikopru pereżempju perjodu ta’ żmien differenti mis-sena li hija rrappurtata fir-Rapport ta’ Attività Annwali.

L-objettivi meħuda direttament minn dokumenti ta' politika ta' livell għoli jew minn dokumenti leġiżlattivi ħafna drabi ma jkunux iffukati biżżejjed biex ikunu utli għar-RAA u għall-MPs

10.10.

Skont l-istruzzjonijiet permanenti tal-Kummissjoni għall-pjanijiet ta' ġestjoni 2012, id-DĠ għandhom jistabbilixxu objettivi ġenerali b'indikaturi tal-impatt (terminu-twil) u objettivi speċifiċi b'indikaturi tar-riżultati (terminu qasir/medju). L-objettivi użati fl-MPs u fir-RAA ħafna drabi jittieħdu direttament minn testi legali, jew minn dokumenti ta' politika ta' livell għoli. It-tliet DĠ eżaminati rreferew għan-natura vinkolanti ta' dawn it-testi bħala r-raġuni ta' bażi għal dan l-approċċ. Filwaqt li l-objettivi f'tali dokumenti għandhom, b'mod partikolari, jipprovdu l-bażi waqt l-istabbiliment ta' objettivi ġenerali, huma interpretati f'kuntest politiku u ħafna drabi ma jkunux iffukati biżżejjed biex ikunu utli għall-iskop fil-livell tad-DĠ (ara pereżempju l-kaxxa 10.1). Barra minn hekk, ir-rabta bejn l-objettivi ġenerali u dawk speċifiċi ma kinitx stabbilita b'mod ċar (id-DĠ COMP u d-DĠ MARE). Konklużjoni simili ntlaħqet reċentement mill-IAS li rrapporta li għal xi RAA hemm informazzjoni mhux kompleta dwar ir-rabta bejn l-objettivi ġenerali u dawk speċifiċi definiti fil-pjan ta' ġestjoni.

10.10.

L-istruzzjonijiet permanenti għal Pjanijiet ta’ Ġestjoni jeħtieġu li l-objettivi ġenerali jiġu allinjati mal-objettivi politiċi tal-Kummissjoni billi jiġu elaborati aktar fil-Pjanijiet ta’ Ġestjoni. Ir-razjonal għal dan l-approċċ joħroġ mill-bżonn li jkun żgurat li s-servizzi tal-Kummissjoni jsegwu fuq it-twassil tal-objettivi politiċi u l-prijoritajiet prinċipali ta’ politika tal-Kummissjoni. L-objettivi għandhom jiffukaw l-aktar fuq l-impatti u r-riżultati, għalkemm dawn huma normalment biss parzjalment attribwibbli għall-azzjonijiet tas-servizzi.

Billi huma strumentali biex tiġi żgurata r-responsabbiltà pubblika tal-Kummissjoni, l-objettivi jiffukaw l-aktar fuq l-impatti u r-riżultati, anki fil-każ li dawn normalment huma biss parzjalment attribwibbli għall-azzjonijiet tas-servizzi u huma influwenzati minn fatturi oħra esterni.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra emendi fl-istruzzjonjiet permanenti għall-Pjanijiet ta' Ġestjoni sabiex ittejjeb il-preżentazzjoni tar-rabtiet bejn l-objettivi ġenerali u dawk speċifiċi. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-kaxxa 10.1.

10.11.

L-MPs ma jistabbilixxux b'mod ċar kif l-attivitajiet ippjanati f'kull livell ta' ġestjoni se jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi stabbiliti, b'kont meħud tar-riżorsi allokati u r-riskji identifikati. Dan għandu impatt negattiv fuq l-utilità tar-rappurtar dwar il-kisbiet tal-politika fil-parti 1 tar-RAA. Fihom infushom l-objettivi jistgħu jkunu rilevanti għall-qasam ta' politika li fih joperaw id-DĠ iżda mhumiex iffukati biżżejjed biex jippermettu l-monitoraġġ ta’ kemm jintlaħqu maż-żmien (pereżempju, permezz ta' objettivi intermedji).

10.11.

Il-Kummissjoni qed tikkunsidra modi kif fil-Pjanijiet ta’ Ġestjoni ittejjeb il-preżentazzjoni tar-rabtiet bejn l-azzjonijiet li jwettqu s-servizzi u r-riżultati u l-impatti mixtieqa. Il-Kummissjoni tqis li l-konformità mal-kriterji SMART hija biżżejjed sabiex tippermetti monitoraġġ xieraq tal-progress sabiex jintlaħqu l-objettivi. Barra minn hekk, l-impatti u r-riżultati normalment jistgħu jiġu mkejla fuq perspettiva multiannwali.

Tmienja biss minn 52 objettiv issodisfaw il-kriterji SMART kollha

10.12.

L-objettivi tad-DĠ għandhom jiġu definiti b'mod ċar u aġġornati meta meħtieġ. Huma għandhom jiġu fformulati b'mod li jrendi possibbli l-monitoraġġ tal-ilħuq tagħhom. Dan ifisser li l-objettivi għandhom ikunu SMART. Madankollu, 8 biss mit-52 objettiv eżaminati ssodisfaw il-kriterji SMART kollha (għal eżempju wieħed ara l-kaxxa 10.2). Filwaqt li l-objettivi eżaminati kienu rilevanti għall-qasam ta' politika li fih operaw id-DĠ, ħafna drabi ma kinux speċifiċi, li jistgħu jitkejlu jew marbutin mal-ħin biżżejjed għal insegwiment.

10.12.

Meta jivvalutaw il-konformità ma’ kriterji SMART, l-informazzjoni fil-Pjan ta’ Ġestjoni għandha tiġi analizzata fl-intier tiagħha.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li r-rappurtar tal-prestazzjoni għandu jiffoka fuq il-bżonnijiet reali tal-partijiet interessati u għandu jkun flessibbli biżżejjed biex jirrifletti n-natura differenti ta’ attivitajiet tas-servizzi.

Objettiv SMART

Objettiv wieħed tad-DĠ MOVE huwa l-implimentazzjoni tan-netwerk ta' trasport ċentrali sal-2030. Dan l-objettiv huwa speċifiku, marbut mal-ħin u rilevanti. Il-punt sa fejn jista' jitkejjel dan l-objettiv jingħata f'termini kwantifikati fl-MP u fir-RAA (pereżempju bħat-tneħħija ta' ħames punti ta' konġestjoni minn fuq ir-rotot ta' trasport ċentrali sal-2017).

 

Objettiv mhux SMART

Wieħed mill-objettivi speċifiċi ppreżentati mid-DĠ MOVE fl-MP 2012 tiegħu huwa: l-promozzjoni ta' mobbiltà urbana moderna. Dan l-objettiv mhuwiex SMART. La huwa speċifiku peress li ma jipprovdi ebda informazzjoni dwar x'hemm bżonn jinbidel u lanqas ma jista' jitkejjel jew ma huwa marbut mal-ħin.

L-objettiv mhuwiex SMART

Għall-objettiv dwar il-mobbiltà urbana, dan se jitqies li ntlaħaq billi l-għadd ta’ bliet li huma membri tal-forum CIVITAS jilħaq 250-270 sal-2015. L-informazzjoni kollha meħtieġa hija għalhekk disponibbli għall-qarrej u l-objettiv jista’ fil-prattika jitiqes li hu Speċifiku, li jista' Jitkejjel u Jinkiseb, Relevanti u f'waqtu, jiġifieri SMART.

10.13.

Objettivi intermedji jrendu possibbli li jiġi kkontrollat jekk l-ilħuq ta' għan fuq terminu twil huwiex miexi kif suppost. Miri fuq terminu twil għandhom ikunu akkumpanjati minn objettivi intermedji fuq terminu medju jew annwali. Fl-MP 2012 tiegħu, id-DĠ MARE stabbilixxa żewġ objettivi intermedji li kienu diġà ntlaħqu fl-2011. Għal objettivi intermedji oħra użati mid-DĠ MARE r-rilevanza għall-ilħuq tal-objettivi assoċjati ma kinitx ovvja. Id-DĠ MOVE uża erba' objettivi intermedji għal objettivi b'miri fil-futur (fl-2020 u fl-2050) fl-MP 2012 tiegħu. Madankollu, waħda minn dawn il-miri li kellha objettiv intermedju stabbilit fl-2012 ma ġietx irrappurtata fir-RAA 2012 mingħajr ma ngħatat spjegazzjoni dwar ir-raġuni għal dan.

10.13.

Passi importanti jagħmluha possibbli biss li jiġi vverifikat il-punt sa fejn l-azzjonijiet meħuda qed jimxu lejn il-kisba ta’ għan fit-tul, u b’hekk jindikaw jekk il-progress jinsabx mixi ‘l quddiem kif ippjanat.

Fir-rigward tad-DĠ MOVE, fil-Pjan ta’ Ġestjoni għall-2012 mira fit-tul (għall-2020) u pass importanti għall-2010 kienu stabbiliti għall-indikatur tal-impatt “is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport”. Madankollu, il-leġiżlazzjoni li fuqha kien ibbażat dan il-pass ġiet imħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012 u b’hekk l-indikatur korrispondenti ma kienx aktar irrappurtat fir-Rapport Annwali tal-Attività għall-2012. Il-Kummissjoni taqbel li l-ispjegazzjoni fir-Rapport Annwali tal-Attività għal-2012 kienet tkun utli biex tiċċara għaliex il-livell ta’ dan il-pass importanti għall-2010 huwa inkluż fil-Pjan ta’ Ġestjoni għall-2012 iżda mhux fir-Rapport Annwali tal-Attività għall-2012.

L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni jeħtieġu titjib

10.14.

L-għażla tal-indikaturi għandha tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet bħar-rilevanza, kemm jistgħu jitkejlu, u d-disponibbiltà ta' data tal-prestazzjoni li tkun f'waqtha u affidabbli. Sa fejn possibbli, tali indikaturi għandhom jiġu stabbiliti skont il-kriterji “RACER” (14). L-indikaturi, li qed ikejlu eżiti li d-DĠ għandhom influwenza limitata fuqhom, għandhom ikunu akkumpanjati minn indikaturi oħra li jkejlu direttament l-attivitajiet tad-DĠ.

10.14.

L-indikaturi għandhom ikunu rilevanti għall-objettivi li huma jirrelataw magħhom. Fejn l-objettivi huma orjentati lejn l-impatt jew ir-riżultat, l-indikaturi li jkejlu biss l-eżitu dirett tad-DĠ huma restrittivi wisq biex jimmonitorjaw b’mod xieraq il-progress lejn il-kisba ta’ dawn l-objettiivi. Il-Kummissjoni tqis li l-użu biss ta' indikaturi li jkejlu eżitu dirett ta’ DĠ jkun restrittiv iżżejjed u mhux adegwat sabiex ikopri l-ġabra tal-attivitajiet tagħha.

10.15.

It-tliet DĠ kollha għandhom mill-anqas indikatur wieħed tal-prestazzjoni għal kull objettiv biex jgħin lill-maniġment fil-monitoraġġ, fl-evalwazzjoni u fir-rappurtar dwar il-kisbiet. L-eżaminar ta' 15-il indikatur (5 għal kull DĠ) wera li 8 mill-indikaturi ssodisfaw b'mod adegwat il-kriterji RACER kollha. Barra minn hekk, il-Qorti identifikat in-nuqqasijiet li ġejjin (ara l-kaxxa 10.3):

10.15.

Il-Kummissjoni tqis li l-indikaturi ppreżentati ġeneralment jipprovdu informazzjoni utli dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali tal-politika tal-Kummissjoni kif ukoll għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni.

(a)

indikaturi li d-DĠ ma kellha l-ebda abbiltà li tinfluwenza (id-DĠ MARE, id-DĠ MOVE);

(a)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-indikaturi jippreżentaw informazzjoni importanti għall-komunikazzjoni ma’ partijiet interessati esterni u biex jipprovdu tmexxija globali tal-inizjattivi politiċi u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. L-impatt dirett ta’ inizjattiva ta’ politika fuq il-kisba ta’ objettiv ta’ spiss jista’ jiġi vvalutat biss f’perspettiva għal tul ta' żmien medju jew iktar fit-tul.

(b)

indikaturi li ma kellhomx informazzjoni rilevanti (id-DĠ COMP) jew mira kwantifikata (id-DĠ MARE u d-DĠ COMP) jew fejn mira kwantifikata kienet disponibbli, din ma setgħetx titkejjel (id-DĠ MARE);

(b)

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-kaxxa 10.3.

(c)

indikaturi b'miri fejn ir-rabta bejn l-indikatur u l-mira ma kinitx ċara jew il-mira ma kinitx sinifikattiva (id-DĠ MARE u d-DĠ MOVE).

(c)

Il-Kummissjoni tqis li l-indikaturi li ġew ippreżentati huma utli. Madankollu, taqbel li l-informazzjoni dwar il-kisba tal-miri għal dawn l-indikaturi partikolari għandhatkun spjegata b’mod aktar ċar u se taħdem biex tagħmel dan fil-futur (ara wkoll it-tweġiba għall-kaxxa 10.3).

DĠ MARE — Indikaturi barra l-kontroll tad-DĠ

Hemm indikaturi li huma barra mill-ambitu ta' influwenza tad-DĠ MARE billi jiddependu fuq ir-riżultati ta' negozjati kummerċjali internazzjonali. Id-DĠ MARE isemmi bħala ċaħda ta 'responsabbilà li l-ikkompletar ta' dawn in-negozjati mhuwiex taħt il-kontroll tiegħu.

DĠ MARE — Indikaturi lil hinn mill-kontroll tad-DĠ

L-indikatur dwar negozjati kummerċjali internazzjonali taħt l-ABB 1102 huwa rilevanti għall-kejl tal-progress lejn l-objettiv speċifiku kkonċernat, minħabba li jindika r-riżultat tal-ħidma tad-DĠ.

Ġiet miżjuda ċaħda f’konformità mal-Parti 4 tal-Istruzzjonijiet Permanenti mis-servizzi ċentrali fuq il-Pjan ta’ Ġestjoni għall-2012.

DĠ COMP — Ebda informazzjoni rilevanti mogħtija

L-objettiv speċifiku tad-detezzjoni, is-sanzjonar, id-deterrenza u l-irrimedjar effettivi tal-prattiki antikompetittivi li jagħmlu l-aktar ħsara użati minn impriżi li mhumiex kartelli jitkejjel permezz ta' indikatur wieħed tar-riżultati li huwa l-punt ta' riferiment għall-benefiċċji (osservabbli) lill-klijenti minn deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jipprojbixxu prattiki antikompetittivi li mhumiex kartelli u minn deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jrendu vinkolanti l-impenji mressqa minn impriżi. Dan l-indikatur huwa definit skont metodoloġija tal-kalkolu użata mid-DĠ COMP li għandha l-għan li tikkwantifika benefiċċji stmati lill-konsumaturi. Madankollu, id-DĠ COMP stess jiddikjara li dan l-indikatur ma jkejjilx il-progress lejn l-ilħuq tal-objettiv. B'hekk, l-objettiv ma għandux indikatur.

DĠ COMP — Ma ġiet provduta l-ebda informazzjoni

Il-Kummissjoni tagħraf li d-DĠ COMP bħalissa ma jipprovdix indikatur għall-attività tiegħhu dwar prattiċi kontra l-kompetizzjoni minn intrapriżi apparti minn kartelli. Dan huwa minħabba l-kumplessità tal-kalkolu minħabba diverġenzi ta’ dawn il-każijiet meta mqabbla man-natura aktar omoġenea tal-każijiet pereżempju għal fużjonijiet jew kartelli orizzontali li jimplikaw kalkolu inqas kumpless, u t-tiġrib tal-implikazzjoni tar-riżorsi għal tali kalkolu aktar kumpless (kostibenefiċċju).

DĠ MOVE — Diffikultajiet bil-preżentazzjoni u bl-interpretar tar-riżultati tiegħu

Għall-objettiv ġenerali tal-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tat-trasport u l-finanzjament intelliġenti tagħha, wieħed mill-indikaturi tal-impatt stabbilit mid-DĠ MOVE huwa t-tnaqqis tal-ħin (medju) tal-ivvjaġġar fuq 30 proġett prijoritarju tat-TEN-T dovut għal infrastruttura mtejba ffinanzjata permezz tal-fondi tal-UE bil-mira ta' tnaqqis ta' 20 % sal-2020 (meta mqabbel mal-2011). L-impatt fuq il-popolazzjoni huwa ddikjarat f'termini kwantitattivi bħala ħin tal-ivvjaġġar imnaqqas. Madankollu, il-mod kif l-aktar informazzjoni reċenti magħrufa hija ppreżentata fir-RAA 2012 joħloq konfużjoni. Is-sitwazzjoni attwali għal dan l-indikatur hija ppreżentata kif ġej: St-Pölten-Vjenna: 40 minuta; Unterinntal: 15-il minuta; Barċellona-Franza: siegħa u 40 minuta. Mhuwiex ċar jekk dan huwiex il-ħin medju tal-ivvjaġġar imnaqqas li diġà nkiseb fl-2012 jew fil-fatt il-mira għall-2020 għall-ħin medju tal-ivvjaġġar imnaqqas. Ma hemm ebda informazzjoni dwar il-punt sa fejn intlaħqet il-mira ta' tnaqqis ta' 20 %. Barra minn hekk ġew ippreżentati 3 valuri biss minn 30. Mingħajr spjegazzjoni addizzjonali mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk ir-realizzazzjoni tal-objettiv kif immonitorjat mill-indikatur huwiex miexi kif suppost.

DG MOVE — indikatur għat-tnaqqis tal-ħin għall-ivvjaġġar

Il-Kummissjoni tikkunsidra l-indikatur għal tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar bħala rilevanti ħafna u partikolarment utli għall-valutazzjoni tal-kisba tal-objettiv biex tkun immodernizzata l-infrastruttura tat-trasport. Madankollu jirrikonoxxi li l-progress fil-kisba ta’ tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar fit-30 proġett prijoritarju tat-TEN-T (PPs) seta' kien spjegat b’mod aktar ċar u jaħdem biex jagħmel dan fil-futur.

Dwar it-tul ta' żmien ta’ tliet proġetti prijoritarji msemmija, il-ħinijiet tal-ivvjaġġar tqassru b’bejn 20 u 60 % fl-2012 minħabba miżuri kofinanzjati mill-UE. Minħabba li l-interventi fuq taqsimiet ulterjuri se komplu sal-2020, il-Kummissjoni tistenna li l-objettivi individwali se jintlaħqu wkoll għat-tul kollu ta' żmien ta’ dawn il-proġetti ta’ prijorità, kif ukoll għal proġetti oħra ta' prijorità.

L-evalwazzjonijiet ma kinux sors utli ta' evidenza biex jiġi ssustanzjat ir-rappurtar dwar il-kisbiet tal-politika fir-RAA

10.16.

Skont l-istruzzjonijiet permanenti tal-Kummissjoni, l-evalwazzjonijiet u l-istudji relatati mal-evalwazzjonijiet għandhom ikunu sors ta' informazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatti. It-tliet DĠ kollha jinkludu xi informazzjoni dwar l-evalwazzjonijiet fil-parti 1 tar-RAA 2012 tagħhom. Madankollu din l-informazzjoni kienet fil-qosor jew f'noti f'qiegħ il-paġna. L-eżaminar ta' ħames evalwazzjonijiet ikkompletati fl-2012 jew qabel għal kull wieħed mit-tliet DĠ eżaminati żvela li dawn kienu ta' valur limitat bħala sorsi ta' informazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt. Dan kien dovut fil-parti l-kbira għall-fatt li l-evalwazzjonijiet kienu orjentati lejn mistoqsijiet operazzjonali aktar milli lejn il-prestazzjoni jew minħabba li l-Kummissjoni kellha dubji dwar il-kwalità tal-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet tal-Istat Membru.

10.16.

Il-Kummissjoni tieħu nota tas-sejbiet tal-Qorti li l-kampjun ta’ evalwazzjonijiet, investigat mill-Qorti, kien orjentat lejn mistoqsijiet operazzjonali aktar milli l-prestazzjoni. Il-Kummissjoni taqbel mal-fehma li l-evalwazzjonijiet għandhom jipproduċu informazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatti, filwaqt li jagħrfu li l-attenzjoni tal-evalwazzjonijiet titsa' tvarja skont l-istadju tal-implimentazzjoni tal-programm evalwat. Il-Kummissjoni tirreferi għall-Artikolu 318 tar-Rapport ta' Evalwazzjoni tat-TFUE li fih ir-riżultati, li jkopui kull intestatura tal-Baġit tal-QFP, huma ppreżentati f’dak li għandu x’jaqsam kemm ma' kwistjonijiet operazzjonali matul l-implimentazzjoni bikrija ta’ programmi kif ukoll fir-rigward tal-impatt, l-effikaċa, u l-valur miżjud tal-UE ta’ programmi fi stadju aktar tard tal-implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni se tagħti aktar attenzjoni lil aspetti marbuta mal-prestazzjoni fl-evalwazzjonijiet tagħha u lir-rappurtar meħtieġ dwar dan fir-Rapporti ta' Attività Annwali. Hija ssemmi eżempji tal-evalwazzjonijiet li diġà qed jipprovdu informazzjoni utli dwar il-kisbiet tal-politika.

Il-Kummissjoni tqis li hija għamlet progress sinifikanti f’dawn l-aħħar snin rigward ir-rappurtar dwar il-kisbiet tal-politika u li r-Rapporti ta’ Attività Annwali tad-Direttorati-Ġenerali tagħha fihom bosta ġabriet ta’ informazzjoni utli dwar l-objettivi tal-politika, ir-riżultati miksuba u l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà.

Il-Kummissjoni qed taħdem fuq qafas aktar b’saħħtu u koerenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar fuq il-prestazzjoni tal-programmi finanzjarji tal-UE għall-QFP li jmiss. Ir-Rapport tal-Artikolu 318 dwar is-sena 2012 fih Pjan ta’ Azzjoni. Il-Kummissjoni tfakkar li l-informazzjoni u l-valutazzjonijiet li l-Kummissjoni se tkun tista' tipproduċi minn sena għal oħra fir-Rapporti Annwali tal-Attività u r-rappurtar globali tagħha għall-QFP li jmiss se jiddependu ħafna fuq d-dispożizzjonijiet dwar il-prestazzjoni fl-istrumenti legali li għandhom jiġu adottati mill-Parlament u mill-Kunsill biex jappoġġjaw is-sett il-ġdid ta' programmi finanzjarji.

Il-ġestjoni tal-prestazzjoni u r-rappurtar qed jevolvu u ttieħdu xi azzjonijiet korrettivi iżda huwa kmieni wisq biex jiġu vvalutati r-riżultati tagħhom

10.17.

Is-SĠ u d-DĠ BUDG għandhom rwol ċentrali fil-provvediment ta' struzzjonijiet annwali dwar l-istruttura u l-kontenut tar-RAA. Barra minn hekk huma jeżerċitaw ġestjoni ċentrali tal-kwalità (appoġġ u monitoraġġ) fuq ir-RAA ppreparati mid-DĠ individwali. Il-proċess ta' kontroll tal-kwalità kien jinkludi, għall-ewwel darba fl-2012, diskussjonijiet mas-SĠ u mad-DĠ BUDG dwar l-abbozzi tal-parti 1 tar-RAA tad-DĠ kollha.

 

10.18.

Fl-awditu tiegħu tal-proċess tar-RAA, l-IAS ikkonkluda li l-proċess jiffoka fuq il-legalità u r-regolarità filwaqt li l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività tal-kisbiet tal-politika mhumiex indirizzati b'mod suffiċjenti. B'reazzjoni għal dan l-awditu l-Kummissjoni stabbilixxiet pjan ta' azzjoni f'Marzu 2013 biex jiġu indirizzati s-sejbiet prinċipali inkluża reviżjoni tal-istruzzjonijiet permanenti.

10.18.

Il-Kummissjoni se tirrevedi l-istruzzjonijiet permanenti dwar it-tħejjija tar-rapporti ta’ attività annwali. Din ir-reviżjoni se tiżgura wkoll li l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikażja tata' kisbiet ta' politika huma indirizzati.

10.19.

Fil-kuntest tan-negozjati tal-QFP il-Kummissjoni pproponiet qafas komuni ta' prestazzjoni kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali li huwa bbażat fuq indikaturi miftiehma tal-output u tar-riżultati.

 

PARTI 2 — RAPPORT TA' EVALWAZZJONI DWAR IL-FINANZI TAL-UNJONI BBAŻAT FUQ IR-RIŻULTATI MIKSUBA

10.20.

Il-Kummissjoni ppubblikat it-tieni rapport tagħha f'Novembru 2012 u t-tielet rapport tagħha f'Ġunju 2013 dwar l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni bbażat fuq ir-riżultati miksuba (ir-rapport ta' evalwazzjoni) (15). It-Trattat jirrikjedi li l-Kummissjoni tipproduċi rapport bħal dan, u li r-rapport ikun parti mill-evidenza li fuqha l-Parlament jagħti l-kwittanza kull sena lill-Kummissjoni rigward il-baġit (16).

 

10.21.

Fl-osservazzjonijiet tagħha (17) dwar it-tieni rapport ta' evalwazzjoni l-Qorti sabet li l-ambitu usa' huwa titjib, meta mqabbel mal-ewwel rapport ta' evalwazzjoni, u nnotat li r-rapport jagħti xi indikazzjoni tal-effettività u l-effiċjenza tal-programmi. Madankollu, ir-rapport ta' evalwazzjoni ma pprovdiex evidenza suffiċjenti, rilevanti u affidabbli dwar x'kisbu l-politiki tal-UE u għaldaqstant ma kienx adatt għall-użu intenzjonat tiegħu fil-proċedura ta' kwittanza.

10.21.

Il-Kummissjoni ttenni l-ħsieb tagħha li tkompli ttejjeb ir-rapport fil-futur f’diskussjoni mal-Awtorità ta’ Kwittanza.

Il-Kummissjoni tikkonferma wkoll li dan jista’ jintlaħaq biss taħt il-qafas ta’ prestazzjoni ġdida li se jkun ibbażat fuq il-bażijiet legali għal QFP li jmiss.

Tqiesu l-indikazzjonijiet provduti s’issa mill-Qorti fit-tħejjija tar-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ din is-sena sa fejn hu possibbli fi ħdan il-qafas eżistenti tal-QFP 2007-13. Dan ir-rapport ġie adottat fis-26 ta’ Ġunju 2013.

10.22.

Meta mqabbel mal-ewwel u t-tieni rapporti ta' evalwazzjoni, it-tielet rapport jirrappreżenta xi titjib billi juża aktar sorsi ta' informazzjoni milli rapporti ta' evalwazzjoni biss, notevolment ir-rapporti speċjali tal-Qorti u rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, u jidentifika wkoll xi oqsma li jeħtieġu titjib. Il-Qorti tilqa' b’interess dawn l-iżviluppi. Madankollu, ir-rapport ta' evalwazzjoni għadu mhux adatt għall-użu intenzjonat tiegħu.

10.22.

Il-Kummissjoni tilqa’ r-reazzjoni pożittiva mill-Qorti dwar l-iżviluppi li saru fir-rapport ta’ evalwazzjoni. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tqis li jista’ jkun possibbli biss għar-rapport ta’ evalwazzjoni li jibda jipprovdi evidenza suffiċjenti, rilevanti u affidabbli dwar dak li kisbu l-politiki tal-UE, u għalhekk jiġi kkunsidrat mill-Qorti bħala xieraq għall-użu maħsub tiegħu fil-proċedura ta’ kwittanza, tard fil-QFP meta l-ewwel indikazzjonijiet dwar l-impatti tal-programmi jibdew jidhru.

10.23.

Il-Qorti tinnota li l-Kummissjoni impenjat lilha nfisha biex tippreżenta, fl-2014, qafas ġdid għar-rappurtar tal-prestazzjoni u tinnota l-inizjattivi meħuda diġà sabiex jissaħħaħ ir-rappurtar tal-prestazzjoni fis-servizzi tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tippjana li:

(a)

ttejjeb ir-rappurtar tal-prestazzjoni fir-rapporti annwali tal-attività tad-direttorati ġenerali tagħha;

(b)

torbot aktar mill-qrib il-pjanijiet ta' ġestjoni annwali mar-rapporti annwali tal-attività fuq naħa waħda u mar-rapport ta' evalwazzjoni skont l-Artikolu 318 fuq in-naħa l-oħra;

(c)

tadotta r-rapport ta' evalwazzjoni b'mod parallel mar-rapport ta' sinteżi.

10.23.

Fuq il-bażi ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ programmi ta’ nfiq taħt il-Qafas Fnanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni se tagħti struzzjonijiet lis-servizzi tagħha biex jirriflettu l-qafas ta’ prestazzjoni ta’ dawn il-programmi fil-Pjanijiet ta' Ġestjoni tagħhom għall-2014. Dan se jippermetti rappurtar dwar il-prestazzjoni fir-Rapporti ta' Attività Annwali li għandhom jinħarġu f’Marzu 2015. Barra minn hekk, se tinħoloq rabta aktar mill-qrib bejn ir-Rapporti ta’ Attività Annwali tad-Direttorati Ġenerali u r-rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq l-Artikolu 318 tat-TFUE.

10.24.

Finalment, it-tielet rapport ta' evalwazzjoni huwa akkumpanjat minn pjan ta' azzjoni għall-iżvilupp tar-rapport ta' evalwazzjoni skont l-Artikolu 318. Il-Qorti tirrikonoxxi dan bħala pass pożittiv. Madankollu, mhuwiex ċar dawn l-azzjonijiet x'se jfissru fil-prattika. B'mod partikolari, il-pjan ma jispeċifikax responsabbiltajiet individwali jew dati tal-ikkompletar għall-azzjonijiet imsemmija. Il-Qorti se ssegwi u tirrapporta dwar il-punt sa fejn il-Kummissjoni tirnexxi fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u fit-twassil tat-titjib imwiegħed fir-rigward ta' rapporti ta' evalwazzjoni futuri.

10.24.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-fatt li l-Qorti rrikonoxxiet li l-pjan ta’ azzjoni huwa pass pożittiv. Hija tfakkar l-indikazzjoni fir-rapport ta’ din is-sena li l-pjan ta’ azzjoni għadu provviżorju sakemm issir l-adozzjoni tal-istrumenti legali li se jappoġġjaw il-programmi finanzjarji fil-QFP li jmiss. Dan jispjega n-nuqqas ta’ responsabbiltajiet individwali speċifiċi u d-dati tat-tlestija.

PARTI 3 – RIŻULTATI TAL-AWDITU TAL-QORTI DWAR IL-PRESTAZZJONI

Introduzzjoni

10.25.

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti jeżaminaw jekk il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba (il-paragrafu 10.2) jiġux applikati għall-infiq tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti tagħżel is-suġġetti tagħha għar-rapporti speċjali – oqsma baġitarji speċifiċi jew temi ta’ ġestjoni – biex ikun hemm impatt massimu, ibbażati fuq firxa ta’ kriterji, bħal-livell ta’ introjtu jew l-infiq involut (materjalità), ir-riskji għall-ġestjoni finanzjarja tajba u l-grad ta’ interess tal-partijiet interessati. Fl-2012, il-Qorti adottat (18) 25 rapport speċjali, kif elenkati fl- Anness 10.1 .

 

10.26.

F'din il-parti l-Qorti teżamina t-tagħlimiet li jistgħu jittieħdu mir-rapporti speċjali 2012 tagħha. Il-Qorti tiffoka fuq tliet temi li huma importanti għall-kisba tar-riżultati u l-impatti mixtieqa tal-ġenerazzjoni ta' programmi ta' nfiq li jmiss: objettivi SMART u indikaturi adatti għall-programmi, data affidabbli u f'waqtha dwar il-prestazzjoni tal-programmi u s-sostenibbiltà ta' proġetti ffinanzjati mill-UE.

 

10.27.

Dawn it-temi huma riflessi wkoll, fi gradi differenti, f'pubblikazzjonijiet reċenti oħra mill-Qorti (19). Kif indikat qabel mill-Qorti, u sabiex jiġi stabbilit jekk l-infiq tal-Unjoni Ewropea huwiex qed ikollu r-riżultati u l-impatt mixtieq, jinħtieġ li l-Kummissjoni tirrivedi s-sistemi tagħha ta' rappurtar u ta' obbligu ta' rendikont għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss u li tiffoka mhux biss fuq il-konformità mar-regoli iżda wkoll fuq il-ksib ta' eżiti (riżultati u impatt). Objettivi SMART u indikaturi adatti flimkien ma' informazzjoni affidabbli u f'waqtha, huma elementi essenzjali ta' tali sistema ta' rappurtar u ta' obbligu ta' rendikont.

10.27.

Il-Kummissjoni taqbel li s-sistemi ta’ ġestjoni għandhom ikunu adegwatament stabbiliti biex ikejlu l-kisbiet u l-eżiti tal-infiq tal-UE u li hemm bżonn li sistemi ta’ kontroll u segwitu adewgati jkunu fis-seħħ biex jiksbu informazzjoni affidabbli għar-rappurtar tar-riżultati.

Il-Kummissjoni qed taħdem fuq l-iżvilupp tas-sistema ta’ ġestjoni interna tagħha fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014 — 2020 li jmiss b’enfasi partikolari fuq il-valur miżjud tal-UE, l-effiċjenza u l-effikaċja u impatti globali fuq l-ekonomija u s-soċjetà tal-programmi ta’ nfiq tagħha. Il-Kummissjoni se tfassal kultura ġdida ta’ prestazzjoni bl-użu tal-objettivi, l-indikaturi, oqfsa ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni stabbiliti mill-awtorità leġiżlattiva għall-perjodu ta’ programmar li ġej; dan se jipprovdi wkoll bażi ċara għar-rappurtar annwali dwar il-prestazzjoni mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni diġà inkludiet fil-proposti tagħha għall-programmi l-ġodda taħt il-QFP diversi elementi li għandhom l-għan li jwaslu qafas ta' prestazzjoni iktar b'saħtu, li jkun iktar iffukat fuq l-effiċjenza u l-effikaċja fil-kisba tal-objettivi kumplessivi ta’ programmi finanzjarji differenti. Dan il-qafas ta’ prestazzjoni se jkollu impatt fuq l-istrumenti eżistenti interni ta’ ġestjoni.

Objettivi SMART flimkien ma' indikaturi adatti tal-prestazzjoni mhumiex applikati b'mod konsistenti fil-programmi ta' nfiq

10.28.

Ir-Regolament Finanzjarju jirrikjedi li l-kisba tal-objettivi SMART stabbiliti għas-setturi kollha ta' attività koperti mill-baġit tiġi mmonitorjata minn indikaturi tal-prestazzjoni (20). Dan jippermetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jevalwaw mhux biss fit-tmiem iżda wkoll f'punti intermedji ewlenin jekk l-objettivi definiti ntlaħqux u jekk huwiex probabbli li jinkisbu l-impatti intenzjonati.

 

10.29.

Fir-rapport speċjali tagħha dwar l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-Qorti sabet li l-Kummissjoni wriet li huwa possibbli li jiġu definiti indikaturi relatati mal-output u mal-eżiti tal-azzjonijiet iffinanzjati (21). L-awtoritajiet eżaminati fl-Istati Membri kienu meħtieġa li jinkludu outputs kwantifikabbli. Madankollu, il-miri li jistgħu jitkejlu kienu speċifikati għal madwar nofs l-azzjonijiet eżaminati biss u l-parti l-kbira ta' dawn il-każijiet sempliċiment irreferew għall-għadd ta’ proġetti jew parteċipanti minflok għal aspetti speċifiċi bħar-rata ta’ suċċess fil-kisba ta' kwalifiki. Il-Qorti kkonkludiet li għalkemm il-Kummissjoni pprovdiet gwida estensiva dwar l-indikaturi, erbgħa mill-ħames Stati Membri wrew dgħufijiet sinifikanti fl-inklużjoni tal-objettivi SMART fil-programmi, fl-istabbiliment ta' sistemi xierqa ta’ ġbir tal-IT u/jew fir-rappurtar dwar l-ilħuq tal-miri. Konsegwentement, l-abbiltà tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni li jimmonitorjaw u jmexxu l-programmi ġiet imfixkla.

10.29.

Taħt il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni qed tuża diversi strumenti biex timmonitorja programmi nazzjonali, bħal kuntatti regolari mal-Istati Membri u rapporti intermedji u ta' għeluq dwar l-implimentazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri ssottomettew ir-rapporti ta’ evalwazzjoni nazzjonali li jkopru l-perjodu 2007-2010 fuq il-bażi ta’ indikaturi komuni stabbiliti mill-Kummissjoni u kompatibbli mal-indikaturi tal-Istati Membri stess fuq il-livell tal-proġett. Dawn l-indikaturi komuni għandhom jipproduċu riżultati siewja fuq livell nazzjonali u Ewropew. Fil-proposta tagħha għal Regolament dwar il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni tal-15 ta' Novembru 2011 (COM(2011)751), il-Kummissjoni pproponiet li jkun hemm indikaturi komuni obbligatorji għall-valutazzjoni u l-ġestjoni effiċjenti tal-programmi nazzjonali. Dawn diġà qed jiġu diskussi ma’ Stati Membri parteċipanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-fatt li huma għandhom ikunu limitati fin-numru tagħhom kif ukoll “SMART”, marbuta ma’ realtà u li jipprovdu dejta affidabbli.

10.30.

Ir-rapport speċjali dwar ir-riforma tas-suq tal-inbid wera li minkejja rekwiżiti ta' informazzjoni eżiġenti u l-fatt li l-Kummissjoni tirċievi ammont kbir ta’ informazzjoni mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-diversi miżuri, ir-rwol ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni, li għandu jinkludi valutazzjoni ta’ jekk ir-riforma hijiex qed tilħaq l-objettivi tagħha, kien limitat minħabba n-nuqqas ta’ indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin (22).

10.30.

Il-valutazzjoni ta’ jekk r-riforma tal-2008 fl-inbid tilħaqx l-objettiv tagħha twettqet mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-elementi li ġejjin:

(1)

Valutazzjonijiet perjodika tas-sitwazzjoni tas-suq tal-inbid:

a.

ibbażata fuq indikaturi ewlenin previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 555/2008 u (KE) Nru 436/2009.

(2)

Valutazzjonijiet perjodika tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ politiki dwar l-inbid pereżempju:

a.

studju dwar l-implimentazzjoni tar-riforma li saret fl-2012, li servia bħala analiżi sostanzjali u dettaljata dwar aspetti differenti tal-organizzazzjoni tas-suq komuni tal-inbid.

b.

rigward programmi nazzjonali, ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 ġie mmodifikat u żewġ linji gwida kienu rispettivament approvati fl-2013 mid-DĠ AGRI bil-għan li jiġu ċċarati u ddettaljati kif dawn il-miżuri għandhom jiġu implimentati fil-livell nazzjonali. Dawn il-linji gwida jirrakkomandaw lill-Istati Membri indikaturi ewlenin li għandhom jintużaw (eż. kriterji tal-għażla, kriterji ta’ evalwazzjoni, indikaturi tal-impatt, eċċ.). Dawn l-indikaturi huma wkoll użati minn DĠ AGRI meta jkun qiegħed jevalwa l-politiki tiegħu.

(3)

Evalwazzjonijiet usa’ ta’ kwistjonijiet dwar l-inbid:

a.

Id-dejta miġbura matul l-2012 intużat ukoll mid-DĠ AGRI biex isir l-abbozz tar-rapport għall-2012 lill-Kunsill u lill-Parlament, flimkien ma’ indikaturi oħra previsti mill-Istati Membri dwar il-programmi nazzjonali ta’ appoġġ u għall-iskema tal-qlugħ tad-dwieli.

b.

Id-DĠ AGRI bħalissa nieda evalwazzjoni ġdida fuq il-kompetittività tal-inbejjed tal-UE, li għandha titlesta sa tmiem l-2014. L-offerta proposta tistabbilixxi indikaturi ċari għal din l-evalwazzjoni li se ssir.

c.

Id-DĠ AGRI qed iwettaq evalwazzjoni oħra fuq il-valur mizjud tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. Għal darb’oħra, din wara tistabbilixxi indikaturi ċari.

10.31.

Ir-rapport speċjali tal-Qorti dwar strumenti finanzjarji kofinanzjati mill-FEŻR jindika li l-istrumenti standard ta' monitoraġġ tal-politika ta’ koeżjoni stabbiliti għall-FEŻR mhumiex adegwati jew adattati għall-iskop ta’ strumenti finanzjarji. Huwa kkonkluda li fejn kienu jeżistu, is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta' informazzjoni ma kinux armati tajjeb biżżejjed biex jipprovdu informazzjoni dwar u biex jimmonitorjaw il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi (23).

10.31.

L-emenda għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 f’Diċembru 2011 introduċiet obbligu għall-Istati Membri biex formalment jirrapportaw dwar l-istrumenti finanzjarji. Fl-2012, fuq il-bażi ta' rapport sommarju, il-Kummissjoni pproduċiet gwida dettaljata dwar ir-rappurtar għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni. u s-servizzi tal-Kummissjoni żviluppawha wkoll Barra minn hekk, fi Frar 2012 il-Kummissjoni ppubblikat Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal dwar strumenti finanzjarji fil-politika ta’ koeżjoni permezz tan-netwerk ta’ evalwazzjoni tal-esperti dwar l-użu tal-FEŻR biex isostnu strumenti finanzjarji. Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar se jiġu kkonsolidati aktar fil-perjodu ta' programmar li jmiss.

Nuqqasijiet fir-rilevanza, fl-affidabbiltà u fil-puntwalità tad-data tal-prestazzjoni

10.32.

Madankollu, il-kejl u l-valutazzjoni tal-ilħuq tal-objettivi huwa sinifikattiv biss jekk ikun ibbażat fuq informazzjoni li hija rilevanti, affidabbli u f'waqtha. Fil-bini ta' sistema robusta ta' ġestjoni u ta' rappurtar tal-prestazzjoni, jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għall-affidabbiltà u għall-puntwalità tad-data tal-prestazzjoni li hija tiġġenera jew tikseb minn Stati Membri u minn partijiet terzi. Għadd ta' rapporti speċjali 2012 tal-Qorti pprovdew eżempji ta' nuqqasijiet fil-kwalità tad-data u xi eżempji jingħataw fil-paragrafi li ġejjin.

10.32.

Għall-programmi fil-qasam ta’ ġestjoni diretta, il-Kummissjoni għandha tkun tista’, skont il-proposti leġiżlattivi tagħha għall-perjodu li jmiss ta’ programmi ta' finanzjament tiżgura informazzjoni f’waqtha u affidabbli għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni tagħhom.

Għall-programmi b'ġestjoni indiretta l-Kummissjoni għandha toqgħod fuq ir-rieda u l-kapaċità tal-Istati Membri u l-partijiet terzi biex tingħata dejta adegwata, f’waqtha, affidabbli u komparabbli. Dan mhux possibbli fi ħdan il-firxa kollha ta’ programmi f’mod sintetiku skont il-qafas legali attwali.

Għall-programmi b'ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni pproponiet lill-awtorità leġiżlattiva xi rekwiżiti ewlenin għat-tfassil tas-sistemi biex tkun prodotta informazzjoni fuq ir-riżultati fil-qafas ta' regolamenti futuri wara l-2013. Ir-responsabbiltà għat-tħaddim ta' dawk is-sistemi sabiex jipprovdu informazzjoni kompleta u preċiża dwar ir-riżultati hija tal-Istati Membri skont id-diviżjoni tal-kompetenzi skont il-ġestjoni kondiviża.

10.33.

Fl-awditu tagħha dwar l-identifikazzjoni ta’ għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, il-Qorti sabet li l-Qafas Komuni ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni — stabbilit bħala għodda għall-Istati Membri u l-Kummissjoni — ma kienx jiġġenera data rilevanti li tista' tintuża għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba bil-fondi minfuqa. L-indikaturi definiti ma ppermettewx li l-progress fl-ilħuq tal-prijoritajiet tal-UE jiġi mmonitorjat, u nstab li d-data kienet ta’ affidabbiltà baxxa u ma kinitx tippermetti li jsir tqabbil bejn l-Istati Membri (u/jew reġjuni) (24). F'rapport ieħor, il-Qorti nnutat dgħufijiet sinifikanti fir-rigward tar-rappurtar mill-Istati Membri, bir-riżultat li l-Kummissjoni ma setgħetx tevalwa fil-każijiet kollha jekk il-prestazzjoni li kienet qed tinkiseb mill-Istati Membri kinitx konformi mal-miri tal-UE fir-rigward tal-iskart. Filwaqt li l-Kummissjoni ċċekkjat il-konsistenza taċ-ċifri li rċiviet, hija ma vvalutatx l-affidabbiltà tagħhom (25).

10.33.

Il-Kummissjoni tqis li l-Qafas Komuni ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni jikkostitwixxi sett ta' indikaturi rilevanti u integrati li kien imħejji b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex ikopri l-objettivi tal-politika. Dan jimmarka l-ewwel darba li sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għall-iżvilupp rurali komprensiva, iżda impenjattiva, ġiet implimentata fil-livell tal-UE. Il-miżuri kollha flimkien li għandhom jitqiesu meta jiġi vvalutar jekk il-prijoritajiet tal-UE humiex indirizzati tajjeb.

Il-miżura 121 għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-objettiv li titjieb il-kompetittività. L-esperjenza attwali ta' 'tagħlim bil-prattika' turi li d-definizzjoni tal-indikaturi tar-riżultati f'dan il-qasam hija sfida u l-Kummissjoni, l-Istati Membri u diversi partijiet interessati ddedikaw sforz kbir biex itejbu kontinwament l-metodoloġija, l-affiddibilità u l-komparabbilità. Din l-esperjenza se tintuża wkoll għas-sistema futura ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.

10.34.

Nuqqasijiet f'sistemi ta' rappurtar jista' jkollhom impatt negattiv ukoll fuq l-affidabbiltà tal-informazzjoni. L-awditu tas-Sistema Komuni ta' Informazzjoni dwar ir-Relazzjonijiet Esterni (CRIS) — is-sistema ta' informazzjoni stabbilita mill-Kummissjoni biex tappoġġa l-aspetti finanzjarji u operazzjonali tal-ġestjoni ta' azzjonijiet esterni — identifika problemi fir-rigward tal-integrità tad-data f'din is-sistema. Il-Qorti sabet rekords fejn l-informazzjoni kienet jew nieqsa, jew mhux valida jew inkella mhux aġġornata. Dawn xejnu l-affidabbiltà tas-sistema u l-effiċjenza u l-effettività tagħha bħala għodda ta’ ġestjoni (26).

10.34.

Qed isiru sforzi biex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet, iżda l-ebda informazzjoni finanzjarja u/jew kritika oħra ma hija nieqsa mill-CRIS. Minbarra l-progress li kien imsemmi fl-awditu tal-CRIS fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-kwalità tad-dejta (il-ħatra tas-sidien tad-dejta, il-ħolqien ta’ tim tal-kwalità tad-dejta u l-implimentazzjoni ta’ governanza tal-kwalità tad-dejta), dan l-aħħar ġew imnedija l-proġetti li ġejjin:

razzjonalizzazzjoni ta’ kodiċijiet ġeografiċi;

titjib ta’ interfaċċa tal-utent tal-CRIS abbażi tal-analiżi ta' każijiet ta' żbalji fl-ikkodifikar;

għadd ta’ azzjonijiet ta' tindif, li jirriżultaw minn sejbiet ta' awditi, proċeduri ta’ monitoraġġ u eżerċizzji tar-rapportar.

Il-proġetti msemmija hawn fuq huma parti minn pjan regolatur li għadu kif ġie definit dwar il-kwalità tad-dejta inklużi azzjonijiet li jkopru t-tindif tad-dejta, it-titjib ta' tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll, id-dokumentazzjoni tal-utent u t-taħriġ.

10.35.

L-awditu tal-għajnuna diretta għall-baqar li jreddgħu u n-nagħaġ u l-mogħoż wera wkoll li l-monitoraġġ tal-indikaturi tal-prestazzjoni kien dgħajjef fil-parti l-kbira tal-Istati Membri minħabba n-nuqqas ta' sistema ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni ad hoc biex jitkejlu r-riżultati u l-eżiti tal-iskemi awditjati, u minħabba l-interpretazzjonijiet differenti tat-termini “produzzjoni” u “forniment lill-industrija tal-ipproċessar” minn kull Stat Membru. Limitazzjoni addizzjonali fil-monitoraġġ mill-Kummissjoni kienet in-nuqqas ta’ għodda xierqa li tipprovdi ħarsa globali lejn l-għajnuniet li huma disponibbli minn sorsi differenti. Barra minn hekk, il-pass mgħaġġel tar-riformi reċenti tal-PAK mhux dejjem ippermetta li jsiru valutazzjonijiet kwantitattivi u preċiżi f’waqthom (27).

10.35.

Il-leġiżlatur ikkunsidra li dawn il-kunċetti jistgħu jiġu definiti aħjar fil-livell nazzjonali.

Il-Kummissjoni għandha perspettiva ġenerali tas-sitwazzjoni madwar l-UE rigward id-diversi miżuri ta’ appoġġ akkoppjat applikati fis-setturi tal-bhejjem. L-Istati Membri huma suġġetti għall-obbligu li jinnotifikaw perjodikament lill-Kummissjoni bin-numru ta' annimali u l-ammonti mħallsa kemm taħt il-pagamenti akkoppjati tal-baqar li jreddgħu u tan-nagħaġ u l-mogħoż u pagamenti akkoppjati tal-Artikolu 68 kif ukoll taħt pagamenti diretti nazzjonali komplementari (CNDP) implimentati fl-Istati Membri li ssieħbu fl-2004 u l-2007. Safejn huma kkonċernati l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tal-iskemi, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn huma aktar kwistjoni ta' evalwazzjoni milli ta' monitoraġġ.

Meta wieħed jiġi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni għar-riforma li jmiss, il-Kummissjoni tibbaża l-proposti tagħha fuq valutazzjoni tal-impatt li tieħu minn firxa sħiħa ta’ sorsi ta’ informazzjoni, analiżi kwantitattiva, informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva minn pubblikazzjonijiet u konsultazzjonijiet pubbliċi. Ir-Rapporti ta' Evalwazzjoni huma wieħed minn dawn is-sorsi ta’ informazzjoni.

Għall-futur, il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK lejn l-2020 tipprevedi l-istabbiliment ta' qafas komuni għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni bil-għan li titkejjel il-prestazzjoni tal-politika agrikola komuni, inkluż l-miżuri tal-ewwel u t-tieni pilastru.

10.36.

Il-puntwalità fir-rappurtar tad-data tal-prestazzjoni saret kwistjoni ta' tħassib kif juru n-nuqqasijiet fil-ġbir u fir-reġistrazzjoni tad-data ta' monitoraġġ għall-infiq tal-Fond Soċjali Ewropew fuq ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien. In-nuqqas ta’ aċċess għal data tal-prestazzjoni u valutazzjonijiet tal-azzjonijiet differenti affidabbli, verifikabbli u fil-ħin impedixxa li jintlaħqu konklużjonijiet għat-teħid ta’ deċiżjonijiet attwalment u fil-futur (28).

10.36.

Il-qafas regolatorju attwali għall-FSE jimponi l-ġbir tad-dejta fil-livell tal-assi tal-prijorità, mhux fuq il-livell ta' grupp ta' mira li huwa ħafna aktar dettaljat. Id-direzzjoni suġġerita tkun kumplessa ħafna biex tkun implimentata (pereżempju ħafna mill-proġetti jinkludu de facto ħafna gruppi fil-mira differenti), titfa' piż kbir fuq l-Istati Membri u l-benefiċjarji, u tinvolvi kost kunsiderevoli.

Informazzjoni dwar ir-riżultati u b'mod partikolari l-impatt tista’ tinkiseb permezz tal-evalwazzjonijiet. Pereżempju, l-evalwazzjoni tal-appoġġ tal-ESF għal Tagħlim tul il-ħajja, li ġie ffinalizzat f’Lulju 2012, kienet tiffoka inter alia fuq il-ħaddiema mdaħħla fiż-żmien. Il-Kummissjoni tistma li d-dejta disponibbli permezz ta’ dawn l-evalwazzjonijiet hija vitali u tippermetti li jsiru konklużjonijiet dwar l-effikaċċa tal-interventi tal-FSE.

Madankollu, il-Kummissjoni tagħraf li jista’ jsir titjib. Għalhekk, għall-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss 2014-2020, il-Kummissjoni għandha l-għan li tindirizza, permezz ta’ pakkett leġiżlattiv ġdid, għadd ta’ nuqqasijiet identifikati fil-qasam tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

F'ħafna każijiet is-sostenibbiltà tal-proġetti tal-UE kienet f'riskju

10.37.

Intervent pubbliku idealment għandu jkun sostenibbli, jiġifieri ma għandux jiffoka biss fuq outputs fuq terminu qasir iżda jkompli wkoll iwassal riżultati u jikseb impatti wara li l-finanzjament estern ikun waqaf. Is-sostenibbiltà għandha għalhekk tkun fattur importanti x'jitqies matul it-tfassil ta' programm u/jew ta' proġett. Kunsiderazzjonijiet f'dan ir-rigward għandhom jinkludu kwistjonijiet bħas-sostenibbiltà finanzjarja, is-sostenibbiltà teknika u l-kapaċità istituzzjonali, kif ukoll l-interdipendenza ta' dawn l-elementi.

 

10.38.

Tmien rapporti identifikaw is-sostenibbiltà bħala kwistjoni ta' tħassib fl-2012. Ħamsa minn dawn it-tmien rapporti kienu relatati mal-assistenza pprovduta lil pajjiżi u territorji li mhumiex fl-UE. It-tliet rapporti li jifdal isemmu s-sostenibbiltà ta' proġetti ffinanzjati taħt ġestjoni kondiviża u b'hekk jipprovdu indikazzjoni li dan is-suġġett huwa rilevanti lil hinn mill-qasam tal-għajnuna għall-iżvilupp. Sadanittant, f'sitta minn dawn it-tmien rapporti ġie identifikat ir-riskju li l-proġetti jistgħu jieqfu u li l-benefiċċji jistgħu ma jkomplux jitwasslu fin-nuqqas ta' finanzjament kontinwu (29).

 

10.39.

Taħt il-ġestjoni kondiviża, l-awtoritajiet tal-Istati Membri huma primarjament responsabbli għall-għażla ta' proġetti li huma finanzjarjament sostenibbli. L-awditu tal-Qorti tal-appoġġ mill-UE għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene f’biċċeriji wera li s-sostenibbiltà tal-proġetti kienet objettiv billi l-proġetti ffinanzjati għandhom jinżammu fil-livelli tal-attività fil-mira għal mill-anqas ħames snin wara t-tmiem tal-investiment. Madankollu, l-awditu wera wkoll każijiet f'kull wieħed mill-ħames Stati Membri koperti mill-awditu fejn jew il-perjodu minimu ta’ ħames snin ta' attività ma ntlaħaqx, jew inkella fejn il-livelli ta’ attività fil-mira ma ntlaħqux. Dan naqqas l-impatt tal-fondi użati biex tkun iffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti tal-iġjene fil-biċċeriji (30).

10.39.

L-impatt tal-investimenti ffinanzjati fuq il-kisba tal-istandards il-ġodda tal-iġjene kien soġġett għal analiżu mir-rapporti ta’ evalwazzjoni ex-post tal-programmi SAPARD ta’ tmien pajjiżi benefiċjarji li ssieħbu fl-UE fl-2004. Ir-rapport ta’ sinteżi ta’ dawn l-evalwazzjonijiet minn evalwaturi indipendenti kkonkluda fil-kapitolu 4.2.1 “Il-kisba tal-istandards tal-UE u l-aquis communitaire: L-aktar impatti importanti ntlaħqu fil-qasam tal-iġjene, tal-kondizzjonijiet sanitarji u veterinarji u tal-ambjent” Ir-rapport ġie ppubblikat u jista’ jinstab fuq:

http://ec.europa.eu/agriculture/evaluation/rural-development-reports/index_en.htm

10.40.

Fl-awditu tagħha tal-għajnuna għall-iżvilupp għall-provvista tal-ilma tax-xorb u s-sanità bażika fil-pajjiżi sub-Saħarjani l-Qorti sabet li l-proġetti eżaminati kienu sostenibbli f'termini tekniċi: huma ppromwovew l-użu ta’ teknoloġija standard u ta' materjali disponibbli lokalment. Madankollu, għall-maġġoranza tal-proġetti r-riżultati u l-benefiċċji mhumiex se jkomplu jitwasslu fit-terminu medju u f’dak twil dment li ma jkunx jista’ jiġi żgurat dħul nontariffarju. Minkejja proċeduri komprensivi ta’ ġestjoni, il-Kummissjoni ma ttrattatx kwistjonijiet importanti rigward is-sostenibbiltà (31).

10.40.

Biex tindirizza kwistjonijiet tal-istituzzjonijiet dwar is-sostenibbiltà, il-Kummissjoni tappoġġa attivitajiet estensivi li jibnu l-kapaċità u t-taħriġ biex tagħti s-setgħa lill-assoċjazzjonijiet tal-użu tal-ilma u lill-awtoritajiet lokali biex ikunu sjieda, jimmaniġġaw u joperaw l-installazzjonijiet tagħhom, xi drabi b'appoġġ mis-settur privat. Il-Kummissjoni taħdem ukoll fuq livell ta' pajjiż fil-qafas ta' programmi ta' riforma tas-settur biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta' politiki xierqa tas-settur u qafas istituzzjonali fejn strutturi deċentralizzati huwa mwaqqfa biex jgħinu lill-partijiet interessanti fuq perjodu ta' żmien twil.

L-istabbiliment tas-settur tal-ilma fuq bażi finanzjarjament sostenibbli jeħtieġ l-istabbiliment ta’ bilanċ xieraq bejn it-tariffi, it-trasferimenti u t-taxxi. Għal ħafna pajjiżi, il-kostijiet operazzjonali ma jistgħux jiġu koperti mit-tariffi biss. Dan huwa minnu fl-Ewropa u aktar u aktar f’pajjiżisub-Saħarjani, fejn il-proġetti huma l-aktar immirati lejn l-aktar gruppi vulnerabbli b’kapaċità limitata li jħallsu. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tappoġġja l-proċess tal-iżvilupp ta’ tariffi soċjali filwaqt li tiżgura s-sostenibbiltà finanzjarja tas-settur inġenerali permezz ta’ djalogu settorjali mal-pajjiżi benefiċjarji.

10.41.

Fl-awditu tagħha tar-riġenerazzjoni ta’ siti abbandunati, il-Qorti osservat li l-proġetti kollha ta' riġenerazzjoni ta' siti abbandunati eżaminati kellhom xi wħud mill-karatteristiċi ewlenin li jitqiesu bħala l-aħjar prattiki għall-assigurazzjoni tas-sostenibbiltà ta’ siti u eżiti fit-tul (32). Pereżempju, xi siti kellhom lok strateġiku u servizz ta' netwerks tat-trasport trimodali (toroq, ferroviji u passaġġi fuq l-ilma) u s-siti kollha kellhom servizzi adegwati ta’ infrastruttura ta' trasport, ta' sanità u ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

10.41.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-analiżi tal-Qorti.

10.42.

Wkoll meta l-interventi jkunu finanzjarjament u teknikament sostenibbli, ir-riżultati jistgħu ma jkunux dejjiema jekk il-benefiċjarji ma jinvolvux lilhom infushom u ma jiżviluppawx sens ta' appartenenza jew fejn il-kapaċità istituzzjonali tkun insuffiċjenti.

 

10.43.

Permezz kemm tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni kif ukoll tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tagħha, l-UE tipprovdi appoġġ lill-Kosovo għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt. Appoġġ politiku mingħand l-awtoritajiet tal-Kosovo huwa kundizzjoni ewlenija għas-sostenibbiltà tar-riżultati. Madankollu, l-impenn tal-awtoritajiet nazzjonali lejn l-istat tad-dritt huwa diskutibbli. B’mod kumplessiv, it-tul ta' żmien li jdumu r-riżultati li jkunu nkisbu mill-assistenza huwa mhedded minn nuqqas ta’ rieda politika, kapaċità finanzjarja dgħajfa u l-influwenza limitata tas-soċjetà ċivili (33).

10.43.

Il-Kummissjoni u s-SEAE jaqblu mal-valutazzjoni tal-Qorti. Huma għandhom l-għan li jirrimedjaw in-nuqqasijiet identifikati permezz ta’ użu ikbar ta’ djalogi politiċi kif irrakkomandat mill-Qorti, fosthom mas-soċjetà ċivili, kif ukoll permezz ta’ koordinazzjoni aħjar u s-sinkronizzazzjoni tal-objettivi tal-politika, l-istrumenti u l-assistenza tal-UE. Dan għandu jgħin biex jagħmel l-azzjoni tal-UE iktar effiċjenti, effettiva u sostenibbli.

10.44.

B'mod simili, l-awditu tal-assistenza tal-Unjoni Ewropea lill-komunità Turko-Ċiprijotta wera wkoll li s-sostenibbiltà kienet f'riskju. Dan kien dovut għal kapaċità amministrattiva limitata, l-adozzjoni mdewma tal-miżuri rilevanti u l-inċertezzi dwar il-finanzjament futur (34).

10.44.

Il-Kummissjoni integrat miżuri fil-programmi tal-2012 u l-abbozz tal-2013 sabiex tiżgura t-tlestija u s-sostenibbiltà ta’ proġetti eżistenti. Dawn jinkludu l-issuktar ta' taħriġ u assistenza dwar it-twaqqif ta' sistemi tal-operat u l-ġestjoni u wkoll investimenti komplimentari biex ikun assigurat li l-komunità Turko-Ċiprijotta (TCc) hija mgħammra b’mod xieraq biex tittratta l-pussess u t-tmexxija ta’ impjant ġdid. L-approċċ għal invetsimenti ġodda huwa kawt ħafna u huwa sospiż f’xi oqsma li huma nieqsa minn azzjonijiet għal effiċjenza mit-TCc.

Id-dewmien fl-adozzjoni tal-proċeduri rilevanti u testi legali mit-TCc ġew identifikati mill-Qorti tal-Awdituri bħala riskju għas-sostenibbiltà. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tkompli tħeġġeġ lit-TCc biex tkompli l-ħidma tagħha u tagħti appoġġ f’oqsma rilevanti.

Sabiex jiġu indirizzati l-inċertezzi dwar finanzjament futur, il-Kummissjoni ħejjiet proposta għal perspettiva multiannwali taħt il-QFP għall-2014-20. Din għandha tgħin biex tipprovdi livell aktar stabbli ta’ finanzjament għal operazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għajnuna.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

10.45.

Għal ħafna oqsma tal-baġit tal-UE l-qafas leġiżlattiv huwa kumpless u hemm nuqqas ta' fokus fuq il-prestazzjoni. Hemm riskju li l-proposti għar-regolamenti l-ġodda tal-QSK u r-regolamenti tal-PAK għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jibqgħu bbażati b'mod fundamentali fuq l-input (orjentati lejn l-infiq) u għalhekk orjentati lejn il-konformità iktar milli lejn il-prestazzjoni (ara l-paragrafi 10.3 sa 10.4).

10.45.

Il-Kummissjoni hi tal-istess opinjoni tal-Qorti li l-qafas leġiżlattiv attwali huwa kumpless u huwa nieqes minn attenzjoni fuq il-prestazzjoni. Din hija r-raġuni għaliex għamlet l-isforzi kollha li l-proposti tagħha għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ programmi taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 jinkludu qafas ta’ prestazzjoni b’saħtu, ibbażat fuq definizzjoni ċara tal-objettivi SMART, bl-użu ta’ indikaturi xierqa li jippermettu li jsir rappurtar mhux biss fuq l-eżiti iżda wkoll fuq ir-riżultati u l-impatti ta’ programmi ta’ nfiq. Hija tassew tixtieq li dan il-qafas jinżamm fil-proċess leġiżlattiv li għaddej bħalissa bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni finali tal-bażijiet ġuridiċi.

Ir-Regolamenti l-ġodda għall-PAK jinkludu elementi ġodda importanti biex jiżguraw approċċ aktar orjentat lejn ir-riżultati (ara t-tweġiba għall-punt 10.3):

il-pagamenti diretti l-ġodda li ġew imfassla biex jindirizzaw ħtiġijiet u objettivi speċifiċi(objettivi ambjentali, bdiewa żgħażagħ, żoni b’restrizzjonijiet naturali, eċċ.);

l-abbozz tar-regolament tal-FAEŻR jeħtieġ li kull Programm tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) ikun mfassal skont il-kistbiet ta' miri kwantifikati, li huma strettament marbuta mal-objettivi stipulati fir-regolament. Jekk PŻR manifestament jonqos milli jilħaq il-miri, mhux se tiġi rilaxxata riżerva ta’ prestazzjoni (ara t-tweġiba għall-punt 10.4).

Fir-rigward tar-Regolamenti proposti għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, l-orjentazzjoni lejn ir-riżultat ġiet inkluża bħala karatteristika essenzjali. Il-proposti dwar id-domanda u dawk innovattivi jinkludu:

loġika infurzata ta' intervenzjoni li torbot l-objettivi stabbiliti mill-Unjoni ma' objettivi vinkolanti u preċiżi mill-Istati Membri;

għall-ewwel darba kundizzjonalitajiet ex ante speċifiċi għall-intervenzjoni biex itejbu l-effikaċatal-investimenti;

kundizzjonalitajiet makroekonimiċi deċiżivament estensivi;

approċċ imġedded għal evalwazzjoni, ibbażat fuq ippjanar, l-obbligu li jiġi evalwat l-impatt ta’ kull parti tal-programm, u l-użu ta’ metodi ġodda; kif ukoll

qafas ta' prestazzjoni obbligatorja inkluża riżerva ta' prestazzjoni.

10.46.

Fil-kuntest tan-negozjati tal-QFP il-Kummissjoni pproponiet qafas komuni ta' prestazzjoni kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali li huwa bbażat fuq indikaturi miftiehma tal-output u tar-riżultati. Madankollu, fattur importanti għas-suċċess futur f'dan il-qasam huwa l-implimentazzjoni b’suċċess tiegħu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri (ara l-paragrafu 10.19).

10.46.

Il-Kummissjoni tinnota li għall-programmi kollha b'ġestjoni kondiviża, ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-qafas komuni tal-prestazzjoni jinsab primarjament f’idejn l-Istati Membri li huma responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-programmi, il-monitoraġġ u r-rappurtar tagħhom fuq ir-riżultati.

10.47.

L-eżaminar tar-RAA tat-tliet DĠ iwassal għall-konklużjoni li r-rappurtar tar-RAA dwar il-kisbiet tal-politika qed jevolvi iżda għadu ta' użu limitat. Il-Qorti identifikat nuqqasijiet fl-objettivi u fl-indikaturi bħala kwistjonijiet prinċipali (ara l-paragrafi 10.9 sa 10.16). L-osservazzjonijiet fil-kapitoli korrispondenti fiż-żewġ rapporti annwali preċedenti tal-Qorti huma simili għal dawk ta' din is-sena.

10.47.

Il-Kummissjoni tqis li hija għamlet progress sinifikanti f’dawn l-aħħar snin rigward ir-rappurtar dwar riżultati tal-politika u li b’mod partikolari r-rapporti ta’ attività annwali tad-Direttorati Ġenerali tagħha fihom bosta ġabriet ta’ informazzjoni utli dwar l-objettivi tal-politika, ir-riżultati miksuba u l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà. L-indikaturi ppreżentati ġeneralment jipprovdu informazzjoni utli dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-politika tal-Kummissjoni kif ukoll għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni.

10.48.

Ir-rapport ta' evalwazzjoni skont l-Artikolu 318 għadu xogħol mhux mitmum u għadu mhux adatt għall-użu intenzjonat tiegħu fil-proċedura ta' kwittanza. Il-Qorti tirrikonoxxi l-impenn tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kultura tal-prestazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni u biex tiżviluppa sistema affidabbli u robusta ta' ġestjoni u ta' rappurtar tal-prestazzjoni. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni se tippreżenta, fl-2014, qafas ġdid għar-rappurtar tal-prestazzjoni għall-QFP li jmiss. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadet inizjattivi biex issaħħaħ u tissimplifika s-servizzi tagħha ta' rappurtar dwar il-prestazzjoni fil-kumplament tal-perjodu ta' programmazzjoni attwali (ara l-paragrafi 10.20 sa 10.24).

10.48.

Il-Kummissjoni tagħraf li r-rapport għadu xogħol mhux komplut, b’attenzjoni qawwija kull sena dwar it-titjib possibbli għal kull sena sussegwenti. Madankollu, hija tiddubita li r-rapport jista’ jissodisfa kwalunkwe użu intenzjonat fil-proċedura ta’ kwittanza biex tibda tipprovdi evidenza affidabbli dwar liema politiki tal-UE kisbu qabel tard fil-QFP.

10.49.

Bħal fi snin preċedenti, fix-xogħol tagħha tal-awditjar tal-prestazzjoni ppubblikat fir-rapporti speċjali 2012 tagħha, il-Qorti identifikat dgħufijiet li jaffettwaw fl-intier tiegħu iċ-ċiklu tal-ħajja ta' ġestjoni tipiku. Fit-tliet oqsma speċifiċi analizzati din is-sena, il-Qorti sabet li hemm dgħufijiet f'elementi essenzjali tas-sistema ta' ġestjoni u ta' rappurtar tal-prestazzjoni: mhumiex jintużaw objettivi SMART u indikaturi adatti b'mod konsistenti fil-programmi ta' nfiq, hemm nuqqasijiet fil-kwalità u fil-puntwalità tad-data tal-prestazzjoni u ħafna drabi ma tiġix żgurata s-sostenibbiltà ta' proġetti ffinanzjati bl-infiq tal-UE. Huwa importanti li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati jekk għandhom jinkisbu r-riżultati u l-impatti mixtieqa mill-ġenerazzjoni li jmiss ta' programmi ta' nfiq (ara l-paragrafi 10.25 sa 10.44).

 

Rakkomandazzjonijiet

10.50.

L- Anness 10.2 juri r-riżultat tal-analiżi mill-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport annwali 2010. Fir-rapport annwali 2010 (il-Kapitolu 8), il-Qorti ppreżentat sitt rakkomandazzjonijet. Is-sitt rakkomandazzjonijiet kollha ġew implimentati f'xi aspetti. Din il-valutazzjoni tal-progress hija bbażata fuq:

10.50.

(a)

xi żviluppi pożittivi fil-gwida ċentrali u fil-ġestjoni tal-kwalità (pereżempju struzzjonijiet imtejba għall-MPs 2013 u kontroll tal-kwalità mtejjeb għall-parti 1 tar-RAA 2012);

 

(b)

in-nuqqasijiet sostanzjali li jifdal fir-RAA eżaminati; u

(b)

Il-Kummissjoni qed tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb ir-Rapporti ta' Attività Annwali. Dawn se jkollhom l-għan li:

jinkludu aktar elementi ta’ prestazzjoni ta’ ġestjoni: iwaqqfu objettivi, indikaturi tal-prestazzjoni u miri assoċjati fil-livell ta’ kull programm;

japprofondixxu r-rappurtar dwar kif riżorsi finanzjarji u umani ġew użati sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika stabbiliti mill-Kulleġġ, u dwar kif dawn il-politiki ġġeneraw valur miżjud tal-UE;

isaħħu l-proċess tal-analiżi tar-rieżami bejn il-pari interna dwar ir-Rapporti tal-Attività Annwali, inkluż aktar attenzjoni fuq l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni.

(c)

id-dgħufijiet identifikati fir-rapporti speċjali tal-Qorti.

 

10.51.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2012, il-Qorti tirrakkommanda li:

10.51.

Rakkomandazzjoni 1: il-Kummissjoni u l-leġiżlatur għandhom jiżguraw li jkun hemm fokus fuq il-prestazzjoni fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss (2014-2020). Dan jirrikjedi li għadd limitat ta' objettivi speċifiċi biżżejjed, b'indikaturi rilevanti u b'riżultati u impatti mistennija, jiġu stabbiliti fir-regolamenti speċifiċi għas-settur jew b'xi mod vinkolanti ieħor;

Il-proposti tal-Kummissjoni għall-programmi taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss jiffukaw fuq it-twassil tal-prijoritajiet politiċi ewlenin u fuq il-prestazzjoni. Huma inkludew elementi ta’ qafas ta’ prestazzjoni aħjar fil-forma ta’ dispożizzjonijiet dwar l-objettivi u l-indikaturi, arranġamenti ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u r-rekwiżiti ta’ rappurtar. Madankollu, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, kemm il-Kunsill kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom r-responsabbiltà aħħarija għall-adozzjoni ta’ atti bażiċi legali.

Rakkomandazzjoni 2: il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm rabta ċara bejn l-attivitajiet tad-DĠ u l-objettivi stabbiliti. Waqt l-identifikazzjoni ta' dawn l-objettivi kull DĠ għandu jieħu kont tal-mod ta' ġestjoni rilevanti, fejn applikabbli, u tar-rwol u r-responsabbiltajiet tiegħu.

Il-Kummissjoni qed topera f’ambjent politiku. L-objettivi tal-politika li qed issegwi huma għalhekk multikawżali u spiss ikkundizzjonati mill-ambjent estern li fih joperaw is-servizzi tal-Kummissjoni.

L-identifikazzjoni tal-objettiv hija l-aktar iggwidata minn politika u mhux permezz ta’ modi ta’ ġestjoni, kif iddikjarat mill-Qorti.

Barra minn hekk, il-proposti tal-Kummissjoni għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi jinkludu dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għall-kisba tal-objettivi politiċi tal-Unjoni.


(1)  L-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni bbażat fuq ir-riżultati miksuba.

(2)  Ir-rapporti speċjali tal-Qorti jkopru l-baġit tal-UE, kif ukoll il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp. Dawn huma disponibbli fuq il-websajt tal-Qorti (http://eca.europa.eu).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/25 rigward ir-Regolament finanzjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 27; imħassar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1), l-Artikolu 30 (dħul fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013).

(4)  L-Opinjoni Nru 7/2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (ĠU C 47, 17.2.2012), il-paragrafu 6 u l-Opinjoni Nru 1/2012 dwar ċerti proposti għal regolamenti dwar il-politika agrikola komuni għall-perjodu tal-2014-2020, il-paragrafu 8 (http://eca.europa.eu).

(5)  L-Opinjoni Nru 1/2012, il-paragrafu 8.

(6)  Il-qafas finanzjarju pluriennali attwali (QFP 2007-2013) miftiehem mill-Kunsill Ewropew u approvat mill-Parlament Ewropew, jiddetermina l-ammonti tal-livelli massimi annwali fuq approprjazzjonijiet ta' impenn skont il-kategorija ta' nfiq u tal-livell massimu annwali fuq approprjazzjonijiet ta' pagament. Dawn il-kategoriji ta' nfiq huma s-sitt intestaturi tal-QFP (pereżempju “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” (l-intestatura 1 A) jew “Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi” (l-intestatura 1 B)).

(7)  Abbażi ta' kriterji stabbiliti mill-Kunsill, il-Kummissjoni tagħmel ripartizzjoni skont l-Istati Membri (pakketti nazzjonali) pereżempju għall-iżvilupp rurali (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/545/KE tas-7 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi t-tqassim annwali, skont l-Istati Membri, tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 69(2a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2006/636/KE (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 49)) jew għall-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/593/KE tal-4 ta' Awwissu 2006 li tiffissa allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru tal-approprjazzjonijiet tal-impenn għall-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali għall-perjodu 2007-2013 (ĠU L 243, 6.9.2006, p. 32)).

(8)  L-Opinjoni Nru 7/2011, il-paragrafu 4.

(9)  Fir-Regolament Finanzjarju applikabbli fl-2012 kien hemm ħames modi ta' ġestjoni (ċentralizzata u diretta, ċentralizzata u indiretta, kondiviża (SM), deċentralizzata (pajjiżi terzi), u konġunta). Fir-Regolament Finanzjarju applikabbli mill-1 ta' Jannar 2013 hemm tliet modi prinċipali ta' ġestjoni (diretta, indiretta u kondiviża).

(10)  Fil-Kapitolu 8 tar-rapport annwali 2010 tagħha, il-Qorti eżaminat ir-RAA tad-DĠ għall-Agrikoltura u l-lżvilupp Rurali (DĠ AGRI), tad-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) u tad-DĠ għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD). Fil-Kapitolu 10 tar-rapport annwali 2011 tagħha, hija eżaminat ir-RAA ta' EuropeAid u, għat-tieni darba, dawk tad-DĠ AGRI u tad-DĠ REGIO. L-osservazzjonijiet din is-sena huma simili għal dawk tar-rapporti annwali 2010 u 2011.

(11)  Ir-Regolament Finanzjarju, l-Artikolu 38(3)(e).

(12)  Objettiv SMART jissodisfa l-kriterji li ġejjin: speċifiku, li jista' jitkejjel, u jinkiseb, rilevanti u marbut mal-ħin.

(13)  Il-Kummissjoni pproponiet l-introduzzjoni ta' “dikjarazzjonijiet tal-programmi” biex jitnaqqas l-għadd ta' objettivi u indikaturi (li jinbdew mill-proċedura baġitarja għas-sena finanzjarja 2014).

(14)  Rilevanti, aċċettati, kredibbli, faċli u robusti, standard tal-kontroll intern tal-Kummissjoni dwar objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni (ICS 5).

(15)  It-tieni rapport ta' evalwazzjoni COM(2012) 675 Final; it-tielet rapport ta' evalwazzjoni COM(2013) 461 Final.

(16)  L-Artikoli 318 u 319 TFUE.

(17)  Ittra mill-President tal-Qorti lill-President tal-Kummissjoni: “Tweġiba tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għat-tieni rapport ta' evalwazzjoni skont l-Artikolu 318 tal-Kummissjoni”, 21.12.2012 (http://eca.europa.eu/portal/page/portal/publications/auditreportsandopinions/Otherauditdocuments).

(18)  Adottat ifisser approvat għall-pubblikazzjoni.

(19)  L-Opinjoni Nru 4/2012 dwar l-evalwazzjoni (mill-Kummissjoni) tal-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksuba kif stabbilit skont l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (http://eca.europa.eu). Ara wkoll l-Opinjoni Nru 7/2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u l-Opinjoni Nru 1/2012 dwar ċerti proposti għal regolamenti dwar il-politika agrikola komuni għall-perjodu tal-2014-2020, kif ukoll ir-rapport annwali li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2010, il-paragrafu 8.54, Tweġiba tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għat-tieni rapport ta' evalwazzjoni skont l-Artikolu 318 tal-Kummissjoni.

(20)  L-Artikolu 30(3) tar-Regolament Finanzjarju.

(21)  Ir-Rapport Speċjali Nru 22/2012 “Il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni u l-Fond Ewropew għar-Rifuġjati jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi?”, il-paragrafi 20, 24, 25 u 79.

(22)  Ir-Rapport Speċjali Nru 7/2012 “Ir-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid: Il-progress li sar s'issa”, il-paragrafi 50 u 57.

(23)  Ir-Rapport Speċjali Nru 2/2012, “L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali”, il-paragrafi 82 u 121.

(24)  Ir-Rapport Speċjali Nru 8/2012 “Identifikazzjoni ta’ għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli”, il-paragrafu 70.

(25)  Ir-Rapport Speċjali Nru 20/2012 “Il-finanzjament minn miżuri strutturali għal proġetti infrastrutturali għall-immaniġġjar ta’ skart muniċipali huwa effettiv biex jgħin lill-Istati Membri jiksbu l-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-iskart?”, il-paragrafu 73.

(26)  Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2012 “Is-Sistema Komuni ta' Informazzjoni dwar ir-Relazzjonijiet Esterni (CRIS)”, il-paragrafu 79.

(27)  Ir-Rapport Speċjali Nru 11/2012 “Għajnuna diretta għall-baqar li jreddgħu u n-nagħaġ u l-mogħoż skont l-implimentazzjoni parzjali tal-arranġamenti tal-SPU”, il-paragrafi 63 u 64.

(28)  Ir-Rapport Speċjali Nru 25/2012 “Ġew stabbiliti għodod għall-monitoraġġ tal-effettività tal-infiq tal-Fond Soċjali Ewropew fuq ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien?”, il-paragrafu 61.

(29)  Ir-Rapporti Speċjali Nru 1/2012 “L-effettività tal-għajnuna għall-iżvilupp mill-Unjoni Ewropea għas-sigurtà alimentari fl-Afrika sub-Saħarjana”, Nru 6/2012 “L-Għajnuna tal-Unjoni Ewropea lill-Komunità Turko-Ċiprijotta”, Nru 8/2012 “Identifikazzjoni ta’ għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli”, Nru 13/2012 “Għajnuna għall-Iżvilupp mill-Unjoni Ewropea għall-Provvista tal-Ilma tax-Xorb u s-Sanità Bażika fil-Pajjiżi Sub-Saħarjani”, Nru 14/2012 “L-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-UE f’biċċeriji ta’ pajjiżi li ngħaqdu mal-UE mill-2004”, Nru 17/2012 “Il-kontribuzzjoni tal-Fond Ewropew tal-Iżvilupp (FEŻ) għal netwerk tat-toroq sostenibbli fl-Afrika tas-sub-Saħara”, Nru 18/2012 “L-Assistenza tal-Unjoni Ewropea lill-Kosovo relatata mal-istat tad-dritt” u Nru 23/2012 “Il-Miżuri Strutturali tal-UE appoġġaw b’suċċess ir-riġenerazzjoni ta’ siti industrijali u militari abbandunati?”.

(30)  Ir-Rapport Speċjali Nru 14/2012, il-paragrafi 48 u 49.

(31)  Ir-Rapport Speċjali Nru 13/2012, il-paragrafi III u 61.

(32)  Ir-Rapport Speċjali Nru 23/2012, il-paragrafu 32.

(33)  Ir-Rapport Speċjali Nru 18/2012, il-paragrafi 62 u 102.

(34)  Ir-Rapport Speċjali Nru 6/2012, il-paragrafi 45; 47 u 60.

ANNESS 10.1

RAPPORTI SPEĊJALI ADOTTATI MILL-QORTI TAL-AWDITURI FL-2012  (1)

Nru 1/2012 “L-effettività tal-għajnuna għall-iżvilupp mill-Unjoni Ewropea għas-sigurtà alimentari fl-Afrika sub-Saħarjana”;

Nru 2/2012 “L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali”;

Nru 3/2012 “Il-Fondi Strutturali: il-Kummissjoni kellha suċċess biex tittratta n-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri?”;

Nru 4/2012 “L-użu ta’ Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni għall-kofinanzjament ta’ infrastrutturi tat-trasport fil-portijiet: investiment effettiv?”;

Nru 5/2012 “Is-Sistema Komuni ta' Informazzjoni dwar ir-Relazzjonijiet Esterni (CRIS)”;

Nru 6/2012 “L-Għajnuna tal-Unjoni Ewropea lill-Komunità Turko-Ċiprijotta”;

Nru 7/2012 “Ir-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid: Il-progress li sar s’issa”;

Nru 8/2012 “Identifikazzjoni ta’ għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli”;

Nru 9/2012 “Verifika tas-sistema ta’ kontroll li tirregola l-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-importazzjoni ta’ prodotti organiċi”;

Nru 10/2012 “L-effettività tal-iżvilupp tal-persunal fil-Kummissjoni Europea”;

Nru 11/2012 “Għajnuna diretta għall-baqar li jreddgħu u n-nagħaġ u l-mogħoż skont l-implimentazzjoni parzjali tal-arranġamenti tal-SPU”;

Nru 12/2012 “Il-Kummissjoni u l-Eurostat tejbu l-proċess tal-produzzjoni ta’ statistika Ewropea affidabbli u kredibbli?”;

Nru 13/2012 “Għajnuna għall-Iżvilupp mill-Unjoni Ewropea għall-Provvista tal-Ilma tax-Xorb u s-Sanità Bażika fil-Pajjiżi Sub-Saħarjani”;

Nru 14/2012 “L-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-UE f’biċċeriji ta’ pajjiżi li ngħaqdu mal-UE mill-2004”;

Nru 15/2012 “Il-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interessi f’Aġenziji magħżula tal-UE”;

Nru 16/2012 “L-effettività tal-Iskema ta’ Pagament Uniku skont l-Erja bħala sistema transizzjonali li tappoġġa lill-bdiewa fl-Istati Membri ġodda”;

Nru 17/2012 “Il-kontribuzzjoni tal-Fond Ewropew tal-Iżvilupp (FEŻ) għal netwerk tat-toroq sostenibbli fl-Afrika tas-sub-Saħara”;

Nru 18/2012 “L-Assistenza tal-Unjoni Ewropea lill-Kosovo relatata mal-istat tad-dritt”;

Nru 19/2012 “Rapport 2011 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri”;

Nru 20/2012 “Il-finanzjament minn miżuri strutturali għal proġetti infrastrutturali għall-immaniġġjar ta’ skart muniċipali huwa effettiv biex jgħin lill-Istati Membri jiksbu l-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-iskart?”;

Nru 21/2012 “Il-kosteffettività tal-Investimenti tal-Politika ta’ Koeżjoni fl-Effiċjenza Enerġetika”;

Nru 22/2012 “Il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni u l-Fond Ewropew għar-Rifuġjati jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi?”;

Nru 23/2012 “Il-Miżuri Strutturali tal-UE appoġġaw b’suċċess ir-riġenerazzjoni ta’ siti industrijali u militari abbandunati?”;

Nru 24/2012 “Ir-reazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għat-terremot tal-2009 f’Abruzzi: Ir-relevanza u l-kost tal-operazzjonijiet”;

Nru 25/2012 “Ġew stabbiliti għodod għall-monitoraġġ tal-effettività tal-infiq tal-Fond Soċjali Ewropew fuq ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien?”.


(1)  Ir-rapporti speċjali tal-QEA huma disponibbli fuq il-websajt tal-Qorti fuq: http://eca.europa.eu/portal/page/portal/publications/auditreportsandopinions/specialreports.

ANNESS 10.2

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONI PREĊEDENTI GĦALL-KISBA TA' RIŻULTATI MILL-BAĠIT TAL-UE

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Ma għadhiex applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-parti l-kbira tal-aspetti

F'xi aspetti

2010

Rakkomandazzjoni 1: Għandu jitpoġġa aktar fokus fuq il-prestazzjoni fir-Rapporti Annwali tal-Attività tad-DĠ, partikolarment b’analiżi tad-differenzi bejn miri u kisbiet ippjanati kif ukoll bir-rappurtar dwar l-ekonomija u l-effiċjenza tal-finanzjament tal-UE (ara l-paragrafu 8.53).

 

 

X

 

 

 

Mir-Rapport ta' Attività Annwali għall-2012, is-servizzi huma meħtieġa li jinkludu fil-Parti 3 tar-Rapport ta' Attività Annwali indikaturi ewlenin ta’ ġestjoni finanzjarja soda (l-effikaċja, l-effiċjenza, l-ekonomija) tal-fondi tal-UE, u jirrappurtaw ir-riżultati ta’ tali indikaturi fuq bażi annwali. Rispettivament, dawn l-indikaturi jistgħu jkunu bbażati fuq, pereżempju, ir-riżultati tal-kwalità (% tad-deċiżjonijiet kkontestati) tal-proċessi ta’ għażla tal-proġett, l-istatistika dwar iż-żmien għall-pagament, u l-iffrankar finanzjarju li sar matul il-proċess kontraenti.

Rakkomandazzjoni 2: Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jiddefinixxu passi importanti interim xierqa għal miri pluriennali sabiex il-progress ikun jista’ jiġi vvalutat b’mod adegwat (ara l-paragrafu 8.54).

 

 

X

 

 

 

Għall-indikaturi tal-output, indikaturi tar-riżultat, u fejn xieraq, indikaturi tal-impatttabilħaqq passi importanti interim, jistgħu jiġu definiti (eż. talanqas billi tiġi vverifikata x-“xejra”). Għall-outputs, huwa possibbli li jkunu definiti passi għal miri multiannwali mill-inqas fil-livell tal-programm. Barra minn hekk, fi ħdan il-ħidma preparatorja għall-qafas finanzjarju li jmiss, il-Kummissjoni inkludiet fil-proposti leġiżlattivi kollha tagħha xi rekwiżiti ulterjuri biex ittejjeb il-kwalità tal-fażi tal-ippjanar: id-definizzjoni ta’ objettivi ġenerali u speċifiċi u indikaturi relatati.

Rakkomandazzjoni 3: Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, fi ħdan il-kuntest tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom taħt ġestjoni kondiviża, għandhom jaqblu dwar indikaturi tal-prestazzjoni konsistenti u jiżguraw l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar miri ppjanati u riżultati miksuba (ara l-paragrafu 8.56).

 

 

X

 

 

 

Il-Kummissjoni qed tieħu l-azzjoni rakkomandata u diġà bdiet tali proċess mal-Istati Membri. Ir-rakkomandazzjoni se tiġi implimentata sal-bidu tal-perjodu ta’ programmar li jmiss.

Rakkomandazzjoni 4: Matul l-ippjanar tal-programmi tan-nefqa tal-UE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom joqogħdu aktar attenti biex jiddefinixxu objettivi SMART, kif ukoll biex jidentifikaw u jtaffu r-riskji li jista' jkun hemm matul l-implimentazzjoni (ara l-paragrafu 8.57).

 

 

x

 

 

 

Il-Kummissjoni dejjem tipprova tiddefinixxi objettivi SMART. Uħud mill-kriterji SMART jistgħu jiġu sodisfatti biss ladarba jiġu analizzati flimkien ma’ indikaturi relatati jew informazzjoni oħra fil-pjanijiet ta’ ġestjoni. Il-Kummissjoni għamlet sforzi speċifiċi bħall-gwida dwar l-istabbiliment ta’ objettivi u indikaturi mehmuża mal-istruzzjonijiet.

2010

Rakkomandazzjoni 5: L-obbligu ta’ rendikont mill-maniġment għandu jinftiehem ukoll bħala li jinkludi rappurtar dwar ir-riżultati b’korrispondenza bejn il-kisbiet mistennija fil-pjan ta’ ġestjoni u l-kisbiet irrappurtati fir-rapport annwali tal-attività (ara l-paragrafu 8.58).

 

 

X

 

 

 

L-istruzzjonijiet permanenti għall-Pjanijiet ta’ Ġestjoni u r-Rapporti ta’ Attività Annwali ġew aġġornati biex titjieb il-korrispondenza bejn l-aspettattivi marbuta mal-objettivi u l-kisbiet, u biex tispjega kull diverġenza (ara l-“analiżi tad-differenzi”). L-istruzzjonijiet fil-Pjan ta' Ġestjoni għall-2013 jippreskribu li hemm linja bażi meta jiġu definiti l-għanijiet ġenerali (ara l-parti 3; “is-sitwazzjoni attwali”) kif ukoll objettivi speċifiku (ara l-parti 4: “l-aħħar riżultati magħrufa”).

Matul il-Proċess ta' Rieżami bejn il-Pari tar-Rapport ta' Attività Annwali, dwar ir-RAA tal-2012, is-servizzi ċentrali pprovdew lil kull grupp ta’ DĠs tabella li turi l-komparabbiltà bejn l-objettivi u l-indikaturi kif ippreżentati fil-Pjanijiet ta’ Ġestjoni għall-2012.

Rakkomandazzjoni 6: Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri fejn xieraq fil-kuntest ta’ ġestjoni kondiviża, għandha tfassal u tħaddem sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll biex tipproduċi informazzjoni sħiħa u preċiża dwar ir-riżultati (ara l-paragrafu 8.58).

 

 

X

 

 

 

Għall-programmi b'ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni pproponiet lill-awtorità leġiżlattiva xi rekwiżiti ewlenin għat-tfassil tas-sistemi biex tkun prodotta informazzjoni fuq ir-riżultati fil-qafas ta' regolamenti futuri wara l-2013. Ir-responsabbiltà għat-tħaddim ta' dawk is-sistemi sabiex jipprovdu informazzjoni kompleta u preċiża dwar ir-riżultati hija tal-Istati Membri skont id-diviżjoni tal-kompetenzi skont il-ġestjoni kondiviża. Ara bħala eżempju COM (2011) 615 tal-14 ta' Marzu 2012, proposta għal Regolament dwar dispożizzjonijiet komuni applikabbli għall-Fondi Strutturali, partikolarment l-Artikolu 9 dwar objettivi tematiċi, l-Artikolu 47 dwar l-evalwazzjoni u l-Anness 1 dwar il-metodu biex jiġi stabbilit qafas ta’ prestazzjoni.


14.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/261


RAPPORT ANNWALI DWAR L-ATTIVITAJIET IFFINANZJATI MIT-8, MID-9 U MILL-10 FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP (FEŻ)

2013/C 331/02

Rapport Annwali dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9 u mill-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ)

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

Kapitolu I — IT-8, id-9 u l-10 FEŻ

Implimentazzjoni

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-8 sal-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

Kapitolu II — Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni mill-qorti DWAR IL-FEŻ

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni mill-Qorti dwar it-8, id-9 u l-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport tal-Awditur Indipendenti

Informazzjoni li tappoġġa d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

Ambitu u approċċ tal-awditjar

Affidabbiltà tal-kontijiet

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Effettività tas-sistemi

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

1.

Dan ir-rapport annwali jippreżenta l-valutazzjoni mill-Qorti tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ). Informazzjoni ewlenija dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq fl-2012 tingħata fit- Tabella 1 .

 

Tabella 1 —   Fondi Ewropej għall-Iżvilupp — Informazzjoni ewlenija 2012

(EUR miljun)

Titolu tal-baġit

Qasam ta' politika

Deskrizzjoni

Pagamenti 2012

Mod ta’ ġestjoni

Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

it-8 FEŻ

Nefqa operazzjonali

 

 

Proġetti

22

Deċentralizzata

Proġetti

5

Ċentralizzata u diretta

Proġetti

2

Ċentralizzata u indiretta

Proġetti

0

Ġestjoni konġunta

Appoġġ baġitarju

0

Ċentralizzata u diretta

Nefqa amministrattiva

0

 

 

29

 

id-9 FEŻ

Nefqa operazzjonali

 

 

Proġetti

383

Deċentralizzata

Proġetti

95

Ġestjoni konġunta

Proġetti

90

Ċentralizzata u diretta

Appoġġ baġitarju

16

Ċentralizzata u diretta

Proġetti

15

Ċentralizzata u indiretta

Nefqa amministrattiva

0

 

 

599

 

l-10 FEŻ

Nefqa operazzjonali

 

 

Appoġġ baġitarju

824

Ċentralizzata u diretta

Proġetti

775

Ġestjoni konġunta

Proġetti

624

Deċentralizzata

Proġetti

299

Ċentralizzata u diretta

Proġetti

45

Ċentralizzata u indiretta

Nefqa amministrattiva

97

 

 

2 664

 

Total tan-nefqa operazzjonali (Proġetti)

2 355

 

Total tan-nefqa operazzjonali (Appoġġ baġitarju)

840

 

Total tan-nefqa amministrattiva

97

 

Total tal-pagamenti

3 292

 

pagamenti bil-quddiem

1 738

 

+

approvazzjoni ta' pagamenti bil-quddiem

1 369

 

Popolazzjoni awditjata

2 923

 

Total tal-impenji individwali  (37)

3 226

 

Total tal-impenji globali  (37)

3 163

 

Karatteristiċi speċifiċi tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

2.

Il-FEŻ huma l-istrument prinċipali għall-għoti tal-għajnuna mill-Unjoni Ewropea għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp lill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u lill-pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej (PTEE). Il-ftehim ta’ sħubija, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 għal perjodu ta’ 20 sena (“il-Ftehim ta’ Cotonou”), huwa l-qafas attwali għar-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Istati AKP u l-PTEE. Il-fokus prinċipali tiegħu huwa fuq it-tnaqqis u eventwalment il-qirda tal-faqar.

 

3.

Il-FEŻ huma ffinanzjati mill-Istati Membri, irregolati mir-regolamenti finanzjarji tagħhom stess u ġestiti, mill-Kummissjoni Ewropea, barra l-qafas tal-baġit ġenerali tal-UE. Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iġesti l-faċilità ta’ investiment, li mhijiex koperta mid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti jew mill-proċedura ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew (1)  (2).

 

4.

Il-FEŻ huma kważi kollha kemm huma ġestiti mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni (EuropeAid), li jġesti wkoll firxa wiesgħa ta’ nfiq mill-baġit tal-UE (3)  (4).

 

5.

L-interventi tal-FEŻ huma implimentati permezz ta’ proġetti u appoġġ baġitarju (5) taħt tliet arranġamenti prinċipali. Fl-2012, 43 % tal-pagamenti saru taħt ġestjoni ċentralizzata, 30 % taħt ġestjoni deċentralizzata u 27 % taħt ġestjoni konġunta (6) (ara t- Tabella 1 ).

 

6.

L-infiq kopert f’dan ir-rapport huwa magħmul taħt firxa wiesgħa ta’ metodi ta’ twassil, li tqiegħdu fis-seħħ f’79 pajjiż. Regoli u proċeduri ta’ spiss huma kumplessi, inklużi dawk għas-sejħiet għall-offerti u l-għoti ta’ kuntratti. Il-Qorti vvalutat ir-riskju bħala għoli b’mod inerenti.

 

7.

F’żewġ oqsma – appoġġ baġitarju (7) u kontribuzzjonijiet tal-UE lil proġetti b’donaturi multipli mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali (8) bħan-NU – in-natura tal-istrumenti u tal-kundizzjonijiet għal pagament jillimitaw il-firxa sa fejn it-tranżazzjonijiet huma suxxettibbli għal żbalji kif definit fl-awditu mill-Qorti tar-regolarità.

 

8.

L-appoġġ baġitarju huwa mħallas b’appoġġ ta’ baġit ġenerali ta’ stat jew il-baġit tiegħu għal politika speċifika jew objettiv speċifiku. Il-Qorti teżamina jekk il-Kummissjoni rrispettatx il-kundizzjonijiet speċifiċi biex isiru l-pagamenti ta’ appoġġ baġitarju lill-pajjiż sieħeb ikkonċernat u jekk urietx li saret konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ eliġibbiltà (bħalma huwa l-progress fil-ġestjoni finanzjarja tas-settur pubbliku).

 

9.

Madankollu l-Kummissjoni għandha flessibiltà konsiderevoli meta tiġi biex tiddeċiedi jekk dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ntlaħqux. L-awditu mill-Qorti tar-regolarità ma jistax imur lil hinn mill-istadju li fih titħallas l-għajnuna lil pajjiż sieħeb. Il-fondi trasferiti mbagħad huma amalgamati mar-riżorsi baġitarji tal-pajjiż riċevitur. Kwalunkwe dgħufija fil-ġestjoni finanzjarja tiegħu mhux se tiġġenera żbalji fl-awditu mill-Qorti tar-regolarità.

 

10.

Il-kontribuzzjonijiet tal-Kummissjoni għal proġetti b’donaturi multipli jiġu ppuljati ma’ dawk ta’ donaturi oħra u mhumiex assenjati għal oġġetti speċifiċi identifikabbli ta’ nfiq.

 

KAPITOLU I —   IT-8, ID-9 U L-10 FEŻ

Implimentazzjoni

11.

Kull ftehim tal-FEŻ normalment jiġi konkluż għal perjodu ta’ impenn ta’ madwar ħames snin, iżda l-pagamenti jistgħu jsiru fuq perjodu itwal. Fl-2012, saru pagamenti mit-8, mid-9 u mill-10 FEŻ. It-tmien FEŻ (1995-2000) jammonta għal EUR 14 625 miljun u d-disa’ FEŻ (2000-2007) għal EUR 15 200 miljun.

 

12.

L-10 FEŻ (2008-2013) jammonta għal EUR 22 682 miljun. Minn dan l-ammont, EUR 21 967 miljun jiġu allokati lill-pajjiżi AKP u EUR 285 miljun lill-PTEE. Dawn l-ammonti jinkludu EUR 1 500 miljun u EUR 30 miljun għall-faċilità ta’ investiment ġestita mill-BEI għall-pajjiżi AKP u PTEE rispettivament. Fl-aħħar nett, EUR 430 miljun huma assenjati għan-nefqa tal-Kummissjoni għall-programmazzjoni u għall-implimentazzjoni tal-FEŻ.

 

13.

Fl-2012, il-kontribuzzjonijiet totali mill-Istati Membri ammontaw għal EUR 2 600 miljun.

 

14.

It- Tabella 2 turi l-użu, matul l-2012 u b’mod kumulattiv, tar-riżorsi tal-FEŻ. Impenji individwali kienu 27 % ogħla mit-tbassir inizjali, partikolarment minħabba l-approvazzjoni tal-appoġġ tal-UE ta’ EUR 400 miljun għall-inizjattiva Enerġija Sostenibbli għal Kulħadd, li ma kienx ippjanat inizjalment. Il-pagamenti kienu 8 % aktar milli mbassra inizjalment, prinċipalment minħabba l-ammont ogħla ta’ impenji milli mistenni. Impenji pendenti baqgħu stabbli meta mqabbla mal-2011.

 

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-8 sal-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

15.

Ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 FEŻ jitlob li l-Kummissjoni tirrapporta kull sena dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-FEŻ (9). Fl-opinjoni tal-Qorti, dan ir-rapport jippreżenta b’mod preċiż l-informazzjoni finanzjarja relevanti.

 

Tabella 2 —   Użu tar-riżorsi tal-FEŻ fil-31 ta' Diċembru 2012

(EUR miljun)

 

Sitwazzjoni fi tmiem l-2011

Implimentazzjoni baġitarja matul is-sena finanzjarja 2012

(nett) (43)

Sitwazzjoni fi tmiem l-2012

Ammont globali

Rata ta' implimentazzjoni (39)

it-8 FEŻ (40)

id-9 FEŻ (40)

l-10 FEŻ

Ammont globali

it-8 FEŻ

id-9 FEŻ

l-10 FEŻ

Ammont globali

Rata ta' implimentazzjoni (39)

A

RIŻORSI  (38)

48 854

 

–79

– 102

246

66

10 584

16 450

21 885

48 920

 

B —   UŻU

1.

Impenji globali  (41)

40 827

83,6 %

–64

– 297

3 524

3 163

10 576

16 157

17 258

43 991

89,9 %

2.

Impenji individwali  (42)

34 833

71,3 %

–46

– 187

3 460

3 226

10 448

15 504

12 107

38 059

77,8 %

3.

Pagamenti

29 208

59,8 %

15

539

2 655

3 209

10 345

14 566

7 507

32 417

66,3 %

C

Impenji pendenti (B1 – B3)

11 619

23,8 %

 

 

 

 

231

1 591

9 751

11 574

23,7 %

D

Bilanċ disponibbli (A – B1)

8 027

16,4 %

 

 

 

 

8

293

4 627

4 929

10,1 %

Sors: Il-Qorti tal-Awdituri, ibbażata fuq rapporti tal-FEŻ dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u r-rapporti finanzjarji fil-31 ta' Diċembru 2012.

KAPITOLU II —   ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI MILL-QORTI DWAR IL-FEŻ

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni mill-Qorti dwar it-8, id-9 u l-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport tal-Awditur Indipendenti

Affidabbiltà tal-kontijiet

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Impenji

Pagamenti

Il-5 ta’ Settembru 2013

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12, rue Alcide De Gasperi, 1615 Luxembourg, LUXEMBOURG

Informazzjoni li tappoġġa d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

Ambitu u approċċ tal-awditjar

16.

L-osservazzjonijiet fir-rigward tal-affidabbiltà tal-kontijiet tal-FEŻ huma deskritti fil-paragrafu VI tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni u huma bbażati fuq awditu tar-rapporti finanzjarji (12) u r-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja tat-8, tad-9, u tal-10 FEŻ (13). Dan kien jinvolvi l-ittestjar ta’ ammonti u divulgazzjonijiet u l- valutazzjoni tal-prinċipji kontabilistiċi użati, l-istimi sinifikanti magħmula mill-maniġment u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

 

17.

L- Anness 1.1 , il- parti 2 , tal-Kapitolu 1 tar-rapport annwali 2012 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija kumplessiva tal-Qorti. L-osservazzjonijiet fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-FEŻ huwa deskritti fil-paragrafi VII sa X tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni u huma bbażati fuq il-komponenti li ġejjin:

(a)

l-eżaminar tal-kontribuzzjonijiet kollha mill-Istati Membri u kampjun ta’ tipi oħra ta’ tranżazzjonijiet ta’ dħul;

(b)

l-eżaminar ta’ kampjun ta’ 30 impenn (14);

(c)

l-eżaminar ta’ kampjun ta’ 167 tranżazzjoni interim u finali approvati minn 7 delegazzjonijiet tal-UE jew il-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni (15). Fejn kien meħtieġ, organizzazzjonijiet inkarigati mill-implimentazzjoni u benefiċjarji finali nżaru fuq il-post sabiex jiġu vverifikati l-pagamenti ta’ bażi ddikjarati fir-rapporti finanzjarji jew fid-dikjarazzjonijiet tal-ispiża;

(d)

valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fil-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid u fid-delegazzjonijiet, li jkopru l-elementi li ġejjin;

(i)

kontrolli ex-ante minn uffiċjali awtorizzanti, superviżuri esterni (għall-kuntratti tax-xogħlijiet) jew awdituri esterni (għal stimi ta’ programmi (16), għotjiet u kuntratti tas-servizz ibbażati fuq tariffi). Il-Qorti analizzat għaliex l-iżbalji li nqabdu minnha kienu saru;

(ii)

monitoraġġ u sorveljanza. Dan inkluda eżaminar tal-istudju mill-EuropeAid dwar ir-rata tal-iżball residwu tal-2012 (RER), li parzjalment iddependa fuq ix-xogħol li twettaq mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) (17);

(iii)

awditu intern;

(e)

analiżi tar-rapport annwali tal-attività (RAA) mid-Direttur Ġenerali tal-EuropeAid.

 

18.

Kif indikat fil-paragrafu 4, il-EuropeAid jimplimenta l-biċċa l-kbira tal-istrumenti ta’ assistenza esterna ffinanzjati mill-baġit ġenerali u mill-FEŻ. L-osservazzjonijiet tal-Qorti li jikkonċernaw kemm l-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kif ukoll l-affidabbiltà tar-RAA u d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali għall-2012 jirreferu għall-qasam sħiħ ta’ responsabbiltà tal-EuropeAid.

 

Affidabbiltà tal-kontijiet

19.

Il-kont tar-riżultat ekonomiku jinkludi bħala dħul imgħax fuq il-prefinanzjament fir-rigward ta’ pagamenti ta’ prefinanzjament ta’ aktar minn EUR 250 000 lill-benefiċjarji. Sabiex tirkupra imgħax fuq pagamenti akbar ta’ prefinanzjament mill-benefiċjarji (jiġifieri dawk ’il fuq minn EUR 750 000), il-Kummissjoni hija meħtieġa toħroġ ordnijiet ta’ rkupru fuq bażi annwali (18). Madankollu, tali rkupri rarament isiru. Barra minn dan, l-imgħax iġġenerat mill-pagamenti ta’ prefinanzjament huwa xi kultant nnettjat kontra klejms għar-rimborż ta’ spejjeż imġarrba: dan l-imgħax mhuwiex rikonoxxut bħala dhul fir-rapporti finanzjarji.

19.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li minkejja tfakkira lill-AOS sottodelegat fin-nota annwali ta’ qabel l-għeluq, l-irkupri għal imgħax fuq PFs ta' iktar minn EUR 750 000 mhux dejjem ikunu magħmula kull sena. Madankollu, DEVCO jixtieq jenfasizza li l-imgħax miksub mill-prefinanzjament hu dejjem meqjus meta tiġi stabbilita s-sitwazzjoni finanzjarja qabel ma jingħalqu l-kuntratti. Fl-2013 DEVCO se jwettaq azzjoni speċifika fuq din il-kwistjoni:

Nota ta’ tfakkir lil AOS dwar ir-regoli FR fuq din il-kwistjoni

Analiżi dettaljata tal-kuntratti kollha b'PFs mifutħa ta’ iktar minn EUR 750 000 fi tmiem is-sena 2012

Għal PFs li huma aktar minn EUR 250 000 iżda iżgħar minn EUR 750 000 is-sistema lokali CRIS FED f’dan il-mument tippermetti biss ordnijiet għall-irkupru li jridu jiddaħħlu mill-ġdid lejn il-linja oriġinali ta’ spejjeż, u b’hekk ma tippermettix rikonoxximent tal-imgħax. Id-DĠ DEVCO ħaseb għal żvilupp tas-sistema CRIS li tippermetti r-rikonoxximent li huwa skedat li jkun disponibbli mhux qabel Ottubru 2013.

20.

Bħal fi snin preċedenti, il-Qorti spiss identifikat tranżazzjonijiet li kienu ġew irreġistrati b’mod skorrett (19). Studju li twettaq mill-EuropeAid fl-2012 ukoll sab li t-tranżazzjonijiet b’mod frekwenti kienu rreġistrati b’mod skorrett fis-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni RELEX (CRIS). Filwaqt li l-Qorti ma sabet ebda żball materjali f’din il-konnessjoni għall-affidabbiltà tal-kontijiet, dawn l-iżbalji jibqgħu sors ta’ tħassib peress li jaffettwaw il-preċiżjoni tad-data użata għat-tħejjija tal-kontijiet annwali, b’mod partikolari fir-rigward tal-eżerċizzju annwali ta’ limitu fi tmiem is-sena (20).

20.

Kif semmiet il-Qorti, il-Kummissjoni għamlet sforzi importanti fl-2012 li rriżultaw f’titjib konsiderevoli tal-kwalità tad-dejta. Il-Kummissjoni tenfasizza l-intenzjonijiet tagħha biex tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-kwalità tad-dejta.

Wara studju estensiv li sar fl-2012, ġie elaborat Pjan ta’ Azzjoni u qed jiġi ffinalizzat (adozzjoni mmirata f'nofs Lulju 2013), b’diversi elementi li diġà qegħdin jiġu investigati u/jew implimentati. Flimkien ma’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni, il-Kummissjoni issa qed taħdem biex tkompli titjieb il-kwalità tad-dejta permezz ta’ diversi assi, li fosthom huma:

(a)

Titjib ta’ CRIS sabiex jiġi żgurat li jsiru inqas żbalji minn utenti (pereżempju l-azzjoni 4.0 fil-“Master Plan”, li jimmira lejn titjib CRIS tal-interfaċċja tal-utent, rieżami tad-dokumentazzjoni CRIS kif ukoll il-ħolqien ta’ dizzjunarju tad-dejta)

(b)

Monitoraġġ kontinwu tad-dejta CRIS mill-kwartieri ġenerali, permezz ta’ kontrolli awtomatizzati, testijiet immirati ta’ kwalità dwar il-kontabbiltà u t-tnedija ta’ studji dwar punti speċifiċi wara valutazzjoni tar-riskju

(c)

Titjib fl-informazzjoni pprovduta lill-utenti permezz tal-bażi ta' dejta ta' għarfien CRIS u korsijiet speċifiċi

(d)

It-twaqqif ta’ iżjed KPIs immirati li jżidu l-għarfien ta’ importanza ta’ kwalità tajba u dejta kompluta.

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

21.

L- Anness 1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet.

 

Dħul

22.

L-awditu mill-Qorti tat-tranżazzjonijiet ta’ dħul sab li dawn kienu ħielsa minn żball materjali.

 

Impenji

23.

L-awditu mill-Qorti tal-impenji sab li dawn kienu ħielsa minn żball materjali. Pagamenti

 

Tranżazzjonijiet ta’ nfiq

24.

Mill-167 tranżazzjoni awditjati mill-Qorti, 44 (26 %) kienu milquta minn żball. Il-Qorti tistma li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija ta’ 3,0 % (21).

 

Proġetti

25.

Mill-127 tranżazzjoni ta’ nfiq ikkampjunati, 41 (32 %) kienu milquta minn żbalji, li minnhom 28 (68 %) kienu żbalji kwantifikabbli. Mit-28 tranżazzjoni milquta minn żbalji kwantifikabbli, 20 kienu tranżazzjonijiet finali li kienu diġà ġew iċċekkjati mill-Kummissjoni.

 

26.

Żbalji nstabu aktar frekwentement fi tranżazzjonijiet relatati ma’ stimi ta’ programmi, għotjiet u ftehimiet ta’ kontribuzzjonijiet bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali, milli f’forom oħra ta’ appoġġ: mill-71 tranżazzjoni ta’ dan it-tip li ġew ittestjati, 31 (44 %) kienu milquta minn żball.

 

27.

It-tipi prinċipali ta’ żbalji kwantifikabbli li nstabu fi tranżazzjonijiet relatati mal-proġetti kienu jikkonċernaw (ara l-kaxxa 1):

(a)

eliġibbiltà: infiq relatat ma’ attivitajiet li ma kinux koperti mill-kuntratt (12-il tranżazzjoni), nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri ta’ akkwist mill-benefiċjarju (4 tranżazzjonijiet), u nfiq imġarrab barra mill-perjodu ta’ implimentazzjoni (2 tranżazzjonijiet) jew li qabżu l-baġit stabbilit (2 tranżazzjonijiet milquta);

(b)

okkorrenza: nuqqas ta’ fatturi jew ta’ dokumenti oħra ta’ sostenn li jiġġustifikaw l-infiq (2 tranżazzjonijiet), servizzi li ma ngħatawx jew xogħlijiet mhux imwettqa (2 tranżazzjonijiet) u nfiq li ma ġġarrabx mill-benefiċjarji (tranżazzjoni waħda);

(c)

preċiżjoni: kalkolu skorrett tal-infiq ikklejmjat (3 tranżazzjonijiet).

 

Xogħlijiet mhux imwettqa

Il-Qorti eżaminat pagament interim ta’ EUR 464 640 taħt kuntratt għall-manutenzjoni tat-toroq fis-Senegal. Xogħlijiet li jirrigwardaw il-konsolidazzjoni tal-parti ta’ isfel ta’ imbankment fatturati mill-kuntrattur, iċċertifikati mis-superviżur u mħallsa mill-Kummissjoni ma kinux twettqu. Sussegwentement il-Kummissjoni varat awditu tekniku u kumprensiv tal-kuntratt.

Xogħlijiet li ma twettqux

Ir-rapport tal-awditu tekniku ta’ April 2013 jindika li b’kollox total ta' EUR 39 095 (0.94 % tal-prezz total tal-kuntratt) impost għar-rinfurzar tal-ġnub ta' toroq, ma kinux twettqu.

Il-kuntrattur tax-xogħlijiet sadanittant wettaq l-infurzar tal-ġnub tat-toroq, li kienu ġew fatturati.

L-awtorità kontraenti deċentralizzata, fil-mument tad-dikjarazzjoni finali tal-kontijiet, se tiddeċiedi dwar l-impożizzjoni possibbli ta’ ordnijiet ta’ rkupru u penalitajiet kuntrattwali mal-kuntrattur tax-xogħlijiet u mal-kuntrattur li ssorveljaw ix-xogħlijiet.

Valur tal-kuntratt miżjud 'il fuq mil-limitu permissibbli

Il-Qorti eżaminat l-approvazzjoni ta’ pagament bil-quddiem ta’ EUR 305 738 taħt programm ta’ appoġġ fis-settur tas-saħħa fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Il-valur ta’ żewġ kuntratti kien ġie miżjud bi 58 % u 68 % rispettivament għal xogħlijiet addizzjonali li kienu meħtieġa biex il-kuntratt oriġinali jiġi kkompletat. L-unità ta’ ġestjoni tal-proġett fid-dipartiment tal-gvern nazzjonali ma kienx konxju mill-fatt li kien hemm limitu ta’ 50 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għal tali xogħlijiet addizzjonali.

Il-valur tal-kuntratt qabeż il-limitu permess

Awditjar komplementari sabiex ikunu identifikati kwalunkwe ammonti ineliġibbli oħrajn tinsab għaddejja.

Id-delegazzjoni tal-UE fakkret lin-NAO dwar ir-regoli applikabbli. In-NAO bagħat nota ċirkolari, li l-kontenut tiegħu kien miftiehem qabel mad-delegazzjoni tal-UE.

28.

It-tipi l-aktar frekwenti ta’ żbalji mhux kwantifikabbli kienu jikkonċernaw dokumenti ta’ sostenn insuffiċjenti (ħames tranżazzjonijiet) u nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ akkwist (ħames tranżazzjonijiet).

 

Appoġġ baġitarju

29.

Għall-40 tranżazzjoni ta’ appoġġ baġitarju ttestjati, tlieta (8 %) kienu milquta minn żbalji, li minnhom tnejn (67 %) kienu żbalji kwantifikabbli.

29.

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-analiżi tal-Qorti ta’ żball wieħed kwantifikabbli.

30.

L-iżbalji kwantifikabbli maqbuda mill-Qorti fit-tranżazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju kienu jikkonċernaw l-applikazzjoni skorretta tal-metodu ta’ evalwazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk ir-riċevituri kinux issodisfaw il-kundizzjonijiet għal pagamenti relatati mal-prestazzjoni, jew in-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-konformità ma’ kundizzjonijiet speċifiċi għal pagamenti (żewġ tranżazzjonijiet) (ara l-kaxxa 2). Il-Qorti identifikat ukoll żbalji mhux kwantifikabbli: il-Kummissjoni naqset milli turi b’mod sodisfaċenti li r-riċevituri kienu kkonformaw mal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ eliġibbiltà għal pagamenti ta’ appoġġ baġitarju (22). Il-Kummissjoni ma qabblitx il-progress tal-pajjiżi riċevituri fl-implimentazzjoni ta’ politiki speċifiċi jew ta’ riforma fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi mal-objettivi stabbiliti għall-perjodu eżaminat (żewġ tranżazzjonijiet).

30.

L-appoġġ baġitarju huwa strument ta’ politika bbażat fuq relazzjoni fit-tul ta’ fiduċja bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi msieħba. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar ir-rilaxx ta’ pagament, il-Kummissjoni tqis il-progress li sar fir-rigward indikaturi individwali u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni bi pjaċir tinnota t-tnaqqis sinifikanti fin-numru ta’ żbalji mhux kwantifikabbli matul dawn l-aħħar snin.

Il-Kummissjoni tqis li l-kisba ta’ valuri ta’ indikaturi, li kien intlaħaq qbil fuqhom b’mod konġunt mal-gvern imsieħeb, m’għandhomx jiġu evalwati b’mod strett wisq. Filwaqt li l-kundizzjonijiet għal pagamenti relatati mal-prestazzjoni għandhom rwol importanti fil-proċess li jistimula l-pajjiżi sabiex jiksbu progress fuq l-għanijiet politiċi essenzjali, il-Kummissjoni tqis li l-indikaturi jridu jiġu evalwati, waqt li jitqiesu l-għanijiet li huma jkejlu u l-kuntest li fih iseħħ l-iżvilupp tal-pajjiż.

Nuqqas ta’ stabbiliment ta’ kundizzjoni speċifika għal pagament

Il-Qorti eżaminat pagament ta’ EUR 600 000 relatat mal-appoġġ għall-Programm ta’ Riforma Ekonomika 2007-2010 f’Vanuatu, inkluż segment varjabbli ta’ EUR 200 000 ibbażat fuq il-prestazzjoni. Skont il-ftehim ta’ finanzjament, il-Kummissjoni kienet meħtieġa tagħżel indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni stabbiliti fir-rapport ta’ żvilupp annwali fir-rigward tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, iżda dan ma għamlitux. Il-Kummissjoni qieset li kien biżżejjed li hija tiddependi fuq valutazzjoni tal-progress kumplessiv ta’ Vanuatu fir-riforma fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi (kundizzjoni ġenerali ta’ eliġibbiltà) biex tiżborża s-segment varjabbli. Din kienet f’kontradizzjoni mal-ftehim ta’ finanzjament, li jipprovdi li l-Kummissjoni tagħmel il-pagament biss jekk ikunu ntlaħqu kemm il-kundizzjonijiet speċifiċi kif ukoll dawk ġenerali.

Nuqqas ta’ ffissar ta’ kundizzjoni speċifika ta' pagament

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, kundizzjonijiet PFM kemm ġenerali u speċifiċi fl-FA huma essenzjalment l-istess u huma relatati ma’ progress fir-riforma għall-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi globali. B’mod pożittiv, il-Kummissjoni evalwat il-progress ġenerali tal-Vanwatu fir-riforma tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi sal-2010. L-indikaturi rilevanti dwar il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi f’rapport dwar l-iżvilupp annwali tal-gvern jikkonfermaw din it-tendenza pożittiva. Barra minn hekk, id-delegazzjoni kkonfermat li din ix-xejra pożittiva u l-isforz ġie sostnut, skont l-Istrateġija ta’ Riforma PFM tal-2008, matul is-sena politikament diffiċli tal-2011.

Effettività tas-sistemi

31.

L- Anness 2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżaminar mill-Qorti tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll.

 

Kontrolli ex-ante

32.

Fid-dawl tal-ambjent ta’ riskju għoli (ara l-paragrafu 6), il-EuropeAid jiddependi prinċipalment fuq kontrolli ex-ante (kontrolli mill-persunal tal-Kummissjoni, minn superviżuri esterni jew minn awdituri esterni qabel ma jsiru l-pagamenti għall-proġetti) sabiex jiġu pprevenuti jew jinqabdu u jiġu kkorreġuti pagamenti irregolari. Bħal fi snin preċedenti, il-frekwenza ta’ żbalji misjuba mill-Qorti, inklużi xi wħud li jaffettwaw il-klejms finali li kienu suġġetti għal awditi esterni u verifikazzjonijiet ta’ nfiq, tindika dgħufijiet f’dawn il-kontrolli ex-ante. Studju li sar mill-EuropeAid fl-2012 ukoll sab li għadd sinifikanti (terz) tar-rapporti tal-awditjar li ġew riċevuti fl-2011 kienu ta’ kwalità insuffiċjenti.

32.

Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lill-kwalità tal-awditi u qed tiżviluppa għodda biex jgħinu maniġers ta' awditjar fil-Kummissjoni biex jevalwaw aħjar il-kwalità ta' rapporti ta’ awditjar.

33.

Żewġ delegazzjonijiet tal-UE miżjura mill-Qorti ma wettqux segwitu tajjeb tar-rapporti tal-awditjar. Ir-RAA jirrikonoxxi li kawża prinċipali ta’ żbalji hija li ammonti ineliġibbli ma jiġux irkuprati, jew li ma jkunx hemm spjegazzjoni għan-nuqqas ta’ rkupru, b’segwitu għal rapporti tal-awditjar jew ta’ verifikazzjoni tal-infiq (23).

33.

Fil-pjan ta’ ħidma msemmi fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 38, huwa previst li permezz tal-modulu tal-Awditjar CRIS tiġi żviluppata għodda speċifika li se tippermetti lill-Kummissjoni tagħmel segwitu xieraq tar-rapporti ta’ awditjar.

34.

L-awditu tal-Qorti wera li l-approvazzjoni tard u l-għeluq tard ta’ kuntratti jaffettwaw il-kwalità ta’ kontrolli ex-ante u jżidu b’mod sinifikanti r-riskju ta’ rekord interrott għall-awditjar jew in-nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn (24). Fit-tranżazzjonijiet baġitarji kemm tal-FEŻ kif ukoll tal-UE, il-Qorti sabet kuntratti antiki, l-għalihom l-infiq ġie kklerjat tard. Konsegwentement, l-impenji finanzjarji individwali korrispondenti għadhom miftuħin jew ingħalqu żmien twil wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-kuntratt.

34.

Bħala parti minn studju estern fl-2012 il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ proċedura li tanalizza l-kuntratti kollha li għalihom il-perjodu ta' attività skada għal aktar minn 18-il xahar. Is-servizzi huma mitluba jikkummentaw dwar ir-raġuni għaliex il-kuntratti jkunu għadhom miftuħa u l-pjan tagħhom li jiżguraw li l-kuntratti jistgħu jingħalqu mill-aktar fis possibbli. Dan wassal għal tnaqqis f’kuntratti miftuħa fl-aħħar tas-sena għall-FEŻ ta’ 1 038 kuntratt (minn 7 470 fi tmiem is-sena 2011 għal 6 432 fl-aħħar tas-sena 2012). Eżerċizzju simili kien imniedi f’April 2013 sabiex jitkompla dan l-isforz.

Monitoraġġ u sorveljanza

Sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni

35.

Kif indikat f’rapporti annwali tal-passat (25), hemm nuqqasijiet fis-sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni tal-EuropeAid dwar ir-riżultati u s-segwitu ta’ awditi esterni, ta’ verifikazzjonijiet tal-infiq u ta’ żjarat ta’ monitoraġġ. Dawn jagħmluha diffiċli għad-Direttur Ġenerali li jżomm lill-kapijiet tal-unità jew lill-kapijiet ta’ delegazzjoni tal-UE responsabbli għas-segwitu u l-korrezzjoni f’waqthom tad-dgħufijiet fis-sistema u l-iżbalji identifikati.

35.

Il-modulu tal-awditjar tas-sistema ta' informazzjoni tal-ġestjoni tal-għajnuna esterna (CRIS) ġie mfassal biex jippjana u jirreġistra r-riżultati tal-awditi esterni minflok isegwi verifika magħmula mill-Kummissjoni. Madankollu l-Kummissjoni qed tippjana li tiżviluppa din il-funzjonalità fuq perjodu ta’ żmien medju, jekk jippermettu r-riżorsi.

Il-Kummissjoni żviluppat għodda ta' pjan ta’ ħidma għall-ippjanar ta’ missjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tistabbilixxi riforma tal-monitoraġġ u r-rappurtar sabiex tiġi implimentata fil-bidu tal-2014.

Żjarat ta’ monitoraġġ

36.

Is-seba’ delegazzjonijiet kollha tal-UE miżjura mill-Qorti kellhom ħarsa ġenerali tajba tal-implimentazzjoni operazzjonali tal-proġetti, prinċipalment permezz ta’ żjarat ta’ monitoraġġ. Madankollu, waħda biss mis-seba’ delegazzjonijiet tal-UE għażlet u ppjanat dawn iż-żjarat fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. Il-EuropeAid qed jiżviluppa għodda biex tgħin lid-delegazzjonijiet tal-UE jeżaminaw aħjar il-portafoll tagħhom ta’ proġetti u jipprijoritizzaw żjarat lil dawk li partikolarment ikunu jeħtieġu monitoraġġ ibbażat fuq il-valutazzjonijiet tar-riskju. Il-Qorti sabet ukoll dgħufijiet fil-mod li bih tnejn mis-seba’ delegazzjonijiet tal-UE mmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-proġetti jew wettqu segwitu tar-riżultati ta’ dawn iż-żjarat.

36.

F’każ wieħed, id-delegazzjoni tal-UE għamlet segwitu dwar is-sejba ewlenija tar-rapport ta’ monitoraġġ. Is-sitwazzjoni diffiċli ta' sigurtà kienet il-kawża prinċipali tal-problemi fit-twettiq tax-xogħlijiet fit-toroq, identifikati fir-rapport tal-missjoni.

Fit-tieni każ, id-Delegazzjoni ħadet miżuri biex tissorvelja aktar mill-qrib l-implimentazzjoni tat-tieni fażi tal-proġett.

Studju 2012 tar-RER

37.

Kif kienet irrakkomandat preċedentement il-Qorti (26), il-EuropeAid wettaq l-ewwel studju tiegħu tar-rata tal-iżball residwu (RER) biex jivvaluta l-livell ta’ żball li evada l-kontrolli kollha tal-maniġment għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji. L-istudju kien jinvolvi l-eżaminar ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet minn kuntratti magħluqa sabiex jiġi determinat jekk l-infiq kienx sar għall-finijiet intenzjonati, kienx skont ir-regoli rilevanti u ġiex ikkalkulat b’mod korrett. L-iżbalji li nstabu ntużaw biex tiġi stmata r-rata tal-iżball l-aktar probabbli fil-popolazzjoni ta’ kuntratti magħluqa.

 

38.

Ir-riżultati tal-istudju 2012 tar-RER huma ppreżentati fir-RAA (27). L-istudju jistma li r-RER huwa 3,63 %, jiġifieri ogħla mil-livell ta’ materjalità ta’ 2 % stabbilit mid-Direttur Ġenerali tal-EuropeAid. It-tipi prinċipali ta’ żbalji identifikati fl-istudju huma:

(a)

żbalji fi tranżazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (38,0 % tar-RER);

(b)

ammonti mhux irkuprati (jew ammonti li ma għandhomx spjegazzjoni għan-nuqqas ta’ rkupru, barra minn organizzazzjonijiet internazzjonali) b’segwitu għal rapporti ta’ missjonijiet ta’ awditjar jew tal-verifikazzjoni (26,7 % of the RER);

(c)

żbalji relatati ma’ fondi ġestiti indirettament minn benefiċjarji barra minn organizzazzjonijiet internazzjonali (20,1 % tar-RER);

(d)

nuqqas ta’ dokumentazzjoni dwar il-proċeduri ta’ akkwist (15,2 % tar-RER).

38.

Kif previst fil-proċeduri tal-Kummissjoni, tfassal Pjan ta’ Azzjoni biex titjieb aktar is-sistema ta’ kontroll intern. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, azzjonijiet ta’ qawmien ta’ kuxjenza, taħriġ u gwida, tisħiħ tar-responsabbiltà tad-Delegazzjonijiet, kooperazzjoni msaħħa mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u s-simplifikazzjoni tas-sistema ta’ kontroll.

39.

B’mod ġenerali, it-tfassil tal-metodoloġija tar-RER kien xieraq, u l-istudju pprovda riżultati interessanti u potenzjalment utli. Madankollu, hemm lok għal aktar raffinar fil-metodoloġija f’għadd ta’ aspetti, relatati ma’:

39.

Ir-riżultati tal-istudju RER tal-2012 ingħataw direttament fil-Proċess tal-Assigurazzjoni tar-RAA tal-2012 u għalhekk kienu fil-fatt utli ħafna lill-Kummissjoni. L-istudju RER tal-2012 kien l-ewwel wieħed li ġie implimentat u t-tagħlimiet miksuba minn dan l-ewwel eżerċizzju se jippermettu għal irfinar fil-metodoloġija.

(a)

il-grad ta’ dipendenza li jitqiegħed fuq rapporti tal-awditjar jew tal-verifikazzjoni preċedenti;

(a)

Il-Kummissjoni se tiddiskuti din il-kwistjoni mal-kuntrattur.

(b)

il-metodu ta’ kalkolu tar-rati ta’ żball fuq tranżazzjonijiet individwali;

(b)

Il-Kummissjoni se tiddiskuti din il-kwistjoni mal-kuntrattur.

(c)

it-trattament ta’ tranżazzjonijiet fejn ma kien hemm ebda dokumentazzjoni li kienet faċilment disponibbli.

(c)

Il-passi li għandhom jittieħdu biex jitwettqu l-istimi huma stabbiliti fid-dettall fil-manwal ta’ struzzjoni RER rivedut li se jiġu applikati għall-eżerċizzju RER tal-2013.

Awditu intern

40.

Fir-rapport annwali 2011 tagħha (28), il-Qorti indikat li r-riorganizzazzjoni tal-Kummissjoni li saret fl-2011 kellha impatt kbir ħafna fuq l-attività tal Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) (29). Fit-tweġiba tagħha għar-rapport annwali 2011 tal-Qorti, il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li tivvaluta l-kapaċità tal-IAC u li tqis li ssaħħaħha jekk meħtieġ (30). Madankollu, dan ma sarx. Ma kien hemm ebda titjib fl-2012: l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma annwali tal-IAC reġgħet kienet affettwata b’mod sinifikanti u avvers (31).

40.

Mill-2013, minħabba bosta miżuri li ttieħdu f’dan ir-rigward, qed jitjieb il-funzjonament tal-IAC.

Analiżi tar-rapport annwali tal-attività

41.

Fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tiegħu, id-Direttur Ġenerali jagħmel riżerva dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, peress li l-ammont meqjus f’riskju (EUR 259,5 miljun) jirrappreżenta aktar minn 2 % tal-pagamenti awtorizzati fil-perjodu tar-rappurtar.

 

42.

Madankollu, id-Direttur Ġenerali jiddikjara wkoll li “il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi” (32). Ir-RAA jindika wkoll li ċ-ċifra tar-RER ta’ 3,63 % hija stima tal-“ammont massimu f’riskju” (33), “ma tixħitx dubju fuq is-sistema kumplessiva ta’ kontroll” u turi li “il-parti l-kbira tal-iżbalji huma marbuta ma’ għadd limitat ta’ dgħufijiet li jirrigwardaw prinċipalment l-implimentazzjoni tal-kontrolli, li jistgħu u sussegwentement se jiġu indirizzati mid-DĠ DEVCO matul l-2013” (34).

 

43.

Il-Qorti tqis li din hija preżentazzjoni qarrieqa tar-riżultati tal-istudju tar-RER:

43.

(a)

ir-RER mhijiex “ammont massimu” iżda l-aħjar stima (jew l-istima l-aktar probabbli). Il-livell reali ta’ żball jista’ jkun ogħla;

(a)

Il-Kummissjoni taqbel li l-ammont fir-riskju msemmija fir-RAA tad-DĠ DEVCO tal-2012 hu l-iktar stima reali, skont l-Istruzzjonijiet Permanenti għar-Rapporti ta’ Attività Annwali għall-2012. Il-livell vera ta’ żball jista' jkun ogħla, iżda wkoll inqas.

(b)

ir-RER mhijiex stima tal-ammont “f’riskju” iżda stima tal-iżball li jibqa’ mingħajr ma jinqabad u mingħajr ma jiġi kkoreġut fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ġestjoni u hija għalhekk definittiva (35);

(b)

Il-kunċett ta’ “ammont f’riskju” hu applikat fir-RAA f’konformità sħiħa mal-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-RAA. Dawn l-istruzzjonijiet jiddefinixxu l-“l-ammont f'riskju” bħala l-impatt finanzjarju tal-iżbalji f’termini ta’ espożizzjoni finanzjarja tal-baġit attwali matul is-sena kalendarja.

Il-Kummissjoni taqbel li r-riżultati tal-istudju RER mhumiex stima tal-ammont f’riskju.

(c)

is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll mhumiex effettivi meta jonqsu milli jaqbdu u jikkoreġu żball materjali;

(c)

Il-biċċa l-kbira tal-iżbalji huma marbuta ma’ numru limitat ta’ nuqqasijiet, prinċipalment dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli. It-tfassil tas-sistema ta’ kontroll għalhekk jidher li hu tajjeb u ma għandux għalfejn jiġi modifikat.

(d)

ir-RAA jiddeskrivi t-tipi prinċipali ta’ żbalji li jseħħu fl-infiq tal-EuropeAid (36) iżda, bl-eċċezzjoni ta’ dgħufijiet fil-proċess ta’ rkupru, ma janalizzax għalfejn dawn seħħu u liema aspetti tas-sistema ta’ sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid fallew.

(d)

Għar-Rapport ta’ Attività annwali li jmiss il-Kummissjoni se twettaq l-analiżi mitluba fl-istruzzjonijiet permanenti. Il-Pjan ta’ Azzjoni msemmi fil-paragrafu 38 jindirizza t-tipi kollha ta’ żbalji identifikati mis-sistema ta’ kontroll u l-Qorti tal-Awdituri. Il-Pjan ta’ Azzjoni kien preċedut minn analiżi bir-reqqa tal-oriġini ta’ dawn l-iżbalji. Barra minn hekk, għandu wkoll jinkludi definizzjonijiet mill-modi li bihom żbalji- deskritti fil-Pjan ta’ Azzjoni — huma indirizzati. L-analiżi kkonkludiet li l-kontroll tat-tfassil kif inhu kien tajjeb u li l-iżbalji li ġraw kienu primarjament minħabba kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni.

44.

Fl-2012, l-IAS wettaq awditu limitat tal-proċess tar-RAA tal-EuropeAid. Huwa sab li r-RAA ma jipprovdix biżżejjed informazzjoni dwar kif id-direttorat ġenerali bena aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq fuq bażi pluriennali. Dawn is-sejbiet jaqblu ma’ dawk tal-Qorti.

 

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

45.

Ibbażat fuq ix-xogħol tal-awditjar tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-kontijiet tal-FEŻ għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2012 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ fil-31 ta’ Diċembru 2012, u r-riżultati tal-operazzjonijiet u tal-flussi tal-flus tagħhom għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ u tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà.

 

46.

Ibbażat fuq ix-xogħol tal-awditjar tagħha, il-Qorti tikkonkludi li, għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2012:

(a)

id-dħul tal-FEŻ kien ħieles minn żball materjali;

(b)

l-impenji li għalihom kienu daħlu l-FEŻ kienu ħielsa minn żball materjali;

(c)

it-tranżazzjonijiet ta’ nfiq tal-FEŻ kienu milquta minn żball materjali (ara l-paragrafi 24 sa 30).

 

47.

Ibbażat fuq ix-xogħol tal-awditjar tagħha, il-Qorti sabet li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid li ġew eżaminati kienu parzjalment effettivi (ara l-paragrafi 18 u 31 sa 44).

47.

Il-Kummissjoni taqbel li, filwaqt li t-tfassil tas-sistema ta’ kontroll hu ġeneralment konsistenti u sod, għad irid isir progress dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll.

Rakkomandazzjonijiet

48.

L- Anness 3 juri r-riżultat tal-analiżi mill-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru f’rapporti annwali preċedenti. Fir-rapporti annwali 2009 u 2010, il-Qorti ppreżentat 16-il rakkomandazzjoni. Il-EuropeAid implimenta bis-sħiħ ħames rakkomandazzjonijiet, filwaqt li tlieta kienu implimentati fil-parti l-kbira tal-aspetti u tmienja kienu implimentati f’xi aspetti.

 

49.

Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet implimentati f’xi aspetti biss, il-EuropeAid qed jieħu azzjoni iżda jinħtieġ aktar żmien biex ir-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati b’mod sodisfaċenti:

(a)

il-EuropeAid ingħaqad ma’ grupp ta’ ħidma mmexxi mid-DĠ Baġit biex janalizza l-kosteffettività tal-arkitettura kumplessiva ta’ kontroll tiegħu;

(b)

huwa qed jiżviluppa għodod u gwida biex id-delegazzjonijiet tal-UE jkunu jistgħu jipprijoritizzaw aħjar iż-żjarat ta’ monitoraġġ tagħhom lill-proġetti u jivvalutaw il-kwalità tar-rapporti tal-awditjar;

(c)

huwa qed jiżviluppa funzjonijiet ġodda fi ħdan il-modulu tal-awditjar tas-sistema ta’ informazzjoni tiegħu, CRIS, għat-tijib tas-segwitu tar-rapporti tal-awditjar.

 

50.

Sar progress insuffiċjenti fir-rigward tal-kwalità tad-data fis-sistema ta’ informazzjoni CRIS. Minkejja l-isforzi li saru mill-EuropeAid għal sensibilizzazzjoni fost id-delegazzjonijiet tal-UE, dan jibqa’ sors ta’ tħassib (ara l-paragrafu 20).

50.

Il-Kummissjoni ddefiniet “Master Plan” għall-Kwalità tad-Dejta li jinkludi Pjanijiet ta’ Azzjoni varji, inklużi dawk għat-taħriġ tal-persunal u l-komunikazzjoni lejn id-Delegazzjonijiet. Dan se jiżgura li l-persunal tal-Kummissjoni huwa mħarreġ aħjar u aktar konxju tal-aħjar prattiki u linji gwida għall-kodifikazzjoni ta' dejta fil-CRIS. Proġett estensiv dwar it-titjib tal-Interfaċċja tal-Utent CRIS ġie varat ukoll li jnaqqas żbalji ta’ kodifikazzjoni.

51.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2012, il-Qorti tirrakkommanda li l-EuropeAid għandu:

 

Rakkomandazzjoni 1: jirrevedi l-metodoloġija tar-RER tiegħu;

Il-Kummissjoni taqbel dwar irfinar tal-metodoloġija RER fuq il-bażi tal-lezzjonijiet meħuda minn dan l-ewwel eżerċizzju. Il-Kummissjoni diġà ħadet miżuri f’dan ir-rigward. Fil-bidu tal-eżerċizzju tal-2013 il-kuntrattur intalab jelabora metodoloġija riveduta u manwal li se jqisu l-lezzjonijiet mgħallma matul l-ewwel eżerċizzju RER fl-2012. Din il-metodoloġija rfinata se tiġi applikata matul l-eżerċizzju RER tal-2013.

Rakkomandazzjoni 2: jipprovdi deskrizzjoni preċiża, fir-RAA, tar-riżultati tal-istudji tar-RER;

Ir-RAA tal-2012 kellu deskrizzjoni tal-eżerċizzju RER li kien dettaljat kemm jista’ jkun u segwa l-abbozzar tal-istruzzjonijiet. Il-Kummissjoni taqbel li fir-RAA tal-2013 għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn ir-riżultati tal-istudju RER u l-użu tagħhom għall-iskop ta’ assigurazzjoni.

Rakkomandazzjoni 3: jiżgura l-approvazzjoni f’waqtha tal-infiq;

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u riċentement ittieħdet azzjoni bil-għan li tiġi żgurata approvazzjoni tan-nefqa mingħajr dewmien.

Rakkomandazzjoni 4: jippromwovi ġestjoni aħjar tad-dokumenti mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, u mill-benefiċjarji;

Il-Kummissjoni taqbel bis-sħiħ ma' din ir-rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni 5: jieħu miżuri effettivi sabiex itejjeb il-kwalità tal-verifikazzjonijiet tal-infiq imwettqa minn awdituri esterni;

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni msemmija fil-paragrafu 38, hija ppjanat li teżamina fl-2013 il-possibbiltajiet ta’ titjib tal-kwalità u l-effikaċja tal-awditi u l-verifiki. Dan se jsir b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-awditi u l-verifiki mwettqa minn ditti lokali ta’ verifika mikrija mill-benefiċjarji.

Rakkomandazzjoni 6: jiżgura l-applikazzjoni korretta ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għal pagamenti ta’ appoġġ baġitarju;

Il-Kummissjoni se tkompli tiżgura l-applikazzjoni korretta ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għal pagamenti għas-sostenn baġitarju. Grupp ta’ ħidma dwar l-appoġġ baġitarju kien imwaqqaf biex jindirizza l-punti speċifiċi tas-sejbiet tal-awditjar tal-Qorti.

Rakkomandazzjoni 7: jiżgura li l-ordnijiet ta’ rkupru fir-rigward ta’ mgħax fuq prefinanzjament ogħla minn EUR 750 000 jinħarġu kull sena.

Il-Kummissjoni tilqa’ din ir-rakkomandazzjoni u se tfakkar Uffiċjali awtorizzanti b’sottodelega r-regoli dwar l-irkupru ta’ imgħaxijiet għall-prefinanzjament annwali ta' hawn fuq ta' iktar minn EUR 750 000. Barra minn hekk, sabiex jiżdied l-għarfien, rieżami sħiħa ta’ dħul eventwali bl-imgħax irċevut fuq dawn il-prefinanzjamenti ser isir b’tali mod li tkun żgurata l-konformità mar-regolament finanzjarju.


(1)  Ara l-Artikoli 118, 125 u 134 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1) u l-Opinjoni tal-Qorti Nru 9/2007 dwar il-proposta għal dan ir-Regolament (ĠU C 23, 28.1.2008, p. 3).

(2)  Ftehim tripartitiku bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti (l-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 215/2008) jistabbilixxi regoli għall-awditu ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-Qorti.

(3)  Id-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (DĠ ECHO) iġesti 1,2 % tal-infiq mill-FEŻ.

(4)  Ara l-Kapitolu 7 “Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir” tar-Rapport Annwali 2012 tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE.

(5)  L-appoġġ baġitarju jinvolvi t-trasferiment ta’ fondi mill-Kummissjoni għat-teżor nazzjonali tal-pajjiż sieħeb. Jipprovdi riżorsi baġitarji addizzjonali biex tiġi appoġġata strateġija ta’ żvilupp nazzjonali.

(6)  Taħt ġestjoni ċentralizzata, l-għajnuna hija implimentata b’mod dirett mis-servizzi tal-Kummissjoni (kwartieri ġenerali jew delegazzjonijiet) jew indirettament permezz ta’ korpi nazzjonali (eż. aġenzija tal-iżvilupp ta’ Stat Membru tal-UE). Taħt ġestjoni deċentralizzata, l-implimentazzjoni hija delegata lil pajjiż terz.Taħt ġestjoni konġunta, l-implimentazzjoni hija delegata lil organizzazzjoni internazzjonali.

(7)  Pagamenti grossi stmati f’livell ta’ EUR 840 miljun fl-2012.

(8)  Pagamenti grossi stmati f’livell ta’ EUR 632 miljun fl-2012.

(9)  L-Artikoli 118, 124 u 156 tar-Regolament (KE) Nru 215/2008.

(10)  Skont l-Artikoli 2, 3, 4, 125(4) u 134 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar FEŻ din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni ma testendix għall-parti tar-riżorsi tal-FEŻ li huma ġestiti mill-BEI u li għalihom dan huwa responsabbli.

(11)  Ir-regoli u metodi kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-FEŻ huma mfassla abbażi tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) jew fin-nuqqas ta’ dan, l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) kif maħruġa rispettivament mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti u mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà

(12)  Ara l-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 215/2008: ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tar-riżultat ekonomiku, ir-rapport tad-dħul u l-infiq tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u t-tabella ta' elementi pagabbli lill-FEŻ.

(13)  Ara l-Artikolu 123 tar-Regolament (KE) Nru 215/2008: ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni finanzjarja jinkludu tabelli ta’ approprjazzjonijiet, impenji u pagamenti.

(14)  Impenji finanzjarji globali u l-impenji legali korrispondenti (ftehimiet ta’ finanzjament) wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament mill-Kummissjoni.

(15)  Il-EuropeAid:126 proġett u 40 pagament ta’ appoġġ baġitarju; id-DĠ ECHO: pagament wieħed fuq proġett għall-għajnuna umanitarja.

(16)  Titħejja stima tal-programm, normalment kull sena biex tistabbilixxi programm ta’ ħidma u r-riżorsi meħtieġa biex dan jitwettaq. Hija implimentata mill-istituzzjoni jew mill-benefiċjarju kkonċernat iżda suġġetta għal approvazzjoni minn qabel mir-rappreżentant tal-pajjiż sieħeb u mill-Kummissjoni.

(17)  L-IAS huwa direttorat ġenerali tal-Kummissjoni. Huwa mmexxi mill-Awditur Intern tal-Kummissjoni u jirrapporta lill-Kumitat ta’ Progress tal-Awditjar tiegħu. Il-kompitu tiegħu huwa li jipprovdi aċċertament indipendenti dwar l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern u li jgħin lill-Kummissjoni permezz ta’ opinjonijiet, pariri u rakkomandazzjonijiet.

(18)  L-Artikolu 8(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 FEŻ.

(19)  Eż. it-tip ta’ kuntratt, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt, il-mod ta’ ġestjoni.

(20)  L-eżerċizzju ta’ limitu jfittex li jiżgura li kemm id-dħul kif ukoll in-nefqa jiġu reġistrati b’mod komplet u preċiż fil-perjodu kontabilistiku korrett.

(21)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata ta’ żball minn kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima. Il-Qorti hija 95 % fiduċjuża li r-rata ta' żball fil-popolazzjoni tinsab bejn 1,5 % u 4,5 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(22)  Il-Qorti nnutat ukoll dgħufijiet fis-sistemi. Il-ftehimiet ta’ finanzjament xi kultant jinkludu kundizzjonijiet kwantifikati għal pagament li jkunu stretti u mhux realistiċi. Pereżempju, wieħed minnhom stabbilixxa kopertura ta’ 100 % għal kampanja ta’ tilqim bħala kundizzjoni għal pagament. Tali livell ta’ kopertura ma huwa ssodisfat fl-ebda pajjiż fid-dinja.

(23)  Il-paġna 71.

(24)  F’ħamsa minn tmien każijiet bħal dawn il-Qorti sabet żbalji kwantifikabbli.

(25)  Il-paragrafu 42 tar-rapport annwali 2010 tal-Qorti u l-paragrafu 43 tar-rapport annwali 2011 tal-Qorti.

(26)  Il-paragrafu 54(a) tar-rapport annwali 2009, il-paragrafu 62(a) tar-rapport annwali 2010 u l-paragrafu 58(a) tar-rapport annwali 2011.

(27)  Il-paġni 54-56.

(28)  Ara l-paragrafu 50 tar-rapport annwali 2011 tal-Qorti.

(29)  L-IAC hija unità ta’ Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni. Hija ġestita minn Kap tal-Unità li jirrapporta direttament lid-Direttur Ġenerali. Il-kompitu tagħha huwa li tipprovdi aċċertament indipendenti dwar l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern bil-ħsieb li ttejjeb l-operazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali.

(30)  Ir-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 59(e) tar-rapport annwali 2011 tal-Qorti.

(31)  L-ikkompletar tat-tbassir tal-pjan ta’ ħidma annwali ta’ awditu minnhom li għadu għaddej, tliet awditi ġodda u tliet awditi ta’ segwitu. Awditu wieħed biss ġie kkompletat sa tmiem l-2012.

(32)  Il-paġna 73.

(33)  Il-paġna 71.

(34)  Il-paġna 72.

(35)  Żbalji residwi huma dawk li evadew kull kontroll ta’ prevenzjoni, ta’ detezzjoni u ta’ korrezzjoni fil-qafas ta’ kontroll eżistenti. (A Manual for Measuring the Residual Error Rate for EuropeAid (Manwal għall-Kejl tar-Rata tal-Iżball Residwu għall-EuropeAid), Mejju 2013).

(36)  Il-paġni 56 u 71.

(37)  Impenji globali huma relatati ma' deċiżjonijiet ta' finanzjament. Impenji individwali huma relatati ma' kuntratti individwali.

(38)  Jinkludu allokazzjonijiet inizjali għat-8, għad-9 u għall-10 FEŻ, kofinanzjament, imgħax, riżorsi varji u trasferimenti minn FEŻ preċedenti.

(39)  Bħala perċentwal tar-riżorsi.

(40)  Ammonti negattivi jikkorrispondu ma' diżimpenji.

(41)  Impenji globali huma relatati ma' deċiżjonijiet ta' finanzjament.

(42)  Impenji individwali huma relatati ma' kuntratti individwali.

(43)  Impenji netti wara diżimpenji. Pagamenti netti wara rkupri.

Sors: Il-Qorti tal-Awdituri, ibbażata fuq rapporti tal-FEŻ dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u r-rapporti finanzjarji fil-31 ta' Diċembru 2012.


ANNESS 1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP

 

2012

2011

2010

2009

Proġetti

Appoġġ baġitarju

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tal-impenji

23

7

30

30

30

50

Total tat-tranżazzjonijiet (1)

127

40

167

163

165

170

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (2)  (3)

Proporzjon tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

68 %

(86)

93 %

(37)

74 %

(123)

67 %

73 %

78 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

32 %

(41)

8 %

(3)

26 %

(44)

33 %

27 %

22 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta' żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

32 %

(13)

33 %

(1)

32 %

(14)

46 %

49 %

65 %

Żbalji kwantifikabbli:

68 %

(28)

67 %

(2)

68 %

(30)

54 %

51 %

35 %

Eliġibbiltà

71 %

(20)

100 %

(2)

73 %

(22)

52 %

70 %

23 %

Okkorrenza

18 %

(5)

0 %

(0)

17 %

(5)

38 %

17 %

23 %

Preċiżjoni

11 %

(3)

0 %

(0)

10 %

(3)

10 %

13 %

54 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

3,0 %

 

 

 

Limitu superjuri tal-iżball

4,5 %

 

 

 

Limitu inferjuri tal-iżball

1,5 %

 

 

 


(1)  Il-167 tranżazzjoni jirrappreżentaw 167 unita ta' kampjunar taħt il-metodu ta' Kampjunar ta' Unità Monetarja użat mill-Qorti. Pagamenti kbar, partikolarment pagamenti kbar ta' appoġġ baġitarju, jistgħu jintgħażlu aktar minn darba, u jistgħu jidhru fit-tabella bħala aktar minn tranżazzjoni waħda (dan jiġri jekk huma akbar mill-intervall tal-kampjunar).

(2)  Biex jitjieb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta' riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(3)  Ċifri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd tat-tranżazzjonijiet.


ANNESS 2

RIŻULTATI TAL-EŻAMINAR TAS-SISTEMI GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP U L-GĦAJNUNA GĦALL-IŻVILUPP TAĦT IL-BAĠIT TAL-UE

Valutazzjoni tas-sistemi eżaminati

Sistema kkonċernata

Kontrolli ex-ante

Monitoraġġ u sorveljanza

Awditi interni

Valutazzjoni kumplessiva

EuropeAid

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi


ANNESS 3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Being implemented

Mhux implimenatata

Ma għadhiex tapplika

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet

F'xi każijiet

2010

Il-EuropeAid għandu jiżviluppa indikatur prinċipali għall-impatt finanzjarju stmat ta’ żbalji residwi wara li l-kontrolli ex-ante u ex-post kollha jkunu ġew implimentati (ir-rapport annwali 2010, il-paragrafu 62(a)).

X

 

 

 

 

 

 

Il-EuropeAid għandu jivvaluta l-kost-effettività tal-bosta kontrolli, l-aktar tas-sistemi ta’ kontroll ex-post tat-tranżazzjonijiet (ir-rapport annwali 2010, il-paragrafu 62(b)).

 

 

X

 

 

 

EuropeAid issieħeb ma' grupp ta’ ħidma mmexxi mid-DĠ Baġit għal reviżjoni tal-kosteffettività tal-kontroll globali tiegħu.

Il-EuropeAid għandu jsaħħaħ l-effettività tal-monitoraġġ tal-proġetti, inklużi żjarat fuq il-post, abbażi ta’ pjanijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni pluriennali (ir-rapport annwali 2010, il-paragrafu 62(c)).

 

 

X

 

 

 

L-EuropeAid qed jiżviluppa għodod u gwida għad-delegazzjonijiet tal-UE biex jiġu prijoritizzati aħjar iż-żjarat ta’ monitoraġġ tagħhom għal proġetti u jivvaluta l-kwalità tar-rapporti tal-awditjar.

Il-EuropeAid għandu jirrevedi l-affidabbiltà ta’ ċertifikati minn superviżuri esterni, awditi u verifikazzjonijiet tan-nefqa (ir-apport annwali 2010, il-paragrafu 63(a)).

 

 

X

 

 

 

Fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni msemmi fil-paragrafu 38, huwa previst li tittejjeb aktar il-kwalità tal-awditi esterni.

il-EuropeAid għandu jintroduċi sistemi ta’ informazzjoni tal-ġestjoni li jippermettu lid-Direttur Ġenerali u lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet jimmonitorjaw aħjar is-segwitu tar-riżultati minn żjarat fuq il-post, awditi esterni u verifikazzjonijiet tan-nefqa (ir-rapport annwali 2010, il-paragrafu 63(b)).

 

 

X

 

 

 

EuropeAid qed jiżviluppa funzjonijiet ġodda fi ħdan il-modulu tal-awditjar fis-sistema ta’ informazzjoni CRIS tagħha sabiex itejjeb is-segwitu ta’ awditi u rapporti ta’ verifika ta' nefqa.

Il-EuropeAid għandu jorbot flimkien is-sistemi ta’ informazzjoni Awditu CRIS u Ordnijiet ta’ Rkupru CRIS (ir-rapport annwali 2010, il-paragrafu 63(c)).

X

 

 

 

 

 

 

2010

Il-EuropeAid għandu jkompli fl-isforzi tiegħu biex jiżgura li d-data tkun irreġistrata b’mod preċiż, komprensiv u f’waqtu fis-sistema ta' informazzjoni CRIS (ir-rapport annwali 2010, il-paragrafu 63(d)).

 

 

X

 

 

 

Qed isiru sforzi biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet, iżda l-ebda informazzjoni finanzjarja u/jew kritika oħra hija nieqsa mill-CRIS. Master Plan ġdid tal-kwalità tad-dejta definit mill-ġdid inklużi azzjonijiet li jkopru t-tindif tad-dejta, it-titjib tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll, id-dokumentazzjoni għall-utent u t-taħriġ ġie stabbilit u qed jiġi implimentat.

Il-EuropeAid għandu jiżgura li d-Delegazzjonijiet japplikaw b’mod konsistenti l-format u l-iskema l-ġdida għar-rappurtar annwali tad-Delegazzjonijiet dwar riformi ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi f’pajjiżi li jirċievu sabiex jintwera b’mod aktar strutturat u formalizzat il-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi (ir-rapport annwali 2010, il-paragrafu 64(a)).

 

X

 

 

 

 

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata b'mod sħiħ. Applikazzjoni onlajn għall-EAMR (Rapport Amministrattiv dwar l-Assistenza Esterna) kienet introdotta fl-2011 u tinkludi taqsima speċifika dwar l-Appoġġ Baġitarju u speċjalment dwar kwistjonijiet relatati mal-PFM. Din l-għodda hija disponibbli lid-delegazzjonijiet kollha tal-UE u hija obbligatorja kull meta jiġu implimentati programmi ta’ Appoġġ Baġitarju f’pajjiż.

Il-EuropeAid għandu jippromovi, permezz ta’ djalogu ta’ politika, l-istabbiliment ta’ oqfsa ċari ta’ valutazzjoni fil-programmi ta' riforma ta' pajjiżi li jirċievu, dwar il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi (ir-rapport annwali 2010, il-paragrafu 64(b)).

X

 

 

 

 

 

 

2009

Il-EuropeAid għandu, fil-kuntest tar-reviżjoni ppjanata tiegħu tal-istrateġija ta’ kontroll ġenerali tiegħu, jiżviluppa indikatur prinċipali għall-impatt finanzjarju stmat ta’ żbalji residwi wara li l-kontrolli kollha ex-ante u ex-post ikunu ġew implimentati, ibbażat pereżempju fuq eżaminazzjoni ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ proġetti magħluqa (ir-rapport annwali 2009, il-paragrafu 54(a)).

X

 

 

 

 

 

 

Il-EuropeAid għandu, fil-kuntest ta’ din ir-reviżjoni, jivvaluta l-effettività tal-ispejjeż tad-diversi kontrolli, speċjalment tas-sistema ta’ kontroll tranżazzjonali ex-post (ir-rapport annwali 2009, il-paragrafu 54(b)).

 

 

X

 

 

 

EuropeAid issieħeb ma' grupp ta’ ħidma mmexxi mid-DĠ Baġit għal reviżjoni tal-kosteffettività tal-kontroll globali tiegħu.

2009

Il-EuropeAid għandu jiffinalizza u jxerred is-sett ta’ għodod tal-ġestjoni finanzjarja b’mira lejn ir-riskju għoli inerenti ta’ żbalji fil-livell ta’ organizzazzjonijiet implimentattivi, kuntratturi u benefiċjarji biex jiżgura għarfien adegwat tal-ġestjoni finanzjarja u r-regoli tal-eliġibbiltà (ir-rapport annwali 2009, il-paragrafu 54(c)).

X

 

 

 

 

 

 

Il-EuropeAid għandu jkompli bl-isforzi tiegħu biex jiżgura li d-Delegazzjonijiet jirreġistraw id-data fl-Awditu CRIS b’mod komprensiv u f’waqtu (ir-rapport annwali 2009, il-paragrafu 54 (d)).

 

 

X

 

 

 

Qed isiru sforzi biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet, iżda l-ebda informazzjoni finanzjarja u/jew kritika oħra hija nieqsa mill-CRIS. Master Plan ġdid tal-kwalità tad-dejta definit mill-ġdid inklużi azzjonijiet li jkopru t-tindif tad-dejta, it-titjib tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll, dokumentazzjoni għall-utent u t-taħriġ ġie stabbilit u qed jiġi implimentat.

It-tfassil tal-Awditu CRIS għandu jiġi modifikat biex jipprovdi informazzjoni dwar l-ammonti tan-nefqa finali ineliġibbli u l-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula wara li jkun tlesta l-proċess tal-approvazzjoni tal-awditjar ma’ min ikun qed jiġi awditjat (ir-rapport annwali 2009, il-paragrafu 54(e)).

 

 

X

 

 

 

Fil-pjan ta’ ħidma msemmi fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 38, huwa previst li permezz tal-modulu tal-Awditjar CRIS tiġi żviluppata għodda speċifika li se tippermetti lill-Kummissjoni tagħmel segwitu xieraq tar-rapporti ta’ awditjar.

Il-EuropeAid għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet speċifiċi għal porzjonijiet varjabbli bbażati fuq il-prestazzjoni jispeċifikaw b’mod ċar l-indikaturi, il-miri, il-metodi tal-kalkolu u s-sorsi tal-verifikazzjoni (ir-rapport annwali 2009, il-paragrafu 55(a)).

X

 

 

 

 

 

 

Il-EuropeAid għandu jiżgura li r-rapporti tad-Delegazzjonijiet jipprovdu dimostrazzjoni strutturata u formalizzata tal-progress tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi billi jistabbilixxi b’mod ċar il-kriterji li fuqhom kellu jiġi vvalutat il-progress (jiġifieri r-riżultati li l-Gvern benefiċjarju kellu jikseb matul il-perjodu kkonċernat), il-progress li sar u r-raġunijiet li għalihom il-programm ta’ riforma seta’ ma ġiex implimentat skont il-pjan (ir-rapport annwali 2009, il-paragrafu 55(b)).

 

X

 

 

 

 

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata b'mod sħiħ. Tjieb il-qafas ta’ prestazzjoni tal-Appoġġ Baġitaraju, b’mod partikolari permezz tar-reviżjoni ta’ Linji Gwida dwar l-Appoġġ Baġitarju li nħarġu fl-2012.