|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.327.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
L-491 sessjoni plenarja tal-10 u l-11 ta' Lulju 2013 |
|
|
2013/C 327/01 |
||
|
2013/C 327/02 |
||
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW |
|
|
|
L-491 sessjoni plenarja tal-10 u l-11 ta' Lulju 2013 |
|
|
2013/C 327/03 |
||
|
2013/C 327/04 |
||
|
2013/C 327/05 |
||
|
2013/C 327/06 |
||
|
2013/C 327/07 |
||
|
2013/C 327/08 |
||
|
2013/C 327/09 |
||
|
2013/C 327/10 |
||
|
2013/C 327/11 |
||
|
2013/C 327/12 |
||
|
2013/C 327/13 |
||
|
2013/C 327/14 |
||
|
2013/C 327/15 |
||
|
2013/C 327/16 |
||
|
2013/C 327/17 |
||
|
2013/C 327/18 |
||
|
2013/C 327/19 |
||
|
2013/C 327/20 |
||
|
2013/C 327/21 |
||
|
2013/C 327/22 |
||
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-491 sessjoni plenarja tal-10 u l-11 ta' Lulju 2013
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/1 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-potenzjal ekonomiku mhux esplorat tal-kompetittività tal-UE — Ir-riforma tal-intrapriżi pubbliċi” (Opinjoni esploratorja)
2013/C 327/01
Relatur: is-Sur HENCKS
Nhar il-15 ta’ April 2013, is-Sur Vytautas Leškevičius, Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin, f’isem il-Presidenza Litwana futura tal-Kunsill, talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iħejji opinjoni esploratorja dwar
Il-potenzjal ekonomiku mhux esplorat tal-kompetittività tal-UE – ir-riforma tal-intrapriżi pubbliċi.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-27 ta' Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-10 ta’ Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’170 vot favur, 10 voti kontra u 2 astensjonijiet.
1. Kuntest
|
1.1 |
L-għan ta' din l-Opinjoni esploratorja tal-KESE hu li tikkjarifika l-kontribut speċifiku li jistgħu jagħtu l-intrapriżi pubbliċi għall-kompetittività tal-UE. Għandha l-għan li tidentifika l-isfidi partikolari li jeżistu f'dan il-qasam għall-politiki u l-istituzzjonijiet Ewropej. |
|
1.2 |
Din l-Opinjoni tidħol fil-qafas tat-Trattati, li jagħtu setgħa diskrezzjonali kbira lill-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni, l-organizzazzjoni u l-finanzjament tas-servizzi ta' interess ġenerali tagħhom. Bl-istess mod, skont it-Trattati, l-Istati Membri għandhom il-kompetenza fir-rigward tal-għażla u l-istatus (privat, pubbliku jew sħubija pubblika/privata) tal-intrapriżi inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-missjonijiet tagħhom ta' servizz pubbliku (1). |
|
1.3 |
Awtorità pubblika tista' tiddeċiedi li tirrikorri għal intrapriża pubblika bħala wieħed mill-mezzi ta' azzjoni tagħha fuq il-bażi ta' każ b'każ u skont l-analiżi ta' settur, l-objettivi u l-missjonijiet stabbiliti, u l-orjentazzjonijiet li għandhom jiġu promossi fit-tul. |
|
1.4 |
Skont id-Direttiva 80/723/KEE tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 1980 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi pubbliċi, "impriżapubblika" tfisser: "kull impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw influ[w]enza dominanti diretta jew indiretta bis-saħħa tal-pussess li għandhom tagħha, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jiggwidawha. Influ[w]enza dominanti mill-parti tal-awtoritajiet pubbliċi għandha tkun meqjusa meta dawn l-awtoritajiet, direttament jew indirettament rigward impriża:
|
|
1.5 |
Fil-passat, il-pajjiżi Ewropej kollha ħolqu intrapriżi pubbliċi, kemm b'mod dirett kif ukoll billi nnazzjonalizzaw jew immuniċipalizzaw l-intrapriżi privati. Għamlu dan għal firxa wiesgħa ta' raġunijiet:
|
|
1.6 |
Il-miżuri ta' effikaċja, ta' effiċjenza, u fejn ikun meħtieġ, il-bżonn ta' riforma tal-intrapriżi pubbliċi ma jistgħux jiġu limitati għall-indikaturi tas-soltu tal-qligħ mill-attivitajiet ekonomiċi, iżda għandhom jinkludu dawn l-objettivi u l-missjonijiet kollha li ġew allokati lilhom mill-awtoritajiet pubbliċi. |
|
1.7 |
Skont id-definizzjoni Ewropea uffiċjali, il-kompetittività "hija l-kapaċità li jittejjeb b'mod sostenibbli l-livell ta' għajxien tal-abitanti u li dawn jingħataw livell għoli ta' impjieg u ta' koeżjoni soċjali". |
|
1.8 |
Kull sena l-produttività tal-Unjoni qed tmur ftit lura. Dan it-tnaqqis huwa sinonimu mad-deterjorazzjoni tal-kompetittività. Fost l-indikaturi li jiżvelaw dan it-tnaqqis hemm il-livell insuffiċjenti ta' innovazzjoni, in-nuqqas ta' investiment fl-infrastrutturi u t-teknoloġiji kif ukoll fil-kapital uman. |
|
1.9 |
Il-kompetittività tal-Unjoni Ewropea u l-attraenza tagħha, għaldaqstant, jiddependu mill-investiment li jsir fl-infrastruttura, fl-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka u l-iżvilupp, is-saħħa u l-protezzjoni soċjali, il-protezzjoni tal-ambjent, eċċ. – dawn huma kollha oqsma li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jużaw l-intrapriżi pubbliċi bħala mezz ta' intervent, fost affarijiet oħra. |
|
1.10 |
Iżda l-Istat u l-awtoritajiet pubbliċi reġjonali jew lokali mhumiex virtużi min-natura tagħhom u għalhekk jeżistu wkoll nuqqasijiet tal-intrapriżi pubbliċi li jistgħu jwasslu
|
|
1.11 |
L-intrapriża pubblika tista' tirriżulta minn strateġiji difensivi jew offensivi min-naħa tal-awtorità pubblika kompetenti:
|
|
1.12 |
Dan jimplika li l-awtorità pubblika tassumi r-responsabbiltajiet tagħha biex tiddefinixxi l-orjentazzjonijiet strateġiċi filwaqt li tħalli livell għoli ta' awtonomija għat-tmexxija tal-intrapriża. L-awtorità pubblika għandha tal-anqas tiżgura li jiġu organizzati kontroll u regolamentazzjoni pubbliċi ġenwini, li jirrikjedu l-implimentazzjoni ta' governanza tal-intrapriżi pubbliċi tagħha li huma bbażati fuq il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha, kif ukoll ta' rappreżentanti tal-persunal tal-intrapriżi. |
|
1.13 |
Fir-rigward tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali li l-Istati Membri jimplimentaw permezz tal-intrapriżi pubbliċi tagħhom, dawn l-intrapriżi jipproponu attivitajiet ta' natura industrijali u kummerċjali, sikwit f'kompetizzjoni diretta mal-attivitajiet ta' intrapriżi oħra. |
|
1.14 |
Fost l-intrapriżi pubbliċi li jiżviluppaw f'ambjent liberalizzat u kompetittiv ta' min isemmi l-ewwel u qabel kollox l-industriji li jużaw in-netwerks (tal-elettriku, gass, komunikazzjoni elettronika, trasport, posta), li l-aċċessibbiltà u l-provvista kontinwa tagħhom bi kwalità tajba u prezz affordabbli huma indispensabbli, mhux biss għaċ-ċittadini iżda wkoll għall-parti l-kbira tal-intrapriżi privati. Għaldaqstant, jaqdu rwol fundamentali għall-ekonomija nazzjonali u l-kompetittività globali ta' Stat Membru. Dan japplika wkoll għal setturi oħra bħal dak awdjoviżiv, tal-akkomodazzjoni, u tal-kura tas-saħħa jew soċjali, fejn in-nuqqasijiet tas-suq ma jippermettux lil kull ċittadin biex, b'xi mod jew ieħor, jibbenefika mid-drittijiet fundamentali tiegħu. |
2. L-għan tat-talba għal opinjoni esploratorja
|
2.1 |
Fl-ittra ta' konsultazzjoni, il-Presidenza Litwana futura talbet b'mod partikolari li ssir enfasi fuq it-titjib tal-effikaċja tal-intrapriżi pubbliċi u fuq l-importanza tagħhom għall-kompetittività nazzjonali. Il-Presidenza titlob analiżi tas-sitwazzjoni attwali u tal-prattiki tajba (jew ħżiena) li madankollu għadha nieqsa fil-livell tal-UE, hekk kif inhi nieqsa wkoll ir-riforma strutturali fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-effikaċja ta' dan it-tip ta' intrapriża fil-kuntest tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u tal-impatti tagħha fuq is-suq intern. |
|
2.2 |
Għalkemm il-leġislazzjoni tal-UE tikkonċerna biss xi oqsma speċifiċi tal-attivitajiet tal-intrapriżi pubbliċi (għajnuna mill-Istat, u servizz ta' interess ekonomiku ġenerali), il-Presidenza Litwana futura tipproponi li, fir-rigward tar-riforma tal-intrapriżi pubbliċi, l-inizjattivi fil-livell Ewropew jiġu limitati għal miżuri mhux leġislattivi u li ma jiġux stabbiliti objettivi dwar il-qafas leġislattiv il-ġdid. Il-privatizzazzjoni eventwali tal-intrapriżi pubbliċi għandha tibqa' tkun il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri. |
|
2.3 |
Fl-aħħar, il-Presidenza Litwana futura tesprimi d-dispjaċir tagħha li s'issa, fl-inizjattivi u d-dokumenti eżistenti jew previsti tal-Kummissjoni Ewropea, ma kienx hemm dibattitu ġenerali dwar ir-riforma tal-intrapriżi pubbliċi, il-ġestjoni tagħhom, it-titjib tal-effikaċja tagħhom u l-kontribut tagħhom għall-kompetittività u għall-ksib tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew s'issa ffokaw fuq żewġ aspetti biss: ir-rispett tar-regoli fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat u r-regoli dwar il-provvista ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. |
3. Il-proposti tal-KESE
|
3.1 |
Il-KESE jappoġġja t-talba tal-Presidenza Litwana futura għal analiżi tas-sitwazzjoni attwali u tal-prattiki tajba (jew ħżiena) kif ukoll għal riforma strutturali fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-effikaċja ta' dan it-tip ta' intrapriża fil-kuntest tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u tal-impatti tagħha fuq is-suq intern. |
|
3.2 |
It-trattati jinkludu obbligu msaħħaħ għall-Unjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, b'mod partikolari billi tiġi żviluppata dinamika progressiva ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' dawn is-servizzi. Sakemm dan ma jinkisibx, l-evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni ma jkunux jistgħu jindirizzaw il-bżonnijiet taċ-ċittadini u tal-ekonomija fil-livell nazzjonali u Ewropew. |
|
3.3 |
Tali evalwazzjoni għandha sservi biex iżżid l-effikaċja u l-effiċjenza tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u l-adattament tagħhom għall-evoluzzjonijiet tal-bżonnijiet taċ-ċittadini u tal-intrapriżi. Barra minn hekk, għandha tipprovdi lill-awtoritajiet pubbliċi l-elementi li jippermettulhom jagħmlu l-aktar għażliet rilevanti. Bl-istess mod, ser ikollha rwol essenzjali x'taqdi biex tasal għal arbitraġġ armonjuż bejn is-suq u l-interess ġenerali, kif ukoll bejn l-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali. |
|
3.4 |
Fl-Opinjoni tiegħu dwar "Evalwazzjoni indipendenti tas-servizzi ta' interess ġenerali" (2) il-KESE ressaq proposti konkreti biex fil-livell tal-Unjoni jiġu stabbiliti l-modalitajiet ta' skambju, konfrontazzjoni, tqabbil u ta' koordinazzjoni. Għalhekk, it-tqanqil tal-proċess ta’ din l-evalwazzjoni indipendenti ser jaqa’ f’idejn l-Unjoni Ewropea, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-prinċipji li jidhru fil-Protokoll mehmuż mat-Trattati riformati, b’definizzjoni kemm ta’ metodoloġija ta’ evalwazzjoni armonizzata fil-livell Ewropew, ibbażata fuq indikaturi komuni, kif ukoll tal-mezzi għat-tħaddim tagħha, permezz ta’ djalogu mar-rappreżentanti tal-partijiet interessati. |
|
3.5 |
Fil-kuntest ta' dawn ir-riflessjonijiet dwar il-mod kif l-intrapriżi pubbliċi jistgħu jikkontribwixxu aktar għar-rilanċ ekonomiku u għall-kompetittività tal-Unjoni, il-KESE, f'diversi opinjonijiet, wera t-tħassib tiegħu dwar il-kwistjoni tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali Ewropej. |
|
3.6 |
Fit-8 ta' Ottubru 2001 ġie stabbilit statut għal kumpaniji Ewropej. Dan l-istatut, li ilu jintuża mit-8 ta' Ottubru 2004, joffri l-possibbiltà lill-intrapriżi li joperaw f'diversi Stati Membri biex jissieħbu f'kumpanija waħda taħt il-liġi Ewropea u b'hekk japplikaw l-istess regoli: sistema unika ta' ġestjoni u tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja. Il-kumpaniji li jadottaw dan l-istatut b'hekk jevitaw li jkollhom jikkonformaw mal-leġislazzjoni nazzjonali ta' kull Stat Membru fejn ikollhom il-fergħat tagħhom, u għaldaqstant dan iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi tagħhom. |
|
3.7 |
F'dan il-kuntest, jeħtieġ li tiġi analizzata l-implimentazzjoni ta' statut tal-intrapriża pubblika Ewropea, bħal dik li tnediet mill-Kummissjoni Ewropea fl-2011 fir-rigward ta' Galileo (3) li llum il-ġurnata hija "intrapriża pubblika Ewropea de facto". |
|
3.8 |
B'mod partikolari jistgħu jiġu mmirati l-intrapriżi pubbliċi Ewropej għan-netwerks il-kbar tal-infrastruttura trans-Ewropea, li huma definiti bħala politika komuni fit-trattati, fir-rigward tal-enerġija jew it-trasport, b'kooperazzjoni mal-intrapriżi nazzjonali jew lokali f'dawn is-setturi sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet u l-kompetenzi l-ġodda li jinsabu fit-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikolari fir-rigward tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija (Artikolu 194 tat-TFUE). |
|
3.9 |
Fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper – Lejn netwerk Ewropew ta’ enerġija sikura, sostenibbli u kompetittiva (4), il-KESE esprima x-xewqa tiegħu li jsiru studji dwar kemm huwa f'waqtu u fattibbli li jinħoloq SIĠ Ewropew dwar l-enerġija għaċ-ċittadini, b’approċċ komuni f’termini ta’ prezz, fiskalità, regoli finanzjarji, sigurtà, kontinwità, żvilupp ekonomiku u preservazzjoni tal-klima. |
|
3.10 |
F'din l-istess Green Paper il-Kummissjoni targumenta favur it-twaqqif ta’ operatur Ewropew tas-sistema ta’ trasportazzjoni tal-gass billi progressivament tinħoloq kumpanija indipendenti li tkun inkarigata mill-ġestjoni ta' netwerk uniku tat-trasport tal-gass fl-UE kollha. |
|
3.11 |
Tali servizzi komunitarji, irrispettivament mill-istatus ta' min iwettaqhom (pubbliku, privat, sħubija pubblika-privata), jistgħu jikkontribwixxu valur miżjud f'oqsma essenzjali u multinazzjonali jew transnazzjonali bħas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, is-sigurtà tar-riżorsi tal-ilma, il-preservazzjoni tal-bijodiversità, iż-żamma tal-kwalità tal-arja, is-sigurtà interna u esterna, eċċ., peress li dawn is-servizzi jkunu jistgħu jitwettqu b'mod aktar effikaċi fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali u lokali. |
|
3.12 |
F'dan il-kuntest, il-KESE huwa favur is-sħubijiet pubbliċi (l-Unjoni u l-Istati Membri) u privati sabiex tiżdied is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u sabiex ikun hemm ġestjoni integrata tan-netwerks interkonnessi tal-enerġija (gass, elettriku, żejt). Iħeġġeġ ukoll l-iżvilupp tan-netwerk ta' turbini tar-riħ fuq il-baħar u l-konnessjoni tal-parks eoliċi man-netwerk fuq l-art – dan jista' jnaqqas b'mod sinifikanti l-ispejjeż tal-esplojtazzjoni u l-investiment u jħeġġeġ aktar l-investiment fi proġetti ġodda ta' netwerks (5). |
|
3.13 |
Fil-qafas tal-kompetenzi ta’ kull Stat Membru, pereżempju fil-qasam tat-taħlita tal-enerġija, il-kwistjonijiet soċjali u dawk tas-soċjetà mqajma bil-ġestjoni u l-użu tar-riżorsi naturali, tal-enerġija nukleari, tat-tibdil fil-klima u tal-ġestjoni sostenibbli u tas-sigurtà, ma jiqfux fil-fruntieri tradizzjonali tal-Istati u l-uniku mod kif jiġu indirizzati b’mod sodisfaċenti huwa permezz ta’ kunċett Ewropew għall-interess ġenerali u s-servizzi xierqa. |
|
3.14 |
Nistgħu wkoll nistaqsu dwar l-attivitajiet ekonomiċi tal-aġenziji eżekuttivi Ewropej. |
|
3.15 |
Bħalissa jeżistu sitt aġenziji (6), li għall-perjodu 2007-2013 jinkludu programmi li jirrappreżentaw madwar EUR 28 biljun. Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-programmi jikkonċernaw oqsma fejn l-UE għandha l-kompetenza li tappoġġja lill-Istati Membri. |
|
3.16 |
Minn naħa, nistgħu nqisu dawn l-aġenziji eżekuttivi bħala forma ta' sottokuntrattar ta' ċerti funzjonijiet tal-Kummissjoni u għaldaqstant nistgħu nistaqsu kemm verament huma independenti, mentri min-naħa l-oħra l-missjonijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom iwasslu biex dawn jintervjenu direttament f'attivitajiet ekonomiċi u soċjali. Tbegħidna daqshekk mid-definizzjoni estensiva stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tal-kunċett ta' attività ekonomika u ta' intrapriża? |
Brussell, 10 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) It-Trattati għandhom ikunu bla ebda preġudizzju għas-sistema ta' proprjetà fl-Istati Membri. L-Artikolu 345 tat-TFUE jispeċifika li l-UE hija newtrali rigward in-natura pubblika jew privata tal-azzjonisti tal-intrapriżi u ma taffettwax is-sistema ta' proprjetà tal-Istati Membri.
(2) ĠU C 162, 25.6.2008, p. 42.
(3) Impact assessment on the Proposal for a Regulation on further implementation of the European satellite navigation programme (2014-2020) [Valutazzjoni tal-impatt tal-Proposta għal Regolament dwar l-implimentazzjoni tal-programm Ewropew ta' navigazzjoni bis-satellita (2014-2020)] (SEC(2011)1446).
(4) ĠU C 306, 16.12.2009, p. 51.
(5) ĠU C 128, 18.5.2010, p. 65.
(6) L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-TEA), l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC), l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI), l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC) u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA).
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/5 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet bejn l-UE u s-Serbja”
2013/C 327/02
Relatur: is-Sur SIBIAN
Korelatur: is-Sur LECHNER
F’ittra mill-Kummissarju Šefčovič tat-12 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat u l-Artikolu 9 tal-Protokoll ta’ Kooperazzjoni bejn il-KESE u l-Kummissjoni Ewropea, talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex iħejji opinjoni esploratorja dwar
Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet bejn l-UE u s-Serbja
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar il-25 ta' Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-10 ta’ Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’171 vot favur, vot wieħed kontra u astensjoniji waħda.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi li saru mill-gvernijiet Serbi dawn l-aħħar għaxar snin biex jirriformaw l-ekonomija u l-istituzzjonijiet tal-pajjiż. Huwa jara l-proċess tal-adeżjoni tas-Serbja mal-Unjoni Ewropea bħala opportunità biex ir-riformi li qed isiru jiġu konsolidati u implimentati b'mod effettiv. Huwa jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess li jġib il-liġijiet Serbi konformi ma' dawk tal-acquis tal-UE. Huwa jappella lill-Gvern tas-Serbja u lill-istituzzjonijiet tal-UE biex iżidu l-appoġġ tagħhom għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jinvolvuhom mill-viċin fil-passi li ġejjin li jwasslu għall-adeżjoni mal-UE. |
|
1.2 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jiftaħ in-negozjati tal-adeżjoni mas-Serbja mhux aktar tard minn Jannar 2014. Il-KESE jawgura lil Belgrad u lil Prishtina għall-iffirmar ta' L-Ewwel ftehim dwar il-prinċipji li jiggvernaw in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijet (Brussell, 19 ta' April 2013) u għall-Pjan ta' Implimentazzjoni adottat f'Mejju. Issa huwa jappella liż-żewġ partijiet biex jimplimentaw il-ftehim, bl-għajnuna tal-UE. Il-KESE jisħaq li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jridu jiġu involuti fil-fażi tal-implimentazzjoni, peress li jistgħu jagħtu kontribut deċiżiv għar-rikonċiljazzjoni. |
|
1.3 |
Il-KESE jħeġġeġ lill-awtoritajiet pubbliċi Serbi biex jorganizzaw aktar seduti pubbliċi u konsultazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kemm fil-fażijiet bikrija tat-tfassil tal-politiki kif ukoll fil-fażi tal-implimentazzjoni. Il-KESE jenfasizza l-importanza li huma jipparteċipaw f'oqsma ewlenin tal-proċess ta' riforma bħall-istat ta' dritt, il-kooperazzjoni reġjonali u ir-rikonċiljazzjoni, l-iżvilupp soċjoekonomiku, l-ambjent, l-agrikoltura, id-drittijiet tal-minoranzi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. |
|
1.4 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Gvern jagħti attenzjoni partikolari lill-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Huwa jkompli billi jinsisti li s-sigurtà ta' dawk li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u tal-attivisti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili involuti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata għandha tiġi rikonoxxuta bħala bżonn u għandha tiġi garantita mill-Gvern. |
|
1.5 |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni li, anke jekk sar progress sinifikanti fil-promozzjoni ta' soċjetà aktar inklużiva, hemm ħafna x'għad irid isir biex tinbena soċjetà li fiha kulħadd huwa indaqs, irrispettivament mill-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-oriġini, jew ir-reliġjon. Il-KESE jitlob lill-Gvern biex ma jitlifx ħin biex jimplimenta l-Istrateġija kontra d-diskriminazzjoni adottata f'Ġunju 2013). Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea, f'ħidma mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tuża r-rapport ta' progress annwali tagħha biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija. |
|
1.6 |
Il-KESE jilqa’ b'sodisfazzjon l-inklużjoni tal-Uffiċċju għall-Kooperazzjoni mas-Soċjetà Ċivili fil-Grupp ta’ Esperti tal-Prim Ministru tal-Korp ta’ Koordinazzjoni tal-Proċess ta’ Adeżjoni fl-UE. Il-KESE japprezza wkoll il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi r-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali, fil-Kunsill tal-Prim Ministru għall-Integrazzjoni tal-UE. Din hija prattika tajba li għandha tiġi żviluppata billi tiġi kkunsidrata l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi r-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali, fit-tim futur tan-negozjati tal-adeżjoni tas-Serbja. Madankollu għandhom jiġu żgurati konsultazzjonijiet frekwenti u wiesgħa mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jiġu identifikati opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet komuni ewlenin. Huwa importanti li l-esperti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu mistiedna jissieħbu f'għadd ta' sottogruppi fi ħdan il-Grupp ta' Esperti tal-Korp ta' Koordinazzjoni. |
|
1.7 |
Il-KESE jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tuża l-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) biex tipprovdi appoġġ akbar għall-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (fosthom l-imsieħba soċjali) u biex tiffoka fuq żieda fl-appoġġ għas-sħubijiet, mhux biss bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili iżda wkoll bejnhom u l-awtoritajiet pubbliċi. Il-fondi disponibbli fil-qafas tal-Faċilità għas-Soċjetà Ċivili għandhom jiżdiedu u jkunu mmirati aktar lejn proġetti mwettqa mill-imsieħba soċjali wkoll. Il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jieħdu sehem b'mod ġenwin fil-proċess ta' integrazzjoni tal-UE għandu jinżamm bħala qasam ta' prijorità, billi jiġu promossi proċeduri semplifikati għall-għażla u l-implimentazzjoni ta' proġetti u l-użu ta' għotjiet istituzzjonali u l-għoti mill-ġdid tagħhom (re-granting). Apparti l-appoġġ finanzjarju huwa mixtieq ukoll l-appoġġ għall-mekkaniżmi biex jittejjeb id-djalogu bejn is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi. |
|
1.8 |
Il-KESE jħeġġeġ lid-delegazzjoni tal-UE fis-Serbja biex tkompli tippermetti l-għoti mill-ġdid lil organizzazzjonijiet iżgħar tas-soċjetà ċivili permezz ta' organizzazzjonijiet ikbar tas-soċjetà ċivili bħala pass 'il quddiem biex dawn il-fondi jkunu disponibbli għall-komunità usa' tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
1.9 |
Iż-żieda tat-trasparenza fl-infiq pubbliku trid tinżamm bħala azzjoni ewlenija fl-istrateġija ta' żvilupp tas-soċjetà ċivili, filwaqt li l-mekkaniżmi għall-ippjanar u r-rimborż tal-kofinanzjar għall-proġetti tal-UE implimentati mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jittejbu u l-kofinanzjar jiżdied. |
|
1.10 |
Il-KESE jappella lill-Gvern Serb biex iżid l-isforzi ħalli jimplimenta qafas istituzzjonali u leġislattiv li jippermetti l-iżvilupp u s-sostenibbiltà tas-soċjetà ċivili. Il-KESE jirrakkomanda li tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta' “liġi tal-perċentwali” li tippermetti liċ-ċittadini jallokaw parti mit-taxxa fuq l-introjtu tagħhom lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex tiġi promossa l-filantropija individwali (abbażi tal-mudell eżistenti fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant), kif ukoll li jiddaħħlu inċentivi tat-taxxa għall-filantropija individwali u korporattiva. |
|
1.11 |
Il-KESE jirrakkomanda li tiġi riveduta l-liġi dwar l-akkwist pubbliku, li għadha kemm ġiet adottata u li ħolqot ostakli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jkunu qed jikkompetu għal sejħiet għall-offerti pubbliċi. Il-liġi ddaħħal garanziji finanzjarji obbligatorji li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ma jistgħux ikollhom. Dan jista' jxekkilhom milli jikkompetu fil-proċeduri ta' sejħiet għall-offerti pubbliċi mhux biss fil-qasam tas-servizzi soċjali iżda wkoll fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni. |
|
1.12 |
Il-KESE jappella lill-Gvern Serb biex jistabbilixxi strateġija komprensiva biex l-ekonomija informali tiġi miġġielda u limitata. Dan itejjeb il-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jipprevjeni l-kompetizzjoni inġusta u b'hekk joħloq ambjent ekonomiku aħjar, filwaqt li jiġi garantit rispett akbar għad-drittijiet soċjali tal-ħaddiema. Dan jista’ jgħin ukoll biex terġa’ titrawwem il-fiduċja fl-istituzzjonijiet u jiġi promoss il-kunċett ta' stat tad-dritt. |
|
1.13 |
Il-KESE jenfasizza l-importanza tad-djalogu soċjali u jappella lill-partijiet interessati kollha biex jagħmlu l-aħjar użu mill-istituzzjonijiet attwali, speċjalment il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (KES). Huwa jappella lill-Gvern biex ikompli jippromovi l-KES u jikkonsulta miegħu b'mod aktar sistematiku dwar il-politiki kollha li fihom għandhom interess leġittimu l-ħaddiema u min iħaddem. Il-KESE jqis li d-djalogu soċjali għandu jkun regolari u strutturat u mhux ad hoc, u li għandu jkun aktar effettiv u mmirat lejn ir-riżultati. |
|
1.14 |
Il-KESE jitlob li l-promozzjoni tad-djalogu soċjali tkun fost il-prijoritajiet ewlenin tal-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tas-Serbja u għalhekk għandha tiġi riflessa fil-programmi kollha tal-KE disponibbli għall-pajjiż. Dan jirrikjedi involviment akbar tal-KES li għandu wkoll jiġi involut u kkonsultat b’mod formali f’kull stadju tan-negozjati tal-adeżjoni u għandu jiġi involut fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u s-Serbja. Il-KES għandu jkun jista' jressaq kummenti u opinjonijiet għall-attenzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE huma u jivvalutaw il-progress tas-Serbja fl-adeżjoni mal-UE. |
|
1.15 |
Il-KESE jqis li d-djalogu soċjali għandu jkompli jitħeġġeġ fil-livelli reġjonali u lokali, u għandu jibni fuq l-istrutturi reġjonali tal-KES. Għandu jiġi żviluppat ukoll aktar sistematikament fil-livell settorjali, b'mod partikolari fis-settur privat. L-iffirmar u l-infurzar tal-akbar ammont possibbli ta’ ftehimiet kollettivi settorjali jista’ jistabbilizza r-relazzjonijiet industrijali fis-Serbja. L-awtoritajiet lokali u nazzjonali għandhom jitfakkru b'mod kostanti fil-vantaġġi u l-importanza tad-djalogu soċjali. |
|
1.16 |
Il-KESE jinnota li ġie stabbilit grupp ta' ħidma tripartitiku biex jirrevedi l-leġislazzjoni dwar ix-xogħol, inklużi l-liġi dwar l-istrajks, il-proċedura tar-reġistrazzjoni tat-trejdjunjins u l-liġi dwar ir-rappreżentattività tal-imsieħba soċjali. Il-KESE jappella lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-KE ħalli jappoġġjaw din il-ħidma li għaddejja biex il-liġijiet u l-prassi Serbi jsiru konformi għalkollox mal-livelli internazzjonali u dawk Ewropej. |
|
1.17 |
Il-KESE jqis li t-tisħiħ tal-kapaċità tal-imsieħba soċjali ħalli jipparteċipaw b'mod attiv fid-djalogu soċjali għandu jiddaħħal fil-prijoritajiet tal-programmi ta' assistenza tal-UE. L-assistenza hija meħtieġa biex jiżviluppaw l-abbiltà tagħhom li jipparteċipaw b'mod effikaċi fil-kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali u legali kollha, inkluż fin-negozjati tal-adeżjoni mal-UE. L-istrutturi organizzattivi tagħhom, il-komunikazzjoni interna u l-kapaċità li jservu lill-membri għandhom jissaħħu. |
|
1.18 |
Il-KESE jinnota li d-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema għadhom jinkisru b'mod regolari fis-Serbja u li l-mekkaniżmi għall-prevenzjoni u għas-sanzjoni tal-ksur mhumiex effettivi biżżejjed. Il-KESE jappella lill-Gvern Serb biex jirrevedi t-tħaddim tal-Aġenzija għar-Riżoluzzjoni Paċifika tat-Tilwim Industrijali. Il-KESE jissuġġerixxi li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jiġu stabbiliti qrati speċjalizzati biex jindirizzaw it-tilwim industrijali. Barra minn hekk il-KESE jitlob lill-KE li fir-rapporti annwali tagħha ddaħħal kapitolu dwar id-drittijiet tat-trejdjunjins u d-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema b'konsultazzjoni mill-qrib mat-trejdjunjins nazzjonali u dawk Ewropej u mal-ILO. |
|
1.19 |
L-intraprendituri nisa Serbi għandhom rwol importanti madwar ir-reġjun tal-Balkani u għandhom netwerks effikaċi. Bħalissa għaddejja ħidma fuq approċċ reġjonali koeżiv biex tkompli tiġi żviluppata l-intraprenditorija tan-nisa fil-livell lokali. Il-KESE jirrakkomanda li l-appoġġ mil-livell Ewropew, reġjonali u nazzjonali jiżdied biex jitħaffef b'mod sinifikanti l-akkwist tal-benefiċċji ekonomiċi u soċjali. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa assoluta ekonomika u soċjali li tiġi appoġġjata l-intraprenditorija tan-nisa fis-Serbja. |
|
1.20 |
Il-KESE jirrakkomanda li jitwaqqaf Kumitat Konsultattiv Konġunt tas-Soċjetà Ċivili UE-Serbja bejn il-KESE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Serbi. Il-korp konġunt tas-soċjetà ċivili għandu jiġi stabbilit meta n-negozjati dwar l-adeżjoni tas-Serbja mal-UE jkunu nfetħu formalment. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt jippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili taż-żewġ naħat li jieħdu sehem fi djalogu aktar fil-fond u li jipprovdu kontribut lill-awtoritajiet politiċi dwar il-kapitoli tan-negozjati tal-adeżjoni. |
2. Sfond tal-Opinjoni
|
2.1 |
Matul dawn l-aħħar għaxar snin, is-Serbja għamlet sforz enormi biex tirriforma l-istituzzjonijiet, il-qafas legali u r-regolamenti ekonomiċi tagħha bil-għan li tkun konformi mal-istandards Ewropej u internazzjonali u biex tippromovi ekonomija tas-suq trasparenti u effiċjenti. |
|
2.2 |
Fl-2008, l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mis-Serbja u l-UE esprima biċ-ċar l-għażla tal-Gvern Serb favur l-adeżjoni mal-UE u ta spinta ġdida lill-proċess ta’ riforma. Fl-2010, daħal fis-seħħ Ftehim Interim dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ (parti mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni). |
|
2.3 |
Il-Gvern il-ġdid, li beda l-mandat tiegħu fl-2012, ikkonferma l-impenn tas-Serbja fir-rigward tal-adeżjoni mal-UE. Ħa passi prattiċi biex iwettaq ir-riformi li saru s’issa, b’enfasi partikolari fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-konsolidazzjoni tal-istat tad-dritt, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi u l-irkupru ekonomiku. Huwa kompla wkoll bl-isforzi biex itejjeb il-kooperazzjoni reġjonali. |
|
2.4 |
F’Diċembru 2012, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni Ewropea tabbozza rapport sar-Rebbiegħa 2013 biex tivvaluta l-progress li sar mis-Serbja fid-djalogu tagħha ma’ Prishtina u fir-riformi tagħha diretti lejn l-UE. Abbażi ta’ dan ir-rapport, li ħareġ b'rakkomandazzjoni pożittiva, fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Ġunju 2013 il-Kunsill Ewropew iddeċieda li l-kundizzjonijiet ġew sodisfatti biex jinfetħu n-negozjati ta’ adeżjoni tas-Serbja mal-UE. |
|
2.5 |
Fid-19 ta' April 2013, Belgrad u Prishtina fl-aħħar ftiehmu dwar il-ġejjieni tal-Kosovo ta' Fuq, immexxi mis-Serbja, fl-għaxar edizzjoni ta' diskussjonijiet mmexxija mill-UE huma u jiffirmaw L-Ewwel ftehim dwar il-prinċipji li jiggvernaw in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet. F'Mejju, ġie adottat Pjan ta' Implimentazzjoni miż-żewġ naħat. Ġie stabbilit kumitat ta' implimentazzjoni miż-żewġ naħat, megħjun mill-UE. |
3. Żviluppi politiċi, ekonomiċi u soċjali
|
3.1 |
Is-Serbja għadu pajjiż fi tranżizzjoni. Kien hemm xi privatizzazzjoni iżda parti kbira mill-ekonomija għadha magħmula minn kumpaniji pubbliċi, li sikwit ikunu fi bżonn kbir ta' ristrutturar. Il-qgħad żdied b'mod sinifikanti (24 % tal-forza tax-xogħol fl-2012). Iż-żgħażagħ qed jippruvaw jemigraw. Il-popolazzjoni qed tixjieħ. Għad hemm parti kbira tal-popolazzjoni li taħdem fl-agrikoltura u tgħix f’żoni rurali fejn in-nuqqas ta’ investiment ixekkel l-iżvilupp effettiv. L-ekonomija informali hija mifruxa sew, iddgħajjef l-ekonomija b’mod ġenerali u l-baġit tal-istat u tħalli lill-ħaddiema mingħajr protezzjoni soċjali. Il-korruzzjoni, li xi kultant tkun relatata mal-kriminalità organizzata, mhux biss tfixkel l-iżvilupp ekonomiku iżda wkoll il-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, hemm assolutament bżonn ta' riforma fil-ġudikatura biex din tiggarantixxi rispett ġenwin għad-drittijiet tal-individwi u l-organizzazzjonijiet. |
|
3.2 |
Il-KESE enfasizza dawn il-problemi differenti fl-Opinjoni tiegħu dwar "Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u s-Serbja: ir-rwol tas-soċjetà ċivili" (29 ta' Mejju 2008), u enfasizza wkoll l-isforzi li saru mill-awtoritajiet pubbliċi biex iwettqu r-riformi meħtieġa. Iddaħħlu ħafna regolamenti ġodda; twaqqfu istituzzjonijiet ġodda, b'mod partikolari għall-organizzazzjoni tad-djalogu mal-partijiet soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili; u d-drittijiet tal-minoranzi issa huma rikonoxxuti uffiċjalment. Għalkemm dan il-proċess għadu mhux komplut, il-problema ewlenija hija biex dawn il-bidliet isituzzjonali u legali jissarrfu fi prattiki. |
|
3.3 |
Is-Serbja rratifikat 77 trattat u konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, fosthom uħud ewlenin bħall-Konvenzjonijiet għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali, il-Prevenzjoni tat-Tortura, il-Ħarsien tat-Tfal, l-Azzjoni kontra l-Korruzzjoni u l-Karta Soċjali Ewropea. Ġew iffirmati tmien konvenzjonijiet addizzjonali iżda dawn għad iridu jiġu ratifikati, fosthom il-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika. Fil-livell internazzjonali, is-Serbja rratifikat 75 konvenzjoni tal-ILO (73 minnhom issa huma fis-seħħ). |
|
3.4 |
Bħalma enfasizza l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa (1), ħafna minn dawn il-konvenzjonijiet għad jeħtieġu aktar azzjoni biex jiġu infurzati tajjeb. Il-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa enfasizza l-problema tal-persuni neqsin u l-persuni li ġew spostati b'mod furzat fil-gwerra; id-diskriminazzjoni rampanti kontra r-Roma; il-vjolenza kontra n-nisa u l-omofobija mifruxa. |
|
3.5 |
Għalkemm il-gvern adotta Strateġija dwar il-Mezzi tax-Xandir f’Ottubru 2011, għad hemm vjolenza u theddid kontra l-ġurnalisti. L-interferenza ekonomika u politika fil-mezza tax-xandir hija realtà, li thedded l-indipendenza tal-mezzi tax-xandir u l-kapaċità li l-ġurnalisti jagħmlu xogħolhom. Barra minn hekk, it-trejdjunjonisti għadhom jiġu fastidjati jew imkeċċija għaliex huma membri ta’ organizzazzjonijiet tat-trejdjunjins. |
|
3.6 |
Il-KESE jqis li l-konsolidazzjoni ulterjuri tal-proċess ta' riforma, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u l-infurzar tad-drittijiet ċivili, soċjali u tal-bniedem huma prijorità ċara għas-Serbja. Ir-relazzjonijiet tal-UE mas-Serbja għandhom jiffokaw b'mod ċar fuq dawn l-aspetti. Din hija wkoll kwistjoni ewlenija għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għalhekk il-parteċipazzjoni attiva tagħhom għandha titħeġġeġ b’kull mod possibbli. |
4. L-istat u r-rwol attwali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili
|
4.1 |
Il-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni hija garantita kostituzzjonalment u ġeneralment tiġi rispettata. Iżda l-libertà ta' assoċjazzjoni hija pperikolata minħabba żieda fit-theddid minn gruppi nazzjonalisti vjolenti. |
|
4.2 |
Is-soċjetà ċivili Serba hija prinċipalment ibbażata fil-bliet u mhijiex irrappreżentata b’mod ugwali fir-reġjuni. Is-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali hija limitata ħafna u l-kapaċitajiet tagħha mhumiex żviluppati tajjeb. Jinħtieġ aktar appoġġ biex jitħeġġu movimenti assoċjattivi, tinbena l-kapaċità u jiġi appoġġjat in-netwerking tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bbażati f’żoni rurali u/jew bliet żgħar. |
|
4.3 |
Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-agrikoltura, l-iżvilupp ta' gruppi b'interess agrikolu, u l-parteċipazzjoni ta' dan il-qasam fid-djalogu soċjali. L-agrikoltura għad għandha rwol ewlieni fis-Serbja, madwar kwart tal-popolazzjoni attiva hija impjegata fil-biedja, u s-settur agrikolu huwa settur ekonomiku ewlieni wkoll. L-agrikoltura u l-politika agrikola ser ikollhom importanza kbira fil-proċess tal-adeżjoni mal-UE fil-ġejjieni; fl-istess waqt il-konformità mal-liġijiet tal-UE ser tkun sfida partikolari għas-settur agrikolu Serb. |
|
4.4 |
Gruppi ta' interess organizzati u strutturati tajjeb jistgħu mhux biss jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-interessi agrikoli, iżda fuq kollox huma jistgħu jipprovdu appoġġ utli għall-proċess futur ta' integrazzjoni, b'mod partikolari bil-ħolqien ta' qafas għall-programmi speċifiċi ta' appoġġ għall-agrikoltura, iż-żoni rurali u n-nies li jgħixu hemmhekk, kif ukoll bl-implimentazzjoni tagħhom. |
|
4.5 |
Hemm diversi sħubijiet u koalizzjonijiet attivi fost l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili iżda dawn m'għandhomx biżżejjed riżorsi u appoġġ biex isiru aktar attivi u influwenti. Fir-rigward tas-sħubijiet bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi, il-mekkaniżmi stabbiliti tas-SECO (2) u l-KOCDS (3) huma eżempji li jistgħu jsiru prattika tajba sakemm jiġi kkunsidrat il-kontribut tagħhom u jekk jiġu provduti finanzjament u appoġġ sistematiku u kontinwu. |
|
4.6 |
L-akbar ostakli għas-sostenibbiltà tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma l-fatt li l-appoġġ mill-Istat la mhu biżżejjed u lanqas mhu bbażata fuq prijoritajiet definiti tajjeb, l-isponsorizzazzjoni dgħajfa tal-intrapriżi, in-nuqqas ta' għotjiet individwali, l-irtirar ta' donaturi internazzjonali, kooperazzjoni mhux żviluppata biżżejjed mal-awtoritajiet lokali u t-trasparenza limitata min-naħa ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet b'mod ġenerali. Għandhom isiru sforzi u jingħata appoġġ għall-iżvilupp tal-kostitwenzi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-għadd limitat ta' membri huwa ta' ħsara għall-immaġni u r-rikonoxximent tagħhom, filwaqt li l-aċċess għall-finanzjament pubbliku għadu mhux irregolat b'mod adegwat fil-livelli kollha. Il-kapaċità tagħhom biex jinfluwenzaw l-aġenda soċjali u l-politika hija ġeneralment dgħajfa ħlief għal tużżana organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili b'saħħithom, li fil-biċċa l-kbira huma bbażati f'Belgrad. |
|
4.7 |
Il-KESE jilqa' l-isforzi għat-titjib tal-qafas legali tal-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet, inklużi l-liġi dwar l-assoċjazzjonijiet (Ottubru 2009), il-liġi dwar id-dotazzjonijiet u l-fondazzjonijiet (Novembru 2010), il-liġi dwar il-volontarjat (Mejju 2010) u l-proċeduri ta' kontabbiltà semplifikati għall-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet żgħar (li għadha ma ġietx adottata). Madankollu, ġew adottati liġijiet oħra importanti iżda li għadhom mhux implimentati, bħal-liġi dwar il-ħarsien soċjali (2011). Il-KESE jappoġġja l-iżvilupp ta’ qafas, kif previst mil-liġi, biex jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkollhom aċċess ġust għar-riżorsi pubbliċi intiżi biex jappoġġjaw il-provvediment tas-servizzi soċjali. |
|
4.8 |
Il-KESE jilqa’ l-bidliet li saru fl-Artikolu 41 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Gvern dwar is-seduti pubbliċi li jispeċifika l-kriterji għal seduti pubbliċi obbligatorji, fejn dan it-tip ta' seduti saru r-regola u mhux l-eċċezzjoni u ġew stabbiliti perjodi ta’ żmien raġonevoli għal kemm idumu. Il-KESE jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li ssir implimentazzjoni tajba tal-mekkaniżmu. Għandha tingħata prijorità lis-sensibilizzazzjoni fost l-awtoritajiet pubbliċi dwar il-benefiċċji tal-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kemm fl-istadji bikrin tat-tfassil tal-politiki pubbliċi kif ukoll fi stadji aktar tard meta jiġu implimentati. Barra minn hekk, il-proċeduri dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f'diversi korpi pubbliċi fil-livell nazzjonali u lokali għandhom jiġu kkunsidrati, billi jitqiesu xi wħud mill-aħjar prattiki fil-pajjiżi ġirien u l-proposti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
4.9 |
L-Uffiċċju għall-Kooperazzjoni mas-Soċjetà Ċivili sar operattiv fl-2011. Il-Pjan Operattiv għall-perjodu 2013-2014 jinkludi għanijiet ewlenin li jridu jinkisbu:
|
|
4.10 |
Il-KESE huwa sodisfatt bl-isforzi tal-Uffiċċju Governattiv għall-Kooperazzjoni mas-Soċjetà Ċivili biex jirrendi l-iffinanzjar tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-baġit tal-Istat aktar trasparenti billi jinħareġ Rapport annwali fil-qosor dwar l-allokazzjoni tal-fondi lill-assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili mill-baġit tal-Istat tar-Republika tas-Serbja. Madankollu, l-Uffiċċju għandu jingħata aktar setgħat biex tiżdied ir-rata ta' parteċipazzjoni mill-korpi governattivi fil-livelli kollha bil-għan li jiġi żgurat li l-ġbir tad-data jiġi komplut u ppubblikat kull sena. Għaldaqastant, il-KESE jilqa' l-appoġġ provdut mid-Delegazzjoni tal-UE lill-Uffiċċju Governattiv għall-Kooperazzjoni mas-Soċjetà Ċivili permezz ta' programm ta' assistenza teknika ta' tliet snin li beda f'Diċembru 2012 (4). |
|
4.11 |
Iċ-ċifri tal-2011 juru li ftit fondi ġew allokati u fil-fatt rimborżati għall-kofinanzjament tal-programmi u l-proġetti, anke meta l-appoġġ għad-donaturi kien assigurat, minkejja l-fatt li dawn il-fondi huma meħtieġa ferm mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
5. Id-djalogu soċjali
|
5.1 |
Id-djalogu soċjali huwa essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku u biex jiżgura l-koeżjoni soċjali li s-Serbja teħtieġ. Ġie ffirmat Ftehim Kollettiv Ġenerali fl-2008. F’April 2011, il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tas-Serbja (KES) adotta Ftehim Ekonomiku u Soċjali ġdid iffirmat mill-mexxejja tal-imsieħba soċjali u l-Prim Ministru, li stabbilixxa impenji importanti għall-partijiet firmatarji. Il-ftehim ikkonferma li d-djalogu soċjali huwa prerekwiżit għall-ksib tal-għanijiet kondiviżi tal-iżvilupp, biex jingħelbu b’suċċess il-problemi marbuta mal-kriżi ekonomika u biex jiġi żgurat il-progress ekonomiku u soċjali fis-Serbja. Fl-2012, ġie ffirmat ftehim mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali dwar il-paga minima. Fil-livell settorjali, ġew iffirmati erba’ ftehimiet kollettivi settorjali fl-2011 u l-2012 fl-agrikoltura, il-kostruzzjoni, u l-industriji tal-kimiċi u tal-metall. Il-Ministru tax-Xogħol estenda dawn il-ftehimiet kollettivi għall-impjegati kollha tal-Istat. Il-ftehimiet kollettivi japplikaw ukoll għall-biċċa l-kbira tas-settur pubbliku u jkopru l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, il-gvern lokali u nazzjonali, il-kultura, l-edukazzjoni u l-pulizija. |
|
5.2 |
Il-KES ġie stabbilit legalment fl-2005 u huwa l-pjattaforma istituzzjonali għan-negozjati tripartitiċi. Barra minn hekk, issa hemm 18-il kunsill ekonomiku u soċjali fil-livell lokali, iżda inqas minn nofs dan in-numru huma kompletament operattivi minħabba fin-nuqqas ta' impenn mill-awtoritajiet reġjonali. Il-KES għadu qed jiffaċċja għadd ta’ problemi li jfixklu l-attivitajiet tiegħu, l-aktar problema sinifikanti hija n-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji u umani. Madankollu, xorta waħda rnexxielu jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma permanenti dwar kwistjonijiet ekonomiċi, il-leġislazzjoni, il-ftehimiet kollettivi u s-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol. Ir-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali issa jipparteċipaw b'mod regolari fil-laqgħat tal-KES, b'mod kuntrastanti mal-Gvern li sikwit ikun irrappreżentat minn uffiċjali. L-involviment tagħhom żdied minn mindu l-Kunsill reġa’ ġie stabbilit f’Settembru 2012. Anke l-Prim Ministru issa sar membru tal-KES; madankollu, il-KES għadu qed jiffaċċja problemi huwa u jorganizza s-sessjonijiet tiegħu. |
|
5.3 |
Madankollu, jekk id-djalogu soċjali rnexxielu jikseb xi riżultati, għad għandu bżonn jiġi konsolidat u estiż. L-imsieħba soċjali huma dgħajfa, b'mod partikolari fis-settur privat. Meta jiġu ffirmati l-ftehimiet kollettivi, dawn mhux bilfors jiġu infurzati; u hemm oqsma vasti li sempliċement mhumiex koperti mid-djalogu soċjali. Fil-livell nazzjonali, il-KES ma jiġix ikkonsultat b'mod sistematiku dwar il-kwistjonijiet kollha li jidħlu fil-kompitu tiegħu, jew il-konsultazzjoni tkun purament formali u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jiġu spiss injorati mill-Gvern. Eċċezzjoni waħda pożittiva hija tal-Ministeru tax-Xogħol, li jressaq l-abbozzi kollha tal-liġijiet u l-strateġiji quddiem il-Kunsill għall-opinjoni tiegħu. Barra minn hekk, reċentement huwa ppropona li jistabbilixxi grupp ta’ ħidma tripartitiku biex jabbozza bidliet fil-liġi dwar ix-xogħol. Sar xi titjib ukoll fil-leġislazzjoni dwar l-edukazzjoni, fejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u tax-Xjenza ressaq tliet abbozzi ta' liġijiet għall-opinjoni tal-Kunsill. Minkejja dawn is-sinjali pożittivi, il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali għadu jiġi injorat fil-parti l-kbira, dwar politiki u miżuri ekonomiċi ġenerali li madankollu għandhom impatt dirett fuq l-attivitajiet tal-intrapriżi u l-ħaddiema. |
|
5.4 |
L-Aġenzija għar-Riżoluzzjoni Paċifika tat-Tilwim Industrijali ġiet stabbilita fl-2005 biex issolvi kemm tilwim industrijali individwali kif ukoll dak kollettiv. L-enfasi ewlenija tagħha hija fuq każijiet individwali fejn arbitru jista’ jieħu deċiżjoni vinkolanti u għandu l-istess mezzi legali bħall-qorti. Madankollu, fil-prattika, jidher li l-Aġenzija ma rnexxilhiex verament tistabbilixxi lilha nfisha bħala alternattiva u ħafna mill-kunflitti xorta għadhom jitressqu quddiem il-qrati, li huwa magħruf sew kemm għandhom xogħol żejjed. Fir-riżoluzzjoni tat-tilwim industrijali l-Aġenzija tassumi r-rwol ta' medjatur u b'hekk ma tistax tisforza lill-partijiet fil-kawża biex jilħqu ftehim iżda tipprova twassal liż-żewġ partijiet biex jaċċettaw b'mod volontarju riżoluzzjoni paċifika. |
|
5.5 |
Fl-2013 il-Gvern iffirma "Programm dwar ix-Xogħol Diċenti" mal-ILO. Dan il-programm għandu jgħin fir-reviżjoni tal-aspetti differenti tal-leġislazzjoni soċjali u l-proċeduri biex iġibuhom għalkollox konformi mal-livelli internazzjonali u biex jibnu l-kapaċitajiet tal-imsieħba soċjali biex jikkontribwixxu b'mod effettiv għad-djalogu soċjali, b'appoġġ mill-fondi u l-programmi tal-UE. |
|
5.6 |
Huwa essenzjali li l-imsieħba soċjali jiġu integrati aktar fil-politiki ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg tal-Gvern, b'mod partikolari fid-dawl tan-negozjati ta’ adeżjoni mal-UE. Għandhom jiġu involuti wkoll fit-tħejjijiet għall-eliġibbiltà tas-Serbja għall-Fond Soċjali Ewropew u għal fondi oħra tal-UE. Huwa biss ladarba dan jinkiseb li l-imsieħba soċjali Serbi jkunu jistgħu jwettqu bis-sħiħ ir-rwol futur tagħhom fil-fora ta’ demokrazija parteċipattiva fil-livell tal-UE. |
6. Imsieħba soċjali - is-sitwazzjoni attwali
|
6.1 |
L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem fis-Serbja hija l-grupp ta’ interess nazzjonali ewlieni ta’ min iħaddem. Tirrappreżenta lill-intraprendituri Serbi fil-KES. Madankollu, il-fatt li l-parti l-kbira mill-ikbar negozji li joperaw fis-Serbja, kif ukoll organizzazzjonijiet oħra bħall-Assoċjazzjoni tal-Intraprendituri Żgħar u ta’ Daqs Medju, mhumiex membri tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem fis-Serbja jdgħajjef il-leġittimità tagħha bħala parteċipant fid-djalogu soċjali. |
|
6.2 |
Il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija tas-Serbja, li hija l-akbar assoċjazzjoni tan-negozji, ma kinitx involuta fil-ħidma tal-KES fil-passat, minħabba f'sistema ta' sħubija obbligatorja. Madankollu, fl-1 ta' Jannar 2013, ġiet adottata s-sistema ta' sħubija volontarja fis-Serbja u l-Kamra ħadet impenn sod li tikkontribwixxi għad-djalogu soċjali, b'mod partikolari fl-oqsma tat-taħriġ vokazzjonali, il-promozzjoni tal-kummerċ barrani u l-iżvilupp reġjonali. Hija tappoġġja t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem fis-Serbja fil-KES, sakemm tkun tista' twassal l-akbar firxa ta' interessi ta' min iħaddem permezz ta' proċess ta' konsultazzjoni effiċjenti li fih jipparteċipaw l-assoċjazzjonijiet kollha ta' min iħaddem. |
|
6.3 |
Fid-dawl tar-rata għolja ta' qgħad, dawk li jħaddmu għandhom ikollhom influwenza aktar qawwija fuq l-iżvilupp ta' ambjent tajjeb għan-negozji. Dan għandu jinkoraġġixxi l-intraprenditorjat u t-twaqqif aktar mgħaġġel ta' intrapriżi ġodda, speċjalment intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, wieħed mill-aħjar sorsi ta' impjiegi ġodda fl-Ewropa. Fost l-ostakli ewlenin għal klima li tiffavvorixxi aktar in-negozji hemm: in-nuqqas ta' trasparenza u prevedibbiltà tal-qafas leġislattiv, sistema tat-tassazzjoni li mhijiex attraenti li tinkludi xi tibdil parafiskali, l-aċċess għall-finanzi, proċeduri għar-reġistrazzjoni tan-negozji, l-amministrazzjoni marbuta mal-kummerċ barrani, eċċ. Il-valutazzjoni globali tal-komunità tan-negozjanti fis-Serbja hi li ma tipparteċipax biżżejjed fil-proċess leġislattiv u l-valutazzjonijiet ta' impatt tiegħu, b'mod partikolari rigward l-impatt fuq l-SMEs. |
|
6.4 |
It-trejdjunjins huma dgħajfa u frammentati. Ħafna minnhom huma membri f’waħda mill-akbar żewġ konfederazzjonijiet fis-Serbja: il-Konfederazzjoni tat-Trejdjunjins Awtonomi tas-Serbja (SSSS) u l-Konfederazzjoni tat-Trejdjunjins tal-“Indipendenza” (Nezavisnost). Hemm ukoll żewġ konfederazzjonijiet oħra, l-Assoċjazzjoni tat-Trejdjunjins Ħielsa u Indipendenti tas-Serbja (ASNS) u l-Konfederazzjoni tat-Trejdjunjins Ħielsa (KSSS) li jiddikjaraw li huma rappreżentattivi. B'konformità mal-liġi l-ġdida li qed tiġi diskussa bħalissa, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi verifikata. Barra minn hekk, skont il-Ministeru tax-Xogħol, hemm madwar 2 000 organizzazzjoni tal-junjins fil-kumpaniji li mhumiex membri ta' konfederazzjoni nazzjonali. Jeħtieġ li l-organizzazzjonijiet rilevanti kollha tal-ħaddiema jiġu involuti aktar mill-qrib fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar is-sħubija soċjali mil-lat tal-ħaddiema. Ir-rwol tat-trejdjunjins fis-Serbja huwa essenzjali għat-tisħiħ tad-djalogu soċjali. |
|
6.5 |
Id-diffikultajiet tat-tranżizzjoni u l-kriżi ekonomika ħarġu aktar fid-dieher il-frammentazzjoni u d-dgħufija tat-trejdjunjins. Il-proċeduri twal għar-reġistrazzjoni tat-trejdjunjins, l-oppożizzjoni u l-fastidju, xi drabi mill-amministraturi li mhumiex lesti li jaċċettaw id-djalogu soċjali fil-livell tal-intrapriża, kollha jfixklu l-iżvilupp normali tar-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema u jfixklu d-djalogu soċjali. Madankollu il-kooperazzjoni ġenwina li żviluppat f'dawn l-aħħar snin bejn iż-żewġ konfederazzjonijiet rappreżentattivi, l-SSSS u n-Nezavisnost, għandha tiġi apprezzata f'dan l-isfond. |
Brussell, 10 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) Thomas Hammarbergh. Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa. Rapport li jsegwi ż-żjara tiegħu fis-Serbja fil-12-15 ta' Ġunju 2011. CommDH(2011)29.
(2) Is-SECO (Sectoral Civil Society Organisations – organizzazzjonijiet settorjali tas-soċjetà ċivili) jirrappreżentaw in-netwerking u l-bini tal-kapaċità fil-qasam tal-integrazzjoni tal-UE u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta' programmar tal-IPA.
(3) Il-KOCDS (Contact Civil Society Organisations Network – netwerk tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta' kuntatt) huma netwerks ta' organizzazzjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni soċjali għall-gruppi marġinalizzati li flimkien jindirizzaw lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet f'dan il-qasam.
(4) Il-baġit tal-programm ta' assistenza teknika huwa ta' EUR 1,2 miljun u jiffoka fuq l-appoġġ għal aktar emendi għall-qafas legali relatat mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-introduzzjoni ta' qafas għal finanzjament mill-Istat trasparenti u l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
III Atti preparatorji
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW
L-491 sessjoni plenarja tal-10 u l-11 ta' Lulju 2013
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/11 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Green Paper dwar il-Finanzjament fuq Terminu Twil tal-Ekonomija Ewropea”
COM(2013) 150 final/2
2013/C 327/03
Relatur: is-Sur SMYTH
Nhar il-25 ta' Marzu 2013 il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Green Paper dwar il-Finanzjament fuq Terminu Twil tal-Ekonomija Ewropea
COM(2013) 150 final/2.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-19 ta’ Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-10 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'151 vot favur, 3 voti kontra u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Wieħed mill-elementi l-iktar importanti ta' strateġija mmirata biex twassal lill-Ewropa lura fit-triq ta' tkabbir sostenibbli huwa li tiġi żgurata provvista adegwata ta' finanzjament fuq terminu twil u bi prezz raġjonevoli. Id-dokument konsultattiv tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni huwa mixtieq u anke f'waqtu. |
|
1.2 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon l-enfasi tal-Green Paper fuq l-investiment produttiv u l-formazzjoni ta’ kapital b’ħajja twila tanġibbli u intanġibbli, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti iktar attenzjoni lill-ħtieġa biex jiġi ffinanzjat l-investiment kapitali aktar "utli mil-lat soċjali". |
|
1.3 |
Jekk il-banek aktarx se jaqdu rwol inqas prominenti fil-ġejjieni bħala provvedituri ta' finanzjament fuq terminu twil, mela jistgħu jinħolqu opportunitajiet għal intermedjarji oħrajn bħall-banek tal-iżvilupp nazzjonali u multilaterali, l-investituri istituzzjonali, il-fondi sovrani u, b'mod kruċjali, is-swieq tal-bonds. Madankollu huwa importanti li nevitaw li jinħoloq xkiel li ma jħallix il-banek jaqdu r-rwol tagħhom bħala provvedituri ewlenin tal-finanzjament fuq terminu twil, u għandu jinħoloq qafas legali li jżomm lura milli jbiegħed il-flussi tal-finanzjament u l-kapital 'l barra mis-settur regolat. |
|
1.4 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid reċenti tal-BEI, peress li din se ssaħħaħ l-kapaċità tiegħu li joħloq effett ta' lieva fuq il-finanzjament addizzjonali tal-investiment privat u li jaqdi rwol kontraċikliku iktar b'saħħtu fil-finanzjament tal-investimenti u fil-provvediment ta' kreditu lill-SMEs. Filwaqt li doża ta' EUR 10 biljun kapital hija sinifikanti, il-KESE jaħseb li hija inqas milli huwa meħtieġ fiċ-ċirkostanzi preżenti. |
|
1.5 |
B'mod simili, il-wasla tal-Bonds tal-Proġetti tal-UE 2020, anke jekk fi stadju pilota, hija wkoll żvilupp pożittiv. Dawn il-Bonds tal-Proġetti ġew żviluppati b'mod konġunt mill-Kummissjoni u l-BEI. Għandha tingħata konsiderazzjoni wkoll lil proġetti konġunti simili mal-fondi sovrani. |
|
1.6 |
Jekk inizjattivi bħal Bonds tal-Proġetti jkollhom suċċess fl-espansjoni tas-suq għall-finanzjament tal-bonds, għandhom jissaħħu malli l-istadju pilota jagħlaq u jiġi evalwat. |
|
1.7 |
Il-Green Paper jeżamina r-rwol tat-tfaddil fil-provvista ta' finanzjament tal-investimenti fuq terminu twil. Filwaqt li xi Stati Membri taw bidu għal skemi ta' tfaddil speċjali sabiex jimmobilizzaw it-tfaddil fuq terminu itwal ipotekati għal investimenti soċjali usa', jista' jkun tajjeb li jiġi kkunsidrat il-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' tfaddil mal-UE jew iż-żona tal-euro kollha, forsi billi jiġi offert primjum tar-rata tal-interess. |
|
1.8 |
Xi Stati Membri pjuttost irnexxielhom jinċentivaw it-tfaddil relatat mal-pensjonijiet u tfaddil ieħor, permezz tal-użu intelliġenti tas-sistema tat-tassazzjoni. Iċ-ċittadini għandhom it-tendenza li jibżgħu mill-prospett li jħallsu t-taxxa fuq id-dħul umbagħad iktar taxxa fuq tfaddil fuq terminu twil minn dan id-dħul li jibqa' wara t-taxxa. Fil-kuntest ta' investimenti responsabbli mil-lat soċjali, għandu jkun possibbli li jiġu mfassla u kummerċjalizzati prodotti ta' tfaddil personali adatti b'taxxa baxxa jew l-ebda taxxa, b'limiti annwali adegwati sabiex jitħeġġeġ aktar ippjanar finanzjarju fuq terminu twil. |
|
1.9 |
In-nuqqas ta' perspettiva fit-tul (short-termism) fis-sistema finanzjarja huwa xkiel ewlieni għall-provvista ta' investiment adegwat fuq terminu twil u huwa marbut mill-qrib mal-governanza korporattiva. It-tibdil tal-inċentivi biex tiġi promossa prestazzjoni fit-tul mhuwiex sfida faċli. Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon is-suġġerimenti tal-Kummissjoni dwar drittijiet imsaħħa għall-votanti u dividendi għal investituri fuq terminu twil u dwar bidliet fid-direttiva dwar id-drittijiet tal-azzjonisti. Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat l-użu kkoordinat tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-qligħ kapitali sabiex tiġi inċentivata l-parteċipazzjoni azzjonarja fuq medda itwal ta' żmien ta' maniġers ta' fondi. |
|
1.10 |
F'termini ta' kapital ta' riskju, il-Green Paper jinkludi ċerti suġġerimenti interessanti. Il-KESE diġà ppropona li r-rwol tal-FEI għandu jitwessa' lil hinn mill-għoti ta' self u jinkludi wkoll il-provvista ta' kapital ta' riskju. Dawk li ħolquh lura fl-1994 hekk kellhom f'moħħhom. Li kieku l-FEI, bħall-BEI, kellu jiġi kapitalizzat mill-ġdid b'mod adegwat, kien isir wieħed mill-provvedituri ewlenin tal-finanzjament ta' kapital ta' riskju għall-SMEs. |
|
1.11 |
Fl-aħħar nett, meta wieħed iqis li l-gvernijiet nazzjonali u reġjonali diġà huma involuti fil-promozzjoni tas-sopravivenza u tat-tkabbir fit-tul tal-SMEs, permezz tal-entitajiet ta' żvilupp reġjonali tagħhom, wieħed jista' jargumenta li dawn l-entitajiet ikollhom rwol fl-operat ta' dawn il-pjattaformi ta' negozjar tal-SMEs. Dan ir-rwol jista' jibda mill-valutazzjoni tal-affidabbiltà tal-kreditu tal-SMEs li huma klijenti sal-għoti ta' garanziji limitati lil investituri istituzzjonali. |
|
1.12 |
Il-KESE jixtieq jara enfasi ikbar tingħata lill-investiment responsabbli mil-lat soċjali u jipproponi t-twaqqif ta' osservatorju li jimmonitorja l-kondizzjonijiet ta' investiment fit-tul. |
2. Introduzzjoni u kuntest tal-Green Paper
|
2.1 |
Il-motivazzjoni ewlenija tal-Kummissjoni Ewropea meta ħejjiet dan il-Green Paper hija l-ħtieġa li l-Ewropa terġa' taqbad it-triq tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. L-Ewropa qed tiffaċċja rekwiżiti/ħtiġijiet kbar ta' investiment fit-tul u fuq skala kbira bħala l-bażi tat-tkabbir sostenibbli. Il-mod kif jintlaħaq dan huwa kkumplikat ħafna minħabba l-attitudini attwali ta' averżjoni għar-riskju tal-familji u n-negozji u l-ħtieġa għall-konsolidazzjoni fiskali minn ħafna gvernijiet li flimkien qed jirrestrinġu l-provvista ta' finanzjament għal investimenti fuq terminu twil. |
|
2.2 |
Huma problematiċi l-fallimenti fil-kanali tradizzjonali ta' intermedjazzjoni finanzjarja. Il-banek kienu s-sors ewlieni ta' finanzjament għall-investiment fl-UE iżda ħafna minnhom issa huma involuti primarjament fit-tneħħija tal-effett ta' lieva u għaldaqstant ma jistgħux jaqdu r-rwol normali tagħhom. Il-Green Paper jħares lil hinn mill-kriżi attwali, u jfittex soluzzjonijiet għall-provvediment ta' finanzjament fit-tul neċessarju għall-investiment. |
|
2.3 |
L-enfasi tal-Kummissjoni hija fuq l-investiment produttiv u l-formazzjoni ta’ kapital b’ħajja twila tanġibbli u intanġibbli li għandu t-tendenza li jkun inqas proċikliku minn dak b'ħajja inqas twila. Il-Kummissjoni tiddefinixxi l-finanzjament fuq terminu twil bħala l-mod kif is-sistema finanzjarja tħallas għal investimenti li għandhom ħajja ta' proġett twila. |
|
2.4 |
L-Ewropa bdiet twettaq programm ta' riforma tas-settur finanzjarju sabiex tipprovdi aktar stabbilità u fiduċja fis-swieq finanzjarji. L-istabbilità tas-sistema finanzjarja hija kondizzjoni neċessarja għat-tħeġġiġ ta' investiment fit-tul, iżda dan mhuwiex biżżejjed. Il-Kummissjoni tidentifika għadd ta' oqsma addizzjonali fejn hija meħtieġa azzjoni, bħal:
|
3. Kummenti dwar il-proposti
3.1 Il-kapaċità tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jimmiraw il-finanzi fuq terminu twil
|
3.1.1 |
Il-banek kummerċjali. L-analiżi tal-Kummissjoni tal-isfidi fl-iżgurar ta' finanzjament adegwat fit-tul fl-Ewropa hija korretta b'mod fundamentali. Qed tinbidel il-pożizzjoni preeminenti tradizzjonali tal-banek bħala l-provvedituri ewlenin tal-finanzjament fit-tul u jista' jkun li l-banek se jaqdu rwol inqas prominenti fil-ġejjieni. M'hemm l-ebda diskussjoni dwar l-inkonsistenza potenzjali bejn uħud mir-regoli bankarji l-ġodda u l-għanijiet tal-Green Paper biex jiġi stimolat l-investiment fit-tul. Il-Green Paper jinnota biss li l-effetti ta' riformi finanzjarji riċenti u possibbilment fil-futur jistgħu jnaqqsu l-livell ta' attività tal-banek fil-katina ta' intermedjazzjoni. Għandu jinstab bilanċ aħjar bejn ir-rekwiżiti prudenzjali ta' Basel III u l-inċentivi għal banek biex ikomplu jipprovdu finanzjament għall-investiment fit-tul. Fi kwalunkwe każ, aktarx se jinfetħu opportunitajiet għal tipi oħrajn ta' intermedjarji bħall-banek tal-iżvilupp nazzjonali u multilaterali, l-investituri istituzzjonali, użu aħjar tas-swieq tal-bonds u l-fondi sovrani. |
|
3.1.2 |
Il-banek nazzjonali u multilaterali tal-iżvilupp. Dawn l-istituzzjonijiet jaqdu rwol importanti fil-qsim tar-riskju mal-investituri u l-operaturi privati biex jiżviluppaw proġetti importanti u b'hekk jevitaw il-fallimenti tas-swieq. Jaqdu wkoll rwol kontraċikliku permezz tal-azzjonijiet strateġiċi iktar fit-tul tagħhom. Il-BEI u l-FEI qed jaqdu rwol dejjem iżjed prominenti fil-qsim tar-riskju u r-rikapitalizzazzjoni riċenti tal-BEI, għalkemm mhux adegwata fil-fehma tal-KESE, bla dubju se ssaħħaħ il-kapaċità tiegħu li joħloq effett ta' lieva fuq finanzjament privat addizzjonali tal-investiment. Il-KESE jħeġġeġ lill-BEI biex jagħmel iżjed biex jippromovi proġetti transkonfinali tal-infrastrattura ewlenin li jiffaċċjaw ostakli ta' finanzjament partikolari. |
|
3.1.3 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Bonds għall-Proġetti tal-UE 2020 u issa qed jitmexxew f'għadd ta' proġetti ta' investimenti tal-infrastruttura PPP fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u l-infrastrutturi tal-ICT (1). Il-Kummissjoni ssemmi r-rwol potenzjali tal-fondi sovrani fil-finanzjament tal-investimenti fuq medda itwal ta' żmien. Bħal fil-każ tal-Bonds għall-Proġetti li ġew żviluppati b'mod konġunt mill-Kummissjoni u l-BEI, jista' jkun hemm lat pożittiv fl-iżviluppar ta' inizjattivi konġunti simili mal-fondi sovrani fejn jiżdiedu r-riżorsi disponibbli ta' finanzjament għall-investimenti iktar fit-tul. |
|
3.1.4 |
Rigward il-kwistjoni tal-investituri istituzzjonali, il-Green Paper jinnota n-nuqqas ta' qbil potenzjali bejn il-ħtieġa għal regolazzjoni effettiva tar-riskju tal-assi fost l-impriżi tal-assikurazzjoni u l-ħtieġa biex dawn jiġu inċentivati jiffinanzjaw investimenti iktar fit-tul. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-assikurazzjoni Ewropej dwar din il-kwistjoni. Il-Kummissjoni beħsiebha tagħmel proposti dwar fondi ta' investiment fit-tul bil-għan li jiġi stimolat il-ħolqien ta' għadd ta' mekkaniżmi għall-ġbir flimkien tar-riskji ta' tipi differenti ta' investituri istituzzjonali. Din il-proposta għandha ħafna aspetti favuriha. Il-fondi tal-pensjonijiet jistgħu jaqdu rwol iżjed prominenti fl-investiment fit-tul iżda qed jipperċepixxu għadd ta' ostakli istituzzjonali, regolatorji u politiċi 'l quddiem. B'mod partikolari huma mħassba li dawk li jfasslu l-politika jipprovaw jġagħluhom jerfgħu r-responsabbiltà biex jiffinanzjaw ċerti tipi ta' proġetti li mhumiex fl-interess tal-membri tagħhom. Għandhom jiġu kkonsultati l-fondi tal-pensjonijiet dwar kif għandhom jiġu minimizzati u megħluba dawn l-ostakli. Il-ħolqien ta' unjoni bankarja jista' jgħin f'dan il-kuntest. |
|
3.1.4.1 |
Fil-kuntest tat-tħeġġiġ ta' aktar parteċipazzjoni ta' investituri istituzzjonali fil-għoti ta' finanzjament fit-tul, jistgħu jaqdu rwol ukoll inċentivi fiskali tad-dħul korporattiv. Sistemi ta' indennizzi li dejjem jonqsu fir-rigward ta' investimenti fi proġetti kbar tal-infrastruttura tista' twassal għal iktar parteċipazzjoni ta' investituri istituzzjonali fihom. |
3.2 L-effiċjenza u l-effikaċja tas-swieq finanzjarji li joffru strumenti ta’ finanzjament fuq terminu twil
|
3.2.1 |
Il-Green Paper jinnota li sabiex jitwessa' u jiġi approfondit il-ġbir flimkien tal-finanzjament fit-tul, xi swieq kapitali fl-Ewropa jridu jiżviluppaw u jimmaturaw. Is-swieq tal-bonds fl-UE huma inqas żviluppati milli fl-Istati Uniti u ħafna mill-mid-caps u l-SMEs m'għandhomx il-kapaċitajiet biex ikunu attivi fihom. Anke l-wasla tal-Bonds tal-Proġetti ġiet milqugħa b'kawtela mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni u dan jenfasizza l-problemi li se jkun hemm biex tikber il-kapaċità tas-suq tal-bonds. Jekk inizjattivi bħal Bonds tal-Proġetti, li jistgħu joħolqu sa EUR 4,6 biljun għal proġetti ġodda tal-infrastruttura, ikollhom suċċess fl-espansjoni tas-suq għall-finanzjament tal-bonds, għandhom jissaħħu malli l-istadju pilota jagħlaq u jiġi evalwat. |
3.3 Politiki li jinkoraġġixxu tfaddil u investiment iktar fit-tul
|
3.3.1 |
Hemm reviżjoni estensiva tal-fatturi li qed jinfluwenzaw it-tfaddil fit-tul tal-finanzjament. Min-naħa tal-provvista, filwaqt li xi Stati Membri għamlu sforzi biex isaħħu l-provvista tal-flus imfaddla fit-tul, għad irid isir ħafna iżjed. Il-Green Paper jissuġġerixxi l-ħolqien possibbli ta' veikoli ta' tfaddil madwar l-UE kollha maħsuba biex jimmobilizzaw tfaddil iktar fit-tul ipotekat għal objettivi soċjali usa'. Din l-idea jista' jkollha xi vantaġġi fil-kuntest tal-espansjoni ta' infrastrutturi transkonfinali. Tista' tistimola wkoll aktar mobilità tal-forza tax-xogħol u pjanar għall-irtirar madwar is-suq uniku. Jista' jkun neċessarju li jiġu offruti prodotti ta' tfaddil ġodda b'rata ta' interess primjum jew rata ta' interess fuq diversi gradi sabiex jiġi inċentivizzat tfaddil iktar fit-tul. |
|
3.3.2 |
Tassazzjoni. Ir-relazzjoni bejn it-tassazzjoni, it-tfaddil fit-tul u l-investiment fuq terminu twil hija analizzata fid-dettall. It-trattament tat-tassazzjoni korporattiva fuq l-investiment għandu t-tendenza li jipproduċi preferenza lejn id-dejn minflok il-finanzjament tal-ekwità. Sabiex jinstabu riformi adatti li jinkoraġġixxu iktar użu tal-finanzjament tal-ekwità għal investimenti iktar fit-tul, tista' tkun idea tajba li tintuża sistema ta' għajnuna li dejjem tonqos. Dawn is-sistemi jintużaw ħafna fit-tassazzjoni tad-dħul kapitali u jistgħu jitfasslu b'mod li joħolqu bilanċ ma' wħud mill-vantaġġi fiskali attwali tal-finanzjament tad-dejn. |
|
3.3.3 |
F'termini ta' tfaddil fit-tul u s-sistema tat-tassazzjoni, il-Kummissjoni tinnota l-importanza li tiġi żgurata provvista stabbli u adegwata ta' tfaddil u tal-inċentivi neċessarji sabiex tinħoloq din il-provvista. Xi Stati Membri kellhom suċċess relattiv fl-inċentivar ta' tfaddil relatat mal-pensjonijiet u tfaddil ieħor, permezz tal-użu intelliġenti tas-sistema tat-tassazzjoni. Iċ-ċittadini għandhom it-tendenza li jibżgħu mill-prospett li jħallsu t-taxxa fuq id-dħul umbagħad iktar taxxa fuq tfaddil fuq terminu twil minn dan id-dħul li jibqa' wara t-taxxa. Għandu jkun possibbli li jiġu mfassla u kummerċjalizzati prodotti ta' tfaddil personali adatti b'taxxa baxxa jew l-ebda taxxa, b'limiti annwali adegwati sabiex jitħeġġeġ aktar ippjanar finanzjarju fuq terminu twil. |
|
3.3.4 |
L-użu ta' inċentivi fiskali sabiex jintlaħqu r-rriżultati mixtieqa ta' investiment fit-tul għandu l-iżvantaġġi tiegħu wkoll. Hemm kwistjonijiet serji bħal "deadweight" u arbitraġġ li jridu jiġu indirizzati. Madankollu, l-użu ta' inċentivi fiskali fi ħdan perspettiva ta' ppjanar konsistenti u b'saħħitha u iktar fit-tul huwa neċessarju sabiex jiġu stimilati u jintlaħqu l-livelli mixtieqa ta' investiment. |
|
3.3.5 |
Governanza korporattiva. Il-kwistjoni tan-nuqqas ta' perspettiva fit-tul hija fil-qalba tal-forniment ta' investiment fit-tul u hija marbuta ħafna mal-governanza korporattiva. S'issa ħafna mill-inċentivi għall-maniġers ta' fondi, il-bankiera tal-investiment u l-uffiċjali eżekuttivi korporattivi kellhom it-tendenza li jkun fuq medda qasira ta' żmien min-natura tagħhom. Il-bdil ta' dawn l-inċentivi sabiex jitħeġġu livelli ogħla ta' prestazzjoni fit-tul mhux se jkun xogħol faċli. Il-Green Paper jinkludi għadd ta' suġġerimenti interessanti, inkluż drittijiet imsaħħa għall-votanti u dividendi għal investituri fuq terminu twil u bidliet fid-direttiva dwar id-drittijiet tal-azzjonisti. Forsi l-użu iktar proattiv tal-indennizzi fuq it-taxxa fuq il-qligħ kapitali jista' jkun mod wieħed kif titħeġġeġ is-sjieda iktar fit-tul tal-ishma mill-maniġers ta' fondi. |
3.4 Il-kapaċità tal-SMEs biex jiksbu aċċess iktar faċli u malajr għal finanzjament mill-banek u mhux mill-banek
|
3.4.1 |
Il-Green Paper jinnota d-diffikultajiet dejjem qed jiżdiedu li qed jiffaċċjaw l-SMEs f'ħafna Stati Membri biex ikollhom aċċess għall-finanzjament sabiex jissopravivu u jikbru. Apparti mill-effetti tat-tneħħiha tal-effett ta' lieva mill-banek, l-SMEs jiffaċċjaw sorsi ta' finanzjament alternattivi li huma fframmentati u li jiġu attivati ftit ftit. Il-banek lokali, sa ċertu punt, tilfu jew ħollu r-rabtiet tagħhom mar-reġjuni lokali. Relazzjonijiet bejn il-banek u l-SMEs iddgħajfu u dawn iridu jitrawmu mill-ġdid jew jissaħħu. Twettqu diversi inizjattivi sabiex jiġu pprovduti sorsi mhux bankarji ta' finanzjament għall-SMEs, inkluż l-aċċess għal xi fondi tal-kapital ta' riskju, l-użu tal-finanzjament tal-assi (2), il-finanzjament tal-katina tal-provvista u l-"crowd funding". Madankollu, fadal ħafna xi jsir. L-industrija tal-assikurazzjoni u l-fondi tal-pensjonijiet iridu jaqdu rwol iżjed prominenti iżda jesiġu inċentivi adatti, u dawn issa jridu jiġu indirizzati mill-Kummissjoni. Miżuri futuri favur l-SMEs sabiex ikollhom aċċess għal finanzjament iktar fit-tul għandhom jiżguraw li dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-miżuri kif kien maħsub oriġinarjament – mingħajr mal-banek iżidu kondizzjonijiet addizzjonali eċċessivi, jekk il-miżuri se jiġu implimentati mill-kanali bankarji. |
|
3.4.2 |
Kapital ta' riskju. Il-Kummissjoni qed tissuġġerixxi approċċ ta' "fondi ta' fondi" sabiex tinħoloq massa kritika ta' finanzjament tal-kapital ta' riskju. Barra minn hekk, il-fond propost ta' garanziji għall-investituri istituzzjonali jista' jwessa' s-suq. Il-KESE diġà ppropona li r-rwol tal-FEI għandu jitwessa' lil hinn mill-għoti ta' self u jinkludi wkoll il-provvista ta' kapital ta' riskju. (3). Dawk li ħolquh lura fl-1994 hekk kellhom f'moħħhom. Li kieku l-FEI, bħall-BEI, kellu jiġi kapitalizzat mill-ġdid, kien isir wieħed mill-provvedituri ewlenin tal-finanzjament ta' kapital ta' riskju għall-SMEs. |
|
3.4.2.1 |
Id f'id mal-espansjoni tal-finanzjament tal-kapital ta' riskju għall-SMEs hemm l-espanzsjoni ta' pjattaformi li diġà jeżistu jew il-ħolqien ta' pjattaformi ġodda tal-kummerċ għall-finanzjament tal-ekwità tal-SMEs. Il-Green Paper jinkludi għadd ta' proposti utli dwar dan is-suġġett. Meta wieħed iqis li l-gvernijiet nazzjonali u reġjonali diġà huma involuti fil-promozzjoni tas-sopravivenza u tat-tkabbir fit-tul tal-SMEs, permezz tal-entitajiet ta' żvilupp reġjonali tagħhom, wieħed jista' jargumenta li dawn l-entitajiet ikollhom rwol fl-operat ta' dawn il-pjattaformi ta' kummerċ tal-SMEs. Dan ir-rwol jista' jibda mill-valutazzjoni tal-affidabbiltà tal-kreditu tal-SMEs li huma klijenti sal-għoti ta' garanziji limitati lil investituri istituzzjonali. |
|
3.4.3 |
Il-KESE kien jippreferi li l-Green Paper jagħti aktar appoġġ lill-investimenti fil-fondi soċjalment responsabbli permezz tal-ħolqien ta' regolamenti fiskali u finanzjarji adatti kif ukoll permezz tal-akkwist pubbliku nnifsu. F'dan ir-rigward jista' jkun hemm każ favur il-ħolqien ta' Osservatorju Ewropew għal investimenti fit-tul. Dan il-korp, bil-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili organizzata, jista' jimmonitorja żviluppi kemm fil-provvista u d-domanda għal investimenti u tfaddil fit-tul, kif ukoll jgħin biex tiġi żgurata provvista adegwata ta' informazzjoni rilevanti għat-teħid ta' deċiżjonijiet tajba dwar investimenti fit-tul minn aġenti ekonomiċi. |
Brussell, 10 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) Ara pereżempju COM(2009) 615 final.
(2) Ara pereżempju il-Funding for Lending Scheme http://www.hm-treasury.gov.uk/ukecon_fundingforlending_index.htm.
(3) ĠU C 143, 22.5.2012, p. 10.
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/15 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Ġestjoni tar-Riskju Doganali u s-Sigurtà tal-Katina tal-Provvista”
COM(2012) 793 final
2013/C 327/04
Relatur: is-Sur PEZZINI
Nhar it-18 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Ġestjoni tar-Riskju Doganali u s-Sigurtà tal-Katina tal-Provvista
COM(2012) 793 final.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-27 ta' Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’168 vot favur u vot wieħed (1) kontra.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa tal-fehma li huwa fundamentali li jkun hemm approċċ komuni fil-konfront tal-ġestjoni tar-riskju doganali u s-sigurtà tal-katina tal-provvista biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u nondiskriminatorja tal-leġislazzjoni Ewropea, min-naħa tal-awtoritajiet ikkonċernati kollha fl-unjoni doganali kollha, li hija l-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tat-TFUE. |
|
1.2 |
Il-KESE jappoġġa bil-qawwa l-proposti tal-Kummissjoni, li għandhom l-għan li jiżguraw effettività u effiċjenza ikbar fil-ġestjoni tar-riskju u tal-moviment tal-merkanzija minn naħa għal oħra tal-fruntieri tal-UE, permezz ta' strateġija komuni, b'sistemi tal-IT adatti għal ġestjoni tar-riskju fil-livell tal-UE. |
|
1.3 |
Il-KESE huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li l-orjentazzjoni u l-applikazzjoni tal-unjoni doganali – li twaqqfet mit-Trattat ta' Ruma fl-1957 u ġiet implimentata fl-1968 bħala politika komuni bil-għan li tiggarantixxi żona kummerċjali unika li fiha l-persuni u l-merkanzija jiċċirkolaw b'mod ħieles u b'sistema ta' "one-stop-shop" għall-prattiki doganali tal-operaturi kummerċjali kollha mingħajr diskriminazzjoni abbażi tat-trattament fl-UE kollha – għadhom mhumiex uniformi, li b'hekk jimpedixxu ġestjoni effiċjenti u effettiva tar-riskji doganali, li jwasslu biex inaqqsu r-ritmu tal-flussi kummerċjali u l-moviment liberu tal-merkanzija fl-UE. |
|
1.4 |
Il-KESE jemmen li huwa fundamentali li jittejbu l-kapaċitajiet doganali fl-inħawi kollha tal-UE, biex jiġi żgurat livell għoli fil-ġestjoni tar-riskju fl-unjoni doganali kollha fir-rigward tal-implimentazzjoni uniformi ta' definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u ġbir u trażmissjoni tad-data fil-bażi tad-data Komunitarja, abbażi ta' kriterji komuni li ma jkunux ambigwi u jiġu vverifikati permezz ta' sistema unika ta' garanzija u ta' kwalità, u ssorveljati permezz ta' sanzjonijiet għat-trasgressuri. |
|
1.5 |
Il-KESE jirrakkomanda li jiġu żviluppati standards tekniċi u regolatorji komuni biex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi ta' ġestjoni tar-riskju ta' kwalità għolja, fil-fruntieri esterni kollha tal-UE, flimkien ma' sforz fil-livell Komunitarju favur taħriġ ta' livell għoli lill-professjonijiet, li jqis ukoll l-impenji differenti tal-bosta ċirkustanzi nazzjonali diversi. |
|
1.6 |
Il-KESE jisħaq fuq il-bżonn li tiġi żgurata l-interoperabbiltà sħiħa tal-bażijiet tad-data differenti li jeżistu fis-sistema Ewropea għas-sorveljanza tas-suq, abbażi ta' strateġija komuni u b'appoġġ qawwi mill-programmi Komunitarji għall-iżvilupp teknoloġiku, bil-għan li tiġi żgurata l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet differenti, fil-livelli differenti, f'ħin reali, u anke bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-riskju potenzjali ta' dumping sanitarju, ambjentali u soċjali. |
|
1.7 |
Il-KESE jitlob li jissaħħu l-azzjonijiet Komunitarji għall-iżvilupp ta' riżorsi umani kkwalifikati u għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni, anke permezz ta' intervent bil-għan li jintradd lura l-bilanċ fil-konfront tal-karigi ta' kontroll, u permezz tat-twaqqif ta' task force komuni li jipprovdi, f'każ li jintalab, appoġġ doganali li jiżgura intervent f'waqtu meta jinqalgħu sitwazzjonijiet diffiċli. |
|
1.8 |
Il-KESE huwa tal-fehma li jeħtieġ li tissaħħaħ is-sħubija bejn l-awtoritajiet doganali, it-trasportaturi u l-operaturi ekonomiċi awtorizzati, billi jissaħħu l-istatus u l-benefiċċji tagħha, biex tiġi żgurata l-aħjar kooperazzjoni possibbli fil-ġestjoni tar-riskju, permezz tat-trażmissjoni tad-data li ssir darba waħda biss, mingħajr dupplikazzjonijiet burokratiċi inutli. |
|
1.9 |
Il-KESE jitlob li tiġġedded is-sistema tal-governanza, li tinkludi l-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji, l-aġenżiji u s-sistemi ta' twissija u ta' informazzjoni Ewropej kollha, biex tiġi żgurata kooperazzjoni iżjed strutturata u sistematika bejn id-dwani u l-awtoritajiet l-oħra li joperaw fis-suq intern. |
|
1.10 |
Il-KESE jitlob li l-pakkett ta' azzjonijiet definiti fil-pjan pluriennali għas-sorveljanza tas-suq jiġi implimentat b'mod koerenti u kkoordinat, biex jiġu evitati kontrolli doppji, l-applikazzjoni ta' kriterji differenti, diversi talbiet għall-istess data, viżjonijiet differenti fost l-awtoritajiet differenti ta' kontroll u sorveljanza tas-suq, u nuqqas ta' interoperabbiltà. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
L-unjoni doganali hija fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tat-TFUE. |
|
2.2 |
Fl-2004, il-KESE kien enfasizza l-bżonn ta' orjentazzjoni ġdida fl-approċċ strateġiku marbut mal-politiki tas-servizzi doganali li, bir-raġun, tpoġġi enfasi ikbar fuq l-isfidi li tinvolvi l-applikazzjoni tal-politiki doganali komuni fil-fruntieri esterni l-ġodda tal-Unjoni, wara t-tkabbir. Huwa jirrikonoxxi wkoll li l-kuntest inbidel wara l-preokkupazzjonijiet li tqajmu, speċjalment wara l-avvenimenti li ġraw fl-Istati Uniti, f'dak li jirrigwarda l-proċeduri ta' sigurtà għall-ħarsien taċ-ċittadini tal-Unjoni (1). |
|
2.3 |
Fid-dawl tal-problemi serji ta' operat li qed tiffaċċja l-unjoni doganali, minħabba l-applikazzjoni mhux uniformi tal-leġislazzjoni Komunitarja, li tista' tikkomprometti l-effettività globali minħabba ineffiċjenza, ħela u n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-ħtiġijiet u r-riżorsi disponibbli, il-KESE talab għal "politika doganali unika, abbażi ta’ proċeduri konsistenti, modernizzati, trasparenti, effikaċi u ssemplifikati, li tista’ tikkontribwixxi għall-kompetittività ekonomika tal-UE, fil-livell globali (…)" (2). |
|
2.4 |
L-unjoni doganali hija l-organu operattiv ta' bosta mill-miżuri ta' politika kummerċjali tal-UE u timplimenta għadd ta' ftehimiet internazzjonali, marbutin mal-flussi kummerċjali tal-UE, u tiżviluppa – permezz tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri – proċessi orizzontali importanti li jinvolvu l-ġestjoni tad-data, il-ġestjoni tal-operaturi kummerċjali u "l-immaniġġjar tar-riskju, inkluż l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, l-analiżi u l-mitigazzjoni tal-ħafna tipi u livelli differenti ta’ riskji assoċjati mal-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija" (3). |
|
2.5 |
L-introduzzjoni ta' approċċ komuni għall-ġestjoni integrata tar-riskju, fil-punti tad-dħul u tal-ħruġ, għandha l-għan li tilħaq l-għanijiet li ġejjin:
|
3. Ir-rwol tad-dwani fil-qasam tas-sigurtà
|
3.1 |
Kif imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-qagħda tal-unjoni doganali fl-aħħar tal-2012, "Id-dwana hija l-unika awtorità pubblika li għandha responsabbiltà kompluta tal-ħarsa ġenerali u l-kontroll għall-merkanzija kollha li tgħaddi fil-fruntieri esterni tal-UE, li, ladarba jiġu rilaxxati mid-dwana għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa x’imkien fl-UE, jistgħu jiċċaqalqu b’mod ħieles fi ħdan kwalunkwe parti tat-territorju doganali tal-UE" (4). |
|
3.2 |
Bis-saħħa ta' din il-pożizzjoni unika, l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni għandhom ir-responsabbiltà prinċipali għas-superviżjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-Komunità u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-aspetti esterni tas-suq intern, għall-politika kummerċjali komuni u tal-politiki l-oħra dwar il-kummerċ u s-sigurtà tal-katina sħiħa tal-loġistika. |
|
3.3 |
Il-KESE enfasizza li "unjoni doganali effiċjenti tkun ‘conditio sine qua non’ tal-proċess tal-integrazzjoni Ewropea, sabiex tiġi żgurata ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija effiċjenti, sikura u trasparenti, bl-ikbar ħarsien tal-konsumatur u l-ambjent u ġlieda effikaċi u konsistenti kontra l-frodi u l-kuntrabandu fit-territorju kollu tal-Unjoni" (5) u rrakkomanda politika doganali unika, abbażi ta' proċeduri uniformi, trasparenti, effikaċi u ssemplifikati. |
|
3.4 |
Għalkemm huwa bbażat fuq leġislazzjoni u politika komuni, il-funzjonament operattiv tal-unjoni doganali huwa kumpless u għadu qed jiġi implimentat minn 27 amministrazzjoni differenti fl-UE, liema ħaġa titlob taħlita ta' fatturi umani, tekniċi u finanzjarji f'livelli differenti, kemm għall-applikazzjoni tal-proċeduri biex il-merkanzija tinħareġ mid-dwana u l-proċeduri ta' kontroll, kif ukoll fil-ġestjoni u l-ipproċessar tad-data, tal-operaturi ekonomiċi, tal-ġestjoni tal-livelli differenti ta' riskju, marbutin mal-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija u mas-sigurtà tal-katina tal-provvista. |
|
3.5 |
Il-KESE jenfasizza li jeħtieġ li jiġi evitat li l-Istati Membri jsibu ruħhom daharhom mal-ħajt meta jiġu biex japplikaw il-leġislazzjoni doganali sabiex ikunu jistgħu jibqgħu jikkunsidraw il-volum tal-flussi kummerċjali kkonċernati. F'dan ir-rigward, il-KESE huwa tal-fehma li l-Istati Membri żiedu l-miżuri biex jiffaċilitaw il-kummerċ: formalitajiet mingħajr l-użu ta' karti, proċeduri ssemplifikati u l-implimentazzjoni tal-istatus ta' operatur awtorizzat. |
|
3.6 |
Kwalunkwe armonizzazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-"aħjar prattiki" u mhux fuq livell medju Ewropew. |
|
3.7 |
Jekk l-għan huwa li jiġu razzjonalizzati l-ispejjeż u li l-ħidma tkun orjentata lejn il-ksib ta' riżultati – anke mil-lat ta' dħul f'dak li jirrigwarda l-aspett finanzjarju – u jkun hemm progress konkret, il-KESE huwa tal-fehma li l-kontrolli għandhom isiru mhux fuq metodoloġija bbażata fuq operazzjonijiet individwali iżda fuq "metodoloġija sistemika" msejsa fuq valutazzjoni tar-riskji. |
4. Il-ġestjoni tar-riskju tal-katina tal-provvista
|
4.1 |
Fid-dawl ta' flussi kummerċjali li qed jiżdiedu kontinwament, mudelli ġodda dejjem iżjed kumplessi u b'ritmi dejjem iżjed mgħaġġla, il-funzjonament operattiv tal-unjoni doganali huwa soġġett għal pressjonijiet li kulma jmur qed jikbru, meta wieħed iqis iż-żieda rapida fil-kompiti li jridu jsiru u l-aspettattivi tal-partijiet interessati. Il-modernizzazzjoni tal-funzjonijiet operattivi, fi ħdan ambjent doganali elettroniku, tfisser:
|
|
4.2 |
Sabiex jinkisbu strateġiji komuni effettivi għall-analiżi, il-kontroll u l-ġestjoni tar-riskju, tinħtieġ bidla kulturali fi ħdan l-amministrazzjonijiet ikkonċernati kollha lejn għanijiet strateġiċi u metodoloġiji komuni, f'qafas ta' ġestjoni konġunta tar-riskju ma' aġenziji u msieħba internazzjonali oħra, b'mod partikolari mil-lat tas-sigurtà, is-saħħa u l-ambjent. |
|
4.3 |
B'mod partikolari, ġestjoni effettiva tar-riskju titlob kooperazzjoni iżjed mill-qrib bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq, fil-livell nazzjonali u tal-UE. Mingħajr din il-kooperazzjoni, ikun hemm ostakli serji għall-iżvilupp ta' kriterji komuni u profili speċifiċi marbutin mar-riskju. |
|
4.4 |
L-introduzzjoni ta' approċċ komuni għall-ġestjoni tar-riskju, fil-punti tad-dħul u l-ħruġ, għandha tikkunsidra l-fatt li, attwalment, 'il fuq minn 60 att legali (6) jiddelegaw ir-responsabbiltà ta' kontroll lid-dwani, filwaqt li l-awtoritajiet ta' sorveljanza jiġu ddelegati katina ta' proċessi interdipendenti, li jvarjaw minn spezzjonijiet, kampjunar, testijiet fil-laboratorju u l-interpretar tar-riżultati sal-valutazzjoni tar-riskji, u miżuri korrettivi u sanzjonijiet bil-għan li titjieb is-sigurtà tal-prodotti li jiċċirkolaw fis-suq, kif previst fl-Atti I (7) u II (8) dwar is-Suq Uniku. |
|
4.5 |
Il-metodoloġiji ta' valutazzjoni tar-riskji għandhom jiltaqgħu flimkien fi ħdan pjattaforma sistemika komuni – fost affarijiet oħra, permezz tal-gruppi ta' kooperazzjoni amministrattiva – li tkun tħaddan l-awtoritajiet doganali u dawk responsabbli għas-sorveljanza tas-suq fil-livelli differenti, biex b'hekk ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenzi miksuba fil-bażijiet tad-data differenti li huma attivi fl-oqsma differenti. |
|
4.6 |
L-awtoritajiet doganali u dawk responsabbli għas-sorveljanza tas-suq għandhom jiġbru flimkien ir-riżorsi u l-ħiliet disponibbli sabiex "japplikaw metodi faċli għall-SMEs" (9) fost affarijiet oħra, permezz tal-implimentazzjoni tal-linji gwida min-naħa taż-żewġ awtoritajiet li huma, billi jsaħħu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni, l-iskambju tal-informazzjoni u l-attivitajiet konġunti, bil-għan li jkun hemm ġestjoni mmirata tal-kunsinji li jinvolvu riskji kbar ta' sigurtà. |
5. Ir-rwol tas-sħubija bejn id-dwani, l-operaturi kummerċjali u t-trasportaturi
|
5.1 |
Ir-rwol tas-sħubija bejn l-awtoritajiet doganali, l-operaturi kummerċjali u t-trasportaturi hija fundamentali biex tiggarantixxi l-integrità tal-katina tal-provvista, fl-interess taċ-ċittadini, l-inrtrapriżi u l-amministrazzjoni pubblika. |
|
5.2 |
Sħubija ta' din ix-xorta għandha tkun ibbażata fuq mekkaniżmi sodi ta' fiduċja reċiproka, li tinvolvi:
|
|
5.3 |
Il-limitazzjoni tal-kontrolli indiskreti diġà tinsab fost id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Kyoto dwar is-Semplifikazzjoni u l-Armonizzazzjoni tal-Proċeduri Doganali (riveduta) tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) (10), u tidher ukoll fin-negozjati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-iffaċilitar tal-kummerċ (11), minkejja t-tentazzjoni li jissaħħu l-kontrolli sistematiċi, speċjalment wara l-avvenimenti tal-11 ta' Settembru 2001. |
|
5.4 |
Jeħtieġ li tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tal-flussi tal-informazzjoni u jingħelbu d-diffikultajiet marbutin mad-differenzi fil-kapaċitajiet tal-ġestjoni tar-riskju bejn l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat livell uniformi ta' ġestjoni u analiżi elettronika tar-riskji: il-bażi ta' dan għadu l-iżvilupp ta' kultura komuni Ewropea tal-ġestjoni tar-riskju u tas-sigurtà tal-provvista. |
6. It-teknoloġiji l-ġodda: l-interoperabbiltà tas-sistemi u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni
|
6.1 |
Il-programmi pluriennali tal-UE fil-qasam tar-R&Ż – b'mod partikolari s-Seba' Programm Qafas, iżda anke l-IDABC (12) u l-ISA (13) għall-interoperabbiltà tal-amministrazzjonijiet pubbliċi – huma s-sisien għall-iżvilupp ta' għadd ta' proġetti komuni fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju, bi strumenti ġodda li kapaċi jevitaw proċessi u dominji nazzjonali tal-infrastruttura u tal-applikazzjonijiet tal-IT, li jvarjaw b'mod sostanzjali minn Stat Membru għal ieħor. |
|
6.2 |
Huwa essenzjali li l-isforzi ta' innovazzjoni u ta' R&Ż fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju u tas-sigurtà tal-katina tal-provvista jkunu kkoordinati fl-UE biex jiġu żgurati t-tixrid u l-kummerċjalizzazzjoni tat-teknoloġija. B'mod partikolari, il-proġetti ta' dimostrazzjoni tat-tip "prova tal-kunċett" (l-hekk imsejjaħ POC bl-Ingliż) u l-linji pilota ta' manifattura huma l-prerekwiżiti għat-tixrid tat-teknoloġiji fuq skala industrijali. Is-sħubijiet pubbliċi-privati jistgħu jiffinanzjaw dawn l-inizjattivi permezz tal-fondi strutturali jew fil-qafas tal-Orizzont 2020 u permezz ta' programmi oħra tal-UE. |
7. Kooperazzjoni u koordinazzjoni strutturati u sistematiċi bejn id-dwani u awtoritajiet oħra
|
7.1 |
Il-KESE diġà kellu l-okkażjoni jenfasizza, anke dan l-aħħar, il-bżonn ta' "kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn l-amministrazzjonijiet doganali, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-aġenziji Ewropej, sabiex ikun hemm kontroll ikbar fuq il-kwalità tal-prodotti li jaqsmu l-fruntieri" (14), u saħaq fuq il-bżonn li tingħata informazzjoni adegwata u taħriġ konġunt. |
|
7.2 |
Skont il-Kummissjoni, "Fil-livell tal-UE, ġabra mtejba tal-kapaċità u r-riżorsi tal-Istati Membri hija meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-ġestjoni tar-riskju tal-UE b’mod aktar effettiv f’kull punt tal-fruntiera esterna" anke permezz tal-"varar f’ħin reali ta’ magna tar-riskju elettroniku" biex b'hekk jissaħħu l-kapaċitajiet fil-livell tal-Unjoni. |
|
7.3 |
Fil-fehma tal-KESE, il-kwistjoni tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskji tirrappreżenta wieħed mill-punti ewlenin tal-proposta tal-Kummissjoni, mhux biss fil-livell tal-koordinazjoni sistemika tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, iżda wkoll fil-livell tal-Komunità nnifisha, bejn id-direttorati ġenerali u l-aġenziji operattivi differenti. |
8. Kummenti ġenerali
|
8.1 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li tiżgura l-effettività u l-effiċjenza tal-ġestjoni tar-riskju u tal-movimenti tal-merkanzija minn naħa għal oħra tal-fruntieri tal-UE, permezz ta' strateġija komuni f'diversi livelli biex jiġu identifikati t-tip u l-livell tar-riskju u l-firxa tar-risposti possibbli, fi ħdan qafas Ewropew ta' koordinazzjoni bejn il-korpi differenti, abbażi ta' approċċ uniformi u kriterji kondiviżi u definiti minn qabel. |
|
8.2 |
Il-KESE huwa konvint mill-bżonn li jiġi ċentralizzat il-proċess ta' żdoganar elettroniku (electronic clearance), billi l-Kummissjoni tiġi attrezzata b'sistemi adatti tal-IT għal ġestjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, abbażi ta' netwerk ta' bażijiet tad-data interoperattivi u permezz tal-użu sistematiku ta' metodi ta' ħidma standardizzati, li jħarsu s-sistema mir-riskju ta' dumping sanitarju, ambjentali u soċjali, fir-rigward tal-ħaddiema, il-konsumaturi u l-intrapriżi. |
|
8.3 |
Fil-fehma tal-KESE, huwa fundamentali li jiżdiedu l-kapaċitajiet doganali sabiex, fi kwalunkwe punt tat-territorju Ewropew, jiġi garantit livell ekwivalenti tal-ġestjoni tar-riskju, skont kriterji komuni u mhux ambigwi, verifikati permezz ta' sistema unika ta' assigurazzjoni u kwalità u ssorveljati, flimkien ma' sanzjonijiet għat-trasgressuri. |
|
8.4 |
Il-KESE huwa tal-fehma li din il-kwistjoni bi dritt tagħmel parti mill-ambitu tal-pjan pluriennali għas-sorveljanza tas-suq, li jiddefinixxi 20 azzjoni (15) konkreta, li għandhom jiġu implimentati sal-2015, b'enfasi partikolari fir-rigward:
|
|
8.5 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-ġestjoni tal-kontrolli doganali u dik tas-sorveljanza tas-suq ma jistgħux jiġu ttrattati separatament, u li d-definizzjoni ta' approċċ komuni fil-livell Ewropew għandha tiġi kkunsidrata b'mod konġunt, flimkien mal-interoperabbiltà sħiħa tal-istrumenti ta' analiżi, ġbir u tfassil tad-data fin-netwerk min-naħa tal-awtoritajiet differenti involuti. |
|
8.6 |
Il-KESE huwa favur sistema ta' appoġġ li ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Istati Membri fil-ġestjoni tar-riskju, bil-għan li jiġu żgurati standards uniformi ta' kwalità tajba, permezz ta' mekkaniżmu Komunitarju ta' verifika, kontroll, monitoraġġ u sanzjonar, iżda wkoll permezz ta' sforz ikbar min-naħa tal-UE b'rabta mat-taħriġ tal-professjonijiet bi kwalifiki għoljin, li huma meħtieġa l-iżjed fejn l-impenn u l-ispejjeż huma iżjed għoljin, pereżempju fil-fruntieri taż-żona Schengen. |
|
8.7 |
F'dan ir-rigward, il-KESE jitlob li jissaħħu l-azzjonijiet Komunitarji għall-iżvilupp ta' riżorsi umani kwalifikati u għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ġestjonali, fost affarijiet oħra permezz tat-twaqqif ta' task force komuni li jipprovdi appoġġ doganali, li jiggarantixxi intervent f'waqtu meta jinqalgħu sitwazzjonijiet diffiċli. |
|
8.8 |
Bil-għan li jiġu żgurati standards komuni ċari u koerenti fis-suq uniku kollu, għall-istess livelli ta' sigurtà, il-KESE jitlob bil-qawwa kooperazzjoni iżjed mill-qrib u kondiviżjoni ikbar tal-informazzjoni – abbażi ta' standards komuni ta' livell għoli – bejn l-amministrazzjonijiet doganali, l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-suq, id-dipartimenti tal-Kummissjoni u l-aġenziji Ewropej, bil-għan li jkun hemm kontroll ikbar tal-kwalità tal-beni li jaqsmu l-fruntieri. |
|
8.9 |
Il-KESE japprova l-konklużjonijiet tal-Kunsill "Progress fuq l-Istrateġija għall-Evoluzzjoni tal-Unjoni Doganali" (16) f'dak li jirrigwarda t-titjib tal-governanza tal-unjoni doganali, it-tisħiħ tal-abbiltà tagħha li tkejjel l-impatt proprju tagħha u tippromovi aktar l-applikazzjoni uniformi tal-leġislazzjoni doganali, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-aġenziji l-oħra u, fuq kollox, l-adozzjoni ta' "approċċ aktar komprensiv tal-katina tal-provvista internazzjonali", l-iffaċilitar tal-kummerċ u l-forniment ta' "benefiċċji reali u tanġibbli lill-operaturi ekonomiċi awtorizzati". |
Brussell, 10 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) ĠU C 110,30.4.2004, p. 72(mhux disponibbli bil-Malti).
(2) GU C 229, 31.7.2012, p. 68.
(3) COM(2012) 791 final.
(4) COM(2012) 791 final.
(5) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 68.
(6) Anness II ta' SEC(2011) 1317 final – Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja d-dokument "Programm ta’ azzjoni għad-dwana u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (FISCUS)" (mhux disponibbli bil-Malti).
(7) COM(2011) 206 final.
(8) COM(2012) 573 final.
(9) COM(2013) 76 final, Azzjoni 9.
(10) WCO 2003.
(11) Artiikolu VIII tal-GATT (Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ), li għandu l-għan li jillimita l-proċeduri meħtieġa għall-operazzjonijiet marbutin mal-importazzjoni u l-esportazzjoni.
(12) Interoperable Delivery of Pan-European e-Government Services to Public Administrations, Businesses and Citizens. Il-programm IDABC jikkontribwixxi għall-inizjattiva i2010 li għandha l-għan li timmodernizza s-settur pubbliku Ewropew.
(13) Interoperability Solutions for European Public Administrations Program 2010–15.
(14) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 68.
(15) COM(2013) 76 final.
(16) ĠU C 80, 19.3.2013, p. 11.
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/20 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta' Azzjoni Ewropew għas-Settur tal-Konsumaturi”
COM(2013) 36 final
2013/C 327/05
Relatur: is-Sinjura RONDINELLI
Nhar it-18 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Pjan ta' Azzjoni Ewropew għas-Settur tal-Konsumaturi
COM(2013) 36 final.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-27 ta’ Ġunju 2013.
Matul l-491sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-10 ta’ Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’174 vot favur, vot 1 kontra u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-approċċ olistiku tal-Pjan ta' Azzjoni u diġà esprima l-opinjoni tiegħu dwar bosta mill-11-il azzjoni proposti li madankollu jeħtieġu żminijiet u appoġġi – anki ekonomiċi – differenti biex jitwettqu. |
|
1.2 |
Il-KESE huwa tal-fehma li wħud mill-azzjonijiet qegħdin fil-periklu li jiġu injorati jew ma jitwettqux kompletament minħabba li ma jitqisux ir-riperkussjonijiet li qed ikollha l-kriżi fuq is-settur, bħal fil-pajjiżi l-aktar milquta mill-awsterità. |
|
1.3 |
Jirrakkomanda li fl-implimentazzjoni tal-Pjan titqies u tiġi valorizzata d-diversità, li ta' spiss timmanifesta ruħha fil-għamla ta' SMEs u mikrointrapriżi. |
|
1.4 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li jitwaqqaf grupp permanenti għall-kompetittività tal-kummerċ bl-imnut u jispera li jkunu jistgħu jagħmlu parti minnu l-imsieħba soċjali Ewropej, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-SMEs. |
|
1.5 |
Il-KESE jirrakkomanda li informazzjoni rilevanti u ta' min joqgħod fuqha ma tkunx biss disponibbli iżda realment magħrufa mill-konsumatur, f'forma ta' spjegazzjoni li tkun fil-qosor u faċilment tinftiehem (mhux teknika jew legali). |
|
1.6 |
Jirrakkomanda wkoll li jiġu stimolati l-Istati Membri sabiex jiddefinixxu liema forom ta' kummerċ bl-imnut jistgħu jiġu inklużi fl-interessi ġenerali (soċjali u kulturali), imsemmija fid-Direttiva dwar is-Servizzi. |
|
1.7 |
Il-KESE jitlob li l-intrapriżi jiġu stimolati biex jintegraw il-kummerċ onlajn u offlajn, li sal-lum f'ħafna każi għadhom għażliet alternattivi, anki fil-prospettiva li jiġu solvuti problemi li għandhom x'jaqsmu mal-ħinijiet u l-ġranet tal-ftuħ/għeluq tal-ħwienet. |
|
1.8 |
Il-konċentrazzjoni eċċessiva tad-distribuzzjoni kummerċjali toħloq diversi problemi, fosthom diffikultà oġġettiva biex tinħoloq kompetizzjoni ġenwina. |
|
1.9 |
L-istess kif għamel f'Opinjoni preċedenti, il-KESE jipproponi li l-problema tal-abbuż fl-iffissar tal-prezzijiet tat-trasferiment, li jippermetti li l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet jiġu stabbiliti fi ħdan l-istess grupp ta' intrapriżi abbażi ta' parametri ta' valutazzjoni li jiddependu mill-esiġenzi fiskali tal-grupp ikkonċernat u mhux mill-kundizzjonijiet normali prevalenti fis-suq, tiġi indirizzata fil-livell Ewropew (1). |
|
1.10 |
Il-KESE jirrakkomanda li titkompla s-sostenibbiltà tal-kummerċ u t-tnaqqis tal-ħela anki billi jkun hemm preferenza għat-tixrid tas-sistema ta' bejgħ mingħajr imballaġġ, li tnaqqas l-imballaġġ li jżid fit-tniġġis. |
|
1.11 |
Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-innovazzjonijiet u l-bidliet b'mod attiv, bl-istrumenti kollha li għandha peress li l-kompetizzjoni hija kundizzjoni tal-bidla u mhux element ta' attivazzjoni. |
|
1.12 |
Għall-KESE huwa fundamentali li jkun hemm tqabbil bejn il-professjonalità mitluba u l-kompetenzi tal-ħaddiema u jemmen li l-involviment tal-intrapriżi m'għandux ikun limitat għall-kontenut tat-taħriġ iżda jkun anki permezz ta' investimenti mmirati. |
|
1.13 |
Abbażi tal-esperjenza tal-"European Skills Council for commerce", il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri biex iwaqqfu korpi bilaterali bejn l-imsieħba soċjali għall-iżvilupp tat-taħriġ professjonali (tqabbil tal-kompetenzi, skemi ta' taħriġ, finanzjament, identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tat-taħriġ, twettiq u feedback dwar it-taħriġ). |
|
1.14 |
Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tniedi djalogu mal-partijiet interessati kollha sabiex jiġu definiti, fil-livell tal-UE, miżuri effikaċi għall-ġlieda kontra l-ekonomija informali u x-xogħol mhux iddikjarat. Jispera li jkun hemm rieda politika qawwija min-naħa tal-Istati Membri li l-Kummissjoni tkun tista' tikkoordina permezz ta' sħubija msaħħa. |
2. It-twettiq ta' suq intern għad-distribuzzjoni kummerċjali
|
2.1 |
Sabiex jitwettaq is-suq intern tad-distribuzzjoni kummerċjali, fl-ambitu tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Pjan ta' Azzjoni jipproponi pjan direzzjonali ta' 5 prijoritajiet u 11-il azzjoni li jridu jitwettqu sal-2014. Il-Kummissjoni ser tkun responsabbli mill-monitoraġġ u fl-2015 ser tippreżenta rapport dwar il-progress miksub. |
|
2.2 |
Fl-UE, id-distribuzzjoni kummerċjali għandha rwol essenzjali sabiex jiġi stimolat it-tkabbir, il-ħolqien ta' impjiegi u mudelli ta' konsum innovattivi u aktar sostenibbli. Is-settur jirrappreżenta 11 % tal-PDG u kważi 15 % tal-impjiegi, ekwivalenti għal madwar 36 miljun ta' impjegati f'iktar minn 6 miljun intrapriża, u għal 29 % tal-intrapriżi kollha, li minnhom persentaġġ għoli huwa SMEs u mikrointrapriżi. |
|
2.3 |
Il-pjan juri kif id-distribuzzjoni kummerċjali hija dejjem aktar integrata mas-setturi ekonomiċi l-oħra u li d-distinzjoni bejniethom hija dejjem anqas evidenti. Juri kif jeżistu ostakli li jimpedixxu l-ħolqien ta' suq intern tad-distribuzzjoni kummerċjali effiċjenti, kompetittiv u integrat. Għaldaqstant jeħtieġ li jitjiebu l-kompetittività u l-produttività tas-settur u jissaħħu wkoll ir-riżultati ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu, filwaqt li titqies id-diversità b'mod ġenerali u s-sitwazzjoni tal-SMEs u l-mikrointrapriżi b'mod partikolari. |
|
2.4 |
Il-KESE juri kif, minkejja l-proċess ta' modernizzazzjoni tas-settur f'dawn l-aħħar 20 sena, ħafna SMEs kummerċjali f'dan il-perjodu qed imutu, mhux biss minħabba raġunijiet marbuta mal-kompetizzjoni ikbar tal-prezzijiet u mat-tnaqqis tal-marġni ta' profitt, iżda wkoll minħabba l-kriżi ekonomika li ħolqot tnaqqis rilevanti fil-konsum u inklinazzjoni iktar dgħajfa lejn ix-xiri. |
|
2.5 |
Il-kriżi finanzjarja, iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-esiġenza għal sostenibbiltà akbar u l-innovazzjoni teknoloġika (eż. pagamenti elettroniċi, "self scanning") qed ibiddlu ħafna l-proċessi u l-mudelli tan-negozju kemm tad-distribuzzjoni organizzata kbira kif ukoll tal-SMEs. |
|
2.6 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li jitwaqqaf grupp permanenti għall-kompetittività tal-kummerċ bl-imnut (Stati Membri, partijiet interessati, SMEs) bil-għan li l-problemi tas-settur jitqiegħdu fiċ-ċentru tad-dibattitu politiku Ewropew, jiġu individwati l-mezzi għall-iżvilupp, jiġi monitorjat il-progress imwettaq u jiġu formulati rakkomandazzjonijiet. Il-KESE jitlob biex il-partijiet soċjali Ewropej tas-settur (UNI-Europa Commerce u Eurocommerce), li ilhom minn tmiem is-snin 80 li niedu djalogu soċjali kostruttiv, ikunu jagħmlu parti minn dal-grupp, bħala rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-SMEs. |
|
2.7 |
Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistimolaw u jiffavorixxu l-forom ekwi u bilanċjati kollha ta' kollaborazzjoni u assoċjazzjoni kummerċjali fost l-attivitajiet kummerċjali indipendenti u fost l-intrapriżi l-kbar tad-distribuzzjoni u dawk indipendenti fuq bażi kuntrattwali b'garanziji ċari u bilanċjati. |
3. Aktar drittijiet għall-konsumaturi (azzjonijiet 1 u 2)
|
3.1 |
Id-drittijiet huma drittijiet meta dawn jiġu eżerċitati għax ikunu magħrufa. L-informazzjoni mhijiex ekwivalenti għal konoxxenza, li hija l-ewwel dritt tal-konsumaturi sabiex ikunu jistgħu jixtru liberament għall-benessri u l-konvenjenza individwali jew kollettiva. Illum, ħafna mill-għażliet ta' xiri huma akkumpanjati minn kwantità oġġettivament vasta ta' informazzjoni disponibbli. |
|
3.2 |
Attwalment waħda mill-akbar problemi tas-settur hija l-kummerċjalizzar tad-distribuzzjoni kbira li jibbaża kważi esklużivament fuq il-prezz tal-bejgħ għall-konsumatur u jittraskura r-relazzjoni bejn il-kwalità u l-prezz. F'ħafna Stati Membri, ir-riżultat huwa tnaqqis fil-kwalità tal-prodotti alimentari, anki minħabba s-sostituzzjoni tal-ingredjenti naturali b'sustanzi ta' sostituzzjoni. Dan il-fenomenu jnaqqas l-għażla tal-konsumaturi, li ta' spiss ikunu lesti li jħallsu iktar għal prodott ta' kwalità iżda ma jsibuhx offrut. |
|
3.3 |
L-għarfien dwar il-karatteristiċi tal-prodotti jippermetti liċ-ċittadini jwettqu xiri infurmat, u jistimola l-provvista lejn il-kwalità, id-diversifikazzjoni u s-servizz. Iżda li jkollok iktar informazzjoni ma tfissirx awtomatikament li ser ikollok aktar għarfien; anzi, f'ħafna każijiet huwa proprju l-kuntrarju: meta jiffaċċja tant informazzjoni, ta' spiss il-konsumatur jagħżel li ma jaqrahiex, minħabba nuqqas ta' ħin u lingwaġġ wisq tekniku u ma tantx jinftiehem. |
|
3.4 |
Apparti milli tħejji linji gwida dwar prattiki tajba u kodiċi ta' kondotta (azzjoni 1) (2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi strumenti effikaċi u vinkolanti sabiex il-produtturi u d-distributuri jagħmluha aktar faċli biex il-konsumaturi jsiru jafu dwar dawk il-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi u l-prezzijiet tagħhom li huma essenzjali għal skopijiet soċjali, ambjentali, territorjali u ekonomiċi oħra. Barra minn hekk, l-informazzjoni kollha meħtieġa għandha tkun disponibbli fil-qosor u b'mod li faċilment tinftiehem. B'hekk ikunu jistgħu jiddeċiedu liberament jekk jagħtux importanza lil waħda jew l-oħra minn dawn il-karatteristiċi u mhux jibbażaw biss fuq l-aspett kummerċjali. |
|
3.5 |
Is-sistema tal-provvista tiġġenera ħafna għarfien utli għall-konsumatur sabiex iwettaq l-għażliet tiegħu, iżda tikkonċentra l-iktar fuq l-aspetti tal-prodott marbuta max-xiri u l-użu tal-bidu, u b'hekk tiffoka fuq is-sodisfazzjon inizjali u tittraskura l-fażijiet l-oħra tal-prodott (kemm jista' jiġi riċiklat l-imballaġġ, it-tul tal-prestazzjoni tal-prodott, jekk humiex disponibbli assistenza u spare parts, il-valur tiegħu meta eventwalment jerġa' jinbiegħ bħala użat, servizzi ta' wara x-xiri). |
|
3.6 |
Barra milli tipproponi metodoloġiji għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-impatt kumplessiv tal-prodotti u l-organizzazzjonijiet (azzjoni 2) (3), tajjeb jekk il-Kummissjoni tieħu f'idejha l-kompitu li tissupplementa l-għarfien li bih il-konsumaturi jiffurmaw l-għażliet tagħhom dwar ix-xiri (4). B'hekk, l-implimentazzjoni tal-azzjoni għandha tipprovdi indikazzjonijiet ċari dwar:
|
|
3.7 |
Għaldaqstant il-KESE jipproponi li din l-azzjoni titwettaq b'mod effikaċi u realistiku għal protezzjoni akbar tal-konsumaturi kif ukoll tal-intrapriżi, partikolarment l-SMEs, sabiex ikun żgurat li jkunu jafu jimplimentawha fil-prattika. |
4. Aċċess għal servizzi tal-bejgħ bl-imnut aktar kompetittivi (azzjonijiet 3, 4 u 5)
|
4.1 |
Fil-projbizzjoni tal-impożizzjoni ta' konformità ta' ċerti rekwiżiti, id-Direttiva dwar is-Servizzi tispeċifika li "il-projbizzjoni ma għandhiex tikkonċerna rekwiżiti ta’ ippjanar li ma jsegwux għanijiet ekonomiċi iżda jservu raġunijiet aktar importanti li għandhom x'jaqsmu mal-interess pubbliku", u li "din id-direttiva ma taffettwax id-dritt tal-Istati Membri li, fi qbil mar-regoli Komunitarji, jistabbilixxu liema servizzi jqisuhom ta' interess ekonomiku ġenerali". Fost ir-"raġunijiet aktar importanti li għandhom x'jaqsmu mal-interess pubbliku", id-Direttiva telenka b'mod ċar "il-konservazzjoni tal-wirt storiku u artistiku nazzjonali; l-objettivi tal-politika soċjali u l-objettivi tal-politika kulturali". |
|
4.2 |
Hemm forom ta' kummerċ ta' bejgħ bl-imnut li huma karatteristiċi tal-kultura u tal-istili ta' ħajja lokali. Dawn il-forom – u dawn biss – għandhom ikunu jistgħu jikkompetu f'sistema ta' negozji simili, li tfittex li tikseb titjib kontinwu fil-kwalità u l-effiċjenza fl-interess tal-konsumaturi. L-esponiment ta' dawn l-attivitajiet kummerċjali għall-imġiba aggressiva min-naħa tal-organizzazzjonijiet kbar tista' twassal biex jitwettqu, fuq medja qasira ta' żmien, il-prinċipji tas-suq ħieles, iżda probabbilment din tirriżulta f'telfien ta' wirt kulturali u ta' stil ta' ħajja li diffiċli jerġgħu jiġu rkuprati, u b'hekk jiddgħajfu l-komunità u l-lokalità anki mil-lat ekonomiku. |
|
4.3 |
Il-kompetizzjoni wasslet biex l-attivitajiet kummerċjali tal-bejgħ bl-imnut itejbu l-kwalità tas-servizzi tagħhom kif ukoll l-effiċjenza produttiva tagħhom. Huwa essenzjali li l-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn kompetizzjoni kostruttiva bejn intrapriżi simili, li tistimola r-riċerka għal titjib kontinwu tal-kwalità u l-effiċjenza fl-interess tal-konsumaturi, u forom oħra ta' kunflitt ekonomiku u kummerċjali bejn l-intrapriżi. |
|
4.4 |
Għaldaqstant huwa importanti li żona jkollha kompetizzjoni kostruttiva fost l-intrapriżi tas-settur, indipendentament mid-daqs tagħhom, mhux bħala oppressjoni iżda kapaċità li intrapriża tkun ta' xprun għal oħra f'ċirku virtwuż. Dan ifisser servizzi aħjar, iktar diversifikazzjoni, strutturi aktar komdi, prezzijiet aktar vantaġġjużi, u identità tal-komunità lokali. |
|
4.5 |
Fejn is-saħħa ekonomika tal-ktajjen il-kbar iddgħajjef il-ħwienet tradizzjonali, tajjeb li nagħrfu li dan huwa ta' ħsara għaliex ikisser wirt kulturali u stil ta' ħajja kif ukoll il-fibra lokali u territorjali ekonomika u soċjali li huma karatteristiċi ta' dak it-territorju u ta' dik il-komunità, li l-valur tagħhom, għaldaqstant, jittraxxendi s-sempliċi konvenjenza ta' għażla u prezzijiet għall-konsumatur. |
|
4.6 |
Fir-rigward tal-azzjonijiet 3 u 4, il-Kummissjoni, b'konformità mad-Direttiva dwar is-Servizzi, għandha tistimola l-Istati Membri biex jivvalutaw jekk u liema forom ta' kummerċ tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jwettqu dawk l-objettivi ta' politika soċjali u kulturali. Għaldaqstant għandha tistimola l-inklużjoni tal-kummerċ tal-bejgħ bl-imnut lokali, tradizzjonali u indipendenti fl-interessi ġenerali, fejn dan jiġi espress f'forom li huma l-espressjoni tat-territorju u jirnexxilu jinterpreta l-karatteristiċi tiegħu. Madankollu, jeħtieġ bix-xieraq li jiġi evitat li l-interessi lokali jkunu ppreżentati b'mod qarrieqi bħala interessi ġenerali tal-komunità, bħalma huma l-ambjent u l-użu tal-art. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tindika bl-aktar mod ċar liema huma l-interessi ġenerali aċċettabbli ta' territorju, saħansitra għandha tistaqsi kull reġjun/territorju biex huwa stess jistabbilixxi lista ta' tliet interessi prijoritarji f'ordni ta' importanza li għandha tintuża fil-valutazzjoni ta' stabbilimenti kummerċjali ġodda. |
|
4.7 |
Il-kummerċ tal-bejgħ bl-imnut onlajn ma jistax jissostitwixxi dak fiżiku, iżda ż-żewġ mudelli għandhom isibu forom ta' integrazzjoni, l-aktar minħabba li l-kummerċ tal-bejgħ bl-imnut jaqdi funzjoni soċjali essenzjali, li mhuwiex biss il-forniment ta' prodotti u servizzi bl-iktar prezz baxx. |
|
4.8 |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Istati Membri f'kollaborazzjoni mal-organizzizzjonijiet tal-SMEs, tistimola taħriġ tal-SMEs dwar l-integrazzjoni ta' tipi varji ta' bejgħ li jikkomplementaw ix-xiri tradizzjonali. |
|
4.9 |
Il-potenzjal ta' żvilupp tal-kummerċ onlajn mhuwiex prevedibbli peress li jiddependi fuq kif ser jirregolawh is-swieq u l-istituzzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tniedi u tiffaċilita kull azzjoni li ser tivvalorizza s-servizzi "non-sale", jiġifieri dawk li ma jwasslux direttament għal akkwist speċifiku, ipprovduti mill-kummerċ tal-bejgħ bl-imnut offlajn. |
|
4.10 |
Illum il-ħwienet qed joffru servizzi b'xejn lill-klijenti tagħhom (pereżempju l-vetrina tippermetti windowshopping), fejn l-ispiża ta' dawn jitħallas lura mill-marġni fuq il-bejgħ. Huwa għalhekk li l-produtturi ta' spiss jiskoraġġixxu x-xiri onlajn, u jimponu lill-klijent jixtri offlajn. Iktar konsumaturi qed jużaw taħlita taż-żewġ modi ta' xiri: xiri onlajn (iqabblu l-prodotti u l-prezzijiet) u xiri offlajn (imissu l-prodott b'idejhom, jippruvaw). Il-KESE jirrakkomanda li tiġi superata din il-kompetizzjoni bejn l-onlajn u l-offlajn billi jiffavorixx l-integrazzjoni u l-valorizzazzjoni tas-servizzi mwettqa fil-ħanut tradizzjonali, peress li x-xiri fiżiku jiġġenera relazzjonijiet soċjali u reali li ma jistgħux jiġu trasformati f'relazzjonijiet diġitali. Tinħtieġ integrazzjoni mhux sostituzzjoni. |
|
4.11 |
Il-KESE juri li fil-livell tal-Istati Membri jeżisti leġislazzjonijiet differenti fil-qasam tal-ħinijiet ta' ftuħ/għeluq tan-negozji kummerċjali u tax-xogħol nhar ta' Ħadd u billejl. Barra minn hekk, dawn il-leġislazzjonijiet huma wkoll suġġett ta' diskussjonijiet f'ħafna mill-Istati, b'referenza għall-kompetizzjoni bejn l-intrapriżi indipendenti, l-SMEs u l-mikrointrapriżi u l-impatt fuq il-persunal. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex tfittex tegħleb dan l-ostaklu għall-kisba tas-suq uniku u l-mudell soċjali Ewropew, anki permezz tal-integrazzjoni tal-kummerċ onlajn/offlajn. |
5. Relazzjonijiet kummerċjali aktar korretti tul il-katina kollha ta' provvista bl-imnut (azzjoni 5) (5).
|
5.1 |
Il-KESE jemmen li s-settur tad-distribuzzjoni kummerċjali huwa wieħed mill-aktar konċentrati. Fil-fatt, f'kull Stat Membru s-suq huwa kkontrollat minn tlieta sa ħames intrapriżi, ta' spiss ta' daqs multinazzjonali. Dan joħloq problema kbira fil-livell tal-kompetizzjoni peress li s-settur sar wisq b'saħħtu fir-rigward tal-fornituri li huma ħafna iktar numerużi. |
6. L-Iżvilupp ta’ Katina tal-Provvista Aktar Sostenibbli għall-Konsumaturi (azzjonijiet 6 u 7)
|
6.1 |
Il-KESE jappoġġja l-azzjoni 6 maħsuba biex tappoġġja lid-distributuri bl-imnut fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet biex titnaqqas il-ħela fl-ikel (6) u jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni li fl-2013 tiġi adottata Komunikazzjoni dwar l-Ikel Sostenibbli. |
|
6.2 |
Il-KESE jappoġġja l-azzjoni 7 tal-Kummissjoni maħsuba "biex jagħmlu katini tal-provvista aktar favur l-ambjent u sostenibbli" permezz ta' kull prattika għat-tnaqqis tal-enerġija użata u tal-produzzjoni ta' materjali li jniġġsu. Fir-rigward tal-materjali li jniġġsu, waħda mill-prattiki li l-KESE jissuġġerixxi li tiġi promossa hija mudell għad-distribuzzjoni ta' prodotti ta' konsum ġenerali bbażat fuq ix-xiri mingħajr imballaġġ, bħala alternattiva għall-prodotti bl-imballaġġ. Sabiex din l-azzjoni – maħsuba sabiex titnaqqas il-produzzjoni tal-imballaġġ li jispiċċa għar-rimi – titwettaq b'mod konkret, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tikkonsulta l-partijiet interessati kollha. |
|
6.3 |
Din il-prattika tintuża fil-preżent f'kuntesti limitati u għal ftit prodotti, iżda din tista' tiġi estiża sew:
|
|
6.4 |
Dan il-mudell illum qed jintuża f'sitwazzjonijiet żgħar, pereżempju fil-bejgħ tal-ħalib frisk, filwaqt li pereżempju l-fjuwil għall-vetturi diġà huwa prodott distribwit fuq skala kbira ħafna bil-mudell mingħajr imballaġġ. Il-prodott innifsu mhuwiex proprjament ekoloġiku, iżda d-distribuzzjoni tiegħu ma tipproduċix gramma waħda ta' plastik u lanqas ħela. |
|
6.5 |
Dan il-mudell ser jikkostitwixxi bidla fl-istruttura tal-postijiet tal-bejgħ li jrid ikollhom pajpijiet ta' riforniment mill-maħżen għall-ixkaffa jew għallinqas sistemi għall-mili tad-dispensers. Fiż-żewġ każijiet, l-ixkaffar mhux ser jibqa' statiku u ċass. |
|
6.6 |
Sabiex ikollha possibbiltà reali ta' suċċess, din il-bidla fil-mudell għandha tiġi promossa mid-distributuri l-kbar li jiddistribwixxu l-maġġoranza tal-prodotti ta' konsum, peress li dawn għandhom il-kapaċità u r-riżorsi meħtieġa biex iniedu dan il-proċess ta' trasformazzjoni kbira. F'dan il-kuntest anki l-SMEs għandu jkollhom rwol ewlieni. |
|
6.7 |
Il-Kummissjoni tista' tgħin fit-tnedija ta' dan il-kambjament, billi tiddikjara l-valuri soċjali u ambjentali tiegħu u tuża l-istrumenti kollha – anki dawk ekonomiċi-finanzjarji – li għandha sabiex tippromovi u tiffaċilita inizjattivi u proġetti konkreti. |
7. Soluzzjonijiet aktar innovattivi (azzjonijiet 8, 9 u 10)
|
7.1 |
L-irkupru tal-ekonomija reali jiddependi wkoll fuq l-innovazzjoni (azzjoni 8) li s-settur ikun kapaċi jiżviluppa u huwa fundamentali li l-SMEs ikollhom aktar aċċess, u aktar faċilment, għall-krediti bankarji sabiex iniedu proġetti u attivitajiet innovattivi. |
|
7.2 |
B'differenza minn kif żvolġew l-affarijiet fl-Istati Uniti, huwa essenzjali li l-investimenti tan-negozju fl-innovazzjoni jiġu kkombinati mal-protezzjoni tal-ħaddiema u l-kwalità tal-impjieg. |
|
7.3 |
Il-Kummissjoni donnha qed tistenna dawn il-kambjamenti minn żieda fil-"kompetittività tas-settur tal-konsumaturi", peress li l-promozzjoni ta' din tidher bħala l-uniku għan tal-azzjonijiet proposti mill-Komunikazzjoni. Iżda filwaqt li n-nuqqas ta' kompetizzjoni huwa ostaklu għall-bidla, il-kompetizzjoni fiha nnifisha ma tiżgurax bidla. |
|
7.4 |
Il-Kummissjoni, filwaqt li tapprezza li n-negozji kummerċjali huma "multiplikaturi tal-innovazzjoni", tagħraf li l-SMEs tal-kummerċ tal-bejgħ bl-imnut, peress li huma f'kuntatt aktar dirett mal-konsumaturi, jipperċepixxu aħjar l-esiġenzi ġodda u għaldaqstant – anki peress li huma aktar flessibbli mill-intrapriżi l-kbar – jirnexxilhom jadattaw aħjar il-provvista għad-domanda varjata u li tvarja ħafna. |
|
7.5 |
Madankollu, uħud mill-bidliet fis-sistema jew mudell jeħtieġu kapaċità tal-ippjanar u – fuq kollox – saħħa kuntrattwali li jfisser li l-intrapriżi l-kbar ma jistgħux jitħallew barra. Il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz biex fil-proċessi ta' innovazzjoni u tibdil tinkludi lill-intrapriżi kollha, dawk żgħar, medji u kbar. |
|
7.6 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon bażi tad-data li tiġbor fiha r-regoli Ewropej u nazzjonali fir-rigward tat-tikkettar tal-prodotti tal-ikel (azzjoni 9) (7). |
|
7.7 |
Il-KESE jappoġġja lill-Kummissjoni sabiex tkun żgurata integrazzjoni aħjar fis-suq tal-pagamenti bil-kards, bl-internet u bil-mowbajl (azzjoni 10) (8) u jispera li din ma ddumx ma tiġi mifruxa. |
8. Ambjent tax-xogħol aħjar (azzjoni 11)
|
8.1 |
It-tqabbil tal-kompetenzi huwa fundamentali għal żieda kwalitattiva tal-impjiegi (9) fis-settur, li ta' spiss jirrappreżenta l-ewwel opportunità ta' dħul jew dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u mhux dejjem u kullimkien qed jitqies bħala settur attraenti u interessanti fejn wieħed jista' jinvesti l-ħajja professjonali tiegħu. |
|
8.2 |
Sabiex tiżdied il-kompetittività u l-produttività tal-kummerċ bl-imnut huwa fundamentali li jkun hemm korelazzjoni aktar mill-qrib bejn il-professjonalità mitluba u l-kompetenzi tal-impjegati (azzjoni 11) li għandhom jitqiegħdu fil-kundizzjoni li jtejbu l-prestazzjoni professjonali tagħhom, anki minħabba ż-żieda fil-livelli ta' awtomazzjoni. |
|
8.3 |
Il-Kummissjoni beħsiebha ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-imsieħba soċjali sabiex jittejbu l-politiki ta' taħriġ u ksib ta' kwalifiki mill-ġdid, anki permezz tal-Kunsill tal-UE dwar il-Ħiliet Settorjali. |
|
8.4 |
Minkejja l-interventi ta' innovazzjoni teknoloġika, il-produttività tas-settur għadha pjuttost baxxa u l-SMEs isibu diffikultà biex jinvestu fit-teknoloġiji ġodda, fl-innovazzjoni u fit-taħriġ professjonali tal-impjegati tagħhom. |
|
8.5 |
Madankollu, il-pjan ta' azzjoni ma jistax ma jqisx li, fl-ambitu tas-suq intern, is-settur huwa milqut minn dumping soċjali u konkorrenza inġusta fost l-intrapriżi kummerċjali, irrispettivament mid-daqs tagħhom. Dan għaliex is-sistemi ta' relazzjonijiet industrijali u s-sistemi ta' negozjar kollettiv ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor u dan joħloq mudelli diversi ta' żvilupp u politiki differenti ta' investiment. |
|
8.6 |
Fattur limitanti tal-analiżi huwa li din tirreferi biss għat-tqabbil bejn il-professjonalità mitluba u l-kompetenzi disponibbli u ma tqisx ukoll dawk il-problemi kollha li fil-preżent qed jimpedixxu l-ħolqien effettiv ta' suq intern Ewropew integrat u kompetittiv tas-settur, mil-lat ta' kundizzjonijiet tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol, salarji baxxi, il-flessibbiltà, ix-xogħol mhux sigur u r-rata għolja ta' ħaddiema indipendenti foloz. |
|
8.7 |
Il-komunikazzjoni tipproponi investiment fit-taħriġ li jkunu responsabbli għalih il-gvernijiet, l-individwi u s-sistema ta' edukazzjoni, filwaqt li tistieden lill-intrapriżi biex ikollhom rwol importanti fil-fażi ta' tħejjija tal-programmi l-ġodda ta' studju u ta' taħriġ, kif ukoll apprendistati. Il-KESE jemmen li l-involġiment tal-intrapriżi m'għandux ikun limitat biss li jiġu identifikati l-ħtiġijiet tat-taħriġ iżda għandhom jipparteċipaw b'mod attiv permezz ta' investiment immirat lejn il-kisba tal-kompetenzi mitluba (10). |
|
8.8 |
Dawn l-investimenti pubbliċi u privati, integrati bejniethom, għandhom jgħinu mhux biss liż-żgħażagħ biex jidħlu fis-suq tax-xogħol iżda wkoll lill-kategoriji li jsibu diffikultajiet kbar biex jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol (persuni li ilhom bla xogħol, ħaddiema anzjani, l-immigranti u l-persuni b'diżabbiltà). Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ħaddiema nisa li huma esposti ħafna għar-riskju ta' tkeċċija mix-xogħol minħabba proċessi ta' riorganizzazzjoni u li jsibu diffikultà kbira biex jikkonċiljaw ir-ritmi tal-ħajja ma' dawk tax-xogħol. |
|
8.9 |
It-tqabbil tal-kompetenzi u t-tisħiħ tas-sħubijiet bejn l-iskola u l-intrapriża u t-taħriġ marbut mal-apprendistat mhux ser jagħtu r-riżultati mistennija f'termini ta' mobbiltà tal-impjegati u t-tkabbir tal-produttività tas-settur jekk fl-istess ħin mhux ser nipproċedu għar-rikonoxximent fuq livell Ewropew tal-kwalifikazzjonijiet, it-taħriġ, l-apprendistati u l-kompetenzi miksuba. |
|
8.10 |
Minkejja l-isforzi li jsiru fil-livell nazzjonali, ix-xogħol mhux dikjarat jibqa' problema gravi li tqiegħed lill-intrapriżi f'kompetizzjoni inġusta bejniethom fir-rigward tal-ispejjeż tax-xogħol. Il-ħaddiema li jaqgħu fl-ekonomija informali jibqgħu esklużi mhux biss mill-koperturi tas-saħħa u tal-welfare, iżda wkoll mill-possibbiltà li jaċċedu għat-taħriġ u l-apprendistati li ovvjament ser ikollu impatt ħażin fuq l-opportunitajiet tagħhom li jiksbu kompetenzi u professjonalità. |
|
8.11 |
Għaldaqstant hija pożittiva l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tniedi djalogu mal-partijiet interessati kollha sabiex jiġi valutat l-impatt tal-ekonomija informali fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u jiġu definiti fil-livell tal-UE miżuri effikaċi kontra dan. Il-KESE huwa tal-fehma li din l-inizjattiva ser tkun ħafna iktar effikaċi fl-Istati Membri li ser jinvestu rieda politika qawwija f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tkun tista' tikkoordina permezz ta' sħubija msaħħa. |
|
8.12 |
Il-KESE jemmen li jkun essenzjali li l-miżuri għall-kontra x-xogħol mhux dikjarat u infurmali isiru tema ta' konfront kostanti bejn l-imsieħba soċjali tas-settur fl-ambitu tad-djalogu soċjali Ewropew (11). |
Brussell, 10 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) Opinjoni tal-KESE dwar "Ir-rifuġji fiskali u finanzjarji", punti 3.25 u 3.26, ĠU C 229, 31.07.2012, p. 7
(2) Ir-rapport dwar "Comparison Tools" ġie ppreżentat waqt is-Summit Ewropew tal-Konsumaturi fit-18 ta' Marzu 2013.
(3) "Nibnu s-Suq Uniku għall-Prodotti Ekoloġiċi" adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta' April 2013.
(4) Eżempji ta' informazzjoni li saret għarfien: il-post ta' oriġini tal-laħam u l-industrija tal-laħam; il-kopertura reġjonali tas-sinjal tat-telefonija bil-mowbajl; is-settur taż-0 km fl-industrija agroalimentari.
(5) Opinjoni tal-KESE dwar "Prattiki kummerċjali inġusti / katina tal-provvista" (Ara paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Opinjoni tal-KESE dwar "Il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel", relatur is-Sur Somville, ĠU C 161, 6.6.2013, p. 46.
(7) ĠU C 198, 10.07.2013, p. 77 u ĠU C 204, 09.08.2008, p. 47.
(8) GU C 351, 15.11.2012, p. 52.
(9) 32 % tal-impjegati mhumiex kwalifikati, jew huma kwalifikati parzjalment, meta mqabbla mal-medja ta' 27 %; 15 % tal-impjegati fis-settur għandhom inqas minn 24 sena, meta mqabbla mal-medja ta' 9 %; 60 % tal-impjegati huma nisa.
(10) F'ċerti pajjiżi, bħal pereżempju l-Italja u Franza, ġew żviluppati esperjenzi sinifikanti permezz tal-fondi interprofessjonali għat-taħriġ fil-kuntest ta' korpi bilaterali jew kummissjonijiet konġunti.
(11) Opinjoni konġunta bejn l-UNI-Europa Commerce u l-Eurocommerce tal-24 ta' April 2012.
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/26 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Green Paper dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista alimentari u mhux alimentari minn negozju għal negozju fl-Ewropa”
COM(2013) 37 final
2013/C 327/06
Relatur: is-Sur ŠARMÍR
Nhar it-18 ta' Marzu 2013 il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Green Paper dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista alimentari u mhux alimentari minn negozju għal negozju fl-Ewropa
COM(2013) 37 final.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-27 ta' Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-11 ta’ Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’140 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 9 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jieħu nota tal-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta' dan il-Green Paper u jaħseb li jirrifletti bidla pożittiva u ċara fl-approċċ tal-Kummissjoni għal prattiki kummerċjali inġusti (UTPs). |
|
1.2 |
Il-KESE jqis l-użu ta' prattiki kummerċjali inġusti bħala mhux biss "inġusti" jew "mhux etiċi" iżda wkoll li jmorru kontra l-prinċipji legali fundamentali u kontra l-interess tal-provvista u d-domanda. Peress li dan ifisser, bħala fatt, l-abbuż ta' pożizzjoni fis-suq aktar b'saħħitha b'mod sinifikanti, nirrakkomandaw l-użu tat-terminu "prattiki kummerċjali abbużivi", li jintuża ta' spiss bil-Franċiż u bl-Ingliż, pereżempju. |
|
1.3 |
Il-Kumitat iqis li fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-wisgħa u l-profondità attwali tal-prattiki kummerċjali inġusti huma r-riżultat tal-fużjonijiet u l-akkwisti li saru f'dawn id-deċennji reċenti. |
|
1.4 |
Fil-fehma tal-Kumitat, ir-riżultati s'issa tal-Forum ta' Livell Għoli dwar it-Titjib tal-Funzjonament tal-Katina ta' Provvista tal-Ikel mhumiex ċari l-approċċi proposti mhux suffiċjenti sabiex tiġi solvuta l-problema ta' prattiki inġusti. Għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex toħroġ b'aktar inizjattivi. |
|
1.5 |
Filwaqt li l-KESE ma jiddubitax li prattiki inġusti jistgħu jintużaw fi kwalunkwe tip ta' relazzjoni kuntrattwali, huwa konvint li s-sitwazzjoni hija partikularment gravi fir-rigward tan-negozju mas-supermarkets fuq naħa, u l-SMEs tal-biedja u tal-ikel min-naħa l-oħra. Hawnhekk hawn tipi u gradi differenti ta' abbuż li ma jidhru mkien ieħor. |
|
1.6 |
Il-KESE huwa partikolarment kuntent li l-Kummissjoni tesprimi d-dubji tagħha b'mod espliċitu fil-Green Paper fir-rigward tal-eżistenza ta' libertà kuntrattwali vera u proprja fejn relazzjonijiet huma inugwali ħafna, u b'hekk taqbel mal-fehma tal-KESE. |
|
1.7 |
Il-Kumitat jaħseb li l-Green Paper tal-Kummissjoni jaqbad b'mod tajjeb ħafna l-essenza u t-tipi ewlenin ta' prattiki kummerċjali inġusti. Madankollu, huwa tal-fehma soda li l-Kummissjoni għandha tipprovdi definizzjoni uniformi tal-UTPs simili għal dik diġà stabbilita fid-Direttiva 2005/29/KE, peress li l-prattiki msemmija fil-Green Paper jixbhu xi ftit "prattiki qarrieqa ta' kummerċjalizzazzjoni" (1). |
|
1.8 |
Il-UTPs huma iktar importanti fi ħdan "klima ta' biża'" fejn il-parti kontraenti l-iktar dgħajfa tibża' li titlef in-negozju tal-parti b'saħħitha. Hemm ukoll fost l-oħrajn il-każ fejn il-bejjiegħa bl-imnut il-kbar jagħmlu pressjoni inġusta fuq il-fornituri tagħhom u/jew jgħaddu prezzijiet għoljin wisq lill-bejjiegħa bl-imnut u għalhekk lill-konsumaturi. |
|
1.9 |
Fil-fehma tal-KESE, il-konsegwenzi ta' prattiki kummerċjali inġusti m'humiex ristretti għal relazzjonijiet bejn negozju u ieħor; u lanqas ma jaffettwaw biss il-partijiet kontraenti l-iktar dgħajfa. Il-konsumaturi huma vittmi wkoll, kif ukoll l-interessi ekonomiċi nazzjonali – dan il-fatt ma jiġix enfasizzat biżżejjed fil-Green Paper. |
|
1.10 |
Il-KESE jaħseb li l-liġijiet li jwaqqfu prattiki kummerċjali inġusti adottati f'diversi Stati Membri jirriflettu l-fatt li s-sitwazzjoni attwali mhijiex aċċettabbli. Għalkemm għal diversi raġunijiet dawn il-liġijiet ma pproduċewx riżultati sodisfaċenti, ma jkunx minnu li ngħidu li ma sar xejn. Suċċess wieħed huwa trasparenza ikbar fil-qsim tal-benefiċċji u t-twaqqif tal-prattiki ta' estorsjoni l-iżjed esaġerati. |
|
1.11 |
Għalkemm il-KESE m'għandux għalfejn jaħseb li l-adozzjoni ta' dawn il-liġijiet mill-Istati Membri xxekkel il-moviment ħieles ta' prodotti fl-UE, jista' jkun li jkun hemm xi restrizzjonijiet. Madankollu, l-ebda minn dawn il-liġijiet hija protezzjonista min-natura tagħha, u kollha japplikaw b'mod ugwali għan-negozji domestiċi u għal dawk minn Stati Membri oħra. |
|
1.12 |
Il-KESE jirrakkomanda li kwalunkwe ħsieb dwar kif għandha tiġi indirizzata l-problema tal-UTPs għandu jibda min-nuqqas ta' libertà kuntrattwali f'uħud mir-relazzjonijiet. |
|
1.13 |
Il-KESE jirrakkomanda li kull proposta fil-ġejjieni biex jiġu regolati r-relazzjonijiet kummerċjali mhux ugwali tqis ukoll il-"fattur tal-biża'". Għandha tiżgura l-bilanċ meħtieġ bejn il-partijiet sabiex ikun jista' jkollhom relazzjoni ġusta. Għal din ir-raġuni, l-għan ewlieni tar-regolazzjoni tal-UTPs ma jistax ikun biss li tiġi protetta l-parti kontraenti l-iktar dgħajfa, iżda wkoll l-interess ekonomiku nazzjonali. Dan ifisser, pereżempju, li l-fornituri tal-ikel affettwati ma jkollhomx jieħdu sehem attiv fil-proċeduri amministrattivi u legali. |
|
1.14 |
Il-KESE jappella lill-Kummissjoni Ewropa biex tipproponi leġislazzjoni li tipprojbixxi l-UTPs. Din għandha tkun ibbażata fuq lista indikattiva tal-prattiki l-iżjed tipiċi li jużaw il-partijiet kontraenti l-iżjed b'saħħithom u maħsuba biex jittrasferixxu l-ispejjeż u r-riskji normali tagħhom għall-parti l-iktar dgħajfa. |
|
1.15 |
Il-KESE jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex taħdem mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali sabiex ifasslu, abbażi tal-esperjenza konkreta mġarrba tul id-deċennji li għaddew, reviżjoni radikali tar-regoli tal-kompetizzjoni attwali – u evidentement skaduti – sabiex jippromwovu l-kompetizzjoni ġusta bbażata wkoll fuq skambju ġust ta' informazzjoni rilevanti f'dan il-qasam biex jirrifletti l-pożizzjonijiet dominanti reali. |
2. Daħla
|
2.1 |
Il-Green Paper joħloq distinzjoni bejn il-katini tal-provvista/distribuzzjoni tal-ikel u mhux tal-ikel, li hija totalment ġustifikata peress li tal-ewwel għandha l-aspetti partikolari tagħha meta mqabbla ma' oħrajn. |
|
2.2 |
Saret konsolidazzjoni sostanzjali fost il-kumpaniji li jagħmlu parti mill-katini ta' provvista/distribuzzjoni tul dawn l-aħħar żewġ deċennji, li wasslet għall-ħolqien ta' entitajiet li huma vera u proprja oligarkiji. Safejn huma kkonċernati l-katini ta' provvista/distribuzzjoni tal-ikel, dan huwa partikolarment vera fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, xi ftit inqas fl-industrija tal-ipproċessar, u l-inqas fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli. Dan irriżulta fi żbilanċji kbar fil-katina tal-provvista tal-ikel, peress li l-oligopolji għandhom saħħa ta' negozjar enormi ħdejn l-imsieħba kummerċjali tagħhom, li huma ħafna iżjed ifframmentati. |
|
2.3 |
Il-KESE huwa konvint li l-iżbilanċji strutturali li ħarġu fid-dieher iwasslu biex jintużaw l-UTPs f'xi każijiet u li dawn il-prattiki ta' sikwit ma jmorrux biss kontra l-ġustizzja, l-onestà u l-etika, iżda wkoll kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi. |
|
2.4 |
Il-Green Paper huwa żbaljat meta jgħid li l-UTPs ġew diskussi l-ewwel darba fil-livell tal-UE biss fl-2009. Din hija s-sena fejn dehru l-ewwel darba fuq l-aġenda uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Anke lura fl-2005, madankollu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew kien ħareġ opinjoni importanti (2) li – fi żmien meta l-kwistjoni tal-UTPs kienet għadha tabu – enfasizzat u kkritikat għadd ta' aspetti negattivi tal-imġieba tal-katini tal-bejgħ bl-imnut. Wieħed għandu jsemmi wkoll ir-rwol importanti li qdiet id-dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-investigazzjoni u r-rimedju tal-abbuż tal-poter minn supermarkets kbar li joperaw fl-Unjoni Ewropea (3) fl-2007, fejn il-Kummissjoni Ewropea ssejħet b'mod dirett biex tieħu l-passi meħtieġa sabiex titranġa s-sitwazzjoni. |
|
2.5 |
Fil-fehma tal-KESE, ir-riżultati s'issa tal-Forum ta' Livell Għoli dwar it-Titjib tal-Funzjonament tal-Katina ta' Provvista tal-Ikel huma xi ftit inċerti, peress li l-qafas propost għall-implimentazzjoni tal-prattika tajba ma wassalx għal ftehim dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-UTPs, kwistjoni li dwarha tliet Kummissarji esprimew id-dispjaċir tagħhom (4). |
|
2.6 |
Ir-rapport tan-Netwerk tal-Kompetizzjoni Ewropew (ECN) jikkonferma li l-użu tal-UTPs huwa realtà, speċjalment fis-settur tal-ikel. Dan jaqbel mal-konvinzjoni tal-KESE li l-abbuż ta' pożizzjoni ekonomika iktar b'saħħitha mis-supermarkets fir-rigward tal-SMEs li huma produtturi u proċessuri tal-ikel huwa ħafna iżjed gravi milli huwa f'relazzjoni kuntrattwali oħrajn. Prova oħra ta' dan hija l-fatt li għal bosta snin kienu biss il-fornituri tal-ikel lill-katini l-kbar tal-bejgħ bl-imnut li lmentaw, u ħadd iżjed. |
|
2.7 |
Il-KESE jieħu nota tal-istqarrija tal-Kummissjoni li l-UTPs jagħmlu ħsara lill-ekonomija tal-UE u mhux biss lir-relazzjoni kuntrattwali bejn żewġ intrapriżi. |
3. Definizzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti
3.1 Il-kunċett ta' prattiki kummerċjali inġusti
|
3.1.1 |
S'issa ħadd ma tefa' d-dubju b'mod uffiċjali fuq l-eżistenza tal-libertà kuntrattwali fir-relazzjonijiet kummerċjali - lanqas bejn is-supermarkets u l-SMEs li jipproduċu l-ikel. Sa reċentement, din il-libertà kienet wieħed mill-argumenti ewlenin mhux biss tas-supermarkets iżda wkoll tal-awtoritajiet pubbliċi kontra r-regolazzjoni tal-UTPs, li allegatament kienet se xxekkel din il-libertà. Il-KESE jaħseb li huwa sinifikanti ħafna li l-Green Paper abbanduna din il-pożizzjoni u jirrikonoxxi b'mod espliċitu li ma teżisti l-ebda libertà kuntrattwali meta jkun hemm inugwaljanza ċara fis-saħħa ekonomika bejn żewġ partijiet kontraenti. |
|
3.1.2 |
Għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dan l-għarfien tan-nuqqas ta' libertà kuntrattwali huwa l-prerekwiżit fundamentali biex jinstabu soluzzjonijiet b'mod effettiv għall-problemi li jinħolqu min żbilanċji eżistenti fin-netwerk tal-provvista/distribuzzjoni, fuq kollox fil-każ tal-ikel. |
|
3.1.3 |
F'din it-taqsima tal-Green Paper il-Kummissjoni Ewropea taqbad b'mod tajjeb ħafna l-essenza u t-tipi ewlenin ta' UTPs. F'relazzjonijiet bejn is-supermarkets u l-fornituri tal-ikel b'mod partikolari, il-parti l-iżjed dgħajfa m'għandhiex għażla alternattiva, peress li huma ftit ħafna l-klijenti ewlenin fis-suq, u iżjed importanti, kollha jittrattaw il-fornituri b'mod simili ħafna. |
|
3.1.4 |
Diversi eżempji ta' UTPs imsemmija fil-Green Paper joħorġu fid-dieher li xi xerrejja ma joqogħdux lura milli jużaw kwalunkwe mezz possibbli biex jiksbu benefiċċji żejda u kompletament mhux mistħoqqa bi ħsara għall-parti l-oħra. Forma ta' pagament partikolari hija għal servizzi fittizji jew servizzi li ma ntalbux u li m'għandhomx l-ebda valur għall-parti l-oħra. |
|
3.1.5 |
Dawn huma t-tweġibiet tal-KESE għall-mistoqsijiet li tressqu fil-Green Paper:
|
3.2 Eżempji ta' prattiki kummerċjali inġusti
|
3.2.1 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea hawnhekk qed tuża informazzjoni minn għadd ta' awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali. Barra minn dawk imsemmija, nirrakkomandaw b'mod partikolari l-kollaborazzjoni mal-awtoritajiet Franċiżu u Ċeki, li għandhom esperjenza diretta fl-implimentazzjoni tal-liġi nazzjonali tagħhom dwar il-UTPs. Huma u jwettqu l-ispezzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet dwar il-liġi kontra l-monopolji għandhom id-dritt li jeżaminaw id-dokumenti tal-kontabilità (kuntratti, fatturi, dikjarazzjonijiet bankarji, eċċ.) li jistgħu jagħtu prova diretta tal-użu ta' UTPs. |
|
3.2.2 |
Dawn l-eżempji mogħtija mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tar-Renju Unit, ta' Spanja u tal-Irlanda juru li huwa żball li wieħed jirriferi għal ħafna mill-prattiki li jintużaw biss bħala "mhux etiċi", peress li huwa ċar li jmorru lil hinn mil-legalità (b'mod speċjali fejn huma involuti "ibbulljar u intimidazzjoni"). |
3.3 Effetti potenzjali ta' prattiki kummerċjali inġusti
|
3.3.1 |
M'hemmx dubji dwar l-impatt negattiv tal-użu mill-parti l-iżjed b'saħħitha tal-UTPs kontra l-parti l-iktar dgħajfa, u s-soffokar tal-investiment u tal-innovazzjoni fil-produzzjoni huwa l-konsegwenza loġika ta' dan. Madankollu, fil-fehma tal-KESE, l-impatt fuq il-konsumaturi ma jintweriex b'mod adegwat, peress li jfisser ħafna iżjed minn sempliċiment li l-innovazzjoni tixxekkel. Minkejja dan, din it-taqsima tinjora għal kollox it-theddida għall-interessi ekonomiċi nazzjonali, li tissemma xi ftit qabel fil-Green Paper. Din it-theddida tidher l-iżjed fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, fejn is-supermarkets huma kompletament f'idejn l-intrapriżi minn Stati Membri oħra. Meta wieħed iqis li produtturi domestiċi - il-maġġoranza kbira tagħhom SMEs - mhumiex kapaċi jlaħħqu ma' kondizzjonijiet li ta' spiss isarrfu f'estorsjoni vera u proprja, is-settur agroalimentari kollu f'dan ir-reġjun qed jikkollassa u pajjiżi li tradizzjonalment kienu awtosuffiċjenti fil-produzzjoni tal-ikel ewlieni tagħhom fil-biċċa l-kbira tagħhom tilfu s-sigurtà tal-ikel tagħhom. B'hekk importazzjonijiet li ta' sikwit huma ta' kwalità dubjuża qed jieħdu post il-produzzjoni domestika. |
|
3.3.2 |
Dawn huma t-tweġibiet tal-KESE għall-mistoqsijiet li tressqu fil-Green Paper:
|
4. Oqfsa legali dwar prattiki kummerċjali inġusti
|
4.1 |
Żewġ fatti joħorġu fid-dieher minn analiżi tal-oqfsa legali attwali fil-livell tal-Istati Membru u tal-UE. L-ewwel nett l-użu tal-UTPs minn xi atturi ekonomiċi b'saħħithom issa jafu kulħadd u huwa fatt, u l-awtoritajiet adatti f'diversi Stati Membri kkonkludew li s-sitwazzjoni attwali titlob għal regolazzjoni. |
|
4.2 |
L-estent attwali tal-UTPs, b'mod speċjali f'relazzjonijiet bejn katini kbar tal-bejgħ bl-imnut u l-produtturi tal-ikel joħroġ fid-dieher l-ewwel nett li l-leġislazzjoni dwar il-kompetizzjoni hija skaduta. Xi tipi ta' UTP jenfasizzaw id-distorsjoni gravi tal-ambjent kompetittiv u l-eżistenza ta' pożizzjonijiet tabilħaqq dominanti li l-leġislazzjoni attwali dwar il-monopolji tonqos milli tindirizza. |
|
4.3 |
Barra mir-reviżjoni għal-leġislazzjoni dwar il-kompetizzjoni, il-KESE jaħseb li huwa kompletament leġittimu li jiġi pprojbit fil-livell tal-UE l-użu ta' ċerti UTPs definiti u b'hekk tinħoloq l-armonizzazzjoni meħtieġa ta' ambjent legali fejn hemm ħafna differenzi. Madankollu, irid ikun hemm rabta loġika bejn ir-regolazzjonit al-UTPs u l-leġislazzjoni riveduta dwar il-monopolji sabiex jiġi żgurat li huma biss l-inizjaturi loġiċi ta' kuntratti mal-UTPs - jiġifieri l-partijiet f'pożizzjoni dominanti - li jiġu sanzjonati. |
|
4.4 |
Sabiex tkun effettiva, din ir-regolazzjoni armonizzata trid tqis "it-theddida tat-tneħħija mil-lista" u b'hekk in-nuqqas ta' kapaċità tal-partijiet kontraenti iktar dgħajfa, b'mod speċjali l-SMEs li huma fornituri lis-supermarkets, biex jilmentaw; trid tkun konċepita biex tagħmel iktar minn sempliċiment tindirizza l-problemi fir-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi. |
|
4.5 |
Dawn huma t-tweġibiet tal-KESE għall-mistoqsijiet li tressqu fil-Green Paper:
|
5. Infurzar tar-regoli kontra prattiki kummerċjali inġusti
5.1 Mekkaniżmi ta' infurzar fil-livell nazzjonali
|
5.1.1 |
Il-KESE jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea li l-mekkaniżmi li qed jiġu implimentati bħalissa fil-livell nazzjonali kontra l-UTPs ġeneralment mhumiex adegwati. Dan huwa l-iżjed minħabba li jonqsu milli jqisu ċerta klima ta' biża' li tinħoloq min-nuqqas ta' libertà kuntrattwali reali u t-theddida li titneħħa mil-lista. Dawn il-problemi s'issa ġew indirizzati bl-aħjar mod fi Franza, fejn l-awtorità superviżorja tista' taġixxa abbażi ta' informazzjoni mhux uffiċjali u fuq inizjattiva proprja tagħha. Is-suppressjoni tal-UTPs hija bbażata wkoll fuq il-protezzjoni tal-interess ekonomiku nazzjonali u mhux fuq il-ħarsien tal-parti kontraenti l-iktar dgħajfa. |
|
5.1.2 |
Filwaqt li xi Stati Membri għandhom liġijiet li jiġġieldu kontra l-użu ta' prattiki kuntrattwali inġusti, oħrajn m'għandhomx. Barra minn hekk, hemm differenzi sinifikattivi bejn liġi individwali. M'hemmx dubju li dawn iż-żewġ fatti jikkostitwixxu ċertu xkiel għall-kummerċ transkonfinali (mistoqsija 16). |
|
5.1.3 |
Fil-fehma tal-KESE, l-uniku approċċ komuni li jagħmel sens biex jiġi indirizzat l-impatt negattiv ta' differenzi fil-leġislazzjoni applikabbli jkun li tiġi adottata leġislazzjoni armonizzata li timmira lejn l-użu tal-UTPs (mistoqsija 17). |
5.2 Mekkaniżmi ta' infurzar fil-livell tal-UE
|
5.2.1 |
Il-KESE jaqbel mal-istqarrija tal-Kummissjoni li bħalissa m'hemm l-ebda mekkaniżmu speċifiku fil-livell tal-UE sabiex jiġu miġġielda l-UTPs. Huwa konvint ukoll tal-bżonn – jekk se jingħeleb il-fattur tal-biża' – li l-awtoritajiet nazzjonali f'dan il-qasam jingħataw is-setgħat biex jaġixxu fuq inizjattiva proprja tagħhom, li jirċievu ilmenti anonimi jew mhux uffiċjali u jimponu sanzjonijiet (mistoqsija 18). |
6. Tipi ta' prattiki kummerċjali inġusti
|
6.1 |
Il-KESE jaqbel li l-UTPs iseħħu matul il-katina ta' provvista alimentari u mhux alimentari, iżda huwa konvint – f'konformità ma' dak li ntqal hawn fuq – li s-sitwazzjoni tilħaq l-agħar tagħha fir-relazzjonijiet bejn is-supermarkets u l-SMEs li huma produtturi. |
|
6.2 |
Fejn il-lista hija kkonċernata, mhuwiex ċar x'qed jiġi kkunsidrat għall-miżata li l-fornitur potenzjali jrid iħallas. Fil-maġġoranza kbira tal-każi, anke l-ħlas ta' din il-miżata – li hija kondizzjoni preliminarja u neċessarja ta' kull għamla ta' relazzjoni kummerċjali – ma jagħtix lill-fornitur xi garanzija li x-xerrej se jieħu l-prodotti inkwistjoni u li mhuwiex, għall-ebda raġuni, se jaqtgħu mil-lista. |
|
6.3 |
Ribassi għall-fornituri huma parti li saret rutina tal-prattika attwali tal-katini l-kbar tal-bejgħ bl-imnut. Il-KESE jaħseb li mill-inqas il-benefiċċju ġenerali tagħhom huwa dubjuż. Minn naħa, ir-ribassi għall-fornituri huma simbolu tal-abbuż ta' pożizzjoni dominanti reali, peress li ta' sikwit jaħbu warajhom servizzi mhux mitluba u fittizji; min-naħa l-oħra, joħolqu nuqqas sinifikanti ta' trasparenza fir-rigward id-distribuzzjoni tal-benefiċċji. L-eżistenza ta' ribassi għall-fornituri jfisser li l-fornituri (u osservaturi minn barra) jsibuha diffiċli ħafna jaċċertaw kemm fil-fatt ħallsu għall-prodotti forniti. Fir-realtà, l-ordni biex jiġu forniti prodotti hija bil-kondizzjoni li jiġu aċċettati s-servizzi offruti mix-xerrej. Fil-fehma tal-KESE, miżati għal servizzi reali u ġustifikati pprovduti mix-xerrej lill-fornitur għandhom jiġu inklużi fil-prezz tax-xiri tal-ikel. |
|
6.4 |
Dawn huma t-tweġibiet tal-KESE għall-mistoqsijiet li tressqu fil-Green Paper:
|
Brussell, 11 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
Henri MALOSSE
(1) Ara l-Opinjoni tal-KESE,"Prattiki qarrieqa ta' kummerċjalizzazzjoni",ĠU C 271, 19.09.2013, p. 61-65
(2) ĠU C 255, 14.10.2005, p. 44 (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) Ara d-dikjarazzjoni bil-miktub tal-MPEs Nru. 0088/2007. Written declaration on investigating and remedying the abuse of power by large supermarkets operating in the European Union (mhux disponibbli bil-Malti).
(4) Kummissjoni Ewropea, Stqarrija għall-Istampa, Brussell, 5 ta' Diċembru 2012, Improving the functioning of the food supply chain (Intejbu kif tiffunzjona l-katina tal-provvista tal-ikel) (mhux disponibbli bil-Malti)
(5) Consumers International, The relationship between supermarkets and suppliers: What are the implications for consumers?, 2012.
(6) Informazzjoni mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Kompetizzjoni, Affarijiet tal-Konsumatur u Kontroll tal-Frodi, ta' Franza.
APPENDIĊI
għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti (Artikolu 54(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):
Punt 1.10
Ibdel it-test kif ġej:
"Il-KESE jaħseb li l-liġijiet li jwaqqfu prattiki kummerċjali inġusti adottati f'diversi Stati Membri jirriflettu l-fatt li s-sitwazzjoni attwali mhijiex aċċettabbli. Għalkemm għal diversi raġunijiet dawn il-liġijiet ma pproduċewx riżultati sodisfaċenti, ma jkunx minnu li ngħidu li ma sar xejn. Suċċess wieħed huwa Madankollu, għad fadal ħafna xi jsir fir-rigward tat-trasparenza fl-iffissar tal-prezzijiet ikbar fil-qsim tal-benefiċċji u t-twaqqif tal-prattiki ta' estorsjoni l-iżjed esaġerati għadu 'l bogħod wisq milli jsir realtà."
Raġuni
Ser tingħata bil-fomm.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur |
: |
54 |
|
Kontra |
: |
63 |
|
Astensjonijiet |
: |
27 |
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/33 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Regolamentazzjoni Intelliġenti — Inwieġbu għall-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u medji”
COM(2013) 122 final
2013/C 327/07
Relatur: is-Sinjura DARMANIN
Korelatur: is-Sur BURNS
Nhar il-18 ta’ April 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Regolamentazzjoni Intelliġenti – Inwieġbu għall-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u medji
COM (2013) 122 final
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-27 ta' Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-10 u l-11 ta’ Lulju 2013 (seduta tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’156-il vot favur, 2 voti kontra u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni li tqiegħed ir-regolamentazzjoni intelliġenti fuq nett tal-aġenda tagħha. Ir-regolamentazzjoni hija neċessità iżda trid tkun imfassla tajjeb sabiex tilħaq l-għanijiet ta' politika tal-UE bl-inqas spiża. Il-KESE jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea matul is-snin sabiex tippromovi t-tfassil u l-applikazzjoni ta' għodod regolatorji aħjar, inklużi l-valutazzjonijiet tal-impatt u l-involviment tal-partijiet interessati. |
|
1.2 |
Il-Kumitat għalhekk:
|
2. Test propost mill-Kummissjoni
|
2.1 |
F'Novembru 2011, il-Kummissjoni ppubblikat rapport intitolat "Innaqqsu l-piż regolatorju għall-SMEs - Nadattaw ir-regolamenti tal-UE għall-ħtiġijiet tal-mikrointrapriżi (1)", liema rapport jindika miżuri mmirati speċifikament għall-SMEs. Dan ir-rapport jirrifletti fuq il-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" (2) stabbilit fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar li jitlob li l-impatti fuq l-SMEs jitqiesu fit-tfassil tal-leġislazzjoni u li l-ambjent regolatorju eżistenti jiġi ssemplifikat. Il-Kummissjoni esprimiet ir-rieda tagħha li tindirizza l-piżijiet fuq l-SMEs permezz tal-Programm il-ġdid dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (Regulatory Fitness and Performance Programme (REFIT)) (3), imniedi wkoll f'Diċembru 2012. |
|
2.2 |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa dwar "Regolamentazzjoni Intelliġenti – Inwieġbu għall-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u medji" (4), adottata fis-7 ta' Marzu 2013, tindirizza l-miżuri kollha li l-Kummissjoni ħadet mill-2011 'l hawn sabiex issolvi l-kwistjonijiet marbuta mal-piżijiet għall-SMEs. Ir-rapport jara xi progress sar fl-oqsma li ġejjin:
|
3. Osservazzjonijiet u kummenti
3.1 L-abbozzar ta' regolamentazzjoni intelliġenti hija essenzjali għall-SMEs - speċjalment għall-mikrointrapriżi
|
3.1.1 |
Il-KESE minn dejjem appoġġja u ħeġġeġ inizjattivi għal regolamentazzjoni aħjar, kif indikat b'mod ċar fid-diversi opinjonijiet tiegħu (5). Il-Kumitat jirrikonoxxi li, filwaqt li r-regolamentazzjoni intelliġenti hija neċessarja għall-intrapriżi ta' kwalunkwe daqs, il-burokrazija għandha impatt disproporzjonat fuq il-mikrointrapriżi u dawk żgħar. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-prinċipju Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir għandha tkun linja gwida prijoritarja fit-tfassil ta' leġislazzjoni ġdida u matul il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. |
|
3.1.2 |
L-SMEs huma differenti fid-daqs, il-qasam tal-attività, l-għanijiet, il-finanzjament, il-ġestjoni, il-lokalità ġeografika u l-istatut legali tagħhom (6). Dawk li jfasslu l-politika għalhekk għandhom bżonn iqisu dawn il-varjazzjonijiet meta jfasslu r-regolamenti għalihom. Huma jridu jiftakru li r-regolamenti individwali forsi ma jkunux jidhru daqshekk ta' piż iżda, fost affarijiet oħrajn, huwa l-akkumulazzjoni tar-regoli u l-leġislazzjoni li jiskoraġġixxu negozju mikro jew żgħir milli jiżviluppa ideat ġodda, jidħol fi swieq eżistenti jew jimpjega aktar nies. |
|
3.1.3 |
B'konsegwenza, ħafna SMEs, speċjalment il-mikrointrapriżi u dawk żgħar, jaraw il-leġislazzjoni bħala mezz kif jinħonoq l-iżvilupp intraprenditorjali aktar milli mezz kif jiġi ffaċilitat it-tkabbir. Il-KESE huwa tal-fehma li regolamentazzjoni iktar intelliġenti fil-livell tal-UE mhux ser tgħin jekk il-leġislazzjoni ma tidentifikax b'mod ċar lil liema negozji qiegħda tipprova tgħin u liema (jekk hemm) eżenzjonijiet dawn in-negozji qegħdin jingħataw jew jitħallew jitolbu lura. Il-KESE għalhekk iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni sabiex timplimenta kompletament it-test tal-SMEs matul l-eżerċizzji kollha tal-valutazzjoni tal-impatt li jitwettqu fid-Direttorati Ġenerali differenti. Il-Kumitat huwa tal-fehma li t-test tal-SMEs għandu jinkludi l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali tal-proposti fir-rigward tad-daqs tan-negozju, b'differenza ċara bejn il-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u dawk ta' daqs medju. Jekk it-test tal-SME ma jitwettaqx tajjeb, imbagħad il-Bord dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt jagħti opinjoni negattiva dwar dan. |
3.2 Ir-rwol tal-valutazzjonijiet tal-impatt (VI)
|
3.2.1 |
Il-KESE għalhekk jirrikonoxxi r-rwol tal-VI (7) bħala element prinċipali fit-tfassil tal-politika għall-SMEs fil-livell tal-UE. Il-Kumitat jinsisti li l-Kummissjoni tipprepara VI b'saħħithom, loġiċi u adatti għall-għanijiet tagħhom. Il-KESE jfakkar lill-Kummissjoni li jeħtieġ li jiġu rispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Il-valutazzjoni tal-impatt trid tiffoka wkoll fuq l-analiżi tal-ispiża. Iż-żieda fl-ispejjeż imposti fuq l-intrapriżi minħabba r-regolamentazzjoni twassal sabiex xi attivitajiet, li fin-nuqqas tar-regolamentazzjoni kieku jħallu qligħ, jispiċċaw mhux vantaġġużi. B'konsegwenza, għalhekk, xi intrapriżi marġinali jkunu mġiegħla joħorġu mis-suq u b'hekk jitnaqqas il-potenzjal għall-attività ekonomika fis-settur privat. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tippubblika dikjarazzjoni annwali vverifikata indipendentement li turi l-ispiża netta totali għall-intrapriżi kkawżata mill-proposti regolatorji. Id-dikjarazzjoni għandha tirrapporta wkoll tibdil prinċipali għall-proposti ta' politika introdotti b'riżultat tal-VI. |
|
3.2.2 |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-VI huma dokumenti tekniċi, iżda t-tul u l-lingwa tagħhom jistgħu jagħmluhom impossibbli biex jinftehmu, speċjalment jekk il-kumpaniji żgħar ikunu jixtiequ jikkontribwixxu. Il-Kumitat jirrakkomanda li dawn isiru aktar faċli biex jintużaw (8) billi jintuża mudell standard u sommarju eżekuttiv ċar li jenfasizza l-kwistjonijiet prinċipali li ġew indirizzati b'enfasi fuq kull sottogrupp ta' SMEs. |
|
3.2.3 |
Il-KESE jitlob li jsir skrutinju indipendenti u trasparenti tal-abbozzi ta' valutazzjoni tal-impatt mill-partijiet interessati, inklużi l-organizzazzjonijiet tan-negozji li jirrappreżentaw il-mikrointrapriżi u dawk żgħar u ta' daqs medju, sabiex jiġi żgurat li huma ta' kwalità għolja u mfassla skont il-linji gwida (9). |
|
3.2.4 |
Il-valutazzjonijiet tal-impatt iridu jivvalutaw preċiżament kif u sa fejn għandhom jintużaw il-miżuri u l-mudelli speċjali (bħall-eżenzjonijiet, is-semplifikazzjonijiet, eċċ.) sabiex jitnaqqas il-piż regolatorju fuq l-SMEs. Il-KESE jilqa' ż-żieda fl-applikazzjoni tat-test tal-SMEs iżda jfakkar fil-bżonn li l-impatt fuq il-leġislazzjoni għat-tliet sottogruppi differenti għandu jiġi eżaminat bir-reqqa u individwalment. Wara għandha tiġi eżaminata l-possibbiltà li l-mikrointrapriżi jiġu eżentati mir-regolamenti l-ġodda jew li jiġu adottati skemi eħfef. |
|
3.2.5 |
Il-KESE jinnota li l-Kummissjoni tidher li qed tirrinunzja għall-pjani tagħha li tagħti dispensa ġenerali lill-mikrointrapriżi mir-regoli tal-UE meta tkun qed tikkonkludi l-eżerċizzju tagħha tal-valutazzjoni tal-impatt. Huwa jilqa' dan il-pass u jissottolinja l-fatt li l-leġislazzjoni intelliġenti għandha tiġi aġġustata, b'rilevanza għat-tip u d-daqs tan-negozju u mhux ikkumplikata żżejjed. Dment li dawn il-parametri jiġu ssodisfati, ikun faċli għas-sidien tan-negozji li jirrispondu billi jiżviluppaw il-proċeduri interni adegwati li jilħqu l-għanijiet tal-leġislazzjoni intelliġenti. |
|
3.2.6 |
Il-mikrointrapriżi u dawk żgħar jirrikonoxxu li huma jinsabu eqreb tal-klijenti tagħhom milli l-kumpaniji multinazzjonali kbar. Huma jirrikonoxxu wkoll li hemm domanda dejjem tikber mill-klijenti sabiex jużaw negozji lokali li huma etiċi u jieħdu ħsieb l-ambjent lokali. Il-KESE jfakkar lill-Kummissjoni li għalhekk huwa essenzjali li l-istandards u r-regolamenti li jirregolaw il-kwalità tal-intrapriżi, il-prodotti tagħhom u s-servizzi tagħhom jiġu rispettati mill-kumpaniji jekk iridu li jkollhom suċċess u jibqgħu kompetittivi fi swieq differenti. Jekk il-mikrointrapriżi jiġu eżentati mir-regolamenti dwar il-ħarsien u l-ambjent, pereżempju, dan jista' fl-aħħarnett jagħmel ħsara lil dawn in-negozji (10). |
|
3.2.7 |
Il-KESE jħoss li, minbarra l-punti li jissemmew aktar 'il quddiem, il-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jimmiraw ukoll biex jikkwantifikaw preċiżment l-effett li jista' jkollhom b'mod suċċessiv dawk il-miżuri immirati biex jitnaqqas il-piż amministrattiv permezz ta' regolamenti emendatorji diretti għall-SMEs. Tali miżuri jista' jkollhom effetti kollaterali fuq il-bilanċ soċjali u r-relazzjonijet mal-awtoritajiet tal-Istat (xogħol mhux iddikjarat, għarfien dwar data tat-taxxa, kontribuzzjonijiet soċjali, klassifikazzjoni u natura tal-kuntratti ta' impljieg, eċċ.). Ir-regolamentazzjoni intelliġenti mmirata lejn l-SMEs għandha, min-natura tagħha stess, tiżgura li ma tħalli ebda impatt estern, jew tal-inqas l-ebda konsegwenza negattiva. Il-KESE jfakkar lill-Kummissjoni li r-regolamentazzjoni intelliġenti la għandha tneħħi s-saħħa mid-drittijiet tal-ħaddiema (11) u lanqas m'għandha tnaqqas il-livell bażiku tagħhom ta' ħarsien, speċjalment fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. |
3.3 It-tabella ta' valutazzjoni tal-SMEs
|
3.3.1 |
Il-KESE jilqa' t-twaqqif ta' tabella ta' valutazzjoni annwali tal-SMEs li tagħmilha possibbli li jiġu segwiti miżuri speċifiċi matul iċ-ċiklu tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Huwa jistenna l-implimentazzjoni tagħha u r-riżultati. |
|
3.3.2 |
Il-KESE jqis li l-Kummissjoni Ewropea għandha timmonitorja kontinwament it-tabella ta' valutazzjoni tal-SMEs permezz ta' servizz ċentralizzat ta' koordinazzjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet u l-korpi differenti tal-UE. L-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-SMEs huma mistiedna wkoll jieħdu sehem fl-eżerċizzju. |
3.4 Titjib tal-konsultazzjoni tal-SMEs
|
3.4.1 |
Il-KESE jilqa' l-fatt li pjani ta' rotta li jinfurmaw lill-partijiet interessati dwar l-inizjattivi possibbli tal-Kummissjoni jinsabu disponibbli għalihom f'ħidma preparatorja u konsultattiva ppjanata. Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati għandhom jiġu rriklamati b'mod usa' sabiex dawn ikunu jistgħu jirrispondu fi żmien xieraq. Madankollu, dawn m'għandhomx ikunu bbażati fuq il-kwantità iżda fuq il-kwalità u appoġġjati minn evidenza empirika miksuba mill-intervisti ma' intraprendituri ġenwini, inklużi impjegati, u ma' organizzazzjonijiet tan-negozji, żjarat jew osservazzjoni tal-mikrointrapriżi u dawk żgħar. Il-KESE jfakkar lill-Kummissjoni li l-pjani ta' direzzjoni għandhom dejjem jinkludu valutazzjoni approssimattiva inizjali tal-ispejjeż mistennija sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jipprovdu kontroll tal-kwalità tal-impatti possibbli. Il-Kumitat ifakkar lill-Kummissjoni li konsultazzjoni komprensiva tal-partijiet interessati hija kruċjali sabiex tinġabar data ta' kwalità għolja kif ukoll sabiex jitfasslu proposti għar-regolamentazzjoni intelliġenti. |
|
3.4.2 |
Wara li ssir il-konsultazzjoni, ħafna assoċjazzjonijiet tan-negozji u l-membri tagħhom ma jkunux jafu jekk l-isforzi tagħhom biex jgħinu jidentifikaw problemi potenzjali u soluzzjonijiet possibbli ħallewx il-frott. Il-KESE jirrakkomanda li xi wħud minnhom, wara proċedura uffiċjali, jipparteċipaw fil-bord ta' valutazzjoni indipendenti bħala esperti esterni sabiex jipprovdu skrutinju addizzjonali tal-proposti tal-Kummissjoni bil-għan li jinftiehmu aħjar il-kunċetti differenti kkonċernati. |
|
3.4.3 |
Il-KESE nnota żieda relattiva fin-numru ta' atti ddelegati adottati mil-leġislaturi fis-snin reċenti. Ħafna mid-deċiżjonijiet meħuda permezz ta' atti ddelegati għandhom impatt sinifikanti fuq l-SMEs. Il-Kumitat għalhekk iħoss li l-kamp ta' applikazzjoni għandu jiġi estiż ukoll sabiex jiġu koperti xi wħud mill-atti ddelegati prinċipali li jista' jkollhom impatt ekonomiku, ambjentali u/jew soċjali sostanzjali fuq settur speċifiku jew fuq il-partijiet interessati prinċipali. |
|
3.4.4 |
Il-KESE jitlob li meta titfassal il-leġislazzjoni jkun hemm djalogu strutturat u ġenwin dwar l-SMEs mal-partijiet differenti. Din is-sħubija għandha tiżgura parteċipazzjoni mill-SMEs u l-organizzazzjonijiet tagħhom kollha, speċjalment assoċjazzjonijiet żgħar tan-negozji li jiddefendu l-applikazzjoni tal-prinċipji "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" u "darba biss" li jinsabu fl-Att dwar in-Negozji Żgħar (12), sabiex jiġu stimulati l-għanijiet dwar l-effiċjenza. |
|
3.4.5 |
Fil-prinċipju, il-KESE jappoġġja n-Netwerk Enterprise Europe. Huwa jiddispjaċih li l-potenzjal tiegħu għandu ma ġiex sfruttat peress li jidher li ħafna SMEs Ewropej ma jafux li dan jeżisti. Is-servizzi offruti min-Netwerk Enterprise Europe għandhom jiġu bbażati fuq id-domandi u l-ħtiġijiet ġenwini tal-SMEs b'kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tal-SMEs. Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-organizzazzjonijiet ospitanti tan-Netwerk Enterprise Europe għandhom jiġu appoġġjati sabiex jiddedikaw aktar riżorsi għall-bżonnijiet tal-SMEs meta jindirizzaw l-amministrazzjoni pubblika. Il-KESE jemmen li: dan l-appoġġ għandu jiffoka partikolarment fuq l-iżgħar intrapriżi li għandhom jiġu kkonsultati direttament miċ-Ċentru lokali tan-Netwerk Enterprise Europe meta jiffaċċjaw kwistjonijiet ta' regolamentazzjoni. Ir-riżultati tal-laqgħat wiċċ imb wiċċ u l-kontribut tal-organizzazzjonijiet tal-SMEs għandhom jitqiesu mis-servizzi kollha tal-Kummissjoni sabiex il-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" jitqiegħed fil-prattika. |
|
3.4.6 |
Il-KESE jilqa' l-estensjoni tal-mandat tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Esperti Indipendenti dwar il-Piżijiet Amministrattivi (13) (il-Grupp Stoiber). Il-KESE jixtieq partikolarment jara li l-grupp jingħata rwol prinċipali ġdid fl-assistenza lill-Kummissjoni bit-tħejjija, is-sorveljanza u l-implimentazzjoni tal-politiki relatati mal-mikrointrapriżi u dawk żgħar f'kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tal-SMEs u t-trejdunjins. |
|
3.4.7 |
Il-KESE jieħu nota tar-riżultati tal-konsultazzjoni msejħa TOP 10 dwar l-agħar eżempji ta' burokrazija li jolqtu lill-SMEs (14). Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrispondi għall-konklużjonijiet tagħha kemm jista' jkun malajr billi tippubblika proposti speċifiċi għas-semplifikazzjoni. |
3.5 Jitqiesu l-ħtiġijiet tal-SMEs
|
3.5.1 |
Il-KESE jappoġġja kontroll tal-idoneità regolatorja tal-politiki mfassla għall-SMEs (15) ('l hekk imsejjaħ "Programm REFIT") Huwa jistenna bil-ħerqa r-riżultati tal-valutazzjonijiet pilota (16), u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tniedi aktar kontrolli tal-idoneità fil-programm tagħha għall-2014 f'oqsma prinċipali li jitqiesu bħala importanti għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi. Il-Kummissjoni hija mistiedna tippubblika fuq is-sit tal-internet tagħha l-kontrolli kollha tal-idoneità li twettqu jew li huma ppjanati. |
|
3.5.2 |
Il-KESE jipproponi wkoll kontroll komprensiv tal-idoneità tal-leġislazzjoni tal-UE li jħabbtu wiċċhom magħha l-intrapriżi meta jagħmlu skambji kummerċjali lil hinn mill-fruntieri esterni tal-UE. Il-KESE jqis li l-piż regolatorju ta' leġislazzjoni bħal din huwa għoli u li kontroll bħal dan jagħti kontribut sinifikanti lill-aġendi tal-UE għar-regolamentazzjoni intelliġenti, it-tkabbir u l-kummerċ. |
|
3.5.3 |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tuża l-Programm REFIT sabiex tidentifika u tipproponi li tirtira kemm jista' jkun malajr regolamenti eżistenti u proposti pendenti li m'għadhomx jintużaw u sabiex twettaq il-konsolidazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti bħala parti mill-isforzi tagħha ta' semplifikazzjoni. Huwa rrakkomandat li l-miri kollha ta' tnaqqis ikunu jistgħu jitkejlu u jkunu maħsubin sabiex jipprovdu tibdil tanġibbli u pożittiv għall-intrapriżi. |
|
3.5.4 |
Il-KESE jqis li għandha tintuża għażla aħjar ta’ strumenti legali, inklużi mekkaniżmi għall-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjon (17). |
3.6 Lejn governanza aħjar u mekkaniżmu ta' koordinazzjoni fit-tfassil tal-politiki għall-SMEs
|
3.6.1 |
Il-KESE jindika li r-regolamentazzjoni intelliġenti hija r-responsabbiltà kondiviża ta' dawk kollha involuti fit-tfassil tal-politiki tal-UE kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri. |
|
3.6.2 |
Fil-livell Ewropew:
|
|
3.6.3 |
Fil-livell tal-Istati Membri
|
Brussell, 11 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) http://ec.europa.eu/dgs/secretariat_general/simplification/sme/sme_mt.htm.
(2) Ara l-Opinjoni tas-Sur Lannoo dwar Reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, ĠU C 376, 22.12.2011, p. 51.
(3) http://ec.europa.eu/governance/better_regulation/documents/1_MT_ACT_part1_v8.pdf.
(4) http://ec.europa.eu/governance/better_regulation/documents/1_EN_ACT_part1_v4.pdf.
(5) Ara l-Opinjoni tas-Sur Pegado Liz dwar Ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti ĠU C 248, 25.8.2011, p. 87.
(6) Ara l-Opinjoni tas-Sur Cabra de Luna dwar Forom differenti ta' intrapriża (opinjoni fuq inizjattiva proprja) - ĠU C 318, 23.12.2009, p. 22. Pereżempju: il-professjonijiet liberali bħala grupp għandhom jirrispettaw regolamenti professjonali sodi sabiex jissodisfaw l-interess tal-klijenti u tal-pubbliku.
(7) Ara l-Opinjoni tas-Sur Pegado Liz dwar Ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti - punt 4 A ĠU C 248, 25.8.2011, p. 87.
(8) Il-valutazzjoni tal-impatt reċenti dwar il-Pakkett tal-affidabbiltà stradali kien fiha 102 paġni, filwaqt li dik dwar il-protezzjoni tad-data kien fiha 241 paġna.
(9) Ara l-Opinjoni tas-Sur Pegado Liz dwar Ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti - punt 4 B ĠU C 248, 25.8.2011, p. 87.
(10) Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi - Regolamentazzjoni Intelliġenti - Risposta għall-konsultazzjoni tal-partijiet interessati http://ec.europa.eu/governance/better_regulation/smart_regulation/consultation_2012/docs/registered_organisations/beuc_en.pdf.
(11) http://www.etuc.org/IMG/pdf/our_priorities_soc_dial_in_smes.pdf.
(12) Ara l-punt 2.
(13) http://ec.europa.eu/dgs/secretariat_general/admin_burden/ind_stakeholders/ind_stakeholders_en.htm.
(14) http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-13-168_en.htm?locale=FR(mhux disponibbli bil-Malti).
(15) http://ec.europa.eu/governance/better_regulation/documents/com_2013_en.pdf.
(16) http://ec.europa.eu/dgs/secretariat_general/evaluation/docs/fitness_check_en.pdf.
(17) http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.self-and-co-regulation.
(18) http://ec.europa.eu/dgs/secretariat_general/admin_burden/best_practice_report/best_practice_report_en.htm.
Ara dan l-eżempju: http://www.bru.gov.mt/15-6-reduction-in-administrative-burden-registered_news-posted-on-17th-december-2012. F'Malta, il-Better Regulation Unit (Taqsima tar-Regolamentazzjoni Aħjar – BRU) twaqqaf fil-bidu tal-2006, wara impenn mill-Gvern biex tiddaħħal kultura li twassal għal Regolamentazzjoni Aħjar.
(19) http://www.irma-international.org/viewtitle/21237/ Ron Craig, "E-government and SMEs".
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/38 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' appoġġ għas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju”
COM(2013) 107 final — 2013/0064 (COD)
2013/C 327/08
Relatur: is-Sur IOZIA
Nhar l-14 ta' Marzu 2013 u nhar l-20 ta' Marzu 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm ta' Appoġġ għas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju
COM(2013) 107 final – 2013/0064 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-27 ta' Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-10 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'165 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 7 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza li l-Ewropa tkun attrezzata b'sistema awtonoma ta' sorveljanza tal-ispazju bil-għan li tipproteġi l-infrastrutturi spazjali tagħha u tiggarantixxi s-sigurtà tal-varar. Huwa jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tindirizza dan is-suġġett għall-ewwel darba u jipproponi soluzzjonijiet sabiex jinbeda proċess ta' kooperazzjoni u integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam. |
|
1.2 |
Il-KESE jappoġġja l-idea tal-Kummissjoni li l-Istati Membri jressqu għall-approvazzjoni tagħha proposti ta' tħaddim fil-każ fejn il-kwalità u l-kwantità ta' informazzjoni prevista u l-iskambju tal-għarfien partikularment dwar il-metodoloġija u l-kapaċità li tiġi analizzata d-data għandhom interess Ewropew evidenti. |
|
1.3 |
Il-KESE huwa konxju tad-diffikultà li jinsabu soluzzjonijiet kondiviżi mill-Istati Membri u jqis il-proposta tal-Kummissjoni bħala l-ewwel pass importanti lejn għanijiet aktar ambizzjużi ta' ħidma konġunta. Il-preżenza ta' interessi militari sodi f'dan il-programm twassal sabiex il-ħolqien ta' infrastruttura komuni tkun iktar kumplessa. Il-KESE jispera li dan iseħħ malajr kemm jista' jkun, bil-punt ta' tluq tkun din l-inizjattiva. Madankollu, huwa pożittiv li jinxeħtu l-pedamenti għal din il-kooperazzjoni bejn il-qasam ċivili u dak militari, li għandha tkun kondiviża mal-ESA, l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża, u d-Direttorat għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-ippjanar. |
|
1.4 |
Il-KESE jqis prijoritarju li l-fondi previsti għall-attività tal-SST (Space Surveillance and Tracking - is-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju), matul is-seba' snin ta' tħaddim tas-servizz, jintużaw sabiex jinbena l-ewwel embriju ta' kapaċità indipendenti Ewropea, li fih tista' tiġi trasferita parti minn dil-kapaċità li attwalment tinsab fid-dipartimenti tad-difiża tal-Istati Membri. Din tista' titwettaq permezz tal-użu tat-teleskopi ottiċi li diġà jintużaw fl-Ewropa (Kanarji) u l-ħolqien ta' għallinqas radar Ewropew tal-istess klassi bħal dik li jintużaw mill-istrutturi tad-difiża. B'dan il-mod, nimxu lejn investiment sostenibbli fejn kapaċitajiet u kompetenzi ġodda jiġu trasferiti fil-qasam ċivili sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej. |
|
1.5 |
Għas-seba snin previsti sabiex jitwettaq dan il-programm, il-KESE jqis neċessarju li l-livell ta' servizz mistenni min-naħa tal-imsieħba nazzjonali fir-rigward tal-kwantità tad-data pprovduta, it-tipoloġija tagħhom, il-frekwenza, il-kwalità u d-disponibbiltà jiġi definit bi previżjonijiet speċifiċi, b'tali mod li jkun jista' jkollhom l-istrumenti neċessarji sabiex jiġi vvalutat is-servizz, bl-istess mod bħalma jsir għall-programmi ta' riċerka tas-Seba' Programm Qafas, fejn dawn il-parametri huma definiti u kkoordinati b'mod ċar. |
|
1.6 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-kriterji ta' aċċess għall-programm għandhom jinżammu miftuħa u li jiġu ppreċiżati b'mod aktar ċar fit-test tal-Artikolu 7(1)(a). Huwa kruċjali li fil-programm jitħallew jipparteċipaw mhux biss il-pajjiżi li diġà għandhom kapaċità indipendenti (pereżempju Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit), iżda dawk kollha li għandhom il-possibbiltà li jamgħlu disponibbli kompetenzi għall-ipproċessar tad-data. It-test propost għandu jiġi rivedut. |
|
1.7 |
Il-KESE jirrimarka li l-attivitajiet ta' sorveljanza kollha (Space Situational Awareness - SSA) jinkludu, apparti s-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju (Space Surveillance and Tracking), anke t-temp spazjali (Space Weather) u l-monitoraġġ ta' oġġetti qrib id-dinja (Near-Earth Objects). |
|
1.8 |
B'mod partikolari, peress li huwa rikonoxxut li l-periklu mill-attività tax-xemx għall-infrastrutturi spazjali huwa tal-inqas indaqs, jekk mhux iktar, meta jitqiesu l-effetti ta' avvenimenti partikolarment intensi, il-KESE jqis li ż-żewġ aspetti jridu jiġu segwiti b'mod parallel, kif previst oriġinarjament fid-definizzjoni tal-SSA. Għalhekk jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi qafas kumplessiv u integrat tad-diversi aspetti tad-difiża tal-infrastrutturi spazjali, b'mod partikulari mal-ESA li diġà hija impenjata b'mod attiv f'programm ta' ħarsien mir-radjazzjoni solari. Fil-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar l-Ispazju u s-Sikurezza, li saret f'Madrid fl-10 u l-11 ta' Marzu 2011 (imsemmija fil-Valutazzjoni tal-Impatt), hemm indikat b'mod ċar li għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni f'dan il-qasam fost il-partijiet interessati kollha, b'mod partikolari l-UE, l-ESA u l-Istati Membri. |
|
1.9 |
Il-KESE jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti tal-Amerika u mal-pajjiżi l-oħra li huma interessati fi proġett konġunt ta' protezzjoni tal-infrastrutturi spazjali, li jippermetti li jiġu evitati l-kolliżjonijiet perikolużi u xi kultant katastrofiċi anke ma' materjal żgħir ħafna li jistgħu jwaqqfu milli jintuża satellita li tqum ħafna flus u indispensabbli għall-attivitajiet tal-bniedem. |
2. Id-dokument tal-Kummissjoni
|
2.1 |
Il-Komunikazzjoni li qiegħda tiġi analizzata tipproponi li jinħoloq programm ġdid Ewropew ta' sorveljanza fl-ispazju u l-ittraċċar tal-oġġetti madwar id-dinja, imsejjaħ SST (Space Surveillance and Tracking - is-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju). |
|
2.2 |
Il-programm inħoloq bħala risposta għall-bżonn li jiġu protetti l-infrastrutturi spazjali Ewropej, b'mod partikolari dawk rappreżentati mill-programmi Galileo u Copernicus/GMES, kif ukoll il-varar Ewropew, mir-riskji marbutin mal-periklu ta' impatt ma' residwu spazjali. |
|
2.3 |
Il-Komunikazzjoni tiddefinixxi wkoll il-qafas legali tal-programm u l-iskema tiegħu ta' finanzjament għall-perjodu 2014-2020. |
|
2.4 |
Il-Komunikazzjoni hija akkumpanjata minn rapport (1), fejn fih ġew diskussi b'mod partikolari l-ħames skemi ta' finanzjament u governanza għall-programm, waqt li ġew stabbiliti l-karatteristiċi, l-ispejjeż u l-benefiċċji. |
|
2.5 |
Qabel it-test innifsu hemm memorandum ta' spjegazzjoni li juri l-kuntest. |
|
2.6 |
Il-kontribuzzjoni globali indikattiva tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-programm SST hija ta' EUR 70 miljun għall-perjodu 2014-2020. |
|
2.7 |
Din l-ispiża tkopri l-kontribut għat-tħaddim tas-sensers li diġà għandhom l-Istati Membri parteċipanti - normalment fl-istrutturi militari tagħhom - u servizz ta' twissija abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri parteċipanti u pprovdut miċ-Ċentru Satelittari tal-Unjoni Ewropea (EUSC). |
|
2.8 |
Il-parteċipazzjoni fil-programm hija fakultattiva u huwa previst li l-Istati Membri parteċipanti jkollhom sensers (teleskopji, radars) diġà jaħdmu u r-riżorsi tekniċi u tal-persunal neċessarji jew il-kompetenzi adegwati fil-qasam tal-ipproċessar tad-data. |
|
2.9 |
Skont is-sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt mehmuż mal-proposta, l-ispiża minima li tinħoloq minħabba l-kolliżjoni tar-residwi mas-satelliti operattivi Ewropej hija ta' EUR 140 miljun kull sena fl-Ewropa, li hija stmata li titla' għal EUR 210 miljuni minħabba t-tkabbir previst ta' 50 % fis-servizzi marbutin mas-settur tas-satellita fis-snin li ġejjin. Dawn iċ-ċifri jirrappreżentaw stima konservattiva ħafna u ma jinkludux it-telf "fil-livell lokali", jiġifieri t-telf ekonomiku minħabba l-qtugħ tas-servizzi li jiddependu mid-data tas-satellita. |
|
2.10 |
Huwa importanti li jiġi nnotat li kważi t-telf kollu mhux ġej mit-telf fiżiku tas-satelliti iżda mit-tnaqqis tal-ħajja operattiva tagħhom minħabba l-manuvri li jittieħdu sabiex jiġu evitati l-kolliżjonijiet. |
|
2.11 |
Minkejja li diversi Stati Membri llum għandhom is-servizz tagħhom ta' sorveljanza, il-Kummissjoni temmen li l-involviment tal-UE huwa meħtieġ biex jiġi aggregat l-investiment meħtieġ għall-finanzjament tal-proġett, biex jiġu stabbiliti l-aspetti tal-ġestjoni, tiġi definita politika tad-data u jiġi żgurat li l-kapaċitajiet eżistenti u futuri jiġu sfruttati b’mod ikkoordinat. |
|
2.12 |
S'issa, l-iSpace Surveillance Network (SSN - Netwerk għas-Sorveljanza tal-Ispazju) tal-Istati Uniti, immexxi mid-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti, huwa r-referenza għas-servizzi kollha ta' twissija. F'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar id-disponibbiltà b'xejn tal-informazzjoni tal-Istati Uniti titqies bħala insuffiċjenti, peress li din l-informazzjoni mhix eżatta biżżejjed u hija soġġetta għal ġestjoni li l-UE ma jistax ikollha kontroll fuqha. |
|
2.13 |
Il-ħolqien ta' dan is-servizz għalhekk jidħol tajjeb fl-istrateġija li l-Ewropa tkun indipendenti f'oqsma meqjusa bħala kritiċi, u b'mod partikolari fl-aċċess għall-ispazju. |
|
2.14 |
Attwalment, fl-Ewropa huwa stmat li l-65 % tas-sensers għas-satelliti f'orbita baxxa huma ġestiti totalment jew parzjalment minn istituzzjonijiet li għandhom rabta mad-difiża (2). |
|
2.15 |
L-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) mhix l-aġenzija adegwata sabiex timplimenta programm bħal dan peress li mhix attrezzata biex tipproċessa d-data riżervata bħalma hija dik li ġejja minn sensers ġestiti mill-istrutturi militari. |
|
2.16 |
Il-korp Ewropew li għandu jieħu ħsieb l-attività operattiva tat-tħaddim tas-servizz maħluq għall-koordinazzjoni huwa ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (EUSC), aġenzija tal-UE stabbilita mill-azzjoni konġunta tal-Kunsill fl-20 ta' Lulju 2001 u li tipprovdi prodotti u servizzi ta' informazzjoni b'diversi livelli ta' klassifikazzjoni li nsiltu mill-analiżi tal-immaġni bis-satellita tad-dinja lill-utenti ċivili u militari. L-EUSC jista' jiffaċilita l-provvista ta' servizzi SST u ser jipparteċipa (f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri parteċipanti) għat-twaqqif u l-funzjonament tas-sistema SST li hija waħda mill-għanijiet tal-programm ta' appoġġ għall-SST. Bħalissa, madankollu, l-istatut ta' dan il-korp ma jipprevedi l-ebda azzjoni fil-qasam tal-SST. |
|
2.17 |
Huwa mistenni li għall-ġestjoni tal-programm ser ikun hemm bżonn madwar 50 membru tal-persunal (inklużi r-riżorsi umani li jkunu disponibbli mill-Istati Membri parteċipanti, l-EUSC u l-Kummissjoni). |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-proposta ma tipprevedix il-ħolqien ta' strumenti u kompetenzi suffiċjenti għal-livell Ewropew għall-ġbir u l-analiżi tad-data, u għalhekk, fi tmiem il-perjodu ta' finanzjament ta' 5 snin ta' dan il-programm, l-Ewropa ser issib ruħha fl-istess sitwazzjoni tal-5 snin ta' qabel u probabbilment ikollha ġġedded dan il-ftehim biex tkompli tikseb id-data min-naħa tal-istrutturi tad-difiża tal-Istati Membri parteċipanti. |
|
3.2 |
Fil-kuntest tal-finanzjament propost ta' EUR 70 miljun, m'hemm l-ebda rekwiżit fir-rigward tad-disponibbiltà, il-kwalità jew ir-rilevanza tad-data li l-istrutturi nazzjonali jridu jipprovdu. Għalhekk huwa diffiċli li jiġu stabbiliti kriterji ta' valutazzjoni għas-servizz mogħti. Dan ikun possibbli biss meta l-Kummissjoni tkun ippubblikat l-atti ta' implimentazzjoni li jridu jitfasslu. |
|
3.3 |
L-Istati Membri huma tal-fehma li l-ESA ma tipprovdix biżżejjed garanziji għall-ipproċessar tad-data sensittiva - l-aġenzija maħtura għal dan il-għan għandha tkun l-EUSC. Huwa nnotat, madankollu, li fil-livell tal-Istati Membri individwali, il-pajjiżi li għandhom servizz ta' sorveljanza u traċċar (bħar-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja), jagħmlu dan f'kuntest ta' kooperazzjoni bejn l-aġenziji spazjali u dawk tad-difiża, u dan jagħti x'jifhem li fil-prattika, il-mudell ta' kooperazzjoni bejn l-aġenziji spazjali u dawk tad-difiża fil-fatt huwa effiċjenti. Madankollu, mhux ċar għala l-ESA ġiet eskluża minn servizz ta' dan it-tip, anke meta jitqies li din diġà tipparteċipa fis-servizz globali ta' twissija u ġestjoni tal-katastrofi, jiġifieri l-Karta Internazzjonali "Spazju u Diżastri Prinċipali" (International Charter on Space and Major Disasters). |
|
3.4 |
Il-programm SST huwa wieħed mit-tliet oqsma tal-Programm Preparatorju tas-Space Situation Awareness (SSA) (Għarfien tas-Sitwazzjoni Spazjali) li ilu jitħaddem b'mod preoperattiv mill-ESA sa mill-2009, u t-tnejn l-oħra huma Space Weather (it-temp spazjali) u Near-Earth Objects (l-oġġetti qrib id-dinja). |
|
3.5 |
Il-Programm Preparatorju tal-SSA ġie ffinanzjat b'baġit ta' EUR 55 miljun. Mhix ċara x'inhi r-rabta bejn dawn iż-żewġ programmi. Fuq kollox, mhux ċar kif dan is-servizz ta' SST ser ikun jaħdem biswit servizz simili li jiġġenera u jiġġestixxi t-twissijiet relatati mar-riskji minn attività solari. |
|
3.6 |
Huwa utli li jkun hemm paragun bejn kemm hi severa l-ħsara kkawżata minn kolliżjonijiet mar-residwi u dik li ġejja mill-attività ġeomanjetika tax-xemx. Skont studju mwettaq mill-Amministrazzjoni Nazzjonali dwar l-Oċeani u l-Atmosfera (National Oceanic and Atmospheric Administration - NOAA) tal-Istati Uniti (3), it-telf ekonomiku minħabba l-influwenza tat-tempesti solari fuq l-infrastruttura satellitari huwa enormi. Fl-2003, l-attività intensa tax-xemx qerdet l-ADEOS-2, satellita Ġappuniża li swiet USD 640 miljun. Fl-1997, tempesta manjetika wasslet għat-telfa tas-satellita għat-telekomunikazzjoni Telstar, li l-valur tagħha kien ta' USD 270 miljun, filwaqt li fl-1989 tempesta manjetika oħra ħolqot disa' sigħat ta' black-out (mingħajr elettriku) fiż-żona tal-Kanada, fejn id-danni ġew ikkalkulati għal USD 6 biljun |
|
3.7 |
Huwa maħsub li supertempesta solari bħal dik li ġrat fl-1859 illum il-ġurnata tikkawża, mil-lat biss tal-ħsarat lis-satelliti f'orbita ġeostazzjonarja, telf ta' EUR 30 biljun, filwaqt li l-ħsara lill-grids tal-elettriku ttella' ċ-ċifra għal USD 1-2 triljun. Ikun hemm bżonn minn erba' sa għaxar snin sabiex jerġa' jkun hemm funzjonament totali (4). |
|
3.8 |
Il-livell ta' riskju li ġej mill-attività solari għallinqas huwa daqs dak li ġej mir-residwi. Madankollu, iqis li t-tnejn li huma għandhom jiġu ġestiti b'mod konġunt, bħalma ġie previst mill-Konferenza li saret f'Madrid, f'Marzu 2011. Madankollu, il-Komunikazzjoni ma tiċċarax min għandu jimplimenta servizz ta' tħaddim relatat mat-twissijiet marbutin mal-attivitajiet tax-xemx. |
|
3.9 |
Il-KESE jqis li l-proposta għandha tqis il-protezzjoni tal-infrastruttura spazjali Ewropea, inkluża wkoll attività komplementari li għandha l-għan li tissorvelja t-temp spazjali l-iskadenzi għall-implimentazzjoni u l-integrazzjoni bejn iż-żewġ sistemi. |
4. Kummenti partikolari/speċifiċi
|
4.1 |
L-Artikolu 5(2) jipprevedi li ma jinbnewx kapaċitajiet ġodda iżda għandhom biss jerġgħu jintużaw dawk eżistenti tal-Istati Membri. Madankollu, fil-Kapitolu 2 tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni hemm indikat ċar li l-kapaċitajiet eżistenti mhumiex biżżejjed. Għalhekk mhux ċar biżżejjed liema tip ta' sistema għandha titwettaq b'dettall, anke b'rabta mal-ħames tipi mniżżla fir-rapport mehmuż (Valutazzjoni tal-Impatt). |
|
4.2 |
Il-karatteristiċi tekniċi ta' din is-sistema mhumiex definiti b'mod espliċitu. Filwaqt li l-għanijiet tagħha huma definiti, id-deċiżjoni dwar minn x'hiex għandha tkun magħmula titħalla għal diskussjoni fil-futur bejn l-Istati Membri. |
|
4.3 |
Rabta bejn l-użu militari u dak ċivili. Is-sistema hija mibnija bħala sistema ċivili. Madankollu, il-maġġoranza tal-informazzjoni ġejja mill-qasam militari. M'hemm l-ebda rekwiżit jew protokoll espliċitu li jobbliga lill-qasam militari li jipprovdi din l-informazzjoni lill-qasam ċivili. Anke hawnhekk il-proposta tgħid li l-kwistjoni ser tiġi solvuta fil-futur. |
|
4.4 |
Rabta bejn l-Istati Membri u l-UE. Il-proposta tgħid li s-sensers kollha huma u għandhom jibqgħu f'idejn l-Istati Membri individwali. Ma jidhirx li hemm kundizzjonijiet espliċiti li jiggarantixxu livell minimu ta' fluss ta' data u informazzjoni. |
|
4.5 |
Definizzjoni tas-servizz. Il-proposta ma tipprovdix dan b'mod espliċitu. Għalhekk mhuwiex possibbli li jiġi stmat jekk dan huwiex biżżejjed għall-proġetti stabbiliti mill-programm. |
|
4.6 |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2008 intitolata "Jitwettaq progress fil-Politika Spazjali Ewropea", il-Kunsill jenfasizza l-ħtieġa li "tiġi żviluppata kapaċità biex jiġu ssodisfatti l-ħtiġijiet tal-utenti għal għarfien komprensiv tas-sitwzzjoni tal-ambjent spazjali". |
|
4.7 |
Huwa importanti li jinżamm ir-ritmu tal-iżvilupp kemm tal-programm SST kif ukoll tal-programmi attwali tal-SSA. |
|
4.8 |
L-"indikaturi tar-riżultati u tal-impatt" fil-punt 1.4.4 huma pjuttost superfluwi, u jipprovdu ftit elementi mil-lat operattiv, sabiex wara tkun tista' tiġi evalwata l-effikaċja tal-programm. |
|
4.9 |
Apparti mid-definizzjonijiet tal-governanza, il-mudell operattiv tas-sistema mhux definit tajjeb. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri mhix obbligatorja. Liema hija l-bażi minima sabiex is-servizz ikun jista' jaħdem? |
Brussell, 10 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) Dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, Valutazzjoni tal-Impatt, SWD(2013) 55 final.
(2) Study on Capability Gaps concerning Space Situational Awareness, ONERA, 2007.
(3) Value of a Weather-ready Nation, 2011, NOAA.
(4) Ara n-National Research Council. (2008), Severe Space Weather Events. Understanding Societal and Economic Impacts: A Workshop Report. Washington, DC: The National Academies Press.
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/42 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Riformulazzjoni)”
COM(2013) 162 final — 2013/0089 (COD)
2013/C 327/09
Relatur: is-Sur HERNÁNDEZ BATALLER
Nhar il-15 ta' April 2013 u nhar is-16 ta' April 2013, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Riformulazzjoni)
COM(2013) 162 final – 2013/0089 (COD).
Nhar is-16 ta’ April 2013, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu tal-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (sessjoni tal-11 ta' Lulju) li jaħtar lis-Sur Hernández Bataller bħala relatur ġenerali u adotta din l-Opinjoni b’116-il vot favur, u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Fid-dawl tal-valur ekonomiku inkontestabbli tat-trade marks u tal-impatt pożittiv tagħhom fuq il-funzjonament tas-suq intern, jidher ċar li l-qafas leġislattiv attwali għall-protezzjoni sopranazzjonali mhuwiex suffiċjenti. Madankollu, il-Proposta għal Direttiva hi pass 'il quddiem mis-sitwazzjoni attwali fejn jeżistu differenzi regolatorji bejn it-trade mark Komunitarja u dawk nazzjonali. |
|
1.2 |
Għaldaqstant, il-Kumitat hu favur it-tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali marbutin mal-użu leġittimu ta' trade mark kummerċjali, jappoġġja kemm jista' jkun ir-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade marks, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġja lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) fir-rwol tiegħu li jimmonitorja r-rispett ta' dawn id-drittijiet. |
|
1.3 |
F'dan ir-rigward, il-liġi tal-UE tagħti lill-proprjetarju ta' trade mark kemm l-użu esklużiv tagħha bi skop ta' qligħ (ius utendi) kif ukoll il-possibbiltà li jimpedixxi li l-użu tagħha jiġi kompromess mill-azzjonijiet ta' partijiet terzi li jimitaw jew jużaw b'mod inadegwat is-sinjali distintivi tagħha (ius prohibendi). Il-Kumitat jitlob li jiġu adottati miżuri preventivi u kompensatorji fir-rigward tal-piraterija, li tnaqqas il-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej. |
|
1.4 |
Madankollu, il-leġislazzjoni tal-UE fis-seħħ ma tistabbilixxix b'mod preċiż il-kundizzjonijiet li fihom il-proprjetarju ta' trade mark jista' jieħu l-miżuri rilevanti biex jimpedixxi l-azzjonijiet imsemmijin. |
|
1.5 |
B'mod ġenerali, fis-snin li ġejjin dan il-proċess kollu ta' armonizzazzjoni għandu jwassal għall-allinjament tal-liġijiet dwar it-trade marks, u għandu jiġi adottat kodiċi tat-trade marks tal-UE li jistabbilixxi, fost aspetti oħra, il-ħolqien ta' proċedura flessibbli, uniformi u ekonomika li tagħti l-possibbiltà lill-partijiet interessati li jagħżlu b'mod volontarju li jirreġistraw it-trade mark, u b'hekk jintemmu d-differenzi leġislattivi li jeżistu bħalissa. |
|
1.6 |
Il-KESE għandu jaqdi rwol attiv fil-proċess leġislattiv tal-adozzjoni tal-atti kollha dwar il-proprjetà intellettwali; għaldaqstant jiddisipjaċih li ma ġiex ikkonsultat dwar il-proposta għall-emendar tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja. |
|
1.7 |
Il-KESE jittama li fil-ġejjieni jkun hemm sistema li tiggarantixxi protezzjoni ugwali għat-trade marks, kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Fil-livell internazzjonali, il-liġi dwar it-trade marks hi regolata mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali, li ġiet iffirmata f'Pariġi fl-20 ta' Marzu 1883, riveduta għall-aħħar darba fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967 u emendata fit-28 ta' Settembru 1979 (1) (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Konvenzjoni ta' Pariġi"). |
|
2.2 |
Skont l-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni ta' Pariġi, l-Istati li għalihom tapplika din il-Konvenzjoni jirriservaw id-dritt li jiftiehmu b'mod separat bejniethom dwar arranġamenti partikolari għall-proprjetà industrijali. |
|
2.3 |
Din id-dispożizzjoni kienet il-bażi għall-adozzjoni tal-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Prodotti u s-Servizzi għall-Finijiet tar-Reġistrazzjoni tat-Trade Marks matul il-Konferenza Diplomatika ta' Nizza nhar il-15 ta' Ġunju 1957, rivedut għall-aħħar darba f'Ġinevra nhar it-13 ta' Mejju 1977 u emendat nhar it-28 ta' Settembru 1979 (2). Il-Klassifikazzjoni ta' Nizza tiġi riveduta kull ħames snin minn kumitat ta' esperti. |
|
2.4 |
Skont il-bażi tad-data tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), minn fost l-Istati Membri tal-UE r-Repubblika ta' Ċipru u r-Repubblika ta' Malta biss mhumiex partijiet fil-Ftehim ta' Nizza, però t-tnejn li huma jużaw il-Klassifikazzjoni ta' Nizza. |
|
2.5 |
Il-protezzjoni tat-trade marks hija essenzjalment territorjali. Dan għaliex trade mark hi dritt tal-proprjetà li jipproteġi sinjal f'territorju definit. |
|
2.5.1 |
Fil-liġi primarja tal-UE, l-Artikolu 17(2) tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali jistabbilixxi l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali. |
|
2.5.2 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 118 tat-TFUE jistipula li fil-qafas tal-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq intern, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jistabbilixxu, skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, il-miżuri għall-ħolqien ta' titoli Ewropej li jiggarantixxu protezzjoni uniformi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u industrijali fl-UE u għall-ħolqien ta' sistemi ta' awtorizzazzjoni, koordinazzjoni u kontroll ċentralizzati fil-livell tal-UE. |
|
2.6 |
Fl-Unjoni Ewropea teżisti l-protezzjoni tat-trade mark nazzjonali u tat-trade mark Komunitarja fl-istess ħin. Il-proprjetarju ta' trade mark nazzjonali jista' jeżerċita d-drittijiet assoċjati ma' din it-trade mark fit-territorju tal-Istat Membru li t-trade mark tkun protetta permezz tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu. Il-proprjetarju ta' trade mark Komunitarja jista' jagħmel l-istess fit-territorju tat-28 Stat Membru, għaliex it-trade mark għandha effett f'dan it-territorju kollu. |
|
2.7 |
Il-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks kienu parzjalment armonizzati mid-Direttiva 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, ikkodifikata sussegwentement bħala d-Direttiva 2008/95/KE. |
|
2.8 |
Fl-istess ħin u b'rabta mas-sistemi nazzjonali tat-trade marks, ir-Regolament (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja, ikkodifikat bħala r-Regolament (KE) Nru 207/2009, stabbilixxa sistema unika għar-reġistrazzjoni tad-drittijiet unitarji li għandhom effett ugwali fl-UE kollha. F'dak il-kuntest, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) twaqqaf biex ikun responsabbli mir-reġistrazzjoni u l-amministrazzjoni tat-trade marks Komunitarji. |
|
2.9 |
Fl-aħħar snin, il-Kummissjoni fetħet dibattiti pubbliċi dwar il-proprjetà intellettwali, li ħa sehem fihom il-KESE, u fl-2011 ħabbret reviżjoni tas-sistema tat-trade marks fl-Ewropa bil-għan li timmodernizzaha, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali, billi tagħmilha aktar effettiva, effiċjenti u konsistenti globalment. |
|
2.10 |
Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2008 dwar pjan Ewropew globali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, il-Kunsill talab reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (3). Il-KESE jittama li jittejjeb il-qafas legali sabiex isaħħaħ il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali min-naħa tal-awtoritajiet doganali u jiggarantixxi ċertezza legali adegwata. |
|
2.11 |
Is-sistema Ewropea tat-trade marks hi bbażata fuq il-prinċipju tal-koeżistenza u l-komplementarjetà bejn il-protezzjoni tat-trade mark nazzjonali u dik Komunitarja. |
|
2.12 |
Ir-Regolament dwar it-trade mark Ewropea jistabbilixxi sistema globali li tindirizza l-aspetti kollha tal-liġi sostantiva u proċedurali. Min-naħa l-oħra, id-Direttiva hi limitata għall-approssimazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet biss tal-liġi sostantiva, u għalhekk il-Proposta tassumi li r-regoli sostantivi huma essenzjalment simili u li għall-inqas id-dispożizzjonijiet proċedurali prinċipali huma kompatibbli. |
|
2.13 |
L-għan tal-Proposta hu li trawwem l-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku billi tagħmel is-sistemi ta' reġistrazzjoni tat-trade marks fl-UE kollha aktar aċċessibbli u effiċjenti għan-negozji permezz ta' tnaqqis tal-ispejjeż u l-kumplessità, żieda fir-rapidità, fil-prevedibbiltà u fiċ-ċertezza legali. |
|
2.14 |
Din l-inizjattiva ta' riformulazzjoni għandha l-għanijiet konkreti li ġejjin:
|
|
2.15 |
Il-Proposta għal Direttiva, minn banda, taġġorna u ttejjeb id-dispożizzjonijiet attwali rigward:
|
|
2.16 |
Mill-banda l-oħra, il-Proposta tipprova tilħaq approssimazzjoni akbar tal-liġi sostantiva permezz tal-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali; il-protezzjoni ta' trade marks b'reputazzjoni; l-enfasi fuq it-trade marks bħala proprjetà, peress li jistgħu jkunu soġġetti għal ċessjoni tad-drittijiet reali, u r-regolazzjoni tat-trade marks kollettivi. |
|
2.17 |
Fir-rigward tal-armonizzazzjoni tar-regoli proċedurali prinċipali, il-Proposta tindirizza l-ħatra u l-klassifikazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi; l-eżami ex officio; il-miżati; il-proċedura ta' oppożizzjoni; in-nuqqas ta' użu bħala difiża fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni; il-proċedura għal revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità; u n-nuqqas ta' użu bħala difiża fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità. |
|
2.18 |
Il-Proposta timmira wkoll li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji. B'mod komplementari mal-qafas legali tal-kooperazzjoni fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament, l-Artikolu 52 jistabbilixxi l-bażi legali għall-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn l-UASI u l-uffiċċji tal-proprjetà intellettwali tal-Istati Membri. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-Proposta għal Direttiva tal-Kummissjoni Ewropea, li hi partikolarment f'waqtha f'kuntest ekonomiku globali li hu kompetittiv ħafna u fi żmien meta l-ekonomija fl-Ewropa battiet. |
|
3.1.1 |
F'dan il-kuntest, it-trade mark tikkontribwixxi, minn naħa, għall-ħolqien ta' valur intraprenditorjali u l-fiduċja tal-klijenti, u min-naħa l-oħra, għall-protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
3.1.2 |
Dan l-aħħar aspett huwa importanti ħafna hawnhekk għal diversi raġunijiet:
|
|
3.2 |
Il-Proposta għal Direttiva ser ittejjeb b'mod sinifikanti l-qafas legali attwali tal-liġijiet tal-Istati Membri bi tliet modi:
|
|
3.3 |
Tinkludi wkoll, fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi, kummerċjali u legali, innovazzjonijiet importanti bħad-definizzjoni ta' trade mark, li tippermetti rappreżentazzjoni minn mezzi grafiċi oħra, li tippermetti identifikazzjoni aktar preċiża tat-trade mark, u l-possibbiltà li jiġu reġistrati trade marks li jistgħu jiġu rappreżentati permezz ta' mezzi teknoloġiċi li joffru garanziji sodisfaċenti. |
|
3.4 |
Huwa pożittiv li l-Proposta tipprova tilħaq approssimazzjoni akbar tal-liġi sostantiva, pereżempju billi jiġu miżjuda l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali; il-protezzjoni ta' trade marks b'reputazzjoni; it-trattament tat-trade marks bħala proprjetà, bħalma huma ċ-ċessjoni tad-drittijiet reali u l-aspetti essenzjali tal-użu kummerċjali. L-introduzzjoni tat-trade marks kollettivi u l-marki ta' garanzija fil-Proposta għal Direttiva hi importanti ħafna sew għall-intrapriżi u sew għall-konsumaturi. |
|
3.5 |
Fl-aħħar nett, il-KESE jilqa' l-armonizzazzjoni tar-regoli proċedurali prinċipali għaliex b'hekk jinħolqu regoli komuni għall-ħatra u l-klassifikazzjoni tal-prodotti u s-servizzi, b'konformità mal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja, u l-eżami ex officio, il-proċedura ta' oppożizzjoni u l-proċedura għal revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità. |
|
3.6 |
Barra minn hekk, fil-fehma tal-Kumitat huwa pożittiv li l-proċedura tat-tħejjija tal-Proposta għal Direttiva saret b'livell għoli ta' pubbliċità u ta' parteċipazzjoni tas-setturi kkonċernati tas-soċjetà ċivili. |
|
3.7 |
Madankollu, il-Kumitat għandu xi oġġezzjonijiet għall-għan u l-kontenut tal-Proposta, mingħajr ħsara għall-emenda proposta tar-Regolament attwali (KE) Nru 207/2009, li stabbilixxa sistema unika għar-reġistrazzjoni tad-drittijiet unitarji, u li jsawwar il-pakkett leġislattiv flimkien mal-Proposta għal Direttiva. |
|
3.8 |
F'dan il-kuntest, il-Kumitat huwa sorpriż li ntalbitx l-opinjoni konsultattiva tiegħu dwar il-Proposta COM(2013) 161 final tas-27.3.2013 li temenda r-Regolament imsemmi hawn fuq dwar il-marka kummerċjali Komunitarja. |
|
3.9 |
Peress li dan l-att għandu impatt dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern (Artikolu 118 tat-TFUE) u jaffettwa l-livell ta' protezzjoni tal-konsumatur (Artikolu 169 tat-TFUE), interpretazzjoni kuntestwali u konsistenti tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati, li jagħtu b'mod espliċitu lill-Kumitat rwol konsultattiv f'dawn l-oqsma, titlob il-parteċipazzjoni obbligatorja tal-Kumitat fil-proċess leġislattiv tal-adozzjoni ta' dan l-att. |
|
3.10 |
F'dan ir-rigward, il-liġi tal-UE tagħti lill-proprjetarju ta' trade mark kemm l-użu esklużiv tagħha bi skop ta' qligħ (ius utendi) kif ukoll il-possibbiltà li jimpedixxi li l-użu tagħha jiġi kompromess mill-azzjonijiet ta' partijiet terzi li jimitaw jew jużaw b'mod inadegwat is-sinjali distintivi tagħha (ius prohibendi), Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009. |
|
3.11 |
Madankollu, il-leġislazzjoni tal-UE fis-seħħ ma tistabbilixxix b'mod preċiż il-kundizzjonijiet li fihom il-proprjetarju ta' trade mark jista' jieħu l-miżuri rilevanti biex jimpedixxi l-azzjonijiet imsemmijin. |
|
3.11.1 |
Għalkemm il-Proposta għal Direttiva żżid b'mod sinifikanti n-numru ta' sitwazzjonijiet meta l-proprjetarju tat-trade mark jista' jimpedixxi l-użu tagħha minn partijiet terzi (Artikolu 10), u tistabbilixxi dispożizzjoni ġdida f'dan ir-rigward, jiġifieri l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetarju permezz tal-użu ta' preżentazzjoni, imballaġġ jew mezzi oħra (Artikolu 11) jew tal-użu ta' trade mark reġistrata f'isem ta' aġent jew rappreżentant (Artikolu 13), huwa l-imħallef kompetenti li jiddetermina l-kamp ta' applikazzjoni eżatt ta' dan id-dritt f'każ li tinbeda proċedura ġudizzjarja mill-parti kkonċernata. |
|
3.11.2 |
Għalhekk ser ikun f'idejn kull korp ġudizzjarju li jistabbilixxi jekk jeżistix ir-riskju ta' konfużjoni jew sjieda inadegwata tat-trade mark protetta minn parti terza, u f'każ li jkun jeżisti, hu jiddetermina wkoll il-kumpens li għandu jingħata lill-proprjetarju skont it-talba mressqa. |
|
3.11.3 |
Konsegwentement, il-Proposta għal Direttiva ma toffrix protezzjoni uniformi tad-drittijiet tal-użu t-trade mark mill-proprjetarju, u lanqas tad-drittijiet tal-konsumaturi meta dawn jistgħu jkunu affettwati mill-użu inadegwat jew qarrieqi ta' trade mark kummerċjali. |
|
3.12 |
Għalhekk, il-komplementarjetà bejn is-sistema sopranazzjonali u s-sistemi interni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetarju ta' trade mark tinvolvi riskju ċar fir-rigward tal-aħjar effiċjenza u prontezza possibbli tal-protezzjoni, b'konformità mal-għanijiet tal-Proposta għal Direttiva. |
|
3.12.1 |
B'hekk, pereżempju, ma jiġix garantit li ser jingħelbu d-differenzi interni li jirriżultaw mit-traspożizzjoni skorretta tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/48/KE (fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali) rigward il-miżuri biex tiġi żgurata azzjoni ta':
|
|
3.12.2 |
Din l-inċertezza legali tkun aktar gravi jekk id-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark jinkisru f'diversi Stati Membri. |
|
3.13 |
Aktar u aktar għaliex il-Proposta għal Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jagħmlu din il-protezzjoni aktar kumplessa. |
|
3.13.1 |
Pereżempju, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 (Raġunijiet assoluti għal rifjut jew nullità) jistabbilixxi li "[t]rade mark għandha tkun suxxettibbli li tiġi dikjarata invalida meta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tkun saret in mala fede mill-applikant" u li "[k]walunkwe Stat Membru jista' jipprovdi wkoll li tali trade mark ma tiġix reġistrata". |
|
3.14 |
Billi skont l-UASI l-kunċett ta' mala fede jeskludi n-nuqqas ta' intenzjoni ta' użu, liema awtorità ser tistabbilixxi kriterji uniformi biex l-evalwaturi kompetenti jkunu jistgħu jiddeterminaw jekk jeżistux aspetti oħra li jindikaw mala fede? |
|
3.15 |
Dan in-nuqqas leġislattiv huwa paradossali jekk titqies id-dispożizzjoni l-ġdida tal-Artikolu 10(5) tal-Proposta għal Direttiva, li tintitola lill-proprjetarju ta' trade mark reġistrata li jevita li partijiet terzi jġibu merkanzija minn territorji li ma jagħmlux parti mit-territorju tal-unjoni doganali mingħajr ma tkun rilaxxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera. Għalhekk, hawnhekk il-Proposta ma ssegwix il-ġurisprudenza attwali tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-merkanzija fi tranżitu (Kawżi C-446/09 u C-495/09, Philips/Nokia), u tinvalida kull preżunzjoni jew prova dwar il-bona fede tal-partijiet terzi kkonċernati (4). |
|
3.16 |
Mill-banda l-oħra, m'hemmx dubju li l-prevenzjoni u t-trażżin ta' dan it-tip ta' prattiki kummerċjali illeċiti jissaħħu jekk il-Proposta għal Direttiva tistabbilixxi bażi legali speċifika li tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea li żżid l-azzjoni tagħha permezz tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati terzi li l-intrapriżi tagħhom iwettqu dawn il-prattiki b'mod ġeneralizzat u sistematiku. |
|
3.17 |
Lanqas mhu biżżejjed dak li hu previst fl-Artikolu 45(1) tal-Prospota għal Direttiva, jiġifieri li b'mod ġenerali "[l]-Istati Membri għandhom jipprovdu proċedura amministrattiva effiċjenti u bil-ħeffa quddiem l-uffiċċji tagħhom għal oppożizzjoni tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni ta' trade mark għar-raġunijiet stipulati fl-Artikolu 5". Hemm bżonn li tiġi konkretizzata aktar in-natura ta' din il-proċedura, u għandu jiġi stabbilit bil-liġi perjodu raġonevoli li fih iridu jaġixxu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'konformità mal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Id-dritt għal amministrazzjoni tajba). |
|
3.18 |
B'mod simili, l-effiċjenza u l-prevedibbiltà marbutin mal-protezzjoni sopranazzjonali tal-proprjetarji ta' trade mark jirrikjedu li jiġi rivedut il-kontenut ta' dispożizzjonijiet oħra tal-Proposta għal Direttiva, bħall-Artikolu 44 u l-Artikolu 52. Fir-rigward tal-Artikolu 44, li jistabbilixxi miżata (ġenerika) addizzjonali għal kull klassi ta' merkanzija u servizzi lil hinn mill-ewwel klassi li għandha tiġi inkluża fit-talba għall-ewwel reġistrazzjoni, għandu jiġi stabbilit massimu għal din il-miżata. |
|
3.19 |
Min-naħa l-oħra, b'rabta mal-Artikolu 52, li jistabbilixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-UASI sabiex jippromovu l-konverġenza tal-prattiki u l-għodod u jiksbu riżultati koerenti fl-analiżi u r-reġistrazzjoni tat-trade marks, għandu jkun hemm dispożizzjoni speċifika li b'konformità mal-Artikolu 291(2) tat-TFUE tagħti l-kompetenzi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' "kodiċi tal-kondotta" vinkolanti. |
|
3.20 |
Il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-UASI u l-uffiċċji nazzjonali rispettivi għandha titqies bħala kwistjoni ta' interess komuni, b'konformità mal-Artikolu 197 tat-TFUE. F'dan il-qasam ikun tajjeb li jiġu skambjati l-informazzjoni u l-persunal u li jiġu appoġġjati programmi ta' taħriġ, billi jiġi stabbilit baġit pubbliku għal dan il-għan. |
|
3.21 |
B'mod ġenerali, fis-snin li ġejjin dan il-proċess kollu ta' armonizzazzjoni għandu jwassal għall-allinjament tal-liġijiet dwar it-trade marks, u għandu jiġi adottat kodiċi tat-trade marks tal-UE li jistabbilixxi, fost aspetti oħra, il-ħolqien ta' proċedura flessibbli, uniformi u ekonomika li tagħti l-possibbiltà lill-partijiet interessati li jagħżlu b'mod volontarju li jirreġistraw it-trade mark. |
Brussell, 11 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) Recueil des traités des Nations unies [Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti], Vol. 828, Nru 11851, p. 305.
(2) Recueil des traités des Nations unies [Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti], Vol. 818, nru I-11849.
(3) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2003:196:0007:0014:mt:PDF ĠU L 196, 2.8.2003, p. 7.
(4) L-Artikolu 10(5) tal-Proposta għal Direttiva jgħid hekk: "Il-proprjetarju ta' trade mark reġistrata għandu jkun intitolat ukoll jipprevjeni lill-partijiet terzi kollha milli jġibu merkanzija, fil-kuntest ta' attività kummerċjali, fit-territorju doganali tal-Istati Membri fejn it-trade mark hija reġistrata mingħajr ma tkun rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera meta, tali merkanzija, inkluż l-imballaġġ, tiġi minn pajjiżi terzi u jkollha mingħajr awtorizzazzjoni trade mark li hija identika għat-trade mark reġistrata fir-rigward ta' tali merkanzija, jew li ma tistax issir distinzjoni fl-aspetti essenzjali tagħha minn dik it-trade mark." Fil-qosor, b'dan il-mod jinħoloq mekkaniżmu deċiżiv li jindirizza l-falsifikazzjoni tal-merkanzija prodotta barra mill-UE u ma jippermettix li l-partijiet interessati jibbenefikaw mill-fizzjoni legali li l-merkanzija fi tranżitu ma tidħolx fit-territorju doganali tal-UE.
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/47 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċertu kumpaniji u gruppi kbar”
COM(2013) 207 final — 2013/0110 (COD)
2013/C 327/10
Relatur: is-Sinjura PICHENOT
Nhar it-2 ta' Mejju 2013 u l-21 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 50(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċertu kumpaniji u gruppi kbar
COM(2013) 207 final – 2013/0110 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-27 ta' Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013, (seduta tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’95 vot favur, 31 vot kontra u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet
|
1.1 |
Il-Kumitat jilqa' b'mod favorevoli l-proposti tal-Kummissjoni rigward il-modifiki għad-Direttivi dwar il-Kontabbiltà, kemm fil-qasam tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mhux finanzjarja kif ukoll fil-qasam tar-rappreżentazzjoni tad-diversità tal-maniġment superjuri. Dawn il-bidliet limitati jikkontribwixxu għat-titjib fil-qafas tal-governanza tal-intrapriżi tal-UE (1). |
|
1.2 |
Il-Kumitat jirrakkomanda lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jqisu l-bilanċ li ntlaħaq minn dawn il-modifiki li jżidu t-trasparenza fil-qasam ambjentali, soċjali, soċjetali u tal-governanza. Il-proposta tal-Kummissjoni tifforma strument flessibbli u adatt biex itejjeb il-komunikazzjoni lejn l-azzjonisti, l-investituri, l-impjegati, u l-partijiet oħra interessati. Din il-proposta tindirizza biss lill-kumpaniji l-kbar biex tevita li timponi rekwiżiti ulterjuri fuq l-intrapriżi ta' daqs iżgħar. |
2. Rakkomandazzjonijiet
|
2.1 |
Il-Kumitat jirrikonoxxi li l-fatt li l-elementi li ġejjin inġiebu flimkien b'mod ibbilanċjat, jippermetti li tingħata informazzjoni mhux finanzjarja lill-azzjonisti fl-Assemblej Ġenerali u lill-partijiet interessati fil-kumpaniji l-kbar. Dan kollu jirrispondi għall-għanijiet ta' trasparenza u ta' koerenza mħabbra.
|
|
2.2 |
Fid-dawl ta' dan il-bilanċ, il-Kumitat iqis li l-adozzjoni ta' proposta għal Direttiva li timmodifika d-Direttivi dwar il-Kontabbiltà wasslet f'mument propizju:
|
|
2.3 |
Il-Kumitat huwa sodisfatt li dawn il-bidliet fid-Direttivi tal-kontabbiltà jiftħu ċerti prospettivi peress li:
|
|
2.4 |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
|
2.5 |
Il-Kumitat japprova l-modifika proposta għar-raba' direttiva li tirrigwarda l-obbligu li tingħata informazzjoni dwar il-politika tad-diversità adottata mill-intrapriża fil-korpi ta' governanza tagħha. |
|
2.6 |
Huwa jenfasizza li l-kunsilli amministrattivi jew ta' sorveljanza m'humiex l-uniċi kkonċernati u li jista' jkun utli li l-politika tad-diversità tasal ukoll fil-kumitati tal-kunsill, b'mod partikolari l-kumitat tal-awditjar. |
|
2.7 |
Huwa jfakkar li l-aspirazzjonijiet marbutin ma' sehem in-nisa fil-kunsilli għadhom ma ntlaħqux fil-parti l-kbira tal-Istati Membri (5). |
|
2.8 |
Huwa jqis li fost il-kriterji tad-diversità għandu jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-amministraturi impjegati li jaslu mid-dinja tax-xogħol, b'mod partikolari tal-Kumitat tal-Intrapriża Ewropea, b'mandat mill-organizzazzjonijiet tat-trejdjunjins. |
|
2.9 |
Fl-aħħar il-Kumitat jirrakkomanda lil-Kummissjoni tinkwadra din ir-reviżjoni b'dispożizzjoni ta' nonrigressjoni fir-rigward tal-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti u li tevalwa l-impatt ta' dawn l-emendi tad-Direttivi tal-kontabbiltà fuq il-prattiki tal-intrapriżi fil-qasam tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mhux finanzjarja ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. |
3. Elementi tal-kuntest
|
3.1 |
Din il-proposta ta' modifika tad-Direttivi dwar il-kontabbiltà tkompli mal-isforzi li saru mill-Green Paper tal-2001 dwar ir-Responsabbiltà Soċjali tal-Kumpaniji (6), li ġiet kompletatat mill-Komunikazzjoni tal-2006 (7), u tirrispondi għall-impenji mħabbra f'dan il-pjan ta' ħidma tal-komunikazzjoni tal-2011 (8). Din il-modifika saret meħtieġa wara r-riżultati tal-istudju tal-impatt li juri l-limiti tal-effikaċja tal-informazzjoni mhux finanzjarja ppubblikata mill-intrapriżi u dan kompla ssaħħaħ sew bil-kontributi tal-konsultazzjoni pubblika. L-informazzjoni m'hijiex kollha tal-istess kwalità. Barra minn hekk l-għadd ta' intrapriżi huwa insuffiċjenti. |
|
3.2 |
It-tisħiħ tat-trasparenza tas-soċjetajiet fil-qasam soċjali u ambjentali ġie mħabbar f'April 2011 fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Att għas-Suq Uniku. |
|
3.3 |
Fl-2005, mill-Opinjoni dwar l-istrumenti tal-kejl u ta' informazzjoni (9), il-Kumitat qies ir-raba' direttiva dwar ir-rapporti annwali, li fiha dispożizzjoni dwar informazzjoni mhux finanzjarja li toffri l-possibbiltà lill-intrapriżi li jagħtu ċerta informazzjoni pubblika dwar l-aspetti soċjali u ambjentali tal-attivitajiet tagħhom. Fl-2012, il-Kumitat appoġġja lill-Kummissjoni fl-għan tagħha li ssaħħaħ id-diversità fi ħdan il-kunsilli amministrattivi jew ta' sorvejanza. Fl-Opinjoni tal-2012 (10) dwar il-Komunikazzjoni tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji, il-Kumitat fakkar dwar il-pożizzjoni tiegħu favur rapport mhux finanzjarju obbligatorju. |
|
3.4 |
Ir-Renju Unit kien l-ewwel Stat Membru li mill-1992 daħħal kodiċi fil-governanza tal-intrapriża (imsejjaħ il-kodiċi Cadbury) (11) li introduċiet il-metodu "konformità jew spjegazzjoni". B'dispożizzjonijiet varji, dan l-approċċ ġie adottat minn pajjiżi oħra fosthom il-Ġermanja u d-Danimarka. Il-flessibbiltà tal-metodu tippermetti li għal xi oqsma sensittivi l-kumpaniji għandhom id-dritt ta' riżerva fuq informazzjoni bħall-ġlieda kontra l-korruzzjoni li l-effikaċja tagħha tista' tirrikjedi ċerta diskrezzjoni, u anke kunfidenzjalità. |
|
3.5 |
Diversi Stati Membri, fosthom Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit, l-Isvezja u Spanja adottaw liġijiet matul dawn l-aħħar għaxar snin bil-għan li joffru qafas nazzjonali ta' rappurtaġġ sabiex ljiġu armonizzati l-istandards Ewropej. |
|
3.6 |
Ftehim Ewropew dwar it-trasparenza tas-settur tal-estrazzjoni ġie mfassal taħt il-Presidenza Irlandiża, huwa jirrevedi d-Direttiva dwar il-Kontabbiltà. Issa, id-Direttiva timponi t-trasparenza (għal kull pajjiż u għal kull proġett) għall-flussi kollha finanzjarji mħallsa mill-intrapriżi Ewropej tas-settur tal-estrazzjoni u tal-forestrija fil-pajjiżi kollha fejn dawn jaħdmu. |
|
3.7 |
Fir-riżoluzzjoniji tiegħu ta' Frar 2013 (12), il-Parlament Ewropew irrikonoxxa l-importanza għall-intrapriżi li jippubblikaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà, bħall-fatturi soċjali u ambjentali, biex jidentifikaw ir-riskji fil-qasam tas-sostenibbiltà u jżidu l-fiduċja tal-investituri u tal-konsumaturi. Il-PE talab lill-Kummissjoni li tippreżenta proposta dwar il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mhux finanzjarja mill-intrapriżi. |
|
3.8 |
F'kuntest ta' kriżi li fihom l-opinjonijiet tal-pubbliku Ewropew qed jitolbu lill-intrapriżi li jkunu aktar etiċi, il-prattiki tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji huma rikonoxxuti bħala fatturi li jistgħu jikkontribwixxu għall-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, il-politika tagħha ta' żvilupp kif ukoll l-implimentazzjoni tal-Istrateġija UE 2020. Hija tippromovi d-djalogu soċjali u d-djalogu ċivili (djalogu soċjetali). Hija trid twassal ukoll biex ikun hemm komprensjoni aħjar tar-realtajiet fil-katina kollha tas-sottokuntratti. Fatti bħall-katastrofi fil-bini Rana Plaza fil-Bangladexx ifakkruna fil-ħtieġa li nkunu attenti għar-responsabbiltajiet ta' dawk li jagħmlu l-ordnijiet. |
Brussell, 11 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 91.
(2) ĠU C 21, 21.1.2011, p. 33.
(3) L-Opinjoni tal-KESE dwar "Il-liġi Ewropea dwar il-kumpaniji u l-governanza korporattiva" (għadha mhux ippubblikata fil-ĠU).
(4) ĠU C 161, 6.6.2013, p. 35.
(5) ĠU C 133, 9.05.2013, p. 68.
(6) COM(2001) 366 final.
(7) COM(2006) 136 final u ĠU C 286, 17.11.2005, p. 12 (mhux disponibbli bil-Malti).
(8) COM(2011) 681 final u ĠU C 229, 31.7.2012, p. 77.
(9) ĠU C 286, 17.11.2005, p. 12 (mhux disponibbli bil-Malti).
(10) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 77.
(11) "L-aspetti finanzjarji tal-governanza korporattiva", 1.12.1992.
(12) Riżoluzzjoni 2012/2098 (INI) rapporteur: is-Sur Raffaele Baldassarre.
APPENDIĊI
għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti (Artikolu 54(3) tar-Regoli ta' Proċedura):
Ibdel it-test fl-Opinjoni CES3548-2013_00_00_TRA_AS bit-test kif ġej:
1. Kummenti ġenerali
|
1.1 |
Il-KESE jiġġudika l-proposta ta' Direttiva superfluwa (partikolarment għal dak li hu l-obbligu ta' divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar il-“politika ta' diversità”), peress li jqis li m'huwiex utli li jiġi adottat fil-qasam tad-dispożizzjonijiet il-ġodda fil-livell Ewropew. B'mod ġenerali, il-KESE ma jidentifika l-ebda valur miżjud fundamentali li d-Direttiva ġġib meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ, u jibża', għall-kuntrarju li eventwalment jiżdied il-piż amministrattiv. |
|
1.2 |
Il-KESE jqis li t-trasparenza hija parti integrali ta' tmexxija moderna ta' intrapriża. L-intrapriżi Ewropej juru li huma trasparenti biżżejjed fid-dawl tal-leġislazzjoni attwali. Fl-Ewropa, ir-responsabbiltà soċjali hija l-kompetenza tal-intrapriża, hija tifforma parti mill-istrateġija tagħhom u ssir fuq bażi volontarja. Anke f'perjodu ta' kriżi, l-intrapriżi Ewropej ma naqqsux il-livell tagħhom ta' trasparenza jew ta' responsabbiltà. |
|
1.3 |
Il-KESE jieħu nota tal-fatt li ċerti partijiet interessati kif ukoll il-pubbliku in ġenerali iħoss il-bżonn ta' trasparenza akbar tal-politiki tal-intrapriżi partikolarment meta tirrigwarda l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni soċjali u ambjentali, u b'mod partikolari meta dan jirrigwarda intrapriżi li jwettqu l-attivitajiet tagħhom f'pajjiżi terzi bħall-intrapriżi estrattivi fl-Afrika (rikju għall-ambjent, korruzzjoni), l-intrapriżi tat-tessili fl-Ażja (sfidi soċjali, drittijiet tal-bniedem,) etc. |
|
1.4 |
L-uniku valur miżjud li wieħed jista' jirrikonoxxi fil-proposta jinsab fil-fatt li hi tindirizza l-problema tar-riskji, id-definizzjoni tagħhom, il-ġestjoni u l-obbbligu li jiġu dikjarati. Dan jista' jippermetti lill-intrapriżi li jiġġestixxu aħjar ir-riskji u l-okkażjonijiet, u b'hekk li jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom aħjar marbutin mal-attivitajiet mhux finanzjarji. Iżda anke f'dan il-każ, jekk l-intrapriża kkonċernata għandha tkun tista' tiddeċiedi jekk tixtieqx tagħmel dan jew le. |
2. Dwar l-informazzjoni mhux finanzjarja
|
2.1 |
Il-KESE jaf li l-mod ġenerali li meta wieħed jinforza t-trasparenza, wieħed ikun qed jikkontribwixxi b'mod essenzjali għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern. Komparabbiltà aħjar tal-informazzjoni relattiva għat-tħaddim tal-intrapriżi jista' jkollha influwenza fuq l-effikaċja tad-deċizjonijiet meħuda mill-investituri u l-azzjonisti. |
|
2.2 |
Il-KESE jqis li l-metodu ta' pubblikazzjoni attwali tal-informazzjoni mhux finanzjarja u l-ambitu tagħha huma ta' kwalità tajba u sudisfaċenti għall-għan segwit. Id-data l-ġdida li qed tiġi proposta li tiġi publikata b'mod obbligatorju toħloq piż eċċessiv, li jmur kontra l-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-KESE jippreferi għaldaqstant, li l-proposta teżiġi biss l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni li tkun verament pertinenti, li tkun ċara, biex l-intrapriżi ma jħossux li qed jiġu imposti fuqhom piżijiet amministrattivi eċċessivi u li l-porposta mressqa, fl-istess waqt, tagħti valur miżjud ottimali lill-utenti ta' din l-informazzjoni (investituri, azzjonisti u impjegati). |
|
2.3 |
Il-KESE jippreferi li l-intrapriżi jippubblikaaw l-informazzjoni mhux finanzjarja biss jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan. B'konformità ma' dan l-approċċ, il-KESE jipproponi li l-kontenut tal-artikoli 1 u 2 tal-proposta ta' Direttiva jinbidlu. |
|
2.4 |
Il-proposta tipprevedi li l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju ma jkollhomx l-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni mhux finanzjarja li huwa koerenti mal-għanijiet fit-tul tal-Unjoni Ewropea li tixtieq li tħaffef il-piż amministrattiv fuq l-intrapriżi. |
|
2.5 |
Il-KESE jqis li d-dispożizzjonijiet tal-proposta li qed tiġi eżamintat li tipprevedi d-dikjarazzjoni tal-informazzjoni mhux finanzjarja fir-rapport ta' ġestjoni annwali, kif ukoll il-verifika tagħha minn kontrollur legali tal-kontijiet, ikunu kemm kumplessi kif ukoll diffiċli biex jinftehmu; f'dan ir-rigward ikun aħjar li tiġi żviluppata gwida prattika magħha. Il-leġislazzjoni Ewropea tesiġi li l-kontrollur legali tal-kontijiet jagħti opinjoni dwar il-koerenza bejn ir-rapport ta' ġestjoni u l-kontijiet annwali, fid-dawl li dawn id-dispożizzjonijiet fis-seħħ jeżiġu li dan ir-rapport ta' ġestjoni jkun fih kontijiet annwali u r-rapport tal-kontrollur legali tal-kontijiet u eventwalment dokumenti oħra. Il-verifika tal-informazzjoni mhux finanzjarja tista' madankollu tirriżulta verament problematika u għalja. Hemm bżonn li l-eżiġenzi publikati jiġu definiti fir-rapport ta' ġestjoni annwali, filwaqt li titqies ukoll il-ħtieġa li ma jkunx hemm piż żejjed fuq l-utenti ta' dawn ir-rapporti b'informazzjoni nieqsa mill-pertinenza. Il-KESE ser jippromovi l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja f'dawn id-dokument li għalihom hemm bżonn ta' kontroll legali. |
3. Dwar id-diversità
|
3.1 |
Il-KESE jaħseb li l-pubblikazzjoni obbligatorja ta' “politika ta' diversità” hija piż amministrattiv żejjed mhux iġġustifikat u li l-effetti pożittivi tiegħu m'humiex pruvati. Il-KESE jqis li l-impożizzjoni fuq entitajiet privati tal-implimentazzjoni ta' “politika ta' diversità”, u b'mod partikolari li jiġu obbligati li jippubblikaw “politika ta' diversità” għall-intrapriża, jew anke li jispjegaw ir-raġunijiet għaliex kumpanija ma wettqitx din il-politika, huma indħil inġustifikat fil-libertà li wieħed jintraprendi u fil-libertà tad-deċiżjoni tal-propjetarji tal-kumpaniji. Il-Kumitat jirrifjuta b'qawwa dan l-indħil bħala tali. Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar soċjetà trid tirrispetta għal kollox id-deċiżjoni ħielsa ta' din il-kumpanija, li għaliha pubblikazzjoni bħal din tistax tagħti vantaġġ lill-konkorrenti jew le. Il-KESE jopponi wkoll il-miżuri kollha li jirrigwardaw il-produzzjoni ta' informazzjoni ddettaljata rigward il-politika tad-diversità, u għal diversi raġunijiet. |
|
3.2 |
L-ewwel, irid jiġi enfasizzat li l-pubblikazzjoni ta' politika tad-diversità li tirrigwarda l-kompożizzjoni tal-korpi ta' kumpanija ma jinfluwenzawx la t-tmexxija u l-anqas il-prestazzjoni ta' din is-soċjetà għall-kuntrarju ta' dak li huma dikjarat b'mod sbaljat fir-raġunijiet. Il-KESE huwa tal-fehma li huma l-propjetarji jew l-azzjonisti tal-kumpanija li għandhom jiddeċiedu dwar il-persuni li jmexxuha, liema jkunu l-mekkaniżmi ta' kontroll tat-tmexxija u liema rwol f'dan il-proċess ikollhom il-membri tal-korpi ta' sorveljanza u ta' amministrazzjoni. It-tħaddim ta' soċjetà jiddependi fuq kollox mir-responsabbiltà li għandu l-propjetarju jew l-azzjonista, li tkopri wkoll ir-riskju li dawn l-aħħar jistgħu jagħmlu telf minħabba li jkunu ttieħdu deċiżjonijiet ħżiena fl-intrapriża. Billi l-kompożizzjoni tal-korpi ta' sorveljanza u amministrattivi tinbidel b'mod artifiċjali, wieħed jista' biss ifixkel l-istat attwali ta' fonzjonament tajjeb li hemm bħalissa. |
|
3.3 |
Fl-ebda każ, il-Kummissjoni Ewropea m'għandha tindaħal fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, kemm pereżempju dwar in-numru ta' diretturi, il-kwalifika tagħhom, l-età jew il-ġeneru. Ma jirriżultax mill-analiżi tal-istudju tal-Kummissjoni Ewropea li hemm xi rabta diretta bejn l-età, il-ġeneru jew kunsiderazzjonijiet oħra u l-prestazzjoni tal-kumpanija; u anke kieku dak kien il-każ, dan xorta ma jiġġustifikax indħil awtoritarju dwar il-kompożizzjoni tal-korpi tad-direzzjoni jew tas-sorveljanza ta' kumpanija. |
4. Konklużjonijiet
Fid-dawl ta' dawn l-argumenti li saru hawn fuq, il-KESE:
|
1) |
jagħti l-prijorità, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja li qed tiġi rekwiżita issa lid-deċiżjoni volontarja tal-kumpaniji stess jew lil regolament nazzjonali li jiddefinixxi l-obbligi fir-rigward tal-informazzjoni; |
|
2) |
jirrakkomanda li mill-proposta ta' direttiva jiġu rtirati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(2) dwar il-politika tad-diversità, u jekk ikun impossibbli li jitneħħa dan ir-rekwiżit, li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-politika tad-diversità, inkluż l-ispjega tar-raġunijiet li għalihom il-kumpanija ma implimentatx din il-politika tkun deċiżjoni volontarja tal-intrapriża stess, jew eventwalment regolament nazzjonali. |
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
37 |
|
Kontra |
: |
96 |
|
Astensjonijiet |
: |
2 |
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/52 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini u n-negozji permezz tas-simplifikazzjoni tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012”
COM(2013) 228 final — 2013/119 (COD)
2013/C 327/11
Relatur Ġenerali: is-Sur FARRUGIA
Nhar it-13 u l-21 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini u n-negozji permezz tas-simplifikazzjoni tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012
COM(2013) 228 final – 2013/119 (COD).
Nhar il-21 ta’ Mejju 2013, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-491 Sessjoni Plenarja tiegħu tal-10 u l-11 ta’ Lulju 2013 (seduta tal-11 ta' Lulju 2013) li jaħtar lis-Sur Farrugia bħala relatur ġenerali, u adotta din l-Opinjoni b’96 vot favur, 2 voti kontra u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Iċ-ċittadini qegħdin fil-qalba tal-integrazzjoni Ewropea. Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE jenfasizza li ċ-ċittadinanza tal-UE tagħti liċ-ċittadini drittijiet u opportunitajiet ġodda. Ir-rapport jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-dritt li l-persuni li jgħixu fl-Istati Membri l-iżjed li jassoċjaw ruħhom miegħu huwa dak li jiċċaqilqu u jgħixu b'mod ħieles fi ħdan l-UE: il-possibbiltà li l-persuni jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri tal-UE, għal perjodi qosra jew twal, biex jaħdmu, jistudjaw, jitħarrġu, jivvjaġġaw għal finijiet professjonali jew biex jixtru lil hinn mill-fruntieri (1). |
|
1.2 |
Ir-Rapport tal-2013 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE jippreżenta tnax-il azzjoni ġdida f'dawn l-oqsma li ġejjin bil-għan li titkompla t-tneħħija tal-ostakli li jwaqqfu liċ-ċittadini milli jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom fil-livell tal-UE, inkluż id-dritt li jiċċaqilqu b'mod ħieles minn naħa għal oħra tal-fruntieri tal-UE. Dawn jinkludu (2):
|
|
1.3 |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa' b'sodisfazzjon il-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini u n-negozji permezz tas-simplifikazzjoni tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012: COM(2013) 228 final – 2013/0119 (COD). |
|
1.4 |
Din il-proposta hija konformi mar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE peress li tintroduċi miżuri li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-kapaċità taċ-ċittadini tal-UE li jibbenefikaw b'mod ġenwin mis-sustanza tad-drittijiet mogħtija lilhom bis-saħħa tal-istatus tagħhom ta' ċittadini tal-UE. |
|
1.5 |
Għalkemm it-Trattat ta' Lisbona u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE saħħew id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE definiti mit-Trattat ta' Maastricht, inkluż id-dritt li jiċċaqilqu u jgħixu b'mod ħieles fi ħdan l-UE, il-proċess amministrattiv li jappoġġja l-użu ta' dan id-dritt ma ġiex riformat biex jirrifletti dan. Fil-fatt, il-preżentazzjoni ta' Apostille – formalità bbażata fuq il-Konvenzjoni tal-Apostille tal-Aja tal-1961 maħsuba biex tiffaċilita l-moviment transkonfinali fil-livell internazzjonali f'dinja mingħajr teknoloġija – ma tirriflettix il-fatt li l-UE hija mingħajr fruntieri u għalhekk ixxekkel pjuttost milli tiffaċilita l-implimentazzjoni taċ-ċittadinanza tal-UE għal moviment liberu fi ħdan l-UE. |
|
1.6 |
Is-semplifikazzjoni tad-dokumenti pubbliċi li ġejjin fl-UE, kif ippreżentati fil-proposta, hija miżura importanti li ser twassal għal qafas legali iżjed koerenti li jiffaċilita d-dritt għall-moviment fi ħdan l-UE:
Bla dubju, is-semplifikazzjoni ta' dawn id-dokumenti pubbliċi ser tiffaċilita l-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini u n-negozji peress li tkompli żżid il-kummerċ fi ħdan is-suq intern, kif ukoll tagħmilha iżjed faċli li dawn it-tipi ta' dokumenti jinġabru miċ-ċittadini ta' kull Stat Membru. |
|
1.7 |
L-introduzzjoni ta' qafas issemplifikat għall-aċċettazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi sal-livell ta' amministrazzjoni pubblika għandha tiġi kkunsidrata bħala strument importanti ta' politika, peress li:
|
|
1.8 |
Il-KESE jiddispjaċih li r-riformi li qed jiġu introdotti permezz tal-proposta li għandha l-għan li tagħmilha iżjed faċli li ċ-ċittadini u n-negozji jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment fi ħdan l-UE qed jitressqu 20 sena wara t-tnedija taċ-ċittadinanza tal-UE u 42 sena wara l-Konvenzjoni tal-Aja. Fil-fatt, l-UE ma mxietx pari passu mal-progress teknoloġiku li seta' ħeġġeġ it-tnaqqis jew it-tneħħija tal-piżijiet li jġarrbu ċ-ċittadini u n-negozji biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment. Il-KESE jenfasizza li s-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) hija strument importanti li għandu jiġi sfruttat ferm iżjed sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom. |
|
1.9 |
Għalhekk, il-KESE jikkonkludi li r-rakkomandazzjoni ta' politika mressqa mill-Kummissjoni Ewropea għal:
|
|
1.10 |
Il-KESE jirrakkomanda:
|
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Il-Programm ta' Stokkolma tal-2009 "Ewropa miftuħa sikura li sservi u tipproteġi ċ-ċittadini" (6) enfasizza l-importanza li ċ-ċittadinanza tal-Unjoni tkun effettiva u li ċ-ċittadini jitpoġġew fil-qalba tal-politiki tal-UE fil-qasam tal-ġustizzja. Il-Pjan ta' Azzjoni (7) relatat ikkonferma dan il-mandat u jgħid li żona ġudizzjarja Ewropea li taħdem tajjeb "għandha tkun għas-servizz taċ-ċittadini u tan-negozjanti sabiex tkun ta' sostenn għall-attività ekonomika fis-suq wieħed (…)". Il-Kummissjoni Ewropea rrispondiet billi kkonfermat l-impenn tagħha li tiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tad-dokumenti pubbliċi fi ħdan l-UE fir-Rapport tagħha tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, u f'Diċembru 2010 ppreżentat il-viżjoni konkreta tagħha lill-pubbliku f'forma ta' Green Paper dwar "Inqas proċeduri amministrattivi għaċ-ċittadini: Il-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni ħielsa tad-dokumenti pubbliċi u r-rikonoxximent tal-effetti ta’ atti ta’ stat ċivili" (8). |
|
2.2 |
Flimkien ma' dak li ssemma hawn fuq, ġie introdott Att dwar is-Suq Uniku (9) bil-għan li tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fis-suq intern, u biex jiġi sfruttat bl-aħjar mod possibbli l-potenzjal tiegħu bħala xprun għat-tkabbir fi ħdan l-ekonomija tal-UE. Fost affarijiet oħra, dan talab it-tneħħija ta' ostakli sproporzjonati li jxekklu l-libertajiet tas-suq intern miċ-ċittadini u n-negozji. It-trawwim tal-mobbiltà taċ-ċittadini u n-negozji hija waħda mis-sisien tal-Att dwar is-Suq Uniku II (10). |
|
2.3 |
Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-dritt soċjetarju u l-governanza korporattiva (11) jiffoka fuq l-appoġġ li jingħata lin-negozji Ewropej, b'mod partikolari rigward it-tisħiħ taċ-ċertezza legali għall-operazzjonijiet transkonfinali. L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (12) tirreferi għal-leġislazzjoni proposta dwar l-identifikazzjoni elettronika u l-firem elettroniċi (13) u tintroduċi qafas regolatorju għal faċilitajiet amministrattivi komuni relatati mal-identifikazzjoni elettronika taċ-ċittadini u n-negozji. |
|
2.4 |
Il-Pjan ta' Azzjoni reċenti dwar l-Intraprenditorija 2020 (14) jenfasizza li t-tnaqqis tal-piż regolatorju eċċessiv għadu fil-quċċata tal-aġenda politika tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Pjan ta' Azzjoni jitlob it-tneħħija jew it-tnaqqis tal-burokrazija fejn possibbli għan-negozji kollha, u b'mod partikolari għall-mikrointrapriżi. Għaldaqstant, it-tnaqqis tal-burokrazija, is-semplifikazzjoni tal-proċeduri għall-użu u l-aċċettazzjoni transkonfinali tad-dokumenti pubbliċi bejn l-Istati Membri, kif ukoll l-armonizzazzjoni tar-regoli relatati jikkontribwixxu għall-azzjonijiet kollha li għandhom l-għan li joħolqu Ewropa taċ-ċittadini u Suq Uniku li jaħdem tajjeb għan-negozji tal-UE. |
|
2.5 |
Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE jenfasizza li ċ-ċittadinanza tal-UE tagħti liċ-ċittadini drittijiet u opportunitajiet ġodda. Ir-rapport jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-dritt li l-persuni li jgħixu fl-Istati Membri l-iżjed li jassoċjaw ruħhom miegħu huwa dak li jiċċaqilqu u jgħixu b'mod ħieles fi ħdan l-UE: il-possibbiltà li l-persuni jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri tal-UE, għal perjodi qosra jew twal, biex jaħdmu, jistudjaw, jitħarrġu, jivvjaġġaw għal finijiet professjonali jew biex jixtru lil hinn mill-fruntieri. Ir-Rapport tal-2013 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE jippreżenta tnax-il azzjoni ġdida f'dawn l-oqsma li ġejjin bil-għan li titkompla t-tneħħija tal-ostakli li jwaqqfu liċ-ċittadini milli jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom fil-livell tal-UE, inkluż id-dritt li jiċċaqilqu b'mod ħieles u jibdew negozju minn naħa għal oħra tal-fruntieri tal-UE. Dawn jinkludu (15):
|
|
2.6 |
Għalkemm it-Trattat ta' Lisbona u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE saħħew id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE definiti mit-Trattat ta' Maastricht, inkluż id-dritt li jiċċaqilqu u jgħixu b'mod ħieles fi ħdan l-UE, il-proċess amministrattiv li jappoġġja l-użu ta' dan id-dritt ma ġiex riformat biex jirrifletti dan. Fil-fatt, għad hemm qafas legali frammentat fl-UE minħabba li l-Istati Membri qed ikomplu japplikaw formalitajiet amministrattivi bħall-preżentazzjoni ta' Apostille bħala ċertifikazzjoni ta' kopji u traduzzjonijiet – formalità bbażata fuq il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1961 dwar l-Apostilles, maħsuba biex tiffaċilita l-moviment transkonfinali fil-livell internazzjonali. Din hija formalità li ma tirriflettix il-fatt li l-UE hija mingħajr fruntieri, u għalhekk ixxekkel pjuttost milli tiffaċilita d-dritt taċ-ċittadini għall-moviment liberu fi ħdan l-UE. |
|
2.7 |
Pereżempju, bħalissa ċ-ċittadini li jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor ikollhom iqattgħu ħafna ħin u jonfqu ħafna flus biex jiżguraw l-awtentiċità tad-dokumenti pubbliċi minn Stat Membru ta' oriġini. Huwa rikonoxxut li, bla dubju, in-negozji u ċ-ċittadini ser jibbenefikaw minn qafas ta' regoli konsistenti u trasparenti li jirregolaw ċerti dokumenti pubbliċi li huma kritiċi għall-fluss tal-merkanzija, is-servizzi u l-persuni fi ħdan l-UE u s-suq uniku. |
|
2.8 |
L-UE ma mxietx pari passu mal-progress teknoloġiku li jista' jħeġġeġ it-tnaqqis jew it-tneħħija tal-piżijiet li jġarrbu ċ-ċittadini u n-negozji biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment. Il-KESE jagħraf li l-IMI, applikazzjoni bbażata fuq l-internet li tagħmilha possibbli li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jikkomunikaw malajr u faċilment mal-kontropartijiet tagħhom f'pajjiżi oħra, hija pjattaforma adatta tal-ICT li ser tiffaċilita l-kooperazzjoni amministrattiva ladarba tiġi implimentata l-proposta. L-IMI ser isservi wkoll ta' repożitorju importanti ta' mudelli tal-iżjed dokumenti pubbliċi li jintużaw ta' spiss fl-UE, inkluża t-traduzzjoni tagħhom bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, sabiex l-awtoritajiet b'għarfien lingwistiku insuffiċjenti jiġu appoġġjati biex jivvalutaw il-korrettezza jew il-kwalità tat-traduzzjonijiet tad-dokumenti pubbliċi ppreżentati lilhom (16). |
|
2.9 |
Il-KESE jiddispjaċih li r-riformi li qed jiġu introdotti permezz tal-proposta li għandha l-għan li tagħmilha iżjed faċli li ċ-ċittadini u n-negozji jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment fi ħdan l-UE qed jitressqu 20 sena wara t-tnedija taċ-ċittadinanza tal-UE u 42 sena wara l-Konvenzjoni tal-Aja. |
3. Elementi legali tal-proposta
Din hija t-tweġiba tal-KESE għall-aspetti prinċipali tal-proposta.
3.1 Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
|
3.1.1 |
Il-KESE jaqbel li d-definizzjoni ta' "dokumenti pubbliċi" kif ippreżentata fl-Artikolu 3(1) tal-proposta tħaddan id-dokumenti pubbliċi importanti relatati mad-drittijiet fil-livell tal-UE taċ-ċittadini u n-negozji tal-UE. |
|
3.1.2 |
Madankollu, il-KESE jenfasizza li d-dokumenti pubbliċi identifikati fil-proposta għandhom ikunu l-ewwel f'sensiela ta' dokumenti pubbliċi li għandhom ikunu soġġetti għal proċess ta' semplifikazzjoni għat-tisħiħ tal-mobbiltà fi ħdan l-UE, l-attivitajiet transkonfinali u l-funzjonament tas-suq uniku tal-UE. |
|
3.1.3 |
Il-KESE jenfasizza li l-mekkaniżmi futuri ta' semplifikazzjoni rigward id-dokumenti pubbliċi għandhom jimmiraw dokumenti pubbliċi importanti bħal dawk relatati mal-mobbiltà tal-ħaddiema fi ħdan l-UE (ħaġa li hija fundamentali għall-iżvilupp tal-intrapriżi u l-kummerċ transkonfinali) jew il-persuni vulnerabbli bħal dawk b'diżabbiltà, meta wieħed iqis li dokumenti pubbliċi ta' din ix-xorta mhumiex koperti minn direttivi oħra tal-UE. Id-dokumenti pubbliċi ta' dan it-tip jistgħu jinkludu, pereżempju, ċertifikati tal-akkreditament tal-edukazzjoni fil-livell nazzjonali u dokumenti pubbliċi relatati mas-sigurtà soċjali. |
3.2 Eżenzjoni mil-legalizzazzjoni, is-semplifikazzjoni ta' formalitajiet oħra u talbiet għall-informazzjoni
|
3.2.1 |
Il-KESE jenfasizza li r-rekwiżiti attwali li jitolbu l-preżentazzjoni ta' Apostille jirriflettu proċeduri internazzjonali u, għalhekk, ma jirriflettux l-iżviluppi tal-UE bħala suq uniku. Hemm madwar 12,5-il miljun ċittadin tal-UE li jgħixu fi Stat Membru li mhuwiex il-pajjiż ta' oriġini tagħhom, u 'l fuq minn 380 000 mikrointrapriża u SME involuti fi prattiki ta' sottokuntrattar transkonfinali li kontinwament jiffaċċjaw burokrazija żejda biex imorru minn Stat Membru għal ieħor jew jagħmlu negozju transkonfinali. Din il-qagħda attwali ma tirriflettix UE mingħajr fruntieri. |
|
3.2.2 |
Għalhekk, il-KESE jaqbel mal-għan tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li d-dokumenti pubbliċi jiġu eżentati mir-rekwiżiti legali u amministrattivi fis-seħħ fl-Istati Membri. Il-KESE huwa tal-fehma li din hija l-ewwel fażi fi programm kontinwu għas-semplifikazzjoni tad-dokumenti pubbliċi. |
|
3.2.3 |
Il-KESE jaqbel li għandhom jiġu introdotti dispożizzjonijiet biex jiżguraw li jsir il-livell meħtieġ ta' verifika fejn ikun hemm każ ta' dubju raġonevoli. Il-KESE jirrikonoxxi li ser ikun hemm każijiet fejn ser tinħtieġ koordinazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri biex tiġi żgurata l-awtentiċità ta' dokument pubbliku jew il-kopja ċertifikata tiegħu. |
|
3.2.4 |
Il-KESE jappoġġja bil-qawwa l-prinċipju li ċittadin jew negozju għandu jkollu l-ogħla livell ta' ċertezza rigward sa liema punt id-dokumenti pubbliċi huma eżentati minn kull tip ta' legalizzazzjoni jew formalità simili. Ċertezza ta' din ix-xorta tagħmilha possibbli li ċ-ċittadini jew in-negozji jippjanaw l-attivitajiet tagħhom b'mod proattiv, u b'hekk jiżguraw kisbiet u benefiċċji tanġibbli u intanġibbli ġenwini kif identifikat fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea (17). |
|
3.2.5 |
Il-KESE josserva li fis-sistema attwali 99 % tal-madwar 1,4 miljun Apostille preżentati kull sena għall-attività fi ħdan l-UE ma jkunux problematiċi. Għalhekk, il-KESE huwa tal-fehma li l-għażla ta' politika mressqa mill-Kummissjoni Ewropea rigward il-kooperazzjoni amministrattiva (li hija bbażata fuq l-IMI f'każijiet ta' dubju raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokumenti pubbliċi appoġġjati minn formoli multilingwi) għandha twassal għal riżultati iżjed effettivi. |
|
3.2.6 |
Il-KESE jirrakkomanda li d-definizzjoni ta' "dubju raġonevoli" kif ippreżentata fil-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tkun ċara biex titneħħa kull inċertezza. F'dan ir-rigward il-KESE jipproponi l-emenda li ġejja:
|
|
3.2.7 |
F'każ li Stat Membru jagħmel talba uffiċjali rigward dubju raġonevoli, abbażi ta' din id-definizzjoni l-ġdida, lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument, għandu jinforma b'mod espliċitu lill-persuna dwar ir-raġunijiet għala qed issir din it-talba. |
|
3.2.8 |
Il-KESE huwa fiduċjuż li ladarba l-IMI tiġi implimentata fl-Istati Membri, u r-rapporti regolari ta' progress juru li s-sistema hija stabbli u taħdem kif imiss, u li l-persunal fl-Istati Membri għandhom l-għarfien meħtieġ, it-talbiet għal koordinazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri tkun ferm iżjed effiċjenti mill-perjodu massimu ta' xahar stabbilit fil-proposta. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li, f'każ li r-riżultati juru titjib sostanzjali, il-Kummissjoni Ewropea għandha tnaqqas il-perjodu massimu stabbilit għal ġimagħtejn. Reviżjoni bħal din tibgħat messaġġ sod kemm liċ-ċittadini kif ukoll lin-negozji li l-UE qiegħda tabilħaqq tagħmel iċ-ċittadinanza tal-UE effettiva u li qed tpoġġi ċ-ċittadini fil-qalba tal-politiki tal-UE. |
|
3.2.9 |
Il-KESE jagħti importanza lill-bżonn ta' sistema bilanċjata ta' responsabbiltà li tevalwa sa liema punt l-Istati Membri qed jimplimentaw il-proposta b'mod effettiv. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni tal-Istati Membri rigward l-implimentazzjoni fuq bażi annwali. |
3.3 Kooperazzjoni amministrattiva
Il-KESE jaqbel li s-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (Artikolu 8) għandha tintuża f'każijiet fejn l-awtoritajiet ta' Stat Membru jkollhom dubju raġonevoli dwar l-awtentiċità ta' dokument pubbliku jew il-kopja ċċertifikata tiegħu, li ma jistax jiġi solvut b’mod ieħor (Artikolu 7). Il-Kumitat jaqbel ukoll li kull Stat Membru għandu jinnomina mill-inqas awtorità ċentrali waħda u li l-awtoritajiet ċentrali nnominati kollha u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni (Artikolu 9) u li dawn l-awtoritajiet ċentrali għandhom jipprovdu assistenza rigward talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 7, u għandhom jieħdu kull miżura oħra meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament (Artikolu 10).
3.4 Formoli standard multilingwi tal-Unjoni
Il-Kumitat jaqbel li l-formoli standard multilingwi tal-Unjoni dwar it-twelid, mewt, żwieġ, sħubija reġistrata u status ġuridiku u r-rappreżentanza ta’ kumpanija jew impriża oħra huma stabbiliti u elenkati fl-Annessi (Artikolu 11) u li dawn il-formoli għandhom jinħarġu wara talba liċ-ċittadini u lill-kumpaniji jew impriżi oħra bħala alternattiva għal dokumenti pubbliċi ekwivalenti, u jkollhom indikata d-data tal-ħruġ kif ukoll-il-firma u s-siġill tal-awtorità emittenti (Artikolu 12).
Il-KESE jaqbel ukoll li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida dettaljata dwar l-użu (Artikolu 13) ta' dawn il-formoli standard u għandha tiżviluppa wkoll il-verżjonijiet elettroniċi tagħhom (Artikolu 14) u li l-formoli għandu jkollhom l-istess valur evidenzjarju formali bħad-dokumenti pubbliċi ekwivalenti u għandhom jiġu aċċettati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri mingħajr il-bżonn ta' formalitajiet (Artikolu 15).
3.5 Relazzjonijiet ma’ strumenti oħra
Il-KESE jaqbel li dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew l-użu ta’ sistemi oħra ta’ kooperazzjoni amministrattiva stabbilita minnha (Artikolu 16) u ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li jagħmlu parti minnhom Stat Membru wieħed jew aktar iżda għandu jkollu preċedenza fuq konvenzjonijiet konklużi minnhom sakemm dawn il-konvenzjonijiet jikkonċernaw kwistjonijiet regolati minn dan ir-Regolament (Artikolu 18). Il-Kumitat jaqbel ukoll li għandu jiġi inkluż it-test standard kif deskritt fl-Artikolu 17.
3.6 Dispożizzjonijiet ġenerali u finali
|
3.6.1 |
Il-KESE jaqbel li l-iskambju u t-trażmissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti mill-Istati Membri għandhom iservu l-iskop speċifiku li jagħmilha possibbli li tkun ivverifikata l-awtentiċità tad-dokumenti pubbliċi mill-awtoritajiet permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (Artikolu 19). Il-Kumitat jaqbel ukoll li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw in-nomina tal-awtoritajiet ċentrali u kwalunkwe bidla sussegwenti għal dik l-informazzjoni u li l-Kummissjoni għandha tpoġġi din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku (Artikolu 20). Fl-aħħar nett, il-KESE jaqbel li, tal-inqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew (Artikolu 21). |
|
3.6.2 |
Il-KESE jenfasizza li l-Artikolu 19 bl-isem "Protezzjoni tad-dejta" għandu jiżgura li l-iskambju u t-trażmissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti min-naħa tal-Istati Membri b'konformità mal-proposta jirriflettu l-prinċipji tal-UE rigward il-protezzjoni tad-data. |
Brussell, 11 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) COM(2013) 269 final.
(2) Ibid.
(3) SWD(2013) 144 final (mhux disponibbli bil-Malti).
(4) Ibid.
(5) Ibid.
(7) COM(2010) 171 final.
(8) COM(2010) 747 final.
(9) COM(2011) 206 final.
(10) COM(2012) 573 final.
(11) COM(2012) 740 final.
(12) COM(2012) 784 final.
(13) COM(2012) 238 final.
(14) COM(2012) 795 final.
(15) Ibid.
(16) Ir-Regolament 1024/2012 tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, li ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fl-14 ta' Novembru 2012, jipprovdi livell għoli ta' flessibbiltà għall-espansjoni futura tal-IMI lejn atti tal-Unjoni li għad mhumiex elenkati fl-Anness (Artikolu 4 tar-"Regolament tal-IMI"), abbażi ta' proġetti pilota mwettqa mill-Kummissjoni u valutazzjonijiet tar-riżultati tagħhom, inklużi kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data u funzjonalitajiet ta' traduzzjoni effettivi.
(17) SWD(2013) 144 final (mhux disponibbli bil-Malti).
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/58 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar”
COM(2012) 669 final
2013/C 327/12
Relatur: is-Sur SOARES
Korelatur: is-Sur TRANTINA
Nhar l-20 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar
COM(2012) 669 final.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-26 ta' Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-10 ta' Lulju) il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b 154 vot favur u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
B’mod ġenerali, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-isforz tagħha fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, iżda huwa tal-fehma li l-kontenut tal-Komunikazzjoni huwa inqas ambizzjuż milli jindika t-titolu “Reviżjoni tal-Edukazzjoni”. |
|
1.2 |
Il-kriżi ekonomika u soċjali attwali qed tillimita d-deċiżjonijiet baġitarji tal-UE kif ukoll dawk tal-pajjiżi Ewropej, u b’mod partikolari ta’ dawk li huma suġġetti għal programmi ta' aġġustamenti baġitarji. Din is-sitwazzjoni qed tkompli taggrava minħabba t-tnaqqis fil-baġit tal-Unjoni nnifisha. Il-KESE jwissi kontra l-periklu li t-tnaqqis baġitarju li għaddej bħalissa fil-qasam tal-edukazzjoni jittrasforma inizjattivi u proposti meqjusin bħala meħtieġa f’sempliċi dikjarazzjonijiet ta’ intenzjoni. |
|
1.3 |
Fid-dawl tal-fatt li huwa konxju li hemm nuqqasijiet sostanzjali fis-sistemi edukattivi li għandhom jiġu indirizzati, u li jeħtieġ li jissolvew il-problemi li jeżistu biex ikun hemm rabta bejn l-iskejjel u impjieg, il-KESE jixtieq jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Is-suġġett tal-edukazzjoni ta’ spiss ikun fil-qalba tad-diskussjonijiet tal-KESE, li għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tafferma fil-Komunikazzjoni tagħha li: “L-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ huwa element ewlieni għaż-żieda fil-produttività u t-tkabbir ekonomiku” (1). Fl-istess ħin, il-KESE jaqbel mal-preokkupazzjonijiet espressi fil-Komunikazzjoni dwar it-tibdil sostanzjali osservat fis-swieq tax-xogħol Ewropej, li juri l-bżonn li ssir reviżjoni tas-sistemi edukattivi sabiex jissolvew in-nuqqasijiet jew jimtlew il-lakuni. |
|
2.2 |
Il-KESE ħareġ għadd kbir ta’ Opinjonijiet li jikkontribwixxu għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni bħala dritt fundamentali tal-bniedem (2); f’kull waħda minn dawn l-Opinjonijiet huwa jagħmilha ċara li l-għan ċentrali tal-edukazzjoni għadu dak li jsawwar ċittadini ħielsa, mogħnija b’sens kritiku, awtonomi u li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-soċjetà li jgħixu fiha, filwaqt li jkunu konxji mill-fatt li huma jaqsmu valuri u kultura. |
|
2.3 |
Il-Kumitat huwa konvint li bħala parti mit-taħriġ tal-għalliema, għandha tingħata attenzjoni lill-ħiliet moderni tal-komunikazzjoni, li għandhom jikkontribwixxu sabiex il-ħajja fl-iskola tkun rilevanti u interessanti (3). |
|
2.4 |
Il-KESE jaqbel ukoll mal-bżonn urġenti li jinstabu soluzzjonijiet politiċi konsistenti u trasversali għal kwistjonijiet fundamentali: ir-rata tat-tluq bikri mill-iskola fl-Ewropa, li għadha għolja, il-parteċipazzjoni dgħajfa tal-ħaddiema fit-tagħlim tul il-ħajja, il-miljuni ta’ rġiel u nisa li għad għandhom biss livell baxx ta’ edukazzjoni, ħiliet insuffiċjenti fil-qari fost it-tfal taħt il-15-il sena u l-qgħad massiv fost iż-żgħażagħ f’ċerti pajjiżi tal-UE. |
|
2.5 |
Madankollu, il-Kumitat jibża’ li l-valur tal-inizjattivi proposti fil-Komunikazzjoni qed jiddgħajjef fid-dawl tar-realtà li qed jiffaċċjaw il-pajjiżi Ewropej fi kriżi. It-tnaqqis baġitarju, b'mod partikolari dak li jolqot ir-riżorsi allokati għall-edukazzjoni u t-taħriġ, jista' jagħmilha iktar diffiċli li jissolvew l-inugwaljanzi bejn l-istudenti meta jibdew l-iskola, u li tiġi promossa edukazzjoni ta' kwalità għolja għal kulħadd (4). |
|
2.6 |
Minkejja li l-edukazzjoni hija fil-kompetenza tal-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea għandha wkoll rwol importanti x'taqdi, permezz tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni bejn il-ministri differenti tal-edukazzjoni, il-mekkaniżmi ta' ġbir ta' data fil-livell Ewropew u permezz ta' inizjattivi differenti Ewropej fil-qasam tal-edukazzjoni bħall-Proċessi ta' Bolonja u ta' Kopenħagen, il-Communiqué ta' Bruges, is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti (ECTS), is-Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET), il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (EQF) u l-Istandards u l-Linji Gwida Ewropej għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (ESGQA) (5). |
|
2.7 |
Huma ġġustifikati l-preokkupazzjonijiet li tesprimi firxa wiesgħa tas-soċjetà ċivili fir-rigward tad-disparitajiet bejn il-ħiliet attwali taż-żgħażagħ u l-ħtiġijiet tal-intrapriżi, kif ukoll rigward it-tranżizzjoni diffiċli bejn il-bank tal-iskola u l-post tax-xogħol jew bejn il-qgħad u l-impjieg, u għalhekk għandhom jiġu indirizzati. Għalhekk, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon partikolari d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tissokta ssaħħaħ l-iskambji bejn l-oqsma tal-edukazzjoni u tal-impjieg, u li tippromovi inizjattivi u miżuri konġunti li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-bank tal-iskola għall-post tax-xogħol, tnaqqas l-ostakli għall-mobbiltà fl-UE, ittejjeb bil-bosta l-funzjonament tas-suq tax-xogħol u tiggarantixxi opportunitajiet indaqs. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu għal għonq din it-triq, filwaqt li jippreżervaw il-mudell soċjali Ewropew u jsaħħu l-koeżjoni soċjali. |
|
2.8 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-Qafas ġdid ta' Azzjoni dwar l-Impjieg taż-Żgħażagħ, żviluppat mill-imsieħba soċjali, bħala parti essenzjali tal-programm ta' ħidma konġunt tagħhom għall-2012-2014, li tressaq għall-ewwel darba fis-Summit Soċjali Tripartitiku fl-14 ta' Marzu 2013. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni li tagħti attenzjoni partikolari lill-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ f'erba' oqsma ewlenin: l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' kwalità għolja, l-inklużjoni ta' taħriġ prattiku msejjes fuq ix-xogħol, l-inklużjoni ta' apprendistati u mudelli ta' tagħlim doppju u l-promozzjoni ta' sħubijiet sabiex jintlaħaq għan komuni. |
|
3.2 |
It-titolu tal-Komunikazzjoni jissuġġerixxi ambizzjoni li mhix riflessa fil-kontenut, probabbilment minħabba li l-Kummissjoni xtaqet tiffoka l-ħidma tagħha fuq għan wieħed. Madankollu, il-KESE huwa tal-fehma li d-dokument seta' kien iżjed ambizzjuż u indirizza kwistjonijiet/sfidi urġenti, bħat-tendenzi demografiċi attwali fl-Ewropa, l-enerġija u l-migrazzjoni, kwistjonijiet li jitolbu tweġibiet ferm iżjed kumplessi. Bl-istess mod, fil-ġejjieni għandhom jitqiesu studji oħra bħal dawk li saru dan l-aħħar fi ħdan in-NU u l-UNESCO (6). |
|
3.3 |
Rigward il-proposta tal-Kummissjoni, il-KESE jwissi kontra l-periklu li l-edukazzjoni tiġi kkunsidrata bħala sempliċi strument għall-iżvilupp ta' ħiliet marbuta max-xogħol u ż-żieda fl-impjegabbiltà (7). Il-KESE jtenni l-konvinzjoni tiegħu li l-kapaċità għall-impjegabbiltà mhijiex biss marbuta b'mod dirett mal-litteriżmu, l-esperjenza prattika, eċċ., iżda wkoll ma' karatteristiċi u attitudnijiet bħaċ-ċittadinanza attiva, l-iżvilupp individwali u l-benesseri. Għal din ir-raġuni, minkejja li fil-qafas tar-reviżjoni tal-edukazzjoni, il-kapaċità għall-impjegabbiltà hija kkunsidrata bħala għan maġġuri, ma tistax tiġi interpretata b'mod riġidu wisq. |
|
3.4 |
Il-KESE jfakkar li biex l-investiment fl-edukazzjoni jilħaq l-għanijiet tiegħu bis-sħiħ, għandu jkun akkumpanjat minn politiki soċjali, u ekonomiċi dwar l-impjieg, bil-għan li jappoġġjaw it-tkabbir sostenibbli u l-prosperità. Fil-passat, il-KESE rrakkomanda li l-UE u l-Istati Membri, b'mod partikolari fil-kuntest tal-kriżi, jimpenjaw ruħhom li jirrevedu u/jew jaġġornaw, mill-perspettiva tal-ħtiġijiet tal-ġejjieni, il-politiki marbuta mal-impjieg u s-servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja, filwaqt li tingħata iżjed attenzjoni lil każijiet speċifiċi (it-tfal, il-persuni bi ħtiġijiet speċjali, il-migranti, eċċ.) u għandha tingħata attenzjoni li dawn il-politiki jintegraw id-dimensjoni tal-ġeneru u li jkun hemm parteċipazzjoni sħiħa min-naħa tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (8). |
|
3.5 |
Il-fatt li jeżistu ċerti disparitajiet bejn il-ħiliet meħtieġa fis-suq tax-xogħol u dawk li, b'mod ġenerali, jiksbu ż-żgħażagħ u l-ħaddiema jitlob li ssir mill-iżjed fis possibbli r-rabta bejn il-qasam tal-edukazzjoni u dak tax-xogħol b'mod li dawn id-disparitajiet jiġu indirizzati. Madankollu, huwa ċar ukoll li l-ħinijiet tal-iskola u dawk tax-xogħol mhumiex u ma jistgħux ikunu l-istess. |
|
3.6 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni reċenti tal-Kunsill Ewropew li jniedi “Garanzija għaż-Żgħażagħ”, li għandha l-għan li tiżgura li ż-żgħażagħ kollha taħt il-25 sena jkollhom opportunitajiet tajbin li jsibu x-xogħol, taħriġ kontinwu jew traineeship fi żmien erba’ xhur wara li jispiċċaw l-istudji tagħhom jew wara li jitilfu l-impjieg tagħhom. |
|
3.7 |
Madankollu, il-KESE jwissi kontra l-periklu li kemm iż-żgħażagħ kif ukoll il-ħaddiema mdaħħlin fl-età jintlaqtu mir-rati attwali ta' qgħad. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi sfruttat l-għarfien ta' dawn il-ħaddiema mdaħħlin fl-età mhux biss biex iż-żgħażagħ jiġu megħjuna jsibu x-xogħol iżda wkoll biex jiġu pprovduti b'għarfien abbażi ta' firxa wiesgħa ta' esperjenzi differenti. |
|
3.8 |
Il-KESE jiddispaċih li, fil-Komunikazzjoni preżenti, il-Kummissjoni ma hatfitx l-opportunità biex tirrikonoxxi r-rwol li tista' taqdi l-edukazzjoni mhux formali bħala qasam komplementari għall-edukazzjoni formali, u jiġbed l-attenzjoni għall-appell li għamlu l-parteċipanti fis-Simpożju ta' Strasburgu favur il-ħolqien ta' proċess komuni fuq perjodu medju u twil ta' żmien bil-għan li tiġi rikonoxxuta l-edukazzjoni mhux formali fl-Ewropa (9). |
4. Kummenti speċifiċi
4.1 Ħiliet bażiċi u trasversali
|
4.1.1 |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li “L-isforzi jridu jikkonċentraw fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet trasversali, (….) u “b’mod partikolari fuq l-iżvilupp tal-ħiliet intraprenditorjali”, iżda li l-ewwel pass għandu jkun li kulħadd jikseb il-ħiliet bażiċi. Fil-fehma tal-Kumitat, it-tagħlim tal-lingwi għadu jistħoqqlu attenzjoni partikolari. Persuna żagħżugħa li tkun kisbet ħiliet tajbin bażiċi u trasversali (fost affarijiet oħra, il-ħidma fi ħdan tim, il-ħakma ta' lingwi diversi, il-ħakma tal-għodod tal-IT, il-kapaċità li tifforma opinjoni u tkun kapaċi tesprimiha, il-parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjoni) la ssib diffikultà tirnexxi fid-dinja intraprenditorjali u lanqas li tkun attiva fis-suq tax-xogħol. |
|
4.1.2 |
Il-“ħiliet intraprenditorjali” huma mingħajr dubju element importanti, bil-kundizzjoni li l-għan tagħhom ma jkunx biss il-ħolqien tal-intrapriżi. Mingħajr attitudni intraprenditorjali, ftit li xejn nimxu ’l quddiem fil-ħajja, b’mod partikolari f’perjodi diffiċli bħal dawn. Għalhekk, hija ħaġa pożittiva li dawn il-ħiliet ikunu integrati fil-politiki u l-programmi edukattivi. |
|
4.1.3 |
Sabiex jiġi żviluppat l-ispirtu intraprenditorjali, lil hinn minn kwistjonijiet relatati mal-kurrikulu, jista’ jkun importanti li tiġi prevista l-possibbiltà ta’ tagħlim fil-post tax-xogħol jew fi ħdan organizzazzjoni, u li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-intrapriżi u tal-organizzazzjonijiet fi skemi promossi mill-iskejjel. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu definizzjoni iżjed trasparenti tal-kunċett ta' "aċċess ugwali għal tagħlim adegwat u għal programmi tal-ħiliet għall-ħajja", u jfasslu firxa koerenti ta’ indikaturi li jagħmlu possibbli paragun fil-livelli differenti, kif ukoll għall-valutazzjoni tar-riżultati, bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u tas-soċjetà ċivili. |
|
4.1.4 |
Madankollu, il-KESE jemmen li l-ispirtu intraprenditorjali jista' jisfrutta l-potenzjal sħiħ tiegħu biss jekk dan ikun akkumpanjat mill-idea ta’ ħidma kollettiva li l-edukazzjoni għandha wkoll trawwem fost it-tfal u ż-żgħażagħ. |
|
4.1.5 |
Is-suġġetti tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (l-hekk imsejħa dixxiplini STEM) (10) għandhom jibqgħu jingħataw attenzjoni partikolari fis-sistemi edukattivi peress li għadhom fil-qalba ta’ soċjetà ddominata mit-teknoloġija u l-iżvilupp teknoloġiku u minħabba li d-domanda għal ħaddiema bi kwalifiki għoljin u b'livell għoli ta' għarfien xjentifiku ser tkun dejjem akbar (11). Madankollu, huwa importanti li dawn is-suġġetti jiġu ppreżentati b’mod li jkun iżjed faċli għall-utenti u b’mod iżjed kreattiv u, għaldaqstant, iżjed attraenti li jiffaċilita wkoll bilanċ ikbar u aħjar bejn is-subien u l-bniet (12). |
|
4.1.6 |
Id-dokument la jagħmel referenza għall-effetti tal-kriżi u tal-politiki ta’ aġġustament baġitarju fuq ix-xjenza, ir-riċerka u l-professjonisti f’dawn l-oqsma (ir-riċerkaturi, l-akkademiċi, l-universitajiet) u lanqas għall-eżodu ta’ mħuħ li qed jesperjenzaw pajjiżi differenti tal-UE. Il-KESE tkellem f'għadd ta' Opinjonijiet (13) dwar l-importanza li nimxu lejn it-twettiq sħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka; huwa osserva li l-moviment liberu tar-riċerkaturi, tal-għarfien xjentifiku u tat-teknoloġija għandhom jikkostitwixxu l-“ħames libertà” tas-suq intern. |
4.2 Ħiliet vokazzjonali
|
4.2.1 |
Il-KESE jinsab imħasseb, l-istess bħall-Kummissjoni, dwar id-disparitajiet li jeżistu bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol. Huwa ċar li sistema edukattiva li tkun maqtugħa mis-suq tax-xogħol mhux biss tiġġenera ħiliet inkompleti, iżda agħar minn hekk, twassal għall-qgħad (14). Il-KESE huwa tal-fehma li jeħtieġ li tingħata attenzjoni ikbar lir-reviżjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u li jkun hemm komprensjoni reċiproka ikbar tar-rabtiet bejn dawn u s-suq tax-xogħol, bil-għan li jiġi żgurat li jissodisfaw b’mod konkret il-ħtiġijiet tiegħu. Jenfasizza wkoll li huwa indispensabbli li l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili organizzata jipparteċipaw f’taħriġ vokazzjonali li jkun rilevanti għas-suq tax-xogħol (15). |
|
4.2.2 |
It-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-ħiliet fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) huma ta' importanza partikolari għas-suq tax-xogħol; jeħtieġ ukoll li jsir investiment fi programmi adatti li jiżguraw dawn il-ħiliet fit-taħriġ vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda n-nisa żgħażagħ. Il-KESE jaqbel mal-proposta dwar tikketta Ewropea ta' kwalità għall-industrija u għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni fil-qasam tal-ICT. |
|
4.2.3 |
Il-KESE jafferma mill-ġdid id-dritt li kull persuna jkollha firxa ta’ għarfien u ta’ kwalifiki li jagħmluha possibbli li tintegra ruħha bis-sħiħ fil-ħajja professjonali u soċjali. Id-dritt għal taħriġ vokazzjonali ma għandux jingħata biss liż-żgħażagħ li jidħlu fis-suq tx-xogħol, iżda wkoll lill-ħaddiema kollha, b’mod li jkunu jistgħu jaġġornaw il-ħiliet tagħhom u jilqgħu l-isfidi fid-dawl tat-tibdil li għaddej bħalissa. L-impjegabbiltà ma tikkonċernax biss liż-żgħażagħ. |
|
4.2.4 |
It-tagħlim fil-post tax-xogħol, u b’mod partikolari s-sistemi doppji li jikkombinaw it-tagħlim fil-klassi u l-esperjenza fil-post tax-xogħol jistgħu jaqdu rwol importanti fit-tibdil meħtieġ għall-ħolqien tal-impjiegi (16), iżda għandhom jagħmlu parti mis-sistema edukattiva, li jitlob kjarifika tar-rwol li jaqdu l-atturi differenti kkonċernati. Huwa fundamentali li l-iskejjel u l-intrapriżi jkunu sensibilizzati għal din il-forma ta’ tagħlim (17). |
4.3 L-istimular ta’ tagħlim miftuħ u flessibbli
|
4.3.1 |
Ir-rikonoxximent li l-mudelli qed jinbidlu b’ritmu mingħajr preċedent (minn soċjetà industrijali għal soċjetà bbażata fuq l-għarfien, li hija fi triqtha lejn soċjetà bbażata fuq in-netwerks) jitlob approċċ iżjed kreattiv u innovattiv, li jorbot flimkien oqsma differenti tal-ħajja u attivitajiet differenti, filwaqt li jiġu rikonoxxuti u vvalutati s-suċċessi, u jinħolqu rabtiet bejn il-kultura, l-edukazzjoni ġenerali u vokazzjonali u s-suq tax-xogħol u billi titħeġġeġ il-komplementarjetà bejn it-tagħlim mhux formali u dak formali, filwaqt li fl-istess ħin jiġu promossi l-opportunitajiet indaqs. |
|
4.3.2 |
Huwa tajjeb li jiġi stimulat it-tagħlim, bil-kundizzjoni li l-individwi jingħataw il-kundizzjonijiet meħtieġa biex jagħmlu dan, u li dan ma jiddependix biss mill-isforz li kull persuna tista’ u jeħtieġ li tagħmel. Jekk dan ma jiġrix, il-gruppi li diġà min-natura tagħhom huma l-iżjed żvantaġġati jew marġinalizzati jkomplu jiġu ssegregati b’mod kollettiv. Għalhekk, il-KESE jinsab dejjem iżjed u iżjed imħasseb dwar il-fatt li l-parteċipazzjoni fil-programmi ta' edukazzjoni għall-adulti turi tnaqqis sostanzjali; il-parteċipazzjoni medja tal-adulti tal-UE fit-tagħlim tul il-ħajja hija biss 8,9 % skont il-Kummissjoni, u f’seba’ Stati Membri partikolari bilkemm tilħaq il-5 %. |
|
4.3.3 |
Jeħtieġ li jittejbu l-proċeduri, li attwalment huma formalisti wisq, għar-rikonoxximent tal-għarfien miksub barra mill-iskola (l-edukazzjoni mhux formali). Jeħtieġ ukoll li jiġi enfasizzat li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu abbażi ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali kkonċernati u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili u li huwa l-Istat li għandu jerfa' r-responsabbiltà u jiżgura l-kwalità ta' dan ir-rikonoxximent. Il-proċeduri għar-rikonoxximent jistgħu jikkontribwixxu b'mod iżjed effettiv biex tiżdied il-viżibbiltà, b'mod partikolari fi ħdan l-imsieħba soċjali, tal-benefiċċji tal-edukazzjoni mhux formali. Huwa importanti wkoll li tiġi pprovduta informazzjoni li tkun fuq skala wiesgħa u faċli tinftiehem kemm jista' jkun dwar il-modi għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet biex jiġi żgurat li jibbenefikaw lil kulħadd. |
|
4.3.4 |
Fi żmien meta r-rati tal-qgħad huma għoljin, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, il-bżonn li nikkunsidraw mill-ġdid b’mod iżjed miftuħ u flessibbli kif jinkisbu l-ħiliet jikkostitwixxi sfida fundamentali għall-Ewropa, fuq perjodu ta’ żmien medju u twil. Biex dawn l-isfidi jiġu indirizzati, l-Istati Membri għandhom, fost affarijiet oħra:
|
|
4.3.5 |
Il-KESE jaqbel mal-intenzjoni tal-Kummissjoni li toħloq Żona Ewropea tal-Ħiliet u l-Kwalifiki b'mod li jkun hemm konverġenza u trasparenza akbar fir-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki fl-UE. |
4.4 Appoġġ lill-għalliema u lill-edukaturi Ewropej
|
4.4.1 |
Il-KESE jaqbel mal-fatt li l-Komunikazzjoni tirrikonoxxi r-rwol fundamentali li jaqdu l-għalliema u l-edukaturi biex itejbu t-tagħlim u jħeġġu t-tfal u ż-żgħażagħ jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex jiffaċċjaw l-isfidi tal-globalizzazzjoni. Għalhekk, jidher li l-investiment fit-taħriġ u r-reklutaġġ ta’ għalliema u edukaturi ta’ kwalità għolja hija strateġija meħtieġa u pożittiva. |
|
4.4.2 |
Madankollu, li ngħidu li għalliema u edukaturi tajbin jistgħu jagħmlu differenza ma jfissirx li t-tagħlim waħdu biss jiddetermina dak li jitgħallmu l-istudenti jew li jiġi sottovalutat il-kuntest soċjoekonomiku li fih isir dan it-tagħlim. |
|
4.4.3 |
F’kuntest ta’ tibdil ekonomiku, soċjali u teknoloġiku kbir u profond, huwa urġenti li l-professjoni ta’ għalliem tiġi kkunsidrata bħala element ċentrali għall-promozzjoni ta’ edukazzjoni ta’ kwalità għolja, li tista’ tiġi adattata għall-esiġenzi ta’ żminijietna, li jfisser li huwa fundamentali li jitjieb it-taħriġ akkademiku u professjonali tal-għalliema, li jiġu offruti kundizzjonijiet adegwati ta’ rimunerazzjoni u ta’ karriera u li l-karriera ta’ għalliem tkun iżjed attraenti għaż-żgħażagħ. Huwa wkoll estremament importanti li jiġi żgurat bilanċ ikbar bejn l-irġiel u n-nisa fir-reklutaġġ tal-għalliema. |
|
4.4.4 |
Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li jkun tajjeb li fir-reklutaġġ tal-għalliema tiġi integrata dimensjoni ta' diversità, b'mod partikolari mill-perspettiva ta' oriġini etnika, tal-kultura, tar-reliġjon, tal-età, eċċ. Barra minn hekk, f'kuntest ta' moviment liberu tal-persuni u tal-migrazzjoni, huwa partikolarment importanti li jissaħħu l-għarfien lingwistiku u l-ħiliet fil-komunikazzjoni interkulturali, kemm fost it-tfal u ż-żgħażagħ kif ukoll fost l-għalliema, bil-għan li tittejjeb il-kooperazzjoni anke meta l-lingwi materni jkunu differenti. L-għalliema għandhom jibbenefikaw mit-taħriġ adatt biex ikunu f'pożizzjoni li jaħdmu mal-istudenti li jabbandunaw l-istudji tagħhom jew li jkunu fi bżonn, f'żoni milqutin minn perikli soċjali jew esposti għall-esklużjoni. Għalhekk, jinħtieġu għalliema moderni f'ambjent ta' tagħlim multikulturali u multidimensjonali (18). |
4.5 Il-finanzjament tal-edukazzjoni
|
4.5.1 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni qed timpenja ruħha li tagħti iżjed attenzjoni lill-finanzjament tal-edukazzjoni, billi nediet dibattitu mal-atturi prinċipali dwar il-benefiċċji li jsir investiment fl-edukazzjoni (19). Huwa jappoġġja wkoll l-idea li ssir ħidma bi sħab mal-imsieħba soċjali biex jiġi analizzat kif jista' jiżdied il-forniment ta’ taħriġ ta’ kwalità għolja fil-post tax-xogħol. |
|
4.5.2 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Istati Membri qed jippromovu dibattiti nazzjonali dwar il-mekkaniżmi sostenibbli ta’ finanzjament għall-edukazzjoni u t-taħriġ. Madankollu, minkejja dan il-livell ta' attenzjoni, il-finanzjament għall-edukazzjoni u t-taħriġ qed jonqos f'ħafna Stati Membri (20). Il-KESE jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni wiesgħa u kontinwa tal-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili matul il-proċess kollu. Il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi li qed isiru biex jinvolvu s-settur privat fil-kofinanzjament tas-settur tal-edukazzjoni, b'mod partikolari l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iżda fl-istess ħin jirrakkomanda li jiġu stabbiliti kriterji ċari dwar ir-responsabbiltajiet kondiviżi bejn is-setturi differenti (is-settur pubbliku, dak privat u oħrajn) f'każijiet bħal dawn. Dan ma jimplikax li l-Istati titneħħielhom ir-responsabbiltà f’dak li jirrigwarda l-obbligi nazzjonali u internazzjonali tagħhom li jiggarantixxu finanzjament adegwat u edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd (21). |
|
4.5.3 |
Il-KESE jafferma mill-ġdid b'konvinzjoni l-importanza, f'dak li jirrigwarda l-mobbiltà taż-żgħażagħ, ta' programmi bħall-Erasmus, l-Erasmus Mundus u "Żgħażagħ attivi", li l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp personali u tal-ħiliet u l-kwalifiki taż-żgħażagħ huwa rikonoxxut minn kulħadd. Għalhekk, jeħtieġ li jiżdied il-finanzjament ta' dawn il-programmi taħt il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, kif ukoll li titjieb il-proċedura tal-għażla tal-parteċipanti, sabiex kulħadd jibbenefika minn opportunitajiet indaqs, ġusti u effettivi billi, permezz tal-programmi, ċerti gruppi speċifiċi esposti għal livell għoli ta' riskju jitħeġġu jipparteċipaw f'dawn l-inizjattivi, u billi jiġu pprovduti soluzzjonijiet biex jingħelbu l-ostakli marbutin mar-riżorsi finanzjarji jew mal-kwalifiki li jiffaċċjaw għad ġmielu ta' studenti u żgħażagħ. |
4.6 Sħubijiet
|
4.6.1 |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-importanza ta’ kooperazzjoni iżjed mill-qrib mal-atturi u l-gruppi soċjali differenti fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ. Is-sħubijiet jippermettu skambju rikk ta’ esperjenzi u jipprovdu opportunità li jiġi inkluż fil-proċess edukattiv kull min jista' jipprovdi u/jew jaġġorna ħiliet speċifiċi, b’mod partikolari dawk li hemm domanda għalihom fis-suq tax-xogħol. |
|
4.6.2 |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu involuti l-partijiet interessati kollha (l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u dawk komunitarji, l-iskejjel u l-għalliema, il-ġenituri u l-kustodji u l-intrapriżi u l-junjins, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, fost l-oħrajn) u li jiġu previsti għanijiet ċari, valutazzjonijiet regolari u riżorsi suffiċjenti biex jiġi żgurat li dawn is-sħubijiet ikunu sostenibbli. Il-KESE jittama li l-programm Erasmus għal Kulħadd jikkontribwixxi b’mod deċiżiv biex jappoġġja, jinkoraġġixxi u jippromovi s-sħubijiet li jħabirku biex jiżguraw edukazzjoni ta’ kwalità għolja u opportunitajiet indaqs. L-edukazzjoni hija proċess olistiku u għalhekk titlob livell għoli ta' orjentazzjoni f'dak li jirrigwarda l-karriera, flimkien ma' servizz ta' konsulenza vokazzjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ li jixxerrdu l-prattiki tajbin li jsegwu bosta skejjel li, waranofsinhar, jinbidlu f'ċentri ta' attivitajiet kulturali, laqgħat u taħriġ kontinwu li jipproponu attivitajiet maħsubin għal ġenerazzjonijiet differenti fi ħdan il-popolazzjoni u għal kategoriji soċjali differenti. |
|
4.6.3 |
Il-KESE jirrikonoxxi l-valur tal-assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ fid-dinamika tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-kontribut tagħhom biex isolvu l-problemi enormi li jolqtuhom illum il-ġurnata. Naturalment, dawn jinkludu l-qgħad fost iż-żgħażagħ, li r-rati estremament għoljin tiegħu huma għalkollox inaċċettabbli. Il-ħolqien ta' sħubijiet ma' dawn l-organizzazzjonijiet li jħeġġu l-ksib ta' "ħiliet personali" (soft skills) bħall-organizzazzjoni, il-komunikazzjoni, is-sens ta' tmexxija, is-sens ta' inizjattiva u l-għarfien ta' lingwi barranin, fost affarijiet oħra, jista' jkun strateġija pożittiva bil-kundizzjoni li jiġu żgurati wkoll ir-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħha (22). |
|
4.6.4 |
Il-KESE jaqbel mal-idea li jinħolqu garanziji għaż-żgħażagħ fl-Istati Membri, iffinanzjati permezz ta' fond speċifiku taħt il-qafas finanzjarju pluriennali, għalkemm huwa tal-fehma li l-pakkett ta' EUR 6 000 miljun previst huwa għalkollox insuffiċjenti, fid-dawl tal-fatt li parti minn dawn il-fondi diġà hija pprovduta mill-Fond Soċjali Ewropew. |
Brussell, 10 ta’ Lulju 2013
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) COM(2012) 669 final.
(2) ĠU C 161, 606.2013, p. 67-72; ĠU C 161, 6.5.2013, p. 27-34; ĠU C 11, 15.1.2013, p. 8-15; ĠU C 299, 4.10.2012, p. 97; ĠU C 191, 29.6.2012, p. 103; ĠU C 76, 14.3.2013, p. 1; ĠU C 181, 21.6.2012, p. 154; ĠU C 143, 22.5.2012, p. 94; ĠU C 181, 21.6.2012, p. 143; ĠU C 68, 6.3.2012, p. 11; ĠU C 318, 29.10.2011, p. 50; ĠU C 68, 6.3.2012, p. 1; ĠU C 318, 29.10. 2011, p. 142; ĠU C 318, 29.10.2011, p. 1; ĠU C 132, 3.5.2011, p. 55; ĠU C 21, 21.1.2011, p. 66; ĠU C 255, 22.9.2010, p. 81; ĠU C 318, 23.12.2009, p. 113; ĠU C 128, 18.5.2010, p. 10; ĠU C 224, 30.8.2008, p. 100; ĠU C 204, 9.8.2008, p. 95; ĠU C 151, 17.6.2008, p. 45; ĠU C 218, 11.9.2009, p. 85; ĠU C 151, 17.6.2008, p. 41.
(3) Survey of Schools: ICT in Education (Stħarriġ fl-iskejjel: l-ICT fl-edukazzjoni) (https://ec.europa.eu/digital-agenda/node/51275) (mhux disponibbli bil-Malti).
(4) Ir-rapport ta’ monitoraġġ tal-inizjattiva tal-UNESCO tal-2012 "Education for all" (EFA) jikkritika l-progress irregolari biex jintlaħqu l-għanijiet tal-EFA u jikkonkludi li biex iċ-ċittadini jingħataw rendikont pożittiv, is-sistemi edukattivi għandhom jirċievu fondi suffiċjenti u sostenibbli. Madankollu, f’dikjarazzjonijiet reċenti, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OCDE) qalet li edukazzjoni pubblika ffukata fuq il-kwalità u l-ugwaljanza hija l-aħjar mod mhux biss biex il-gvernijiet jiffrankaw il-flus, iżda wkoll biex jinvestuhom b’mod tajjeb. Madankollu, il-komunitajiet u l-persuni żvantaġġati għandhom jiġu involuti għax b'hekk biss tista' tkun possibbli sistema edukattiva ta' kwalità għolja (Konferenza tal-Education International – OECD “Quality and dialogue key to public education” [Il-kwalità u d-djalogu huma essenzjali għall-edukazzjoni pubblika], 4 ta’ Frar 2013).
(5) L-akronimi kollha huma bl-Ingliż.
(6) Fis-sede tal-UNESCO f’Pariġi, mit-12 sal-14 ta’ Frar 2013, tnax-il espert internazzjonali mill-qasam edukattiv għamlu analiżi kritika tal-iżjed rapporti importanti prodotti fis-seklu 20 fil-qasam tal-edukazzjoni minn din l-organizzazzjoni – “Learning to be” ta’ Edgar Faure(1972) u “Learning: The Treasure Within” ta' Jacques Delors (1996) – fid-dawl tal-iżjed tibdil soċjali reċenti u profond. www.unesco.org
(7) It-termini “impjegabbiltà” u “ħolqien tal-impjiegi” ma jfissrux l-istess ħaġa u lanqas ma jesprimu l-istess kunċett. Filwaqt li l-“ħolqien tal-impjiegi” huwa fenomenu kumpless li jinvolvi għadd ta' responsabbiltajiet kondiviżi bejn l-Istat, min iħaddem u l-ħaddiema, u li jitlob id-djalogu soċjali u n-negozjar, jidher li l-“impjegabbiltà” tirreferi kważi esklużivament għar-responsabbiltà individwali ta' min qed ifittex impjieg.
(8) ĠU C 18, 19.1.2011, p. 18.
(9) Is-simpożju, li sar mill-14 sas-16 ta' Novembru 2011, kien koorganizzat mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa flimkien ma' għadd ta' assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ bħall-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, Jugend für Europa – l-Aġenzija Nazzjonali Ġermaniża għall-Programm Żgħażagħ Attivi – u s-SALTO Training and Cooperation Centre. (http://youth-partnership-eu.coe.int/youth-partnership/documents/EKCYP/Youth_Policy/docs/Youth_Work/Policy/STATEMENT_Symposium_participants_160312.pdf).
(10) STEM (Science, Technology, Engineering and Mathematics) huwa l-akronimu bl-Ingliż.
(11) Skont iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali (CEDEFOP), id-domanda għal persuni b'ħiliet għoljin tista' tiżdied b'16-il miljun ruħ sal-2020 u dik għal persuni b'ħiliet medji b'medja ta' 3,5 miljun ruħ, filwaqt li d-domanda għal persuni bi ftit li xejn ħiliet tista' tonqos bi 12-il miljun ruħ.
(12) Għadd ta’ proġetti li saru fi Stati Membri differenti juru li t-tagħlim tal-matematika jista’ jkun iżjed attraenti.
(13) ĠU C 95, 23.4.2003, p. 8 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 218, 11.9.2009, p. 8; ĠU C 306, 16.12.2009, p. 13; ĠU C 132, 3.5.2011, p. 39; ĠU C 318, 29.10.2011, p. 121; ĠU C 181, 21.6.2012, p. 111; ĠU C 299, 4.10.2012, p. 72; ĠU C 229, 31.7.2012, p. 60; ĠU C 44, 15.2.2013, p. 88; ĠU C 76, 14.3.2013, p. 43; ĠU C 76, 14.3.2013, p. 31.
(14) Ir-rakkomandazzjoni riveduta tal-UNESCO dwar l-edukazzjoni teknika u vokazzjonali turi li, minħabba l-iżvilupp xjentifiku, teknoloġiku u soċjoekonomiku enormi, attwali jew previst, li jikkaratterizza żminijietna, b’mod partikolari l-globalizzazzjoni u r-rivoluzzjoni tal-ICT, l-edukazzjoni teknika u vokazzjonali għandhom ikunu elementi vitali tal-proċess edukattiv tal-pajjiżi kollha (UNESCO, 2001).
(15) Memorandum dwar il-Kooperazzjoni fil-qasam tat-Tagħlim u tat-Taħriġ Vokazzjonali fl-Ewropa, Berlin, 10-11 ta’ Diċembru 2012.
(16) Il-Komunikazzjoni ssemmi dawn is-setturi b’potenzjal għat-tkabbir: l-ICT, is-saħħa, it-teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, is-servizzi personalizzati, is-servizzi tan-negozju, l-ekonomija marittima u s-setturi ekoloġiċi, u dawk li għaddejjin minn trasformazzjoni kbira li jeħtieġu forza tax-xogħol b’ħiliet aħjar.
(17) L-esperjenza tas-sistema doppja fl-Awstrija hija eżempju ta' prattika tajba li jistħoqqilha analiżi bir-reqqa tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi implimentata, u tar-riżultati miksuba sa issa.
(18) ĠU C 151, 17.6.2008, p. 41; ĠU C 218, 11.9.2009, p. 85.
(19) L-UNESCO, fi studju ġdid li janalizza l-kontribuzzjonijiet tal-intrapriżi u tal-fondazzjonijiet privati għall-edukazzjoni, tosserva li dawn il-kontribuzzjonijiet ma jaqbżux is-USD 683 miljun fis-sena. Biex dawn iċ-ċifri nkunu nistgħu nanalizzawhom minn xi forma ta’ perspettiva, nistgħu ngħidu li din iċ-ċifra hija ekwivalenti għal 0,1 % tal-profitti tal-ikbar żewġ kumpaniji taż-żejt fid-dinja, u tirrappreżenta l-ispiża ta’ żewġ ajruplani tat-tip Airbus A380. Din fil-fatt hija kontribuzzjoni żgħira meta mqabbla mas-USD 16 000 miljun li huma meħtieġa kull sena biex jiġi żgurat li kull tifel u tifla jattendu l-iskola primarja. Preżentazzjoni fil-Forum ta’ Davos, 23 ta’ Jannar 2013.
(20) Rapport Eurydice "Funding of Education in Europe 20-2012. The Impact of the Crisis".
(http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/documents/thematic_reports/147EN.pdf).
(21) L-impenn li tiġi garantita edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd huwa minqux fil-kostituzzjonijiet nazzjonali kollha u, fil-livell internazzjonali, fid-dikjarazzjoni finali tal-Konferenza Dinjija dwar l-Edukazzjoni, UNESCO, Jomtien, 1990, u fl-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, NU, New York, 2000, li l-Istati Membri tal-UE huma firmatarji tagħhom kollha.
(22) Rapport tal-Università ta' Bath/GHK (2012) wera l-impatt tal-edukazzjoni formali fuq l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ u l-importanza tar-rwol li l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jistgħu jaqdu f'dan il-proċess.
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/65 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati”
COM(2012) 788 final — 2012/0366 (COD)
2013/C 327/13
Relatur: is-Sur RODRÍGUEZ GARCÍA-CARO
Nhar il-15 ta’ Jannar 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati
COM(2012) 788 final – 2012/0366 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-26 ta’ Marzu 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-11 ta' Lulju 2013), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’173 vot favur, 52 vot kontra u 28 astensjoni.
1. Konklużjonijiet
|
1.1 |
Il-bażi legali tal-abbozz leġislattiv propost mill-Kummissjoni Ewropea hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (1). Għalhekk, l-għan li dan l-abbozz ta’ regolament suppost għandu jsegwi huwa t-tqarrib tad-dispożizzjonijiet legali applikabbli għall-prodotti tat-tabakk, bil-għan li jiġi assigurat il-funzjonament korrett tas-suq intern. Il-punt 3.9.1 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-Proposta għal Direttiva jispeċifika li l-għażla ta’ din il-bażi legali kienet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea permezz tad-Direttiva 2001/37/KE (2) u li, għalhekk, din l-istess bażi hija adegwata għal din il-proposta fit-tiftix ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika mir-riskji tat-tabakk. |
|
1.2 |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) fil-prinċipju jilqa' din il-bażi legali fid-dawl tal-objettivi tal-proposta, li l-KESE jikkondividi kompletament, b'mod partikolari bil-għan li jipprevjenu lin-nies milli jibdew ipejpju, speċjalment iż-żgħażagħ. Madankollu, il-KESE jinnota li f'xi okkażjonijiet, pereżempju fil-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew, ġew espressi dubji fir-rigward ta' din il-bażi legali, notevolment fuq il-bażi li l-objettiv jista' jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri. |
|
1.3 |
Il-KESE jaqbel totalment mal-Kummissjoni Ewropea li d-dritt għas-saħħa għandu jieħu prijorità fuq kwalunkwe kunsiderazzjoni ekonomika. F’dan il-qasam, il-KESE jiddikjara li huwa deċiżament favur li jiġu promossi pjani u kampanji pubbliċi ta’ edukazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni fir-rigward tal-konsegwenzi gravi li t-tipjip għandu fuq is-saħħa. Madankollu għad hemm xettiċiżmu dwar kemm il-miżuri proposti jgħinu l-proċess gradwali li persuna tieqaf tpejjep. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li l-miżura li qed tiġi analizzata tiġi kkompletata u tirrifletti b’mod aktar ċar l-importanza fil-livell Ewropew tal-istrateġiji edukattivi u ta’ pariri mwettqa fl-iskejjel primarji u sekondarji, b’tali mod li kull tifel/tifla jew żgħażugħ/a jiġu infurmati b’mod korrett, sħiħ u regolari dwar ir-realtajiet tat-tipjip u l-effetti tiegħu ta’ ħsara u dwar l-effetti karċinoġeniċi tal-espożizzjoni għad-duħħan tat-tabakk fl-ambjent (3). |
|
1.4 |
Il-Kumitat jirrikonoxxi li fl-UE kollha għadd konsiderevoli ta' impjiegi ser ikunu fil-periklu fis-setturi kollha tal-katina ta' valur tal-agrikoltura, il-produzzjoni, l-ippakkjar u l-bejgħ bl-imnut tat-tabakk u prodotti relatati. Il-KESE jitlob li tingħata l-attenzjoni meħtieġa biex dawn ir-riskji relatati mas-suq tax-xogħol jiġu evitati, u jirrakkomanda bil-qawwa li jintużaw il-forom kollha disponibbli ta' miżuri ta' tranżizzjoni u ta' ristrutturazzjoni, speċjalment l-iskemi ta' taħriġ għall-ħaddiema flimkien ma' appoġġ xjentifiku, tekniku u dak relatat mal-innovazzjoni għall-intrapriżi u l-irziezet li jipproduċu tipi ġodda ta' prodotti, bil-għan li jinżammu l-impjiegi. Għandu jiġi nnotat li t-tkabbir tat-tabakk jikkontribwixxi għall-impjiegi rurali. Il-fondi strutturali u ta' koeżjoni, il-fondi reġjonali u l-fondi għar-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jintużaw b'mod effettiv fl-Istati Membri li jintlaqtu l-aktar minn din ir-ristrutturazzjoni potenzjali partikolarment fil-kuntest attwali ta' kriżi ekonomika. |
|
1.5 |
Hemm ir-riskju li jonqos ħafna d-dħul mit-taxxi, mhux biss minħabba ż-żieda fil-kummerċ illeċitu, iżda wkoll minħabba li jonqos il-bejgħ u jitbaxxew il-prezzijiet. Attwalment, it-taxxi miġbura minn fuq it-tabakk fl-Unjoni Ewropea jirrappreżentaw kważi EUR 100 biljun. |
|
1.6 |
Ser ikun hemm żieda qawwija fil-kummerċ illeċitu (kuntrabandu u falsifikar) f’idejn in-netwerks kriminali, li ser twassal għal tnaqqis fil-bejgħ tat-tabakk legali, ser tnaqqas id-dħul mit-taxxi fuq il-prodotti tat-tabakk, ser tikkomprometti s-sikurezza tal-konsumaturi minħabba n-nuqqas ta’ kontrolli sanitarji u ta’ kwalità, kif ukoll ser tiffaċilita l-aċċess tal-minorenni għat-tabakk. Kull sena fl-Unjoni Ewropea jonqsu milli jinġabru EUR 10 biljun (4) (ċifra maħruġa mill-OLAF) minħabba l-kummerċ illeċitu, peress li llum il-ġurnata l-bejgħ tat-tabakk bil-kuntrabandu fl-UE huwa 10 % (5). Il-KESE ma jistax ħlief jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li dan l-aħħar, fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-ġlieda kontra t-tabakk, ġie ffirmat protokoll biex jiġi eliminat il-kummerċ illeċitu ta' prodotti tat-tabakk, li fih il-partijiet interessati jintalbu jimplimentaw miżuri effettivi biex jiġu eliminati l-manifattura u l-kummerċ illeċiti tat-tabakk (6). |
|
1.7 |
Il-proposta attwali ser tibdel b'mod sostanzjali l-kundizzjonijiet għad-dħul fis-suq, il-kompetizzjoni u l-funzjonament neċessarju tal-kummerċ ħieles ta’ prodott legali, anke jekk ikun estremament regolat. Il-KESE huwa konxju tal-preokkupazzjonijiet li qajmu f'dan ir-rigward ċerti valutazzjonijiet tal-impatt fil-livell tal-UE u dak internazzjonali. Madankollu, il-KESE jitlob li jiġu kkunsidrati l-benefiċċji mistennija, kemm fir-rigward tat-tnaqqis tal-ispejjeż relatati mal-kura tas-saħħa, kif ukoll it-titjib fil-livell tas-saħħa pubblika, fid-dawl tal-fatt li ċ-ċittadini Ewropej huma intitolati għal livell għoli ta' protezzjoni ta' saħħithom mill-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |
|
1.8 |
Jekk il-Kummissjoni tingħata poteri wesgħin sabiex tiżviluppa aktar l-aspetti essenzjali tad-Direttiva permezz ta’ atti ddelegati, dan ser jirfes fuq il-kompetenzi sovrani tal-Istati Membri u b’hekk jinkiser il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-KESE ma jistax jaċċetta atti ddelegati li ma jagħmlux parti minn dak li huwa espressament indikat fl-Artikolu 290 tat-TFUE. Barra minn hekk, tmien parlamenti nazzjonali (kontroll tas-sussidjarjetà) esprimew 14-il vot kontra l-proposta tal-Kummissjoni peress li din ma tirrispettax il-prinċipju tas-sussidjarjetà (7). |
|
1.9 |
Il-KESE jappoġġja l-kunċett li jitnaqqas ir-riskju u għalhekk jappella lill-Kummissjoni għal definizzjoni ċara u qafas legali adegwat għall-prodotti b’inqas periklu, li jikkonkretizzaw b’mod xjentifiku u mingħajr dubju t-tnaqqis tar-riskju fir-rigward tas-sigaretti konvenzjonali, b’mod partikolari l-prodotti li fihom it-tabakk (u mhux nikotina kimika) u li għalhekk huma soġġetti għad-Direttiva. |
2. Daħla
|
2.1 |
Il-KESE jaf tajjeb bir-riskji li għandu t-tabakk għas-saħħa pubblika. Bħalma jidher fl-ewwel punt tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-Proposta għal Direttiva, it-tabakk huwa l-aktar kawża sinifikanti ta’ mwiet prematuri fl-UE, responsabbli għal kważi 700 000 mewta kull sena. F’dan il-kuntest, il-proposta tiffoka fuq objettivi ta’ min ifaħħarhom u li huma kondiviżi bis-sħiħ, bħall-prevenzjoni li jinbeda l-konsum tat-tabakk, b’mod partikolari miż-żgħażagħ, meta jitqies li 70 % ta’ dawk li jpejpu jibdew qabel ma jagħlqu t-18-il sena u 94 % qabel ma jagħlqu l-25 sena, u dan isaħħaħ il-bżonn li jiġu adottati miżuri fil-qasam tat-tfal u ż-żgħażagħ (8). |
|
2.2 |
F’dan il-kuntest, il-KESE jemmen li r-reviżjoni tad-Direttiva hija assolutament neċessarja u, għalhekk, għandha titwettaq mingħajr dewmien. Fil-fatt, missha ilha li saret snin ilu, meta wieħed iqis li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tistipula li għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-linji ta' politika u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. Huwa ċar li d-dritt għas-saħħa għandu jibqa’ prijorità fuq kwalunkwe kunsiderazzjoni ekonomika. Barra minn hekk jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li fil-pajjiżi li adottaw leġislazzjoni restrittiva ħafna kontra t-tabakk, il-livell tal-konsum bilkemm inbidel. Dan huwa l-każ, pereżempju, fi Spanja, fejn f’dawn l-aħħar 3 snin, il-livell ta’ konsum niżel biss b’żewġ punti perċentwali minkejja l-liġijiet stretti li ġew adottati, skont ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikat reċentement dwar l-ambjenti ħielsa mit-tipjip (9). Għalhekk, apparti l-miżura li qed tiġi diskussa hawnhekk, il-KESE jiddikjara li huwa deċiżament favur li jiġu promossi pjani u kampanji pubbliċi ta’ edukazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni fir-rigward tal-konsegwenzi gravi li t-titjib għandu fuq is-saħħa. Huwa jemmen li dawn l-azzjonijiet ser isaħħu l-effettività fit-tul tal-miżuri proposti fir-rigward tas-saħħa pubblika, għax għad hemm min hu xettiku dwar jekk dawn humiex ser jiffaċilitaw il-waqfien progressiv u neċessarju tat-tipjip. |
|
2.3 |
Madankollu, l-abbozz ta’ proposta għal reviżjoni tad-Direttiva 2001/37/KE dwar il-prodotti tat-tabakk, ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropa fid-19 ta’ Diċembru 2012, jista’ jkollu konsegwenzi gravi għall-impjieg, l-ekonomija u d-dħul mit-taxxi fl-Unjoni Ewropea, waqt li fl-istess ħin jinkisru għanijiet bażiċi oħra tal-Unjoni, bħal-livell massimu ta’ impjieg u t-tkabbir ekonomiku (Artikolu 3 tat-TUE), jekk ma tiġix adottata l-ebda miżura ta' akkumpanjament. Fl-Unjoni Ewropea, is-settur tat-tabakk jimpjega kważi 1,5 miljun persuna. Minn dawn, 400 000 huma bdiewa li jkabbru l-weraq tat-tabakk u 956 000 impjieg jiddependu mill-bejgħ bl-imnut tat-tabakk (10). Barra minn hekk, kull sena jinġabru kważi EUR 100 biljun f’taxxi fuq il-prodotti tat-tabakk u dan huwa settur li huwa importanti ħafna fil-kuntest tal-esportazzjonijiet, peress li huwa wieħed mill-ftit setturi li jżomm bilanċi pożittivi kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’ħafna mill-Istati Membri. Fl-2010, l-esportazzjoni totali ta’ prodotti tat-tabakk li ġejjin mill-Unjoni Ewropea kienet ta’ 55 000 tunnellata. L-akbar volumi ħarġu mill-Bulgarija (13 200), mill-Greċja (11 200) u minn Franza (8 000). Barra minn hekk, it-tabakk huwa prodott agrikolu li jagħti impjieg lil 400 000 persuna fl-Unjoni, fundamentalment f’reġuni żvantaġġati u mingħajr alternattivi. L-istatistika tal-UNITAB (Unjoni Taljana tat-Tabakk) u tal-Kumitat tal-Organizzazzjonijiet Agrikoli Professjonali fl-Unjoni Ewropea (COPA) juru li 96 % tal-intrapriżi agrikoli li huma ddedikati għat-tabakk huma intrapriżi tal-familji b’erja medja ta’ biedja bejn 0,5 u 3 ettari (11). |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-proposta għal Direttiva dwar il-prodotti tat-tabakk ippreżentata mill-Kummissjoni Ewropea hija ċċentrata fuq sitt oqsma ta’ politika:
Minn dawn is-sitt oqsma, tlieta għandhom impatt enormi fuq l-impjieg u d-dħul mit-taxxi fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea Fil-każ tal-ittikkettjar, l-ippakkjar u l-ingredjenti, il-proposta timponi twissijiet wiesgħa għas-saħħa li huma sproporzjonati għal dawk eżistenti, waqt li jillimitaw il-format, it-togħma u l-kontenut tal-prodotti tat-tabakk. Għalhekk, pereżempju, il-pakketti kollha jridu jinkludu twissijiet tas-saħħa bi stampa u messaġġ li jkopru 75 % tal-ippakkjar, li magħhom ser jiżdied kliem ġdid b’informazzjoni fil-ġnub tal-pakketti (50 % ta’ kull naħa), flimkien mat-timbru tad-dazju li huwa obbligatorju f’xi Stati Membri, il-messaġġ li jipprojbixxi l-bejgħ lill-minorenni u l-ispazju riżervat għall-miżuri ġodda għall-monitoraġġ u t-traċċabbiltà tal-prodotti tat-tabakk. Fil-prattika dan ifisser tnaqqis kbir fl-ispazju disponibbli sabiex jintwerew il-marki kummerċjali li huma rreġistrati b’mod leġittimu. Barra minn hekk, għandu jkun hemm daqsijiet minimi għat-tul u l-wisa’ tal-pakketti, li jimplika li xi wħud mill-mudelli tal-pakketti ser jisparixxu. Dan huwa l-każ tal-pakketti forma ta’ “casket”, format popolari ħafna f’xi pajjiżi bħall-Greċja. Ser jisparixxi wkoll il-format l-aktar popolari ta’ pakketti fil-Portugall. Barra minn hekk, din il-bidla fl-ippakkjar, li mhix ibbażata fuq evidenza xjentifika, tista’ thedded l-impjiegi fis-settur tal-industrija tal-ippakkjar u tal-imballaġġ, li huwa importanti ħafna f’bosta pajjiżi, pereżempju, il-Ġermanja, il-Polonja, Franza, ir-Renju Unit u l-Awstrija. Għandu jiġi indikat li r-rekwiżiti minimi għat-tul u l-wisa’ tal-pakketti tat-tabakk ma kinux inklużi fil-Konsultazzjoni Pubblika u lanqas ma kienu jagħmlu parti mir-Rapport dwar l-Impatt. Il-bejgħ ta’ sigaretti li jinkludu tomgħiet karatterizzanti huwa pprojbit u ġiet ivvintata definizzjoni ġdida ta’ “sigaretti żgħar”, li tmur kontra l-leġislazzjonijiet fiskali li ilhom fis-seħħ fl-Unjoni għal ftit iktar minn sena (12). |
|
3.2 |
B’konsegwenza ta’ dan, u peress li l-pakketti kollha ser ikollhom l-istess format filwaqt li s-sigaretti kollha ser ikollhom l-istess togħma, il-prezz ser ikun l-uniku element ta’ divrenzjar bejn il-marki kummerċjali, u minħabba f’hekk ser ikun hemm telf fil-katina ta’ valur tas-settur kollu. Bil-prezz ikun l-uniku element kompetittiv, il-prezzijiet ser jitbaxxew u dan ser joħloq, fuq naħa, tnaqqis fid-dħul finanzjarju tal-operaturi fis-settur u fil-ġbir tal-Istati Membri u, fuq in-naħa l-oħra, il-qerda tal-impjiegi fis-settur. |
|
3.3 |
Dan id-divrenzjar uniku possibbli skont il-prezz ser iwassal, pereżempju, biex it-tabakk ta’ kwalità li jitkabbar fl-Unjoni Ewropea ma jibqax attraenti għall-kumpaniji b’fabbriki fl-UE, peress li l-kwalità mhux ser tibqa’ kriterju għax-xiri tal-werqa tat-tabakk, li, bil-kontra ta’ dak li indikat il-Kummissjoni fil-Valutazzjoni tagħha tal-Impatt, ser tipperikola serjament l-impjiegi li jiddependu minn dan il-ħsad. Attwalment, fl-Unjoni Ewropea, il-ħsid tal-werqa tat-tabakk jammonta għal 250 000 tunnellata ta’ tabakk fis-sena. L-Italja hija l-akbar produttur b’89 000 tunnellata, segwita mill-Bulgarija b’41 056 tunnellata, minn Spanja bi 38 400 tunnellata u mill-Greċja b’24 240 tunnellata. Din il-ħolqa tal-katina timpjega 400 000 persuna, immexxija mill-Bulgarija fejn hemm 110 000 persuna involuti fil-kultivazzjoni tat-tabakk, segwita mill-Polonja b’75 100 u mill-Italja b’59 300 (13). |
|
3.4 |
Konsegwenza possibbli oħra tal-istandardizzazzjoni tal-format u t-togħma tista' tkun żieda fil-kuntrabandu tat-tabakk. Jekk il-prodotti kollha jispiċċaw ikunu kważi l-istess, ser tkun il-mafja li tibbenefika, peress li tista’ tiddiżinja bil-faċilità kollha l-prodotti tagħha ta’ kuntrabandu bil-formats u t-togħmiet oriġinali li jkunu draw bihom il-konsumaturi, sabiex tissodisfa din id-domanda permezz ta’ kanali mhux regolati u mingħajr ma tħallas ċenteżmu lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri. Barra minn hekk, dawn il-prodotti mhux ser jiġu kkontrollati għall-kwalità, u dan ifisser li s-sigurtà tal-konsumaturi ser tkun tassew kompromessa. |
|
3.5 |
Skont l-aħħar ċifri disponibbli, b'konsegwenza tal-kummerċ illeċitu, fl-Unjoni Ewropea kull sena ma jinġabrux EUR 10 biljun f'taxxi fuq il-prodotti tat-tabakk. Attwalment, il-bejgħ ta’ tabakk bil-kuntrabandu fl-UE jirrappreżenta 10 % tat-total (14). Għalhekk il-KESE ma jistax ma jilqax il-protokoll dwar l-eliminazzjoni tal-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk, iffirmat fit-12 ta' Novembru 2012, taħt il-Konvenzjoni Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk. Negozjat mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, il-protokoll jappella lill-partjiet interessati biex jieħdu miżuri effettivi biex jiġu eliminati l-manifattura u l-kummerċ illeċitu tat-tabakk (15). |
|
3.6 |
Apparti t-telf fid-dħul mit-taxxi, iż-żieda fil-kummerċ illeċitu ser twassal għal tnaqqis fil-bejgħ tat-tabakk, li jolqot lill-katina ta’ valur kollha iżda b’mod partikolari tista’ tolqot lill-istabbilimenti li jbiegħu t-tabakk bl-imnut. Kważi miljun impjieg jiddependi direttament jew indirettament mill-bejgħ bl-imnut tat-tabakk fl-Unjoni Ewropea, kemm permezz ta’ ħwienet kbar li jibqgħu miftuħin iżjed min-normal (convenience stores), kjoskijiet jew stabbilimenti speċjalizzati kif ukoll, fil-każ ta’ Franza, l-Italja, Spanja, u reċentement ħafna, l-Ungerija, permezz ta’ netwerks ta’ ħwienet regolati li jbiegħu tabakk u bolol u li huma kkontrollati mill-pajjiżi kkonċernati. Fil-Greċja biss, 40 000 impjieg jiddependu mill-bejgħ bl-imnut tat-tabakk (16). |
|
3.7 |
Il-KESE jagħraf it-theddida li tista' tinħoloq għall-impjieg fis-setturi kollha tul il-katina tal-valur tal-produzzjoni, l-ippakkjar u l-bejgħ bl-imnut tat-tabakk u prodotti relatati, u f'setturi agrikoli fejn ma ġewx żviluppati alternattivi oħrajn u fejn is-sussidji tal-PAK m'għadhomx disponibbli. Għandu jiġi nnotat li t-tkabbir tat-tabakk jikkontribwixxi għall-impjiegi rurali. Il-KESE jappella għall-attenzjoni meħtieġa sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun dawn ir-riskji tas-suq tax-xogħol u jirrakkomanda bil-qawwi biex hawnhekk jintużaw il-forom kollha disponibbli ta' miżuri ta' tranżizzjoni u ta' ristrutturar, speċjalment skemi ta' taħriġ għall-ħaddiema flimkien ma' appoġġ xjentifiku, tekniku u tal-innovazzjoni għall-impriżi u l-azjendi agrikoli li jipproduċu tipi ġodda ta' prodotti, bil-għan li jinżammu l-impjiegi. Il-fondi ta' koeżjoni u fondi strutturali, il-fondi reġjonali u l-fondi għar-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jintużaw b'mod effettiv fl-Istati Membri li huma l-aktar milquta b'dan ir-ristrutturar li jista' jkun hemm partikolarment fil-kuntest attwali ta' kriżi ekonomika. |
|
3.8 |
Fi ftit kliem, il-KESE jagħraf li l-Proposta għal Direttiva jista' jkollha riskji konsiderevoli. Madankollu, il-KESE jitlob li jiġu kkunsidrati l-benefiċċji mistennija, kemm fir-rigward tat-tnaqqis tal-ispejjeż relatati mal-kura tas-saħħa, kif ukoll it-titjib fil-livell tas-saħħa pubblika, fid-dawl tal-fatt li ċ-ċittadini Ewropej huma intitolati għal livell għoli ta' protezzjoni ta' saħħithom mill-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali |
|
3.9 |
Barra minn hekk, il-proposta għal Direttiva tinkludi sittax-il att iddelegat li jagħti lill-Kummissjoni Ewropea setgħat sabiex temenda u tieħu deċiżjonijiet dwar elementi essenzjali tad-Direttiva, kwistjoni li hija espressament eskluża mill-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (17). B’dan il-mod, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali ma jibqagħlhom kważi l-ebda poter fuq il-bidliet għal aspetti fundamentali tad-Direttiva. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Il-miżuri inklużi fil-Proposta għal Direttiva huma restrittivi ħafna u mhumiex ibbażati fuq kriterji li għandhom l-għan li jnaqqsu l-“faxxinu” tat-tabakk sabiex jinkisbu l-objettivi tagħhom tas-saħħa. Barra minn hekk, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu implimentati pjani u kampanji edukattivi, li jindirizzaw speċifikament liż-żgħażagħ Ewropej. F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi nnotat li l-istima tal-Kummissjoni Ewropea nnifisha dwar l-effetti fuq is-saħħa li ser iħallu l-miżuri tagħha tista' tidher li ma tantx hija ambizzjuża (2 %). Madankollu, din il-progressività tista' tipprevjeni milli jiġu kkawżati danni ekonomiċi gravi ħafna u għalhekk potenzjalment sproporzjonati. |
|
4.1.1 |
L-inklużjoni tat-twissijiet tas-saħħa li jkopru 75 % taż-żewġ uċuħ tal-pakkett flimkien mal-kliem informattiv ġdid li jkopri 50 % tal-ġnub (Artikolu 9) mhix ibbażata fuq evidenzi xjentifiċi żguri. Minkejja li studju ta’ Hammond (18) indika kemm huma effettivi dawn it-twissijiet, studji oħra, bħal dawk imwettqa mill-Università ta’ Maastricht (19) u mid-Dipartiment tal-Ikel u l-Mediċina (FDA) (20) tal-Istati Uniti, juru l-kuntrarju, jiġifieri li t-twissijiet bl-istampi mhumiex effettivi sabiex jonqos in-numru ta’ dawk li jpejpu. F’dan ir-rigward, skont l-Ewrobarometru tal-Kummissjoni Ewropea (21) nnifisha, disgħa minn kull għaxar persuni li jpejpu jirrikonoxxu li t-twissijiet ta’ daqs kbir ma jħeġġuhomx jieqfu jpejpu u sebgħa minn kull għaxra jemmnu li dan it-tip ta’ miżura ma jgħinx biex jitnaqqas il-konsum fost il-minorenni. Anke s-sentenza reċenti tal-Qorti Federali ta’ Appell tal-Istati Uniti waslet għall-konklużjoni li m’hemmx biżżejjed evidenza dwar dawn it-twissijiet kontra s-saħħa bi stampi ta’ daqs kbir. Għalhekk ġie affermat li m’hemm l-ebda evidenza li tiddikjara li dawn it-twissijiet ikkawżaw direttament tnaqqis sostanzjali fil-livelli tat-tipjip fl-ebda wieħed mill-pajjiżi fejn l-użu tagħhom huwa obbligatorju u li hemm id-dubji dwar kemm l-evidenza hija ta’ min joqgħod fuqha (22). |
|
4.2 |
Din iż-żieda sproporzjonata tad-daqs tat-twissijiet tas-saħħa ser twassal ukoll għal:
|
|
4.3 |
L-istess japplika għar-restrizzjonijiet fuq ingredjenti sabiex jitneħħew tomgħiet u aromi karatterizzanti (Artikolu 6) li mhumiex ibbażati fuq evidenza xjentifika bħalma jistgħu jkunu t-tnaqqis tat-tossiċità jew l-effett tad-dipendenza ta’ dawn l-ingredjenti, iżda fuq kriterju daqstant suġġettiv bħal dak li jnaqqas l-attrazzjoni tat-tabakk u fuq sterjotipi suġġettivi bħat-tip ta’ tabakk li huwa mpejjep minn kull grupp ta’ età jew sess. Dan l-istess approċċ suġġettiv jidher fil-projbizzjoni arbitrarja, mingħajr kwalunkwe ġustifikazzjoni, ta’ ċerti formats, bħas-sigaretti rqaq (li ma kinux inklużi fil-konsultazzjoni pubblika u ma jagħmlux parti mir-rapport dwar l-impatt), is-sigaretti qosra u l-kategorija kollha ta’ sigaretti bil-mentol, l-istabbiliment ta’ piż minimu għall-pakketti tat-tabakk għat-tgeżwir, u l-istandardizzazzjoni tal-format tal-bottijiet tat-tabakk jew, b’mod partikolari, l-invenzjoni ta’ kategorija ġdida ta’ “sigaretti żgħar” bi ksur tad-Direttiva 2011/64/UE (24), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011. Din il-projbizzjoni ta’ sigaretti rqaq u ta’ sigaretti bil-mentol, li huma kkunsmati ħafna f’diversi pajjiżi Ewropej, ser twassal sabiex il-konsumaturi ma jkollhomx aċċess għalihom u jkollhom jirrikorru għas-suq tal-kontrabandu sabiex ikunu jistgħu jiksbuhom. Barra minn hekk, dawn huma prodotti tat-tabakk li prinċipalment huma kkunsmati minn adulti li jpejpu, u għalhekk f’dan il-każ konkret ma jistax jiġi applikat l-argument li dan huwa maħluq sabiex jipprevjeni lill-minorenni milli jkollhom aċċess għat-tabakk. Fil-każ konkret tal-mentol, pereżempju, ta’ min ifakkar li dan it-tip ta’ tabakk huwa kkunsmat fundamentalment minn persuni adulti u li, barra minn hekk, pajjiżi b’leġislazzjonijiet żviluppati tajjeb fil-ġlieda kontra t-tipjip b’dispożizzjonijiet konkreti ħafna fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ ċerti ingredjenti, bħall-Istati Uniti u l-Kanada, ma pprojbixxewhx, u dan iwassal lill-KESE sabiex jipproponi sabiex titneħħa l-projbizzjoni relatata mal-mentol mill-Proposta għal Direttiva. |
|
4.3.1 |
Fl-aħħar nett, il-KESE jaqbel totalment mal-proposta tal-Kummissjoni li jiġu pprojbiti prodotti ġodda mis-suq b’togħmiet taċ-ċjuwing-gamm, piña colada, mojito, eċċ., jiġifieri sigaretti bit-togħma tal-ħelu, li jistgħu jkunu destinati fundamentalment għall-konsumaturi żgħażagħ. |
|
4.3.2 |
Restrizzjoni eċċessiva ta’ ingredjenti ser twassal għal standardizzazzjoni tat-togħma u, għalhekk, ser tkun impossibbli li l-kompetituri jiddivrenzjaw bejniethom waqt li l-investiment jiġi limitat u ser twassal ukoll għall-possibbiltà li jitniedu prodotti ġodda. Dan kollu ser ikun għad-detriment tal-konsumatur li ser titneħħielu l-possibbiltà tal-għażla. |
|
4.4 |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni definizzjoni ċara u qafas legali adegwat għall-prodotti b’inqas periklu, li jikkonkretizzaw b’mod xjentifiku u mingħajr dubju t-tnaqqis tar-riskju fir-rigward tas-sigaretti konvenzjonali. Il-kunċett ta’ “inqas periklu” huwa applikat għall-prodotti li jistgħu jissostitwixxu s-sigaretti konvenzjonali iżda li jimplikaw riskju ħafna inqas għas-saħħa u mhux għall-prodotti sabiex wieħed jieqaf ipejjep. Il-prodotti li fihom it-tabakk (u mhux nikotina kimika) u li għalhekk huma soġġetti għad-Direttiva jridu jkunu soġġetti ta’ definizzjoni u regolament ċari li permezz tagħhom il-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-karatteristiċi tagħhom. |
|
4.5 |
Barra minn hekk, fil-proposta tagħha għal Direttiva, il-Kummissjoni Ewropea tinkludi miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-kummerċ illeċitu tat-tabakk. Pereżempju, fl-Artikolu 14 tal-proposta l-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi sistema ta’ provenjenza u traċċar kif ukoll miżuri differenti addizzjonali ta’ sikurezza, sabiex ikunu biss prodotti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li jinbiegħu fl-Unjoni Ewropea. Din il-miżura ser tinvolvi piż ekonomiku u amministrattiv sproporzjonat li ħafna intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju ma jkunux jistgħu jġorru u dan, mhux talli ma jitnaqqasx il-kummerċ illeċitu, iżda jimponi piż amministrattiv akbar fuq l-Istati Membri meta jwettqu l-ispezzjonijiet. Barra minn hekk, din is-sistema mhux ser tnaqqas il-kuntrabandu u l-kummerċ illeċitu li, għall-kuntrarju, ser jiġi mħeġġeġ mill-bqija tal-miżuri tal-proposta għal Direttiva. F’dan il-kuntest, il-KESE jqis li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 tal-Proposta għal Direttiva jridu jkunu eżattament l-istess bħall-klawżoli dwar il-monitoraġġ u t-traċċabbiltà li huma inklużi fil-Protokoll għall-Kummerċ Illeċitu li ġie konkluż fl-aħħar tas-sena li għaddiet fil-Konferenza tal-Partijiet tad-WHO (25). |
|
4.6 |
Fl-aħħar, id-Direttiva ser tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea li tuża l-atti ddelegati sabiex taġġusta u timmodifika, permezz tat-tixrid tal-atti ddelegati, l-aspetti fundamentali bħal, pereżempju, il-livelli ta’ addittivi kif ukoll il-kliem, il-post u d-daqs tat-twissijiet tas-saħħa. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri ma jibqagħlhom kważi l-ebda poter fuq il-bidliet ta’ din id-Direttiva, u dan jinvolvi livell straordinarju ta’ intervenzjoniżmu li s’issa rarament intuża mill-Unjoni Ewropea u li jikser il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità bħalma diġà qegħdin jallegaw il-parlamenti nazzjonali ta’ tmien Stati Membri (26) (l-Italja, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Portugall, ir-Rumanija u l-Isvezja). Fil-każ tal-Italja, il-parlament tiegħu mhux biss indika li l-proposta tikser dawn il-prinċipji, iżda enfasizza wkoll li xi wħud mit-tipi ta’ sigaretti li qegħdin jiġu pprojbiti, bħas-sigaretti rqaq u s-sigaretti b’livelli baxxi ta’ qatran jistgħu jkunu strument utli f’politika li għandha l-għan li l-persuni li jpejpu jnaqqsu jew jaqtgħu l-vizzju (27). |
|
4.6.1 |
Pereżempju, il-proposta għal Direttiva, fl-Artikoli 8, 9 u 11, tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea li, permezz ta’ atti ddelegati, timmodifika l-kliem, id-disinn, il-layout, il-format u l-post tat-twissijiet tas-saħħa. Anke l-Artikolu 6 jippermetti lill-Kummissjoni, permezz ta’ att iddelegat, li tiddeċiedi l-kontenuti u l-livelli massimi tal-addittivi. |
|
4.6.2 |
Fil-każ tas-sigarri, is-sigaretti u t-tabakk tal-pipa, il-Proposta għal Direttiva tirriserva wkoll il-poter li telimina b’mod awtomatiku ċerti eċċezzjonijiet rikonoxxuti fit-test jekk iwasslu għal “bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi”, bidla li hija marbuta ma’ żieda fil-volum ta’ bejgħ ta’ mill-inqas 10 % f’mill-inqas 10 Stati Membri jew 5 % ta’ persuni li jpejpu u li għandhom inqas minn 25 sena. Il-Kummissjoni mhix konxja mill-fatt li f’10 mis-27 Stati Membri attwali, is-suq ta’ dawn il-prodotti huwa estremament żgħir u li bidla ta’ 10 % tista’ tiġri faċilment. Dan ifisser li l-miżura ma tagħmilx sens u tiġġenera inċertezza legali kbira f’dan is-sottosettur. |
|
4.7 |
Għalkemm id-delegazzjoni tal-poteri permezz tal-atti ddelegati tinsab prevista fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hemm bżonn li dawn ikunu konformi ma’ numru ta’ rekwiżiti. Att iddelegat jista’ jintuża biss f’rabta ma’ elementi mhux essenzjali ta’ att leġislattiv. Dan mhux il-każ b’din il-proposta. |
Brussell, 11 ta’ Lulju 2013
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) L-Artikolu 114 tat-TFUE:
|
“1. |
Ħlief fejn provdut xort’oħra fit-Trattati, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 26. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b’regolamenti jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.” |
(2) Ara l-Kawża C-491/01 The Queen vs Secretary of State for Health, ex parte British American Tobacco (Investments) Ltd u Imperial Tobacco Ltd.
(3) ĠU C 128, 18.5.2010, p. 89/93.
(4) http://europa.eu/rapid/press-release_OLAF-11-5_en.htm?locale=EN (mhux disponibbli bil-Malti).
(5) “The European Tobacco Sector: An analysis of the socio-economic footprint” (Is-settur Ewropew tat-tabakk: analiżi tal-impronta soċjoekonomika), imfassal minn Nomisma u stqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni Ewropea stess tas-16 ta’ Novembru 2012. (iż-żewġ dokumenti mhumiex disponibbli bil-Malti).
(6) Ibid.
(7) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=SWD:2012:0453:FIN:MT:PDF
(8) ĠU C 351, 15.11.2012, p. 6/11.
(9) Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar ambjent ħieles mit-tipjip (mhux disponibbli bil-Malti).
(10) “The European Tobacco Sector: An analysis of the socio-economic footprint” (Is-settur Ewropew tat-tabakk: analiżi tal-impronta soċjoekonomika), imfassal minn Nomisma (mhux disponibbli bil-Malti).
(11) DIVTOB: Diversification for Tobacco Growing Regions in the Southern European Union (Diversifikazzjoni għar-reġjuni li jkabbru t-tabakk fin-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea). l-Università ta’ Hohenheim, is-Sitt Programm Qafas iffinanzjat mir-Riċerka Ewropea u l-Iżvilupp Teknoloġiku.
(12) Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal- 21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat, ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24/36.
(13) Ara n-nota 10 f'qiegħ il-paġna.
(14) Ara n-nota 5 f'qiegħ il-paġna.
(15) Ara n-nota 5 f'qiegħ il-paġna.
(16) Ara n-nota 10 f’qiegħ il-paġna.
(17) ĠU C 115, 9.5.2008, p. 0172 – 0172.
(18) Hammond D. “Health warning messages on tobacco products: a review.” (Messaġġi ta’ twissijiet kontra s-saħħa fuq il-prodotti tat-tabakk: analiżi), Tobacco Control 2011; 20:327-3. Sambrook Research International, “A review of the science base to support the development of health warnings for tobacco packages” (Analiżi tal-bażi xjentifika sabiex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ twissijiet kontra s-saħħa fuq il-pakketti tat-tabakk), Newport: Sambrook Research International; 2009 (rapport imħejji mill-Kummissjoni Ewropea).
(19) http://www.maastrichtuniversity.nl/web/Main/Sitewide/News1/SmokersWillNotBePutOff1.htm.
(20) Nonnemaker, J., et al., Experimental Study of Graphic Cigarette Warning Labels: Final Results Report Prepared for Center for Tobacco Products, Food and Drug Administration, (Studju sperimentali tat-tikketti fuq is-sigaretti bi twissijiet li jinkludu stampi: rapport fir-riżultati finali mħejji għaċ-Ċentru għall-Prodotti tat-Tabakk, Dipartiment tal-Ikel u l-Mediċina), Contract No. HHSF-223-2009-10135G, Diċ. 2010.
(21) http://ec.europa.eu/health/tobacco/docs/eurobaro_attitudes_towards_tobacco_2012_en.pdf.
(22) RJ Reynolds Tobacco Company v Food & Drug Administration, il-Qorti tal-Appell tal-Istati Uniti għad-Distrett ta’ Columbia Circuit, Awwissu 2012.
(23) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Ottubru 1990 fil-każ C-10/89.
(24) Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal- 21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat, ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24/36.
(25) http://apps.who.int/gb/fctc/PDF/cop5/FCTC_COP5(1)-en.pdf.
(26) http://www.ipex.eu/IPEXL-WEB/dossier/dossier.do?code=COD&year=2012&number=0366&appLng=EN.
(27) Opinjoni tal-Kumitat tas-Sezzjoni għall-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Taljan dwar id-Dokument tal-Kummissjoni Ewropea COM(2012) 788 final.
APPENDIĊI
għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti:
Kontropinjoni
Ibdel it-test kollu tal-opinjoni b’dan it-test li ġej:
1. Konklużjonijiet
|
1.1 |
Il-bażi legali tad-Direttiva proposta mill-Kummissjoni Ewropea hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (1) . L-għan tal-proposta huwa t-tqarrib tal-liġijiet u d-dispożizzjonijiet regolatorji l-oħra applikabbli għall-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk, bil-għan li jiġi assigurat il-funzjonament korrett tas-suq intern. Fil-punt 3.9.1 tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni hemm speċifikat li din l-għażla ta' bażi legali ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-Direttiva 2001/37/KE (2) u l-istess bażi legali għalhekk hija adegwata għal din il-proposta. Għalhekk, kemm id-Direttiva tal-2001 kif ukoll din ir-reviżjoni proposta jippruvaw jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern b'livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika fir-rigward tar-riskji mit-tabakk. |
|
1.2 |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iqis li l-għan li jitjieb il-funzjonament tas-suq intern jistħoqqlu l-appoġġ qawwi tiegħu: dan jagħti wkoll inċentiv addizzjonali lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi li huma meħtieġa u mixtieqa biex titħares is-saħħa tal-bniedem u jippermetti lill-Istati Membri jadottaw miżuri aktar stretti minn dawk li jinsabu fil-proposta. |
|
1.3 |
B'konformità mal-ħafna opinjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-saħħa u temi relatati, il-KESE jaqbel totalment mal-Kummissjoni Ewropea li d-dritt għas-saħħa għandu jieħu prijorità fuq kwalunkwe kunsiderazzjoni ekonomika. Għalhekk, il-KESE huwa favur il-promozzjoni ta' edukazzjoni pubblika u pjani u kampanji li jqajmu kuxjenza dwar l-effetti serji tat-tipjip fuq is-saħħa. Dawn għandhom jaħdmu flimkien mal-għadd ta' miżuri proposti hawnhekk sabiex jitnaqqsu l-inċentivi biex iż-żgħażagħ jibdew ipejpu u biex jgħinu lil dawk li diġà huma dipendenti fuq in-nikotina biex jieqfu jpejpu. Il-KESE jirrakkomanda li tiġi evidenzjata b’mod aktar ċar l-importanza fil-livell Ewropew tal-istrateġiji edukattivi u ta’ pariri mwettqa fl-iskejjel, b’tali mod li kull tifel/tifla u żgħażugħ/a jiġi infurmat b’mod korrett, sħiħ u regolari dwar ir-realtajiet tat-tipjip u l-effetti ta’ ħsara tiegħu, il-problemi tad-dipendenza u problemi oħra relatati mas-saħħa kkawżati min-nikotina, u dwar l-effetti karċinoġeniċi u effetti oħra fuq is-saħħa tal-espożizzjoni għad-duħħan tat-tabakk dirett u fl-ambjent (3). |
|
1.4 |
Il-KESE jirrikonoxxi wkoll li impjiegi speċifiċi jistgħu jkunu f'riskju li jintilfu f'żoni agrikoli fejn ma ġie żviluppat l-ebda tip ta' impjieg alternattiv u fejn is-sussidji tal-PAK relatati mal-produzzjoni tat-tabakk m'għadhomx disponibbli. F'dan il-każ, b'mod urġenti, għandha ssir disponibbli għajnuna tranżitorja, flimkien ma' appoġġ xjentifiku u tekniku biex jiġu żviluppati prodotti alternattivi, bl-istess qligħ, iktar sostenibbli, iktar aċċettabbli soċjalment u ta' inqas dannu, u fejn possibbli, impjiegi ta' kwalità aħjar. L-istess japplika għal kull impjieg f'riskju fil-katina tal-provvista b'konsegwenza diretta ta' din il-proposta; jekk dan huwa aħjar għas-saħħa pubblika, l-appoġġ pubbliku għal impjiegi ta' kwalità aħjar huwa ġustifikat u għandu jkun inkoraġġut. |
|
1.5 |
Madanakollu, f'kull każ għandu jiġi kkunsidrat il-benefiċċju ewlieni: il-prevenzjoni tal-imwiet u l-mard marbut mat-tabakk tal-maniġers, ħaddiema u konsumaturi li diġà jpejpu u ta' dawk li jistgħu jibdew ipejpu ta' kwalunkwe età u impjieg, li minn issa 'l quddiem, jekk jiġu adottati dawn il-miżuri, ser ikunu taħt inqas pressjoni kummerċjali diretta biex jibdew ipejpu. Skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni ser ikun hemm benefiċċju nett għall-ekonomija tal-UE ta' madwar EUR 4 miljun, iffrankar fil-kura tas-saħħa ta' EUR 506 miljun u 16,8 miljun sena ta' ħajja salvati (4). Għandhom jinħolqu impjiegi ġodda permezz ta' miżuri xierqa, bl-allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi fl-UE u b'użu aħjar tad-dħul mit-taxxi fil-livell nazzjonali. |
|
1.6 |
Il-KESE jinnota li attwalment fl-Unjoni Ewropea jinġabru madwar EUR 100 biljun f'taxxi mit-tabakk. It-taxxi fuq il-prodotti tat-tabakk huma l-iktar mod effettiv u ekonomiku biex jitnaqqas il-konsum tat-tabakk, speċjalment fost iż-żgħażagħ u gruppi bi dħul baxx (jiġifieri l-iktar membri vulnerabbli tas-soċjetà) (5). L-istudji wrew li l-prezz tal-prodotti tat-tabakk huwa t-tielet l-iktar raġuni komuni biex min ipejjep jieqaf (6). Il-flus li jiġu ffrankati meta wieħed jieqaf jixtri l-prodotti tat-tabakk jistgħu jintużaw biex jinxtraw prodotti oħra, li fuqhom titħallas it-taxxa wkoll. Għandu jkun innutat ukoll li t-taxxi miġbura attwalment ikopru l-kura tas-saħħa ta' individwi li bdew ipejpu 50 sena ilu, dawk li jibdew ipejpu issa ser ikollhom bżonn l-istess kura 50 sena oħra. Jidher mill-esperjenza attwali li l-gvernijiet tal-Istati Membri jafu sew b'dan u qed jirnexxilhom ikomplu jgħollu d-dħul mit-taxxa minkejja t-tnaqqis fl-użu u l-bejgħ tat-tabakk madwar l-Ewropa. M'hemm ebda raġuni għalfejn din il-proposta għandha tbiddel dan. |
|
1.7 |
Sabiex jiġu evitati żidiet addizzjonali fil-kummerċ illeċitu (jiġifieri l-kuntrabandu, l-iffalsifikar, il-produzzjoni u l-importazzjoni kontra l-liġi) minn netwerks kriminali, li jirrappreżenta l-ikbar theddida kemm għall-impjieg kif ukoll għall-ġbir tat-taxxi fl-UE, il-KESE jitlob li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li fl-Istati Membri tiġi applikata leġislazzjoni rilevanti b'mod effettiv u malajr. Għandhom jitressqu proposti ulterjuri, bi ftehim mal-industrija tat-tabakk, għal miżuri oħra li jillimitaw l-iffalsifikar u l-kuntrabandu u li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni, pereżempju blinkorporazzjoni ta' marki ta' identifikazzjoni jew ittikkettjar elettroniku fl-imballaġġ li diffiċli tikkopjahom. Il-KESE jirrikonoxxi li, bit-teknoloġija moderna, huwa relattivament faċli tiffalsifika kważi kull prodott jew pakkett; żieda tal-ispazju għat-twissijiet dwar is-saħħa x'aktarx mhux ser ikollu impatt sinifikanti. |
|
1.8 |
Minbarra s-setgħat wiesgħa mogħtija lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa l-aspetti essenzjali tad-Direttiva permezz ta' atti ddelegati, għandu jkun żgurat li t-teħid tad-deċiżjonijiet isir b'mod miftuħ u fl-interess tal-Istati Membri. Il-KESE jenfasizza li l-azzjonijiet vinkolanti għandhom jikkonformaw mal-Artiklu 290 tat-TFUE. |
|
1.9 |
Il-KESE jappoġġja bil-qawwa l-kunċett tat-tnaqqis tar-riskju u għalhekk jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni ċara u qafas legali xieraq għall-"prodotti b'inqas periklu". Dan il-kumment huwa ta' rilevanza partikolari għall-prodotti li fihom it-tabakk, iżda b'inqas nikotina, jew fihom in-nikotina iżda mingħajr tabakk, li huma soġġetti għal din id-Direttiva. Il-KESE jirrikonoxxi li wħud minn dawn il-prodotti jistgħu jfissru pass 'il quddiem, minkejja li jridu jkomplu jiġu żviluppati kontrolli stretti, biex jonqsu l-effetti negattivi għal tul ta' żmien tat-tipjip tat-tabakk bħala konsegwenza tad-dipendenza min-nikotina. |
2. Daħla
|
2.1 |
Il-KESE jaf tajjeb bir-riskji li għandu t-tabakk, fil-forom kollha tiegħu, għas-saħħa pubblika. It-tabakk huwa l-aktar kawża sinifikanti ta’ mwiet prematuri fl-UE, responsabbli għal kważi 700 000 mewta kull sena. Għalhekk, il-proposta tiffoka fuq il-prevenzjoni tal-persuni, b'mod partikolari ż-żgħażagħ u gruppi vulnerabbli oħra, milli jibdew jikkunsmaw it-tabakk. Il-proposta tinnota li 70 % ta' min ipejjep jibda qabel jagħlaq it-18-il sena u 94 % qabel il-25 sena, li jżid il-ħtieġa li jiġu adottati miżuri fir-rigward tat-tfal u ż-żgħażagh (7). |
|
2.2 |
F’dan il-kuntest, il-KESE jemmen li r-reviżjoni tad-Direttiva hija assolutament neċessarja u, għalhekk, għandha titwettaq mingħajr dewmien. Jinnota li f'xi pajjiżi l-livell tal-konsum tat-tabakk baqa' għoli, anke fejn adottaw liġijiet stretti kontra t-tabakk. Huwa ċar ukoll li l-kontrolli attwali wasslu għal tnaqqis sinifikanti f'ħafna mill-Istati Membri. Fi Spanja, ġie rrapportat tnaqqis ta' 2 % fuq żmien qasir. Il-proposta attwali tixtieq twassal għal tnaqqis simili madwar l-Ewropa kollha. Il-KESE huwa wkoll favur il-promozzjoni ta' edukazzjoni pubblika u pjani u kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jenfasizzaw l-effetti serji tat-tipjip fuq is-saħħa. |
|
2.3 |
Il-KESE jinnota li l-proposta qajmet tħassib dwar l-impjiegi, it-taxxi u l-ekonomija inġenerali fl-Unjoni Ewropea. L-industrija tat-tabakk indikat li tħaddem 1,5 miljun ruħ fl-UE, li minnhom madwar 400 000 huma involuti fit-tkabbir tal-weraq tat-tabakk. Ċifri mill-Kummissjoni u minn bnadi oħra jissuġġerixxu li dawn jinkludu dawk in-nies li huma involuti fil-katina ta' provvista tal-prodotti tat-tabakk fuq bażi staġonali jew huma temporanji jew jaħdmu part-time. L-għadd ta' nies li jaħdmu fit-tkabbir tat-tabakk direttament u unikament, pereżempju, huwa stmat għal inqas minn 100 000. Il-produzzjoni ta' dawn il-bdiewa tammonta għal kwart tat-tabakk użat għall-produzzjoni u l-bejgħ fl-UE, il-bqija huwa importat, l-iktar mill-Istati Uniti. Impjiegi oħra fl-ippakkjar, il-marketing, il-bejgħ, is-servizzi legali, u r-riċerka u d-distribuzzjoni m'għandhomx ikunu affettwati. Għalhekk, mhux ċar għaliex il-bidliet proposti għall-ippakkjar tal-prodott finali għandu jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ta' impjieg attwali. Huwa wisq inqas ċar kif il-miżuri proposti jistgħu jiġu deskritti bħala kemm 'mingħajr provi u x'aktarx mhux se jirnexxu' - kif ukoll 'potenzjalment katastrofiċi' - għall-industrija tat-tabakk. Il-KESE jemmen li fil-fatt dan huwa bil-maqlub; li dawn il-miżuri ser ikollhom effett utli, siewi u proporzjonali fuq is-saħħa tal-bniedem b'effett żgħir biss fuq it-tkabbir u l-profitabbiltà globali tal-industrija. Fil-fatt, kull telf ta' bejgħ ġdid liż-żgħażagħ għandu jiġi kkumpensat sew mit-tnaqqis fil-bejgħ illeċitu, li hu ħafna ikbar u li mhu ta' benefiċċju għal ħadd ħlief għall-gruppi kriminali involuti. |
|
2.4 |
Madanakollu, it-tkabbir tat-tabakk fl-UE verament jipprovdi impjiegi, prinċipalment f'żoni żvantaġġati fejn ftit li xejn ġew żviluppati alternattivi s'issa. Issa li s-sussidji tal-PAK għall-produzzjoni tal-weraq tat-tabakk m'għadhomx disponibbli, hemm bżonn urġenti ta' appoġġ tekniku u finanzjarju biex tiġi appoġġjata l-bidla għal sorsi ta' dħul li jagħmlu inqas ħsara, għal tul ta' żmien itwal u iktar sostenibbli. Kummenti simili japplikaw għal impjiegi oħra fil-katina tal-provvista; jekk dawn jintilfu fl-interess pubbliku, huwa ċar li l-appoġġ pubbliku huwa xieraq. |
|
2.5 |
Kull sena jinġabru kważi EUR 100 biljun f'taxxi fuq il-prodotti tat-tabakk. Il-KESE jinnota li, waqt li dan jgħin biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa għal dawk li bdew ipejpu 50 sena ilu jew aktar, l-istess livell ta' taxxi ser ikun meħtieġ 50 sena oħra għall-kura ta' dawk li qed jixtru u jikkunsmaw il-prodotti tat-tabakk attwalment. Għalhekk żieda fit-taxxi hija essenzjali biex tagħmel tajjeb għat-tnaqqis fil-bejgħ. S'issa jidher li l-gvernijiet tal-Istati Membri jafu sew b'dan u qed jirnexxilhom iżommu jew ikomplu jgħollu d-dħul ġenerali tagħhom mit-taxxa minkejja t-tnaqqis fil-bejgħ tat-tabakk f'dawn l-aħħar snin. Fir-Renju Unit, pereżempju, skont rapport li ħareġ dan l-aħħar ('All Party Parliamentary Group Report on Smoking and Health (2013) (8)), bi prezzijiet li għolew b'mod kostanti bejn l-1992 u l-2011, u bit-taxxa stabbilita għal 75 % tal-prezz globali tal-bejgħ bl-imnut, il-bejgħ tas-sigaretti naqas b'51 % filwaqt li d-dħul mit-taxxa għall-gvern żdied b'44 %. It-tipjip fost l-adulti naqas minn 27 % għal 20 % tul perjodu simili. |
|
2.6 |
Għalkemm il-parti l-kbira tal-prodotti tat-tabakk prodott fl-UE tinbiegħ lill-klijenti fl-UE, ċerta kwantità hija esportata. Ċifri tal-industrija juru esportazzjoni totali tal-prodotti tat-tabakk ta' madwar 55 000 tunnellata fl-2010, il-parti l-kbira lejn pajjiżi fl-Afrika u l-Asja fejn sfortunatament l-istennija tal-għomor hija baxxa wisq biex jidhru xi impatti negattivi speċifiċi fuq is-saħħa. Biż-żmien, u hekk kif jissolvew problemi oħra u tiżdied l-istennija tal-għomor, l-impatt tad-dipendenza min-nikotina u mill-użu tat-tabakk jibda jidher, bl-istess mod bħal mard ieħor esportat. |
|
2.7 |
Il-KESE jinnota speċifikament, f'kuntrast ma' dan, li fil-pajjiżi iktar żviluppati tal-UE, hekk kif l-istennija tal-għomor u l-ħajja tax-xogħol ikomplu jitwalu, il-konsegwenzi tat-tipjip tat-tabakk ser isiru dejjem iktar ċari fuq il-post tax-xogħol u fis-soċjetà inġenerali, u għalhekk ser isiru problema u responsabbiltà dejjem tikber u iżjed viżibbli kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-ħaddiema u għar-rappreżentanti tal-ħaddiema. Fir-riċessjoni attwali, l-imwiet bikrija (u evitabbli) tal-impjegati u l-ħaddiema u t-telf tad-dħul jew il-pensjonijiet tagħhom ser iżidu mal-problemi tal-familji li diġà qed ibatu biex jissopravivu ekonomikament. |
|
2.8 |
Il-KESE jinnota li għalkemm iż-żmien ta' induzzjoni għall-kanċers marbuta mat-tipjip jibqa' kostanti, l-istennija tal-għomor kumplessiva għal min ma jpejjipx tibqa' tiżdied. It-tnaqqis tal-istennija tal-għomor minħabba l-konsum tat-tabakk għalhekk qed jiżdied, minn sentejn għal tliet snin fil-bidu tas-seklu 20 għal 20 u 30 sena għal dawk li qed jibdew ipejpu t-tabakk attwalment jew matul il-perjodu kopert minn din il-proposta. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-Direttiva dwar il-prodotti tat-tabakk tiffoka fuq sensiela ta' miżuri li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, inklużi azzjonijiet biex jitnaqqas il-kummerċ illeċitu u li jiksbu livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika fir-rigward tar-riskju mit-tabakk. Il-miżuri huma dawn:
|
|
3.2 |
Fir-rigward tal-ittikkettjar, l-ippakkjar u l-ingredjenti, il-proposta titlob li jitwessgħu t-twissijiet dwar is-saħħa minħabba r-riskji serji għas-saħħa li jġib miegħu l-użu tat-tabakk. |
|
3.3 |
Il-proposta tħalli lill-manifatturi jżommu l-ħwawar essenzjali għall-marki attwali tagħhom iżda tillimita l-użu ta' addittivi ġodda mhux marbuta mat-tabakk intiżi biex ikabbru s-suq speċjalment fost iż-żgħażagħ. Il-pakketti kollha jridu jinkludu twissijiet tas-saħħa bi stampa u messaġġ li jkopru 75 % tal-pakkett, li magħhom ser jiżdied kliem ġdid b’informazzjoni fil-ġnub tal-pakketti (50 % ta’ kull naħa), flimkien mat-timbru tad-dazju li huwa obbligatorju f’xi Stati Membri, il-messaġġ li jipprojbixxi l-bejgħ lill-minorenni u l-ispazju riżervat għall-miżuri ġodda għall-monitoraġġ u t-traċċabbiltà tal-prodotti tat-tabakk. Dan ifisser tnaqqis fl-ispazju disponibbli sabiex jintwerew il-marki kummerċjali li huma rreġistrati b’mod leġittimu u xbiehi oħra relatati mal-marketing. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu imballaġġ kompletament ġeneriku jekk jixtiequ, imma dan mhuwiex meħtieġ taħt din il-proposta. Barra minn hekk, ser ikun hemm daqsijiet minimi fuq it-tul u l-wisa’ tal-pakketti, li ser ifisser li wħud mill-mudelli tal-pakketti, b'mod partikolari dawk iddisinjati biex jiġbdu liż-żgħażagħ, ser jisparixxu. Fl-2009, l-Istati Uniti introduċew deċiżjonijiet simili biex titnaqqas il-mira lejn it-tfal u ż-żgħażagħ. Il-Kumitat jappoġġja dawn il-miżuri kollha. |
|
3.4 |
Dan ser jeħtieġ bidliet fid-disinn tal-pakketti iżda ma jidhirx li dan jista' jkollu impatt sinifikanti fuq l-impjiegi fl-ippakkjar, f'pajjiżi bħall-Ġermanja, il-Polonja, Franza, ir-Repubblika Ċeka u l-Awstrija. Il-bejgħ bażiku tal-prodotti tat-tabakk lesti f'kull forma huwa mistenni li jkompli bl-istess ritmu billi għandu suq ta' utenti eżistenti ta' madwar 150 000 000 madwar l-UE li diġà huma dipendenti fuq in-nikotina. Madanakollu l-potenzjal għal gwadann sinifikanti għas-saħħa pubblika - kemm ekonomikament kif ukoll fuq kollox f'termini ta' tnaqqis tat-tbatija umana - għandha tkun enfasizzata, flimkien mal-fatt li dawk li kienu jpejpu ser jonfqu l-flus f'affarijiet oħra u għalhekk jiġġeneraw opportunitajiet għal impjiegi ġodda. Huwa stmat li l-piż ekonomiku annwali tal-konsum tat-tabakk fl-UE huwa ta' EUR 517-il biljun (9). Fil-livell tal-Istati Membri, l-ispejjeż totali huma stmati għal madwar 4,6% tal-PDG tal-UE (10). Attwalment, l-UE qed titlef EUR 25,3 biljun fi spejjeż għal kura tas-saħħa marbuta mal-konsum tat-tabakk u EUR 8,3 biljun f'telf ta' produttività (11). Dan kważi jilħaq id-dħul tal-industrija tat-tabakk mill-katina tal-provvista kollha (minbarra t-taxxi) li jammonta għal EUR 35 biljun. |
|
3.5 |
Il-KESE jinnota li l-ispejjeż attribwiti direttament għal mard li jiġi mill-użu tal-prodotti bin-nikotina u t-tabakk huma l-aħjar stimi attwali tal-ispejjeż reali tal-Istati Membri. Dawn huma sinifikament inqas mill-valur ta' ħajja umana f'dan il-każ (EUR 1 miljun għal kull ħajja mitlufa jew imnaqqsa), li l-Kummissjoni użat f'valutazzjonijiet tal-impatt preċedenti biex tiġġustifika leġislazzjoni biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż mistennija għan-negozji u oħrajn. Jekk f'dan il-każ jintuża dan in-numru ħafna ikbar, dan iżid l-inċentivi perċepiti biex tiġi adottata din il-proposta għal EUR 700 biljun, li jxejjen kull kunsiderazzjoni oħra. |
|
3.6 |
Għandu jkun innutat ukoll li t-tipjip u l-vizzji marbuta miegħu ma jġibu ebda benefiċċji soċjali jew ekonomiċi għall-utenti minbarra l-ħelsien mill-konsegwenzi tad-dipendenza tagħhom min-nikotina. Li wieħed jieqaf ipejjep hija fil-fatt diffiċli u sseħħ bil-mod minħabba din id-dipendenza. Sfortunatament, anke l-fatt li kważi nofs l-utenti kollha (klijenti, ċittadini u individwi vulnerabbli) eventwalment ser imutu qabel iż-żmien minħabba l-vizzju mhux biżżejjed biex wieħed jegħleb din id-dipendenza, għaldaqstant hemm il-ħtieġa li jitnaqqsu l-inċentivi kollha biex wieħed jibda jpejjep. |
|
3.7 |
Il-miżuri introdotti hawn m'għandhomx l-għan li jkollhom impatt fuq id-deċiżjonijiet ta' adulti li jpejpu diġà, u fil-fatt m'hemm kważi l-ebda ċans ta' dan, iżda, skont l-esperjenzi minn madwar id-dinja, għandhom inaqqsu l-inċentivi biex iż-żgħażagħ jibdew ipejpu. Qabel kollox, it-tnaqqis tal-għadd ta' persuni li jpejpu ser inaqqas l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa b'mod sinifikanti, u biż-żmien ser isalva ħafna ħajjiet u jnaqqas it-tbatija umana. |
|
3.8 |
Il-KESE jinnota li din il-proposta ma tasalx biex tintroduċi ppakkjar totalment standardizzat, b'kuluri u fonts standardizzati bħal ma jużaw l-Awstralja. Il-marki individwali ser jibqgħu hemm, b'isem il-manifattur u l-ħwawar tat-tabakk speċifiċi. Il-ħtieġa ta' kwalità tal-prodott ser tkompli tkun rilevanti billi l-konsumatur ser jibqa' infurmat dwar il-manifattur tal-prodott li qed jixtri. |
|
3.9 |
Hemm ftit li xejn evidenza ċara li dawn il-bidliet għar-regoli tal-ippakkjar ser iwasslu għal żieda fl-iffalsifikar jew il-kuntrabandu tat-tabakk. Għall-kuntrarju, l-użu tat-tabakk illeċitu minn min ipejjep huwa marbut mill-qrib mal-prezz u d-disponibbiltà (12). Skont l-aħħar ċifri mill-industrija, bħala konsegwenza ta' dan il-kummerċ illeċitu, qed jintilfu EUR 10 biljun fis-sena mid-dħul mit-taxxi. Il-bejgħ tat-tabakk bil-kuntrabandu bħalissa jirrappreżenta 10 % tat-total tal-UE (13). Il-provvista minn barra l-UE, prinċipalment mir-Russja u ċ-Ċina, hija disponibbli faċilment. Id-domanda hija għolja fil-pajjiżi li qed ibatu minn restrizzjonijiet ekonomiċi u/jew rata ta' tassazzjoni għolja fuq il-prodotti tat-tabakk. Il-bejgħ illeċitu jhedded l-impjiegi fl-UE, inaqqas id-dħul mit-taxxa għall-gvernijiet u jnaqqas il-profittabbiltà tal-bejgħ leġittimu. Għalhekk, għandu jsir kull sforz possibbli biex jiġi llimitat il-kuntrabandu tat-tabakk, pereżempju, billi tittejjeb is-sigurtà, bl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza u prevenzjoni u billi l-prodotti tat-tabakk ikunu soġġetti għal kontrolli tal-kwalità iktar stretti. Għandu jiġi kkunsidrat l-użu ta' marki ta' identifikazzjoni mqabbża jew tikkettjar elettroniku, flimkien ma' miżuri oħra diġà miftiehma mal-industrija tat-tabakk. |
|
3.10 |
Ikunu xi jkunu l-ispejjeż għall-implimentazzjoni ta' dawn il-proposti, wieħed irid iżomm f'moħħu li l-benefiċċji potenzjali globali ta' titjib fis-saħħa pubblika jekk jonqos il-konsum tat-tabakk huma ħafna ogħla. L-istudji wrew li l-gvernijiet u l-impjegaturi li ħadu azzjoni biex jipprojbixxu t-tipjip fuq il-post tax-xogħol innutaw effetti pożittivi immedjati (produttività ogħla, inqas assenzi, inqas spejjeż għall-manutenzjoni tal-faċilitajiet u inqas spejjeż għall-kura tas-saħħa u l-assigurazzjoni tas-saħħa) (14). |
|
3.11 |
Barra minn hekk, il-proposta tinkludi sittax-il att iddelegat li jagħti lill-Kummissjoni Ewropea setgħat sabiex temenda u tieħu deċiżjonijiet dwar elementi speċifiċi tad-Direttiva, skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (15). |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Id-Direttiva għandha tkompli tiffoka biex tikseb il-miri kemm tas-suq intern kif ukoll tas-saħħa pubblika li hi tistabbilixxi, bl-implimentazzjoni kemm ta' miżuri għal żmien qasir kif ukoll dawk għal żmien twil. F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi nnotat li l-istima tal-Kummissjoni Ewropea nnifisha dwar l-effetti fuq is-saħħa li ser iħallu l-miżuri tagħha hija tnaqqis ta' 2 % fl-għadd ta' dawk li jpejpu attwalment jew probabbli li jpejpu. Id-Direttiva għandha l-intenzjoni ewlenija li tevita li jikber il-konsum u mhux li tnaqqas il-livell tal-użu attwali. Għalkemm il-persentaġġ jista' jidher baxx, hemm impatt pożittiv ċar f'għadd ta' oqsma differenti. |
|
4.2 |
Persuni ta' età tax-xogħol li jieqfu jpejpu (kif ukoll dawk li setgħu jibdew imma qatt ma pejpu) jgħixu iktar fit-tul u għalhekk għandhom ħajja tax-xogħol itwal. Huwa stmat li attwalment min ipejjep imut 14-il sena qabel min qatt ma pejjep, minħabba mard marbut mat-tipjip jew kumplikazzjonijiet relatati. Hekk kif l-istennija tal-għomor tiżdied, speċjalment għal min ma jpejjipx, tiżdied ukoll din id-differenza. Tnaqqis ta' 2 % fil-konsum tat-tabakk ifisser 2,4 miljun persuna li tieqaf tpejjep u gwadann ta' 16,8 miljun sena ta' ħajja. Dan jirrappreżenta gwadann ta' EUR 10,3 biljun kull sena għas-soċjetà u jnaqqas l-ispiża għall-kura tas-saħħa b'EUR 506 miljun fis-sena. Il-benefiċċji li jiġu minn produttività ogħla minħabba inqas assenteiżmu, irtirar kmieni u sitwazzjonijiet simili jammontaw għal EUR 165 miljun fis-sena (16). |
|
4.3 |
L-inklużjoni tat-twissijiet tas-saħħa li jkopru 75 % taż-żewġ uċuh tal-pakkett, flimkien mal-kliem informattiv ġdid li jkopri 50 % tal-ġnub (Artikolu 9) huma parti minn pakkett ta' miżuri li jgħinu biex jonqos l-għadd kumplessiv ta' min ipejjep. L-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk għandu jkun iddisinjat b'tali mod li l-informazzjoni li jipprovdi dwar il-kontenut tal-prodott ma tkunx qarrieqa. Għalhekk għandu jinkludi indikazzjoni ċara tar-riskji tas-saħħa involuti, mhux l-inqas fosthom il-mewt bikrija. Għandu jkun hemm twissijiet fuq il-post tal-bejgħ. Ovvjament, ir-reklami ħdejn il-post tal-bejgħ għandhom ikunu pprojbiti. |
|
4.4 |
Ir-restrizzjonijiet dwar l-ingredjenti li jitolbu t-tneħħija ta' ħwawar karatteristiċi li ddaħħlu apposta (Artikolu 6) u l-preżentazzjoni viżiva tal-pakkett huma ta' importanza partikolari. Wieħed mill-kriterji oġġettivi, bħal li t-tabakk isir inqas attraenti, huwa partikolarment rilevanti għal xi gruppi ta' età u ta' ċertu sess, speċifikament it-tfajliet u t-tfal bniet, li attwalment huwa wieħed mill-iktar swieq li qed jespandi malajr fl-UE u għalhekk taħt l-aktar pressjoni intensiva tar-riklamar biex dawn jaqbdu jpejpu. |
|
4.5 |
Madankollu, il-KESE jaqbel totalment mal-proposta tal-Kummissjoni li jiġu pprojbiti prodotti ġodda mis-suq b’togħmiet taċ-ċjuwing-gamm, piña colada, mojito, eċċ., jiġifieri sigaretti bit-togħma tal-ħelu, li jistgħu jkunu destinati fundamentalment għall-konsumaturi żgħażagħ. Il-pakketti slim ukoll huma mmirati lejn it-tfajliet, biex jippruvaw jorbtu l-forma tal-ġisem, il-piż u l-glamour ma' vizzju li eventwalment iwassal għall-mewt bikrija ta' nofshom. Billi l-perikli inevitabbli u għal tul ta' żmien tat-tipjip tat-tabakk ikkawżat min-nikotina issa huma magħrufin u aċċettati minn kulħadd, il-KESE ma jifhimx kif ġew żviluppati u saħansitra attwati dawn l-istrateġiji tas-suq minn manifatturi responsabbli. |
|
4.6 |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni definizzjoni ċara u qafas legali adegwat għall-prodotti b’inqas periklu, li huwa ppruvat b’mod xjentifiku u mingħajr dubju li huma inqas riskjużi mis-sigaretti konvenzjonali. Il-kunċett ta’ “inqas periklu” huwa applikat għall-prodotti li jistgħu jissostitwixxu s-sigaretti konvenzjonali iżda li jimplikaw riskju ħafna inqas għas-saħħa u mhux għall-prodotti sabiex wieħed jieqaf ipejjep. Dawk il-prodotti li fihom it-tabakk b'inqas nikotina jew, aħjar, in-nikotina mingħajr tabakk (sigaretti elettroniċi) u li huma soġġetti għad-Direttiva għandhom ikunu definiti u regolati b'mod ċar biex il-konsumaturi jkunu infurmati dwar ir-riskji jew il-benefiċċji tagħhom fuq tul ta' żmien meta mqabbla ma' prodotti tat-tabakk konvenzjonali. |
|
4.7 |
Fil-proposta tagħha għal Direttiva, il-Kummissjoni Ewropea tinkludi miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-kummerċ illeċitu tat-tabakk. Pereżempju, fl-Artikolu 14 tal-proposta l-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi sistema ta’ provenjenza u traċċar, kif ukoll miżuri differenti addizzjonali ta’ sikurezza, sabiex ikunu biss prodotti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li jinbiegħu fl-Unjoni Ewropea. Dawn il-miżuri ser jinvolvu piż ekonomiku u amministrattiv li l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju jistgħu jsibu diffiċli li jġorru (meta mqabbla mal-erba' jew ħames kumpaniji multinazzjonali ewlenin li jiddominaw il-kummerċ globali fil-prodotti marbuta mat-tabakk u n-nikotina) u ser jimponu piż amministrattiv ikbar fuq l-Istati Membri meta jwettqu spezzjonijiet. Wieħed irid jispera li s-sistema tnaqqas il-kuntrabandu u l-kummerċ illeċitu. F’dan il-kuntest, il-KESE jqis li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 tal-Proposta għandhom ikunu eżattament l-istess bħall-klawżoli dwar il-monitoraġġ u t-traċċabbiltà li huma inklużi fil-Protokoll għall-Kummerċ Illeċitu li ġie konkluż fl-aħħar tas-sena li għaddiet fil-Konferenza tal-Partijiet tad-WHO (17). |
|
4.8 |
Fil-każ tas-sigarri, is-sigarri żgħar u t-tabakk tal-pipa, iwissi li l-Proposta għal Direttiva tirriserva l-poter li telimina b’mod awtomatiku ċerti eċċezzjonijiet rikonoxxuti fit-test jekk ikun hemm “bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi”, bidla li hija marbuta ma’ żieda fil-volum ta’ bejgħ ta’ mill-inqas 10 % f’mill-inqas 10 Stati Membri jew 5 % ta’ persuni li jpejpu u li għandhom inqas minn 25 sena. Madanakollu, is-suq għal dawn il-prodotti f'għaxra minn 27 Stat Membru attwali huwa żgħir ħafna u bidla ta' 10 % tista' sseħħ mingħajr impatt sinifikanti fuq l-impjiegi u d-dħul mit-taxxi. |
|
4.9 |
Il-KESE jinnota li l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi d-delegazzjoni tal-poteri permezz ta' atti ddelegati li jikkonformaw ma’ għadd ta’ rekwiżiti. Atti ddelegati jistgħu jintużaw biss fir-rigward ta' elementi mhux essenzjali ta' att leġislattiv. |
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
89 |
|
Kontra |
: |
162 |
|
Astensjonijiet |
: |
17 |
Punt ġdid 1.4
It-test il-ġdid
Filwaqt li jenfasizza l-importanza ta' popolazzjoni f'saħħitha u tal-benefiċċji li jirriżultaw f'diversi oqsma, il-KESE jipproponi li l-Istati Membri jippromovu l-estensjoni tal-ispazji fejn ma jsirx tipjip (smoke-free environments), li fihom iċ-ċittadini jistgħu jsibu appoġġ kemm morali kif ukoll mediku, destinati l-aktar għaż-żgħażagħ, l-istabbilimenti tal-edukazzjoni, l-intrapriżi, eċċ. Jeħtieġ ukoll li jiġu appoġġjati t-tħejjija u ż-żamma ta' metodi differenti ta' appoġġ u ta' netwerks differenti ta' kooperazzjoni li jkunu innovattivi u edukattivi.
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 1.5
Ibdel it-test kif ġej:
Hemm ir-riskju li jonqos ħafna d-dħul mit-taxxi, mhux biss minħabba ż-żieda fil-kummerċ illeċitu, iżda wkoll minħabba li jonqos il-bejgħ u jitbaxxew il-prezzijiet. Attwalment, it-taxxi miġbura minn fuq it-tabakk fl-Unjoni Ewropea jirrappreżentaw kważi EUR 100 biljun. L-intaxxar tat-tabakk hu l-aktar mod effikaċi u ekonomiku biex jonqos il-konsum tat-tabakk, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ u l-gruppi ta’ nies bi dħul baxx (18). Ir-riċerka turi li l-prezz tal-prodotti tat-tabakk hu t-tielet raġuni l-aktar frekwenti għaliex in-nies jgħidu li jieqfu jpejpu (19). Ta’ min jindika wkoll li l-flus iffrankati, li qabel kienu jintefqu fuq il-prodotti tat-tabakk, ser jintużaw biex jinxtraw oġġetti oħra li fuqhom jitħallsu t-taxxi wkoll.
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 1.8
Ibdel it-test kif ġej:
Apparti l-poteri wesgħin mogħtija lill- Jekk il-Kummissjoni tingħata poteri wesgħin sabiex tiżviluppa aktar l-aspetti essenzjali tad-Direttiva permezz ta’ atti ddelegati, huwa importanti li d-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod trasparenti u fl-interessi tal-Istati Membri dan ser jirfes fuq il-kompetenzi sovrani tal-Istati Membri u b’hekk jinkiser il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-KESE jenfasizza li azzjoni vinkolanti għandha tkun konformi mal- ma jistax jaċċetta atti ddelegati li ma jagħmlux parti minn dak li huwa espressament indikat fl-Artikolu 290 tat-TFUE. Barra minn hekk, tmien parlamenti nazzjonali (kontroll tas-sussidjarjetà) esprimew 14-il vot kontra l-proposta tal-Kummissjoni peress li din ma tirrispettax il-prinċipju tas-sussidjarjetà (20).
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 1.9
Ibdel it-test kif ġej:
Il-KESE jappoġġja l-kunċett li jitnaqqas ir-riskju u għalhekk jappella lill-Kummissjoni għal definizzjoni ċara u qafas legali adegwat għall-prodotti b’inqas periklu, li jikkonkretizzaw b’mod xjentifiku u mingħajr dubju t-tnaqqis tar-riskju fir-rigward tas-sigaretti konvenzjonali, ; dan il-kumment japplika b’mod partikolari għall-prodotti li fihom it-tabakk (u mhux nikotina kimika) u li għalhekk huma soġġetti għad-Direttiva.
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 3.1.
Ibdel it-test kif ġej:
…
Minn dawn is-sitt oqsma, tlieta għandhom impatt enormi fuq l-impjieg u d-dħul mit-taxxi fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea Fil-każ tal-ittikkettjar, l-ippakkjar u l-ingredjenti, il-proposta timponi twissijiet wiesgħa għas-saħħa aktar viżibbli li huma sproporzjonati għal dawk eżistenti, waqt li jillimitaw il-format, it-togħma u l-kontenut tal-prodotti tat-tabakk. Għalhekk, pereżempju, il-pakketti kollha jridu jinkludu twissijiet tas-saħħa bi stampa u messaġġ li jkopru 75 % tal-ippakkjar, li magħhom ser jiżdied kliem ġdid b’informazzjoni fil-ġnub tal-pakketti (50 % ta’ kull naħa), flimkien mat-timbru tad-dazju li huwa obbligatorju f’xi Stati Membri, il-messaġġ li jipprojbixxi l-bejgħ lill-minorenni u l-ispazju riżervat għall-miżuri ġodda għall-monitoraġġ u t-traċċabbiltà tal-prodotti tat-tabakk. Fil-prattika dan ifisser tnaqqis kbir fl-ispazju disponibbli sabiex jintwerew il-marki kummerċjali li huma rreġistrati b’mod leġittimu. Barra minn hekk, għandu jkun hemm daqsijiet minimi għat-tul u l-wisa’ tal-pakketti, li jimplika li xi wħud mill-mudelli tal-pakketti ser jisparixxu. Dan huwa l-każ tal-pakketti forma ta’ “casket”, format popolari ħafna f’xi pajjiżi bħall-Greċja. Ser jisparixxi wkoll il-format l-aktar popolari ta’ pakketti fil-Portugall. Barra minn hekk, din il-bidla fl-ippakkjar, li mhix ibbażata fuq evidenza xjentifika, tista’ thedded l-impjiegi fis-settur tal-industrija tal-ippakkjar u tal-imballaġġ, li huwa importanti ħafna f’bosta pajjiżi, pereżempju, il-Ġermanja, il-Polonja, Franza, ir-Renju Unit u l-Awstrija. Għandu jiġi indikat li r-rekwiżiti minimi għat-tul u l-wisa’ tal-pakketti tat-tabakk ma kinux inklużi fil-Konsultazzjoni Pubblika u lanqas ma kienu jagħmlu parti mir-Rapport dwar l-Impatt. Il-bejgħ ta’ sigaretti li jinkludu tomgħiet karatterizzanti huwa pprojbit u ġiet ivvintata definizzjoni ġdida ta’ “sigaretti żgħar”, li tmur kontra l-leġislazzjonijiet fiskali li ilhom fis-seħħ fl-Unjoni għal ftit iktar minn sena (21). Il-preżentazzjoni viżiva l-ġdida tal-pakketti kif ukoll ir-rekwiżiti minimi dwar it-tul u l-wisa’ tagħhom ser ikollhom effetti pożittivi b’mod partikolari li ma jħajrux lill-grupp li jinsab fir-riskju, jiġifieri t-tfal u ż-żgħżagħ. L-istudji juru b’mod ċar għall-aħħar li l-ippakkjar huwa għodda tal-marketing għall-bejgħ tal-prodotti. Bħalissa, l-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk sikwit jitfassal b’mod strateġiku biex jiġbed udjenza speċifika: l-istudji juru li pereżempju fil-Latvja, in-nisa jaħsbu li jekk jagħżlu prodott b’pakkett ċar ikunu qed jagħżlu prodott b’kontenut aktar baxx ta’ qatran u li għalhekk jagħmel inqas ħsara lis-saħħa. Barra minn hekk, it-tfal iqisu li pakkett ikkulurit ifisser li l-prodott m’għandu l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa (22). Għaldaqstant, l-ippakkjar standardizzat, jekk possibbli ta’ apparenza sempliċi, mhux ser jidħak bil-konsumaturi fir-rigward tal-effetti reali tal-prodott. Għall-kuntrarju, l-istudji juru li pakketti sempliċi jqanqlu sens “ta’ dwejjaq, intiena, stmellija u qdumija”, eċċ (23).
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 3.2
Ibdel it-test kif ġej:
B’konsegwenza ta’ dan, u peress li l-pakketti kollha ser ikollhom l-istess format filwaqt li s-sigaretti kollha ser ikollhom l-istess togħma, il-prezz ser ikun l-uniku element ta’ divrenzjar bejn il-marki kummerċjali, u minħabba f’hekk ser ikun hemm telf fil-katina ta’ valur tas-settur kollu. Bil-prezz ikun l-uniku element kompetittiv, il-prezzijiet ser jitbaxxew, iżda l-Istati Membri xorta waħda ser ikunu jistgħu japplikaw dazji tas-sisa ogħla biex joħolqu d-dħul u dan ser joħloq, fuq naħa, tnaqqis fid-dħul finanzjarju tal-operaturi fis-settur u fil-ġbir tal-Istati Membri u, fuq in-naħa l-oħra, il-qerda tal-impjiegi fis-settur.
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt ġdid 3.3
It-test il-ġdid
Anki jekk l-imballaġġ tal-prodotti tat-tabakk ser jiġi standardizzat, u b'hekk jitnaqqsu s-sinjali distintivi tal-produtturi differenti, ser ikun hemm spazju delimitat fuq l-imballaġġ allokat għad-denominazzjoni standardizzata tal-intrapriża u tal-prodott, fejn id-daqs, il-kulur u l-karattri stampati ser ikunu uniformi. Il-kriterju tal-kwalità tal-prodott ser jippreserva l-attwalità tiegħu peress li l-konsumatur dejjem ser ikun infurmat dwar il-produttur u minn fejn ġej il-prodott li qed jakkwista.
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 3.3
Ħassar it-test kif ġej:
Dan id-divrenzjar uniku possibbli skont il-prezz ser iwassal, pereżempju, biex it-tabakk ta’ kwalità li jitkabbar fl-Unjoni Ewropea ma jibqax attraenti għall-kumpaniji b’fabbriki fl-UE, peress li l-kwalità mhux ser tibqa’ kriterju għax-xiri tal-werqa tat-tabakk, li, bil-kontra ta’ dak li indikat il-Kummissjoni fil-Valutazzjoni tagħha tal-Impatt, ser tipperikola serjament l-impjiegi li jiddependu minn dan il-ħsad. Attwalment, fl-Unjoni Ewropea, il-ħsid tal-werqa tat-tabakk jammonta għal 250 000 tunnellata ta’ tabakk fis-sena. L-Italja hija l-akbar produttur b’89 000 tunnellata, segwita mill-Bulgarija b’41 056 tunnellata, minn Spanja bi 38 400 tunnellata u mill-Greċja b’24 240 tunnellata. Din il-ħolqa tal-katina timpjega 400 000 persuna, immexxija mill-Bulgarija fejn hemm 110 000 persuna involuti fil-kultivazzjoni tat-tabakk, segwita mill-Polonja b’75 100 u mill-Italja b’59 300 (24).
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 3.7
Ibdel it-test kif ġej:
Barra minn hekk, il-proposta għal Direttiva tinkludi sittax-il att iddelegat li jagħti lill-Kummissjoni Ewropea setgħat sabiex temenda u tieħu deċiżjonijiet dwar elementi essenzjali partikolari tad-Direttiva, kwistjoni li hija espressament eskluża mill- b’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (25). B’dan il-mod, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali ma jibqagħlhom kważi l-ebda poter fuq il-bidliet għal aspetti fundamentali tad-Direttiva.
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 4.1.1 ġdid
Żid punt ġdid:
Fil-pajjiżi li esperjenzaw kriżi ekonomika fis-snin reċenti, bħal-Latvja, l-ispejjeż relatati mas-saħħa u dawk ekonomiċi b’riżultat tal-konsum tat-tabakk huma sorprendentement għolja – il-mewt relatat mal-konsum tat-tabakk huwa ta’ 25 % għall-irġiel u 4 % għan-nisa, filwaqt li fl-istess pajjiż, 12 % tal-mard huwa relatat mal-konsegwenzi tal-konsum. L-istima tal-ispejjeż assoċjati mal-kura tagħhom laħqet id-EUR 29 miljun, jew 3,27 % tal-baġit totali għall-kura tas-saħħa. It-telf produttiv relatat mal-assenteiżmu minħabba problemi relatati mat-tipjip jammonta għal 29,5 %, jiġifieri fil-Latvja stess dan jammonta għal telf ta’ EUR 12-il miljun. Barra minn hekk, l-imwiet prematuri minħabba t-tipjip iwasslu għal spiża għolja, li tammonta għal madwar EUR 2,5 biljun, jew 9,3 % tal-PDG (26).
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 4.2
Ibdel it-test kif ġej:
Din iż-żieda sproporzjonata tad-daqs ta Dawn it-twissijiet tas-saħħa ser twassal ukoll għalikollhom l-effetti li ġejjin:
|
— |
l-esproprjazzjoni unilaterali il-preservazzjoni tad-drittijiet leġittimi tal-proprjetà intellettwali u industrijali tal-produtturi, minħabba li mhux ser ikunu jistgħu jkomplu jużaw il-marki kummerċjali reġistrati tagħhom. Skont i Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tqis li drittijiet imsemmija jistgħu jiġu limitati għax mhumiex assoluti (27), il-produtturi għandhom dritt jużaw il-marki kummerċjali reġistrati tagħhom u jkomplu jiddistingwixxu l-prodotti tagħhom; |
|
— |
restrizzjoni ġdida għall-kompetizzjoni f’settur fejn ma tantx hemm fatturi ta’ divrenzjar disponibbli; |
|
— |
il-ksur tad-drittijiet kummerċjali bażiċi inerenti fi kwalunkwe attività kummerċjali legali ir-rikonoxximent li s-saħħa pubblika u l-vantaġġi marbutin magħha għandhom valur fundamentali, li jieħdu prijorità fuq l-attività kummerċjali tat-tabakk ; |
|
— |
iż-żamma tal-introduzzjoni ta’ prodotti ġodda fis-suq ta' prodotti ġodda li huma partikolarment ta' ħsara għas-saħħa tan-nies u, għaldaqstant, għat-tkabbir ekonomiku. , ul-eliminazzjoni tar-riċerka u ta’ titjib possibbli tal-kwalità tal-prodotti offruti. Ser jiġi limitat b’mod arbitrarju d-dħul ta’ prodotti ġodda ta’ ġenerazzjoni ġdida, mingħajr ma tingħata l-possibbiltà li jiġi stabbilit qafas regolatorju ċar li jservi sabiex jiġi analizzat it-tnaqqis tar-riskji li dawn il-prodotti jistgħu jkollhom fuq il-popolazzjoni, ħaġa li tista’ twaqqaf milli jinħolqu r-rikkezza u l-postijiet tax-xogħol assoċjati mal-innovazzjoni u r-riċerka relatati ma’ dawn il-prodotti. Barra minn hekk, dawn il-prodotti ġodda b’riskju potenzjalment inqas m’għandhomx jiġu soġġetti għall-istess restrizzjonijiet li huma applikati għall-prodotti konvenzjonali. |
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 4.3
Ibdel it-test kif ġej:
L-istess japplika għa Ir-restrizzjonijiet fuq ingredjenti sabiex jitneħħew togħmiet u aromi karatterizzanti (Artikolu 6) u l-preżentazzjoni viżwali tal-pakketti huma partikolarment importanti. Kriterju oġġettiv bħat-tnaqqis tal-attraenza tat-tabakk hu partikolarment rilevanti għal ċerti gruppi ta’ età jew għal sess partikolari. li mhumiex ibbażati fuq evidenza xjentifika bħalma jistgħu jkunu t-tnaqqis tat-tossiċità jew l-effett tad-dipendenza ta’ dawn l-ingredjenti, iżda fuq kriterju daqstant suġġettiv bħal dak li jnaqqas l-attrazzjoni tat-tabakk u fuq sterjotipi suġġettivi bħat-tip ta’ tabakk li huwa mpejjep minn kull grupp ta’ età jew sess. Dan l-istess approċċ suġġettiv jidher fil-projbizzjoni arbitrarja, mingħajr kwalunkwe ġustifikazzjoni, ta’ ċerti formats, bħas-sigaretti rqaq (li ma kinux inklużi fil-konsultazzjoni pubblika u ma jagħmlux parti mir-rapport dwar l-impatt), is-sigaretti qosra u l-kategorija kollha ta’ sigaretti bil-mentol, l-istabbiliment ta’ piż minimu għall-pakketti tat-tabakk għat-tgeżwir, u l-istandardizzazzjoni tal-format tal-bottijiet tat-tabakk jew, b’mod partikolari, l-invenzjoni ta’ kategorija ġdida ta’ “sigaretti żgħar” bi ksur tad-Direttiva 2011/64/UE (28), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011. Din il-projbizzjoni ta’ sigaretti rqaq u ta’ sigaretti bil-mentol, li huma kkunsmati ħafna f’diversi pajjiżi Ewropej, ser twassal sabiex il-konsumaturi ma jkollhomx aċċess għalihom u jkollhom jirrikorru għas-suq tal-kontrabandu sabiex ikunu jistgħu jiksbuhom. Barra minn hekk, dawn huma prodotti tat-tabakk li prinċipalment huma kkunsmati minn adulti li jpejpu, u għalhekk f’dan il-każ konkret ma jistax jiġi applikat l-argument li dan huwa maħluq sabiex jipprevjeni lill-minorenni milli jkollhom aċċess għat-tabakk. Fil-każ konkret tal-mentol, pereżempju, ta’ min ifakkar li dan it-tip ta’ tabakk huwa kkunsmat fundamentalment minn persuni adulti u li, barra minn hekk, pajjiżi b’leġislazzjonijiet żviluppati tajjeb fil-ġlieda kontra t-tipjip b’dispożizzjonijiet konkreti ħafna fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ ċerti ingredjenti, bħall-Istati Uniti u l-Kanada, ma pprojbixxewhx, u dan iwassal lill-KESE sabiex jipproponi sabiex titneħħa l-projbizzjoni relatata mal-mentol mill-Proposta għal Direttiva.
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 4.3.1
Ibdel it-test kif ġej:
Fl-aħħar nett, i Il-KESE jaqbel totalment mal-proposta tal-Kummissjoni li jiġu pprojbiti prodotti ġodda mis-suq b’togħmiet taċ-ċjuwing-gamm, piña colada, mojito, eċċ., jiġifieri sigaretti bit-togħma tal-ħelu, li jistgħu jkunu destinati fundamentalment għall-konsumaturi żgħażagħ.
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 4.3.2
Ibdel it-test kif ġej:
Ir- R restrizzjoni eċċessiva tal- ’ ingredjenti tista' twassal għal standardizzazzjoni tat-togħma, u, għalhekk, ser tkun impossibbli li l-kompetituri jiddivrenzjaw bejniethom waqt li l-investiment jiġi limitat u ser twassal ukoll għall-possibbiltà li jitniedu prodotti ġodda. Dan kollu ser ikun għad-detriment tal-konsumatur li ser titneħħielu l-possibbiltà tal-għażla u dan jirrappreżenta inċentiv addizzjonali biex il-konsumaturi attwali u potenzjali tal-prodotti tat-tabakk ifittxu l-informazzjoni fuq il-prodott li jikkonsmaw jew biex jevitaw li jużaw dawn il-prodotti, u b’hekk itejbu saħħithom, il-produttività tagħhom u l-fatturi l-oħra kollha li għandhom influwenza kbira fuq il-kwalità ta’ ħajjithom.
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 4.5
Ħassar it-test kif ġej:
Barra minn hekk, fil-proposta tagħha għal Direttiva, il-Kummissjoni Ewropea tinkludi miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-kummerċ illeċitu tat-tabakk. Pereżempju, fl-Artikolu 14 tal-proposta l-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi sistema ta’ provenjenza u traċċar kif ukoll miżuri differenti addizzjonali ta’ sikurezza, sabiex ikunu biss prodotti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li jinbiegħu fl-Unjoni Ewropea. Din il-miżura ser tinvolvi piż ekonomiku u amministrattiv sproporzjonat li ħafna intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju ma jkunux jistgħu jġorru u dan, mhux talli ma jitnaqqasx il-kummerċ illeċitu, iżda jimponi piż amministrattiv akbar fuq l-Istati Membri meta jwettqu l-ispezzjonijiet. Barra minn hekk, din is-sistema mhux ser tnaqqas il-kuntrabandu u l-kummerċ illeċitu li, għall-kuntrarju, ser jiġi mħeġġeġ mill-bqija tal-miżuri tal-proposta għal Direttiva. F’dan il-kuntest, i Il-KESE jqis li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 tal-Proposta għal Direttiva jridu jkunu eżattament l-istess bħall-klawżoli dwar il-monitoraġġ u t-traċċabbiltà li huma inklużi fil-Protokoll għall-Kummerċ Illeċitu li ġie konkluż fl-aħħar tas-sena li għaddiet fil-Konferenza tal-Partijiet tad-WHO (29).
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
Punt 4.6
Ħassar kif ġej:
Fl-aħħar, id-Direttiva ser tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea li tuża l-atti ddelegati sabiex taġġusta u timmodifika, permezz tat-tixrid tal-atti ddelegati, l-aspetti fundamentali bħal, pereżempju, il-livelli ta’ addittivi kif ukoll il-kliem, il-post u d-daqs tat-twissijiet tas-saħħa. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri ma jibqagħlhom kważi l-ebda poter fuq il-bidliet ta’ din id-Direttiva, u dan jinvolvi livell straordinarju ta’ intervenzjoniżmu li s’issa rarament intuża mill-Unjoni Ewropea u li jikser il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità bħalma diġà qegħdin jallegaw il-parlamenti nazzjonali ta’ tmien Stati Membri (30) (l-Italja, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Portugall, ir-Rumanija u l-Isvezja). Fil-każ tal-Italja, il-parlament tiegħu mhux biss indika li l-proposta tikser dawn il-prinċipji, iżda enfasizza wkoll li xi wħud mit-tipi ta’ sigaretti li qegħdin jiġu pprojbiti, bħas-sigaretti rqaq u s-sigaretti b’livelli baxxi ta’ qatran jistgħu jkunu strument utli f’politika li għandha l-għan li l-persuni li jpejpu jnaqqsu jew jaqtgħu l-vizzju (31)
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
: |
69 |
|
Kontra |
: |
157 |
|
Astensjonijiet |
: |
29 |
(1) L-Artikolu 114 TFUE jaqra kif ġej:
"1. Ħlief fejn provdut xort'oħra fit-Trattati, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 26. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b’regolamenti jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern."
(2) Ara l-Kawża C-491/01 The Queen vs Secretary of State for Health, ex parte British American Tobacco (Investments) Ltd u Imperial Tobacco Ltd.
(3) ĠU C 128, 18.5.2010, p. 89-93.
(4) Valutazzjoni tal-impatt (http://ec.europa.eu/health/tobacco/docs/com_2012_788_ia_en.pdf).
(5) Stefan Callan, Smoke Free Partnership, Making Tobacco Tax Trendy Toolkit, 2012, p. 5.,
http://www.smokefreepartnership.eu/sites/sfp.tttp.eu/files/LV%20-%20Tax%20Toolkit_4.pdf.
(6) Kummissjoni Ewropea, Attitudes of Europeans Towards Tobacco,
http://ec.europa.eu/health/tobacco/docs/eurobaro_attitudes_towards_tobacco_2012_en.pdf, p. 84.
(7) ĠU C 351, 15.11.2012, p. 6-11.
(8) http://www.ash.org.uk/APPGillicit2013.
(9) Valutazzjoni tal-impatt, punt 15.
(10) "Studju tar-responsabbiltà u l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tat-tipjip" imwettaq mill-Kummissjoni Ewropea jistima l-ispejjeż totali għall-2009 għal EUR 544 biljun (f'termini ta' kura tas-saħħa, telf ta' produzzjoni u ħajjiet umani). (http://ec.europa.eu/health/tobacco/docs/tobacco_liability_final_en.pdf, p. 2).
(11) Valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni.
(12) Moodie C, Hastings G, Joossens L. Young adult smokers’ perceptions of illicit tobacco and the possible impact of plain packaging on illicit tobacco purchasing behaviour. Eur J Public health, ippubblikat onlajn l-ewwel darba fis-26 ta' Marzu 2011. DOI:10.1093/eurpub/ckr038. in Claims that Standardised Packaging Would Increase Illicit Trade are Untrue, Smoke Free Partnership, 10 ta' Settembru 2012, http://www.smokefreepartnership.eu/response-to-tobacco-retailers.
(13) Ara n-nota 5 f'qiegħ il-paġna.
(14) Carin Hakansta, International Labour Organisation, Working Paper "Workplace smoking: A Review of National and Local Practical and Regulatory Measures", Marzu 2004, p. 6,
http://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_protect/---protrav/---safework/documents/publication/wcms_108424.pdf.
(15) ĠU C 115, 9.5.2008, p. 172.
(16) Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati: http://ec.europa.eu/health/tobacco/docs/com_2012_788_ia_en.pdf, pp.116.
(17) http://apps.who.int/gb/fctc/PDF/cop5/FCTC_COP5(1)-en.pdf.
(18) Stefan Callan, Smoke Free Partnership, Tabakas nodokļi un nelikumīga tirdzneicība, Making Tobacco Tax Trendy Toolkit, 2012, p.5., http://www.smokefreepartnership.eu/sites/sfp.tttp.eu/files/LV%20-%20Tax%20Toolkit_4.pdf.
(19) Kummissjoni Ewropea, Attitudes of Europeans Towards Tobacco,
http://ec.europa.eu/health/tobacco/docs/eurobaro_attitudes_towards_tobacco_2012_en.pdf, p. 84.
(20) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=SWD:2012:0453:FIN:MT:PDF
(21) Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal- 21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat, ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24/36 .
(22) http://www.cancercampaigns.org.uk/ourcampaigns/theanswerisplain/moreinformation/.
(23) The Packaging of Tobacco Products (L-ippakkettar tal-prodotti tat-tabakk), Marzu 2012, The Centre for Tobacco Control Research Core iffinanzjat mill-Cancer Research UK,
http://www.cancerresearchuk.org/prod_consump/groups/cr_common/@nre/@new/@pre/documents/generalcontent/cr_086687.pdf, p.40.
(24) Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna.
(25) ĠU C 115, 9.5.2008, p. 0172 – 0172.
(26) http://ec.europa.eu/health/tobacco/docs/tobacco_liability_final_en.pdf
(27) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Ottubru 1990 fil-każ C-10/89.
(28) Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal- 21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat, ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24/36.
(29) http://apps.who.int/gb/fctc/PDF/cop5/FCTC_COP5(1)-en.pdf.
(30) http://www.ipex.eu/IPEXL-WEB/dossier/dossier.do?code=COD&year=2012&number=0366&appLng=EN.
(31) Opinjoni tal-Kumitat tas-Sezzjoni għall-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Taljan dwar id-Dokument tal-Kummissjoni Ewropea COM(2012) 788 final.
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/82 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Industrija Ewropea Aktar b’Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku — Aġġornament dwar il-Komunikazzjoni tal-Politika Industrijali”
COM(2012) 582 final
2013/C 327/14
Relatur: is-Sur VAN IERSEL
Korelatur: is-Sur GIBELLIERI
Nhar is-16 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
Industrija Ewropea Aktar B’saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku — Aġġornament dwar il-Komunikazzjoni tal-Politika Industrijali
(COM(2012) 582 final)
Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI), inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-18 ta' Ġunju 2013.
Fl-491 sessjoni plenarja tiegħu, li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju (laqgħa tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-opinjoni li ġejja bi 132 vot għal 1 bi 3. astensjoni(jiet).
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jilqa’ l-attenzjoni mmirata lejn l-industrija Ewropea – il-manifattura u s-servizzi – kif intwera fl-aġġornament tal-Kummissjoni dwar il-politika industrijali ta’ Ottubru 2012, inkluż fl-Annessi, b'analiżi artikolata dwar il-politiki u n-nuqqasijiet industrijali fl-Istati Membri. Ħafna elementi jaqblu ma' opinjonijiet mogħtija mill-KESE (1). Il-prova vera se tkun fl-implimentazzjoni. |
|
1.2 |
Il-politika industrijali, waħda mis-seba' inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020, għandha tkun il-bażi ta' Inizjattiva għat-Tkabbir tal-UE, li qed tissemma ħafna iżda ftit li xejn tittieħed azzjoni effettiva dwarha. Hemm bżonn ta' mentalità tajba u approċċi koerenti. L-impatt politiku jidher waħdu. Il-KESE jinkoraġixxi lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex jintensifikaw inizjattivi (koerenti) u politiki trasversali li jilħqu l-isfidi enormi tat-titjib tal-produzzjoni industrijali madwar l-Ewropa. |
|
1.3 |
Il-Kunsill Ewropew għandu jmexxi l-aġenda dwar il-Politika Industrijali. Il-Kummissjoni għandha tkun involuta bis-sħiħ. Hemm bżonn punt fokali mmirat u kondiviż fil-Kunsilli differenti - Kompetittività, Riċerka, Ambjent, Soċjali, - fil-Kummissjoni u fil-PE biex jidentifikaw u jippromwovu politiki tal-ogħla livell madwar l-Ewropa. |
|
1.4 |
Hemm bżonn ta' komunikazzjoni mifruxa tad-deċiżjonijiet dwar il-politika industrijali fir-rigward ta' azzjonijiet, pjanijiet u skadenzi sabiex dawn isiru strateġija mexxejja għall-Ewropa. Għad hemm nuqqas kbir ta' dan attwalment. |
|
1.5 |
Barra minn hekk, l-UE għandha bżonn konverġenza Ewropea ottimali tal-politiki industrijali tal-UE u tas-27 Stat Membru, li skont firxa wiesgħa ta' analiżijiet, hi 'l bogħod mir-realtà attwali. Id-diversità hija ta' valur iżda l-frammentazzjoni hija ta' dannu. L-iżbilanċi ġeopolitiċi għandhom jiġu indirizzati. |
|
1.6 |
Kundizzjonijiet qafas aħjar ifissru, qabel kollox, it-tkomplija tas-suq intern tal-UE fi ħdan ekonomija soċjali tas-suq, żgurata minn valutazzjonijiet, regolamenti u implimentazzjoni korretti madwar l-Unjoni. L-investiment pubbliku għal konnessjonijiet transkonfinali bħal toroq, kanali tal-ilma, portijiet, ajruporti u linji ferrovjarji, għandu jappoġġja s-Suq Intern. |
|
1.7 |
Bil-qgħad jikber għal iktar minn 26 miljun ruħ, tkabbir żgħir u baġits dejjem jonqsu, l-industrija u l-innovazzjoni għandhom bżonn prospetti u kundizzjonijiet li jistimulawhom. Irid jinstab bilanċ tajjeb bejn il-konsolidazzjoni fiskali - il-miżuri ta' awsterità -, il-programmi nazzjonali ta' riforma u l-politika industrijali sabiex jiġu ġġenerati investimenti u jinħolqu l-impjiegi, u b'hekk tiżdied il-kunfidenza. |
|
1.8 |
Kwalunkwe inizjattiva tal-UE għandha ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ewropa fid-dinamiċi globali bħala kompettitriċi u msieħba. L-għan tant ambizzjuż ta’ 20 % ta' industrija fil-manifattura sal-2020 jitlob investiment estensiv u aġġustament sostanzjali tal-politika. Hemm bżonn kbir ta’ titjib fil-produttività. |
|
1.9 |
Kundizzjonijiet intelliġenti għall-industrija jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet u l-aġġustamenti tekniċi. Dawn huma relatati mal-ambjent kollu tal-industrija, prinċipalment politika dwar il-klima u l-enerġija li tkun koerenti u prevedibbli għal perjodu twil ta' żmien, sabiex tappoġġja bażi industrijali kompetittiva. Il-kundizzjonijiet għandhom isaħħu l-prestazzjonijiet tajbin ħafna kif ukoll irawmu attivitajiet u industriji li għadhom jibdew. |
|
1.10 |
Il-politiki tal-UE għandhom ikunu mfassla apposta u speċifiċi għas-setturi, u għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjonijiet minn isfel għal fuq li jindirizzaw bl-aħjar mod il-kapaċitajiet u l-isfidi tekniċi u ekonomiċi. Dawn il-prinċipji għandhom ikunu applikati wkoll fit-tilħiq tal-għanijiet tal-inizjattiva ewlenija dwar l-effiċjenza tar-riżorsi li għandha l-għan li żżid l-effiċjenza fl-użu tal-materja prima waqt li, fl-istess ħin, il-prinċipji għandhom l-intenzjoni li jippromovu l-innovazzjoni u jrawmu r-reżiljenza tal-kumpaniji Ewropej. |
|
1.11 |
Il-politika industrijali, għandha dimensjoni soċjali qawwija li taffettwa l-livelli kollha tas-soċjetà: ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet, in-negozji kollha, il-forzi tax-xogħol fejn it-tendenzi tal-post tax-xogħol jinbidlu malajr – id-diġitizzazzjoni, ir-robotizzazzjoni, il-manifattura marbuta mas-servizzi, l-ICT -, is-settur tal-edukazzjoni u l-universitatjiet, il-konsumaturi u ċ-ċittadini. Il-politika industrijali hija marbuta kemm mar-ristrutturar kif ukoll mal-antiċipazzjoni. Għandha tipprovdi edukazzjoni, taħriġ u informazzjoni aġġornati, u trawwem it-teknoloġija, l-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija. Il-bidla demografika għandha tkun antiċipata u mwieġba b'mod xieraq. |
|
1.12 |
Ir-reġjuni ambizzjużi qed jgħollu l-prestazzjoni industrijali. L-UE u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-prattiċi awtonomi tagħhom, inkluż l-ispeċjalizzazzjoni u r-riċerka, il-kwalifiki u l-clusters. Għad hemm ħafna x'jista' jinkiseb. |
|
1.13 |
Għandhom jiġu enfasizzati l-inizjattivi u l-proġetti kif ukoll eżempji nazzjonali u reġjonali li jistgħu jsaħħu l-kunfidenza tal-poplu u tal-atturi soċjo-ekonomiċi. Il-Ftehimiet ta’ sħubija UE-Stati Membru kif ukoll in-netwerking fost l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jiġu intensifikati. Is-Semestru Ewropew annwali jagħti ħafna opportunitajiet għal monitoraġġ kontinwu. |
|
1.14 |
Il-politika industrijali tal-UE għandha tkun proċess kondiviżiv li tulu jsir skambju tal-viżjonijiet u l-kompetenzi tal-UE u dawk nazzjonali, kif ukoll azzjonijiet kondiviżi li fihom in-negozji u t-trejdunjins ikunu msieħba sħaħ. Partijiet interessati oħra bħall-edukazzjoni, l-universitajiet (ir-riċerka), l-NGOs, il-konsumaturi u oħrajn, kull fejn hu xieraq, għandhom ikunu impenjati bl-istess mod. |
|
1.15 |
Minkejja differenzi sostanzjali f’termini ta’ produzzjoni ekonomika fost l-Istati Membri, kollha għandhom jibbenefikaw mill-aħjar prattiki kif ukoll mill-opinjonijiet u l-approċċi li jappoġġjawhom. |
|
1.16 |
Il-KESE kontinwament jippreżenta proposti dwar is-setturi u dwar il-politika industrijali, ara l-Anness. Din l-Opinjoni hija pjuttost dwar il-koerenza ta’ temi importanti, u dwar governanza effettiva permezz tal-koordinazzjoni u l-perfezzjonament. |
2. Kuntest
– A/ Globali
|
2.1 |
Skont analiżi tal-Kummissjoni, is-sehem tal-ispejjeż tax-xogħol jidher li qed isir dejjem parti iżgħar mill-ispejjeż totali tal-produzzjoni (2). Il-produttività hija fattur importanti. Xi ftit produzzjoni qed tiġi lura lejn l-Ewropa iżda, l-kompetizzjoni qiegħda dejjem tikber f’oqsma oħra bħat-titjib tal-infrastruttura ekonomika fil-pajjiżi BRICS, l-apprezzament tal-euro u l-prezzijiet tal-enerġija, li jistimulaw l-investimenti barra l-Unjoni. |
|
2.2 |
Barra minn dan, l-Ewropa għadha lura meta mqabbla mal-Istati Uniti u l-Ġappun fir-rendiment innovattiv u l-ispeċjalizzazzjoni teknoloġika. L-Ewropa hija rappreżentata aħjar mill-Istati Uniti fl-industriji b’teknoloġija medju-għolja jew medju-baxxa, iżda d-differenza tradizzjonali bejn iż-żewġ kontinenti fis-settur tat-teknoloġija għolja żdiedet sostanzjalment f’dawn l-aħħar snin. |
|
2.3 |
Il-White House u l-Kungress qed juru impenn qawwi għar-rinaxximent tal-manifattura bi strateġija nazzjonali għall-kompetittività għall-2014-2018 (3). Kwistjoni ċentrali hija r-rwol u l-valur tal-manifattura fl-ekonomija, is-sigurtà u t-tmexxija globali tal-Istati Uniti. |
|
2.4 |
Is-sħubijiet pubbliċi-privati jirraffurzaw l-infrastruttura teknoloġika u innovattiva. Il-Ministeri tad-Difiża, l-Enerġija u l-Kummerċ huma involuti direttament, kif huma wkoll in-National Science Foundation u n-NASA, li b’hekk jagħtu impetu lil għadd kbir ta’ universitajiet u istituti ta’ riċerka nazzjonali. |
|
2.5 |
Dan huwa żvilupp ta’ min jinnotah f’pajjiż li sa ftit żmien ilu kien qed jirrakkomanda l-ekonomija post-industrijali. Il-kompetittività dejjem tikber taċ-Ċina u pajjiżi oħra sservi ta' twissija. Il-perċezzjoni qiegħda tinbidel. Huwa mbassar li ċ-Ċina se tkun l-ikbar qawwa ekonomika fid-dinja sal-2030 waqt li l-Istati Uniti se jżommu t-tmexxija globali u l-Ġappun u l-Ewropa se jibqgħu fuq wara sew (4). |
|
2.6 |
L-esplorazzjoni ġdida għaż-żejt, u fuq kollox, għall-gass tax-shale, mistennija li twassal għall-indipendenza enerġetika tal-Amerika. Din l-esplorazzjoni qed tkun ikkunsidrata bħala rivoluzzjoni enerġetika permezz ta' rinaxximent industrijali fl-Istati Uniti kif ukoll ċaqliq ġeopolitiku. Għad iridu jiġu indirizzati kwistjonijiet ambjentali u tas-saħħa (5). |
|
2.7 |
Iċ-Ċina, il-Brażil u l-Indja qed ikomplu jagħmlu progress. Ir-Russja wkoll miexja 'l quddiem. Bis-saħħa ta' dawn qed javvanzaw malajr pajjiżi oħra fl-Asja u l-Amerika Latina. Għal numru ta’ snin, iċ-ċifri tat-tkabbir fl-ekonomiji emerġenti kienu ogħla mill-medja sew, speċjalment fl-Asja. Sistemi edukattivi li għadhom kif twaqqfu qed joħolqu għadd kbir ta’ tekniċi u inġiniera bi kwalifiki u edukazzjoni għolja. Fl-istess ħin, qed jitwaqqfu istituti ta’ riċerka enormi. Il-kwalità tal-prodotti u l-proċessi innovattivi kollha qed jitjiebu. Il-faċilitajiet tat-trasport u l-infrastruttura tas-servizzi qed ilaħħqu magħhom sew. |
|
2.8 |
Fiċ-Ċina, qed tibda tidher sistema mħallta ta’ kapitaliżmu statali u mekkaniżmi ta’ suq ħieles (6). Din hija magħġuna sew mal-kultura nazzjonali u t-tradizzjonijiet (politiċi) eżistenti. Il-ħolqien tal-ġid ma jmurx id f’id mad-demokrazija u lanqas mad-drittjiet tal-ħaddiema u tal-bniedem. Il-kundizzjonijiet ambjentali u tas-saħħa għadhom mhux żviluppati sew, minkejja li l-kwalità tal-produzzjoni qiegħda tiżdied. Ir-reazzjonijiet negattivi huma dejjem possibbli. Iżda wieħed irid isemmi li l-intervenzjonijiet kapitalistiċi mill-Istat se jkomplu jmexxu ċerti tipi ta’ produzzjoni li tikkorispondi mal-ambizzjonijiet nazzjonali. L-investiment minn fondi tal-ġid sovran jistgħu jaħdmu fl-istess direzzjoni, kemm f'investimenti interni kif ukoll fl-investimenti barra l-pajjiżi. |
|
2.9 |
Għadd ta' pajjiżi normalment jibbenefikaw minn struttura ta' governanza iktar sempliċi milli l-UE minħabba l-fatt li dawn għandhom ċentru wieħed fejn jieħdu d-deċiżjonijiet, strateġija komuni u għanijiet maqbula fis-settur pubbliku. |
|
2.10 |
Partijiet mill-Afrika ukoll qegħdin fi proċess ta’ żvilupp rapid Iċ-Ċina tinvesti ħafna mingħajr ma tagħti każ l-impatt fuq is-soċjetà. |
|
2.11 |
Il-kuntest globali u l-ġeopolitika qed jinbidlu b’mod kostanti. Id-data hija ta' importanza kbira biex l-opinjoni pubblika u politika ssir iktar sensittiva. Il-KESE jirrakkomanda tabella ta’ valutazzjoni regolari tal-UE għal għadd ta’ żviluppi soċjo-ekonomiċi, teknoloġiċi u tal-impjieg. |
– B/ L-Ewropa
|
2.12 |
L-analiżi dettaljati tal-Kummissjoni dwar ix-xejriet Ewropej u għal kull pajjiż juru aktar għarfien dwar il-ħtieġa għal industrija tal-manifattura. |
|
2.13 |
Hemm sitwazzjoniet differenti sew bejn pajjiż u ieħor, mill-Ġermanja li għandha kważi 30 % tal-industrija tal-manifattura tal-Ewropa, għal pajjiżi – kbar jew żgħar – b’perċentwali sostanzjalment inqas sa baxxi ħafna. F’xi Stati Membri l-investiment industrijali naqas b’mod konsiderevoli f’dawn l-aħħar 20 sena. F’xi każi dan ġara minħabba ristrutturazzjoni fuq skala kbira, u f’oħrajn minħabba negliġenza wkoll (7). |
|
2.14 |
Fost l-Istati Membri li qed itejbu l-kundizzjonijiet uħud minnhom qed jirnexxu aktar minn oħrajn. L-impjieg fl-industrija qiegħed dejjem jonqos. Barra minn dan, fil-kriżi attwali li bdiet fl-2008, intilfu iktar minn 4 miljun impjieg fil-manifattura. |
|
2.15 |
M’hemm ebda indikazzjoni li l-politiki u l-istrumenti jew l-aħjar prattiki qed ikunu diskussi bejn l-Istati Membri. Il-kunċetti nazzjonali tal-politiki industrjali u innovattivi huwa xprunati prinċipalment minn tradizzjonijiet u proċeduri nazzjonali, u identifikati minn oqsfa nazzjonali u relazzjonijiet bejn is-settur pubbliku u privat, fost l-oħrajn, negozji, istituti ta’ riċerka u universitajiet u trejdunjins. |
|
2.16 |
Għalhekk, ħafna politiki u l-arranġamenti finanzjarji marbuta magħhom huma prinċipalment orjentati lejn pajjiż wieħed, li ma jiffavorix is-suq intern jew il-proġetti trasversali transkonfinali. |
|
2.17 |
Minkejja riżultati ta’ suċċess kbir f’xi pajjiżi, il-Kummissjoni tinnota li l-frammentazzjoni tas-suq intern ittellef il-fatturi ta’ tkabbir potenzjali. |
|
2.18 |
Id-diversità kreattiva hija assi importanti fl-Ewropa, iżda tkun ta’ benefiċċju għall-Ewropej kollha biss jekk tiġi żgurata konverġenza lejn għanijiet komuni. Għandu jintlaħaq l-aħjar bilanċ bejn id-diversità kreattiva fost l-Istati Membri u l-konvergenza trasparenti u konvinċenti. |
|
2.19 |
Din il-konverġenza se tagħti riżultati partikolarment lin-netwerks kontinentali ta' SMEs b'potenzjal għat-tkabbir, kif jidher mill-eżempju Amerikan. |
3. L-istrateġija Ewropa 2020: viżjoni, kompetenzi u azzjonijet kondiviżi
|
3.1 |
Is-suq intern għandu bżonn impetu ġdid. Għalkemm il-protezzjoniżmu moħbi qed jiżdied, u għad hemm id-dell tar-rinazzjonalizzazzjoni u l-frammentazzjoni, l-UE qed jirnexxiela żżomm is-suq intern sħiħ u l-prinċipji ta’ swieq miftuħa bla tibdil, għalkemm l-implimentazzjoni tibqa' dgħajfa. |
|
3.2 |
L-Istrateġija Ewropa 2020, li tipprevedi kompetenzi kondiviżi bejn l-UE u l-Istati Membri, għandha twitti t-triq f’dan ir-rigward. Din l-istrateġija, li tirrispetta l-approċċi u l-metodi nazzjonali speċifiċi, tipprovdi strumenti effikaċi biex isir gwadann mill-vantaġġi ta’ azzjoni fuq skala Ewropea. Il-benefiċċji potenzjali ta' tali governanza mmirata baqgħu ma ngħatawx biżżejjed attenzjoni. |
|
3.3 |
Hemm bżonn urġenti wkoll ta’ riżultati viżibbli biex il-proċessi innovattivi ta’ suċċess u l-ħolqien tal-impjiegi jimxu b'mod parallel max-xejriet dejjem jinbidlu tal-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u s-servizzi. |
|
3.4 |
Hemm bżonn ta' azzjoni immirata biex tantiċipa r-ristrutturar. Din se twassal għal aċċettazzjoni tal-aġġustamenti, tiffavorixxi it-tagħlim ta’ ħiliet ġodda jew l-aġġornament tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, u tgħin biex tillimita l-impjiegi prekarji (8). |
|
3.5 |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-2010 diġà wasslet għal inizjattivi,bħall-programm Orrizont 2020, l-ittestjar għall-kompetittività, l-innovazzjoni industrijali, l-effiċjenza tar-riżorsi, il-ħiliet u l-edukazzjoni, l-aċċess għall-finanzjament, l-interazzjoni bejn l-industrija u s-servizzi u n-nuqqas ta' distinzjoni bejniethom, u ż-żieda fl-għarfien dwar il-kumplikazzjonijiet fl-investimenti internazzjonali u t-trasferiment tat-teknoloġija. |
|
3.6 |
Huwa sorprendenti li sa ftit żmien ilu, ftit li xejn saret evalwazzjoni bejn il-pari fl-Istati Membri. Għall-Kummissjoni,għandu jiġi estiż ir-rwol ta' monitoraġġ. |
|
3.7 |
L-evalwazzjonijiet bejn il-pari se juru fejn hemm strutturi obsoleti fl-industrija kif ukoll fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Dawn jgħinu biex titħaffef il-modernizzazzjoni bl-użu ta’ approċċi ta’ suċċess, u jistgħu jkunu indikaturi għall-konverġenza Ewropea ottimali "minn isfel għal fuq" kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku. |
|
3.8 |
Id-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni fih rakkomandazzjonijiet għal kull pajjiż li huma marbuta mal-iżvilupp industrijali (9). Jeħtieġ li dawn ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż jiġu indirizzati aħjar fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, kif diskussi mill-Istati Membri u l-Kummissjoni bħala parti mis-Semestru Ewropew. |
|
3.9 |
Madanakollu, ikun żball kbir li dan jitħalla f’idejn il-Kummissjoni biss. Huwa wkoll kompitu primarju tad-dipartimenti kompetenti fl-Istati Membri stess li huma responsabbli mill-politiki li mhux koperti mir-regolamenti jew miżuri tal-UE. Barra minn hekk, dawn id-dipartimenti għandhom jiżguraw ukoll l-implimentazzjoni preċiża tar-regolamenti tal-UE. |
|
3.10 |
Il-politiki finanzjarji fi ħdan iż-żona tal-euro jitolbu koordinazzjoni rfinata bejn l-Istituzzjonijiet Ewropej u l-awtoritajiet nazzjonali. M’hemm ebda raġuni għaliex ma tistax tintlaħaq koordinazzjoni komparabbli fit-tisħiħ tal-kundizzjonijiet qafas għall-industrija, l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi. |
|
3.11 |
Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni jista' wkoll jgħin lill-Istati Membri jwettqu reviżjonijiet bilaterali jew trilaterali bejniethom dwar oqsma marbuta mal-industrija, bħall-ħiliet u l-edukazzjoni, it-teknoloġija u l-innovazzjoni, il-piżijiet amminstrattivi, il-politika dwar it-taxxa u l-għajnuna mill-Istat. Kull pajjiż faċilment jista’ jasal għal konklużjonijiet dwar politiki tajbin għalih f’perspettiva Ewropea komuni. L-ewalwazzjoni serja tal-miżuri applikati għandha xorta waħda tkun parti mill-programmi nazzjonali. |
|
3.12 |
Billi dawn ix-xejriet għandhom ikunu appoġġjati mis-soċjetà kollha, importanti ħafna li l-assoċjazzjonijiet tan-negozji u t-trejdunjins jaġixxu bħala msieħba sħaħ fil-proċess. Dan jgħodd ukoll għal partijiet interessati oħra bħas-settur tal-edukazzjoni, l-NGOs, il-konsumaturi u oħrajn, fejn xieraq. Approċċi konsenswali jwasslu għal riżultati tajba. Id-djalogi soċjali fil-livell nazzjonali u reġjonali kif ukoll fi ħdan is-settur u l-kumpaniji huma ta’ kontribut kbir. |
4. Temi li jridu jiġu indirizzati
4.1 Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-kumplimentarjetajiet bejn l-interventi nazzjonali u tal-UE fil-politika industrijali huma kundizzjoni fundamentali għas-suċċess tal-politika industrijali Ewropea. Dawn se jżidu l-impatt tal-azzjonijiet tal-UE u nazzjonali, u joffru ħafna opportunitajiet biex ngħaddu mill-kliem għall-fatti.
4.1.1 Kunċett kumplessiv ifisser approċċ olistiku u politiki trasversali. Hawn taħt, il-KESE jenfasizza temi interkonnessi li jqis li huma kruċjali għall-futur tal-industrija Ewropea.
4.2 Innovazzjoni industrijali
|
4.2.1 |
L-innovazzjoni industrijali għandha bżonn bażi teknoloġika Ewropea b’saħħitha, sostnuta minn-koordinazzjoni u kooperazzjoni transkonfinali bejn l-istituti ta’ riċerka u l-universitajiet, it-teknoloġija applikata u n-negozji. |
|
4.2.2 |
It-Teknoloġiji Abilitanti Prinċipali u teknoloġiji oħra trasversali huma kruċjali għall-programmi tar-riċerka u l-iżvilupp nazzjonali u tal-UE. Għadd ta’ attivitajiet aktar 'l isfel fil-katina, kif ukoll politiki pubbliċi, li jikkonċernaw l-iżvilupp sostenibbli jibbenefikaw minnhom. Il-qafas tal-UE għall-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni pubblika-privata, prinċipalment permezz ta’ pjattaformi tat-teknoloġija tal-UE, huwa essenzjali. L-akkwist pubbliku għandu jiġġenera wkoll inċentivi għal innovazzjoni avvanzata. |
|
4.2.3 |
It-teknoloġija hija l-kamp tal-battalja tal-futur. Bil-promozzjoni ta’ proġetti internazzjonali (ewlenin), il-Kummissjoni u l-Kunsill għar-Riċerka għandhom ikunu fit-tmexxija fit-triq għar-raffurzar tas-suq intern għat-teknoloġija u l-proġetti transkonfinali. Ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ suċċess u l-privattivi Ewropej għandhom isostnu l-investimenti innovatti u l-impjiegi ta’ kwalità għolja. |
|
4.2.4 |
Il-KESE jenfasizza s-sinifikat tar-riżorsi finanzjari tal-UE għar-riċerka u l-iżvilupp u l-proġetti transkonfinali. Il-programm Orizzont 2020 għandu jilħaq il-livell tal-isforzi ta’ pajjiżi oħra. Għalkemm l-Ewropa għadha f’pożizzjoni tajba, it-tmexxija tradizzjonali tagħha qed tiddgħajjef. Tnaqqis fil-baġit tal-programm Orizzont 2020 huwa kontroproduċenti. |
|
4.2.5 |
Ir-rwol ewlieni tal-edukazzjoni ogħla u r-riċerka relatata mal-innovazzjoni jidher waħdu. Il-programmi u l-ġestjoni għandhom ikunu aġġustati fejn hemm bżonn. |
|
4.2.6 |
Tajjeb li jkun hemm informazzjoni annwali dwar l-investiment pubbliku u privat fit-teknoloġiji ewlenin. |
|
4.2.7 |
L-innovazzjoni taffettwa ħafna iktar oqsma. Hija dwar dinamiċi ġodda fin-negozju u fuq il-post tax-xogħol: id-disinn mill-ġdid ta’ metodi ta’ produzzjoni attwali, il-bżonn tar-ristrutturar tal-operazzjonijiet obsoleti, l-iżvilupp tal-katina tal-valur u s-setturi l-ġodda, in-nuqqas ta' distinzjoni bejn l-industrija u s-servizzi. L-innovazzjoni hija kwistjoni ta' modernizzazzjoni u kreattività fis-soċjetà. Għandha tkun komunikata bħala tali. |
|
4.2.8 |
Il-Kummissjoni tenfasizza l-bżonn għat-teknoloġija u l-innovazzjoni fis-servizzi kollha tagħha bħala prijorità orizzontali. Tajjeb li l-amministrazzjonijiet nazzjonali jsegwu dan il-metodu. |
4.3 Ħiliet u kwalifiki
|
4.3.1 |
It-teknoloġija, l-innovazzjoni, id-disinn mill-ġdid tal-proċessi ta’ produzzjoni, l-integrazzjoni tal-industrija u s-servizzi, il-ħtiġijiet ġodda tas-soċjetà u s-setturi avvanzati l-ġodda, kollha jagħmlu parti mill-qasam kruċjali tal-ħiliet u l-kwalifiki xierqa. |
|
4.3.2 |
Sistemi ta' edukazzjoni aġġornati fil-livelli kollha huma ta' importanza kbira. L-attenzjoni tal-UE għall-edukazzjoni, l-iskejjel u t-taħriġ qed tiżdied kif xieraq - kif qed tiżdied fil-livelli nazzjonali u reġjonali. L-edukazzoni hija ħtieġa bażika u għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd. |
|
4.3.3 |
Kwalukwe inizjattiva tal-UE favur it-tkabbir titlob enfasi kontinwa fuq il-firxa kollha tal-edukazzjoni. Minħabba d-differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri, l-iskambju tal-prattiki t-tajba se jkun indispensabbli biex jindirizzaw b'mod partikolari il-qgħad fost iż-żgħażagħ. |
|
4.3.4 |
Il-partjiet interessati għandhom rwol ewlieni. F’kull livell – fil-kumpanija (inklużi l-kumitati azjendali), fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE – id-djalogi soċjali għandhom jindirizzaw l-edukazzjoni, l-apprentistati/l-edukazzjoni fuq żewġ binarji, it-taħriġ industrijali u t-taħriġ avvanzat (tul il-ħajja) sabiex itejbu l-kompetenzi u l-impjegabbiltà u b'hekk jilħqu l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol. Ir-rikonoxximent tal-kompetenzi u l-kwalifiki bejn pajjiż u ieħor għandha tkun ir-regola biex tiġi promossa l-mobilità internazzjonali. |
|
4.3.5 |
Kif suġġerit mill-OECD, il-Kummissjoni għandu jkollha l-mandat biex twettaq evalwazzjonijiet bejn il-pari tas-sistemi edukattivi u r-riżultati tagħhom fl-Istati Membri. Dawn se jipproduċu indikaturi utli għat-titjib, fejn hemm bżonn, kif iseħħ f’ħafna oqsma oħra. |
|
4.3.6 |
Il-livell ta’ kompetenzi meħtieġa għan-negozji u għas-soċjetà qiegħed dejjem jiżdied. L-edukazzjoni teknika, u s-servizzi fil-manifattura huma prijoritajiet, mill-kwalifiki ta’ livell baxx sal-edukazzjoni ogħla. L-iskejjel sekondarji tekniċi u s-sitemi VET jaqdu rwol essenzjali. |
|
4.3.7 |
Fl-edukazzjoni ogħla, għandhom jiġu indirizzati nuqqasijiet strutturali ta' xjenzati, inġiniera u matematiċi - studenti u riċerkaturi -, għall-ġlieda kontra d-distakk bejn id-domanda u l-provvista fis-suq tax-xogħol. |
|
4.3.8 |
Kull ħaddiem għandu jkun intitolat għat-taħriġ vokazzjonali. Dan huwa partikolarment neċessarju għall-ħaddiema u l-persuni tas-sengħa bi speċjalizzazzjonijiet speċifiċi fl-SMEs u fl-artiġjanat. |
|
4.3.9 |
Il-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli fis-settur industrijali, ibbażat fuq kundizzjonijiet tax-xogħol aġġornati, u kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza, huwa parti mill-mentalità t-tajba għall-proċessi ta’ modernizzazzjoni fl-industrija. Il-kompetittività imtejba għandha timxi id f’id ma’ kundizzjonijiet tax-xogħol adatti u mad-drittjiet tal-ħaddiema. |
|
4.3.10 |
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-impatt tax-xejħin tal-popolazzjoni fl-UE fuq il-provvista tax-xogħol fl-industrija. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema ikbar fl-età għandhom ikunu adattati għal dan, kif ukoll l-istruttura u l-kapaċità tat-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja. |
4.4 Aċċess għall-finanzjamenti
|
4.4.1 |
L-aċċess għall-finanzjamenti jibqa’ punt dgħajjef. Is-settur industrijali bata ħafna minħabba l-kriżi bankarja. Il-banek jibqgħu jżommu jdejhom meta jaslu għall-finanzjamenti ta’ kreditu. Il-kriżi ħadmet favur ir-rinazzjonalizzazzjoni tal-operazzjonijiet. L-averżjoni għar-riskji tradizzjonali tiżdied minħabba regoli internazzjonali iktar stretti dwar il-kapital ta’ ekwità, u probabilment minħabba r-regolamenti finanzjarji tal-UE. Fortunatament, ir-Regolamenti Basel III, li jostakolaw is-self, se jiġu applikati b’inqas riġidità bil-mod il-mod. |
|
4.4.2 |
L-SMEs għandhom bżonn inġinerija finanzjarja iktar adatta, u sorsi finanzjarji ġodda bħal pereżempju kumpaniji tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni. Għan ewlieni hu li r-riskji jitqassmu jew jiddgħajfu, fost l-oħrajn permezz ta’ skemi ta' garanzija jew fondi mill-gvern. Il-finanzjament mill-poplu għandu jiftaħ prospettivi attraenti. |
|
4.4.3 |
Sadanittant, il-finanzjamenti mill-privat u mhux mill-banek għandhom jiżdiedu. L-inizjattivi privati fl-Istati Membri għandhom jiġu enfasizzati. Id-distakk mal-Istati Uniti huwa ta’ eżempju: żewġ terzi tal-investimenti Amerikani huma ffinanzjati barra mis-settur finanzjarju, mqabbla ma’ terz biss fl-Ewropa. Il-leġislazzjoni nazzjonali u tal-UE għandha tinkoraġġixxi x-xejra lejn iktar finanzjamenti privati u ekwità privata, b’mod partikolari bħala appoġġ għall-innovazzjoni. |
|
4.4.4 |
Is-sussidjarjetà tfisser diversità kbira fil-politiki dwar it-taxxi kif ukoll fis-sistemi ta’ sussidji u self madwar l-Ewropa. Il-KESE jinsisti dwar valutazzjoni u evalwazzjoni bejn il-pari tal-istrumenti nazzjonali mill-Kummissjoni, għal konverġenza effettiva tal-istrumenti. |
|
4.4.5 |
Il-BEI u l-Kummissjoni qed jaħdmu fuq strumenti għall-UE kollha tal-ġenerazzjoni li jmiss b’impatt u b'effett ta' lieva akbar mill-għotjiet. Il-kapaċità ta’ riskju tal-fondi tal-UE, flimkien mal-kapaċità ta’ finanzjament tal-BEI, huwa maħsub biex iwassal għal taħlita ta’ kapaċitajiet għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji għal għanijiet industrijali. |
|
4.4.6 |
Il-Fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw, ikkordinati bejn il-BEI u l-Kummissjoni, u li għandhom jiġu applikati għall-programm Orizzont 2020, għal Cosme, għall-qafas pluriennali u għall-politika reġjonali għandu jkollhom riżultati multiplikaturi. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-viżibbiltà ta’ min hu responsabbli min xiex. Il-KESE jenfasizza l-bżonn li jinżamm baġit tal-UE mmaniġjat sew u robust, ikkumplimentat minn strumenti ta’ kreditu nazzjonali (ri)organizzati li rnexxew. Il-bonds tal-proġetti u s-self favur l-ambjent għandhom jiġu estiżi. |
|
4.4.7 |
Ir-regoli tal-UE attwali huwa ristretti u burokratiċi wisq. Il-KESE jerġa jinsisti li l-istrumenti tal-UE għandhom ikunu mfassla għas-suq u faċli biex timplimenthom. Għandhom ikunu flessibbli għall-kundizzjonijiet ta' suq li qed jinbidel malajr, għall-kumpaniji innovattivi kif ukoll għall-proġetti mikroekonomiċi żgħar li mhumiex magħrufa. Irid jinstab bilanċ ġdid bejn il-governanza tal-istrumenti li tista’ toqgħod fuqha u l-bżonnijiet tas-suq. |
4.5 Żvilupp sostenibbli
|
4.5.1 |
L-iżvilupp sostenibbli u l-effiċjenza tar-riżorsi, minkejja differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri, huma dejjem iktar integrati fl-istrateġiji tal-kumpaniji, u l-operazzjonijiet upstream u downstream. Il-mudelli tan-negozji sostenibbli jsaħħu r-reżiljenza tal-kumpaniji Ewropej. Il-pubbliku u l-privat iridu jistrieħu fuq xulxin. |
|
4.5.2 |
Każ speċjali f'dan ir-rigward huwa t-tibdil fil-klima u l-emmissjonijiet tas-CO2. B'riskju persistenti tar-rilaxx tal-karbonju u tal-investiment, il-KESE jinsisti fuq valutazzjoni ġdida tal-politiki tal-UE bħala bażi għal tranżizzjoni sostenibbli lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. |
|
4.5.3 |
Il-kosteffiċjenza u l-fattibbiltà teknika biex tinżamm il-kompetittività tal-kumpaniji huma prerekwiżiti għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE. Is-sinerġiji bejn il-miri ambjentali u r-rendiment industrijali se jiġu ġġenerati biss wara li jsir dan kollu. |
|
4.5.4 |
Tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi/ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, immexxija mit-teknoloġija, għandha tkun ukoll ġusta soċjalment għall-ġenerazzjonijiet kollha tal-forza tax-xogħol. |
|
4.5.5 |
Ix-xejħin tal-popolazzjoni jfisser li l-anzjani se jkunu proporzjon ikbar mill-konsumaturi u l-produzzjoni industrijali jkollha tadatta għal xejriet ta' konsum differenti. Dan jipprovdi wkoll opportunitajiet ta' negozji ġodda u spazju għall-innovazzjoni bħall-ikel funzjonali u l-addattament tal-akkomodazzjoni u t-trapsort, kif ukoll teknoloġiji ġodda fil-kura tas-saħħa u kura għal tu ta' żmien. |
|
4.5.6 |
Population ageing means senior citizens will make up a larger proportion of consumers and industrial production will have to cater for their different consumption pattern. This also provides new businesses opportunities and room for innovations such as functional food and in the adaptation of housing and transport, as well as new technologies in health and long-term care. |
|
4.5.7 |
Il-programmi u d-dispożizzjonijiet regolatorji tal-UE għandhom, fost affarijiet oħra, jixprunaw l-innovazzjoni sostenibbli, b'konformità mal-orjentazzjonijiet stabbiliti fl-inizjattiva ewlenija dwar l-effiċjenza tar-riżorsi. Minħabba l-interessi industrijali enormi involuti, kundizzjonijiet ambjentali stabbli, li jistgħu jitqabblu u li jistgħu jkunu mbassra, madwar l-Unjoni kollha, huma ta’ importanza kbira. Għandu jkun hemm valutazzjoni tal-”Ekodisinn” (10) u tal-introduzzjoni ta' limiti assoluti dwar l-użu tal-materja prima għall-industrija. Ir-regolamentazzjoni żejda wkoll għandha effett fuq l-innovazzjoni u l-investiment u tista' twassal għal telf fl-ishma tas-suq. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jissalvagwardjaw l-industrija bażika (intensiva fl-enerġija) tal-Ewropa u jeliminaw id-distorsjoni fil-kompetizzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi. |
4.6 Servizzi
|
4.6.1 |
Is-servizzi jkopru 70 % tal-ekonomija Ewropea, u jħaddmu l-ikbar parti mill-forza tax-xogħol. Huma wkoll marbuta sew ma’ proċessi industrijali, u jsaħħu l-bażi tagħhom. Madanakollu, l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi għandha ma saritx sew. Barra minn hekk, is-servizzi tan-negozju għadhom mhux żviluppati sew f’ħafna bnadi tal-UE. |
|
4.6.2 |
In-nuqqas ta’ suq integrat tas-servizzi – element li ma jistax jiġi ttraskurat – għandu effett negattiv kemm fuq il-kummerċ intern Ewropew kif ukoll fuq il-produttività. F'dawn iż-żewġ oqsma l-Istati Uniti qed imexxu billi dawn għandhom suq tas-servizzi ħafna iktar integrat. Għad hemm “tendenza għas-suq domestiku” fis-servizzi, appoġġjata minn ostakli għal servizzi transkonfinali. B’inqas kummerċ ikollna inqas kompetizzjoni: is-swieq tas-servizzi tal-UE għandhom nazzjonali, b’mod ġenerali, u dan ifixkel it-tkabbir fil-produttività (11). |
|
4.6.3 |
Dan l-iżvilupp fjakk huwa ostaklu għal settur tal-ICT kompetittiv fl-Ewropa, ifixkel l-inizjattivi pijunjieri u jżid l-ostakli għat-tkabbir tal-produttività. Għalhekk, l-UE għandha tiżgura l-iżvilupp tas-servizzi f’suq ħieles u tippromwovi servizzi tan-negozju, u l-ħolqien tal-impjiegi marbuta ma’ dan madwar l-Ewropa. |
4.7 Ostakli amministrattivi
|
4.7.1 |
L-ilmenti dwar l-ostakli amminstrattivi huma komuni. Madankollu, xorta waħda għadhom iwasslu għal ftit li xejn evalwazzjoni sistematika mill-ġdid tar-regoli u r-regolamenti ta' oriġini nazzjonali li għalihom bl-istess mod għandhom isiru valutazzjonijiet tal-impatt kif il-Kummissjoni tapplika għall-politiki tagħha. Ftit li xejn hemm koordinazzjoni bejn l-Istati Membri. Ostakli amminstrattivi qed ikunu ta' dannu għal ħafna li jippruvaw joħolqu start-ups u jrawmu l-SMEs. |
|
4.7.2 |
F’dan il-qasam, il-protezzjoniżmu moħbi qed jiżdied. Il-KESE jinsisti fuq valutazzjonijiet kontinwi u trasparenti. Il-Kummissjoni għandha jkollha l-mandat biex twettaq stħarriġ. Il-reviżjoni bejn il-pari għandha tkun diskussa fil-Kunsill. Il-Kunsill għandu jiddefinixxi l-miri u l-iskadenzi. |
4.8 SMEs
|
4.8.1 |
Hemm ħafna SMEs differenti, li spiss ma tistax tqabbilhom. F’xi setturi, pereżempju fil-bejgħ bl-imnut, dawn qegħdin taħt pressjoni qawwija. Madanakollu, f’oħrajn qed jieħdu attivitajiet minn kumpaniji ikbar - esternalizzazzjoni, katini tal-valur, eċċ. Normalment dawn huma essenzjali għall-innovazzjoni tal-prodotti u s-servizzi. Minħabba s-saħħa innovattiva u s-suċċess fuq is-suq tagħhom, l-SMEs għandhom ikunu integrati u enfasizzati bħala forza mexxejja fil-politika industrijali tal-UE. |
|
4.8.2 |
Minħabba d-dinamika tagħhom, l-interazzjoni fil-katini tal-valur, u l-flessibbiltà, l-SMEs spiss huma pijunjieri ta' soluzzjonijiet mfassla apposta u għar-rinnovament. Huma wkoll sors tajjeb ta’ impjiegi ġodda. L-SMEs għandhom ikunu appoġġjati fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-użu tar-riżorsi skarsi u l-enerġija. Fl-aħħar mill-aħħar dan iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż li se jippermettilhom prestazzjoni aħjar u l-ħolqien tal-impjiegi. |
|
4.8.3 |
L-Ewropa teħtieġ intraprendituri żgħażagħ. Għandha tkun enfasizzata l-edukazzjoni għall-intraprenditorija - inkluż il-fenomenu ta' università intraprenditorjali. Il-KESE jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Intraprenditorija tal-Kummissjoni. |
|
4.8.4 |
L-għadd ta’ impriżi li għadhom jibdew qed jiżdied. Madanakollu, it-tqabbil mal-Istati Uniti juri li ftit wisq kumpaniji jilħqu l-livell ta’ tkabbir matur. Dan huwa marbut kemm ma' kundizzjonijiet finanzjarji ħżiena kif ukoll ma' ostakli nazzjonali għas-suq intern. |
4.9 Enerġija
|
4.9.1 |
Politiki tal-enerġija nazzjonali differenti jwasslu għal politiki fframmentati dwar it-taħlita tal-enerġija fl-Unjoni, li taffettwa l-prezzijiet tal-enerġija, it-teknoloġija, ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi u s-suq intern. Il-KESE jinsisti dwar Politika Komuni għall-Enerġija. Minħabba l-implikazzjonijiet kbar tal-enerġija għall-ekonomija, politika industrijali serja ma tistax tieħu forma mingħajr ċerti prinċipji komuni madwar l-Ewropa. |
|
4.9.2 |
Il-Kunsill ma jistax jibqa' jaħrab minn dibattitu strateġiku dwar il-prospetti tal-enerġiji għal tul ta' żmien u l-politiki marbuta ma' dan, jiġifieri t-taħlita tal-enerġija mixtieqa fl-UE, li tkopri l-materja prima fossili, l-enerġija nukleari, u l-enerġiji rinovabbli. Il-kundizzjonijiet ambjentali, tas-saħħa u tas-sikurezza huma wkoll parti mill-aġenda. |
|
4.9.3 |
Id-deċiżjonijiet huma iktar urġenti issa li l-iżvilupp tal-gass tax-shale fl-Istati Uniti bħalissa qed ibiddel totalment l-istampa globali tal-enerġija. |
|
4.9.4 |
Il-prezzijiet tal-enerġija tal-UE huma sostanzjalment ogħla minn dawk ta' imsieħba kummerċjali ewlenin. Il-prezz tal-gass Amerikan huwa 20 % tal-prezz Ewropew. Dan għandu implikazzjonijiet enormi għas-settur tal-kimika u tal-azzar u jista' jaffetwa l-industriji downstream tagħhom. L-effett fuq l-investimenti fl-Ewropa u l-bżonn għal rispons kkordinat tal-UE u l-Istati Membri jqajmu kwistjonijiet jaħarqu li jitolbu tweġiba effettiva. |
|
4.9.5 |
L-industrija qed tikkontribwixxi għall-enerġiji rinovabbli. Iżda minħabba l-ispiża għolja tal-enerġija, huwa kruċjali li jinstab bilanċ bejn il-kompetittività u l-proċess ta' finanzjament għas-sorsi rinovabbli li jista' jinvolvi tnaqqis mid-dażji kif ukoll skemi ta' appoġġ ta' titijb tal-kosteffiċjenza. |
4.10 Relazzjonijiet esterni
|
4.10.1 |
Ir-relazzjonijiet esterni jmorru lill hinn mill-ftehimiet formali bħad-WTO. Fl-iżvilupp tad-dimensjoni esterna tal-politika industrijali, l-UE u l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu opinjonijiet komuni dwar kif jitrattwaw kwistjonijiet kumplikati prinċipalment biex jiżguraw kundizzjonijiet ugwali fuq livell dinji. Billi s-swieq miftuħa jitlobu reċiproċità, l-UE għandha tittratta b’mod serju tgħawwiġ konkret u dannuż għall-interessi industrijali Ewropej. |
|
4.10.2 |
Il-forniment tal-enerġija mingħajr tfixkil huwa kruċjali għal raġunijiet ekonomiċi kif ukoll ta’ sigurtà. Din il-kwistjoni iktar u iktar titlob approċċ Ewropew komprensiv fid-dawl tal-prezzijiet baxxi tal-enerġija fl-Istati Uniti bħalissa. Attenzjoni speċjali għandha tiffoka wkoll fuq materjali li huma essenzjali għall-proċessi industrijali. |
|
4.10.3 |
Standards ambjentali, klimatiċi u soċjali internazzjonali jew ftehimiet tas-settur korrispondenti huma vitali għal kundizzjonijiet ugwali fuq livell dinji. Għandhom joħolqu l-kundizzjonijiet biex jinżammu l-ktajjen tal-valur fil-manifattura fl-Ewropa. |
|
4.10.4 |
Il-KESE jenfasizza l-bżonn tal-protezzjoni tad-drittjiet tal-proprjetà intellettwali. Għandu jiġi żgurat l-aċċess għall-akkwist pubbliku barra l-pajjiż. |
|
4.10.5 |
Ftehimiet ta’ kummerċ ħieles bbilanċjati u nnegozjati sew, speċjalment mal-Istati Uniti, huma milqugħin tajjeb ferm. Il-monitoraġġ mill-qrib huwa indispensabbli. |
Brussell, 11 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) Ara, fost l-oħrajn, ĠU C 218, 23.07.2011, p. 38, reazzjoni tal-KESE dwar il-Komunikazzjoni preċedenti tal-KE dwar il-Politika Industrijali fl-2010
(2) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, SWD(2012)297 final, paġna 10
(3) American Manufacturing Competitiveness Act (L-Att dwar il-Kompetittività tal-Industrija Amerikana), tal-2012.
(4) Global Trends: Alternative Worlds, National Security Council, Washington, Diċembru 2012.
(5) US EPA, Study of the Potential Impacts of Hydraulic Fracturing on Drinking Water Resources: Progress Report, (Studju dwar l-Impatti Potenzjali tal-Fratturazzjoni Idrawlika fuq ir-Riżorsi tal-Ilma tax-Xorb: Rapport ta' Progress) Diċembru 2012 (http://www2.epa.gov/hfstudy)
(6) Ara State Capitalism, The Economist, Rapport speċjali, Jannar 2011.
(7) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Industrial Performance Scoreboard and Report on Member States’ Competitiveness, Performance and Policies, SWD(2012) 298 final, Partijiet 1, 2, 3 and 4.
(8) Ara wkoll ir-Rapport tal-PE, tar-relatur Cercas.
(9) Ara n-nota 7: Id-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal, Partijiet 1-4.
(10) Id-Direttiva tal-UE 125/009 ta’ Ottubru 2009
(11) “How to build European services markets”, John Springford, Centre for European Reform, Settembru 2012, p. 4.
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/90 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli”
COM(2013) 106 final — 2013/0063 (COD)
2013/C 327/15
Relatur: is-Sur MACIULEVIČIUS
Nhar it-12 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Marzu 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikoli 43(2) u 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli
COM(2013) 106 final – 2013/0063 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-12 ta’ Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-10 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'149 vot favur, b'9 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Kumitat jilqa' din il-proposta biex isir allinjament mat-Trattat ta' Lisbona, kif għamel fl-Opinjoni tal-KESE 357/2011 (1) u kompla jagħmel b'mod konsistenti fl-opinjonijiet sussegwenti. |
|
1.2 |
Il-KESE jappella biex ir-regoli tal-kummerċ kollha jiġu mmodernizzati, isiru iktar trasparenti b'mod ġenerali, bl-involviment tal-partijiet interessati kollha, u fl-istess ħin, ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni sabiex jiġu promossi l-valuri tal-UE madwar id-dinja. |
|
1.3 |
Il-KESE japella biex jiġu pprovduti għodod ta' protezzjoni effettiva kontra l-abbuż potenzjali f'każijiet fejn Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles iservu bħala aċċess għas-suq tal-UE għal prodotti tal-ikel bi standards iktar baxxi li huma irħas u iktar faċli li jiġu prodotti. |
|
1.4 |
Il-KESE jirrakommanda b'qawwa li kwalukwe skema ta' kummerċ futura għandha tilqa' kontra d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-UE li tirriżulta minn standards ambjentali, soċjali, tas-sigurtà tal-ikel u tal-benessri tal-annimali iktar baxxi applikati minn pajjiżi terzi. Dan jista' jiġi żgurat permezz ta' komponenti kompensatorji u addizzjonali fid-dazji ta' importanzzjoni. |
|
1.5 |
Il-KESE jappella għar-reviżjoni tas-sistema li tattribwixxi l-liċenzji tal-importazzjoni, iċ-ċertifikati ta' rifużjoni u ċ-ċertifikati ta' pproċessar attiv, u speċjalment għall-allokazzjoni tal-kwoti, sabiex jibqa' spazju biżżejjed għall-produtturi żgħar u ta' daqs medju. |
|
1.6 |
Il-Kumitat jappella għall-introduzzjoni ta' għodod ta' akkwist elettroniku integrati fi ħdan is-sistema tad-dwana għall-ġestjoni tal-liċenzji, il-kwoti u ċ-ċertifikati. Tali sistema għandha tkun kapaċi tissorvelja f'ħin reali s-sitwazzjoni eżatta tas-suq u tirreaġixxi minnufih jekk il-volumi indikattivi jew il-prezzijet indikattivi jintlaħqu. |
|
1.7 |
Il-Kumitat jappella biex is-sistema ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni tinżamm dejjem pronta, billi bħalissa ma nistgħux inbassru meta se jerġa' jkun hemm bżonn dan il-mekkaniżmu ta' sikurezza. |
|
1.8 |
Il-Kumitat japella lill-Kummissjoni biex tirrafforza r-rwol tal-Grupp Konsultattiv dwar l-Aspetti Internazzjonali tal-Agrikoltura sabiex jirċievi kummenti diretti mill-bdiewa, il-proċessuri, il-konsumaturi, in-negozji eċċ (2). |
2. Il-kuntest
|
2.1 |
L-għan tar-Regolament propost huwa li jallinja l-arranġementi kummerċjali attwali għall-prodotti agrikoli proċessati/prodotti li mhumiex inklużi fl-Anness I, li bħalissa huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009, u s-sistema komuni tal-kummerċ tal-ovalbumin u l-lactalbumin li hija attwalment stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 mat-Trattat ta' Lisbona u jgħaqqadhom għal finijiet ta’ razzjonalizzazzjoni, ta’ armonizzazzjoni u ta’ simplifikazzjoni, sabiex:
|
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni, ir-razzjonalizzazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli proċessati, u partikolarment il-fatt li ż-żewġ regolamenti (dwar l-arranġamenti ta' kummerċ dwar il-prodotti agrikoli proċessati u l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli) se jiġu allinjati mat-Trattat ta' Lisbona b'mod parallel, peress li t-tnejn li huma fihom dispożizzjonijiet simili dwar l-arranġamenti ta' importazzjoni u esportazzjoni għall-prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati (bħal, ngħidu aħna: dazji fuq l-importazzjoni mnaqqsa, dazji fuq l-importazzjoni addizzjonali, kwoti tal-importazzjoni, rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, liċenzji tal-esportazzjoni u ċertifikati ta’ rifużjoni). |
|
3.2 |
Fl-istess ħin, il-Kumitat jaħseb li din is-simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni se tkun opportunità biex ir-regoli tal-kummerċ jiġu mmodernizzzati u jsiru, b'mod ġenerali, trasparenti bl-involviment tal-partijiet interessati kollha rilevanti biex jiġu promossi l-valuri tal-UE madwar id-dinja kollha. |
|
3.3 |
Il-KESE japprezza li r-Regolament propost jirrapreżenta "l-Lisbonizzazzjoni" tad-dispożizzjonijiet attwali b'ebda bidla sostanzjali, imma fl-istess ħin jappella għal reviżjoni profonda tal-politiki tal-kummerċ, sabiex isiru konsistenti mal-objettivi tal-Politika Agrikola Komuni kif stabbilit fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
3.4 |
F'numru ta' okkażjonijiet, il-KESE wera l-appoġġ tiegħu għal ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles u arranġamenti kummerċjali preferenzjali u enfasizza l-importanza tan-negozjati tad-WTO. Madankollu, il-KESE jisħaq li l-UE, minħabba li hi l-importatur ewlieni tal-prodotti tal-ikel mad-dinja kollha, taqdi rwol fundamentali rigward il-promozzjoni tal-ogħla standards tagħha stess tas-sikurezza u l-kwalità tal-ikel, tal-benesseri tal-annimali, tal-protezzjoni ambjentali u tal-valuri soċjali. |
|
3.5 |
Il-KESE jinnota li d-dazji fuq l-importazzjoni, u speċjalment is-sehem agrikolu tagħhom, għandhom jiġu miżjuda b'komponenti addizzjonali rigward l-ambjent, is-sikurezza tal-ikel, il-benesseri tal-annimali u komponenti soċjali, li jistgħu jintużaw bħala għodda biex il-valuri tal-UE dwar il-produzzjoni tal-ikel jitferrxu f'pajjiżi terzi. Dawn il-komponenti għandhom jitnaqqsu biss jekk il-produttur tal-esportazzjonijiet lejn l-UE ikun jirrispetta dawn il-valuri. Fuq perjodu ta' żmien twil, dan il-mod ta' kif jiġu kondiviżi l-valuri soċjetali tagħna se jtejjeb ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-sistema globali tal-produzzjoni tal-ikel. |
|
3.6 |
Għandhom jingħataw għodod ta' protezzjoni li jilqgħu kontra l-abbuż f'każi fejn l-FTAs iservu ta' punt minn fejn jitqiegħdu fuq is-suq tal-UE prodotti tal-ikel irħas li ġejjin minn produzzjoni faċli bi standards aktar baxxi. |
|
3.7 |
Aħna nappellaw lill-Kummissjoni biex tirrevedi s-sistema tagħha għat-tqassim tal-liċenzji tal-importazzjoni, ċ-ċertifikati ta' rifużjoni u ċ-ċertifikati ta' pproċessar attiv u speċjalment għall-allokazzjoni tal-kwoti, sabiex ikun hemm biżżejjed opportunitajiet għal produtturi żgħar u ta' daqs medju u jiġi evitat li numru żgħir ta' operaturi jiddominaw is-suq. |
|
3.8 |
Il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni biex tintroduċi għodod għall-akkwist elettroniku integrati fis-sistema doganali għall-ġestjoni tal-liċenzji, il-kwoti u ċ-ċertifikati li jnaqqsu b'mod sinifikanti l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u r-riskji marbuta mal-immaniġġjar fiżiku tad-dokumenti mill-operaturi. |
|
3.9 |
Tali sistema għandha tkun kapaċi tissorvelja f'ħin reali s-sitwazzjoni eżatta tas-suq u tirreaġixxi minnufih jekk il-volumi indikattivi jew il-prezzijet indikattivi jintlaħqu. |
|
3.10 |
Il-Kumitat iqis li r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, minkejja li attwalment ma jintużawx, għandhom funzjoni importanti ħafna bħala mekkaniżmu ta' sikurezza, f'każ ta' żbilanċi fis-suq. Fl-istess ħin, meta niftakru li attwalment ma nistgħux inbassru meta se jkun meħtieġ mill-ġdid mekkaniżmu ta' sikurezza, ikun importanti ferm li s-sistema tinżamm dejjem pronta għal xi eventwalità. |
|
3.11 |
Huwa essenzjali li l-Kummissjoni tirrafforza r-rwol tal-Grupp Konsultattiv dwar l-Aspetti Internazzjonali tal-Agrikoltura sabiex jirċievi kummenti diretti mill-bdiewa, il-proċessuri, il-konsumaturi, in-negozji eċċ, u għalhekk jipprovdi forum prezzjuż għall-konsultazzjoni u l-informazzjoni (3). |
Brussell, 10 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 33-36.
(2) ĠU C 304, 10.11.1993, p. 8-10.
(3) ĠU C 304,10.11.1993, p. 8-10.
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/93 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa”
COM(2012) 673 final,
dwar ir-“Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE) — Pjanijiet ta' Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara”
COM(2012) 670 final,
dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Rapport dwar ir-Reviżjoni tal-Politika Ewropea dwar l-Iskarsezza tal-Ilma u n-Nixfiet”
COM(2012) 672 final
2013/C 327/16
Relatur: is-Sur CINGAL
Korelatur: is-Sinjura LE NOUAIL MARLIÈRE
Nhar il-11 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni – Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa
COM(2012) 673 final.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-12 ta' Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-10 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’128 vot favur, 101 vot kontra u 17-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għal dik li hi, però jqis li d-dokument ma jipproponix biżżejjed azzjonijiet proattivi biex jiġu solvuti d-diversi problemi identifikati. |
|
1.2 |
Għaldaqstant, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ħtieġa li:
|
|
1.3 |
Il-KESE jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni biex tinkorpora l-objettivi relatati mal-ilma f’politiki ewlenin oħra bħall-PAK, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fondi Strutturali u l-politiki dwar l-enerġija rinnovabbli. Fl-istess ħin, jinnota li għad hemm ħafna aktar xi jsir biex tinkiseb koerenza ġenwina bejn il-politiki u biex jitneħħew l-inċentivi għall-estrazzjoni eċċessiva tal-ilma, għall-ħsara morfoloġika u għat-tniġġis tal-ilma. |
|
1.4 |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-kwistjoni tas-sostenibbiltà tar-riżorsi. Filwaqt li d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (1) tistabbilixxi l-obbligu li ma ssirx ħsara lir-riżorsi tal-ilma, ġie nnutat li l-UE qed tippermetti l-iżvilupp ta’ proġetti biex tiggarantixxi l-provvista tal-enerġija. Issa hemm ir-riskju li l-problema li qabel kienet marġinali ssir rikorrenti minħabba l-proġetti għall-estrazzjoni tal-gass tax-shale. Il-KESE jqis li r-riżorsi tal-ilma huma ta’ importanza fundamentali. |
|
1.5 |
Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod rigoruż l-Artikolu 9 (il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas) tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma sabiex l-ilma jkun fi stat tajjeb. |
|
1.6 |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tiċċara xi trid tfisser bi “stress tal-ilma”. Jekk inżommu mad-definizzjoni klassika – li d-domanda għall-ilma tiżboq ir-riżorsi disponibbli – sikwit inkunu qed nirriskjaw li naġixxu tard wisq (mortalità tal-foresti, eċċ.). Għaldaqstant, jeħtieġ li, apparti li jiġu definiti l-flussi ekoloġiċi minimi, jiġu definiti wkoll il-livelli ta’ twissija li jwasslu biex tittieħed azzjoni preventiva qabel ma’ dawn il-limiti minimi jintlaħqu biex tiġi evitata sitwazzjoni kritika. |
|
1.7 |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex permezz tal-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni (FEŻR, FSE, il-Kooperazzjoni territorjali Ewropea, eċċ.) tħeġġeġ:
|
|
1.8 |
Il-KESE jisiteden lill-Kummissjoni biex tippubblika l-aqwa mezzi tekniċi disponibbli. Fid-dawl tal-progress li sar, pereżempju fl-industrija tal-karti, l-għan li jingħalaq iċ-ċiklu tal-ilma m’għadux jidher bħala wieħed mhux realistiku. Min-naħa l-oħra, il-KESE jqis li jeħtieġ li jiġu stabbiliti standards u regolamentazzjoni għat-tnaqqis tan-nixxijia min-netwerks. |
|
1.9 |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi strument leġislattiv li jżid l-enfasi b’mod gradwali fuq l-effikaċja tal-ġestjoni tal-ilma: il-kejl tal-fluss tal-ilma, it-trasport, it-trattament, eċċ. Ma nistgħux nikkonċentraw biss fuq l-użu domestiku u lanqas nistgħu nikkuntentaw b’approċċi volontarji. Il-ġestjoni integrata tikkonċerna l-baċini tax-xmajjar kollha. |
|
1.10 |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex twessa’ l-lista ta’ sustanzi li jniġġsu (nanoelementi, molekuli kimiċi karċinoġeniċi, mutaġeni u reprotossiċi) li m’għandhomx jinstabu fl-ilma tal-wiċċ jew fil-water table sabiex tiġi protetta s-saħħa taċ-ċittadini (2) u, pereżempju, isiru rakkomandazzjonijiet għall-użu mill-ġdid tal-ilma trattat. Il-KESE jenfasizza l-importanza tar-Rapport Nru 1/2013 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar “Late lessons from early warnings II” (Tagħlimiet li jinsiltu tard mit-twissijiet bikrija II) (3). |
|
1.11 |
Il-KESE jtenni t-tħassib tiegħu fir-rigward tat-trasferimenti li jiġu kkumpensati b'mod finanzjarju u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkun kemm jista’ jkun kawta. Kull proġett għandu jiġi ppubblikat b’mod obbligatorju (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus) u jkun soġġett għal dibattiti miftuħa. Il-KESE jinnota li sistema ta’ trasferimenti ma tkunx ġusta u tista’ tkun detrimentali għall-aktar popolazzjonijiet żvantaġġati, irrispettivament minn jekk jiġux ikkumpensati b'mod finanzjarju jew le. |
2. Kuntest
|
2.1 |
Fl-2000, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma stabbilixxiet bażi legali biex jiġi protett u jitnaddaf l-ilma madwar l-Ewropa, kif ukoll biex tiżgura l-użu sostenibbli u fit-tul tiegħu. L-għan ġenerali tad-Direttiva huwa li l-ilmijiet kollha tal-UE – l-għadajjar, ix-xmajjar, in-nixxigħat u l-water table – ikunu fi stat tajjeb sal-2015. |
|
2.2 |
Il-Kummissjoni nnotat li ħafna drabi l-awtoritajiet ma rnexxilhomx jagħqdu l-għan tal-effikaċja ma’ dak tal-ekwità (għalhekk ikun loġiku li jiġi applikat il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, bit-tneħħija tas-sussidji kontroproduttivi jew ta' ħsara) sabiex jinstab bilanċ bejn id-dħul u n-nefqa tal-investiment. |
|
2.3 |
Fl-14 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni ppubblikat il-“Pakkett Blueprint” magħmul minn tliet partijiet:
|
|
2.3.1 |
Minħabba n-natura vitali tar-riżorsa, il-ġestjoni tagħha hija kwistjoni li tolqot liċ-ċittadini tal-UE u għalhekk, anke għall-isfidi fir-rigward tal-għarfien neċessarju. Is-sommarji eżekuttivi tal-valutazzjonijiet tekniċi u l-valutazzjonijiet tal-impatt huma importanti biżżejjed biex jitqassmu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u b'hekk ikunu aċċessibbli fil-ligwi differenti tal-UE. |
|
2.3.2 |
Il-proposti tal-Kummissjoni huma bbażati fuq diversi studji, b’mod partikolari dawk tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent:
|
|
2.3.3 |
L-eżami tal-politika Ewropewa dwar l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfiet għandha tkun milqugħa, fid-dawl tad-domanda li qed tiżdied filwaqt li r-riżorsa mhix qed tiżdied, u kif ġie nnotat f'diversi rapporti tan-Nazzjonijiet Uniti, it-tendenza tan-nixfiet qed timxi lejn it-tramuntana. |
|
2.4 |
Il-Blueprint dwar l-ilma jipproponi approċċ maqsum fi tliet partijiet, appoġġjati minn 25 stadju:
|
|
2.5 |
L-iskeda tal-Blueprint dwar l-ilma hija marbuta mill-qrib ma’ dik tal-Istrateġija Ewropa 2020 tal-UE u b’mod partikolari ma’ dik tal-Pjan Direzzjonali dwar l-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, li t-taqsima ddedikata għall-ilma hija magħmula mill-Blueprint. |
|
2.6 |
Fit-22 ta’ Settembru 2010, il-KESE ppubblika rapport ta’ informazzjoni adottat mis-Sezzjoni REX tiegħu dwar "Xogħol deċenti u żvilupp sostenibbli madwar il-Mediterran, b’mod partikolari fis-setturi tal-ilma ħelu, tal-ilma baħar u tas-sanitazzjoni". Dan ir-rapport ġie ppreżentat fis-Summit tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali tar-Reġjun Ewro-Mediterranju f’Novembru 2010 u elenka l-problemi marbutin mal-iskarsezza tal-ilma madwar il-Mediterran, il-konsegwenzi soċjali tagħhom u l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament tal-proġetti relatati. Fil-15 ta’ Ġunju 2011, il-KESE adotta l-Opinjoni esploratorja dwar: "L-integrazzjoni tal-politika tal-ilma fil-politiki Ewropej l-oħra" (4). b’rispons għat-talba tal-Presidenza Ungeriża. Fit-23 ta’ Mejju 2012, adotta Opinjoni dwar "sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma" (5). Fit-13 ta’ Diċembru 2012, adotta Opinjoni dwar "Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar l-Ilma" (6). Ara wkoll l-Opinjonijiet "L-integrazzjoni tal-politika tal-ilma fil-politika Ewropej l-oħra" (7) et "Is-Seba' Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-UE" (8). |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma hija l-istrument it-tajjeb għat-titjib tal-istatus ekoloġiku tal-ilmijiet fl-Ewropa. Madankollu, dan il-għan jista’ biss jinkiseb jekk il-bażijiet tad-data jiġu ġestiti minn organizzazzjonijiet indipendenti u l-implimentazzjoni tad-Direttiva tiġi msaħħa b'mod riġoruż. 47 % tal-ilmijiet kollha tal-UE biss ser ikunu kisbu status tajjeb sal-2015 għad li l-Blueprint jevalwa l-progress li sar fil-ġestjoni tal-ilma u jressaq xi proposti li għandhom jiġu implimentati sal-2020. |
|
3.2 |
Xi Stati Membri damu biex jimplimentaw l-Artikolu 9 tad-Direttiva Qafas mindu ġiet adottata fl-2000, ħaġa li qed ixxekkel l-isforzi biex jintlaħaq stat tajjeb tal-ilma. Il-KESE jqis li dawk involuti fil-ġestjoni tal-ilma għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas f’kull ħin u f’kull post huma u jistabbilixxu l-prezz tal-ilma u t-tariffi tas-servizzi sanitarji u jirrakkomanda li l-Blueprint japplika kemm għar-reġjuni b’nuqqas ta’ ilma kif ukoll għar-reġjuni b’ilma żejjed. |
|
3.2.1 |
Il-KESE jiddispjaċih li l-Istati Membri qed idumu biex jimplimentaw id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u qed iċaħħdu liċ-ċittadini mill-aċċess għal ilma ta’ kwalità aħjar. Barra minn hekk, nappoġġjaw bis-sħiħ lill-Kummissjoni biex timponi li l-Istati Membri kollha jirrispettaw id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. |
|
3.3 |
Madankollu, il-KESE jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni ma tipproponi l-ebda miżura innovattiva għat-titjib tal-effikaċja tal-ġestjoni tal-ilma. Sal-2030, id-domanda hija mistennija tisboq il-provvista b’40 %, li jfisser li n-nuqqasijiet f’termini ta’ riżorsi ser jolqtu lill-maġġoranza tal-Istati Membri. L-approċċ tal-Kummissjoni huwa riskjuż ħafna peress li huwa bbażat biss fuq strumenti eżistenti u ma jipproponi l-ebda politika ta’ ġestjoni lilhinn mid-direttiva dwar l-ekodisinn, skont il-prodott biex jiġu sodisfati d-domandi tad-djar, tal-industriji (inklużi l-karrieri) u tal-bdiewa. F’dawn il-kundizzjonijiet hemm riskju ta’ nixfa jew ta’ tniġġis ta’ numru dejjem akbar ta’ nixxigħat tal-ilma. Il-KESE jinsab imħasseb li ċ-ċittadini qed ikomplu jħallsu biex jiġu sussidjati sistemi ta’ produzzjoni li ma jidħlux fil-perspettiva ta’ żvilupp sostenibbli. Il-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma hija biss referenza ġenerali; jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li fihom għandha tapplika għall-baċini tax-xmajjar kollha. |
|
3.4 |
Il-KESE jilqa’ b’mod favorevoli l-miżuri intiżi għall-preservazzjoni tal-ekosistemi u jappoġġja l-isforzi għall-preservazzjoni tal-akwiferi naturali. Dawn l-isforzi huma ta’ benefiċċju mil-lat tar-reżiljenza tal-ispeċi u tal-ekosistemi għat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari jekk jiġu akkumpanjati minn miżuri adegwati fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni u l-politika ta’ żvilupp rurali. Sfortunatament, il-Kummissjoni ma enfasizzatx biżżejjed ir-rabta bejn l-ilma u l-klima. Għandhom jiġu definiti miżuri biex jiġi żgurat li l-ilmiet meteoriċi jinżammu fil-ħamrija u jipperkolaw fl-ilma ta' taħt l-art. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Il-kwistjoni tal-ilma hija fundamentali għax l-ilma huwa essenzjali għall-bniedem u għall-ekosistemi naturali, u jagħmel parti wkoll mill-wirt komuni tal-bnedmin kollha. |
|
4.2 |
Il-politika tal-ilma u tal-faċilitajiet sanitarji għandha tidħol f’approċċ ta’ żvilupp sostenibbli li jippermetti li din ir-riżorsa tindirizza l-bżonnijiet attwali tal-popolazzjoni u tiġi ppreservata biex jiġu żgurati l-bżonnijiet tal-ġenerazzjonijiet futuri. Ħafna individwi m’għandhomx aċċess għal din ir-riżorsa vitali, kemm fl-Ewropa kif ukoll fil-bqija tad-dinja. L-idea tan-Nazzjonijiet Uniti li tirrikonoxxi li l-aċċess għall-ilma tajjeb għax-xorb fi kwantità suffiċjenti u għal faċilitajiet sanitarji huwa dritt universali ser tippermetti lil iktar minn miljun persuna fl-Ewropa li m'għandhomx aċċess għal ilma tajjeb għas-saħħa, nadif u bi prezz affordabbli u għal ħafna miljuni ta' ċittadini li m'għandhom l-ebda faċilità sanitarja biex ikollhom dritt fundamentali (9). |
|
4.3 |
Għaldaqstant, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi leġislazzjoni li tistabbilixxi l-aċċess għall-ilma u għal faċilitajiet sanitarji bħala dritt tal-bniedem kif stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti u biex tippromovi l-provvista tal-ilma u l-faċilitajiet sanitarji bħala servizzi pubbliċi essenzjali għal kulħadd. Il-liġi Ewropea għandha titlob lill-gvernijiet jiggarantixxu u jipprovdu lill-popolazzjoni b’biżżejjed ilma tajjeb għax-xorb u faċilitajiet sanitarji. Il-KESE jirrakkomanda li:
|
|
4.4 |
L-aċċess għall-ilma huwa dritt fundamentali li huwa marbut mill-qrib mal-provvediment ta’ servizzi relatati mal-ilma kif ukoll mal-mod kif jiġi pprezzat l-ilma. F’dan ir-rigward, il-KESE jieħu nota tal-investigazzjoni dwar is-suq tal-ilma fi Franza li tnediet mill-Kummissjoni f’Jannar 2012. Tliet gruppi multinazzjonali fis-suq dinji tal-ilma huma gruppi Franċiżi. Il-Kumitat jappoġġja l-importanza ta’ din il-proċedura formali ta’ antitrust u abbuż minn pożizzjoni dominati, li hija segwitu għall-investigazzjonijiet li saru fir-Rebbiegħa 2010 fir-rigward ta’ dawn it-tliet intrapriżi. Din il-proċedura għandha tippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi jekk dawn it-tliet intrapriżi “bi ftehim mal-Fédération professionnelle des entreprises de l'eau ((FP2E) – il-federazzjoni professjonali tal-intrapriżi fil-qasam tal-ilma)” ikkoordinawx l-aġir tagħhom fis-swieq Franċiżi tal-ilma u tal-ilma trattat, bi ksur tar-regoli tal-UE dwar l-antitrust u jekk dawn l-intrapriżi qablux dwar xi elementi tal-prezz iffatturat lill-konsumatur finali. Il-KESE jixtieq ikun jaf kif sejra din l-investigazzjoni u jistenna bil-ħerqa l-pubblikazzjoni tar-riżultati tagħha. |
|
4.5 |
It-trasferimenti minn korp ta' ilma għal ieħor jinvolvu investiment konsiderevoli u jistgħu joħolqu riskji ambjentali konsiderevoli; huma ma jħeġġux użu għaqli tar-riżorsi; u jżidu l-inugwaljanzi peress li huma l-atturi ekonomiċi l-aktar għonja li jistgħu jħallsu għall-aktar riżorsa skarsa. |
|
4.6 |
Il-Komunikazzjoni sempliċement tissuġġerixxi li jintużaw l-aqwa mezzi tekniċi disponibbli biex jitnaqqsu n-nixxija min-netwerks. Din il-problema għandha tiġi trattata billi jiġu stabbiliti standards u tittejjeb ir-regolamentazzjoni fil-livell tal-baċin idrografiku. L-istabbiliment ta’ standards huwa utli għat-titjib tas-servizzi u l-produttività. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra pjan ta' tnaqqis tan-nixxija. |
|
4.7 |
Meta promotur ta’ proġett ikun qed jippjana proġett ta’ infrastruttura li jibdel il-kundizzjonijiet f'korp ta' ilma għandu jirrispetta b’mod obbligatorju l-objettivi ta’ preservazzjoni tal-bijodiversità. Il-KESE jfakkar li bosta siti Ramsar ġew issagrifikati għall-irrigazzjoni. Il-KESE jefasizza li l-Blueprint ma jikkunsidrax it-tiswija tal-ħsara li diġà saret u li l-proposti mhumiex adegwati peress jirreferu biss għall-kwistjoni tal-passaġġi għall-ħut u liftijiet għall-ħut. Jiddispjaċina li l-Blueprint ma jispeċifikax li hemm bżonn assolut li jiġu protetti l-punti minn fejn jibdew il-baċini tax-xmajjar u l-korpi żgħar tal-ilma (għadajjar, vaski, turbieri, eċċ.). |
Brussell, 10 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1–73.
(2) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 116-118.
(3) http://www.eea.europa.eu/pressroom/newsreleases/the-cost-of-ignoring-the
(4) ĠU C 248, 25.8.2011, p. 43-48.
(5) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 116-118.
(6) ĠU C 44, 15.2.2013, p. 147-152.
(7) ĠU C 168, 20.7.2007, p. 29-33.
(8) ĠU C 161, 6.6.2013, p. 77-81.
(9) ĠU C 44, 15.2.2013, p. 147-152.
(10) ĠU C 191, 29.6.2012, pp. 84-96.
APPENDIĊ I
għall-Opinjoni tal-Kumitat
Il-kontropinjoni li ġejja nċaħdet waqt id-diskussjoni iżda rċeviet aktar minn kwart tal-voti:
Ibdel it-test kollu tal-Opinjoni bit-test ġdid li ġej:
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
L-ilma huwa fundamentali għal ħajjet il-bniedem, in-natura u l-ekonomija. Huwa jiġġedded b'mod permanenti iżda mhuwiex mingħajr limiti u ma jistax isir minn jew jissostitwixxi riżorsi oħra. |
|
1.2 |
F'dawn l-aħħar deċennji, inkiseb suċċess konsiderevoli f'dak li jirrigwarda t-tnaqqis fl-iskariku ta' sustanzi li jniġġsu fl-ilmijiet tal-Ewropa, li wassal biex il-kwalità tal-ilma tjiebet. Madankollu, l-informazzjoni tindika li iżjed minn nofs l-ilmijiet tas-superfiċje fl-Ewropa ma għandhomx status jew potenzjal ekoloġiku tajjeb, u ser jeħtieġu riżorsi addizzjonali biex jilħqu l-għan tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. |
|
1.3 |
Il-Blueprint jirrikonoxxi li l-ambjenti akkwatiċi tal-UE jvarjaw ħafna bejniethom u, għalhekk, ma jipproponix soluzzjoni waħda għalihom ilkoll, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. |
|
1.4 |
Il-Kumitat japprezza ferm l-ammont u l-kwalità tal-ħidma li twettqet fil-fażi preparatorja tal-Blueprint għall-Ilma. Dan id-dokument huwa bbażat fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-esperjenzi rigward kwistjonijiet tal-ilma mill-Pjanijiet ta’ Mmaniġġjar tal-Baċini tax-Xmajjar, kif ukoll fuq l-informazzjoni minn studji ta' esperti. |
|
1.5 |
Ġew indirizzati b'mod adegwat l-erba' prinċipji funamentali tal-leġislazzjoni ambjentali sabiex jiġu ttrattati l-bosta problemi u jiġi appoġġjat il-prinċipju umanitarju tal-aċċess għal ilma tax-xorb sigur u għal servizzi bażiċi tas-sanitazzjoni fil-livell dinji. |
|
1.6 |
Il-KESE japprezza ferm il-kunċett tal-baċini tax-xmajjar bħala s-sisien tal-politika tal-ilma tal-UE, li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri biex jiġu solvuti l-problemi prinċipali bl-iżjed mod effettiv. |
|
1.7 |
Għalkemm il-KESE huwa tal-fehma li l-Blueprint u d-dokumenti kollha ta' sfond tfasslu b'mod eċċezzjonalment tajjeb, hemm bżonn li tingħata attenzjoni ikbar lill-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ippjanati. |
|
1.8 |
Fl-implimentazzjoni tal-miżuri regolatorji eżistenti (Parti 1), għandha tingħata attenzjoni lit-tnaqqis tas-sorsi mxerrda tat-tniġġis. L-implimentazzjoni għandha tiġi inċentivizzata b'mod adatt skont il-kundizzjonijiet speċifiċi ta' kull baċin tax-xmara. |
|
1.9 |
L-użu tal-prinċipju "min iniġġes iħallas" jitlob miżuri u monitoraġġ adatti biex tiġi stabbilita bażi soda għal kwalunkwe azzjoni oħra. Madankollu, rekwiżiti bħal dawn għandhom ikun adattati għall-ħtiġijiet tal-lokalità u għas-severità tal-problemi li għandhom jiġu solvuti. |
|
1.10 |
Il-Blueprint bir-raġun jitlob li jiġu żviluppati iżjed il-kontijiet tal-ilma mal-Istati Membri u maż-ŻEE. Dawn il-kontijiet jagħmluha possibbli li l-maniġers tal-baċini tax-xmajjar jikkalkulaw kemm jista' jintuża ilma, u kemm għandu jitwarrab biex jinżammu l-funzjonijiet tal-ekosistema (flussi ekoloġiċi). |
|
1.11 |
L-astrazzjoni illegali hija problema serja f'ċerti reġjuni li għandhom stress tal-ilma. Permezz ta' studji li janalizzaw data marbuta ma' COPERNICUS/GMES, l-Istati Membri jkunu jistgħu jidentifikaw l-astrazzjoni illegali. |
|
1.12 |
Il-Kumitat jenfasizza l-bżonn li tinħataf din l-opportunità eċċezzjonali u jsir mod li l-aġenda tal-ilma tiġi koordinata mal-PAK, hekk kif il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qed jistabbilixxu l-aġenda għas-seba' snin li ġejjin. Ma għandniex nitilfu dan iċ-ċans. |
|
1.13 |
Il-miżuri għall-protezzjoni kontra l-għargħar (suġġett topikali ħafna bħalissa fl-Ewropa Ċentrali) jitolbu l-koordinazzjoni tal-finanzjament, anke tal-fondi strutturali/ta' koeżjoni. Barra minn hekk, xi wħud mill-miżuri ppjanati (bi tweġiba għall-għargħar preċedenti) ma tlestewx minħabba għadd ta' ostakli amministrattivi. |
|
1.14 |
Il-Kumitat diġà wera l-apprezzament tiegħu dwar is-Sħubijiet għall-Innovazzjoni dwar l-Ilma u dwar il-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikoli. Irid jiġi enfasizzat li dawn l-inizjattivi jiġu żviluppati minn isfel għal fuq. |
|
1.15 |
Interventi ta' politika lil hinn mill-qasam tal-ilma ħelu jistgħu jaqdu rwol ukoll fit-tisħiħ tal-prevenzjoni tat-tniġġis tal-ilma. Pereżempju, il-leġislazzjoni dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, l-emissjonijiet industrijali, il-farmaċewtiċi u r-Regolament REACH għandhom jiġu koordinati mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. |
|
1.16 |
Bil-għan li jimtlew il-lakuni fil-qafas eżistenti, l-enfasi – kif għandu jkun – qed tingħata lit-tisħiħ tal-effiċjenza fl-użu tal-ilma, inkluż l-aspett kruċjali li jiżdied il-potenzjal għall-użu mill-ġdid tal-ilma. L-ewwel nett, għandhom jiġu stabbiliti kriterji għall-użu mill-ġdid tal-ilma tax-xorb sigur bil-għan li jinkisbu r-riżultati mixtieqa u mistennija. |
|
1.17 |
Fl-aħħar nett, il-Kumitat jinnota l-aspetti importanti tal-ġestjoni tal-ħamrija u tal-foresti li huma marbutin mill-qrib ma' kwistjonijiet relatati mal-ilma. |
|
1.18 |
Il-KESE jwissi li ser ikun hemm ostakli biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Blueprint, ostakli. Il-partijiet kollha involuti fil-proċess tal-Blueprint għandhom ikunu konxji ta' dawn ir-riskji u, ilkoll skont il-livell ta' responsabbiltà tagħhom, għandhom jagħmlu mill-aħjar biex ineħħu kemm jista' jkun minnhom. Is-soċjetà ċivili għandha tkun involuta mill-qrib f'dan il-proċess li tant jitlob attenzjoni permezz tal-ksib ta' informazzjoni adegwata, billi teżerċita s-setgħat tagħha fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-politika u billi tadatta l-imġiba tagħha skont l-isfidi fil-qasam tal-ilma. |
2. Informazzjoni ta' sfond – id-dokumenti tal-Kummissjoni
|
2.1 |
L-ilma huwa fundamentali għal ħajjet il-bniedem, in-natura u l-ekonomija. Huwa jiġġedded b'mod permanenti iżda mhuwiex mingħajr limiti u ma jistax isir minn jew jissostitwixxi riżorsi oħra. L-ilma ħelu jikkostitwixxi madwar 2 % biss tal-ilma fuq il-pjaneta u l-kompetizzjoni fid-domanda għalih tista’ twassal għal nuqqas globali stmat għal 40 % fil-provvista tal-ilma sal-2030. |
|
2.2 |
Id-dokumenti mressqa f'dan il-pakkett jikkonsistu f'żewġ rapporti importanti u pjan tal-azzjonijiet prinċipali meħtieġa:
|
|
2.3 |
Barra minn hekk, jeżistu bosta studji li jagħtu xhieda tan-natura diversifikata tal-problemi relatati mal-ilma. Id-dokumenti mressqa jagħmluha ċara li l-kwistjonijiet prinċipali ġew indirizzati fil-Blueprint dwar l-Ilma. |
|
2.4 |
Għall-finijiet ta' ċarezza u sabiex jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni, ġew żviluppati 26 dokument ta' gwida dwar aspetti differenti tal-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, fi ħdan l-Istrateġija Komuni ta' Implimentazzjoni (CIS) ta' din id-direttiva qafas, fi proċess miftuħ u parteċipattiv li jinvolvi grupp wiesa' ta' partijiet interessati. |
|
2.5 |
Il-konsultazzjoni pubblika kkunsidrat li s-CIS indirizzat kompletament jew parzjalment il-kwistjonijiet it-tajbin u li l-linji gwida prodotti kienu utli fl-implimentazzjoni prattika tal-politika tal-ilma tal-UE. Madankollu, dwar ċerti kwistjonijiet (eż. l-analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji, l-iffissar tal-għanijiet) hemm bżonn ta' iżjed ċarezza, u l-linji gwida kienu jkunu iżjed utli kieku ġew prodotti iżjed kmieni fl-iskeda tal-implimentazzjoni. |
|
2.6 |
Jista jagħti l-każ li l-progress li sar bis-saħħa ta' approċċ ekosistemiku olistiku biex jintlaħqu l-għanijiet fil-qasam tal-ilma għad mhuwiex biżżejjed. Fil-ġejjieni, jista' jkun hemm il-bżonn li jiġu analizzati mill-ġdid id-definizzjonijiet ta' "status tajjeb" sabiex jiġi żgurat li huwa ambizzjuż biżżejjed biex ma jkunx hemm iżjed deterjorazzjoni. Barra minn hekk, issa l-importanza li jiġu protetti s-servizzi ekosistemiċi qed titqies f'livell ħafna iżjed wiesa'. |
|
2.7 |
Sar kontroll tal-idoneità (fitness check) biex jiġu identifikati l-iżjed problemi importanti li għandhom jiġu indirizzati:
|
|
2.8 |
F'dawn l-aħħar deċennji, inkiseb suċċess konsiderevoli f'dak li jirrigwarda t-tnaqqis fl-iskariku ta' sustanzi li jniġġsu fl-ilmijiet tal-Ewropa, li wassal biex il-kwalità tal-ilma tjiebet. Madankollu, l-informazzjoni indikata fl-ewwel RBMP tindika li iżjed minn nofs l-ilmijiet tas-superfiċje fl-Ewropa ma għandhomx status jew potenzjal ekoloġiku tajjeb, u ser jeħtieġu riżorsi addizzjonali biex jilħqu l-għan tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Il-pressjonijiet li ġew rappurtati li jolqtu lill-biċċa l-kbira tal-ilmijiet tas-superfiċje huma t-tniġġis minn sorsi mxerrda li jikkawżaw nutrijenti iżjed rikki u pressjonijiet idromorfoloġiċi li jibdlu l-ħabitats. |
|
2.9 |
Il-Blueprint jirrikonoxxi li l-ambjenti akkwatiċi tal-UE jvarjaw ħafna bejniethom u, għalhekk, ma jipproponix soluzzjoni waħda għalihom ilkoll, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Huwa jenfasizza temi prinċipali, li jinkludu: it-titjib fl-użu tal-art, l-indirizzar tat-tniġġis tal-ilma, iż-żieda fl-effiċjenza u r-reżiljenza tal-ilma, u t-titjib tal-governanza minn dawk involuti fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma. |
|
2.10 |
Bosta miżuri/programmi/azzjonijiet speċifiċi jitressqu fil-Blueprint biex jindirizzaw il-problemi pendenti f'livelli differenti, u jiġu ppreżentati fi tliet partijiet ta' ħidma:
L-azzjonijiet diġà bdiet ħidma fuqhom, u huwa ppjanat li jitlestew sal-2016, minbarra l-azzjonijiet/programmi fuq perjodu twil ta' żmien li huma ppjanati li jitlestew sal-2021. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-Kumitat japprezza ferm l-ammont u l-kwalità tal-ħidma li twettqet fil-fażi preparatorja tal-Blueprint. Id-dokument huwa bbażat fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-esperjenzi dwar kwistjonijiet marbutin mal-ilma mill-RBMPs, kif ukoll fuq informazzjoni minn studji ta' esperti. Barra minn hekk, huwa tajjeb li wieħed jinnota li d-drittijiet tal-ilma minn dejjem kienu parti importanti tal-istruttura legali fil-pajjiżi Ewropej, u b'hekk insibu wkoll esperjenza dewwiema f'dan il-qasam. |
|
3.2 |
Ġew indirizzati b'mod adegwat l-erba' prinċipji funamentali tal-leġislazzjoni ambjentali kollha sabiex jiġu ttrattati l-bosta problemi u jiġi appoġġjat il-prinċipju tal-aċċess għal ilma tax-xorb sigur u għal servizzi bażiċi tas-sanitazzjoni fil-livell dinji. |
|
3.3 |
Il-Blueprint mhux biss jaċċetta formalment il-varjabbiltà kbira tal-kundizzjonijiet naturali fir-rigward tal-ilma fl-UE, iżda jressaq ukoll azzjonijiet prattiċi li jiffukaw fuq problemi speċifiċi prinċipali f'reġjuni / baċini tax-xmajjar individwali. Il-KESE japprezza ferm il-kunċett tal-baċini tax-xmajjar bħala s-sisien tal-politika tal-ilma tal-UE, li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri biex jiġu solvuti l-problemi prinċipali bl-iżjed mod effettiv. |
|
3.4 |
Il-Kumitat jirrikonoxxi wkoll id-dokument tal-kontroll tal-idoneità (1), li huwa wieħed mill-ewwel ta' din ix-xorta, u jipprovdi valutazzjoni siewja tal-politika tal-ilma bħala tali, kif ukoll fil-kuntest tal-korp leġislattiv kollu f'oqsma ta' politika relatati. |
|
3.5 |
Għalkemm il-KESE huwa tal-fehma li l-Blueprint u d-dokumenti kollha ta' sfond tfasslu b'mod eċċezzjonalment tajjeb, hemm bżonn li tingħata attenzjoni ikbar lill-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ippjanati. Bħal dejjem, f'dan il-każ l-implimentazzjoni se tkun diffiċli, u issa għandha ssir l-ewwel prijorità. L-isforzi politiċi, l-inċentivi u l-metodi possibbli kollha ta' ġestjoni tas-sistemi/proġetti għandhom jiffukaw biex jiżguraw is-suċċess aħħari ta' dan il-pjan. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Fl-implimentazzjoni tal-miżuri regolatorji eżistenti (Parti 1), għandha tingħata attenzjoni lit-tnaqqis tas-sorsi mxerrda tat-tniġġis permezz tat-tisħiħ/ir-rinforzament tal-programmi ta' azzjoni marbutin man-nitrati. Ir-raġunijiet għad-dewmien għandhom jiġu analizzati bir-reqqa u t-titjib meħtieġ għandu jiġi inċentivizzat b'mod adatt abbażi tal-kundizzjonijiet speċifiċi f'baċini partikolari tax-xmajjar. |
|
4.2 |
Il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" japplika wkoll f'dan il-każ, iżda dan l-obbligu għandu jiġi definit tajjeb u jissejjes fuq suppożizzjonijiet/valutazzjonijiet realistiċi taċ-ċiklu tal-ilma. Min iniġġes għandu jiġi obbligat iħallas għat-tniġġis reali bi prova li huwa responsabbli għalih. |
|
4.3 |
L-isforzi biex jittaffa iżjed l-iskariku okkażjonali ta' sustanzi ta' tniġġis industrijali huwa bbażat fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali. Il-prinċipju tal-proporzjonalità għandu japplika flimkien mal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas", li huwa definit tajjeb fil-każ tas-sorsi ta' emissjonijiet okkażjonali. |
|
4.4 |
L-użu tal-prinċipju "min iniġġes iħallas" jitlob miżuri u monitoraġġ adatti (volumi) u, possibbilment, monitoraġġ (sustanzi li jniġġsu) biex tiġi stabbilita bażi soda għal kwalunkwe azzjoni oħra. Rekwiżiti bħal dawn għandhom ikun adattati għall-ħtiġijiet tal-lokalità u għas-severità tal-problemi li għandhom jiġu solvuti. |
|
4.5 |
Sfortunatament, f'ħafna nħawi tal-Ewropa, għad ma hemmx stampa ċara tal-flussi tal-ilma. Il-Blueprint bir-raġun jitlob li jiġu żviluppati kontijiet tal-ilma mal-Istati Membri abbażi tal-ħidma mwettqa maż-ŻEE. Dawn il-kontijiet jagħmluha possibbli li l-maniġers tal-baċini tax-xmajjar jikkalkulaw kemm jista' jintuża ilma, u kemm għandu jitwarrab biex jinżammu l-funzjonijiet tal-ekosistema (flussi ekoloġiċi). Il-Kumitat jirrakkomanda bil-qawwa li dan isir mill-iżjed fis possibbli. |
|
4.6 |
F'ħafna nħawi tal-Ewropa, l-astrazzjoni eċċessiva għat-tisqija tagħmilha impossibbli li jinkiseb status tajjeb tal-ilma. L-astrazzjoni illegali hija problema serja f'ċerti reġjuni bi problemi ta' stress tal-ilma. Permezz ta' studji biex tiġi analizzata data relatata mal-COPERNICUS/GMES, l-Istati Membri jkunu jistgħu jidentifikaw l-astrazzjoni illegali, u kompiti bħal dawn jiġġustifikaw iżjed il- GMES bħala proġett li għandu importanza fil-livell tal-UE. |
|
4.7 |
Fil-fehma tal-Kumitat, huwa importanti li tiġi żviluppata metodoloġija komuni għall-irkupru tal-ispejjeż, liema ħaġa tagħmel possibbli riżultati li jkunu komparabbli fl-UE kollha. Dan jiżgura li l-utenti tal-ilma kollha jkollhom inċentivi adegwati biex jużaw l-ilma b'mod effiċjenti. |
|
4.8 |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għal għadd ta' eżempji ta' inizjattivi u approċċi f'żoni bi problemi ta' stress tal-ilma li ġew preżentati f'seduta pubblika dwar is-suġġett fis-sede tal-Kumitat. Barra minn hekk, ġew ippubblikati ftit studji dwar l-użu effiċjenti tal-ilma abbażi tal-kunċett "more crop per drop" (l-idea li jkun hemm iżjed uċuħ tar-raba' għal kull qatra ta' ilma). Is-sejbiet ta' dan l-istudju jistgħu jintużaw biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-ħtiġijiet tal-agrikoltura u r-riżorsi tal-ilma disponibbli f'reġjuni bi problemi ta' stress tal-ilma. Għal darb'oħra, għandu jiġi applikat il-prinċipju tal-proporzjonalità biex jiġu indirizzati kwistjonijiet delikati bħal dawn. |
|
4.9 |
Il-Parti 2, l-integrazzjoni tal-għanijiet tal-politika tal-ilma f'politiki oħra tal-UE, ukoll titlob bosta azzjonijiet elenkati fil-pjan ta' azzjoni tal-Blueprint. |
|
4.10 |
Il-Kumitat jenfasizza l-bżonn li tinħataf din l-opportunità eċċezzjonali u jsir mod li l-aġenda tal-ilma tiġi koordinata mal-PAK, hekk kif il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qed jistabbilixxu l-aġenda għas-seba' snin li ġejjin. Din l-opportunità ma għandhiex titntilef għall-oqsma li ġejjin:
|
|
4.11 |
Il-miżuri għall-protezzjoni kontra l-għargħar (suġġett topikali ħafna bħalissa fl-Ewropa Ċentrali) jitolbu l-koordinazzjoni tal-finanzjament ukoll, forsi anke mill-Fondi Strutturali. Barra minn hekk, xi wħud mill-miżuri ppjanati (bi tweġiba għall-għargħar preċedenti) ma tlestewx minħabba għadd ta' ostakli amministrattivi. Kwistjonijiet ta' emerġenza bħal dawn jitolbu wkoll pproċessar amministrattiv adatt f'każ ta' emerġenza. |
|
4.12 |
Il-Kumitat japprezza s-Sħubijiet għall-Innovazzjoni dwar l-Ilma u dwar il-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikoli. Għandu jiġi enfasizzat li dawn l-inizjattivi żviluppaw minn isfel għal fuq fl-Istati Membri, filwaqt li l-Kummissjoni qed taqdi rwol ta' koordinazzjoni. Il-possibbiltà ta' suċċess tissaħħaħ permezz tal-parteċipazzjoni tal-atturi fl-oqsma ta' attività rispettivi tagħhom. |
|
4.13 |
Interventi ta' politika lil hinn mill-qasam tal-ilma ħelu jistgħu jaqdu rwol ukoll fit-tisħiħ tal-prevenzjoni tat-tniġġis tal-ilma. Pereżempju, il-leġislazzjoni dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, l-emissjonijiet industrijali, il-farmaċewtiċi u r-Regolament REACH għandhom jikkonformaw mal-azzjonijiet ippjanati fil-Blueprint. |
|
4.14 |
Il-Parti 3, li timla l-lakuni fil-qafas eżistenti, bir-raġun tiffoka fuq it-tisħiħ tal-effiċjenza fl-użu tal-ilma, flimkien mal-aspett kruċjali li jiżdied il-potenzjal għall-użu mill-ġdid tal-ilma. L-ewwel nett, għandhom jiġu stabbiliti kriterji għall-użu mill-ġdid tal-ilma tax-xorb sigur bil-għan li jinkisbu r-riżultati mixtieqa u mistennija. L-użu mill-ġdid innifsu jista' jkun naturali fl-istess faċilitajiet jew f'faċilitajiet simili, iżda sabiex l-ilma miksub jitmexxa minn utent/faċilità għall-użu mill-ġdid minn utent/faċilità differenti ser ikun hemm bżonn ta' bilanċjar adatt kemm tal-volumi kif ukoll tal-kwalità meħtieġa. |
|
4.15 |
Pereżempju, l-għeluq totali taċ-ċirkwiti tal-ilma, anke f'operazzjoni waħda, huwa kważi impossibbli minħabba ż-żieda dejjem tikber tal-kontenut ta' mlieħ inorganiċi f'dawk iċ-ċirkwiti. Għalhekk, irid jiġi stabbilit bilanċ sigur biex il-proċessi jaħdmu mingħar xkiel. |
|
4.16 |
Fl-aħħar nett, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għal aspetti importanti tal-ġestjoni tal-ħamrija u tal-foresti li huma marbutin mill-qrib ma' kwistjonijiet relatati mal-ilma. Minħabba l-ħtiġijiet – xi minn daqqiet konfliġġenti – tal-politiki differenti, ir-riżorsi tal-foresti jkunu taħt pressjoni kbira biex jaqdu r-rwol mhux produttiv tagħhom, bħar-rwol tagħhom bħala riserva primarja ta' ritenzjoni naturali tal-ilma ħelu u, bir tal-karbonju u bħala konservaturi tal-bijodiversità, eċċ. L-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja għandha turi l-aspetti kollha u tindika wkoll miżuri bbilanċjati sabiex jiġu ssodisfati r-rwoli tal-foresti fl-UE. |
|
4.17 |
Il-kwistjonijiet relatati mal-ilma ma jistgħux jiġu sseparati minn dawk tal-ħamrija. Il-Kumitat jitlob li tingħata attenzjoni adegwata lill-ħamrija, għalkemm nirrikonoxxu li l-aġenda tal-ħamrija fiha dimensjoni ta' sussidjarjetà. Il-karatteristiċi komuni għandhom jiġu indirizzati b'iżjed reqqa f'ħidma futura oħra relatata mal-Blueprint. |
|
4.18 |
Il-KESE jwissi li biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Blueprint, ser ikun hemm ostakli fl-oqsma li ġejjin:
Il-partijiet kollha involuti fil-proċess tal-Blueprint għandhom ikunu konxji tar-riskji involuti u, ilkoll skont il-livell ta' responsabbiltà tagħhom, għandhom jagħmlu mill-aħjar biex ineħħu kemm jista' jkun minnhom. Is-soċjetà ċivili għandha tkun involuta mill-qrib f'dan il-proċess li tant jitlob attenzjoni permezz tal-ksib ta' informazzjoni adegwata, billi teżerċita s-setgħat tagħha fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-politika u billi tadatta l-imġiba tagħha skont l-isfidi fil-qasam tal-ilma. |
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur |
112 |
|
Kontra |
129 |
|
Astensjonijiet |
12 |
(1) SWD(2012) 393 final (mhux disponibbli bil-Malti).
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/102 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri biex tonqos l-ispiża biex isiru netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja”
COM(2013) 147 final — 2013/0080 (COD)
2013/C 327/17
Relatur: is-sur McDONOGH
Nhar it-12 ta’ April 2013 u nhar is-16 ta’ April 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri biex tonqos l-ispiża biex isiru netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja
COM(2013) 147 final – 2013/0080 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-20 ta’ Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-10 ta’ Lulju 2013), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’180 vot favur, vot 1 (wieħed) kontra u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Kumitat jemmen li l-aċċess universali għal netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja huwa essenzjali għall-promozzjoni tat-tkabbir fl-Ewropa, biex jinħolqu l-impjiegi u tissaħħaħ il-koeżjoni. Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-miri tal-broadband fl-Aġenda Diġitali (1); madankollu, il-miri ser ikunu diffiċli jinkisbu mingħajr ma jsiru sforzi speċjali mill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jittejjeb l-ambjent kemm għall-provvista kif ukoll għad-domanda għall-broadband madwar l-Unjoni. |
|
1.2 |
Il-Kumitat kien iddiżappuntat ferm bid-deċiżjoni li ħa l-Kunsill dan l-aħħar biex inaqqas il-parti mill-baġit 2014-20 tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-infrastruttura u s-servizzi diġitali minn EUR 9,2 biljun għal EUR 1 biljun biss. Dan it-tnaqqis ser ineħħi l-appoġġ tal-QFP għall-implimentazzjoni tal-broadband, u ser ikun l-aktar ta' ħsara għar-reġjuni l-aktar foqra u żvantaġġati tal-UE. |
|
1.3 |
Il-Kumitat jilqa' r-Regolament propost mill-Kummissjoni. Il-miżuri proposti huma partikolarment importanti sabiex jonqos id-distakk diġitali u jiġi ffaċilitat it-tifrix tal-broadband fiż-żoni rurali. |
|
1.4 |
Il-KESE jixtieq li l-Kummissjoni tagħti parir kif l-aċċess għall-broadband ta’ veloċità għolja jista’ jiġi rikonoxxut bħala dritt universali taċ-ċittadini kollha, irrispettivament mill-post. Il-Kummissjoni qajmet il-kwistjoni rigward l-inklużjoni tal-broadband fl-Obbligu ta’ Servizz Universali fl-2010 (2). Tweġiba għal din il-mistoqsija hija meħtieġa b’mod urġenti biex jiġu promossi l-benesseri taċ-ċittadini, l-impjiegi u l-inklużjoni diġitali. |
|
1.5 |
Il-Kumitat jappella lill-Istati Membri biex ilestu l-pjani nazzjonali għall-broadband minghajr iktar dewmien. |
|
1.6 |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw liema inċentivi u appoġġi finanzjarji għandhom jingħataw lis-settur privat sabiex jitħeġġeġ l-investiment fil-broadband b'veloċità għolja għaż-żoni b'densità ta' popolazzjoni baxxa. |
|
1.7 |
Apparti l-investiment sostanzjali mis-settur privat fit-tifrix tal-broadband b'veloċità għolja, il-Kumitat huwa tal-fehma li ser jinħtieġu wkoll madwar EUR 60 biljun f'fondi pubbliċi biex jintlaħqu l-miri tal-Aġenda Diġitali 2020. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jinkludu dan il-finanzjament kritiku fil-baġits. |
|
1.8 |
Il-Kumitat jixtieq li l-Kummissjoni tindirizza l-problema tal-fornituri tas-servizz tal-broadband li mhux qed jipprovdu lill-klijenti bil-veloċitajiet tal-konnessjoni tal-Internet li wegħduhom fil-kuntratti tagħhom. Din in-"nonkonformità" kuntrattwali u r-reklamar falz qed idgħajfu l-fiduċja fis-suq diġitali, huma ta' ħsara għad-domanda, u għandhom jiġu indirizzati permezz ta' miżuri sodi. |
|
1.9 |
Il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni biex tkompli żżid fuq ir-Regolament propost u tiżviluppa suq pan-Ewropew għall-operaturi għall-infrastruttura tal-broadband. |
|
1.10 |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni, lill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali (NRAs) u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li jiġi żviluppat suq kompetittiv għall-infrastruttura tal-broadband fiż-żoni kollha tal-Unjoni. |
|
1.11 |
Il-Kumitat jinnota li r-Regolament propost ser joffri opportunitajiet ġodda ta' negozju għall-impriżi tas-servizzi u t-trasport biex jipparteċipaw fis-suq tal-infrastruttura tal-broadband. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi speċjali sabiex iħeġġu lill-kumpaniji jisfruttaw din l-opportunità. |
|
1.12 |
Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-opinjonijiet riċenti preċedenti li jittrattaw it-tifrix tal-broadband b'veloċità għolja u t-tnaqqis tad-distakk diġitali: Aġenda Diġitali għall-Ewropa (3), L-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju (4) u L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa - Nixprunaw it-tkabbir Ewropew b'mod diġitali(CES959-2013, għadha ma ġietx ippubblikata). |
2. Kontenut essenzjali tal-proposta tal-Kummissjoni
2.1 Skop
|
2.1.1 |
Il-Komunikazzjoni "Att dwar is-Suq Uniku II: Flimkien għal tkabbir ġdid" identifikat it-tnaqqis fl-ispejjeż tat-tifrix tal-broadband bħala wieħed mit-12-il azzjoni ewlenija li ser tagħti spinta lit-tkabbir. |
|
2.1.2 |
Il-provvista tal-broadband b'veloċità għolja naqset, b'mod speċjali fiż-żoni mhux urbani, minħabba taħlita ta' regoli u prattiki amministrattivi fil-livelli nazzjonali u sottonazzjonali. |
2.2 Għanijiet
|
2.2.1 |
Ir-Regolament għandu l-għan li:
|
2.3 Ir-Regolament propost
|
2.3.1 |
Sabiex jinkisbu l-għanijiet mixtieqa tal-ispejjeż u l-effiċjenza, ir-Regolament jiddefinixxi għadd ta' drittijiet u obbligi direttament applikabbli għall-operaturi tan-netwerk u l-fornituri tal-infrastruttura, applikabbli tul il-passi varji tat-tħaddim tal-infrastruttura. |
|
2.3.2 |
Ir-Regolament jipproponi r-regoli legali li ġejjin sabiex jikseb l-għanijiet tiegħu:
|
|
2.3.3 |
Kwalunkwe tilwima bejn l-operaturi tan-netwerk u l-fornituri tas-servizz tal-broadband li tikkonċerna d-drittijiet u l-obbligi tagħhom ser tiġi medjata, jekk ikun hemm bżonn, minn korp nazzjonali kompetenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim: l-NRA jew awtorità kompetenti oħra. |
|
2.3.4 |
Ir-Regolament ser ikun direttament applikabbli madwar l-UE wara li jkun hemm qbil mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 Il-Broadband huwa essenzjali
|
3.1.1 |
Il-Broadband huwa l-infrastruttura abilitanti essenzjali għall-Aġenda Diġitali u għat-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali. Ma tistax tiġi enfasizzata żżejjed l-importanza ekonomika tas-servizzi tal-broadband. Id-disponibbiltà tal-broadband għandha effett multiplikatur fuq it-tkabbir ekonomiku: il-Bank Dinji jikkalkula li kull żieda ta' 10 % fix-xiri tal-broadband tirriżulta fi tkabbir sa 1,5 % fit-tkabbir tal-PDG. Il-konnettività b'veloċità għolja u universali hija essenzjali għat-tifrix ta' teknoloġiji u servizzi trasformattivi ġodda bħalma huma l-cloud computing u grilji intelliġenti. |
|
3.1.2 |
L-importanza tal-broadband għat-tkabbir u l-impjiegi hija rikonoxxuta fl-Aġenda Diġitali li kellha l-għan li tipprovdi broadband bażiku għall-Ewropej kollha sal-2013, u li sal-2020 tipprovdi (i) aċċess għal rati ta' download ta' 30 Mbps għall-Ewropej kollha, u (ii) abbonament għall-konnessjonijiet tal-internet ta' aktar minn 100 Mbps minn 50 % jew aktar tal-unitajiet domestiċi Ewropej. Dawn l-għanijiet jistgħu jinkisbu biss jekk jitbaxxew l-ispejjeż tat-tnedija tal-infrastruttura madwar l-UE kollha u jittieħdu miżuri straordinarji biex jiġi pprovdut il-broadband f'żoni rurali u żoni anqas vantaġġati fl-Unjoni. |
3.2 Prezz baxx u ta' klassi dinjija
|
3.2.1 |
L-infrastruttura tal-broadband bi prezz baxx u ta' klassi dinjija hija komponent fundamentali ta' ekonomija vibranti tas-Seklu 21. In-negozji bbażati fuq l-għarfien ser jikbru fejn hemm il-ħiliet u l-infrastruttura li jappoġġjawhom. Barra minn hekk, ammont dejjem jiżdied ta' servizzi avvanzati fis-saħħa, l-edukazzjoni u s-servizzi soċjali ser jiddependu fuq id-disponibbiltà ta' broadband veloċi u ultraveloċi. |
|
3.2.2 |
Il-kwalità tan-netwerks, l-ispejjeż tal-forniment tagħhom, u prezzijiet kompetittivi għall-utenti finali huma kriterji importanti tal-ġestjoni fil-programmi ta' żvilupp u espansjoni. Minħabba li sa 80 % tan-nefqa tal-infrastruttura tan-netwerks tikkonsisti f'xogħlijiet ta' inġinerija ċivili, huwa vitali li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali jaħdmu sabiex inaqqsu l-ispejjeż b'mod sinifikanti permezz ta' koordinazzjoni effiċjenti tal-proġetti infrastrutturali. |
3.3 Id-dritt għal servizz universali
|
3.3.1 |
Il-KESE talab lill-Kummissjoni f'bosta opinjonijiet, l-aktar riċenti fl-opinjoni tiegħu dwar Nixprunaw it-tkabbir Ewropew b'mod diġitali (5), biex tagħti parir dwar kif l-aċċess għall-broadband b'veloċità għolja jista' jiġi rikonoxxut bħala dritt universali taċ-ċittadini kollha, irrispettivament mil-lokalità. Issa l-ħtieġa għal tweġiba għal din il-mistoqsija saret waħda urġenti. |
3.4 Il-broadband ultraveloċi huwa neċessarju
|
3.4.1 |
Il-miri stipulati fl-Aġenda Diġitali għad-disponibbiltà tal-broadband sal-2020 sfil-futur qrib ser jgħadduhom l-avvanzi rapidi li qed iseħħu fit-teknoloġija tal-broadband u s-servizzi li jibbażaw fuq l-Internet (eż. il-konferenzi bil-vidjio b'definizzjoni għolja). Netwerks ultraveloċi li jipprovdu konnettività sa 1Gbps (1 000 Mbps) diġà qed jinfirxu f'ċerti żoni urbani (http://arstechnica.com/tech-policy/2012/07/tokyo-seoul-and-paris-get-faster-cheaper-broadband-than-us-cities/) u qed jiżviluppaw servizzi bil-vidjo biex jintużaw dawn il-bit-rates ogħla. |
|
3.4.2 |
Ser ikun meħtieġ finanzjament sostanzjali fil-konnettività b'veloċità għolja madwar l-UE kollha sabiex inlaħħqu mal-iżvilupp globali tal-ekonomija tal-Internet. |
3.5 L-UE qed tibqa' lura
|
3.5.1 |
Kif ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni fl-aħħar Komunikazzjoni tagħha dwar l-importanza tal-Aġenda Diġitali biex nixprunaw it-tkabbir ekonomiku (6), l-Ewropa qiegħda taqa' iktar lura mill-kompetituri globali tagħha fit-twettiq tal-infrastruttura tal-broadband. |
|
3.5.2 |
L-investimenti tal-broadband b'veloċità għolja qed isiru aktar malajr f'partijiet tal-Asja u fl-Istati Uniti, li jwassal għal kopertura sinifikament aħjar u veloċitajiet ogħla. Minn Diċembru 2011, il-Korea t’Isfel, b’20,6 % ta’ abbonamenti għal kull 100 resident, kellha l-ogħla użu ta’ fibrottika fid-dinja kollha, jiġifieri d-doppju ta’ dak tal-Isvezja (Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja l-proposta għal regolament għat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-broadband: SWD(2013) 0073(l-ewwel parti)). |
3.6 Id-distakk diġitali
|
3.6.1 |
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (https://ec.europa.eu/digital-agenda/en/scoreboard) u l-aħħar figuri mill-Eurostat (http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/information_society/data/main_tables) juru li d-distakk diġitali qed jikber, u d-differenzi bejn l-Istati Membri huma kbar. Fl-2012, 28 % tal-unitajiet domestiċi fl-UE27 kienu mingħajr konnettività tal-broadband. Barra minn hekk, 90 % tal-unitajiet domestiċi mingħajr broadband jinsabu fiż-żoni rurali. 35 miljun dar fiż-żoni rurali għadhom qed jistennew il-konnettività b'veloċità għolja, u sakemm ma tingħatax attenzjoni xierqa liċ-ċittadini li jgħixu barra miċ-ċentri urbani, dawn ser jibqgħu jsiru aktar żvantaġġati soċjalment u ekonomikament. |
|
3.6.2 |
Il-miżuri inklużi fir-Regolament propost mill-Kummissjoni ser jipprovdu bażi għar-riforma tal-gvern nazzjonali u lokali fir-rigward tar-regolament tal-ippjanar, u l-ippjanar ta' infrastruttura intelliġenti, inċentivi ta' investiment u teknoloġiji innovattivi sabiex jitnaqqas id-distakk fil-broadband. |
3.7 Investiment meħtieġ
|
3.7.1 |
Il-Kumitat kien iddiżappuntat ferm bid-deċiżjoni li ħa l-Kunsill fi Frar biex inaqqas l-baġit 2014-20 tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-infrastruttura u s-servizzi diġitali taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, minn EUR 9,2 biljun għal EUR 1 biljun biss. Dan it-tnaqqis ineħħi l-appoġġ tal-QFP għall-implimentazzjoni tal-broadband, u l-akbar impatt negattiv ser iħossuh ir-reġjuni l-aktar foqra u żvantaġġati tal-UE, bir-riżultat li d-distakk diġitali li dejjem qed jikber ser ikompli jiggrava. |
|
3.7.2 |
Il-flus inklużi fil-QFP għall-appoġġ tat-tifrix tal-broadband kienu maħsuba li jintużaw mill-Kummissjoni sabiex jiġi stimolat is-suq tal-broadband, iżda dawn jirrappreżentaw biss parti żgħira mill-fondi li verament jinħtieġu biex jinkisbu l-miri tal-broadband fl-Aġenda Diġitali. Il-konsulenti mqabbda mill-Kumissjoni biex jistudjaw id-differenza fil-fondi huma tal-fehma li ser jinħtieġu sa EUR 62 biljun oħra ta' fondi pubbliċi sabiex jintlaħqu l-miri tal-2020 ("Studju dwar l-impatt soċjoekonomiku tal-bandwidth" minn Analysys Mason għall-Kummissjoni Ewropea, 2012). |
|
3.7.3 |
Il-finanzjament għal dan l-investiment kbir ser ikollu jittieħed primarjament mis-settur privat, iżda ser jinħtieġu miżuri speċjali sabiex jiġi appoġġjat l-investiment privat fiż-żoni rurali fejn id-densità tal-popolazzjoni hija wisq baxxa biex tattira investiment. Il-Bank Ewropew tal-Investiment diġà pprovda fondi għal għadd ta' proġetti simili u ser ikollu jipprovdi ħafna iktar minn dan it-tip ta' appoġġ. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sforz speċjali u tikkunsidra kif l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw aħjar il-finanzjament mis-settur privat għat-tifrix tal-broadband. |
|
3.7.4 |
L-Azzjoni 48 tal-Aġenda Diġitali allokat l-użu tal-fondi strutturali sabiex jiġi ffinanzjat it-tifrix ta' netwerks b'veloċità għolja. Għandu jitqies ukoll il-Fond ta' Koeżjoni. |
3.8 Tiġi stimolata l-provvista
|
3.8.1 |
Il-gvern lokali u l-awtoritajiet muniċipali jista' jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni tal-provvista tal-konnettività tal-broadband fir-reġjuni tagħhom billi jmexxu inizjattivi tal-PPP u billi jimplimentaw il-miżuri fir-regolamenti proposti kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti. |
|
3.8.2 |
Ir-regolament joffri l-opportunità li jinfetaħ is-suq għall-provvista tal-konnettività u s-servizzi tal-broadband għal aktar parteċipanti ġodda. B'mod partikolari, għall-kumpaniji barra s-settur tat-telekomunikazzjoni li għandhom infrastruttura estensiva li tista' tintuża għall-provvista ta' netwerks b'veloċità-għolja. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu sforz speċjali sabiex iħeġġu lil dawn il-parteċipanti ġodda. |
|
3.8.3 |
Ir-regolament joffri wkoll il-potenzjal biex jinfetaħ is-suq għal investiment transkonfinali fil-provvista tal-infrastruttura minn kumpaniji madwar l-Ewropa. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kif dan is-suq uniku fl-infrastruttura jista' jiżviluppa billi jiżdied l-għarfien dwar l-opportunitajiet ta' investiment, jitnaqqas ir-riskju ta' dawn l-investimenti għal investituri mhux nazzjonali, u forsi billi jiġu żviluppati xi strumenti finanzjarji speċjali (bonds) li jżidu l-attraenza tal-investiment fir-reġjuni li l-aktar joffru sfida. |
|
3.8.4 |
Is-soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi, inkluż użu akbar ta' teknoloġiji mingħajr fili, għandhom jitnedew mill-aktar fis possibbli biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-broadband u jiġi indirizzat id-distakk diġitali li qed jikber bejn iż-żoni urbani u dawk rurali. |
|
3.8.4.1 |
B'mod partikolari, l-implimentazzjoni sħiħa tal-Programm Ewropew dwar il-Politika fil-qasam tal-Ispettru tar-Radju (RSPP) (7) fl-Istati Membri ser jiżgura li jkun allokat u disponibbli spettru suffiċjenti u adegwat kemm għall-kopertura kif ukoll għall-ħtiġijiet ta' kapaċità tat-teknoloġija tal-broadband mingħajr fili sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti għall-2020. |
|
3.8.4.2 |
It-teknoloġija bis-satellita ser tipprovdi broadband lill-aktar żoni mbiegħda tal-Unjoni. Madankollu, il-kwistjonijiet ta' kapaċità, spiża u veloċità ser jagħmlu din soluzzjoni marġinali, li x'aktarx ser taqdi inqas minn 10 % tal-broadband Ewropew ta' 30Mbps fl-2020. |
3.9 Tiġi stimolata d-domanda
|
3.9.1 |
Domanda fqira għall-broadband, b'mod speċjali f'żoni anqas popolati, taffettwa b'mod negattiv l-investiment fin-netwerks, minkejja li dejjem hemm domanda sostanzjali mhux espliċita f'żoni mingħajr konnessjoni b'veloċità għolja disponibbli. |
|
3.9.2 |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq l-istimolazzjoni tad-domanda għall-broadband permezz ta' firxa ta' metodi, li tinkludi kampanji ta' informazzjoni pubbliċi mmirati, hotspots tal-WiFi pubbliċi, aktar żvilupp tas-servizzi elettroniċi tal-Gvern, u l-promozzjoni tat-taħriġ fil-kompetenza u l-ħiliet diġitali. L-isforzi għall-istimolazzjoni tad-domanda għandhom jimmiraw b'mod speċjali lejn iż-żoni rurali. |
|
3.9.3 |
L-ispejjeż tal-broadband u t-trasparenza tal-prezzijiet huma kritikalment importanti biex jiżguraw li ċ-ċittadini jadottaw il-broadband. Il-konsumaturi eżistenti tal-broadband madwar l-Ewropa qed jilmentaw li l-fornituri tas-servizz tagħhom mhux qed jipprovdulhom il-veloċitajiet tal-konnessjoni tal-Internet li wegħduhom fil-kuntratti tagħhom. Din in-"nonkonformità" kuntrattwali u r-reklamar falz qed idgħajfu l-fiduċja fis-suq diġitali u jkunu ta' ħsara għad-domanda, u għandhom jiġu indirizzati permezz ta' miżuri sodi. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1 Ħtieġa għal regolament
|
4.1.1 |
Il-kumpaniji tal-komunikazzjonijiet elettroniċi b'interessi prinċipalment kummerċjali m'għandhomx inċentiv finanzjarju biżżejjed biex jinvestu fl-infrastruttura tal-broadband f'ħafna miż-żoni tal-UE fejn il-popolazzjoni hija baxxa wisq. Għaldaqstant, il-Kumitat huwa sodisfatt li r-regolament propost ser jintroduċi miżuri biex jitnaqqsu sostanzjalment l-ispejjeż u r-riskji tal-provvista tal-broadband, u jtejjeb l-argumenti ekonomiċi favur l-investiment fost il-fornituri tan-netwerk. |
|
4.1.2 |
Sabiex ikun żgurat li hemm inklużjoni diġitali adegwata u jiġu massimizzati l-benefiċċji ekonomiċi mill-broadband b'veloċità għolja, jeħtieġ li l-Istati Membri u l-gvernijiet lokali jeżerċitaw influwenza aktar b'saħħitha fuq il-provvista u d-domanda għall-infrastruttura tal-broadband. Dan billi jiġu implimentati pjani tal-broadband li jibbilanċjaw ir-rendiment ekonomiku għoli magħmul mill-investiment tal-infrastruttura f'żoni b'densità ta' popolazzjoni għolja mal-investiment ħafna inqas attraenti finanzjarjament meħtieġ fir-reġjuni sottożviluppati. Dan ir-regolament propost ser jagħtihom mezzi aħjar biex jinkiseb dan. |
|
4.1.3 |
F'ħafna swieq hemm fornitur dominanti uniku tal-infrastruttura. Il-Kumitat jispera li l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-regolament ser joħloq kundizzjonijiet aħjar għal fornituri ġodda tan-netwerk biex dawn jidħlu fis-suq u jipprovdu offerti kompetittivi. |
4.2 Tnaqqis fl-ispejjeż u titjib fil-kooperazzjoni
|
4.2.1 |
Skont il-Komunikazzjoni, ix-xogħlijiet tal-inġinerija ċivili jistgħu jammontaw għal 80 % tal-ispejjeż għat-tifrix tal-broadband. L-iffrankar Capex għall-operaturi tan-netwerk mistennija mill-implimentazzjoni tar-regolament propost huwa stmat li ser ikun fil-firxa bejn 20 % u 30 % tal-ispejjeż totali tal-investiment, jiġifieri sa EUR 63 biljun sal-2020. It-EUR 63 biljun f'iffrankar imbagħad jistgħu jiġu investiti f'oqsma oħra tal-ekonomija. |
|
4.2.2 |
Il-kooperazzjoni u l-qsim bejn il-fornituri privati tal-infrastruttura huma essenzjali għall-effiċjenza, il-veloċità tal-implimentazzjoni, is-sostenibbiltà ambjentali u d-disponibilità ta' prezzijiet kompetittivi għall-utenti finali. Il-Kumitat bi pjaċir jinnota li r-regolament ser jirrikjedi li l-fornituri privati tal-infrastruttura jippubblikaw informazzjoni tajba dwar l-infrastruttura eżistenti u dik ippjanata, u li l-fornituri tan-netwerk ser ikunu obbligati jikkooperaw, sabiex ikunu faċilitati ppjanar tajjeb, kooperazzjoni u użu effiċjenti tar-riżorsi. |
4.3 Monopolji naturali
|
4.3.1 |
F'żoni b'livelli baxxi ta' densità tal-popolazzjoni, l-ekonomiji jiddettaw li jista' jiġi appoġġjat fornitur wieħed biss tal-infrastruttura ta' qofol tal-broadband; fi kliem ieħor jeżisti monopolju naturali. |
|
4.3.2 |
Dawn il-kundizzjonijiet ta' monopolju naturali jippermettu mudell ta' provvista tal-broadband b'aċċess miftuħ fejn fornitur uniku, forsi PPP, jifrex l-infrastruttura ta' qofol imbagħad jiftaħ il-faċilitajiet tan-netwerk billi jwelli l-kapaċità lil fornituri tas-servizz iżgħar b'kundizzjonijiet ġusti u ugwali. Il-Kummissjoni tista' forsi tikkunsidra kif dan il-mudell b'aċċess miftuħ jista' jiġi żviluppat u rregolat fl-Ewropa, filwaqt li tingħata attenzjoni biex ma jkunx hemm tgħawwiġ fil-kompetizzjoni normali. |
4.4 Is-suq bl-ingrossa
|
4.4.1 |
Ir-regolament propost ser jipprovdi leġislazzjoni abilitanti għall-iżvilupp ta' suq bl-ingrossa għall-infrastruttura tal-broadband. Forsi l-Kummissjoni għandha tinvestiga kif ir-regolament jista' jingħatalu lieva biex jistimola dan is-suq, partikolarment fir-reġjuni tal-Unjoni li huma-diffiċli-jintlaħqu. |
|
4.4.2 |
Suq bl-ingrossa tal-infrastruttura ta' appoġġ bil-fibra skura jew mingħajr fil jista' jkun transkonfinali u pan-Ewropew, kieku kien hemm informazzjoni ta' kwalità tajba dwar id-domanda tal-konsumatur u l-infrastruttura eżistenti. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga kif dan is-suq jista' jiġi stimolat u appoġġjat. |
4.5 Pjani Nazzjonali għall-Broadband
|
4.5.1 |
It-tifrix tal-infrastruttura, b'mod partikolari fiż-żoni rurali, jirrikjedi pjan effettiv għall-istrateġija nazzjonali u l-implimentazzjoni. L-Istati Membri kollha għandhom strateġija tal-broadband, iżda ħafna għad m'għandhomx pjani biex jiksbu l-miri tal-Aġenda Diġitali. Jeħtieġ li jiġu aġġornati l-istrateġiji nazzjonali sabiex jinkludu l-approċċ biex jitwettqu netwerks ultraveloċi, b'miri konkreti u miżuri ta' implimentazzjoni identifikati. |
|
4.5.2 |
L-Azzjoni 46 tal-Aġenda Diġitali tirrikjedi li l-Istati Membri jiżviluppaw il-pjani nazzjonali għall-broadband tagħhom, iżda għadd ta' Stati Membri għadhom ma lestewx il-pjani tagħhom u din l-azzjoni hija mmarkata bħala ttardjata mill-Kummissjoni. Dan id-dewmien għandu impatt negattiv fuq it-tifrix tal-broadband u l-pjani ta' finanzjament tal-industrija. Il-KESE jistieden lill-Istati Membri biex jirrevedu l-pjani tagħhom fid-dawl ta' dan ir-regolament propost u jlestu x-xogħol mill-aktar fis possibbli. |
|
4.5.3 |
Pjan Nazzjonali komprensiv għall-Broadband, li jinkludi inizjattivi ta' Sħubijiet Pubbliċi Privati (PPP) u inċentivi speċjali sabiex jiġi faċilitat it-tifrix fiż-żoni rurali, jippermetti biex il-fondi tal-UE u tal-BEI jintużaw ħafna aktar faċilment. |
4.6 Kumpaniji tas-servizzi
|
4.6.1 |
Ir-regolament propost ser iwitti t-triq għas-sidien tal-infrastruttura li mhumiex kumpaniji tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – jiġifieri kumpaniji tal-enerġija, tal-ilma, tat-trasport u tar-rimi tal-iskart – biex l-infrastruttura tagħhom issir disponibbli f'termini kummerċjali għall-provvista ta' servizzi tal-broadband. Dan ser jgħin lil dawk il-kumpaniji biex jaqilgħu introjtu ġdid, ibaxxu l-ispejjeż tagħhom ta' infrastruttura essenzjali billi jaqsmu l-ispejjeż mal-fornituri tal-broadband, u jtejbu s-sinerġiji ta' lieva filwaqt li jiżviluppaw is-servizzi ewlenin tagħhom, pereżempju fl-iżvilupp ta' grilji intelliġenti għall-fornituri tal-enerġija. |
|
4.6.2 |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi biex javżaw lil dawn il-kumpaniji dwar l-opportunitajiet offruti mit-tifrix essenzjali tal-infrastruttura tal-broadband, u l-impatt pożittiv potenzjali tar-regolament propost fuq in-negozju tagħhom. |
Brussell, 10 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) COM(2010) 245.
(2) COM(2008) 572 final.
(3) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 58-64.
(4) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 53-57.
(5) "It-Tkabbir Diġitali - Reviżjoni Interim", ĠU C 271, 19.09.2013, p. 127-132.
(6) COM(2012) 784 final.
(7) COM(2010) 471 final.
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/108 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass”
COM(2013) 174 final
2013/C 327/18
Relatur: Dr BREDIMA
Nhar is-16 ta’ April u nhar it-18 ta’ April 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċiedew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass
COM(2013) 174 final.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-20 ta' Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-10 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’ 179 voti favur, vot kontra u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jappoġġja ż-żieda fil-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) minn EUR 154 miljun għal EUR 160,5 miljun għall-perjodu 2014-2020, taħt ir-Regolament propost. Huwa jerġa' jtenni l-appoġġ tiegħu għall-estensjoni tal-kompetenza tal-EMSA taħt ir-Regolament 100/2013. |
|
1.2 |
L-adozzjoni tar-Regolament propost ħabtet fil-mument kritiku tas-sejba ta' għelieqi taż-żejt u tal-gass fir-Reġjun tal-Lvant tal-Mediterran u inizjattivi sussegwenti għall-isfruttament rapidu ta' dawn is-sorsi permezz ta' tħaffir fil-baħar. Dawn l-attivitajiet ser ikunu sfida għall-kapaċità tal-EMSA li tirrispondi għall-perikli potenzjali tat-tħaffir fil-baħar u t-trasportazzjoni taż-żejt u l-gass. |
|
1.3 |
Filwaqt li jappoġġja l-pakkett finanzjarju propost, il-KESE jemmen li dan jista' ma jkunx biżżejjed biex ikunu jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet kollha li hemm bżonn matul il-perjodu stabbilit ta' seba' snin u dan minħabba dawn l-isfidi: iż-żieda fil-flussi tat-traffiku (iktar tankers taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar), iż-żieda fit-tħaffir għall-isfruttament taż-żejt u tal-gass fl-ibħra ta' madwar l-UE u iktar stati kostali u gżejjer li saru Stati Membri tal-UE. Il-kapaċità limitata ta' rispons għall-emerġenza fil-każ ta' inċidenti kbar, tista' tirriżulta f'żieda fl-ispejjeż esterni. |
|
1.4 |
Il-KESE jemmen li probabbilment id-19-il bastiment disponibbli mhux sa jkunu biżżejjed biex bihom iż-żoni tal-kosta kollha tal-UE jkunu jistgħu jassistu lill-Istati Membri biex inaddfu t-tniġġis tal-baħar. Probabbilment, il-fondi l-anqas mhu ser ikunu biżżejjed biex jippermettu li jkomplu jiġu żviluppati immaġni bis-satellita li jidentifikaw it-tniġġis tal-bastimenti u jgħinu biex jeliminawh fiż-żona kollha tal-UE. |
|
1.5 |
Il-KESE jħeġġeġ lill-EMSA biex tuża l-kompetenza li għadha kemm kisbet fil-ġlieda kontra l-piraterija marittima. L-istrumenti ta' sorveljanza bis-satellita tal-EMSA jistgħu jkunu ta' għajnuna kbira biex jiġu identifikati l-bastimenti tal-piraterija. |
|
1.6 |
Il-KESE jinsab imħasseb fir-rigward ta' kemm l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi qraba għadhom mgħammra tajjeb sabiex jirrispondu għal inċidenti kbar bħal Erika u Prestige jew diżastru bħad-Deepwater Horizon. |
|
1.7 |
Il-KESE jistieden lill-UE, l-Istati Membri u l-Istati kostali u qraba ġodda tagħha biex isaħħu l-implimentazzjoni ta' dawn il-Konvenzjonijiet reġjonali elenkati fil-Memorandum ta' spjegazzjoni tar-Regolament propost: il-Konvenzjoni ta' Ħelsinki, il-Konvenzjoni ta' Barċellona, il-Ftehim ta' Bonn, il-Konvenzjoni ta' OSPAR, il-Ftehim ta' Lisbona (li għad irid jidħol fis-seħħ) u l-Konvenzjoni ta' Bucharest. |
|
1.8 |
Il-KESE jistieden lill-EMSA sabiex tieħu azzjoni biex tidentifika l-faċilitajiet ta' akkoljenza għar-residwi taż-żejt fil-portijiet tal-UE kif ukoll fil-portijiet tal-Istati qraba tagħha. |
2. Il-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea
|
2.1 |
Fit-3 ta' April 2013, il-Kummissjoni Ewropea ressqet Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass (1). |
|
2.2 |
Ir-Regolament 2038/2006 (2) (18/12/2006) stabbilixxa fondi pluriennali għall-azzjoni tal-EMSA b'rispons għat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti mill-1/1/2007-31/12/2013. |
|
2.3 |
Ir-Regolament 100/2013 (15/1/2013) ta kompiti prinċipali ġodda lill-EMSA: li tirrispondi għat-tniġġis li jikkawżaw l-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass u estenda s-servizzi tal-EMSA fil-pajjiżi koperti mill-politika tat-tkabbir u mill-Politika Ewropea tal-Viċinat (3). L-Opinjoni attwali prinċipalment tevalwa l-adattament tal-finanzjament tal-EMSA għal dawn id-dmirijiet ġodda tagħhha. Il-finanzjament propost jammonta għal EUR 160,5 miljun għal perjodu ta' seba' snin (1/1/2014 – 31/12/2020). |
3. Kummenti Ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE jappoġġja ż-żieda fil-baġit tal-EMSA taħt ir-Regolament propost minn EUR 154 miljun għal EUR 160,5 miljun għall-perjodu 2014-2020. Huwa jerġa' jtenni l-appoġġ tiegħu għall-estensjoni tal-kompetenza tal-EMSA taħt ir-Regolament 100/2013. Dan l-appoġġ jikkonforma ma' sensiela ta' opinjonijiet tal-KESE (4) dwar ir-rwol tal-EMSA. |
|
3.2 |
Ir-Regolament 100/2003 jagħti l-kompetenza lill-EMSA li tintervjeni fil-każ ta' tixrid taż-żejt ikkawżat minn pjattaformi taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar, kif ukoll tniġġis iġġenerat mill-bastimenti. Din il-kompetenza ngħatat wara l-każ tad-Deepwater Horizon, fejn inxtered fil-baħar iż-żejt minn pjattaforma tat-tħaffir, u l-isplużjoni fil-Golf tal-Messiku (April 2010). Il-KESE jifhem li l-għan ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li permezz tal-EMSA l-UE tiżgura rispons effettiv għat-tniġġis li jikkawżaw il-bastimenti u l-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass kif ukoll servizzi sostenibbli u effettivi ta' rispons għat-tniġġis lill-Istati milquta. L-Istati Membri jistgħu jqisu dan l-appoġġ huma u jfasslu/jirrevedu l-pjani nazzjonali tagħhom għar-rispons lejn it-tniġġis marittimu. |
|
3.3 |
Il-KESE jifhem li l-baġit propost huwa mmirat li jagħti l-kapaċità lill-EMSA li żżomm in-netwerk tagħha ta' Reazzjoni għat-Tixrid taż-Żejt li huwa mifrux fuq iż-żoni marittimi tal-UE u li ser jintuża ammont limitat ta' bastimenti ġodda biex jiġġieldu t-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u l-installazzjonijiet fuq il-baħar. Mhux mistenni li jkun hemm fondi għat-tagħmir għall-irkupru taż-żejt li fil-perjodu 2014-2020 jistgħu ma jibqgħux l-aħjar li jistgħu jkunu. |
|
3.4 |
Il-KESE jifhem li l-monitoraġġ CleanSeaNet tal-installazzjonijiet tal-baħar għat-tixtrid illegali tas-sustanzi ser isir permezz ta' immaġnijiet bis-satelitta użati b'mod konġunt hekk kif ordnat li jsir għall-monitoraġġ tal-bastimenti tat-tniġġis. Il-KESE jirreferi għal Opinjoni preċedenti (5) li tgħid li fid-dawl tal-ispejjeż assoċjati mas-servizz tal-immaġni bis-satellita huwa jemmen li l-użu tar-riżorsi għandu jiġi ottimizzat u b'mod partikolari li l-użu tal-immaġni għandu jiġi koordinat bejn l-Istati Membri; dan jista' jwassal għal frankar konsiderevoli fl-ispejjeż. Fl-istess waqt hemm bżonn li jsir investiment fit-titjib tal-ġbir tal-immaġni fiż-żoni marittimi Ewropej billi l-kopertura attwali mhix ġenwinament komprensiva, b'mod partikolari fż-żona tal-Mediterran. |
|
3.5 |
Il-KESE jifhem li l-finanzjament mhux ser ikun immirat li jipprovdi assistenza teknika u jew bini tal-kapaċita fil-pajjiżi tal-viċinat tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. |
|
3.6 |
L-adozzjoni tar-Regolament propost ħabtet fil-mument kritiku ta' skoperta ta' sorsi ġodda ta' enerġija fl-UE. Fir-Reġjun tal-Baħar tal-Mediterran b'mod partikolari, l-iskoperta ta' depożiti ġodda taħt il-baħar taż-żejt u tal-gass u t-tħaffir sussegwenti għall-isfruttament rapidu ser ikunu sfida għall-kapaċitajiet tal-EMSA li tirrispondi għall-isfidi potenzjali involuti. Jeħtieġ li l-EMSA jkollha ħafna riżorsi sabiex tkun tista' taqdi r-rwol sħiħ tagħha f'dan ir-rigward. Iż-żieda fit-traffiku tal-bastimenti u b'mod partikolari tankers/LNGs, l-iskoperta ta' depożiti ġodda taż-żejt u tal-gass u l-attivitajiet ta' tħaffir ser jirrikjedu iktar bastimenti fil-Mediterran u l-Baħar l-Iswed. 19-il bastiment għaż-żona kostali kollha tal-UE għall-perjodu bejn l-2014-2020 hija stima ottimista u li tista' tkun modesta wisq fiċ-ċirkustanzi. |
|
3.7 |
L-estensjoni tal-kompetenza tal-EMSA f'dan il-qasam ser tirrikjedi iktar żvilupp tas-servizz ta' immaġni bis-satellita għas-sorveljanza, l-individwazzjoni bikrija tat-tniġġis u l-identifikazzjoni tal-vapuri jew tal-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass responsabbli. Id-disponibbiltà tad-data u l-effettività tar-rispons lejn it-tniġġis għandhom jittejbu. |
|
3.8 |
Il-KESE jinsab imħasseb fir-rigward ta' kemm l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi qraba għadhom mgħammra tajjeb sabiex jirrispondu għal inċidenti kbar bħal Erika u Prestige jew diżastru bħal tad-Deepwater Horizon. |
|
3.9 |
Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet il-KESE jemmen li għandhom jiġu allokati iktar riżorsi sabiex: jinbidel it-tagħmir ta' rispons għat-tniġġis taż-żejt li jinsab fuq il-bastimenti kuntrattati, jiġu provduti bastimenti addizzjonali ta' emerġenza għall-irkupru taż-żejt li jkopru ż-żoni b'installazzjonijiet fuq il-baħar li attwalment huma ġeografikament mbiegħda (eż. l-Arktiku), jinxtraw kapaċitajiet dispersivi u tagħmir addizzjonali għat-tixrid fuq il-baħar, jiġu estiżi s-servizzi tal-CleanSeaNet f'żoni fejn hemm installazzjonijiet tal-baħar u tiġi koperta l-għajnuna għall-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. |
|
3.10 |
Il-KESE jħeġġeġ lill-EMSA biex tuża l-kompetenza ġdida tagħha fil-ġlieda kontra l-piraterija marittima. L-istrumenti u d-data tal-EMSA, b'mod partikolari s-sorveljanza bis-satellita, ser ikunu utli biex jiġu identifikati l-bastimenti tal-piraterija. Il-provvista ta' data dwar il-pożizzjonament tal-bastimenti għandha ssir wieħed mill-kompiti prinċipali tal-EMSA dejjem fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali. Il-KESE jisħaq fuq il-bżonn tal-assistenza tal-EMSA fil-ġlieda kontra l-piraterija fl-Opinjoni tiegħu Il-piraterija marittima: it-tisħiħ tar-reazzjoni tal-UE (16/1/13) u s-Seduta Pubblika rilevanti (24/1/13). |
4. Kummenti Speċifiċi
4.1 Artikolu 2: Definizzjonijiet
Id-definizzjoni ta' "żejt" taħt ir-Regolament propost tirreferi għad-definizzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Preparazzjoni, Rispons u Koperazzjoni għat-Tniġġis miż-Żejt, 1990. Il-KESE jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha sabiex isaħħu l-implimentazzjoni ta' din il-Konvenzjoni.
4.2 Artikolu 2: Definizzjonijiet
Id-definizzjoni ta' "sustanzi perikolużi u li jagħmlu l-ħsara" tirreferi għad-definizzjoni tal-Protokoll dwar Preparazzjoni, Rispons u Koperazzjoni għal Inċidenti ta' Tniġġis minn Sustanzi Perikolużi u Li Jagħmlu l-Ħsara, 2000. Il-KESE jistieden lill-UE u lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan, li jinkludu u jimplimentaw il-Protokoll imsemmi.
4.3 Artikolu 4: Finanzjament Komunitarju
|
4.3.1 |
Il-KESE jifhem li l-appoġġ tal-EMSA għall-pajjiżi koperti mill-politika tat-tkabbir u mill-Politika Ewropea tal-Viċinat għandu jiġi ffinanzjat permezz ta' programmi eżistenti tal-UE għal dawn il-pajjiżi u għalhekk ma għandux jagħmel parti minn dan il-qafas finanzjarju pluriennali. |
|
4.3.2 |
Filwaqt li jappoġġja l-qafas finanzjarju propost, il-KESE jiddubita kemm ser ikun biżżejjed biex jippermetti l-azzjonijiet li hemm bżonn matul il-perjodu ta' seba' snin fid-dawl tal-isfidi li jeżistu: żieda fil-flussi tat-traffiku (iktar tankers taż-żejt u tal-gass) u żieda fl-attivitajiet tat-tħaffir għall-isfruttament taż-żejt u tal-gass fl-ibħra ta' madwar l-UE. It-tnaqqis fil-kapaċità ta' rispons għall-emerġenza jista' jirriżulta f'żieda fl-ispejjeż esterni fil-każ ta' inċidenti kbar. |
4.4 Artikolu 5: Monitoraġġ ta' kapaċitajiet eżistenti
Fir-rigward tal-lista tal-mekkaniżmi tal-privat u tal-Istat ta' rispons għat-tniġġis fl-UE, il-KESE jħeġġeġ li l-azzjoni tinkludi mekkaniżmi simili fl-Istati kostali viċin li mhumiex membri tal-UE billi t-tniġġis marittimu m'għandux fruntieri. Barra minn hekk, minkejja li din l-Opinjoni tirrigwarda biss it-tniġġis ikkawżat minn inċidenti, il-KESE jistieden lill-EMSA sabiex tidentifika wkoll faċilitajiet ta' akkoljenza mhux adegwati fil-portijiet tal-UE kif ukoll fil-portijiet tal-Istati kostali viċin. It-tniġġis operazzjonali, b'kuntrast mat-tniġġis ikkawżat minn inċident huwa tema ħafna inqas sensazzjonali u li tiġbed inqas l-attenzjoni tal-mezzi tax-xandir iżda b'mod globali jikkawża inqas tniġġis fil-baħar.
4.5 Il-KESE jistieden lill-UE, l-Istati Membri u l-istati kostali u qraba ġodda tagħha biex isaħħu l-implimentazzjoni ta' dawn il-Konvenzjonijiet reġjonali elenkati fil-Memorandum ta' spjegazzjoni tar-Regolament propost: il-Konvenzjoni ta' Ħelsinki, il-Konvenzjoni ta' Barċellona, il-Ftehim ta' Bonn, il-Konvenzjoni ta' OSPAR, il-Ftehim ta' Lisbona (li għadu jrid jidħol fis-seħħ) u l-Konvenzjoni ta' Bucharest. Il-KESE jemmen li l-eżerċizzji kontra t-tniġġis organizzati b'mod konġunt minn dawn il-Konvenzjonijiet għandhom ikomplu jiġu promossi u l-iskambju tal-esperti fil-qasam tat-tniġġis marittimu huwa essenzjali. Il-programm EMPOLLEX (Marine Pollution Expert Exchange Programme) għandu jiffaċilita għalhekk żieda fin-numru ta' skambji bħal dawn bejn l-Istati Membri.
4.6 Il-KESE jisħaq fuq il-bżonn li l-Istati kostali ġirien jimplimentaw bis-sħiħ il-Konvenzjoni marittima prinċipali, il-Konvenzjoni tal-Liġi tal-Baħar tan-NU (UNCLOS) (1982) li tipprovdi bażi legali għall-azzjoni fil-qasam tat-tniġġis marittimu, it-tħaffir fil-baħar u t-trasportazzjoni sigura bil-baħar.
4.7 Il-bastimenti kuntrattati għandhom kapaċitajiet kbar ta' ħżin taż-żejt irkuprat u għażla ta' sistemi ta' rkupru taż-żejt. Il-KESE jemmen li l-bastimenti kuntrattati għandhom jitħallew jintużaw għal operazzjonijiet ta' trasferiment tal-merkanzija, trasferimenti bejn bastiment u ieħor u għall-ħażna ta' żejt irkuprat mill-baħar.
Brussell, 10 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) COM(2013) 174 final.
(2) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1.
(4) ĠU C 76 14.03.2013, p. 15.
(5) ĠU C 28, 3.2.2006, p. 16 (mhux disponibbli bil-Malti).
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/111 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess tas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet”
COM(2013) 296 final — 2013/0157 (COD)
2013/C 327/19
Relatur ġenerali: is-Sur SIMONS
Nhar id-19 ta’ Ġunju u l-10 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet
COM(2013) 296 final – 2013/0157 (COD).
Nhar il-21 ta' Mejju 2013, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta struzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma (Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu, li saret fl-10 u l-11 ta’ Lulju 2013 (laqgħa tal-11 ta' Lulju), li jaħtar lis-Sur Simons bħala relatur ġenerali u adotta din l-Opinjoni b’81 vot favur u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Kumitat jaqbel mat-taħlita ta' approċċ mhux vinkolanti ("soft law") flimkien ma' leġislazzjoni, fejn m'hemmx alternattiva oħra. |
|
1.2 |
Il-Kumitat jappoġja l-approċċ tal-Kummissjoni li tapplika l-proposti għal kull wieħed mit-319-il port tat-TEN-T, fejn l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għal portijiet oħra. |
|
1.3 |
Il-Kumitat jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li t-trasport tal-passiġġieri u s-servizzi ta' mmaniġġjar tal-merkanzija jitħallew barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, fid-dawl tal-impatt limitat li għandu bħalissa f'dawn l-oqsma. Madankollu, f'termini ta' implimentazzjoni, il-Kumitat jirrakkomanda li tingħata attenzjoni partikolari lill-pilotaġġ, l-irmiġġ u l-irmunkar, filwaqt li jitqiesu l-impatti differenti tagħhom sabiex ikunu jistgħu jitwettqu b'mod indipendenti, ħielsa minn kwalunkwe pressjoni kummerċjali li tista' tkun ta' preġudizzju għas-sigurtà, is-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali tal-komunità portwarja u l-pubbliku ġenerali. |
|
1.4 |
Il-Kumitat jinsab kuntent li r-Regolament jinkludi salvagwardji għad-drittijiet tal-impjegati iżda jistaqsi għala l-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23/KE hija fakultattiva. Fir-rigward tal-aspetti soċjali li għandhom jiġu inklużi fil-kuntratti pubbliċi u ta' konċessjoni, il-Kumitat jirreferi għall-Opinjoni dwar l-akkwist minn entitajiet fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi tal-posta li ġiet adottata fis-26 ta' April 2012 (1). Ix-xewqa tal-Kumitat – li ilha teżisti – li jkun hemm djalogu soċjali indipendenti fis-settur tal-portijiet dal-aħħar saret realtà wkoll. |
|
1.5 |
Il-Kumitat jappoġġja l-idea fundamentali tal-Kummissjoni li tiżdied it-trasparenza finanzjarja fis-settur tal-portijiet, għax ser tipprovdi l-informazzjoni rilevanti għall-għajnuna potenzjali mill-Istat iktar malajr. |
|
1.6 |
Il-libertà kummerċjali tal-entità tal-ġestjoni tal-port fl-iffissar tat-tariffi portwarji ġiet imfixkla minn diversi tipi ta' kriterji u s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati. Soluzzjoni għal dan tingħata fil-punt 5.5. |
|
1.7 |
Il-Kumitat iqis li huwa żejjed li jiddaħħal korp ta' sorveljanza indipendenti fl-Artikolu 17, li għandu jimmonitorja l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-liġi tal-kompetizzjoni hija suffiċjenti, u fejn mhijiex, għandu jkun hemm soluzzjoni speċifika. |
|
1.8 |
Il-Kummissjoni tixtieq li fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tkun diġà għamlet valutazzjoni u potenzjalment tkun ukoll ipproponiet miżuri ġodda. Il-Kumitat iqis li dan il-perjodu huwa qasir wisq u jipproponi li fi żmien tliet snin issir valutazzjoni interim li tinkludi biss osservazzjonijiet u li l-valutazzjoni definittiva li minnha jistgħu jinsiltu konklużjonijiet issir fi żmien sitt snin. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Fuq tlieta toqgħod il-borma! (Third time lucky) Għat-tielet darba l-Kummissjoni qed tressaq proposti dwar il-portijiet marittimi tal-Unjoni; din id-darba minn perspettiva ġdida u b'mod differenti. |
|
2.2 |
Xi affarijiet ġodda huma l-inklużjoni ta' 319-il port marittimu fin-netwerk tat-trasport Trans-Ewropew (TEN-T) u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa bil-għan li jittejbu l-prestazzjoni tal-portijiet u l-konnessjonijiet bejnhom u l-intern tal-pajjiż ikkonċernat. Minħabba f'hekk, dawn il-portijiet marittimi, fihom infushom, saru interess Ewropew imma anke kompetituri ma' xulxin, tal-inqas potenzjalment. |
|
2.3 |
Il-miżuri mhux vinkolanti tal-passat li kkonċernaw l-aċċess leġittimu għas-suq u t-trasparenza ma kellhom kważi l-ebda effett. Għalhekk issa, flimkien ma' għadd ta' azzjonijiet, saret proposta għal miżura vinkolanti – regolament – dwar iż-żewġ suġġetti msemmija hawn fuq, biex il-portijiet tal-UE jsiru mutur għat-tkabbir u t-trasport multimodali. |
3. Id-dokumenti tal-Kummissjoni
|
3.1 |
Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni twila u dettaljata, kif intwera mill-valutazzjonijiet tal-impatt, fil-Komunikazzjoni "Portijiet: magna għat-tkabbir" tipproponi sensiela ta' tmien hekk imsejħa azzjonijiet mhux vinkolanti li fil-fehma tagħha huma meħtieġa biex fis-snin li ġejjin jiġu żviluppati l-opportunitajiet ta' 319-il port, li fosthom hemm 83 fin-netwerk ċentrali tat-TEN-T. |
|
3.2 |
Il-Kummissjoni tindika li l-prinċipju bażiku tal-istrateġija tal-UE huwa li m'għandu jkun hemm l-ebda indħil mhux meħtieġ fil-portijiet bi prestazzjoni tajba, imma li għandha tingħata għajnuna lill-portijiet li għadhom lura fil-prestazzjoni permezz tal-introduzzjoni tal-"aħjar prattiki" u approċċ ta' ġestjoni soda, filwaqt li fl-istess ħin jiġu rispettati d-diversità u ċ-ċirkostanzi partikolari tal-portijiet differenti. |
|
3.3 |
L-attivitajiet tal-port għandhom impatt dirett fuq il-ħolqien tal-impjiegi. Bħalissa, 2 200 operatur tal-port joffru impjieg dirett lil 110 000 ħaddiem tal-port, filwaqt li l-portijiet fit-22 Stat Membru marittimu jagħtu xogħol, direttament jew indirettament, lil 3 miljun ħaddiem. Dawn huma sors importanti ta' dħul mit-taxxi għall-gvernijiet. |
|
3.4 |
Il-Proposta għal Regolament li jiġi stabbilit qafas fuq l-aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet tapplika b'mod espliċitu l-prinċpju tal-libertà tal-forniment tas-servizzi għal kull tip ta' servizz fil-portijiet kollha tat-TEN-T. |
|
3.5 |
It-taqsima dwar l-aċċess tas-suq (Kapitolu II) u dik dwar il-miżuri tranżitorji (Artikolu 24) tal-abbozz ta' regolament madankollu mhumiex applikabbli għas-servizzi tal-passiġġieri u l-immaniġġjar tal-merkanzija. |
|
3.6 |
Dan jagħti lill-entità tal-ġestjoni tal-port il-flessibbiltà li timponi rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi dwar il-kwalità u d-disponibbiltà; f'dan il-każ, l-entità tal-ġestjoni tal-port tista' tillimita l-għadd ta' fornituri ta' servizz partikolari minħabba nuqqas ta' spazju, jekk dan ikun stabbilit b'mod ċar fi pjan formali ta' żvilupp tal-port, jew jekk ikun magħruf b'mod pubbliku li obbligu ta' servizz pubbliku ġie impost fuq il-fornitur. |
|
3.7 |
Il-Kummissjoni tindika li d-drittijiet tal-impjegati għandhom jiġu garantiti u li l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jsaħħu dawn id-drittijiet iżjed f'każ li l-impriża u l-persunal involut jittieħdu minn impriża oħra. |
|
3.8 |
Il-proposta tgħid li r-relazzjoni finanzjarja bejn l-entità tal-ġestjoni tal-port, minn naħa, u l-gvern min-naħa l-oħra għandha tkun trasparenti, iktar u iktar meta l-entità tal-ġestjoni tal-port tkun qed tirċievi flus mill-gvern. |
|
3.9 |
L-entità tal-ġestjoni tal-port tista' tiddefinixxi n-nollijiet b'mod indipendenti u abbażi tal-istrateġija kummerċjali u tal-investiment tagħha; in-nollijiet jistgħu jvarjaw skont kemm jintuża l-port u/jew biex jiġi promoss użu iktar effiċjenti tal-infrastruttura tal-port, it-trasport marittimu fuq distanzi qosra jew l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, jew l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew tal-karbonju fit-trasport. |
|
3.10 |
Skont il-Proposta, l-Istati Membri ser ikunu obbligati jkollhom korp ta' sorveljanza nazzjonali indipendenti, li jimmonitorja l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
3.11 |
Dan għandu jkun korp awtonomu li jiffunzjona b'mod indipendenti mill-entità tal-ġestjoni tal-port u l-fornituri tas-servizzi portwarji. Dan il-korp jilqa' lmenti dwar l-immaniġġjar, ikollu d-dritt jobbliga lill-entità tal-ġestjoni tal-port, lill-fornituri tas-servizzi u lill-utenti tal-port jipprovdu kull informazzjoni li jqis neċessarju għal monitoraġġ tajjeb u jieħu deċiżjonijiet vinkolanti, li jista' jsir rikors kontrihom biss fil-qorti. |
4. Kummenti ġenerali
|
4.1 |
Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-Kummissjoni, bil-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni, il-valutazzjoni tal-impatt u l-Proposta għal Regolament, ħadet pass lejn il-ftuħ tal-aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u iktar trasparenza finanzjarja tal-portijiet. Il-Kumitat jenfasizza l-importanza li titjieb il-kwalità tas-servizzi u li jiżdied l-investiment fil-portijiet, żewġ elementi importanti ħafna għal funzjonament tajjeb tas-suq. Is-sigurtà, is-sikurezza, l-ambjent u l-kompitu ta' koordinazzjoni tal-Unjoni ngħataw ukoll attenzjoni xierqa. |
|
4.2 |
Il-proposti pubblikati jinkludu kemm approċċ mhux vinkolanti ("soft law"), it-tmien azzjonijiet li ġew stabbiliti fil-Komunikazzjoni u approċċ vinkolanti fil-forma ta' Proposta għal Regolament. B'mod ġenerali, il-Kumitat huwa tal-fehma li fejn huwa possibbli għandu jintuża l-approċċ mhux vinkolanti, u fejn m'hemmx alternattiva tintuża l-leġislazzjoni. Il-Kumitat diġà esprima din l-idea fl-Opinjoni tiegħu dwar politika Ewropea għall-portijiet (2). |
|
4.3 |
Il-Proposta għal Regolament tapplika għal kull wieħed mit-319-il port tat-TEN-T peress li, min-natura tagħhom, jaqdu rwol importanti fis-sistema Ewropea tat-trasport. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Proposta għal Regolament għal portijiet oħra. Il-Kumitat jaqbel mal-approċċ prammatiku – skont hu – tal-Kummissjoni. |
|
4.4 |
Il-Kumitat jinnota li s-servizzi ta’ tagħbija u ħatt ta’ merkanzija u ta' passiġġieri tħallew barra mid-dispożizzjonijiet tranżitorji u dwar l-aċċess għas-suq (Artikolu 11). L-argument tal-Kummissjoni biex jiġġustifika din id-deroga huwa li fis-servizzi tal-passiġġieri u tal-immaniġġjar tal-merkanzija fir-rigward tal-cruiseliners ingħataw ħafna konċessjonijiet, filwaqt li t-trasport tal-passiġġieri bil-ferry huwa servizz pubbliku obbligatorju. Il-Kumitat jista' jaċċetta l-argument tal-Kummissjoni. |
|
4.5 |
Il-prinċipju tal-libertà tal-forniment tas-servizzi fil-portijiet marittimi huwa element prinċipali f'dan ir-Regolament, li jipprevedi erba' possibbiltajiet biex tiġi limitata din il-libertà:
Il-Kumitat jista' jaċċetta din ix-xorta ta' implimentazzjoni tal-prinċipju tal-libertà tal-forniment tas-servizzi li tinkludi l-possibbiltà li jiġu inklużi xi restrizzjonijiet speċifiċi adatti għall-portijiet marittimi. Madankollu, f'termini ta' implimentazzjoni, il-Kumitat jirrakkomanda li tingħata attenzjoni partikolari lill-pilotaġġ, l-irmiġġ u l-irmunkar, filwaqt li jitqiesu l-impatti differenti tagħhom sabiex ikunu jistgħu jitwettqu b'mod indipendenti, ħielsa minn kwalunkwe pressjoni kummerċjali li tista' tkun ta' preġudizzju għas-sigurtà, is-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali tal-komunità portwarja u l-pubbliku ġenerali. |
|
4.5.1 |
Mhuwiex ċar għalfejn l-"operatur intern" (Artikolu 9) biss huwa marbut bl-obbligu ta' servizz pubbliku. Wara kollox jista' jkun hemm raġunijiet purament kummerċjali, bħall-garanzija tal-kontinwità u d-disponibbiltà ta' servizz, għalfejn l-operatur tal-port ikun irid joffri servizz hu stess mingħajr ma jiġi dikjarat bħala servizz pubbliku u/jew użu skars jew riżervat tal-ispazju disponibbli jwassal għal għadd limitat ta' fornituri. Din il-possibbiltà tal-aħħar għandha tiġi prevista wkoll. |
|
4.6 |
Il-Kumitat bi pjaċir jinnota li t-test tar-Regolament jinkludi l-Artikolu 10, li għandu l-għan li jħares id-drittijiet tal-ħaddiema portwarji. Madankollu, huwa jistaqsi għalfejn l-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23/KE hija fakultattiva. Fir-rigward tal-aspetti soċjali li għandhom jiġu inklużi fil-kuntratti pubbliċi u ta' konċessjoni, il-Kumitat jirreferi għall-Opinjoni dwar l-akkwist minn entitajiet fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi tal-posta li ġiet adottata fis-26 ta' April 2012 (3). |
|
4.7 |
Il-Kummissjoni inkludiet għadd ta' artikoli fir-Regolament (l-Artikolu 12 u dawk sussegwenti) li għandhom l-għan li jippromovu t-trasparenza finanzjarja u l-awtonomija. Fost oħrajn, l-awtoritajiet tal-port għandhom l-obbligu tat-trasparenza f'dak li jirrigwarda l-iskala tal-fondi pubbliċi li jibbenefikaw minnhom u huma obbligati jallokawhom f'kontijiet separati jekk l-entità tal-ġestjoni tal-port tkun ukoll fornitur ta' servizzi portwarji. Il-Kumitat huwa favur li jkun hemm l-ikbar trasparenza possibbli u jaqbel ma' dawn il-proposti. |
|
4.8 |
Il-Kumitat iqis li huwa żejjed li jiddaħħal korp ta' sorveljanza indipendenti fl-Artikolu 17, li għandu jimmonitorja l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għax m'hemmx bżonnu u jmur kontra t-tendenza li bħala atturi kummerċjali l-portijiet żviluppati għandhom jipprovdu kwalità orjentata lejn il-ħtiġijiet tas-suq. Il-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali u Ewropea attwali hija biżżejjed u fejn ma tiġix applikata, il-Kummissjoni għandha titlob b'mod speċifiku lill-Istati Membru kkonċernati biex jieħu azzjoni. |
5. Kummenti speċifiċi
|
5.1 |
Il-bżonn li jiġi stabbilit djalogu settorjali soċjali fil-portijiet huwa iktar ċar meta jitqies li fis-sena 2030 ser ikun hemm bżonn 15 % ħaddiema tal-port iktar milli hemm issa. Fil-fehma tal-Kumitat, waħda mill-iktar kundizzjonijiet importanti għat-tħaddim tajjeb tal-portijiet hija klima soċjali tajba u r-rieda li l-partijiet kollha jiddiskutu. |
|
5.2 |
Għalhekk, il-Kumitat bi pjaċir jinnota li, fid-19 ta' Ġunju 2013, twaqqaf "kumitat tal-UE għad-djalogu soċjali", li fi ħdanu l-imsieħba soċjali, b'awtonomija sħiħa, ser jaħdmu b'mod partikolari fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
|
5.3 |
Il-Kumitat jaqbel mal-proposta li n-nollijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-portijiet jiġu stabbiliti abbażi ta' konsultazzjoni mal-utenti tal-port. Il-Kumitat jaħseb li huwa tajjeb li n-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet jiġu stabbiliti b'dan il-mod. |
|
5.4 |
Fil-fehma tiegħu, vantaġġ tar-Regolament huwa l-obbligu ta' trasparenza min-naħa tal-awtoritajiet tal-port rigward il-fondi pubbliċi li jirċievu u l-mod kif dawn il-fondi huma integrati fl-ispejjeż tagħhom. B'hekk l-għajnuna mill-Istat toħroġ iżjed fid-dieher u dan jaġevola t-trasparenza finanzjarja. |
|
5.5 |
Aspett li l-Kumitat iqis li huwa ferm importanti, il-libertà kummerċjali tal-entità tal-ġestjoni tal-port li tistabbilixxi t-tariffi portwarji (Artikolu 14(1), (2), (3)), prattikament inġab fix-xejn fil-paragrafi sussegwenti li jelenkaw sensiela sħiħa ta' kriterji u jagħtu s-setgħat lill-Kummissjoni. Bit-tneħħija ta' dawn il-paragrafi u billi fl-aħħar tal-Artikolu 14(3), jiġifieri wara "skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat" jiżdiedu "u tal-kompetizzjoni", il-libertà tibqa' inkluża. |
|
5.6 |
Il-Kummissjoni beħsiebha li fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament toħroġ rapport dwar l-impatt ta' din il-leġislazzjoni. Il-Kumitat huwa tal-fehma li dan ir-rapport għandu jitqies bħala wieħed interim, għax il-perjodu huwa qasir wisq għal valutazzjoni finali. Wara 6 snin dan ikun iktar raġonevoli. |
|
5.7 |
Fl-aħħar nett il-Kumitat ifakkar li jridu jittieħdu iktar passi biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn il-portijiet tal-UE u dawk fil-pajjiżi ġirien li mhumiex imsieħba fl-UE. |
Brussell, 11 ta’ Lulju 2013
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) ĠU C 191, 29.6.2012, p. 84.
(3) ĠU C 191, 29.6.2012, p. 84.
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/115 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri bl-ajru (programm kontinwu)”
COM(2013) 130 final
2013/C 327/20
Relatur: is-Sinjura ANGELOVA
Korelatur: is-Sur HENCKS
Nhar is-16 ta' April 2013 u nhar is-16 ta' Lulju 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Regoli dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri bl-ajru (programm kontinwu)
COM(2013) 130 final.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-20 ta' Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’136 vot favur, 6 voti kontra u 7 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jilqa' ċ-ċertezza legali addizzjonali li ġġib magħha l-Proposta attwali kemm għall-passiġġieri kif ukoll għat-trasportaturi tal-ajru billi toffri definizzjonijiet aktar preċiżi tal-kunċetti rilevanti msemmija fir-Regolament, u b'hekk tirrifletti l-prinċipji tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) u tipprovdi qafas legali sod. Il-KESE jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni ma għandhiex livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur. |
|
1.2 |
Fil-prinċipju, il-KESE japprova l-miżuri li t-trasportaturi tal-ajru għandhom jieħdu f'kundizzjonijiet differenti biex jikkumpensaw lill-passiġġieri f'każ ta' dewmien twil, jipprovdu rotot alternattivi u skedar mill-ġdid tat-titjiriet, u jżidu l-kumdità ġenerali tal-passiġġieri meta jkun hemm dewmien jew telf ta' titjiriet. Iżda l-KESE ma jaqbilx b'mod partikolari mal-kumpens previst għad-dewmien, id-dewmien twil tat-titjiriet u t-titjiriet qosra, fejn il-proposta titbiegħed mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar is-suġġett. |
|
1.3 |
Il-KESE japprezza li l-Proposta tfasslet wara valutazzjoni tal-impatt estensiva u jfakkar li l-implimentazzjoni effettiva u fil-ħin tal-pakkett tal-leġislazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew II+ (SES II+) huma għodda importanti biex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasportaturi bl-ajru. |
|
1.4 |
Il-KESE jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni li jiżdied il-limitu ta' ħin li hekk kif jinqabeż id-dritt għal kumpens jiżdied, peress li tmur kontra t-tliet sentenzi konsekuttivi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. |
|
1.5 |
Il-KESE jifhem ir-raġunijiet għaż-żieda sostanzjali fil-limitu ta' ħin għall-kumpens għad-dewmien għal vjaġġi fuq distanzi twal, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tistinka biex issib inċentivi għat-trasportaturi bl-ajru biex joperaw ferm taħt dawn il-limiti. Dawn il-limiti ta' ħinijiet għandhom jitnaqqsu aktar għall-persuni b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa sabiex jiġu kkunsidrati l-ispejjeż partikolari li dawn il-persuni jġarrbu fi kwalunkwe dewmien twil. |
|
1.6 |
Il-KESE japprezza li ġiet introdotta skadenza u li jekk it-trasportatur bl-ajru ma jkunx jista' jipprovdi lill-passiġġier b'rotta alternattiva permezz tas-servizzi tiegħu stess, għandu jikkunsidra trasportaturi oħra jew mezzi oħra tat-trasport. Iżda fil-fehma tal-Kumitat, il-limitu ta' 12-il siegħa qabel ma wieħed ikun jista' juża servizzi jew trasportaturi oħra huwa twil wisq. Barra minn hekk, il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jirrifjutaw li jivvjaġġaw permezz ta' mezz ieħor tat-trasport (pereżempju b'tal-linja, bil-ferrovija jew bil-vapur). Biex jiġu koperti l-ispejjeż addizzjonali tat-trasferiment għal trasportatur ieħor malajr kemm jista' jkun, il-KESE jtenni l-proposta tiegħu li jinħoloq fond ta' "responsabbiltà kondiviża" għar-ripatrijazzjoni tal-passiġġieri u sabiex jiġu pprovduti rotot alternattivi permezz ta' trasportaturi oħra. |
|
1.7 |
Fir-rigward tad-definizzjoni ta' "ċirkostanzi straordinarji", fil-fehma tal-KESE għandu jiġi ddikjarat b'mod ċar li d-dewmien, it-tibdil fl-iskeda jew il-kanċellazzjonijiet ma jitqisux bħala ċirkostanzi straordinarji ħlief jekk dawn iċ-ċirkostanzi
Imbagħad għandu jiġi deċiż kull darba li jiġu ddikjarati ċirkostanzi straordinarji, li huma jissodisfaw verament dawn it-tliet kundizzjonijiet flimkien, li mhux dejjem ser ikun il-każ għal uħud mir-ċirkostanzi elenkati fl-Anness 1 tal-Proposta għal Regolament (pereżempju riskji tas-saħħa jew tas-sigurtà, kundizzjonijiet tat-temp jew tilwim mal-persunal). |
|
1.8 |
Il-KESE jitlob li l-Kummissjoni tipprepara regolament li huwa newtrali rigward il-mezzi l-oħra tat-trasport, sabiex la jkun hemm ksur tal-prinċipju tat-trattament indaqs u lanqas ma jinħoloq favoritiżmu għad-detriment tal-mezzi l-oħra tat-trasport. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
It-titjib tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa baqa' fuq quddiem tal-aġenda tal-Kummissjoni Ewropea tul dawn l-aħħar snin. Il-konformità mar-regoli tal-Komunità li kulma jmur huma dejjem aktar stretti dwar l-Ajru Uniku Ewropew fir-rigward tas-sigurtà, l-effiċjenza u l-impatt ambjentali tal-avjazzjoni (1) tejbu l-operazzjoni tas-servizzi bl-ajru u saħħew id-drittijiet stabbiliti tal-persuni li jivvjaġġaw bl-ajru. Il-KESE fassal opinjonijiet dwar it-testi rilevanti kollha (2) u ħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli timpenja ruħa bl-istess mod fid-dawl tal-fehim li għad hemm aktar xi jsir. |
|
2.2 |
Fid-dawl tal-fatt li l-ivvjaġġar bl-ajru m'għadux lussu iżda sar bżonn biex jiġu sodisfati l-bżonnijiet tan-negozju u biex iċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt evidenti tagħhom ta' moviment ħieles, il-KESE jemmen li għad hemm oqsma li jridu jiġu esplorati aktar sabiex jiġu garantiti d-drittijiet tal-passiġġieri u biex it-trasportaturi tal-ajru jkollhom ambjent legali u kummerċjali sod li jippermettilhom ikollhom suċċess f'suq kompetittiv ħafna. L-oqsma fejn jinħtieġu titjib tal-qafas legali u applikazzjoni aktar effettiva tal-leġislazzjoni eżistenti jinkludu r-regoli dwar il-kumpens u l-assistenza għall-passiġġieri bl-ajru. |
3. Il-kontenut tal-Proposta tal-Kummissjoni
|
3.1 |
Din il-Prosposta temenda l-att attwali, ir-Regolament Nru 261/2004 u hija mmotivata minn għadd ta' żviluppi:
|
|
3.2 |
L-għan ewlieni tal-Proposta huwa li tiggarantixxi d-drittijiet bażiċi tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bl-ajru – jiġifieri d-dritt tagħhom għall-informazzjoni, ir-rimborż, ir-riprogrammar tar-rotot, l-assistenza huma u jistennew it-titjira tagħhom u l-kumpens f'ċerti ċirkostanzi (3), filwaqt li jiġu kkunsidrati l-implikazzjonijiet finanzjarji għas-settur tat-trasport bl-ajru u jiġi żgurat li t-trasportaturi bl-ajru joperaw f'kundizzjonijiet armonizzati f'suq liberalizzat, |
|
3.3 |
Il-Proposta tindirizza t-tliet oqsma ewlenin fejn il-Kummissjoni tqis li għad hemm bżonn ta' miżuri biex tittejjeb l-applikazzjoni tar-Regolament, jiġifieri l-infurzar armonizzat effettiv tad-drittijiet tal-UE, l-iffaċilitar tat-tgawdija tagħhom fil-prattika u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku fir-rigward ta' dawn id-drittijiet. Il-proposta tissodisfa r-rakkomandazzjoni tal-PE għal "ċertezza ġuridika aħjar, aktar ċarezza interpretattiva u applikazzjoni uniformi tar-regolamenti fl-UE kollha kemm hi" (4). |
|
3.4 |
Ir-riforma leġislattiva tar-Regolament Nru 261/2004 proposta mill-Kummissjoni Ewropea għalhekk:
|
4. Kummenti ġenerali
|
4.1 |
Il-KESE jiddispjaċih li l-Proposta ma ssegwix il-ġurisprudenza kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u saħansitra titbiegħed minnha fl-aktar aspetti importanti tad-drittijiet tal-passiġġieri. Madanakollu, jagħraf li l-Proposta ttejjeb ir-Regolament attwali f'dawk l-oqsma fejn il-Kummissjoni inkorporat il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
4.2 |
Il-KESE jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Proposta attwali tidher li kkorreġiet ħafna min-nuqqasijiet tal-verżjoni preċedenti li ġew identifikati kemm mill-industrija kif ukoll mill-passiġġieri (5) u fl-istess ħin ikkjarifikat għadd ta' definizzjonijiet. |
|
4.2.1 |
Għall-industrija, il-valur miżjud tal-Proposta meta mqabbel mar-regoli eżistenti jista' jinsab fil-mod kif din:
|
|
4.2.2 |
Għall-passiġġieri, il-valur miżjud tal-Proposta jista' jkun fil-mod kif din:
|
|
4.2.3 |
Il-KESE jirrikonoxxi li hija sfida kbir biex jiġu sodisfatti fl-istess ħin il-ħtiġijiet tal-partijiet kollha interessati, għalhekk il-valur miżjud offrut lil parti waħda jista' jfisser inqas sodisfazzjon lill-parti l-oħra. |
|
4.3 |
Il-KESE jqis l-azzjonijiet tal-Kummissjoni intiżi biex itejbu l-protezzjoni tal-passiġġieri f'każ ta' falliment (6) tal-kumpanija tal-ajru bħala pass fid-direzzjoni t-tajba, iżda jenfasizza li dawn il-miżuri mhumiex bizzejjed sabiex tiġi żgurata protezzjoni komprensiva u effettiva tal-passiġġieri f'każ ta' falliment tal-kumpanija tal-ajru; iqis li għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jiggarantixxi li l-kumpaniji tal-ajru jikkonformaw mar-Regolament propost f'każ ta' falliment. |
|
4.4 |
Il-Proposta tistabbilixxi distinzjoni bejnha u bejn id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, peress li tagħti lill-passiġġieri d-dritt li jagħżlu taħt liema liġi jridu jintroduċu l-ilment tagħhom iżda ma tatihomx id-dritt li jakkumulaw il-kumpens għall-istess problema taħt iż-żewġ atti legali. |
|
4.5 |
Fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru, il-KESE għamel diversi proposti biex jissaħħu dawn id-drittijiet (7), li ħafna minnhom ġew inkorporati f'dan l-Abbozz ta' Regolament. Madankollu, il-KESE jinnota b'dispjaċir li l-proposti li ġejjin ma ġewx ikkunsidrati:
|
|
4.6 |
Il-KESE jilqa' t-titjib kollu fir-rigward tal-infurzar tal-passiġġieri b'diżabbiltà u l-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa għaliex jippermetti l-allinjament mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità. F'dan ir-rigward il-KESE jipproponi l-emendi li ġejjin:
|
5. Kummenti speċifiċi dwar ir-regoli emendati
|
5.1 |
Il-KESE japprova l-prinċipju tal-miżuri li t-trasportaturi bl-ajru għandhom jieħdu f'kundizzjonijiet differenti biex jikkumpensaw lill-passiġġieri f'każ ta' dewmien twil, jipprovdu servizz aħjar, jipprovdu rotot alternattivi u jiskedaw it-titjiriet mill-ġdid kif ukoll iżidu l-kumdità ġenerali tal-passiġġieri meta jkun hemm dewmien jew telf ta' titjiriet. |
|
5.2 |
Il-KESE jqis li mhix aċċettabbli l-proposta tal-Kummissjoni li jiżdied il-limitu ta' ħin li hekk kif jinqabeż id-dritt għal kumpens jiżdied minn tliet sigħat għal ħamsa għat-titjiriet kollha fi ħdan l-UE. Il-KESE ma jifhimx għalfejn it-tnaqqis tal-limiti ta' ħin sabiex jingħata kumpens għandu jnaqqas ir-rata ta' titjiriet ikkanċellati, peress li fil-każ ta' kanċellazzjoni l-kumpaniji tal-ajru jridu jħallsu l-kumpens xorta waħda. |
|
5.3 |
Wieħed jifhem li t-titjiriet minn/lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal limiti li jiddependu mid-distanza tat-titjira, filwaqt li jitqiesu l-problemi prattiċi li jiffaċċjaw it-trasportaturi bl-ajru huma u jindirizzaw il-kawżi tad-dewmien f'ajruporti remoti. Il-KESE madankollu jqis li l-perjodi proposti ta' disa' jew tnax-il siegħa huma twal wisq u jemmen li l-Kummissjoni għandha tkompli tistinka biex issib inċentivi għat-trasportaturi bl-ajru biex joperaw ferm taħt dawn il-limiti. Dawn il-limiti ta' ħinijiet għandhom jitnaqqsu aktar għall-persuni b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa sabiex jiġu kkunsidrati l-ispejjeż partikolari li dawn il-persuni jġarrbu fi kwalunkwe dewmien twil. Il-KESE jqis l-implimentazzjoni effettiva u f'waqtha tal-pakkett leġislattiv dwar is-SES II+ bħala għodda importanti għat-tnaqqis tal-ispejjeż tat-trasportaturi bl-ajru, u b'hekk ikollhom aktar flessibbiltà huma u jiffinanzjaw it-tnaqqis tal-limiti. |
|
5.4 |
Il-KESE japprezza li ġiet introdotta skadenza u li jekk it-trasportatur bl-ajru ma jkunx jista' jipprovdi lill-passiġġier b'rotta alternattiva permezz tas-servizzi tiegħu stess fi żmien din l-iskadenza, għandu jikkunsidra trasportaturi oħra jew mezzi oħra tat-trasport (dejjem jekk ikun hemm post). Iżda fil-fehma tal-Kumitat, il-limitu ta' 12-il siegħa qabel ma wieħed ikun jista' juża servizzi jew trasportaturi oħra huwa twil wisq. Barra minn hekk, il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jirrifjutaw li jivvjaġġaw permezz ta' mezz ieħor tat-trasport (pereżempju b'tal-linja, bil-ferrovija jew bil-vapur). Biex jiġu koperti l-ispejjeż addizzjonali tat-trasferiment għal trasportatur ieħor malajr kemm jista' jkun, il-KESE jtenni l-proposta tiegħu li jinħoloq fond ta' "responsabbiltà kondiviża" għar-ripatriazzjoni jew ir-riprogrammar tar-rotot tal-passiġġieri permezz ta' trasportaturi oħra, permezz ta' diskussjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kollha. |
|
5.5 |
Il-KESE jemmen li hemm bżonn li jiġu definiti b'mod aktar ċar ir-responsabbiltajiet tal-ajruporti biex jgħinu lill-passiġġieri f'każ ta' kanċellazzjoni ta' aktar minn titjira waħda minħabba n-nuqqas tal-awtoritajiet tal-ajruport li jipprovdu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-provvista ta' servizz ta' titjiriet bla xkiel. |
|
5.6 |
Il-KESE jappoġġja t-tieni test tal-applikazzjoni tal-klawżola dwar iċ-"ċirkostanzi straordinarji" fl-Artikolu 1(4)(b) tal-Proposta u jirrakkomanda li l-korpi nazzjonali għall-infurzar jiżguraw li din issir b'mod rigoruż. |
|
5.7 |
Il-KESE jappoġġja l-proposta li jiġi introdott limitu ta' ħin uniku ta' sagħtejn għat-titjiriet ta' kwalunkwe distanza biex jiġu sostitwiti l-limiti attwali ta' assitenza li bħalissa jiddependu mid-distanzi tat-titjiriet. Dan huwa fl-interess tal-passiġġieri u jipprovdilhom kundizzjonijiet ġusti u komdi huma u jistennew. |
|
5.8 |
Il-KESE jilqa' l-proposta li l-passiġġieri li jitilfu konnessjoni ta' titjira minħabba d-dewmien ta' titjira preċedenti għandhom id-dritt għall-assistenza u, f'ċerti ċirkostanzi, dritt għall-kumpens peress li din ittejjeb ukoll il-pożizzjoni tal-passiġġieri. |
|
5.9 |
Il-proposta li l-passiġġieri fuq titjiriet li jiġu skedati mill-ġdid b'avviż minn qabel ta' anqas minn ġimgħatejn għandu jkollhom drittijiet simili għal dawk ta' passiġġieri li jesperjenzaw dewmien hija pass lejn il-garanzija aħjar tad-drittijiet tal-passiġġieri. |
|
5.10 |
Il-KESE jirrakkomanda bi sħiħ li l-Kummissjoni ssib miżuri sabiex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-ajruporti u t-trasportaturi bl-ajru sabiex jitnaqqas b'mod sinifikanti l-ħin li l-passiġieri għandhom iqattgħu l-ajruport meta l-ajruplan tagħhom jittardja fuq it-tarmak. |
|
5.11 |
Il-KESE jappella lill-Kummissjoni sabiex tipprojbixxi l-prattika attwali tal-kumpaniji tal-ajru li jikkanċellaw it-titjira tar-ritorn jekk passiġġier ma jkunx uża t-titjira tat-tluq fuq l-istess biljett (8). Il-Kumitat jaqbel li jissaħħaħ id-dritt tal-passiġġieri għall-informazzjoni dwar l-interruzzjonijiet tat-titjira (hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli) peress li dan ser itejjeb ukoll il-kapaċità tal-passiġġieri li jippjanaw x'għandhom jagħmlu hekk kif jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom. |
|
5.12 |
Il-KESE jifhem il-bżonn li jiġi limitat il-ħin li matulu t-trasportaturi bl-ajru għandhom jieħu ħsieb l-akkomodazzjoni tal-passiġieri fil-każ ta' ċirkostanzi straordinarji u jaċċetta l-limitu propost ta' 3 iljieli. Madankollu, il-Kumitat jirrakkomanda bi sħiħ lill-Kummissjoni sabiex tħalli lill-korpi nazzjonali għall-infurzar jistabbilixxu limitu fuq il-prezz għal dawn l-iljieli għal kull Stat Membru. Il-limitu fuq il-prezz m'għandux ikun applikat għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa. |
6. Infurzar
|
6.1 |
Il-Proposta għal emenda tar-Regolament Nru 261/2004 tikkjarifika r-rwol tal-korpi nazzjonali għall-infurzar billi tallokalhom ir-rwol ta' infurzar ġenerali. L-indirizzar barra mill-qrati tal-ilmenti individwali ser ikun il-kompitu tal-korpi responsabbli għall-indirizzar tal-ilmenti (korpi għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwim) kif issuġġerit qabel mill-KESE (9). Dawn id-dispożizzjonijiet jagħtu aktar setgħat lill-korpi responsabbli għas-sanzjonar adatt tan-nuqqas ta' konformità tat-trasportaturi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 261/2004 u jipprovdu lill-passiġġieri b'mezz aktar affidabbli biex jenfasizzaw fuq l-applikazzjoni adatta tad-drittijiet tagħhom. |
|
6.2 |
Il-proposta għall-iskambju tal-informazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-korpi nazzjonali għall-infurzar innifishom u bejn il-korpi nazzjonali għall-infurzar u l-Kummissjoni b'riżultat tal-obbligi mtejba ta' rappurtar u l-proċeduri formali ta' koordinazzjoni ser jippermettu reazzjoni aktar mgħaġġla għall-problemi kollha ta' konformità li ġew identifikati. |
7. Id-definizzjoni ta' "ċirkostanzi straordinarji"
|
7.1 |
Il-KESE jaqbel li din il-Proposta għal Regolament:
Dawn il-kjarifiki jibbenefikaw kemm lill-passiġġieri, biex ikunu jafu d-drittijiet tagħhom fir-rigward, kif ukoll lit-trasportaturi bl-ajru, biex jiddeċiedu liema obbligi huma marbutin bihom. |
|
7.2 |
Il-lista mhux eżawrjenti proposta ta' ċirkostanzi li għandhom jitqiesu bħala straordinarji u ta' ċirkostanzi li għandhom jitqiesu bħala mhux straordinarji (stabbilita fl-Anness I għall-Proposta għal Regolament) ser tgħin ukoll biex jonqos ir-riskju ta' argumenti bla bżonn bejn il-passiġġieri u l-kumpaniji tal-ajru. |
|
7.3 |
Konsegwentement, fil-fehma tal-KESE għandu jiġi ddikjarat b'mod ċar li fil-Proposta għal Regolament, kull darba li ssir referenza għaċ-ċirkostanzi straordinarji jeħtieġ li jiġi analizzat jekk dawn verament jissodisfawx din il-kundizzjoni tripla, li mhux dejjem ser ikun neċessarjament il-każ għal uħud mir-ċirkostanzi elenkati fl-Anness 1 (pereżempju riskji tas-saħħa jew tas-sigurtà, kundizzjonijiet tat-temp jew tilwim tal-persunal). |
Brussell, 11 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) COM(2012) 573 final.
(2) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 125-130, ĠU C 376, 22.122.2011, p. 38-43, ĠU C 198, 10.7.2013, p. 9-13.
(3) COM(2011) 174 final.
(4) Riżoluzzjoni tal-PE tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-funzjonament u l-applikazzjoni tad-drittijiet stabbiliti ta’ persuni li jivvjaġġaw bl-ajru (2011/2150 (INI)).
(5) SEC(2011) 428.
(6) COM(2013) 129 final.
(7) ĠU C 24, 28.01.2012, p. 125-130 u ĠU C 229, 31.07.2012, p. 122-125.
(8) ĠU C 24, 28.1.2012 p. 127.
APPENDIĊI
għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew mill-inqas kwart tal-voti:
Punt ġdid 4.1.3 (Emenda 7)
Il-KESE jiddispjaċih li l-proposta kisret il-bilanċ eżistenti bejn il-partijiet interessati kollha, billi tidher li hi aktar favur il-protezzjoni tad-drittijiet tat-trasportaturi milli tad-drittijiet tal-passiġġieri.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur |
: |
52 |
|
Kontra |
: |
70 |
|
Astensjonijiet |
: |
14 |
Punt 5.3 (Emenda 11)
Ibdel it-test kif ġej:
Wieħed jifhem Huwa inkomprensibbli li t-titjiriet minn/lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal limiti li jiddependu mid-distanza tat-titjira, filwaqt li jitqiesu l-problemi prattiċi li jiffaċċjaw it-trasportaturi bl-ajru huma u jindirizzaw il-kawżi tad-dewmien f'ajruporti remoti. Il-KESE madankollu jqis li l-perjodi proposti ta' disa' jew tnax-il siegħa huma twal wisq u jemmen li l-Kummissjoni għandha żżomm il-perjodu attwali ta' tliet sigħat għal kull tip ta' xenarju. tkompli tistinka biex issib inċentivi għat-trasportaturi bl-ajru biex joperaw ferm taħt dawn il-limiti. Dawn il-limiti ta' ħinijiet għandhom jitnaqqsu aktar għall-persuni b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa sabiex jiġu kkunsidrati l-ispejjeż partikolari li dawn il-persuni jġarrbu fi kwalunkwe dewmien twil. Il-KESE jqis l-implimentazzjoni effettiva u f'waqtha tal-pakkett leġislattiv dwar is-SES II+ bħala għodda importanti għat-tnaqqis tal-ispejjeż tat-trasportaturi bl-ajru, u b'hekk ikollhom aktar flessibbiltà huma u jiffinanzjaw it-tnaqqis tal-limiti.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur |
: |
50 |
|
Kontra |
: |
81 |
|
Astensjonijiet |
: |
12 |
Punt 5.12 (Emenda 12)
Ibdel it-test kif ġej:
Il-KESE jiddispjaċih li l-proposta l-ġdida tnaqqas is-saħħa tar-Regolament attwali li jiżgura li l-passiġieri jingħataw l-attenzjoni meta jkunu qegħdin jistennew fil-każ ta' interruzzjonijiet, u b'hekk tiddevja għal darb'oħra minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-dritt għall-akkomodazzjoni (każ Denise McDonagh v Ryanair, 31 ta' Jannar 2013). Il-KESE jqis li d-dritt għall-akkomodazzjoni huwa dejjem aktar ġustifikat f'sitwazzjonijiet li jippersistu għal tul ta' żmien u fejn il-passiġġieri huma partikolarment vulnerabbli; barra minn hekk, it-trasport bl-ajru, b'differenza ta' mezzi oħra ta' trasport, jinvolvi l-aktar distanzi fit-tul u ta' spiss, il-passiġieri milqutin mill-interruzzjonijiet huma 'l bogħod minn djarhom u d-distanzi ta' spiss twal involuti ma jippermettux lill-passiġġieri jsibu mezzi alternattivi sabiex jaslu fid-destinazzjoni aħħarija tagħhom. jifhem il-bżonn li jiġi limitat il-ħin li matulu t-trasportaturi bl-ajru għandhom jieħu ħsieb l-akkomodazzjoni tal-passiġieri fil-każ ta' ċirkostanzi straordinarji u jaċċetta l-limitu propost ta' 3 iljieli (1). Madankollu, il-Kumitat jirrakkomanda bi sħiħ lill-Kummissjoni sabiex tħalli lill-korpi nazzjonali għall-infurzar jistabbilixxu limitu fuq il-prezz għal dawn l-iljieli għal kull Stat Membru. Il-limitu fuq il-prezz m'għandux ikun applikat għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur |
: |
56 |
|
Kontra |
: |
78 |
|
Astensjonijiet |
: |
7 |
(1) Artikolu 8(9) tal-Proposta - Artikolu 9 tar-Regolament emendat (KE) Nru 261/2004.
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/122 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-raba' pakkett ferrovjarju” li jikkonsisti mis-seba’ dokumenti li ġejjin: il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ir-raba’ pakkett ferrovjarju — it-tlestija taż-żona ferrovjarja unika Ewropea għat-trawwim tal-kompetittività u t-tkabbir Ewropej”
COM(2013) 25 final
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta’ intrapriżi tal-ferrovija
COM(2013) 26 final — 2013/0013 (COD)
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004
COM(2013) 27 final — 2013/0014 (COD)
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri
COM(2013) 28 final — 2013/0028 (COD)
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja
COM(2013) 29 final — 2013/0029 (COD)
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni)
COM(2013) 30 final — 2013/0015 (COD)
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ferrovjarja (Riformulazzjoni)
COM(2013) 31 final — 2013/0016 (COD)
2013/C 327/21
Relatur: is-Sur MORDANT
Nhar id-19 ta’ Frar 2013, nhar il-21 u t-22 ta’ Frar 2013 u nhar is-7 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 91, 91(1), 109, 170, 171 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Ir-raba' pakkett ferrovjarju
li jikkonsisti mis-seba’ dokumenti li ġejjin:
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “ir-raba’ pakkett ferrovjarju – it-tlestija taż-żona ferrovjarja unika Ewropea għat-trawwim tal-kompetittività u t-tkabbir Ewropej”
COM(2013) 25 finali;
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija
COM(2013) 26 final – 2013/0013 (COD);
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004
COM(2013) 27 final – 2013/0014 (COD)
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri
COM(2013) 28 final – 2013/0028 (COD);
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja
COM(2013) 29 final – 2013/0029 (COD);
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni)
COM(2013) 30 final – 2013/0015 (COD);
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ferrovjarja (Riformulazzjoni)
COM(2013) 31 final – 2013/0016 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-20 ta' Ġunju 2013.
Matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni bi 82 vot favur, 20 vot kontra u 8 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni, issorveljata mill-partijiet interessati kollha, tal-konsegwenzi tal-pakkett ferrovjarju f’termini tal-indirizzar tal-bżonnijiet taċ-ċittadini, tal-bidla modali, tal-ippjanar reġjonali, tal-iżvilupp tar-relazzjonijiet transkonfinali, tal-kwalità tas-servizzi ferrovjarji mkejla abbażi ta' elementi fattwali, tal-aċċessibilità, tat-tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri, eċċ. |
|
1.2 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-inizjattiva leġislattiva l-ġdida msejħa “pakkett ferrovjarju” tkun ibbażata fuq il-kontribut li dan il-mod ta’ trasport jista’ jġib għall-proġett Ewropew minħabba l-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu. |
|
1.3 |
L-inizjattiva leġislattiva għandu jkollha l-għan li tħassar l-effetti tal-fruntieri bejn l-Istati Membri. Għandha tippermetti l-iżvilupp tal-konnessjonijiet transkonfinali bejn pajjiżi ġirien b’intervent fuq il-livell tal-iżvilupp sostenibbli u l-ippjanar reġjonali, u bil-ħolqien ta' infrastruttura bejn Stati Membri fejn din hija nieqsa jew mhix żviluppata sew. |
|
1.4 |
IL-KESE jappella lill-Unjoni biex tipprovdi l-kapaċità għall-ħolqien ta' korpi transkonfinali u d-definizzjoni tal-metodi ta' intervenzjoni tagħhom fit-territorju li jkopru, sabiex jgħinu biex jiġu definiti u organizzati l-kompiti tas-servizzi ta’ interess ġenerali, kif stabbilit fl-Artikolu 14 u fil-Protokoll 26 tat-Trattat. |
|
1.5 |
Il-KESE jitlob li l-Istati Membri jżommu l-poter li jorganizzaw is-sistema ferrovjarja nazzjonali tagħhom u li jiftħu s-swieq domestiċi tagħhom għall-kompetizzjoni, skont il-pożizzjoni ġeografika, demografika u storika tagħhom, u l-kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali kurrenti. |
|
1.6 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-awtoritajiet kompetenti jżommu l-poter tad-deċiżjoni jekk jingħatawx kompiti ta' servizz pubbliku lil operatur jew toħroġx sejħa għall-offerti, kif stabbilit bħalissa mir-Regolament 1370/2007/KE, u dawn għandhom ikunu jistgħu jorganizzaw l-istruttura tagħhom liberament. |
|
1.7 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-awtoritajiet kompetenti m'għandux ikollhom restrizzjonijiet dwar id-definizzjoni tal-kompiti tas-servizz pubbliku, fir-rigward tal-obbligu tat-tfassil ta' pjan għat-trasport pubbliku mitlub mill-Kummissjoni, u jitlob objettivi ċari għat-titjib tal-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità u l-involviment tal-utenti permezz tal-konsultazzjoni u tal-monitoraġġ tal-livell ta’ kwalità tas-servizz. |
|
1.8 |
Min-naħa l-oħra, il-KESE jappella biex l-operaturi ferrovjarji jkunu jistgħu iżommu l-kontroll tal-operazzjonijiet industrijali billi jżommu l-vetturi ferrovjarji u infrastruttura oħra, sabiex dan jinkoraġixxi l-isforzi indispensabbli tar-riċerka u l-innovazzjoni essenzjali għall-iżvilupp tas-settur f’termini ta’ sikurezza u kwalità. |
|
1.9 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu inizjattiva dwar il-monitoraġġ tas-sikurezza ferrovjarja li hi essenzjali għall-iżvilupp tal-ferroviji, bit-twaqqif ta’ osservatorji nazzjonali jew kumitati konġunti dwar is-sikurezza. Huwa jirrakkomanda li tiġi żgurata t-trasparenza tal-kundizzjonijiet operattivi tal-ferroviji, li l-approċċ tal-awtoritajiet pubbliċi għas-sikurezza jkun aktar demokratiku u li jiġi rispettat l-Artikolu 91 tat-Trattat li jistabbilixxi li l-Unjoni għandha l-obbligu li tilħaq ċerti riżultati f’termini ta’ sikurezza tat-trasport. |
|
1.10 |
Il-KESE jipproponi li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tieħu l-kompitu li tintegra d-dimensjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, peress li huma essenzjali għaż-żamma ta’ livell għoli ta’ sikurezza operattiva għall-utenti, il-ħaddiema u r-residenti viċin faċilitajiet ferrovjarji. |
|
1.11 |
Barra minn hekk, il-KESE jemmen li huwa indispensabbli li l-Aġenzija tkun legalment responsabbli għal kull deċiżjoni li tieħu. |
|
1.12 |
Il-KESE jqis bħala prijorità l-parti teknika tal-pakkett biex tgħin fil-bidla modali għall-ferroviji. |
|
1.13 |
Il-KESE jitlob lil min iħaddem u lill-awtoritajiet pubbliċi biex iqisu l-impjiegi diffiċli u perikolużi fis-settur ferrovjarju permezz ta’ protezzjoni soċjali speċifika, ftehimiet kollettivi, salarji u żvilupp tal-karriera, u jżommu l-impenji tagħhom dwar il-pensjonijiet. |
|
1.14 |
Il-KESE huwa favur sistema ta’ taħriġ kontinwu u rikonoxximent tal-esperjenza preċedenti tal-ħaddiema biex ikunu jistgħu jiksbu u jżommu l-ħiliet tagħhom. |
|
1.15 |
Il-KESE jappella biex kull Stat Membru, fil-kuntest ta' għażliet organizzattivi jew meta jiftaħ is-suq għall-kompetizzjoni, iżomm il-livell ta' impjieg għall-operaturi stabbiliti tiegħu, il-ftehimiet kollettivi tal-persunal, il-paga u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Fil-każ ta' bidla fl-operatur, għandhom jinżammu l-persunal ikkonċernat u l-garanziji kollettivi tiegħu. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1 |
Din l-Opinjoni tibni fuq dawn l-Opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom:
|
|
2.2 |
Ir-raba’ pakkett ferrovjarju attwali jikkonsisti minn sitt testi leġislattivi b’emendi, riformulazzjonijiet kif ukoll tħassir, ippreżentati f’komunikazzjoni ġenerali u assoċjati ma’ għadd ta’ rapporti u valutazzjonijiet tal-impatt. |
|
2.3 |
L-analiżi tal-proposta tistrieħ fuq l-erba’ pilastri ta’ dan ir-raba’ pakkett, u tittratta l-governanza u l-ftuħ tat-traffiku tal-passiġġieri fuq distanzi twal, ir-reviżjoni tar-Regolament 1370/2007/KE dwar l-obbligi tas-servizz pubbliku, ir-rwol tal-Aġenzjia Ferrovjarja Ewropea, u l-interazzjonijiet mal-interoperabilità u s-sikurezza, u d-dispożizzjonijiet soċjali. |
|
2.4 |
Is-sitwazzjoni attwali hija l-punt tat-tluq tar-riflessjonijiet u l-proposti, b'kunsiderazjzoni tal-iżviluppi possibbli għas-settur u fir-rispett tat-Trattat ta’ Lisbona. Sabiex tkun ivverifikata r-rilevanza tas-soluzzjonijiet proposti, tajjeb li jkunu analizzati r-riżultati tal-politiki tal-UE f’dawn l-aħħar għoxrin sena, jittieħdu perspettivi minn dan u jiġu stabbiliti għanijiet fir-rigward tar-rwol li jista’ u għandu jkollha l-ferrovija fid-dimensjonijiet tal-ippjanar reġjonali u l-ugwaljanza reġjonali, l-iżvilupp reġjonali, fis-servizz ipprovdut liċ-ċittadini u l-ispedituri, kif ukoll fl-aċċessibbiltà ta’ dan il-mod ta’ trasport. |
|
2.5 |
B’mod aktar ġenerali, l-iżvilupp ta’ din il-leġislazzjoni l-ġdida għandha tkun ibbażata fuq il-kontribut li dan il-mod ta’ trasport jista’ jġib lill-integrazzjoni Ewropea – bħalissa b’nuqqas ta’ proġetti - mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali. |
|
2.6 |
Il-leġislazzjoni għandha tippermetti wkoll l-iżvilupp ta' relazzjonijiet transkonfinali bejn l-Istati Membri ġirien li m'għandhomx infrastrutturi komuni, sabiex bil-ħolqien ta' dawn tal-aħħar jiġi żgurat li ċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi, speċjalment il-persuni b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa, ikollhom relazzjonijiet tajbin. |
|
2.7 |
F’dan ir-rigward, għandu jkun hemm interess qawwi għar-riżultati tal-politiki tal-UE f’termini ta’ żvilupp tal-konnessjonijiet transkonfinali sabiex jitħassar l-effett tal-fruntiera, billi l-preżenza ta’ din hija ta’ ostaklu għall-integrazzjoni Ewropea, għal-libertà ta’ moviment u għall-bidla modali lejn il-ferroviji. |
|
2.8 |
Għandha tinġibed l-attenzjoni lejn il-livell ta' sikurezza operattiva ta’ din l-industrija, billi l-iżvilupp tagħha huwa kkundizzjonat mil-livell ta’ fiduċja tal-pubbliku fiha u mit-trasparenza indispensabbli li li għandu jkun hemm fil-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tas-settur. |
|
2.9 |
L-analiżi għandha tindirizza l-konformità mal-Artikolu 10(3) tat-Trattat dwar id-dritt taċ-ċittadini li jipparteċipaw fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’mod kemm jista’ jkun miftuħ u kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin. |
|
2.10 |
Għandu jsir tbassir dwar l-evoluzzjoni soċjali tas-settur tal-ferroviji, fid-dawl tar-ristrutturar li qed isir, tar-ridefinizzjoni tal-ambitu tal-attività, tat-trasferiment tas-setgħat f'perjodu ta’ ċaqliq kbir tal-persunal fis-settur u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u soċjali tiegħu bil-għan li jitħarsu s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema. |
3. Governanza u ftuħ għall-kompetizzjoni tas-servizzi domestiċi għall-passiġġieri
|
3.1 |
Il-Kummissjoni għandha l-għan li tuża din il-proposta leġislattiva biex tagħti ħajja mill-ġdid lill-ferroviji billi tintroduċi l-kompetizzjoni għat-traffiku nazzjonali tal-passiġġieri. Il-Kummissjoni temmen li din il-kompetizzjoni għandha tkun stimolata permezz ta’ leġislazzjoni tal-UE li tipprovdi għal separazzjoni bejn il-kompiti ta’ maniġers tal-infrastruttura – li huma estiżi biex jinkludu l-kompiti ta’ mmaniġġjar tat-traffiku u l-manutenzjoni u l-investiment fin-netwerks – u l-maniġers tat-trasporaturi. Għandha wkoll l-intenzjoni li ssaħħaħ il-korpi regolatorji li se jirregolaw is-suq tal-ferroviji. |
|
3.2 |
Ghalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-21 ta’ Novembru 2012, li għandha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali sas-16 ta’ Ġunju 2015. Huwa ta’ min jinnota li din l-inizjattiva ttieħdet qabel ma kellna informazzjoni dwar l-effettività tal-miżuri meħuda fil-kuntest ta’ din ir-riformulazzjoni. |
|
3.3 |
Bl-istess mod, ma kienx possibbli jitkejlu l-effetti sħaħ tad-dispożizzjonijiet adottati f’termini tal-immaniġġjar tal-operat tar-rotot ewlenin. |
|
3.4 |
Il-Kummissjoni tagħmel għadd ta’ osservazzjonijiet fil-valutazzjonijiet tal-impatt marbuta mar-raba’ pakkett ferrovjarju, waqt li tirrikonoxxi li wħud huma reċenti jew ambigwi. Madankollu, tippreżenta għadd ta’ punti bħala argumenti favur is-soluzzjonijiet proposti. |
|
3.5 |
Diversi studji juru riżultati differenti ħafna dwar l-impatt tas-separazzjoni tal-maniġers tal-infrastruttura mill-kumpanijia ferrovjarja. Madankollu, l-eżami tad-data statistika pprovduta mill-Kummissjoni juri li m'hemmx rabta awtomatika bejn din is-separazzjoni, il-ftuħ tas-suq, u t-titjib tar-riżultati tal-ferroviji, iżda jidher li dan tal-aħħar jikkorrispondi direttament mal-livelli ta' finanzjament u l-prezz tan-nollijiet. Min-naħa l-oħra, ir-rapport McNulty jipprovdi stampa mħallta ħafna tas-sitwazzjoni fir-Renju Unit li tirrikonoxxi li s-sistema ferrovjarja tar-Renju Unit hija aktar għalja għall-Istat u għall-utent, u qed tbati minħabba l-fatt li l-partijiet interessati mhux qed jaħdmu flimkien, għalhekk hemm bżonn l-involviment akbar tal-Istat fl-integrazzjoni tal-aspetti differenti (tariffi, distribuzzjoni, ħinijiet, eċċ.). Biex isolvi din il-problema, Sir Mc Nulty għamel tliet rakkomandazzjonijiet, li għandhom jiġu implimentati gradwalment: il-qsim tal-ispejjeż u d-dħul bejn il-maniġer tal-infrastruttura u l-operaturi ferrovjarji, il-ħolqien ta' impriża konġunta bejniethom kif ukoll esperimenti ta' integrazzjoni mill-ġdid ta' ċerti franchises. |
|
3.6 |
Ċerti studji nazzjonali li eżaminaw il-kwalità tas-servizzi ferrovjarji, bħal dak li wettqet l-għaqda Brittanika tal-konsumaturi Which?, urew li hemm taħlita ta’ opinjonijiet fost l-utenti rigward is-servizzi tal-ferrovija, b’livelli ta’ sodisfazzjon tal-utenti ta’ 50 % jew inqas għal nofs l-operaturi u bi 22 % biss tal-utenti jħossu li s-sistema qed titjieb (http://which.co.uk/home-and-garden/leisure/reviews-ns/best-and-worst-uk-train-companies/best-train-companies-overall/). |
|
3.7 |
Barra minn dan, il-proposta tal-Kummissjoni ma tagħmel xejn biex ittejjeb l-aċċess għall-persuni b’diżabbiltà. Il-partijiet interessati involuti għandhom jikkonsultaw u jisimgħu lill-passiġġieri dwar dan. |
|
3.8 |
Il-Kummissjoni tirreferi għal stħarriġ tas-sodisfazzjon dwar is-servizzi tal-ferrovija għall-passiġġieri mwettaq fl-2012, li l-KESE kkunsidrah inadegwat fil-punt 1.6 tal-Opinjoni tiegħu TEN/495 tat-13 ta’ Diċembru 2012. |
|
3.9 |
Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll l-ammont kbir ta’ sussiddji pubbliċi mħallsa lis-settur u s-sejħa għall-kontribuzzjonijiet pubbliċi biex jonqos id-dejn tas-sistema, li kienet inkluża u rakkomandata bħala possibbiltà fid-Direttiva 91/440 u fil-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat ta’ April 2008. Din l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat mhix każ iżolat minħabba l-ammont kbir ta’ kapital fiżiku li jrid ikun disponibbli biex jitlaħqu l-miri ambjentali jew għal raġunijiet ta’ interess ġenerali jew politika pubblika. Operaturi oħra, privati jew pubbliċi, f’setturi oħra jibbenefikaw mill-istess arranġamenti. |
|
3.10 |
Biex toħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ftuħ tas-suq, il-Kummissjoni tipproponi separazzjoni stretta bejn il-funzjonijiet tal-maniġers tal-infrastruttura – li tagħhom ġie estiż l-ambitu – u dawk tat-trasportaturi. Il-proposta għandha l-għan li tevita l-kunflitti ta’ interess u l-prattiċi diskriminatorji u li tgħin fl-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tas-sussidjar reċiproku, iżda ma tipprovdix xhieda li dawn il-prattiċi jeżistu, jew tuża data li hija kontestata mill-partijiet ikkonċernati kif ukoll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Din hija r-raġuni ewlenija għaliex il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet fl-intier tagħhom il-proċeduri ta' ksur mibdija mill-Kummissjoni kontra l-Ġermanja u l-Awstrija. Il-KESE jenfasizza li għalkemm l-ispedituri tal-merkanzija u l-operaturi fil-qasam tal-loġistika b'mod ġenerali, u l-operaturi ferrovjarji l-ġodda b'mod partikolari, huma favur suq ferrovjarju tal-UE mingħajr fruntieri, separat u deregolat, li jkun aktar integrat mal-prattiċi kummerċjali normali ta' mezzi oħra tat-trasport, atturi oħra fis-suq ferrovjarju bħall-operaturi ferrovjarji stabbiliti, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi ferrovjarji, l-awtoritajiet pubbliċi tat-trasport, eċċ. għandhom fehma aktar kawta peress li jfittxu li jżommu l-kwalità attwali tas-servizz. |
|
3.11 |
Skont l-Artikolu 63(1) tad-Direttiva 2012/34 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, iż-żewġ koleġislaturi talbu lill-Kummissjoni tagħmel rapport “dwar l-implimentazzjoni tal-Kapitolu II” tad-Direttiva, kapitolu li primarjament jirrigwarda l-awtonomija u l-istrutturi tal-ferroviji tal-Unjoni, “tivvaluta l-iżvilupp tas-suq inkluż l-istat ta’ preparazzjoni ta’ ftuħ akbar tas-suq ferrovjarju” u “tanalizza wkoll il-mudelli differenti għall-organizzazzjoni ta’ dan is-suq u l-impatt [tar-riformulazzjoni] fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku u l-finanzjament tagħhom”. Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni kellha wkoll “tqis l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u d-differenzi intrinsiċi bejn l-Istati Membri (densità tan-netwerks, numru ta’ passiġġieri, distanza medja ta’ vjaġġar)”. F'dan il-każ, id-dibattitu wera li hemm bżonn li l-Istati Membri jitħallew jorganizzaw is-sistemi nazzjonali tagħhom, u jekk iqisu li jkun xieraq, li jkomplu jorganizzaw il-produzzjoni b’mod integrat li tippermetti l-akkomunament, għalhekk tnaqqas l-interfaċċji, li huma ta’ dannu kemm ekonomikament u kemm f’termini ta’ sikurezza. |
|
3.12 |
Is-separazzjoni tal-ġestjoni tal-infrastruttura f'sistema tat-trasport gwidata minn grad ta’ libertà wieħed ġeneralment toħloq iktar problemi milli benefiċċji billi tikkomplika l-operat bil-kbir, u twassal għal żieda fl-ispejjeż u tnaqqis fil-kwalità tas-servizz. Dan huwa l-każ speċjalment għal sistemi soġġetti għal traffiku mħallat intensiv. |
|
3.13 |
L-iżviluppi tekniċi jiġu integrati iktar bil-mod u b’iktar diffikultà. L-innovazzjoni - li spiss tinvolvi kemm elementi fissi (infrastruttura) kif ukoll elementi mobbli (vetturi ferrovjarji) – tinżamm lura. Il-burokrazija u l-interfaċċji inutli jiżdiedu b’mod sinifikanti, li jwassal għal spejjeż operattivi ogħla u inerzja fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. |
|
3.14 |
Barra minn hekk, is-separazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura u t-trasportaturi tbiegħed il-maniġer tan-netwerk jew tal-infrastruttura mill-utenti finali (passiġġieri u spedituri) u l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' kwalità tas-servizz (partikolarment f’termini ta’ puntwalità). Għalhekk għandu jinżamm rwol ta’ attur prinċipali fis-sistema ferrovjarja mingħajr ma tixxekkel l-indipendenza tal-funzjonijiet ewlenin tal-maniġer tal-infrastruttura. |
|
3.15 |
Fir-rigward tal-faċilitajiet tas-servizz, il-KESE kien kiteb rakkomandazzjoni fl-Opinjoni tiegħu TEN/432-433 tas-16 ta’ Marzu 2011 li tgħid “Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-faċilitajiet tas-servizz ferrovjarju, il-KESE ma jistax jappoġġja r-rekwiżit ta’ indipendenza legali, organizzattiva u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jista’ jipperikola l-istrutturi attwali li ma jistgħux jiġu sostitwiti.” L-analiżi ma tat ebda fatt ġdid li jeħtieġ ir-reviżjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni. |
|
3.16 |
Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-akkomunament ta’ ċerti funzjonijiet jippermetti li s-sistema ttejjeb ir-rendiment tagħha u l-kwalità tas-servizz għall-passiġġieri. Il-Kumitat huwa tal-istess opinjoni. |
|
3.17 |
Fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tat-trasport internazzjonali tal-ferrovija tal-passiġġieri fl-UE, li bdiet f'Jannar 2010, s'issa ma tantx nistgħu ngħidu li din wasslet għal tnaqqis sew fil-prezzijiet għal dan it-tip ta’ servizz jew xi tkabbir spettakolari fis-settur. |
|
3.18 |
Il-ferrovija ta’ veloċità għolja Ewropea bdiet sew qabel l-2010 bis-saħħa ta' investimenti pubbliċi konsiderevoli f'xi Stati Membri, u l-kompetizzjoni f’dan il-qasam probabbilment tibqa’ iktar intermodali milli intramodali għal tul ta’ żmien. Il-liberalizzazzjoni tal-2010 wasslet fuq kollox għat-tneħħija ta’ għadd ta’ konnessjonijiet eżistenti li jużaw tagħmir u kundizzjonijiet operattivi tradizzjonali (mhux veloċità għolja) u għall-waqfien ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni li kienu ilhom jeżistu. Il-KESE jiddispjaċih b'dan l-iżvilupp u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri meħtieġa biex ittejjeb u tiżviluppa servizzi transkonfinali bil-ferrovija għall-passiġġieri. |
|
3.19 |
Is-sitwazzjoni tal-ġarr tal-merkanzija bil-ferrovija hija katastrofika f'għadd sostanzjali ta' Stati Membri. Dan huwa prinċipalment minħabba l-fatt li l-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tal-linji ferrovjarji ma jsegwix il-pass tal-modernizzazzjoni tan-netwerk tat-toroq u t-trasport bil-ferrovija jkollu jħallas miżati għall-użu tal-mogħdijiet tal-ferrovija. Barra minn dan, il-kompetizzjoni għall-konnessjonijiet l-aktar profittabbli ttejjeb għadd ta' servizzi permezz ta' ferroviji b'vaguni li jibqgħu flimkien (block trains). Iżda dan huwa parzjalment għad-detriment tas-servizzi b'vaguni uniċi, li għandhom it-tendenza li dejjem jonqsu aktar. Dan jista' jwassal għad-deżertifikazzjoni ta' żoni industrijali sħaħ u jżid eluf ta' trakkijiet fit-toroq. Barra minn hekk, diversi partijiet interessati jammettu minn rajhom li f'xi Stati Membri, lanqas tunnellata waħda ta’ prodotti ma ġiet trasferita lejn il-ferroviji bħala riżultat tal-liberalizzazzjoni. |
|
3.20 |
Dawn l-osservazzjonijiet jinkoraġġixxu lill-KESE, minkejja l-ħtieġa ovvja ta' riforma tas-suq, li jissuġġerixxi lill-Kummissjoni biex tadotta approċċ prudenti għal-liberalizzazzjoni tat-traffiku domestiku tal-passiġġieri, minħabba l-esperjenza attwali ta' liberalizzazzjoni tat-traffiku internazzjonali. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll id-diffikultà li tingħata ħajja mill-ġdid lill-attivitajiet tal-ferrovija internazzjonali, li huma wisq skonessi mill-konnessjonijiet nazzjonali biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn effetti tan-netwerk ċari. |
|
3.21 |
Dwar dan, il-KESE jaqbel li ftit li xejn kien hemm tkabbir fit-traffiku tal-ferroviji internazzjonali tal-passiġġieri, minkejja l-approċċ attiv tal-Kummissjoni Ewropea f’termini ta’ qafas legali. |
|
3.22 |
Dan ifisser li l-inadegwatezza tar-riżultati tas-soluzzjonijiet proposti hija ċara, b’mod partikolari minħabba li mingħajr investiment adegwat u impetu politiku xieraq is-suq ma jistax jaġġusta l-problemi msemmija. Madakollu, kwistjoni partikolari f'dan il-kuntest hija li jkun żgurat li ż-żoni fix-xifer tat-territorji nazzjonali jkunu serviti minn mezzi ta’ trasport moderni li jirrispettaw l-ambjent. |
|
3.23 |
Dan l-objettiv għandu jkun prijorità għall-UE, bil-għan li tinħoloq żona Ewropea omoġenja billi jitneħħew l-effetti tal-fruntieri u tinħoloq koerenza f’termini ekonomiċi, soċjali u ta’ żvilupp għal żoni sħaħ li s’issa baqgħu lura minħabba diżgwid bejniethom. |
|
3.24 |
L-Unjoni għandha tipprovdi l-kapaċità li jinħolqu korpi transkonfinali u d-definizzjoni tal-metodi ta' intervenzjoni tagħhom fit-territorju li jkopru, sabiex jgħinu biex jiġu definiti u organizzati l-kompiti tas-servizzi ta’ interess ġenerali, kif stabbilit fl-Artikolu 14 u fil-Protokoll 26 tat-Trattat. |
|
3.25 |
Inizjattiva politika li għandha appoġġ sinifikanti mill-awtoritajiet pubbliċi biss tippermetti l-ħolqien ta’ żona u konnessjonijiet li suq matur jista’ jidħol fihom. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffoka aktar fuq l-iżvilupp attwali tal-kwalità u s-sikurezza tas-servizzi tas-suq ferrovjarju tal-UE, speċjalment dak transkonfinali, filwaqt li tikkunsidra wkoll l-iżviluppi f'modi oħra tat-trasport. Is-sehem dejjem akbar tas-suq ferrovjarju u s-sodisfazzjon tal-konsumaturi għandhom ikunu l-għan globali, però l-għodod biex dan il-għan jinkiseb jistgħu jkunu differenti fi Stati Membri differenti. |
4. Reviżjoni tar-Regolament 1370/2007 dwar l-obbligi tas-servizzi pubbliċi
|
4.1 |
L-emenda tar-Regolament 1370/2007/KE tinvolvi l-obbligu li jsiru sejħiet għall-offerti għat-trasport bil-ferrovija, l-organizzazzjoni ta' dawn is-sejħiet għall-offerti, il-preparazzjoni ta’ pjani tat-trasport pubbliku u d-disponibbiltà ta’ rolling stock għal dawk ġodda li jidħlu fis-suq. |
|
4.2 |
Fir-rakkomandazzjoni 1.7 tal-Opinjoni tiegħu TEN/495 tat-13 ta’ Diċembru 2012, il-KESE esprima tħassib serju dwar ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-obbligi tas-servizzi pubbliċi. L-evalwazzjoni prevista ma tilħaqx l-aspettattivi fir-rigward tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-impatt. |
|
4.3 |
Diversi studji – li wħud minnhom, pereżempju “Study on Regulatory Options on futur Market Opening in Rail Passengers Transport” (Studju dwar l-Għażliet Regolatorji dwar il-Ftuħ tas-Suq futur fit-Trasport tal-Passiġġieri bil-Ferrovija), twettqu għall-Kummissjoni – jagħtu data differenti u kontrastanti li ma tippermettix soluzzjoni uniformi għall-kwistjonijiet marbuta mal-livelli ta’ traffiku, il-frekwenza tas-servizz, l-iżviluppi fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat u l-produttività. |
|
4.4 |
Kien hemm riżultati simili ħafna fir-rigward tan-netwerks regolati minn oqfsa legali differenti (jiġifieri miftuħa jew le għall-kompetizzjoni), li għandhom iwiddbu biex ma jittiħidx approċċ ġenerali wisq li ma jikkunsidrax l-aspetti nazzjonali tal-arranġament tat-trasport, bħall-ġeografija, it-temp u l-post tal-produzzjoni u ż-żoni ta’ għajxien, li wħud minnhom għadhom 'il bogħod ħafna mis-servizzi ferrovjarji, kif imsemmi fl-Opinjoni TEN/495 tat-13 ta’ Diċembru 2012. |
|
4.5 |
Dawn l-elementi għandhom iwasslu lill-Unjoni sabiex tassigura li r-riżorsi użati jistgħu jilħqu l-għanijiet tal-azzjoni proposta, waqt li dawn ma jkunux jistgħu jintlaħqu fil-livell reġjonali, lokali jew nazzjonali, u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex dawn jinkisbu. |
|
4.6 |
Valutazzjoni fil-fond tal-konformità ma' dan l-objettiv għandha ssir ukoll fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi limiti massimi għall-għotjiet diretti; din id-dispożizzjoni tillimita l-libertà amministrattiva tal-awtoritajiet pubbliċi b’mod li jista' jista' jiġi kontestat. |
|
4.7 |
Is-sempliċi definizzjoni ta’ limiti li jillimitaw id-daqs tal-franchises li jistgħu jkunu offerti lill-operaturi se twassal inevitabbilment għal effetti tal-limiti, li probabbli jagħmlu dannu għall-koerenza tas-servizz u li, bil-prevenzjoni tas-sussidjar reċiproku, tfisser telf ta’ dik il-kompetittività kumplessiva mistennija mill-ftuħ tal-kompetizzjoni. Dan jimplika li d-deċiżjoni li jingħata lott wieħed jew aktar lil operatur jew permezz ta’ sejħa għall-offerti, għandha titħalla f'idejn l-awtoritajiet kompetenti, kif stabbilit bħalissa mir-Regolament 1370/2007/KE, flimkien mal-mod kif tiġi organizzata l-istruttura tagħha, inkluż kwalukwe diviżjoni f’lottijiet li jkun hemm bżonn, biex jiġu evitati effetti tal-limiti. |
|
4.8 |
Għandhom jiġu diskussi l-benefiċċji ta' daqstant dettalji dwar it-tħejjija tal-pjani tat-trasport pubbliku, li jidhru li jirristrinġu “d-diskrezzjoni wiesgħa tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali” fir-rigward tal-obbligi tas-servizzi pubbliċi kif stabbilita fit-Trattat. |
|
4.9 |
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tagħmel il-kapital fiżiku neċessarju għall-operazzjonijiet ferrovjarji disponibbli għall-atturi ġodda, li ma jkollhomx għalfejn jinvestu u jaħdmu fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, aspetti li madankollu huma importanti għall-kwalità u s-sikurezza tal-ferroviji. |
|
4.10 |
L-eżempju Brittaniku juri li huma l-operaturi bankarji li jassiguraw dan il-kiri permezz ta’ kumpaniji finanzjarji, li jpoġġi f’riskju konsiderevoli d-disponibbiltà ta’ kapital bħal dan u jqajjem il-kwistjoni ta’ min jikkontrollah. |
5. Ir-rwol tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, is-sikurezza ferrovjarja u l-interoperabilità ferrovjarja
|
5.1 |
It-tieni pakkett ferrovjarju stabbilixxa l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA), ibbażata f’Valenciennes fi Franza, li hija responsabbli għall-armonizzazzjoni teknika tat-tagħmir u n-netwerks Ewropej, għall-iżvilupp tal-interoperabilità permezz tal-produzzjoni ta’ standards komuni - speċifikazzjonijiet tekniki ta’ interoperabilità (TSI) u metodi komuni tas-sikurezza (CSM) – u għat-titjib tas-sikurezza ferrovjarja. |
|
5.2 |
L-Artikolu 91 tat-Trattat jitlob li l-UE tilħaq ċerti riżultati f’termini ta’ sikurezza tat-trasport, u l-livell irid jibqa’ jitjieb. |
|
5.3 |
Barra minn dan, il-livell tas-sikurezza ferrovjarja u tal-iżvilupp tagħha minħabba l-bidliet istituzzjonali u tekniċi li qed isiruma jista' qatt jitkejjel skont l-għadd ta’ vittmi rreġistrati. Minflok, dan għandu jiġi evalwat fid-dawl ta’ indikaturi li juru l-evoluzzjoni tiegħu u jippermettu li tittieħed azzjoni bikrija biex ikun żgurat l-ogħla livell ta’ sikurezza għall-utenti u minn jgħix viċin tan-nertwerk ferrovjarja. |
|
5.4 |
Il-ħolqien ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea teħtieġ titjib fl-interoperabilità. Il-kompatibbiltà tal-infrastruttura, ir-rolling stock u t-tagħmir fiss għandha tkun ibbażata fuq proċeduri sempliċi u rapidi li jżommu l-livell ta’ sikurezza eżistenti u jiżguraw l-iżvilupp, il-modernizzazzjoni u l-adattament għal ħtiġijiet ġodda. |
|
5.5 |
Minn dan il-lat, kuntrarjament għad-dikjarazzjoni magħmula fir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/58/KE dwar il-ftuħ tas-suq tat-trasport ferrovjarju internazzjonali tal-passiġġieri li jakkumpanja l-Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju, is-sigurtà ma tistax tiġi kkunsidrata bħala ostaklu. Esperjenzi riċenti f’oqsma oħra wrew kemm in-nuqqas ta’ dixxiplina jista’ jkun ta’ detriment għall-perċezzjoni pubblika tar-rwol tal-UE. Barra min hekk, l-aċċidenti ta’ Viareggio u iktar riċenti ta' Schellebelle għandhom ikunu ta’ twissija għall-atturi kollha fis-settur biex jadottaw l-ikbar attenzjoni u rigorosità possibbli fir-rigward tal-operazzjonijiet ferrovjarji. |
|
5.6 |
Għaldaqstant, l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha rwol ċentrali, b’kooperazzjoni mal-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Sikurezza, li huma marbuta f’netwerk ta’ skambju u koordinazzjoni. Il-kompiti tagħha, kif ukoll dawk tal-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Sikurezza, ukoll għandhom bżonn ikunu estiżi biex ikopru d-dimensjoni umana tal-operazzjonijiet ferrovjarji u jikkunsidraw l-aspetti marbuta mas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, li huma bla dubju aspetti tas-sikurezza ferrovjarja. |
|
5.7 |
Minħabba l-għadd dejjem jikber ta’ atturi involuti fil-ferroviji u l-konsegwenzi li jista’ jkollhom l-arranġamenti tax-xogħol inadegwati, ir-rwol tal-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Sikurezza (ANS) għandu jkun estiż ukoll biex jinkludi l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-ferroviji. L-ANS għandhom isiru awtoritajiet ta’ infurzar ġenwini fis-settur ferrovjarju, responsabbli li jiċċekkjaw li r-regoli fis-seħħ, li huma dispożizzjonijiet tal-politika soċjali pubbliku, jiġu applikati. |
|
5.8 |
F’April 2011, saret evalwazzjoni tar-rwol tal-Aġenzija fuq talba mill-Kummissjoni. Din turi li l-Aġenzija tista' tkun fdata bil-kompitu li tippromovi l-innovazzjoni bil-għan li jitjiebu l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, b’mod partikolari l-użu ta’ sistemi ġodda tal-informatika u sistemi ta’ monitoraġġ u lokalizzazzjoni. L-Aġenzija, madankollu, ma tistax tkun eżenti mir-responsabbiltà legali għad-deċiżjonijiet tagħha. |
|
5.9 |
Dan jorbot mal-adozzoni ta’ politika industrijali bbażata fuq ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-investiment, li teħtieġ appoġġ mill-awtoritajiet pubbliċi biex tindirizza kwistjoni prinċipali Ewropea li tista’ tikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku. Il-proġett industrijali u tar-riċerka Ewropea Shift2Rail, jekk jgħaqqad il-kumpaniji ferrovjarji flimkien, jista' jkun approċċ adegwat f'dan ir-rigward. |
|
5.10 |
F’konformità mal-obbligi tal-UE skont l-Artikolu 91 tat-Trattat biex ittejjeb is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, l-Aġenzija tista' tingħata l-poter biex tiżgura li l-partijiet japplikaw id-deċiżjonijiet ta’ interoperabilità meħuda. |
6. Aspetti soċjali
|
6.1 |
L-aħħar punt, marbut mat-tnedija mill-ġdid tal-politika industrijali tal-UE, għandu jkun marbut mal-kwistjonijiet tal-profil demografiku tal-ħaddiema u l-firxa ta’ ħiliet fis-settur tal-ferrovija u tal-kostruzzjoni tal-ferrovija. |
|
6.2 |
Il-ħaddiema qed jixjieħu u l-profil soċjali f’dawn is-setturi qed jinbidel, bil-maniġers, inġiniera u tekniċi fil-futur ser jirrapreżentaw parti dejjem akbar mill-ħaddiema kollha. |
|
6.3 |
Fis-snin li ġejjin, dan se jwassal għal tiġdid sinifikanti tal-persunal operattiv fis-settur ferrovjarju u tiġdid qawwi fost l-operaturi l-ġodda, li jqajjem il-kwistjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol applikati minn dawn l-operaturi l-ġodda u t-tnaqqis tal-livell speċifiku ta’ protezzjoni soċjali applikat mis-settur, li kienet tikkunsidra n-natura diffiċli u perikoluża tax-xogħol fis-settur ferrovjarju, u qabel il-liberalizzazzjoni kienet tiżgura li dan il-xogħol ikun attraenti. |
|
6.4 |
Li x-xogħol fis-settur ferrovjarju jkun attraenti, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ u n-nisa, hija għalhekk kwistjoni prinċipali f’termini tal-garanzija ta’ operazzjonijiet ferrovjarji affidabbli fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE, u dan jitlob li l-ħaddiema ġodda jidħlu fis-settur u li tkun żgurata l-lealtà tal-persunal. |
|
6.5 |
Dan l-objettiv doppju tal-attrattività u l-lealtà jfisser li l-impenji li ttieħdu jridu jinżammu mill-Istati Membri, f’termini ta’ protezzjoni soċjali (partikolarment il-pensjonijiet), garanziji kollettivi, kundizzjonijiet tax-xogħol u prospetti ta’ żvilupp tal-karriera u ta’ xogħol għal tul ta’ żmien għall-persunal abbażi tal-kisba u r-rikonoxximent tal-kwalifiki. Programmi speċifiċi bħall-Erasmus jistgħu jintużaw għal dan il-għan. |
|
6.6 |
L-Opinjoni tal-KESE TEN/445 tal-15 ta’ Ġunju 2011 dwar l-aspetti soċjali tal-politika dwar it-trasport tal-UE tagħmel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan il-qasam li għandhom il-kapaċità li jtejbu l-attrattività tas-settur, li l-Kummissjoni għandha tinkludi fil-proposti leġislattivi tagħha. |
|
6.7 |
Il-KESE jappella biex kull Stat Membru, fil-kuntest ta' għażliet organizzattivi jew meta jiftaħ is-suq għall-kompetizzjoni, iżomm il-livell ta' impjieg għall-operaturi stabbiliti tiegħu, il-garanziji kollettivi tal-persunal, il-paga u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Fil-każ ta' bidla fl-operatur, il-persunal ikkonċernat u l-ftehimiet kollettivi tiegħu għandhom jinżammu. |
Brussell, 11 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) ĠU C 132, 3.5.2011, p, 99-107.
(2) ĠU C 248, 25.8.2011, p. 22-30.
(3) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 146-153.
(4) ĠU C 44, 15.2.2013, p. 49-52.
APPENDIĊI
għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew tal-inqas kwart tal-voti:
Punt 1.5
Ibdel it-test kif ġej:
Il-KESE jitlob li l-Istati Membri jżommu l-poter li jorganizzaw is-sistema ferrovjarja nazzjonali tagħhom u li jiftħu s-swieq domestiċi tagħhom għall-kompetizzjoni, skont il-pożizzjoni ġeografika, demografika u storika tagħhom, u l-kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali kurrenti. Il-KESE jappoġġja l-għan tal-proposta tal-Kummissjoni biex twassal għall-ħolqien ta' suq ferrovjarju uniku fl-Ewropa bi kwalità għolja ta' trasport u mingħajr problemi ta' fruntieri. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffoka aktar fuq l-iżvilupp attwali tal-kwalità tas-servizzi tas-suq ferrovjarju tal-UE, speċjalment dak transkonfinali, filwaqt li tikkunsidra wkoll l-iżviluppi f'mezzi oħra tat-trasport. Is-sehem dejjem akbar tas-suq ferrovjarju u s-sodisfazzjon tal-konsumaturi għandhom ikunu l-għan kumplessiv, filwaqt li l-għodod biex dan il-għan jinkiseb jistgħu jkunu differenti fid-diversi Stati Membri.
Riżultat tal-votazzjoni (il-punti 1.5 u 3.1 ġew ivvutati u miċħuda flimkien):
|
Favur |
: |
30 |
|
Kontra |
: |
70 |
|
Astensjonijiet |
: |
7 |
Punt 3.1
Ibdel it-test kif ġej:
F'din il-proposta leġislattiva għar-raba' pakkett ferrovjarju, I il-Kummissjoni qed tkompli l-ħidma tagħha għandha l-għan li tuża din il-proposta leġislattiva biex tagħti ħajja mill-ġdid lill-ferroviji Ewropej. L-istess bħall-pakketti preċedenti, li diġà ttieħdet deċiżjoni dwarhom, dan il-pakkett huwa bbażat fuq il-fatt li l-ferroviji huma parti importanti minn sistema tat-trasport sostenibbli fl-UE kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija u li r-riforma tas-suq hija meqjusa meħtieġa biex jinħoloq suq ferrovjarju komuni li jista' jaqdi r-rwol potenzjali li t-trasport ferrovjarju ma rnexxilux jaqdi fid-deċenji li għaddew. Wara li introduċiet il-kompetizzjoni fil-merkanzija ferrovjarja u t-traffiku internazzjoni tal-passiġġieri, il-proposta attwali issa qed billi tintroduċi l-kompetizzjoni għat-traffiku nazzjonali tal-passiġġieri. Il-Kummissjoni temmen li din il-kompetizzjoni għandha tkun stimolata permezz ta’ leġislazzjoni tal-UE li tipprovdi għal separazzjoni bejn il-kompiti ta’ maniġers tal-infrastruttura – li huma estiżi biex jinkludu l-kompiti ta’ mmaniġġjar tat-traffiku u l-manutenzjoni u l-investiment fin-netwerks – u l-maniġers tat-trasporaturi tal-operaturi ferrovjarji. Għandha wkoll l-intenzjoni li ssaħħaħ il-korpi regolatorji li se jirregolaw is-suq tal-ferroviji. Il-KESE jappoġġja wkoll l-għan tal-proposta tal-Kummissjoni li jinkiseb il-ħolqien ta' suq ferrovjarju komuni fl-Ewropa bi kwalità għolja ta' trasport u mingħajr problemi konfinali.
Riżultat tal-votazzjoni (il-punti 1.5 u 3.1 ġew ivvutati u ċċaħħdu flimkien):
|
Favur |
: |
30 |
|
Kontra |
: |
71 |
|
Astensjonijiet |
: |
7 |
Punt 3.5
Ibdel it-test kif ġej:
Diversi studji juru riżultati differenti ħafna dwar l-impatt tas-separazzjoni tal-maniġers tal-infrastruttura mill-kumpanijia ferrovjarja u d-deregolazzjoni tas-swieq ferrovjarji. Madankollu Barra minn hekk, l-eżami tad-data statistika pprovduta mill-Kummissjoni juri li m'hemmx rabta awtomatika bejn din is-separazzjoni, il-ftuħ tas-suq, u t-titjib tar-riżultati tal-ferroviji. Jeżistu wkoll esperjenzi evidentement differenti fid-diversi Stati Membri li wettqu s-separazzjoni u/jew id-deregolazzjoni tas-swieq ferrovjarji u f'dawk is-swieq li għadhom ma wettqux riforma. Is-sehem tas-suq għat-trasport ferrovjarju jidher li ma jiddependix biss mill-mudelli ta' governanza iżda wkoll mil-livelli ġenerali ta' investiment u fatturi nazzjonali ġeografiċi, demografiċi u industrijali. , iżda jidher li dan tal-aħħar jikkorrispondi direttament mal-livelli ta' finanzjament u l-prezz tan-nollijiet. Min-naħa l-oħra, ir-rapport McNulty jipprovdi stampa mħallta ħafna tas-sitwazzjoni fir-Renju Unit li tirrikonoxxi li s-sistema ferrovjarja tar-Renju Unit hija aktar għalja għall-Istat u għall-utent, u qed tbati minħabba l-fatt li l-partijiet interessati mhux qed jaħdmu flimkien, għalhekk hemm bżonn l-involviment akbar tal-Istat fl-integrazzjoni tal-aspetti differenti (tariffi, distribuzzjoni, ħinijiet, eċċ.). Biex isolvi din il-problema, Sir Mc Nulty għamel tliet rakkomandazzjonijiet, li għandhom jiġu implimentati gradwalment: il-qsim tal-ispejjeż u d-dħul bejn il-maniġer tal-infrastruttura u l-operaturi ferrovjarji, il-ħolqien ta' impriża konġunta bejniethom kif ukoll esperimenti ta' integrazzjoni mill-ġdid ta' ċerti franchises.
Riżultat tal-votazzjoni (il-punti 3.5 u 3.6 ġew ivvutati u miċħuda flimkien):
|
Favur |
: |
27 |
|
Kontra |
: |
70 |
|
Astensjonijiet |
: |
7 |
Punt 3.6
Ħassar il-paragrafu:
Ċerti studji nazzjonali li eżaminaw il-kwalità tas-servizzi ferrovjarji, bħal dak li wettqet l-għaqda Brittanika tal-konsumaturi Which?, urew li hemm taħlita ta’ opinjonijiet fost l-utenti rigward is-servizzi tal-ferrovija, b’livelli ta’ sodisfazzjon tal-utenti ta’ 50 % jew inqas għal nofs l-operaturi u bi 22 % biss tal-utenti jħossu li s-sistema qed titjieb (http://which.co.uk/home-and-garden/leisure/reviews-ns/best-and-worst-uk-train-companies/best- train-companies-overall/).
Riżultat tal-votazzjoni (il-punti 3.5 u 3.6 ġew ivvutati u miċħuda flimkien):
|
Favur |
: |
27 |
|
Kontra |
: |
70 |
|
Astensjonijiet |
: |
7 |
Punt 3.11
Ibdel it-test kif ġej:
Skont l-Artikolu 63(1) tad-Direttiva 2012/34 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, iż-żewġ koleġislaturi talbu lill-Kummissjoni "tanalizza wkoll il-mudelli differenti għall-organizzazzjoni ta’ dan is-suq u l-impatt [tar-riformulazzjoni] fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku u l-finanzjament tagħhom". Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni kellha wkoll "tqis l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u d-differenzi intrinsiċi bejn l-Istati Membri (densità tan-netwerks, numru ta’ passiġġieri, distanza medja ta’ vjaġġar)". F'dan il-każ, id-dibattitu wera li hemm appoġġ biex bżonn li l-Istati Membri jitħallew jorganizzaw is-sistemi nazzjonali tagħhom, u jekk iqisu li jkun xieraq, li jkomplu jorganizzaw il-produzzjoni b’mod integrat li tippermetti l-akkomunament, għalhekk tnaqqas l-interfaċċji, li huma ta’ dannu kemm ekonomikament u kemm f’termini ta’ sikurezza.
Riżultat tal-votazzjoni (il-punti 3.11, 3.12, 3.13 u 3.14 ġew ivvutati u miċħuda flimkien):
|
Favur |
: |
35 |
|
Kontra |
: |
67 |
|
Astensjonijiet |
: |
2 |
Punt 3.12
Ħassar il-punt:
Is-separazzjoni tal-ġestjoni tal-infrastruttura f'sistema tat-trasport gwidata minn grad ta’ libertà wieħed ġeneralment toħloq iktar problemi milli benefiċċji billi tikkomplika l-operat bil-kbir, u twassal għal żieda fl-ispejjeż u tnaqqis fil-kwalità tas-servizz. Dan huwa l-każ speċjalment għal sistemi soġġetti għal traffiku mħallat intensiv.
Riżultat tal-votazzjoni (il-punti 3.11, 3.12, 3.13 u 3.14 ġew ivvutati u miċħuda flimkien):
|
Favur |
: |
35 |
|
Kontra |
: |
67 |
|
Astensjonijiet |
: |
2 |
Punt 3.13
Ħassar il-punt:
L-iżviluppi tekniċi jiġu integrati iktar bil-mod u b’iktar diffikultà. L-innovazzjoni - li spiss tinvolvi kemm elementi fissi (infrastruttura) kif ukoll elementi mobbli (vetturi ferrovjarji) – tinżamm lura. Il-burokrazija u l-interfaċċji inutli jiżdiedu b’mod sinifikanti, li jwassal għal spejjeż operattivi ogħla u inerzja fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Riżultat tal-votazzjoni (il-punti 3.11, 3.12, 3.13 u 3.14 ġew ivvutati u miċħuda flimkien):
|
Favur |
: |
35 |
|
Kontra |
: |
67 |
|
Astensjonijiet |
: |
2 |
Punt 3.14
Ibdel it-test kif ġej:
Barra minn hekk, is-separazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura u t-trasportaturi tista' tbiegħed il-maniġer tan-netwerk jew tal-infrastruttura mill-utenti finali (passiġġieri u spedituri) u l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' kwalità tas-servizz (partikolarment f’termini ta’ puntwalità). Dan jenfasizza l-bżonn ta' funzjoni regolatorja tajba għal dawn is-swieq. Għalhekk għandu jinżamm rwol ta’ attur prinċipali fis-sistema ferrovjarja mingħajr ma tixxekkel l-indipendenza tal-funzjonijiet ewlenin tal-maniġer tal-infrastruttura..
Riżultat tal-votazzjoni (il-punti 3.11, 3.12, 3.13 u 3.14 ġew ivvutati u miċħuda flimkien):
|
Favur |
: |
35 |
|
Kontra |
: |
67 |
|
Astensjonijiet |
: |
2 |
Punt 3.19
Ibdel it-test kif ġej:
Fir-rigward tas Is-sitwazzjoni tal-ġarr tal-merkanzija bil-ferrovija hija , l-effetti tad-deregolazzjoni jvarjaw ħafna fost l-Istati Membri u s-swieq. katastrofika f F'għadd sostanzjali ta' Stati Membri, speċjalment fl-Ewropa tal-Lvant, l-iżvilupp riċenti huwa problematiku ħafna. Dan huwa prinċipalment minħabba Madankollu, ir-raġuni prinċipali mhijiex id-derogolazzjoni iżda l-fatt li l-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tal-linji ferrovjarji ma jsegwix il-pass tal-modernizzazzjoni tan-netwerk tat-toroq u t-trasport bil-ferrovija jkollu jħallas miżati għall-użu tal-mogħdijiet tal-ferrovija. F'numru ta' pajjiżi oħrajn is-servizz lill-klijenti żdied b'mod sinifikanti u konsegwentament qed jinġarru iktar oġġetti bil-ferrovija minn qabel. Ġeneralment, il-kompetizzjoni li qed tikber speċjalment fis-suq tal-ferroviji b'vaguni li jibqgħu flimkien (block trains) kienet waħda pożittiva. Madankollu, il-kummerċ ta' tagħbijiet f'vaguni uniċi, qasam li ilu żmien twil problematiku fl-Ewropa, kompla jonqos fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi u dan wassal għal effetti ta' netwerks u għal abbandun ta' infrastruttura ferrovjarja b'livell baxx. Barra minn dan, il-kompetizzjoni għall-konnessjonijiet l-aktar profittabbli ttejjeb għadd ta' servizzi permezz ta' ferroviji b'vaguni li jibqgħu flimkien (block trains). Iżda dan huwa parzjalment għad-detriment tas-servizzi b'vaguni uniċi, li għandhom it-tendenza li dejjem jonqsu aktar. Dan jista' jwassal għad-deżertifikazzjoni ta' żoni industrijali sħaħ u jżid eluf ta' trakkijiet fit-toroq. Barra minn hekk, diversi partijiet interessati jammettu minn rajhom li f'xi Stati Membri, Mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni jidher ċar li d-deregolazzjoni tal-ġarr tal-merkanzija bil-ferroviji ma kinitx biżżejjed biex toħloq suq ġdid u kompetittiv għall-ġarr tal-merkanzija bil-ferroviji. Xi operaturi saħansitra jiddikjaraw li lanqas tunnellata waħda ta’ prodotti ma ġiet trasferita lejn il-ferroviji bħala riżultat dirett tal-liberalizzazzjoni.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur |
: |
39 |
|
Kontra |
: |
72 |
|
Astensjonijiet |
: |
3 |
|
12.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/133 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996, li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali”
COM(2013) 195 final/2 — 2013/0105 (COD)
2013/C 327/22
Relatur Ġenerali: is-Sur RANOCCHIARI
Fit-13 ta’ Mejju 2013 u fit-18 ta’ April 2013, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996, li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali
COM(2013) 195 final/2 – 2013/0105 (COD).
Fil-21 ta’ Mejju 2013 il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-491 sessjoni plenarja tiegħu tal-10 u l-11 ta' Lulju 2013 (seduta tal-11 ta' Lulju) li jaħtar lis-Sur Ranocchiari bħala relatur ġenerali, u adotta din l-Opinjoni b’87 vot favur u astensjoni waħda (1).
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex, wara sbatax-il sena, tirrevedi d-Direttiva attwali dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet ta' ċerti vetturi. Il-proposta għandha l-għan li ssegwi l-progress teknoloġiku sabiex ikollna vetturi li jħammġu anqas u li huma aktar sikuri. |
|
1.2 |
Fl-istess ħin il-KESE jinnota li ċerti kwistjonijiet għandhom jiġu ċċarati biex b'hekk ir-reviżjoni tkun koerenti mal-leġislazzjoni li hemm diġà, filwaqt li jiġu evitati kull kumplessità u/jew diskriminazzjoni mhux meħtieġa. |
|
1.3 |
F'dan ir-rigward il-KESE huwa kunfidenti li l-Kumitat ta' Esperti, imwaqqaf bl-għan li jadotta atti ddelegati, se jgħin biex jitneħħa kwalunkwe nuqqas ta' konsistenza. |
|
1.4 |
Fir-rigward tal-flaps ta' wara, il-KESE jirrakkomanda li l-armar tagħhom fuq il-vetturi jiġi inkluż fis-skema attwali tal-Approvazzjoni tat-Tip Ewropea (European Type Approval), u tiġi evitata l-Approvazzjoni tat-Tip Nazzjonali (National Type Approval) li tkun tirrappreżenta pass lura fir-rigward tal-Approvazzjoni tat-Tip għal Vettura Sħiħa (Whole Vehicle Type Approval). |
|
1.5 |
L-eżenzjoni tal-piż li tingħata biss lill-vetturi b'żewġ fusijiet u li għandhom propulsjoni elettrika jew ibrida għandha tiġi estiża għall-vetturi bi tliet fusijiet jew aktar u għal vetturi oħrajn li jużaw sistemi ta' propulsjoni u karburanti alternattivi, f'dawk il-każi fejn is-soluzzjonijet tekniċi rilevanti jġibu magħhom toqol żejjed u b'hekk titnaqqas il-kapaċità ta' tagħbija fuq il-vetturi. |
|
1.6 |
It-tagħmir ta' ppeżar abbord huwa rakkomandat iżda mhuwiex mandatorju. Il-KESE jfakkar li ma teżistix soluzzjoni teknika għat-tipi kollha ta' vetturi u l-armar tagħhom jista' jkun diffiċli ħafna fuq vetturi li għandhom suspensjoni mekkanika u/jew għadd kbir ta' fusijiet. Fl-aħħar mill-aħħar se jkun diffiċli ferm li niksbu sistema preċiża biżżejjed biex tkun tista' tintuża bħala għodda għall-infruzar. Għall-kuntrarju, l-istess riżultat ikun jista' jinkiseb bl-irduppjar tas-sistema tal-moviment tal-piż integrata fil-wiċċ tat-triq (weight in motion system integrated in the road surface – WIM) li tintuża diġà fl-Istati Membri. |
|
1.7 |
Fl-aħħar nett, dwar il-kunċett modulari jew il-Vetturi Tqal u Twal (Longer Heavier Vehicles – LHVs) il-KESE jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, għalissa, hija dik it-tajba kif imfisser aktar fil-punt 4.6 ta' din l-Opinjoni. |
|
1.8 |
Madankollu teżisti l-possibiltà, ladarba aktar Stati Membri jibdew jippermettu l-użu traskonfinali tal-vetturi tqal u twal, li naraw effett b'mod suċċessiv, u bil-mod il-mod vetturi bħal dawn jiġu permessi madwar l-Ewropa kollha. F'dan il-każ dawn id-derogi jistgħu jwasslu biex dik li bħalissa hija prattika ta' eċċezzjoni ssir ħaġa normali, u jinkiser il-prinċipju ewlieni tal-proposta li jisħaq li l-kunċett modulari ma jaffettwax b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni internazzjonali, u b'hekk jintlaqtu ħażin l-Istati Membri li ma jippermettux il-vetturi tqal u twal fit-territorju tagħhom. |
|
1.9 |
Jekk jiġri dan, il-Kummissjoni Ewropea ma tkun tista' tagħmel xejn ħlief tieħu nota u tħalli l-forzi tas-suq jiddeterminaw it-triq li rridu nsegwu. Jekk il-vetturi tqal u twal jiksbu sehem tas-suq fl-Istati Membri u jkollhom rekwiżiti ta' infrastruttura u sikurezza adegwati, il-Kummissjoni Ewropea ma jkollhiex rwol biex tillimitahom mingħajr ma tkun qed tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Id-Direttiva attwali, li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (1) tmur lura għal Lulju tal-1996. |
|
2.2 |
Fid-dawl tal-ħtieġa aktar stretta li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u l-konsum tal-prodotti taż-żejt, u meta wieħed iqis li t-trasport tat-triq jirrappreżenta 82 % tal-konsum tal-enerġija fis-settur tat-trasport, kien wasal iż-żmien li tiġi aġġornata din il-leġislazzjoni billi tintuża l-aktar evoluzzjoni teknika reċenti għat-tnaqqis tal-konsum tal-karburanti u għall-iffaċilitar tal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali. |
|
2.3 |
Fil-fatt, il-White Paper tal-2011 dwar it-trasport (2) diġà kienet ħabbret ir-reviżjoni tad-Direttiva attwali bl-għan li jitpoġġew fis-suq vetturi aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. |
|
2.4 |
Fid-dawl ta' dak li ssemma hawn fuq, il-KESE jilqa' b'sodisfazzjoni l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għar-reviżjoni tad-Direttiva attwali, meta nqisu li tali reviżjoni ma tqisx biss it-tnaqqis fil-konsum tal-karburanti iżda tqis ukoll il-bżonnijiet tat-trasport intermodali u tal-kontejnerizzazzjoni (containerisation) u, fl-aħħar iżda mhux l-anqas, is-sikurezza tat-toroq. |
3. Kontenut essenzjali tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea
|
3.1 |
Biex tingħata deroga mid-dimensjonijiet massimi tal-vetturi:
|
|
3.2 |
Biex tingħata żieda ta' tunnellata waħda fil-piż għal:
|
|
3.3 |
Biex tingħġata eżenzjoni ta' 15-il ċm fit-tul tat-trakkijiet biex ikun possibbli l-użu tal-kontejners ta' 45 pied fil-livell tal-UE. |
|
3.4 |
Sabiex jiġi ntraċċat aħjar il-ksur relatat ma' tagħbija żejda hija rakkomandata l-introduzzjoni ta' "tagħmir ta' ppeżar abbord" li jkun jista' jikkomunika d-data tal-ippeżar lill-awtoritajiet ta' inspezzjoni, u jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs fost it-trasportaturi. |
|
3.5 |
Biex jiġi kkonfermat l-użu traskonfinali tas-Sistema Modulari Ewropea (European modular system – EMS) jew tal-LHVs, meta dawn jaqsmu fruntiera waħda biss, u bil-kundizzjoni li ż-żewġ Stati Membri konċernati jkunu jippermettu dan, filwaqt li jiġu rispettati l-limiti ta' deroga previsti mid-Direttiva. Dan l-użu m'għandux iħalli impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni internazzjonali. |
|
3.6 |
Il-Kummissjoni Ewropea se tabbozza karatteristiċi tekniċi, livell minimu ta' prestazzjoni, restrizzjonijiet tal-manifattura u proċeduri dwar ir-rekwiżiti li jissemmew hawn fuq. |
|
3.7 |
F'dan ir-rigward, twaqqaf Kumitat ta' Esperti bl-għan li jadotta atti ddelegati li jirreaġġixxu għall-prinċipju standard ta' bażi tal-prestazzjoni, u b'hekk tiġi evitata l-impożizzjoni ta' obbligi sproporzjonati li jistgħu jippenalizzaw 'l-SMEs b'mod partikolari. Il-partijiet interessati ewlenin kollha huma involuti fil-Kumitat ta' Esperti. |
4. Kummenti tal-KESE
4.1 Flaps ta' wara
|
4.1.1 |
It-tul massimu awtorizzat tal-vetturi jista' jinqabeż l-aktar b'żewġ metri jekk il-flaps aerodinamiċi (li jingħalqu/jinġibdu 'l ġewwa) jkunu mwaħħla fuq wara. |
|
4.1.2 |
Il-KESE jappoġġja l-innovazzjoni iżda jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tevita kull kunflitt ta' leġislazzjoni bejn din il-proposta (tolleranza ta' 2 metri) u l-leġislazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (Reg. 1230/2012) li tippermetti żieda ta' 50 ċm fuq wara fit-tul tal-vettura u li għandha tiġi aġġornata hekk kif tiġi adottata din il-proposta. |
|
4.1.3 |
Barra dan, din il-proposta tgħid li t-twaħħil ta' tali tagħmir aerodinamiku għandu jkollu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali mill-Istat Membru li se joħroġ ċertifikat adatt li għandu jiġi aċċettat mill-bqija tal-Istati Membri kollha. Għall-kuntrarju, il-KESE fir-rigward tal-importanza ta' dak it-tagħmir, u anke f'termini ta' sikurezza, jirrakkomanda bil-qawwa li l-approvazzjoni tagħhom għandha tiġi inkluża fl-iskema attwali tal-approvazzjoni tat-tip Ewropea. L-approċċ nazzjonali jkun jirrappreżenta pass lura fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip għal vettura sħiħa. |
4.2 Semplifikazzjoni tal-kabina
|
4.2.1 |
Il-KESE jissuġġerixxi bil-qawwa li kemm id-Direttiva kif ukoll ir-riżultat tal-Kumitat ta' Esperti jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-titjib tal-kumdità tal-kabina tas-sewwieq. Għadd dejjem jikber ta' sewwieqa li jagħmlu vjaġġi internazzjonali fi ħdan l-UE jqattgħu l-ħin tal-mistrieħ tagħhom fit-trakk, u hemm ukoll il-każ estrem tas-sewwieqa mhux residenti (sewwieqa li jaħdmu f'pajjiż differenti mill-pajjiż ta' residenza tagħhom) li effettivament jgħixu xhur sħaħ fit-trakk tagħhom. Huwa fundamentali li tittejjeb il-kabina tas-sewwieq. Dan it-titjib ċertament ikollu jirdoppja bl-infurzar tar-Regolament (KE) 561/2006 li jipprojbixxi li s-sewwieqa jieħdu l-ħin tal-mistrieħ tagħhom ta' kull ġimgħa fil-vettura, u bis-saħħa tal-miżuri biex jinbnew żoni ta' parkeġġ ġodda, li jkunu protetti u affordabbli. |
|
4.2.2 |
Il-KESE jfakkar li d-disinn tal-kabina huwa eżerċizzju kumplikat, iqum il-flus u jirrikjedi l-ħin biex jiġi żviluppat. Konsegwentement il-produtturi għandu jkollhom biżżejjed ħin tat-tħejjija qabel l-implimentazzjoni.Għal din ir-raġuni, il-KESE jissuġġerixxi perjodu ta' tranżizzjoni li jiżgura kundizzjonijiet indaqs għall-produtturi kollha. |
4.3 Vetturi bi propulsjoni elettrika jew ibrida
|
4.3.1 |
Il-KESE jappoġġja l-eżenzjoni tal-piż mogħtija lil dawn il-vetturi, kemm it-trakkijiet kif ukoll il-kowċis, imma jirrakkomanda bil-qawwa li d-deroga tkun tista' tiġi applikata għal vetturi bi tliet fusijiet jew aktar. |
|
4.3.2 |
Barra dan, il-KESE jemmen li l-vetturi ekoloġiċi kollha għandhom jiġu trattati bl-istess mod, skont il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika li saħansitra ġie kkonfermat ukoll mill-Kummissjoni Ewropea fil-Pjan ta' Azzjoni għal industrija tal-karozzi kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa "CARS2020" (3). Għal din ir-raġuni l-KESE jirrakkomanda li tingħata l-istess eżenzjoni għal sistemi oħrajn ta' propulsjoni u għal karburanti alternattivi, fejn is-soluzzjonijiet tekniċi jġibu magħhom toqol żejjed li jolqot b'mod negattiv il-kapaċità ta' tagħbija, jiġifieri vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, bil-gass naturali kkompressat (CNG) u bil-gass naturali likwifikat (LNG). |
4.4 Kontejners tal-ħamsa u erbgħin pied għat-trasport intermodali
|
4.4.1 |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-proposta biex it-tul tal-vetturi li jintużaw għat-trasport tal-kontejners tal-45 pied jiġi estiż bi 15-il ċm. |
|
4.4.2 |
Dan it-tip ta' kontejners, li żdiedu fin-numru tagħhom b'86 % bejn l-2000 u l-2010, u jirrappreżentaw 20 % tal-istokk globali tal-kontejners, b'sehem tas-suq ta' madwar 3 % fl-Ewropa, mhux se jkollhom aktar bżonn ta' permess speċjali, u b'hekk se jiġi ffaċilitat it-trasport intermodali. |
|
4.4.3 |
Aspett dubjuż ta' din il-proposta hija l-ġustifikazzjoni għal-limitazzjoni rigward il-parti tat-triq fit-trasport kif prevista fl-Artikolu 11: mhux aktar minn 300 km tat-territorju tal-Unjoni Ewropea, jew sal-eqreb terminali li bejniethom ikun hemm servizz regolari. Tali dispożizzjoni tista' tkun pjuttost diffiċli biex tiġi interpretata u kkontrollata. Barra minn hekk jidher li huwa dubjuż ukoll it-trattament differenti tal-vjaġġi bit-triq minn/lejn it-trasport marittimu fuq distanza qasira fejn mhuma determinati ebda limiti u, jidher li hija permessa distanza itwal bit-triq, b'diskriminiazzjoni kontra l-arranġamenti l-oħrajn ta' trasport intermodali. |
4.5 Tagħmir ta' ppeżar abbord
|
4.5.1 |
Huwa magħruf li l-ispezzjonijiet tal-vetturi fir-rigward ta' tagħbija żejda ta' spiss ma jkunux effiċjenti u fi kwantità biżżejjed, u dan jipperikola s-sikurezza tat-toroq, b'inċidenza għolja ta' ksur li jagħti vantaġġ kompetittiv lit-trasportaturi li ma jimxux mar-regoli rilevanti. |
|
4.5.2 |
Biex jitwaħħal tali tagħmir abbord mhuwiex kompitu faċli, ma jeżistux soluzzjonijiet tekniċi għat-tipi kollha ta' vetturi u se jkun kumplikat ħafna u bi spiża kbira biex niksbu sistema preċiża biżżejjed sabiex tintuża bħala għodda għall-infurzar. Barra minn hekk dan it-tip ta' tagħmir jista' jitwaħħal biss fuq vetturi ġodda u jeżisti r-riskju li l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw sistemi differenti li jwassal għal frammentazzjoni tas-suq. |
|
4.5.3 |
L-istess kejl jista' jinkiseb meta bejn wieħed u ieħor tiġi rduppjata l-WIM eżistenti u jidher li din tista' tkun soluzzjoni prattika tajba anke skont il-valutazzjoni tal-impatt ta' din il-proposta fejn il-benefiċċji għall-Istati Membri huma stmati li jkunu ħafna akbar mill-ispejjeż. |
4.6 Sistema modulari Ewropea/Kunċett modulari
|
4.6.1 |
Dan is-suġġett sar iżjed sensittiv u kontroversjali mindu l-approvazzjoni tad-Direttiva attwali fl-1996, meta ġiet aċċettata d-deroga marbuta mal-kunċett modulari wara l-adeżjoni tal-Finlandja u l-Isvezja fl-UE, fejn l-LHVs kienu diġà qed joperaw bejn iż-żewġ pajjiżi. |
|
4.6.2 |
Fil-qosor, l-EMS tikkonsisti f'arranġament flimkien tal-itwal semitrejler b'tul massimu ta' 13,60 m mal-itwal trasportatur tat-tagħbija (load-carrier) b'tul massimu ta' 7,82 m li huma permessi fl-UE. Ir-riżultat huwa vettura b'tul massimu ta' 25,25 m b'piż gross li jilħaq is-60 tunnellata, filwaqt li fil-pajjiżi tal-UE li ma jippermettux l-EMS it-tul massimu huwa ta' 16,50 m għall-vetturi artikolati u ta' 18,75 m għall-ferroviji tat-triq (road trains) b'piż gross li jilħaq l-40 tunnellata (sa 44 tunnellata meta jġorru kontejners ta' 40/45 pied fit-trasport intermodali). |
|
4.6.3 |
Il-punti favur jew kontra l-EMS huma magħrufin u b'xi mod jidhru fid-diversi laqmijiet li jingħatawlhom, li jvarjaw minn "eco combi" u "euro combi" sa "giga-liners", "mega trucks", "super lorries" u aktar. |
|
4.6.4 |
Dawk favur l-EMS jenfasizzaw li se ttejjeb is-sistema loġistika tal-kontinent Ewropew. Żewġ LHVs jistgħu jissostitwixxu tliet vetturi tqal tal-merkanzija (heavy goods vehicles – HGVs) li joperaw bħalissa; u b'hekk in-numru ta' vjaġġi jonqos b'madwar 30 %, il-konsum tal-karburant jonqos bi 15 % u jsir iffrankar ta' spejjeż ta' aktar minn 20 %. Dan kollu jkun jippermetti aktar vantaġġi rigward l-ambjent, il-konġestjoni, id-degradazzjoni tat-toroq u s-sikurezza tagħhom. Il-kamp oppost juża bejn wieħed u ieħor l-istess argumenti biex jgħid il-maqlub: l-EMS hija riskju għas-sikurezza tat-traffiku fit-triq, b'impatt kbir fuq l-infrastruttura tat-toroq u pressjoni akbar fuq l-ambjent. Jekk tirnexxi, tista' traħħas it-trasport bit-triq u żżid it-traffiku tat-toroq, billi t-trasport tal-oġġetti minflok bil-ferrovija jibda jsir bit-triq. |
|
4.6.5 |
Dawn il-fehmiet opposti ma jinstabux biss fost il-partijiet interessati imma saħansitra wkoll fost l-Istati Membri. Kif issemma diġà l-Finlandja u l-Isvezja ilhom jawtorizzaw l-EMS għal żmien twil u l-Pajjiżi l-Baxxi għamlu l-istess fl-2008, wara snin twal ta' ttestjar. Il-Ġermanja, il-Belġju u d-Danimarka għadhom għaddejjin bil-provi filwaqt li Stati Membri oħrajn iddikjaraw li huma kontra l-EMS fit-territorju tagħhom. |
|
4.6.6 |
Dak li qed tipproponi issa l-Kummissjoni Ewropea mhuwa xejn aktar minn kjarifika tat-test tad-Direttiva attwali, liema test kien jitqies pjuttost ambigwu. Il-punti ewlenin huma:
|
|
4.6.7 |
Il-KESE jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-EMS hija dik it-tajba, kemm legalment kif ukoll politikament. |
|
4.6.8 |
Il-Kummissjoni Ewropea la tista' timponi projbizzjoni u lanqas liberalizzazzjoni dwar l-EMS mingħajr ma tkun qed tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà u n-newtralità tal-mod ta' trasport. Fil-fehma tal-KESE huwa f'idejn l-Istati Membri biex jieħdu deċiżjoni wara li jkunu wettqu l-analiżi tal-kost-benefiċċju tagħhom stess |
|
4.6.9 |
Fuq perjodu ta’ żmien itwal, kif diġà kien suġġerit f'Opinjoni preċedenti tal-KESE (4), għandu jiġi vvalutat jekk l-użu ta’ vetturi tat-triq iżjed twal li jaħdmu b’karburanti ġodda jistax jintrabat mal-iżvilupp ta’ kurituri multimodali li fil-Pjan Direzzjonali huma kkunsidrati parti mill-core network tat-TEN-T. |
Brussell, 11 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) Għall-ġarr tal-passaġġieri: M2 (minn 8+1 sits b'massa mass. < 5 tunnellati); M3 (l-istess numru ta' sits bħal f'M2 iżda b'massa mass. > 5 tunnellati). Għall-ġarr tat-tagħbija: N2 (massa mass. > 3.5 u < 12-il tunnellata); N3 (massa mass. > 12-il tunnellata); O2 (trejlers b'massa mass. > 0.75 u < 3.5 tunnellati); O3 (trejlers b'massa mass. > 3.5 u < 10 tunnellati); O4 (trejlers b'massa mass. > 10 tunnellati).
(2) COM(2011) 144 final.
(3) COM(2012) 636 final.
(4) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 146-153.