ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.325.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 325

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
9 ta' Novembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 325/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 313, 26.10.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 325/02

Kawża C-77/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-17 ta’ Settembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew (Rikors għal annullament — Adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena 2011 — Att tal-President tal-Parlament li jikkonstata din l-adozzjoni definittiva — Artikolu 314(9) TFUE — Stabbiliment mill-Parlament u l-Kunsill tal-baġit annwali tal-Unjoni — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 314 TFUE — Prinċipju ta’ ekwilibriju istituzzjonali — Prinċipju ta’ tqassim tas-setgħat — Dmir ta’ kooperazzjoni leali — Osservanza tal-forom proċedurali sostanzjali)

2

2013/C 325/03

Kawża C-388/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Le Crédit Lyonnais vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat (Taxxa fuq il-valur miżjud — Sitt Direttiva 77/388/KEE — Artikoli 17 u 19 — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Użu ta’ oġġetti u ta’ servizzi kemm għal tranżazzjonijiet taxxabbli u għal tranżazzjonijiet eżentati — Tnaqqis proporzjonali — Kalkolu tal-proporzjon — Fergħat stabbiliti fi Stati Membri oħra u fi Stati Membri terzi — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ tagħhom)

2

2013/C 325/04

Kawża C-475/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Berufsgericht für Heilberufe bei dem Verwaltungsgericht Gießen — il-Ġermanja) — Kostas Konstantinides (Libertà li jiġu pprovduti servizzi mediċi — Fornitur li jmur fi Stat Membri ieħor sabiex jipprovdi s-servizz — Applikabbiltà tar-regoli ta’ etika tal-Istat Membru ospitanti u, b’mod partikolari, ta’ dawk li jirrigwardaw l-onorarji u r-reklamar)

3

2013/C 325/05

Kawża C-526/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — IVD GmbH & Co. KG vs Ärztekammer Westfalen-Lippe (Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Il-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1(9) — Kunċett ta’ korp irregolat bil-liġi pubblika — Kundizzjoni li tirrigwarda l-finanzjament tal-attività, il-kontroll tal-ġestjoni, il-kontroll tal-attività mill-Istat, minn awtoritajiet reġjonali jew lokali jew korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika — Kamra professjonali tat-tobba — Finanzjament previst mil-liġi permezz ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri ta’ din il-kamra — Ammont ta’ kontribuzzjonijiet stabbilit mill-assemblea tal-imsemmija kamra — Awtonomija tal-imsemmi korp fir-rigward tal-istabbiliment tal-portata u tal-metodi ta’ implementazzjoni tal-funzjonijiet legali tagħha)

4

2013/C 325/06

Kawża C-614/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Niederösterreichische Landes-Landwirtschaftskammer vs Anneliese Kuso (Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa — Direttiva 76/207/KEE — Kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat konkluż qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru — Skadenza tat-terminu wara l-adeżjoni — Sistema ta’ impjieg li tiffissa d-data ta’ skadenza tal-kuntratt għall-aħħar jum tas-sena li fiha tintlaħaq l-età tal-pensjoni — Differenza fl-età bejn nisa u rġiel)

4

2013/C 325/07

Kawżi magħquda C-660/11 u C-8/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana — l-Italja) — Daniele Biasci et vs Ministero dell’Interno, Questura di Livorno (Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikoli 43 KE u 49 KE — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri — Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija kif ukoll ta’ liċenzja — Leġizlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Attivitajiet transkonfinali li jistgħu jitqiesu li huma simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja — Projbizzjoni — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji fil-qasam tal-logħob tal-ażżard)

5

2013/C 325/08

Kawża C-49/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret — id-Danimarka) — The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Sunico ApS, M & B Holding ApS, Sunil Kumar Harwani (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 1(1) — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ materji ċivili u kummerċjali — Azzjoni mibdija minn awtorità pubblika — Kumpens għad-dannu mġarrab minħabba l-parteċipazzjoni f’evażjoni fiskali minn terz li ma huwiex suġġett għall-VAT)

6

2013/C 325/09

Kawża C-64/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Anton Schlecker, li qed jaġixxi taħt l-isem kummerċjali Firma Anton Schlecker vs Melitta Josefa Boedeker (Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali — Kuntratt ta’ xogħol — Artikolu 6(2) — Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla — Liġi tal-pajjiż fejn il-ħaddiem issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu — Kuntratt li għandu konnessjonijiet eqreb ma’ Stat Membru ieħor)

6

2013/C 325/10

Kawża C-434/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Slancheva sila EOOD vs Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond Zemedelie Razplashtatelna agentsia (Politika Agrikola Komuni — FAEŻR — Regolament (UE) Nru 65/2011 — Sostenn għall-iżvilupp rurali — Għajnuna għall-ħolqien u għall-iżvilupp tal-mikroimpriżi — Kunċett ta’ kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment — Prattiki abbużivi — Provi)

7

2013/C 325/11

Kawża C-383/13 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — M. G., N. R. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Viżi, ażil, immigrazzjoni u politiki oħra marbuta mal-moviment liberu tal-persuni — Politika ta’ immigrazzjoni — Immigrazzjoni klandestina u residenza irregolari — Ripatrijazzjoni ta’ persuni li jirrisjedu irregolarment — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Proċedura ta’ tneħħija — Miżura ta’ detenzjoni — Estensjoni tad-detenzjoni — Artikolu 15(2) u (6) — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ — Ksur — Konsegwenzi)

8

2013/C 325/12

Kawża C-348/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ġunju 2013 — BestWater International GmbH vs Michael Mebes, Stefan Potsch

8

2013/C 325/13

Kawża C-358/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2013 — Proċeduri kriminali kontra Markus D.

8

2013/C 325/14

Kawża C-373/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Lulju 2013 — H.T. vs Land Baden-Württemberg

9

2013/C 325/15

Kawża C-413/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Lulju 2013 — FNV Kunsten Informatie en Media vs Staat der Nederlanden

9

2013/C 325/16

Kawża C-416/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso -Administrativo de Oviedo (Spanja) fit-23 ta’ Lulju 2013 — Mario Vital Pérez vs Ayuntamiento de Oviedo

10

2013/C 325/17

Kawża C-417/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-23 ta’ Lulju 2013 — ÖBB Personenverkehr AG vs Gotthard Starjakob

10

2013/C 325/18

Kawża C-419/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Lulju 2013 — Art & Allposters International BV vs Stichting Pictoright

11

2013/C 325/19

Kawża C-427/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Autorità per la Vigilanza sui Contratti pubblici di lavori, servizi e forniture (l-Italja) fil-25 ta’ Lulju 2013 — Emmeci vs Cotral

12

2013/C 325/20

Kawża C-431/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Lulju 2013 — Vietnam Airlines Co. Ltd vs Brigitta Voss, Klaus-Jürgen Voss

12

2013/C 325/21

Kawża C-437/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Awwissu 2013 — Unitrading vs Staatssecretaris van Financiën

13

2013/C 325/22

Kawża C-438/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Awwissu 2013 — SC BCR Leasing IFN SA vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de administrare a marilor contribuabili, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de soluționare a contestațiilor

13

2013/C 325/23

Kawża C-442/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-6 ta’ Awwissu 2013 — Sarah Nagy vs Marcel Nagy

14

2013/C 325/24

Kawża C-444/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Brașov (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Awwissu 2013 — Imre Solyom, Luiza Solyom vs Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Brașov

14

2013/C 325/25

Kawża C-452/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fit-12 ta’ Awwissu 2013 — Germanwings GmbH vs Ronny Henning

14

2013/C 325/26

Kawża C-455/13 P P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2013 mill-Confederazione Cooperative Italiane, Cooperativas Agro-alimentarias, Fédération française de la coopération fruitière, légumière et horticole (Felcoop) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-454/10, Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav), Agrupación Española de Fabricantes de Conservas Vegetales (Agrucon) vs Il-Kummissjoni Ewropea

15

2013/C 325/27

Kawża C-456/13 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 minn T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-279/11, T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda vs Il-Kummissjoni Ewropea

16

2013/C 325/28

Kawża C-494/13 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 minn GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta Lulju 2013 fil-Kawża T-205/12 — GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

16

2013/C 325/29

Kawża C-495/13 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 minn GRE Grand River Enterprises Deutschland mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-206/12, GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 325/30

Kawża T-402/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni (Fond ta’ Koeżjoni — Regolament (KE) Nru 1164/94 — Proġetti ta’ infrastruttura ambjentali mwettqa fit-territorju tal-Cataluña (Spanja) — Tneħħija parzjali tal-għajnuna finanzjarja — Kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal xogħlijiet — Kriterji ta’ għoti — Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Ugwaljanza fit-trattament — Trasparenza — Offerta anormalment baxxa — Eliġibbiltà tal-infiq — Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji — Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 — Proporzjonalità)

19

2013/C 325/31

Kawża T-2/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni (Fondi ta’ koeżjoni — Regolament (KE) Nru 1164/94 — Proġetti li jikkonċernaw it-trattament sanitarju tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja) — Kanċellazzjoni parzjali tal-għajnuna finanzjarja — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Kriterji ta’ għoti — Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Ugwaljanza fit-trattament — Trasparenza — Eliġibbiltà tal-ispejjeż — Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji — Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 — Proporzjonalità)

19

2013/C 325/32

Kawża T-3/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni (Fond ta’ Koeżjoni — Regolament (KE) Nru 1164/94 — Proġetti ta’ infrastruttura ambjentali implementati fit-territorju ta’ Andalucía (Spanja) — Tneħħija parzjali tal-għajnuna finanzjarja — Kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal xogħlijiet — Kriterji ta’ għoti — Reklamar — Eliġibbiltà tal-infiq — Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji — Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 — Proporzjonalità)

20

2013/C 325/33

Kawżi magħquda T-226/09 u T-230/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — British Telecommunications u BT Pension Scheme Trustees vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Eżenzjoni parzjali tal-obbligu ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni lill-Fond għall-Ħarsien tal-Pensjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Riżorsi tal-Istat — Benefiċċju — Natura selettiva — Ksur tal-kompetizzjoni — Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Aspettattivi leġittimi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Implementazzjoni tal-għajnuna)

20

2013/C 325/34

Kawża T-435/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — GL2006 Europe vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti ta’ sostenn finanzjarju konklużi fil-kuntest tal-ħames u s-sitt programm qafas għal azzjoni Komunitarja ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku u fil-kuntest tal-programm eTEN — Proġetti Highway, J WeB, Care Paths, Cocoon, Secure-Justice, Qualeg, Lensis, E-Pharm Up, Liric, Grace, Clinic u E2SP — Rexissjoni tal-kuntratti — Rimbors tas-somom imħallsa — Noti ta’ debitu — Kontrotalba — Rappreżentanza tar-rikorrent)

21

2013/C 325/35

Kawża T-486/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Miżuri ta’ żvilupp rurali — Żoni żvantaġġati u agroambjent — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa — Infiq imwettaq mill-Polonja — Rapporti ta’ kontroll — Effikaċja tal-kontrolli — Sistema ta’ sanzjonijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni)

21

2013/C 325/36

Kawża T-518/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Ecoceane vs AESM (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċeduri ta’ sejħa għal offerti — Intervent minn bastimenti ta’ sostenn fil-ġlieda kontra t-tniġġis permezz tal-idrokarburi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Trasparenza — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

22

2013/C 325/37

Kawża T-333/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — ATC et vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Spezzjonijiet sanitarji — Miżuri ta’ protezzjoni f’sitwazzjoni ta’ kriżi — Miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-preżenza ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terzi — Projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ għasafar selvaġġi maqbuda fl-ambjent naturali tagħhom — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjonijiet legali li jagħtu drittijiet lill-individwi — Nuqqas manifest u gravi li jiġu osservati l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali — Direttivi 91/496/KE u 92/65/KE — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Dmir ta’ diliġenza — Proporzjonalità)

22

2013/C 325/38

Kawża T-364/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Duravit et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Ksur uniku u kontinwu — Oneru tal-prova — Multi — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Nulla poena sine lege)

23

2013/C 325/39

Kawża T-368/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Rubinetteria Cisal vs Il-Kummisjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijakk tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Kunċett ta’ ksur — Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-2002 — Kooperazzjoni — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Assenza ta’ kapaċità kontributtiva)

24

2013/C 325/40

Kawżi magħquda T-373/10, T-374/10, T-382/10 u T-402/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Villeroy & Boch Austria et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijaku tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni ta’ żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva — Ksur uniku — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Prova — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Non-retroattività — Terminu raġonevoli)

24

2013/C 325/41

Kawża T-375/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Hansa Metallwerke et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Komunikazzjoni tal-2002 dwar il-kooperazzjoni — Tnaqqis tal-ammont tal-multa — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Nuqqas ta’ retroattività)

25

2013/C 325/42

Kawża T-376/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Mamoli Robinetteria vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Drittijiet tad-difiża — Komunikazzjoni tal-2002 dwar il-kooperazzjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Kunċett ta’ akkordju — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Gravità — Koeffiċjent tal-ammont addizzjonali)

25

2013/C 325/43

Kawża T-378/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Masco et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Ksur uniku)

26

2013/C 325/44

Kawżi magħquda T-379/10 u T-381/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Tul tal-ksur — Drittijiet tad-difiża — Aċċess għall-fajl — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

26

2013/C 325/45

Kawża T-380/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Wabco Europe et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Distorsjoni tal-kompetizzjoni — Prova — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Komunikazzjoni tal-2002 dwar il-kooperazzjoni — Immunità minn multi — Tnaqqis tal-ammont tal-multa — Valur miżjud sinjifikattiv — Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività)

27

2013/C 325/46

Kawża T-386/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Dornbracht vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Nuqqas ta’ retroattività)

28

2013/C 325/47

Kawża T-396/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Zucchetti Rubinetteria vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Kunċett ta’ ksur — Ksur uniku — Suq rilevanti — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Gravità — Koeffiċjenti)

28

2013/C 325/48

Kawża T-408/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Roca Sanitario vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Gravità tal-ksur — Koeffiċjenti — Ċirkustanzi attenwanti — Tnaqqis tal-ammont tal-multa — Valur miżjud sinjifikattiv)

29

2013/C 325/49

Kawża T-411/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Laufen Austria vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Imputabbiltà ta’ aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Gravità tal-ksur — Koeffiċjenti — Ċirkustanzi attenwanti — Kriżi ekonomika — Pressjoni eżerċitata mill-grossisti — Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 — Tnaqqis tal-ammont tal-multa — Valur miżjud sinjifikattiv)

29

2013/C 325/50

Kawża T-412/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Roca vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kriżi ekonomika — Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 — Tnaqqis fl-ammont tal-multa — Valur miżjud sinjifikanti)

30

2013/C 325/51

Kawża T-489/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Islamic Republic of Iran Shipping Lines et al vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni)

30

2013/C 325/52

Kawża T-8/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Bank Kargoshaei et vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Aspettattivi leġittimi — Eżami mill-ġdid tal-miżuri restrittivi adottati — Żball ta’ evalwazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Bażi legali — Forom proċedurali sostanzjali — Proporzjonalità — Dritt għall-proprjetà)

31

2013/C 325/53

Kawża T-343/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (FAEGG — It-Taqsima tal-Garanzija — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Frott u ħxejjex — Esklużjoni mill-finanzjament tal-ispejjeż għall-istampar fuq l-imballaġġi — Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi — Esklużjoni tal-ispejjeż tal-membri kollha tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernati — Proporzjonalità)

32

2013/C 325/54

Kawża T-373/13: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 minn Geoffroy Alsteens mid-digriet mogħti fit-8 ta’ Mejju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-87/12, Alsteens vs Il-Kummissjoni

32

2013/C 325/55

Kawża T-410/13: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2013 — Bitiqi et vs Il-Kummissjoni et

33

2013/C 325/56

Kawża T-418/13: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2013 — Richter + Frenzel vs UASI — Richter (Richter+Frenzel)

33

2013/C 325/57

Kawża T-420/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2013 — Brouillard vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

34

2013/C 325/58

Kawża T-422/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awissu 2013 — CPME et vs Il-Kunsill

34

2013/C 325/59

Kawża T-423/13: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2013 — Good Luck Shipping vs Il-Kunsill

35

2013/C 325/60

Kawża T-424/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2013 — Jinan Meide Casting vs Il-Kunsill

36

2013/C 325/61

Kawża T-425/13: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awissu 2013 — Giant (China) vs Il-Kunsill

36

2013/C 325/62

Kawża T-429/13: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2013 — Bayer CropScience vs Il-Kummissjoni

37

2013/C 325/63

Kawża T-430/13 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Awissu 2013 mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) mis-sentenza mogħtija fis-26 ta’ Ġunju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 21/12, Achab vs KESE

38

2013/C 325/64

Kawża T-441/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awissu 2013 — Makhlouf vs Il-Kunsill

39

2013/C 325/65

Kawża T-442/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2013 — Makhlouf vs Il-Kunsill

39

2013/C 325/66

Kawża T-443/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2013 — Makhlouf vs Il-Kunsill

39

2013/C 325/67

Kawża T-444/13 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2013 mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) mis-sentenza mogħtija fis-26 ta’ Ġunju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi magħquda F-135/11, F-51/12 u F-110/12, BU vs EMA

40

2013/C 325/68

Kawża T-451/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awissu 2013 — Syngenta Crop Protection et vs Il-Kummissjoni

40

2013/C 325/69

Kawża T-454/13: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2013 — SNCM vs Il-Kummissjoni

41

2013/C 325/70

Kawża T-457/13 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Awissu 2013 minn CC mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-11 ta Lulju 2013 fil-Kawża F-9/12, CC vs Il-Parlament

42

2013/C 325/71

Kawża T-460/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2013 — Ranbaxy Laboratories u Ranbaxy (UK) vs Il-Kummissjoni Ewropea

43

2013/C 325/72

Kawża T-466/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2013 — Hermann Trollius vs ECHA

44

2013/C 325/73

Kawża T-469/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Generics (UK) vs Il-Kummissjoni Ewropea

45

2013/C 325/74

Kawża T-470/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Merck vs Il-Kummisjoni

46

2013/C 325/75

Kawża T-471/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Xellia Pharmaceuticals u Zoetis Products vs Il-Kummissjoni

47

2013/C 325/76

Kawża T-472/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — H. Lundbeck u Lundbeck vs Il-Kummissjoni

47

2013/C 325/77

Kawża T-492/13: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 — Schmidt Spiele vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ logħba fuq bord)

48

2013/C 325/78

Kawża T-493/13: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 — Schmidt Spiele vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ logħba fuq bord)

49

2013/C 325/79

Kawża T-503/13 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fit-12 ta’ Lulju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-32/12, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

49

2013/C 325/80

Kawża T-507/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — SolarWorld et vs Il-Kummissjoni

50

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2013/C 325/81

Kawża F-158/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2013 — Marqués vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Reklutaġġ — Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess EPSO/CAST/02/2010 — Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ — Esperjenza professjonali xierqa — Ċaħda tat-talba għar-reklutaġġ)

51

2013/C 325/82

Kawża F-99/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Settembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Ħlas tal-arretrati fuq ir-remunerazzjoni — Interess ġuridiku — Rikors manifestament inammissibbli)

51

2013/C 325/83

Kawża F-80/13: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2013 — ZZ vs ESMA

51

2013/C 325/84

Kawża F-82/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

52

2013/C 325/85

Kawża F-84/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

52

 

Rettifika

2013/C 325/86

Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kawża T-309/13 (ĠU C 226, 3.8.2013, p. 23)

53

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/1


2013/C 325/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 313, 26.10.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 304, 19.10.2013

ĠU C 298, 12.10.2013

ĠU C 291, 5.10.2013

ĠU C 284, 28.9.2013

ĠU C 274, 21.9.2013

ĠU C 260, 7.9.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-17 ta’ Settembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-77/11) (1)

(Rikors għal annullament - Adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena 2011 - Att tal-President tal-Parlament li jikkonstata din l-adozzjoni definittiva - Artikolu 314(9) TFUE - Stabbiliment mill-Parlament u l-Kunsill tal-baġit annwali tal-Unjoni - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 314 TFUE - Prinċipju ta’ ekwilibriju istituzzjonali - Prinċipju ta’ tqassim tas-setgħat - Dmir ta’ kooperazzjoni leali - Osservanza tal-forom proċedurali sostanzjali)

2013/C 325/02

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Maganza u M. Vitsentzatos, aġenti)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Pennera u R. Passos, kif ukoll D. Gauci u R. Crowe, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Suġġett

Rikors għal annullament — Att tal-President tal-Parlament Ewropew, datat l-14 ta’ Diċembru 2010, li jistabbilixxi l-baġit annwali tal-Unjoni għas-sena 2011 — Għażla tal-bażi legali — Nuqqas ta’ konformità ta’ dan l-att atipiku mhux leġiżlattiv mall-proċedura tal-baġit ġdida stabbilita mit-TFUE — Nuqqas ta’ osservanza tal-bilanċ istituzzjonali — Ksur tal-prinċipju ta’ tqassim tas-setgħat u tad-dmir ta’ kooperazzjoni leali — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Żamma temporanja tal-effetti tal-baġit

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 120, 16.04.2011.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Le Crédit Lyonnais vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat

(Kawża C-388/11) (1)

(Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikoli 17 u 19 - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Użu ta’ oġġetti u ta’ servizzi kemm għal tranżazzjonijiet taxxabbli u għal tranżazzjonijiet eżentati - Tnaqqis proporzjonali - Kalkolu tal-proporzjon - Fergħat stabbiliti fi Stati Membri oħra u fi Stati Membri terzi - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ tagħhom)

2013/C 325/03

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Le Crédit Lyonnais

Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l'Etat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikoli 13 [B(d)(1) sa (5)], 17[(2) u (3)(a) u (ċ) u (5)], u 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Beni u servizzi użati kemm għal operazzjonijiet li huma eliġibbli kif ukoll dawk li ma humiex eliġibbli għal tnaqqis — Kalkolu tal-pro rata ta’ tnaqqis — Obbligu ta’ teħid inkunsiderazzjoni, mis-sede ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru, tad-dħul magħmul mill-fergħat tagħha stabbiliti fi Stat Membru ieħor

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 17(2) u (5), kif ukoll 19(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għad-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ tnaqqis tal-VAT applikabbli għaliha, kumpannija, li s-sede tagħha tinsab fi Stat Membru, ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ imwettaq mill-fergħat tagħha stabbiliti fi Stati Membri oħra.

(2)

L-Artikoli 17(3)(a) u (ċ) kif ukoll 19(1) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għad-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ tnaqqis tal-VAT applikabbli għaliha, kumpannija, li s-sede tagħha tinsab fi Stat Membru, ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ imwettaq mill-fergħat tagħha stabbiliti fi Stati terzi.

(3)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil Stat Membru li jadotta regola ta’ kalkolu tal-proporzjon ta’ tnaqqis skont is-settur ta’ attività ta’ kumpannija taxxabbli li tawtorizza lil din tal-aħħar li tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ imwettaq minn fergħa stabbilita fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz.


(1)  ĠU C 298, 08.10.2011.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Berufsgericht für Heilberufe bei dem Verwaltungsgericht Gießen — il-Ġermanja) — Kostas Konstantinides

(Kawża C-475/11) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi mediċi - Fornitur li jmur fi Stat Membri ieħor sabiex jipprovdi s-servizz - Applikabbiltà tar-regoli ta’ etika tal-Istat Membru ospitanti u, b’mod partikolari, ta’ dawk li jirrigwardaw l-onorarji u r-reklamar)

2013/C 325/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Berufsgericht für Heilberufe bei dem Verwaltungsgericht Gießen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Kostas Konstantinides

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hessischer Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) u tal-paragrafu 1(a) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22) — Libertà li jiġu pprovduti servizzi mediċi — Sitwazzjoni fejn il-fornitur imur fi Stat Membru ieħor sabiex jipprovdi s-servizz — Applikabbiltà tar-regoli deontoloġiċi tal-Istat Membru ospitanti u b’mod partikolari, ta’ dawk li jirrigwardaw il-miżati u r-reklamar

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li regoli nazzjonali, bħala dawk li jinsabu, minn naħa, fl-Artikolu 12(1) tal-Kodiċi ta’ etika medika tal-Land de Hess, li jipprovdi li l-onorarji għandhom ikunu xierqa u, taħt riżerva ta’ dispożizzjonijiet legali kuntrarji, ikkalkolati abbażi tal-klassifikazzjoni tariffarja uffiċjali tal-atti mediċi, kif ukoll, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 27(3) ta’ dan il-kodiċi, li jipprojbixxi lit-tobba milli jwettqu kull reklamar li jmur kontra l-etika professjonali, ma jaqgħux taħt l-kamp ta’ applikazzjoni sostantiva tagħha. Madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni indikazzjonijiet ipprovduti mill-Qorti tal-Unjoni Ewropea, jekk l-imsemmija regoli jikkostitwixxux restrizzjoni, fis-sens tal-Artikolu 57 TFUE u, fl-affermattiv, jekk għandhomx għan ta’ interess ġenerali, humiex adegwati sabiex jiggarantixxu t-twettiq tiegħu u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan segwit.

(2)

L-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2005/36 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippromulgax la r-regoli ta’ kondotta u lanqas il-proċeduri dixxiplinarji li għalihom fornitur li jmur lejn it-territorju tal-Istat Membru ospitanti sabiex jeżerċita, b’mod temporanju u okkażjonali, il-professjoni tiegħu jista’ jiġi suġġett, iżda jipprovdi biss li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu jew iskrizzjoni temporanja li tintervjeni awtomatikament, inkella adeżjoni pro forma għal organizzazzjoni professjonali jew għal korp professjonali, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dixxiplinarji, skont l-Artikolu 5(3) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 355, 3.12.2011


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — IVD GmbH & Co. KG vs Ärztekammer Westfalen-Lippe

(Kawża C-526/11) (1)

(Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Il-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1(9) - Kunċett ta’ “korp irregolat bil-liġi pubblika” - Kundizzjoni li tirrigwarda l-finanzjament tal-attività, il-kontroll tal-ġestjoni, il-kontroll tal-attività mill-Istat, minn awtoritajiet reġjonali jew lokali jew korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika - Kamra professjonali tat-tobba - Finanzjament previst mil-liġi permezz ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri ta’ din il-kamra - Ammont ta’ kontribuzzjonijiet stabbilit mill-assemblea tal-imsemmija kamra - Awtonomija tal-imsemmi korp fir-rigward tal-istabbiliment tal-portata u tal-metodi ta’ implementazzjoni tal-funzjonijiet legali tagħha)

2013/C 325/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IVD GmbH & Co. KG

Konvenuta: Ärztekammer Westfalen-Lippe

fil-preżenza ta’: WWF Druck + Medien GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Kunċett ta’ “korpi rregolati bil-liġi pubblika [bid-dritt pubbliku]”- Kundizzjonijiet għall-finanzjament fil-biċċa ’l kbira u għas-superviżjoni maniġerjali mill-Istat — Kamra ta’ professjonisti awtorizzata mil-liġi sabiex tirċievi miżati mingħand il-membri tagħha, bl-ammont u l-allokazzjoni ta’ dawn il-miżati għandhom jiġu ffissati permezz ta’ regolament li jeħtieġ approvazzjoni mill-Istat

Dispożittiv

Il-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li korp, bħall-kamra professjonali tad-dritt pubbliku, ma jissodisfax la l-kriterju li jirrigwarda l-finanzjament fil-parti l-kbira mill-awtoritajiet pubbliċi meta dan il-korp huwa ffinanzjat fil-parti l-kbira mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri tagħha, li l-liġi tawtorizzah jistabbilixxi u jiġbor l-ammont, fil-każ fejn din il-liġi ma tiddeterminax il-portata u l-metodi tal-azzjonijiet li l-imsemmi korp jimplementa fil-kuntest tat-twettiq tal-funzjonijiet legali tiegħu, li dawn il-kontribuzzjonijiet huma destinati sabiex jiffinanzjaw, u lanqas il-kriterju li jirrigwarda l-kontroll tal-ġestjoni mill-awtoritajiet pubbliċi minħabba l-fatt biss li d-deċiżjoni li permezz tagħha l-istess korp jistabbilixxi l-ammont tal-imsemmija kontribuzzjonijiet għandu jiġi approvat minn awtorità superviżorja.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Niederösterreichische Landes-Landwirtschaftskammer vs Anneliese Kuso

(Kawża C-614/11) (1)

(Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa - Direttiva 76/207/KEE - Kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat konkluż qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru - Skadenza tat-terminu wara l-adeżjoni - Sistema ta’ impjieg li tiffissa d-data ta’ skadenza tal-kuntratt għall-aħħar jum tas-sena li fiha tintlaħaq l-età tal-pensjoni - Differenza fl-età bejn nisa u rġiel)

2013/C 325/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Niederösterreichische Landes-Landwirtschaftskammer

Konvenuta: Anneliese Kuso

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(a) u (c) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187), kif emendat bid Direttiva 2002/73/KE tal Parlament Ewropew u tal Kunsill, tat 23 ta’ Settembru 2002, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 255) — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat konkluż bejn entità ta’ Stat Membru u l-impjegati tagħha qabel l-adeżjoni tal-imsemmi Stat Membru fl-Unjoni Ewropea u li jistabbilixxu d-data ta’ skadenza tal-kuntratti fl-aħħar jum tas-sena li matulha l-impjegat ta’ sess maskili jilħaq l-età 65 sena u l-impjegata ta’ sess femminili tilħaq l-età ta’ 60 sena

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol, kif emendat bid-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula minn sistema ta’ impjieg li tagħmel parti minn kuntratt ta’ xogħol konkluż qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru kkonċernat fl-Unjoni Ewropea, li tipprovdi li r-relazzjoni ta’ xogħol tintemm minħabba li tintlaħaq l-età tal-irtirar, li hija ffissata b’mod differenti skont is-sess tal-ħaddiem, tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta pprojbita minn din id-direttiva, meta l-ħaddiem ikkonċernat jilħaq din l-età f’data sussegwenti għal din l-adeżjoni.


(1)  ĠU C 80, 17.03.2012.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana — l-Italja) — Daniele Biasci et vs Ministero dell’Interno, Questura di Livorno

(Kawżi magħquda C-660/11 u C-8/12) (1)

(Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikoli 43 KE u 49 KE - Logħob tal-ażżard - Ġbir ta’ mħatri - Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni - Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija kif ukoll ta’ liċenzja - Leġizlazzjoni nazzjonali - Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri - Attivitajiet transkonfinali li jistgħu jitqiesu li huma simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja - Projbizzjoni - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji fil-qasam tal-logħob tal-ażżard)

2013/C 325/07

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana

Partijiet fil-kawża prinċipali

 

(Kawża C-660/11)

Rikorrenti: Daniele Biasci, Alessandro Pasquini, Andrea Milianti, Gabriele Maggini, Elena Secenti, Gabriele Livi

Konvenuti: Ministero dell’Interno, Questura di Livorno

fil-preżenza ta’: SNAI — Sindacato Nazionale Agenzie Ippiche SpA

 

(Kawża C-8/12)

Rikorrenti: Cristian Rainone, Orentino Viviani, Miriam Befani

Konvenuti: Ministero dell’Interno, Questura di Prato, Questura di Firenze

fil-preżenza ta’: SNAI — Sindacato Nazionale Agenzie Ippiche SpA, Stanley International Betting Ltd, Stanleybet Malta ltd.

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana — Moviment liberu tal-persuni — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ din l-attività għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni u ta’ permess ta’ sigurtà pubblika maħruġa mill-amministrazzjoni nazzjonali — Nuqqas ta’ rikonoxximent tal-awtorizzazzjonijiet u permessi maħruġa mill-amministrazzjonijiet barranin — Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 u 49 KE (li saru l-Artikoli 49 u 56 TFUE)

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, fuq il-kumpanniji li jkunu jixtiequ jeżerċitaw attivitajiet marbuta mal-logħob tal-ażżard, l-obbligu li jiksbu awtorizzazzjoni tal-pulizija, minbarra liċenzja maħruġa mill-Istat bil-għan li jiġu eżerċitati tali attivitajiet, u li tillimita l-ħruġ ta’ din l-awtorizzazzjoni b’mod partikolari għall-applikanti li jkollhom diġà din il-liċenzja.

(2)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ikun eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ liċenzji għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ liċenzji ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi, b’mod partikolari, distanzi minimi bejn il-postijiet tad-detenturi ġodda ta’ liċenzja u dawk tal-operaturi eżistenti.

Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali, jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu d-dekadenza tal-liċenzji mogħtija fi tmiem tali sejħa għal offerti, bħalma huma dawk li jidhru fl-Artikolu 23(3) tal-abbozz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat u l-awtorità kontraenti tal-liċenzja dwar logħob tal-ażżard marbut mal-avvenimenti li ma jinkludux it-tiġrijiet taż-żwiemel, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u univoku, kundizzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li fil-fatt tipprojbixxi kull attività transkonfinali fis-settur tal-logħob, indipendentement mill-forma li taħtha din l-attività hija eżerċitata u, b’mod partikolari, fil-każ fejn ikun hemm kuntatt dirett bejn il-konsumatur u l-operatur, u fejn l-intermedjarji tal-impriża li jkunu preżenti fit-territorju nazzjonali jkunu jistgħu jiġu sottomessi għal kontroll fiżiku mill-pulizija. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-Artikolu 23(3) tal-imsemmi abbozz tal-ftehim.

(3)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-fatt li operatur ikollu, fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit, awtorizzazzjoni li tippermettilu joffri logħob tal-ażżard ma jipprekludix lil Stat Membru ieħor milli jissuġġetta, fl-osservanza tar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, il possibbiltà, għal tali operatur, li joffri tali servizzi lil konsumaturi li jinsabu fit-territorju tiegħu, għaż-żamma ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tiegħu stess.


(1)  ĠU C 73, 10.3.2012.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret — id-Danimarka) — The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Sunico ApS, M & B Holding ApS, Sunil Kumar Harwani

(Kawża C-49/12) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 1(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” - Azzjoni mibdija minn awtorità pubblika - Kumpens għad-dannu mġarrab minħabba l-parteċipazzjoni f’evażjoni fiskali minn terz li ma huwiex suġġett għall-VAT)

2013/C 325/08

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Konvenuti: Sunico ApS, M & B Holding ApS, Sunil Kumar Harwani

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Østre Landsret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Kamp ta’ applikazzjoni — Inklużjoni jew le ta’ azzjoni għall-ħlas ta’ danni minħabba nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud imressqa mill-awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru kontra persuni fiżiċi u ġuridiċi residenti fi Stat Membru ieħor, u bbażata fuq allegata “unlawful means conspiracy” li taqa’ taħt id-dritt dwar ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali (“tort”)

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi azzjoni li biha awtorità pubblika fi Stat Membru titlob, lil persuni fiżiċi u ġuridiċi residenti fi Stat Membru ieħor, kumpens għad-danni kkawżati minn assoċjazzjoni kriminali b’għan ta’ frodi lit-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta lill-ewwel Stat Membru.


(1)  ĠU C 118, 21.04.2012.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Anton Schlecker, li qed jaġixxi taħt l-isem kummerċjali “Firma Anton Schlecker” vs Melitta Josefa Boedeker

(Kawża C-64/12) (1)

(Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Kuntratt ta’ xogħol - Artikolu 6(2) - Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla - Liġi tal-pajjiż fejn il-ħaddiem “issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu” - Kuntratt li għandu konnessjonijiet eqreb ma’ Stat Membru ieħor)

2013/C 325/09

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Anton Schlecker, li qed jaġixxi taħt l-isem kummerċjali “Firma Anton Schlecker”

Konvenuta: Melitta Josefa Boedeker

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU 2005, C 169, p. 10) — Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla — Kuntratt ta’ xogħol — Liġi tal-pajjiż fejn jitwettaq abitwalment ix-xogħol — Ħaddiem li jkun wettaq xogħlu mingħajr interruzzjoni u matul perijodu twil fi Stat Membru — Kuntratt ta’ xogħol li, fir-rigward taċ-ċirkustanzi l-oħra kollha tal-kawża, għandu rabtiet stretti ħafna ma’ Stat Membru ieħor

Dispożittiv

L-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980, għandu jiġi interpretati fis-sens li, anki fl-ipoteżi fejn ħaddiem wettaq ix-xogħol li jkun is-suġġett tal-kuntratt ta’ xogħol b’mod abitwali, għal perijodu twil u mingħajr interruzzjoni f’dan l-istess pajjiż, il-qorti nazzjonali tista’ ma tapplikax, skont l-aħħar parti ta’ din id-dispożizzjoni, il-liġi tal-pajjiż ta’ twettiq abitwali tax-xogħol meta miċ-ċirkustanzi kollha jirriżulta li hemm konnessjoni eqreb bejn dan il-kuntratt u pajjiż ieħor.


(1)  ĠU C 126, 28.04.2012.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Slancheva sila EOOD vs Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond Zemedelie Razplashtatelna agentsia

(Kawża C-434/12) (1)

(Politika Agrikola Komuni - FAEŻR - Regolament (UE) Nru 65/2011 - Sostenn għall-iżvilupp rurali - Għajnuna għall-ħolqien u għall-iżvilupp tal-mikroimpriżi - Kunċett ta’ “kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment” - Prattiki abbużivi - Provi)

2013/C 325/10

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Slancheva sila EOOD

Konvenut: Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond Zemedelie Razplashtatelna agentsia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011, tas-27 ta’ Jannar 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU L 25, p. 8) — Sostenn għall-iżvilupp rurali — Kunċett ta’ “ħolqien artifiċjali tal-kundizzjonijiet” — Ammissibbiltà ta’ ġurisprudenza nazzjonali li, sabiex jiġi kkonstatat il-“ħolqien artifiċjali ta’ kundizzjonijiet”, rabta ġuridika bejn l-applikanti għall-għajnuna hija meħtieġa u l-Artikolu 4(8) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 huwa applikat bla ħsara għal tliet kundizzjonijiet kumulattivi — Il-preżentata ta’ applikazzjonijiet għal għajnuna minn applikanti differenti, li għandhom rabta effettiva u li jagħmlu użu minn art indipendenti fil-qrib li qabel kienet tikkostitwixxi proprjetà waħda — Neċessità li tiġi stabbilita koordinazzjoni intenzjonali bejn il-kandidati u/jew mat-terzi bil-għan li jinkiseb vantaġġ — Kriterji għall-konstatazzjoni ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 4(8) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 4(8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011, tas-27 ta’ Jannar 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu jeħtieġu l-preżenza ta’ element oġġettiv u ta’ element suġġettiv. Skont l-ewwel minn dawn l-elementi, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tikkunsidra ċ-ċirkustanzi oġġettivi tal-każ inkwistjoni li jippermettu li jiġi konkluż li ma jistax jintlaħaq l-għan imfittex mill-iskema ta’ sostenn tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Skont it-tieni element, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tikkunsidra l-provi oġġettivi li jippermettu li jiġi konkluż li, bil-ħolqien artifiċjali tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-benefiċċju tal-ħlas abbażi tal-iskema ta’ sostenn tal-FAEŻR, il-kandidat għal tali ħlas kellu esklużivament l-għan li jikseb vantaġġ mhux konformi mal-għanijiet ta’ din l-iskema. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tista’ tibbaża ruħha mhux biss fuq provi bħar-rabtiet legali, ekonomiċi u/jew personali bejn il-persuni involuti fi proġetti ta’ investiment simili, iżda wkoll fuq ħjiel li juri l-eżistenza ta’ koordinazzjoni deliberata bejn dawn il-persuni.

(2)

L-Artikolu 4(8) tar-Regolament Nru 65/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li applikazzjoni għal ħlas abbażi tal-iskema ta’ sostenn tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) tiġi miċħuda għall-unika raġuni li proġett ta’ investiment, kandidat sabiex jibbenefika minn għajnuna taħt din l-iskema, ma jkollux awtonomija funzjonali jew li tkun teżisti rabta legali bejn il-kandidati għal tali għajnuna, mingħajr madankollu ma jkunu ttieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi oġġettivi l-oħra tal-każ.


(1)  ĠU C 366, 24.11.2012.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — M. G., N. R. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-383/13 PPU) (1)

(Viżi, ażil, immigrazzjoni u politiki oħra marbuta mal-moviment liberu tal-persuni - Politika ta’ immigrazzjoni - Immigrazzjoni klandestina u residenza irregolari - Ripatrijazzjoni ta’ persuni li jirrisjedu irregolarment - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment - Proċedura ta’ tneħħija - Miżura ta’ detenzjoni - Estensjoni tad-detenzjoni - Artikolu 15(2) u (6) - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Ksur - Konsegwenzi)

2013/C 325/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M. G., N. R.

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2000, C 364, p. 1) u tal-Artikolu 15(6) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98) — Miżuri ta’ detenzjoni — Estensjoni — Nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa taċ-ċittadini kkonċernati fil-kuntest tal-proċedura ta’ tneħħija — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ kull persuna li tinstema’ qabel ma tittieħed fil-konfront tagħha miżura individwali li taffettwaha b’mod negattiv

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-estensjoni ta’ miżura ta’ detenzjoni tkun ġiet deċiża fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva mingħajr ma jkun ġie rrispettat id-dritt għal smigħ, il-qorti nazzjonali li jkollha tevalwa l-legalità ta’ din id-deċiżjoni tista’ tordna r-revoka tal-miżura ta’ detenzjoni biss jekk tikkunsidra, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha ta’ fatt u ta’ liġi ta’ kull każ ineżami, li dan il-ksur kien effettivament ċaħħad lil min invokah mill-possibbiltà li jiddefendi ruħu b’mod aħjar sa punt tali li din il-proċedura amministrattiva setgħat twassal għal riżultat differenti.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ġunju 2013 — BestWater International GmbH vs Michael Mebes, Stefan Potsch

(Kawża C-348/13)

2013/C 325/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BestWater International GmbH

Konvenuti: Michael Mebes, Stefan Potsch

Domanda preliminari

Il-fatt li x-xogħol ta’ terz li huwa mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq sit tal-internet jiddaħħal fuq sit tal-internet ieħor f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jista’ jiġi deskritt bħala “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 (1) anki meta x-xogħol inkwistjoni la huwa kkomunikat lil pubbliku ġdid u lanqas ma huwa kkomunikat skont proċedura teknika speċifika differenti minn dik tal-kommunikazzjoni oriġinali?


(1)  Direttiva 2001/29/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2013 — Proċeduri kriminali kontra Markus D.

(Kawża C-358/13)

2013/C 325/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Parti fil-kawża prinċipali

Markus D.

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83/KE (1), tas-6 ta’ Novembru 2001, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE (2), tal-31 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li sustanzi jew kombinazzjonijiet ta’ sustanzi fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni li sempliċiment jimmodifikaw il-funzjonijiet fiżjoloġiċi tal-bniedem — jiġifieri mingħajr ma jirrestawrawhom jew jikkoreġuhom —, jistgħu jitqiesu li huma prodotti mediċinali biss meta jkollhom użu terapewtiku jew, fi kwalunkwe każ, meta jimmodifikaw il-funzjonijiet fiżiċi b’mod pożittiv? Għaldaqstant, għandhom jiġu esklużi mill-kunċett ta’ prodott mediċinali fis-sens tad-Direttiva is-sustanzi jew il-kombinazzjonijiet ta’ sustanzi li jiġu kkonsmati biss minħabba l-effetti psikoattivi tagħhom -li jagħtu lok għal stat ta’ telf mis-sensi — u li għalhekk għandhom fi kwalunkwe każ effett perikoluż għas-saħħa?


(1)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).

(2)  Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262).


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Lulju 2013 — H.T. vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-373/13)

2013/C 325/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H.T.

Konvenut: Land Baden-Württemberg

Domandi preliminari

(1)

(a)

Ir-regola li tinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/83/KE (1) dwar l-obbligu, għall-Istati Membri, li joħorġu permess ta’ residenza lill-benefiċjarji tal-istatus ta’ refuġjat għandha tiġi osservata wkoll fil-każ li jiġi annullat permess ta’ residenza diġà mogħti?

(b)

Din ir-regola għandha, għalhekk, tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li l-permess ta’ residenza ta’ persuna rrikonoxxuta bħala refuġjat jiġi annullat jew mitmum (pereżempju bi tkeċċija skont id-dritt nazzjonali) jekk il-kundizzjonijiet tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-paragrafi 3 u 2 tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/83/KE ma jkunux sodisfatti u ma jkunux jirriżultaw “raġunijiet obbligatorji ta’ sigurta nazzjonali jew ordni pubblika” fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) ta’ din id-direttiva?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domandi taħt in-numru 1:

(a)

Kif għandha l-klawsola ta’ esklużjoni ta’ “raġunijiet obbligatorji ta’ sigurta nazzjonali jew ordni pubblika” li tinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/83/KE tiġi interpretata fir-rigward ta’ theddid li jirriżulta mis-sostenn ta’ assoċjazzjoni terrorista?

(b)

Jista’ wieħed ikun fil-preżenza ta’ “raġunijiet obbligatorji ta’ sigurta nazzjonali jew ordni pubblika” fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/83/KE meta persuna rrikonoxxuta bħala refuġjat tkun sostniet lill-PKK, inter alia permezz tal-ġbir ta’ donazzjonijiet u l-parteċipazzjoni b’mod kontinwu f’avvenimenti marbuta mal-PKK, anki jekk il-kundizzjonijiet li jippermettu l-waqfien tal-protezzjoni minn refoulement stipulati fl-Artikolu 33(2) tal-Konvenzjoni ta’ Genève dwar l-istatus tar-refuġjati u, għaldaqstant, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/83/KE, ma jkunux sodisfatti?

(3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda 1(a):

Skont id-dritt tal-Unjoni, l-annullament jew it-tmiem tal-permess ta’ residenza mogħti lil persuna rrikonoxxuta bħala refuġjat (pereżempju bi tkeċċija skont id-dritt nazzjonali) huma possibbli biss jekk il-kundizzjonijiet tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-paragrafi 3 u 2 tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/83/KE (jew tas-sistema identika tad-Direttiva 2011/95/UE li ġiet warajha) ikunu sodisfatti?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96)


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Lulju 2013 — FNV Kunsten Informatie en Media vs Staat der Nederlanden

(Kawża C-413/13)

2013/C 325/15

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FNV Kunsten Informatie en Media

Konvenut: Staat der Nederlanden

Domandi preliminari

(1)

Ir-regoli tal-kompetizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol konkluż bejn assoċjazzjonijiet ta’ persuni li jimpjegaw u assoċjazzjonijiet tal-ħaddiema, li tipprevedi li l-persuni li jaħdmu għal rashom li jwettqu għal persuna li timpjega, abbażi ta’ ftehim ta’ xogħol, l-istess xogħol bħall-ħaddiema li jaqgħu taħt il-ftehim kollettiv ta’ xogħol għandhom jirċievu tariffa minima speċifika, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, peress li din id-dispożizzjoni tinsab fi ftehim kollettiv ta’ xogħol?

(2)

F’każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda hija fin-negattiv, din id-dispożizzjoni hija b’hekk eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE fil-każ li hija (b’mod partikolari) maħsuba sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaqgħu taħt il-ftehim kollettiv ta’ xogħol, u f’dan ir-rigward huwa wkoll rilevanti jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol jkunux b’hekk mtejba direttament jew biss indirettament?


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso -Administrativo de Oviedo (Spanja) fit-23 ta’ Lulju 2013 — Mario Vital Pérez vs Ayuntamiento de Oviedo

(Kawża C-416/13)

2013/C 325/16

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo de Oviedo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mario Vital Pérez

Konvenut: Ayuntamiento de Oviedo

Domanda preliminari

L-Artikoli 2(2), 4(1) u 6(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), kif ukoll l-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2), sa fejn jipprojbixxu kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, jipprekludu l-iffissar, skont avviż ta’ kompetizzjoni muniċipali li japplika espressament liġi reġjonali ta’ Stat Membru, ta’ età massima ta’ 30 sena sabiex persuna taċċedi għal pożizzjoni ta’ membru tal-korp tal-pulizija lokali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.

(2)  ĠU 2000, C 364, p. 1.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-23 ta’ Lulju 2013 — ÖBB Personenverkehr AG vs Gotthard Starjakob

(Kawża C-417/13)

2013/C 325/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ÖBB Personenverkehr AG

Konvenut: Gotthard Starjakob

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 7(1), 16 u 17 tad-Direttiva 2000/78/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

(a)

ħaddiem li fir-rigward tiegħu l-persuna li timpjegah inizjalment stabbilixxiet, fuq il-bażi ta’ akkreditazzjoni ta’ perijodi ta’ servizz li tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, stabbilita mil-liġi, data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz inkorretta, għandu dritt fi kwalunkwe każ għall-ħlas tad-differenza fis-salarju li tirriżulta mill-iffissar ta’ din id-data mingħajr diskriminazzjoni;

(b)

jew fis-sens li l-Istat Membru kkonċernat għandu l-possibbiltà, permezz tal-akkreditazzjoni tal-perijodi ta’ servizz mingħajr diskriminazzjoni, li jelimina d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età anki mingħajr kumpens finanzjarju (permezz ta’ ffissar mill-ġdid ta’ data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz flimkien ma’ estensjoni tal-perijodu meħtieġ għall-avvanz), b’mod partikolari jekk din is-soluzzjoni, newtrali mill-perspettiva tar-remunerazzjoni, tfittex li tippreserva l-likwidità tal-persuna li timpjega kif ukoll li tevita l-oneru ta’ xogħol eċċessiv neċessarju għal kalkolu ġdid?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1(b):

Tali akkreditazzjoni tal-perijodi ta’ servizz mingħajr diskriminazzjoni tista’:

(a)

tiġi wkoll introdotta retroattivament mil-leġiżlatur (f’dan il-każ bil-Liġi tas-27 ta’ Diċembru 2011, ippubblikata fil-BGBl I 2011/129, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2004) jew

(b)

hija applikabbli biss mid-data tal-adozzjoni jew tal-pubblikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġodda fil-qasam tal-akkreditazzjoni u tal-avvanz?

(3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1(b):

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva 2000/78/KE, kif ukoll l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva għandhom jiġi interpretati fis-sens li:

(a)

sistema leġiżlattiva li tipprevedi, għall-perijodi ta’ attività mwettqa fil-bidu tal-karriera, perijodu meħtieġ għall-avvanz itwal, li trendi għalhekk iktar diffiċli l-avvanz lejn il-livell ta’ paga li jmiss, tikkostitwixxi differenza fit-trattament indiretta bbażata fuq l-età,

(b)

u, jekk dan huwa l-każ, fis-sens li, fid-dawl tal-esperjenza professjonali limitata miksuba fil-bidu ta’ karriera, tali sistema hija xierqa u neċessarja?

(4)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1(b):

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 7(1) u 8(1), u tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persistenza tal-effetti ta’ sistema antika, li tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, li għandha biss bħala għan il-protezzjoni tal-ħaddiem, favur tiegħu, kontra żvantaġġi fil-qasam tad-dħul li jirriżultaw minn sistema ġdida, mingħajr diskriminazzjoni (klawżola ta’ garanzija tar-remunerazzjoni), hija ammissibbli u ġġustifikata għal raġunijiet ta’ rispett tad-drittijiet miksuba u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi?

(5)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1(b) u għad-domanda 3(b):

(a)

Il-leġiżlatur jista’ jipprevedi, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-perijodi ta’ servizz li għandhom jiġu akkreditati, dmir (obbligu) ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-ħaddiem u jissuġġetta t-tranżizzjoni għas-sistema l-ġdida tal-akkreditazzjoni u tal-avvanz għall-eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu?

(b)

Ħaddiem li ma jipprovdix il-kooperazzjoni li wieħed jista’ jistenna minnu għall-iffissar mill-ġdid tad-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz skont is-sistema l-ġdida tal-akkreditazzjoni u tal-avvanz, mingħajr diskriminazzjoni, u li, minħabba f’hekk, ma jużax xjentement is-sistema mingħajr diskriminazzjoni u jibqa’ volontarjament fis-sistema perċedenti tal-akkreditazzjoni u tal-avvanz, li tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, jista’ jinvoka diskriminazzjoni bbażata fuq l-età li tirriżulta mis-sistema antika, jew il-fatt li jibqa’ fis-sistema antika, diskriminatorja, sempliċement sabiex ikun jista’ jinvoka pretensjonijiet ta’ flus jikkostitwixxi abbuż ta’ dritt?

(6)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1(a) jew għad-domandi 1(b) u 2(b):

Il-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, li jirriżulta mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 19(1) TUE, jirrikjedi li t-terminu ta’ preskrizzjoni tad-drittijiet li għandhom il-bażi tagħhom fid-dritt tal-Unjoni ma jibdiex jiddekorri qabel il-kjarifika mingħajr ambigwità tas-sitwazzjoni legali bl-għoti ta’ deċiżjoni rilevanti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

(7)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1(a) jew għad-domandi 1(b) u 2(b):

Il-prinċipju ta’ ekwivalenza tad-dritt tal-Unjoni jirrikjedi li s-sospensjoni tal-preskrizzjoni prevista fid-dritt nazzjonali għall-azzjonijiet intiżi għall-eżerċizzju tad-drittijiet ibbażati fuq sistema ġdida ta’ akkreditazzjoni u ta’ avvanz (Artikolu 53a(5) tal-Bundesbahngesetz [Liġi dwar il-ferroviji Awstrijaċi]) tiġi estiża għall-pretensjonijiet ta’ ħlas għad-differenzi fis-salarji li jirriżultaw minn sistema antika li tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq l-età?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Lulju 2013 — Art & Allposters International BV vs Stichting Pictoright

(Kawża C-419/13)

2013/C 325/18

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Art & Allposters International BV

Konvenuta: Stichting Pictoright

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur (1) jirregola l-kwistjoni ta’ jekk id-dritt ta’ distribuzzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur jistax jiġi eżerċitat fir-rigward ta’ riproduzzjoni ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur li jkun inbiegħ u ġie kkunsinnat fiż-Żona Ekonomika Ewropea mid-detentur tad-drittijiet jew bil-kunsens tiegħu, meta din ir-riproduzzjoni tkun ġiet sussegwentement mibdula fir-rigward tal-forma tagħha u tiġi kkummerċjalizzata mill-ġdid f’din il-forma?

(2)

(a)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 1, il-fatt li jkun hemm bidla bħal dik imsemmija fid-domanda 1 għandu impatt fuq ir-risposta għall-kwistjoni ta’ jekk l-eżawriment, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur, ikunx prekluż jew interrott.

(b)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 2(a), liema huma l-kriterji li permezz tagħhom jista’ jiġi ddeterminat jekk tkunx involuta bidla tal-forma ta’ riproduzzjoni li tipprekludi jew tinterrompi l-eżawriment fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur?

(c)

Dawn il-kriterji jippermettu l-applikazzjoni tal-kriterju żviluppat fid-dritt nazzjonali tal-Pajjiżi l-Baxxi fis-sens li ma jkunx għad hemm eżawriment minħabba s-sempliċi fatt li l-persuna li tbiegħ mill-ġdid tkun tat forma oħra lir-riproduzzjonijiet u tkun iddistribwiethom lill-pubbliku f’din l-forma (sentenza tal-Hoge Raad tad-19 ta’ Jannar 1979, NJ 1979/412, Poortvliet)?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230)


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Autorità per la Vigilanza sui Contratti pubblici di lavori, servizi e forniture (l-Italja) fil-25 ta’ Lulju 2013 — Emmeci vs Cotral

(Kawża C-427/13)

2013/C 325/19

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Autorità per la Vigilanza sui Contratti pubblici di lavori, servizi e forniture

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emmeci Srl

Konvenuta: Cotral SpA

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 56 tad-Direttiva 2004/17/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex permess lil-leġiżlatur nazzjonali jipprovdi li l-entitajiet aġġudikatriċi jistgħu, matul il-fażi ta’ sottomissjoni tal-aħħar offerta fl-irkanti elettroniċi, jipprekludu lill-kompetituri milli jaraw il-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika u l-offerti tal-operaturi ekonomiċi oħra, u li għandhom jistennew sa tmiem l-irkant sabiex jingħataw dan it-tagħrif?

(2)

L-Artikolu 56 tad-Direttiva 2004/17/KE u l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament jipprekludu liġijiet nazzjonali jew prassi amministrattiva, bħal dawk imsemmija f’din il-kawża, li jipprevedu black-out ta’ ħames minuti fil-fażi finali tal-irkant elettroniku, li matulu l-kompetituri ma jkunux jistgħu jsiru jafu l-pożizzjoni rispettiva tagħhom fil-klassifika?


(1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Lulju 2013 — Vietnam Airlines Co. Ltd vs Brigitta Voss, Klaus-Jürgen Voss

(Kawża C-431/13)

2013/C 325/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenuta fl-ewwel istanza u appellanti: Vietnam Airlines Co. Ltd

Rikorrenti fl-ewwel istanza u appellata: Brigitta Voss, Klaus-Jürgen Voss

Domandi preliminari

(1)

Il-passiġġier huwa intitolat għall-ammont sħiħ tal-kumpens taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri (1) minħabba dewmien twil anki meta terz, li ma jkunx wieħed mill-passiġġieri, ikun diġà għamel ħlas lill-passiġġier bħala kumpens għad-dewmien, jew għandu tali ħlas jitnaqqas mill-imsemmi ammont?

(2)

Jekk jiġi aċċettat dan it-tnaqqis: dan jgħodd biss għal talbiet għal kumpens għad-danni fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali Ġermaniża jew anki għal talbiet għal tnaqqis fil-prezz tat-titjira?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Awwissu 2013 — Unitrading vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-437/13)

2013/C 325/21

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unitrading Ltd

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

Jekk jingħad li l-awtoritajiet doganali jixtiequ, fil-kuntest tal-prova tal-oriġini ta’ merkanzija importata, jibbażaw ruħhom fuq ir-riżultati ta’ eżamijiet imwettqa minn terz, li dwarhom dan it-terz jirrifjuta li jipprovdi informazzjoni addizzjonali, sew lill-awtoritajiet doganali jew dak li jagħmel id-dikjarazzjoni, b’tali mod li tiġi ostakolata jew li jkun impossibbli li tiġi vverifikata jew miċħuda l-eżattezza tal-konklużjonijiet użati, kif ukoll b’mod li l-qorti tiġi ostakolata fl-evalwazzjoni li hija għandha twettaq tar-riżultati tal-eżamijiet, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1) jimplikaw li l-qorti ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni l-imsemmija riżultati? Huwa rilevanti, għall-eżami ta’ din id-domanda, li t-terz inkwistjoni jkun ċaħħad lill-awtoritajiet doganali u lill-persuna kkonċernata mill-informazzjoni inkwistjoni għar-raġuni, li huwa ma ssostanzjax, li din l-informazzjoni hija sensittiva fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-liġijiet (law enforcement sensitive)?

(2)

Jekk jingħad li l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jagħtu informazzjoni addizzjonali rigward l-eżamijiet li saru u li fuqhom hija bbażata l-konklużjoni tagħhom li l-merkanzija inkwistjoni ġejja minn pajjiż speċifiku — konklużjoni li kienet is-suġġett ta’ kontestazzjoni mmotivata —, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 tal-Karta jimplikaw li l-awtoritajiet doganali — sa fejn huwa raġjonevoli li huma jintalbu jagħmlu dan — għandhom jikkooperaw fil-kuntest tat-talba tal-persuna kkonċernata sabiex jiġi ordnat li jsiru, bi spejjeż tagħha, eżamijiet u/jew ġbir ta’ kampjuni fil-pajjiż iddikjarat minnha bħala l-pajjiż ta’ oriġini?

(3)

Huwa rilevanti, għall-eżami tal-ewwel u tat-tieni domanda, li wara n-notifika tad-dazji doganali dovuti, parti mill-kampjuni tal-merkanzija nżammu tul ċertu żmien, kampjuni li l-persuna kkonċernata setgħet tuża għall-finijiet ta’ verifiki permezz ta’ laboratorju ieħor, anki jekk ir-riżultat ta’ tali verifiki bl-ebda mod ma jbiddel il-fatt li l-konstatazzjonijiet tal-laboratorju kkonsultat mill-awtoritajiet doganali ma jistgħux jiġu vverifikati, b’tali mod li, f’tali każ ukoll, ikun impossibbli għall-qorti — fil-każ li l-labortorju l-ieħor jikkonkludi li l-oriġini hija l-istess bħal dik iddikjarata mill-persuna kkonċernata — li tagħmel paragun bejn il-konklużjonijiet taż-żewġ laboratorji fuq il-livell tal-affidabbiltà tagħhom? Jekk ir-risposta tkun fl-affermattiv, l-awtoritajiet doganali għandhom jinformaw lill-persuna kkonċernata bl-eżistenza ta’ porzjonijiet ta’ kampjuni ta’ merkanzija miżmuma u bil-fatt li hija tista’ titlobhom għall-finijiet tal-imsemmija verifiki?


(1)  ĠU 2000, C 364, p. 1.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Awwissu 2013 — SC BCR Leasing IFN SA vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de administrare a marilor contribuabili, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de soluționare a contestațiilor

(Kawża C-438/13)

2013/C 325/22

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC BCR Leasing IFN SA

Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de administrare a marilor contribuabili, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de soluționare a contestațiilor

Domanda preliminari

Is-sitwazzjoni ta’ oġġetti li jkunu s-suġġett ta’ kuntratt ta’ leasing li, wara r-rexissjoni ta’ dan il-kuntratt minħabba nuqqas min-naħa tal-kerrej, ma ġewx irkuprati mill-kumpannija ta’ leasing mingħand il-kerrej, minkejja l-fatt li din il-kumpannija bdiet u kompliet proċeduri legali għall-irkupru tal-imsemmija oġġetti u li, wara r-rexissjoni, hija ma rċeviet ebda somma ta’ flus mill-użu ta’ dawn l-oġġetti, tista’ tiġi kkunsidrata bħala provvista bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/[112]/KE (1) jew, jekk ikun il-każ, bħala provvista ta’ oġġetti bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/[112]/KE?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-6 ta’ Awwissu 2013 — Sarah Nagy vs Marcel Nagy

(Kawża C-442/13)

2013/C 325/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sarah Nagy

Konvenut: Marcel Nagy

Domandi preliminari

(1)

Ikun hemm żewġ proċeduri “bejn l-istess partijiet” fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (1), fil-każ fejn, fi proċeduri minnhom, il-wild jitlob mingħand il-missier il-ħlas ta’ manteniment għal perijodi preċedenti u għal dawk preżenti u fejn, fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ divorzju, il-missier jitlob li jiġi stabbilit l-ammont tal-obbligu tiegħu ta’ manteniment lejn il-wild u tal-obbligu tiegħu ta’ ħlas lill-omm għall-perijodu wara d-divorzju?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, meta, fi proċeduri minnhom, il-kreditur tal-manteniment jitlob il-ħlas ta’ manteniment pendenti u meta, fil-proċeduri l-oħra, id-debitur tal-manteniment jitlob li l-obbligu ta’ ħlas ta’ manteniment tiegħu jiġi pospost għal data ulterjuri, il-proċeduri jkollhom “l-istess kawża ta’ azzjoni” fis-sens tal-Artikolu 12 tar-regolament, b’effett minn din id-data ulterjuri?


(1)  ĠU 2008 L 7, p. 1.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Brașov (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Awwissu 2013 — Imre Solyom, Luiza Solyom vs Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Brașov

(Kawża C-444/13)

2013/C 325/24

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Brașov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Imre Solyom, Luiza Solyom

Konvenut: Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Brașov

Domandi preliminari

Meta l-partijiet f’kuntratt ta’ bejgħ jiffissaw prezz finali u irrevokabbli u meta, sussegwentement, l-awtoritajiet fiskali jikkunsidraw it-tranżazzjoni ta’ bejgħ bħala taxxabbli minħabba l-fatt li l-bejjiegħ huwa kklassifikat mill-ġdid bħala persuna taxxabbli, l-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/CE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud marbuta ma’ din it-tranżazzjoni hija kkunsidrata bħala inkluża fil-prezz jew miżjuda ma’ dan il-prezz? Fi kliem ieħor, x’inhu l-valur taxxabbli għal tranżazzjoni bħal din?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fit-12 ta’ Awwissu 2013 — Germanwings GmbH vs Ronny Henning

(Kawża C-452/13)

2013/C 325/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Germanwings GmbH

Konvenut: Ronny Henning

Domandi preliminari

Liema huwa l-mument rilevanti għall-kunċett ta’ “ħin tal-wasla” użat fl-Artikoli 2, 5 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1):

(a)

Il-ħin tal-inżul tal-ajruplan fuq ir-runway (“malli r-roti jmissu mal-art”, bl-Ingliż “touchdown”);

(b)

Il-ħin li fih l-ajruplan jiġi pparkjat u li fih jiddaħħlu l-brejkijiet jew il-blokkijiet sabiex ir-roti jinżammu fil-post (bl-Ingliż, “chock block”) (“ħin tal-wasla in-block”);

(c)

Il-ħin tal-ftuħ tal-bieb tal-ajruplan;

(d)

Ħin iddefinit mill-partijiet fil-kuntest tal-awtonomija privata?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/15


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2013 mill-Confederazione Cooperative Italiane, Cooperativas Agro-alimentarias, Fédération française de la coopération fruitière, légumière et horticole (Felcoop) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-454/10, Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav), Agrupación Española de Fabricantes de Conservas Vegetales (Agrucon) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-455/13 P P)

2013/C 325/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Confederazione Cooperative Italiane, Cooperativas Agro-alimentarias, Fédération française de la coopération fruitière, légumière et horticole (Felcoop) (rappreżentanti: M. Merola, M.C. Santacroce, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav), Agrupación Española de Fabricantes de Conservas Vegetales (Agrucon), Associazione Italiana Industrie Prodotti Alimentari (AIIPA), il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha;

tiddikjara li r-rikors tal-proċeesuri industrijali tal-frott u tal-ħaxix inammissibbli, u, konsgwentement, tilqa’ t- talbiet tal-appellanti fl-ewwel istanza;

sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li r-rikorsi għal annullament huma ammissibbli (quod non), tannulla s-sentenza appellata għal żbalji serji u manifesti ta’ liġi, kif ukoll għal motivazzjoni insuffiċjenti fid-dritt u kontradittorja, kif spjegat fl-appell u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għall-eżami tal-mertu tal-kawża;

sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tikkonferma (quod non) l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali fuq il-mertu tal-kawża, tannulla l-parti tas-sentenza dwar l-effetti tal-annullament tal-Artikolu 60(7) tar-Regolament Nru 543/2011 (1) minħabba li huwa bbażat fuq motivazzjoni kontradittorja, li hija wkoll kuntrarja għall-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, minħabba t-tul u l-funzjonament tal-programmi operattivi;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi tal- proċeduri jew tirriżerva l-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell jekk il-kawża tiġi rrinvjata lill-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali:

evalwat b’mod żbaljat l-ammissibbiltà tar-rikors fil-Kawża T-454/10 sa fejn tirreferi għall-Anness VIII għar-Regolament Nru 1580/2007 (2), b’mod partikolari billi kkunsidrat li l-Anness VIII jiffoma parti sħiħa mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(2)a tar-regolament imsemmi hawn fuq u ma rrealizzatx li din l-aħħar dispożizzjoni ma ġabet ebda tibdil fil-kontenut tal-Anness VIII, li dejjem kien jammetti l-attivitajiet ta’ finanzjament u l-investimenti tal-Unjoni fuq ċerti attivitajiet ta’ pproċessar;

evalwat b’mod żbaljat il-locus standi tar-rikorrenti fl-ewwel istanza li jippreżentaw ir-rikorsi għal annullament skont l-Artikolu 263(4) u (6) TFUE;

b’mod żbaljat iddeċidiet li d-dispożizzjonijiet ikkontestati ġew adottati bi ksur tar-Regolament dwar l-OKS Unika, billi b’mod żbaljat assumiet li l-imsemmi regolament eskluda mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-finanzjament Ewropew l-attivitajiet kollha mwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi ħlief il-produzzjoni ta’ prodotti friski (kemm jekk għall-konsum jew maħsuba għall-ipproċessar);

applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, billi fixklitu mal-prinċipju ta’ kompetizzjoni mhux distorta bejn atturi ugwali fis-suq, u nsiet li s-settur agrikolu huwa suġġett għar-regoli proprji tiegħu fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni;

sa fejn l-effetti tal-annullament huma kkonċernati, applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 264 (2) TFUE billi għamlet distinzjoni bejn it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(2)a tar-Regolament Nru 1580/2007 ta’ qabel u l-Artikolu 50(3) tar-Regolament Nru 543/2011, minn naħa, u l-Artikolu 60(7) tar-Regolament Nru 543/2011, min-naħa l-oħra, kif ukoll billi tat sentenza li huwa impossibbli li tiġi eżegwita, skont l-Artikolu 60(7) tar-Regolament Nru 543/2011.


(1)  543/2011/UE: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007, tal- 21 ta’ Diċembru 2007, li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (ĠU L 350, p. 1).


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/16


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 minn T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-279/11, T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-456/13 P)

2013/C 325/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, D. Slater, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-279/11 (iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”) sa fejn tiċħad bħala inammissibbli l-azzjoni tal-appellanti għal annullament u tiċħad l-eċċezzjonijiet relatati tagħha tal-illegalità;

tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għall-eżami tal-mertu;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jippreżentaw l-aggravji li ġejjin:

(1)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li r-regolamenti kkontestati involvew miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tal-Artikolu 263(4) TFUE;

(2)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li r-Regolament 393/2011 (1) ma kienx ta’ interess individwali għall-appellanti;

(3)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-eċċezzjoni tal-illegalità, bħala riżultat tal-iżbalji (1) u (2) hawn fuq.

B’riżultat, l-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja (i) tannulla s-sentenza appellata sa fejn tiddikjara bħala inammissibbli r-rikors għal annullament u tiċħad l-eċċezzjoni tal-illegalità; u (ii) tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 393/2011, tad-19 ta’ April 2011, li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta’ April 2011 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji (ĠU L 104, p. 39)


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/16


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 minn GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta Lulju 2013 fil-Kawża T-205/12 — GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-494/13 P)

2013/C 325/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)

Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Villiger Söhne GmbH

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-205/12 u d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 387/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka aggravju wieħed ibbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1).

Insostenn tal-aggravju, l-appellanti tinvoka s-segwenti:

 

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “identiċità tal-prodotti” peress li ekwiparat is-“sigarri” mal-kunċett ġenerali ta’ “prodotti ta’ tabakk”. B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali estendiet indebitament il-portata tal-protezzjoni tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni.

 

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “xebh ta’ prodotti”, peress li, sabiex tevalwa x-xebh tal-prodotti, hija lanqas ma kellha tikkunsidra b’mod ġenerali li s-“sigarri” huma simili għall-kunċett ġenerali ta’ “artikoli tat-tipjip”.

 

Meta pparagunat is-sinjali, il-Qorti Ġenerali ma applikatx b’mod korrett il-kriterju tal-evalwazzjoni globali, peress li pparagunat b’mod ġenerali l-elementi “LIBERTAD” u “LIBERTE”, u b’hekk ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-komponenti l-oħra kollha tat-trade marks.

 

B’mod partikolari, diversi komponenti oħra tat-trade marks inkwistjoni huma madankollu ta’ importanza sinjifikattiva, bħall-kombinazzjoni tal-kuluri tat-trade mark inkwistjoni u tat-trade mark figurattiva invokata insostenn tal-oppożizzjoni u d-denominazzjoni “LA”.

 

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar ix-xebh kunċettwali peress li ma ħaditx suffiċjentement inkunsiderazzjoni l-lingwi differenti tat-trade marks.

 

B’mod ġenerali, il-Qorti Ġenerali għalhekk waslet għal konklużjoni żbaljata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/17


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 minn GRE Grand River Enterprises Deutschland mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-206/12, GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-495/13 P)

2013/C 325/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Villiger Söhne GmbH

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-206/12 u d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 411/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti jikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors tal-appellanti intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-1 ta’ Marzu 2012 dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Villiger Söhne GmbH u GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH.

L-appellanti tinvoka aggravju wieħed ibbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1).

Insostenn tal-aggravju, l-appellanti tinvoka s-segwenti:

 

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “identiċità tal-prodotti” peress li ekwiparat is-“sigarri” mal-kunċett ġenerali ta’ “prodotti ta’ tabakk”. Billi għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali estendiet indebitament il-portata tal-protezzjoni tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni.

 

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “xebh ta’ prodotti”, peress li, sabiex tevalwa x-xebh tal-prodotti, hija lanqas ma kellha tikkunsidra b’mod ġenerali li s-“sigarri” huma simili għall-kunċett ġenerali ta’ “artikoli tat-tipjip”.

 

Meta pparagunat is-sinjali, il-Qorti Ġenerali ma applikatx b’mod korrett il-kriterju tal-evalwazzjoni globali, peress li pparagunat b’mod ġenerali l-elementi “LIBERTAD” u “LIBERTE”, u b’hekk ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-komponenti l-oħra kollha tat-trade marks.

 

B’mod partikolari, kieku applikat b’mod korrett il-kriterju tal-evalwazzjoni globali, il-Qorti Ġenerali kellha tattribwixxi importanza ikbar lil ċerti elementi oħra tat-trade marks kunfliġġenti, b’mod partikolari lill-kombinazzjoni tal-kuluri tat-trade mark ikkontestata u lid-denominazzjoni “LA” tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni.

 

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar ix-xebh kunċettwali peress li ma ħaditx suffiċjentement inkunsiderazzjoni l-lingwi differenti tat-trade marks.

 

B’mod ġenerali, il-Qorti Ġenerali għalhekk waslet għal konkużjoni żbaljata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


Il-Qorti Ġenerali

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/06) (1)

(Fond ta’ Koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Proġetti ta’ infrastruttura ambjentali mwettqa fit-territorju tal-Cataluña (Spanja) - Tneħħija parzjali tal-għajnuna finanzjarja - Kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal xogħlijiet - Kriterji ta’ għoti - Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Offerta anormalment baxxa - Eliġibbiltà tal-infiq - Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji - Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 - Proporzjonalità)

2013/C 325/30

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. M. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Steiblytė u L. Escobar Guerrero, sussegwentement A. Steiblytė u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5105, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond ta’ Koeżjoni lil tmien proġetti mwettqa fit-territorju tal-Komunità awtonoma tal-Cataluña (Spanja).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 42, 24.02.2007.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-2/07) (1)

(Fondi ta’ koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Proġetti li jikkonċernaw it-trattament sanitarju tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja) - Kanċellazzjoni parzjali tal-għajnuna finanzjarja - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Kriterji ta’ għoti - Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Eliġibbiltà tal-ispejjeż - Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji - Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 - Proporzjonalità)

2013/C 325/31

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. M. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Steiblytė u L. Escobar Guerrero, aġenti, assistiti minn M. Canal Fontcuberta, avukat, sussegwentement A. Steiblytė u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5102, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija skont il-Fondi ta’ koeżjoni lill-grupp ta’ proġetti bir-referenza 2001.ES.16.PE.050 u li tikkonċerna t-tindif tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-3/07) (1)

(Fond ta’ Koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Proġetti ta’ infrastruttura ambjentali implementati fit-territorju ta’ Andalucía (Spanja) - Tneħħija parzjali tal-għajnuna finanzjarja - Kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal xogħlijiet - Kriterji ta’ għoti - Reklamar - Eliġibbiltà tal-infiq - Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji - Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 - Proporzjonalità)

2013/C 325/32

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. M. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement minn A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Steiblytė u L. Escobar Guerrero, aġenti, assistiti minn M. Canal Fontcuberta, avukat, sussegwentement minn A. Steiblytė u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5103, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija abbażi tal-Fond ta’ koeżjoni għal ħames proġetti ta’ infrastruttura ambjentali implementati fit-territorju tal-Komunità Awtonoma ta’ Andalucía (Spanja).

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 2 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5103, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija abbażi tal-Fond ta’ koeżjoni għal ħames proġetti ta’ infrastruttura ambjentali implementati fit-territorju tal-Komunità Awtonoma ta’ Andalucía (Spanja), huma annullati sa fejn dawn jinkludu ammont ta’ EUR 476 460 bħala korrezzjonijiet finanzjarji li jikkonċernaw il-proġetti bin-numri ta’ referenza 2000.ES.16.C.PE.004, 2000.ES.16.C.PE.025, 2000.ES.16.C.PE.066 u 2000.ES.16.C.PE.0138.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 56, 10.03.2007.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — British Telecommunications u BT Pension Scheme Trustees vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-226/09 u T-230/09) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Eżenzjoni parzjali tal-obbligu ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni lill-Fond għall-Ħarsien tal-Pensjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Riżorsi tal-Istat - Benefiċċju - Natura selettiva - Ksur tal-kompetizzjoni - Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Implementazzjoni tal-għajnuna)

2013/C 325/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: British Telecommunications (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Robert, M. Newhouse, T. Castorina, solicitors, J. Holmes, barrister, u H. Legge, QC) (Kawża T-226/09); u BT Pension Scheme Trustees Ltd (Londra) (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati) (Kawża T-230/09)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u N. Khan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/703/KE, tal-11 ta’ Frar 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C-55/2007 (ex NN 63/07, CP 106/06) implementata mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq — Garanzija pubblika favur B[ritish T[elecommunications] (ĠU L 242, p. 21).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Fil-Kawża T-226/09, British Telecommunications plc hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Fil-Kawża T-230/09, BT Pension Scheme Trustees Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — GL2006 Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-435/09) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti ta’ sostenn finanzjarju konklużi fil-kuntest tal-ħames u s-sitt programm qafas għal azzjoni Komunitarja ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku u fil-kuntest tal-programm eTEN - Proġetti Highway, J WeB, Care Paths, Cocoon, Secure-Justice, Qualeg, Lensis, E-Pharm Up, Liric, Grace, Clinic u E2SP - Rexissjoni tal-kuntratti - Rimbors tas-somom imħallsa - Noti ta’ debitu - Kontrotalba - Rappreżentanza tar-rikorrent)

2013/C 325/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GL2006 Europe Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Gardenal u E. Belinguier-Raiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude u N. Bambara, sussegwentement S. Delaude, aġenti, assistiti minn R. Van der Hout, avukat)

Suġġett

Minn naħa, rikors ippreżentat mill-kumpannija GL2006 Europe skont l-Artikolu 238 KE, abbażi ta’ klawżoli ta’ arbitraġġ, li permezz tiegħu ir-rikorrenti tikkontesta l-verifiki mwettqa fl-uffiċċji tagħha mill-OLAF f’Diċembru 2008, id-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-10 ta’ Lulju 2009 li permezz tagħha l-Kummissjoni temmet il-parteċipazzjoni tagħha f’żewġ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku, kif ukoll tnax-il nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni fis-7 ta’ Awwissu 2009, intiżi għar-rimbors tas-somom li din tal-aħħar ħalsitha fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tagħha fi tnax-il proġett ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku u, min-naħa l-oħra, kontrotalba intiża għar-rimbors tas-somom imsemmija.

Dispożittiv

(1)

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ippreżentat minn GL2006 Europe Ltd.

(2)

GL2006 Europe Ltd hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 2 258 456,31, flimkien mal-interessi mid-data tal-iskadenza tal-ħlas iffissata fin-noti ta’ debitu tas-7 ta’ Awwissu 2009.

(3)

GL 2006 Europe Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 11, 16.1.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-486/09) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Miżuri ta’ żvilupp rurali - Żoni żvantaġġati u agroambjent - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Infiq imwettaq mill-Polonja - Rapporti ta’ kontroll - Effikaċja tal-kontrolli - Sistema ta’ sanzjonijiet - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 325/35

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar, sussegwentement M. Szpunar u B. Majczyna, u finalment B. Majczyna u S. Balcerak, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u M. Owsiany-Hornung, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/721/KE, tal-24 ta’ Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU L 257, p. 28).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Ecoceane vs AESM

(Kawża T-518/09) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċeduri ta’ sejħa għal offerti - Intervent minn bastimenti ta’ sostenn fil-ġlieda kontra t-tniġġis permezz tal-idrokarburi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2013/C 325/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ecoceane (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Spalter, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (AESM) (rappreżentanti: J. Menze, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AESM, tat-28 ta’ Ottubru 2009, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EMSA/NEG/1/2009, dwar kuntratti għal servizzi marbuta mal-intervent ta’ bastimenti ta’ sostenn fil-ġlieda kontra t-tniġġis permezz tal-idrokarburi (Lott Nru 2: L-Atlantiku/Il-Kanal Ingliż), kif ukoll tad-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ecoceane hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (AESM).


(1)  ĠU C 80, 27.3.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — ATC et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-333/10) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Spezzjonijiet sanitarji - Miżuri ta’ protezzjoni f’sitwazzjoni ta’ kriżi - Miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-preżenza ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terzi - Projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ għasafar selvaġġi maqbuda fl-ambjent naturali tagħhom - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjonijiet legali li jagħtu drittijiet lill-individwi - Nuqqas manifest u gravi li jiġu osservati l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali - Direttivi 91/496/KE u 92/65/KE - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Dmir ta’ diliġenza - Proporzjonalità)

2013/C 325/37

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Animal Trading Company (ATC) BV (Loon op Zand, il-Pajjiżi l-Baxxi); Avicentra NV (Malle, il-Belġju); Borgstein birds and Zoofood Trading vof (Wamel, il-Pajjiżi l-Baxxi); Bird Trading Company Van der Stappen BV (Dongen, il-Pajjiżi l-Baxxi); New Little Bird’s Srl (Anagni, l-Italja); Vogelhuis Kloeg (Zevenbergen, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Giovanni Pistone (Westerlo, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Osse u J. Houdijk, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u B. Burggraaf, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/760/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2005, dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ suspett ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ għasafar maqbudin (ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 519), kif ipprorogata, u, it-tieni nett, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007, tat-23 ta’ Marzu 2007, li [j]istipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 165).

Dispożittiv

(1)

L-Unjoni Ewropea għandha tikkumpensa d-dannu mġarrab minn Animal Trading Company (ATC) BV, Avicentra NV, Borgstein birds and Zoofood Trading vof, Bird Trading Company Van der Stappen BV, New Little Bird’s Srl, Vogelhuis Kloeg, u Giovani Pistone minħabba l-adozzjoni u l-implementazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni 2005/760/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2005, dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ suspett ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ għasafar maqbudin, it-tieni nett, tad-Deċiżjoni 2005/862/KE, tat-30 ta’ Novembru 2005, li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/759/KE u 2005/760/KE dwar il-miżuri għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur f’għasafar oħra għajr it-tjur tal-irziezet, it-tielet nett, tad-Deċiżjoni 2006/79/KE, tal-31 ta’ Jannar 2006, li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/759/KE u 2005/760/KE f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perijodu ta’ applikazzjoni tagħhom, ir-raba’ nett, tad-Deċiżjoni 2006/405/KE, tas-7 ta’ Ġunju 2006, li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/710/KE, 2005/734/KE, 2005/758/KE, 2005/759/KE, 2005/760/KE, 2006/247KE u 2006/265/KE rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, il-ħames nett, tad-Deċiżjoni 2006/522/KE, tal-25 ta’ Lulju 2006, li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/759/KE u 2005/760/KE rigward ċerti miżuri ta’ ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u l-movimenti ta’ ċerti għasafar ħajjin fil-Komunità, is-sitt nett, tad-Deċiżjoni 2007/21/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2006, li temenda d-Deċiżjoni 2005/760/KE rigward il-miżuri ta’ ħarsien li għandhom x’jaqsmu mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u l-importazzjonijiet ta’ għasafar għajr it-tjur [tar-razzett] fil-Komunità, kif ukoll, is-seba’ nett, tad-Deċiżjoni 2007/183/KE, tat-23 ta’ Marzu 2007, li temenda d-Deċiżjoni 2005/760.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-partijiet għandhom jibagħtu lill-Qorti Ġenerali, f’terminu ta’ tliet xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, l-ammonti f’ċifri tal-kumpens, stabbiliti bi ftehim bejniethom.

(4)

Fin-nuqqas ta’ ftehim, il-partijiet għandhom jibagħtu lill-Qorti Ġenerali, fl-istess terminu, it-talbiet tagħhom espressi f’ċifri.

(5)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Duravit et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-364/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ksur uniku u kontinwu - Oneru tal-prova - Multi - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Nulla poena sine lege)

2013/C 325/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Duravit AG (Hornberg, il-Ġermanja); Duravit SA (Bischwiller, Franza); u Duravit BeLux SPRL/BVBA (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Bechtold, U. Soltész u C. von Köckritz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u A. Antoniadis, aġenti, assistiti minn P. Thyri, avukat)

Intervenjent insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u F. Florindo Gijón, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2010) 4185 finali tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Il-punt 8 tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), hija annullata sa fejn il-Kummissjoni Ewropea tikkonkludi li Duravit AG, Duravit BeLux SPRL/BVBA u Duravit SA kienu pparteċipaw fi ksur fit-territorji tal-Italja, tal-Awstrija u tal-Pajjiżi l-Baxxi.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Duravit AG, Duravit BeLux u Duravit SA għandhom ibatu tlett kwarti mill-ispejjeż tagħhom.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż imġarrba minn Duravit AG, Duravit BeLux u Duravit SA, kif ukoll l-ispejjeż tagħha stess.

(5)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Rubinetteria Cisal vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-368/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijakk tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Kunċett ta’ ksur - Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-2002 - Kooperazzjoni - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Assenza ta’ kapaċità kontributtiva)

2013/C 325/39

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Rubinetteria Cisal SpA (Alzo Frazione di Pella, l-Italja) (rappreżentant: M. Pinnarò u P. Santer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u L. Malferrari, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba bil-għan, prinċipalment, tal-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju) sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa impost fuqha.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Rubinetteria Cisal SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Villeroy & Boch Austria et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-373/10, T-374/10, T-382/10 u T-402/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijaku tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni ta’ żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva - Ksur uniku - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Prova - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Non-retroattività - Terminu raġonevoli)

2013/C 325/40

Lingwi tal-kawża: il-Ġermaniż, il-Franċiż u l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Villeroy & Boch Austria GmbH (Mondsee, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Reidlinger, S. Dethof, M. Klusmann u K. Blau-Hansen, avukati) (Kawża T-373/10); Villeroy & Boch AG (Mettlach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Klusmann, avukat, S. Thomas, professur) (Kawża T-374/10); Villeroy et Boch SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. Philippe, K. Blau-Hansen, avukati, u A. Villette, solicitor) (Kawża T-382/10); u Villeroy & Boch — Belgium (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer, J. Blockx u N. Lorjé, avukati) (Kawża T-402/10)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-373/10, inizjalment minn F. Castillo de la Torre, R. Sauer, F. Ronkes Agerbeek u A. Antoniadis, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, R. Sauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn G. van der Wal u M. van Heezik, avukati; fil-Kawża T-374/10, minn A. Antoniadis, R. Sauer u F. Ronkes Agerbeek; fil-Kawża T-382/10, minn F. Castillo de la Torre, F. Ronkes Agerbeek u N. von Lingen, aġenti, assistiti minn G. van der Wal u M. van Heezik; u, fil-Kawża T-402/10, F. Castillo de la Torre, F. Ronkes Agerbeek, assistiti minn G. van der Wal u M. van Heezik)

Suġġett

Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom.

Dispożittiv

(1)

Fil-Kawżi T-373/10, T-382/10 u T-402/10, ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Fil-Kawża T-374/10, l-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huwa annullat sa fejn fih hemm ikkonstatat li Villeroy & Boch AG ipparteċipat f’akkordju fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Awstrija qabel it-12 ta’ Ottubru 1994.

(3)

Fil-Kawża T-374/10, ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.

(4)

Villeroy & Boch Austria GmbH, Villeroy et Boch SAS u Villeroy & Boch — Belgium għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-373/10, T-382/10 u T-402/10.

(5)

Villeroy & Boch AG għandha tbati seba’ partijiet minn tmienja tal-ispejjeż tagħha u seba’ partijiet minn tmienja tal-ispejjeż tal-Kummissjoni fil-Kawża T-374/10.

(6)

Il-Kummissjoni għandha tbati parti minn tmienja tal-ispejjeż tagħha u parti minn tmienja tal-ispejjeż ta’ Villeroy & Boch AG fil-Kawża T-374/10.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Hansa Metallwerke et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Komunikazzjoni tal-2002 dwar il-kooperazzjoni - Tnaqqis tal-ammont tal-multa - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Nuqqas ta’ retroattività)

2013/C 325/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hansa Metallwerke AG (Stuttgart, il-Ġermanja); Hansa Nederland BV (Nijkerk, il-Pajjiżi l-Baxxi); Hansa Italiana Srl (Castelnuovo del Garda, l-Italja) Hansa Belgium (Asse, il-Belġju); u Hansa Austria GmbH (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: H.-J. Hellmann u C. Malz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis u R. Sauer, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u F. Florindo Gijón, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Hansa Metallwerke AG, Hansa Nederland BV, Hansa Italiana Srl, Hansa Belgium u Hansa Austria GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 301 6.11.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Mamoli Robinetteria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-376/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Drittijiet tad-difiża - Komunikazzjoni tal-2002 dwar il-kooperazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Kunċett ta’ akkordju - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Gravità - Koeffiċjent tal-ammont addizzjonali)

2013/C 325/42

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Mamoli Robinetteria SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: F. Capelli u M. Valcada, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u L. Malferrari, aġenti, assistiti inizjalment minn F. Ruggeri Laderchi u A. De Matteis, sussegwentement minn F. Ruggeri Laderchi, avukati)

Suġġett

Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2010) 4185 finali tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet għal kmamar tal-banju), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tħassir jew għat-tnaqqis tal-multa imposta.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Mamoli Robinetteria SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha u kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Masco et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-378/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ksur uniku)

2013/C 325/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Masco Corp. (Michigan, l-Istati Uniti); Hansgrohe AG (Schiltach, il-Ġermanja); Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH (Schiltach); Hansgrohe Handelsgesellschaft mbH (Wiener Neudorf, l-Awstrija); Hansgrohe SA/NV (Brussell, il-Belġju); Hansgrohe BV (Westknollendam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Hansgrohe SARL (Antony, Franza); Hansgrohe SRL (Villanova d’Asti, l-Italja); Hüppe GmbH (Bad Zwischenahn, il-Ġermanja); Hüppe Ges.mbH (Laxenburg, l-Awstrija); Hüppe Belgium SA (Woluwé Saint-Étienne, il-Belġju); u Hüppe BV (Alblasserdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Schroeder, S. Heinz, avukati, u J. Temple Lang, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn B. Kennelly, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), sa fejn il-Kummissjoni qieset li r-rikorrenti kienu pparteċipaw fi ksur uniku u kumpless fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Masco Corp., Hansgrohe AG, Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH, Hansgrohe Handelsgesellschaft mbH, Hansgrohe SA/NV, Hansgrohe BV, Hansgrohe SARL, Hansgrohe SRL, Hüppe GmbH, Hüppe Ges.mbH, Hüppe Belgium SA u Hüppe BV huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-379/10 u T-381/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Tul tal-ksur - Drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

2013/C 325/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Keramag Keramische Werke AG (Ratingen, il-Ġermanja); Koralle Sanitärprodukte GmbH (Vlotho, il-Ġermanja); Koninklijke Sphinx BV (Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi); Allia SAS (Avon, Franza); Produits Céramique de Touraine SA (Selles-sur-Cher, Franza); Pozzi Ginori SpA (Milano, l-Italja) (Kawża T-379/10); Sanitec Europe Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (Kawża T-381/10) (rappreżentanti: J. Killick, barrister, I. Reynolds, solicitor, u P. Lindfelt u K. Struckmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn B. Kennelly, barrister)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Il-punt 6 tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea fih tikkonkludi li, minn naħa, Allia SAS u Produits Céramique de Touraine SA pparteċipaw fi ksur relatat ma’ akkordju fis-suq Franċiż għal perijodu inkluż bejn il-25 ta’ Frar 2004 u d-9 ta’ Novembru 2004 u, min-naħa l-oħra, Pozzi Ginori SpA ipparteċipat fi ksur relatat ma’ akkordju fis-suq Taljan għal perijodu minbarra dak inkluż bejn l-14 ta’ Mejju 1996 u d-9 ta’ Marzu 2001.

(2)

L-Artikolu 2(7) tad-Deċiżjoni C(2010) 4185 finali huwa annullat sa fejn l-ammont totali tal-multa imposta fuq Keramag Keramische Werke AG, fuq Koralle Sanitärprodukte GmbH, fuq Koninklijke Sphinx BV, fuq Pozzi Ginori SpA u fuq Sanitec Europe Oy taqbeż EUR 50 580 701.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Keramag Keramische Werke, Koralle Sanitärprodukte, Koninklijke Sphinx, Allia, Produits Céramique de Touraine, Pozzi Ginori u Sanitec Europe għandhom ibatu tliet kwarti mill-ispejjeż tagħhom stess.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż sostnuti minn Keramag Keramische Werke, minn Koralle Sanitärprodukte, minn Koninklijke Sphinx, minn Allia, minn Produits Céramique de Touraine, minn Pozzi Ginori u minn Sanitec Europe, kif ukoll l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Wabco Europe et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-380/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Prova - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Komunikazzjoni tal-2002 dwar il-kooperazzjoni - Immunità minn multi - Tnaqqis tal-ammont tal-multa - Valur miżjud sinjifikattiv - Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività)

2013/C 325/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wabco Europe (Brussell, il-Belġju); Wabco Austria GesmbH (Vjenna, l-Awstrija); Trane Inc. (Piscataway, New Jersey, l-Istati Uniti); Ideal Standard Italia Srl (Milano, l-Italja); u Ideal Standard GmbH (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Völcker, F. Louis, A. Israel, N. Niejahr, avukati, C. O’Daly, E. Batchelor, solicitors, u F. Carlin, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, F. Ronkes Agerbeek u G. Koleva, aġenti)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqhom.

Dispożittiv

(1)

Il-punti 3 u 4 tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huma annullati sa fejn il-Kummissjoni Ewropea fihom tikkundanna lil Trane Inc., lil Wabco Europe u lil Ideal Standard Italia Srl għal ksur relatat ma’ akkordju fis-suq Taljan tal-oġġetti taċ-ċeramika għal perijodu għajr dak mit-12 ta’ Mejju 2000 sad-9 ta’ Marzu 2001.

(2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Trane fl-Artikolu 2(3)(a) tad-Deċiżjoni C(2010) 4185 finali huwa ta’ EUR 92 664 493.

(3)

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Wabco Europe u fuq Trane fl-Artikolu 2(3)(b) tad-Deċiżjoni C(2010) 4185 huwa ta’ EUR 15 820 767.

(4)

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Ideal Standard Italia, fuq Wabco Europe u fuq Trane fl-Artikolu 2(3)(e) tad-Deċiżjoni C(2010) 4185 huwa ta’ EUR 4 520 220.

(5)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(6)

Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn Wabco Europe, minn Wabco Austria GesmbH, minn Trane, minn Ideal Standard Italia u minn Ideal Standard GmbH kif ukoll l-ispejjeż tagħha.

(7)

Wabco Europe, Wabco Austria, Trane, Ideal Standard Italia u Ideal Standard għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Dornbracht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-386/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Nuqqas ta’ retroattività)

2013/C 325/46

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment H. Janssen, T. Kapp u M. Franz, sussegwentement H. Janssen u T. Kapp, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u A. Antoniadis, aġenti, assititi minn A. Böhlke, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u F. Florindo Gijón, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG, għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Zucchetti Rubinetteria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-396/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Kunċett ta’ ksur - Ksur uniku - Suq rilevanti - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Gravità - Koeffiċjenti)

2013/C 325/47

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Zucchetti Rubinetteria SpA (Gozzano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Condinanzi, P. Ziotti u N. Vasile, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u L. Malferrari, aġenti, assistiti inizjalment minn F. Ruggeri Laderchi u A. De Matteis, sussegwentement minn F. Ruggeri Laderchi, avukati)

Suġġett

Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-kanċellament jew it-tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuqha.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Zucchetti Rubinetteria SpA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Roca Sanitario vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-408/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Gravità tal-ksur - Koeffiċjenti - Ċirkustanzi attenwanti - Tnaqqis tal-ammont tal-multa - Valur miżjud sinjifikattiv)

2013/C 325/48

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Roca Sanitario, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo u M. Merola, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Castilla Contreras, sussegwentement M. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Roca Sanitario, SA, fl-Artikolu 2(4)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huwa ta’ EUR 6 298 000.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, terz mill-ispejjeż sostnuti minn Roca Sanitario.

(4)

Roca Sanitario għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Laufen Austria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Imputabbiltà ta’ aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Gravità tal-ksur - Koeffiċjenti - Ċirkustanzi attenwanti - Kriżi ekonomika - Pressjoni eżerċitata mill-grossisti - Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 - Tnaqqis tal-ammont tal-multa - Valur miżjud sinjifikattiv)

2013/C 325/49

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Laufen Austria AG (Wilhemsburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: E. Navarro Varona u L. Moscoso del Prado González, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Castilla Contreras, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Laufen Austria AG għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Roca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-412/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kriżi ekonomika - Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 - Tnaqqis fl-ammont tal-multa - Valur miżjud sinjifikanti)

2013/C 325/50

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Roca (Saint Ouen L’Aumone, Franza) (rappreżentant: P. Vidal Martínez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Castilla Contreras, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar il-Proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji [għall-kmamar tal-banju]), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 2(4)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar il-Proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji [għall-kmamar tal-banju]), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ffissat l-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Roca mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-kooperazzjoni tagħha.

(2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Roca fl-Artikolu 2(4)(b) tad-deċiżjoni C(2010) 4185 finali huwa ta’ EUR 6 298 000.

(3)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, terz mill-ispejjeż ta’ Roca.

(5)

Roca għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Islamic Republic of Iran Shipping Lines et al vs Il-Kunsill

(Kawża T-489/10) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni)

2013/C 325/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Islamic Republic of Iran Shipping Lines (Téhéran, l-Iran) u s-17-ir-rikorrent l-ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Lester, barrister, u M. Taher, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Partijiet konvenuti in sostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u T. Scharf, aġenti); u r-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u É. Ranaivoson, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1)

Dispożittiv

(1)

Is-segwenti strumenti huma annullati, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Islamic Republic of Iran Shipping Lines kif ukoll lis-17-ir-rikorrent l-ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness:

l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK;

l-Anness tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413;

l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007;

l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

(2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, jinżammu inoltrati fil-konfront ta’ Islamic Republic of Iran Shipping Lines kif ukoll tas-17-ir-rikorrent l-ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolament 267/2012.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Islamic Republic of Iran Shipping Lines kif ukoll mis-17-ir-rikorrent l-ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Bank Kargoshaei et vs Il-Kunsill

(Kawża T-8/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Aspettattivi leġittimi - Eżami mill-ġdid tal-miżuri restrittivi adottati - Żball ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Bażi legali - Forom proċedurali sostanzjali - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà)

2013/C 325/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Kargoshaei (Tehran, l-Iran); Bank Melli Iran Investment Company (Tehran); Bank Melli Iran Printing and Publishing Company (Tehran); Cement Investment & Development Co. (Tehran); Mazandaran Cement Company (Tehran); Melli Agro-chemical Company (Tehran); u Shomal Cement Co. (Tehran) (rappreżentanti: inizjalment L. Defalque u S. Woog, sussegwentement L. Defalque u C. Malherbe, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Corderoi, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 276/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament ta’ kull regolament futur jew ta’ kull deċiżjoni futura li tikkompleta jew li temenda wieħed mill-atti kkontestati li jkun fis-seħħ fid-data ta’ għeluq tal-proċedura orali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Bank Kargoshaei, mill-Bank Melli Iran Investment Company, mill-Bank Melli Iran Printing and Publishing Company, mis-Cement Investment & Development Co., mill-Mazandaran Cement Company, mill-Melli Agro-chemical Company u mix-Shomal Cement Co.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 72, 5.3.2011.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-343/11) (1)

(FAEGG - It-Taqsima tal-Garanzija - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Frott u ħxejjex - Esklużjoni mill-finanzjament tal-ispejjeż għall-istampar fuq l-imballaġġi - Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi - Esklużjoni tal-ispejjeż tal-membri kollha tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernati - Proporzjonalità)

2013/C 325/53

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment minn C. Wissels, M. de Ree, B. Koopman u C. Schillemans, sussegwentement minn C. Wissels, M. de Ree u C. Schillemans, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u P. Rossi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/244/UE, tal-15 ta’ April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 102, p. 33), sa fejn teskludi ċerti spejjeż sostnuti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/32


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 minn Geoffroy Alsteens mid-digriet mogħti fit-8 ta’ Mejju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-87/12, Alsteens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-373/13)

2013/C 325/54

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Geoffroy Alsteens (Marcinelle, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, D. Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-8 ta’ Mejju 2013, fil-Kawża F-87/12, Alsteens vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju uniku bbażat fuq żball ta’ liġi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies li bl-annullament tal-limitazzjoni tat-tul ta’ żmien tal-estensjoni tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju, l-appellant jinsab, b’mod retroattiv, taħt l-iskema ta’ kuntratt għal żmien indeterminat. L-appellant iqis li dan ma huwiex il-każ u jsostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser id-dritt tiegħu għal rimedju effettiv meta qies li l-appellant ma setax jitlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni li jiġi estiż il-kuntratt tiegħu, jiġifieri l-annullament tal-parti tad-deċiżjoni li tillimita t-tul ta’ żmien tal-estensjoni.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/33


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2013 — Bitiqi et vs Il-Kummissjoni et

(Kawża T-410/13)

2013/C 325/55

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Burim Bitiqi (Londra, ir-Renju Unit); Arlinda Gjebrea (Prishtina, ir-Repubblika tal-Kosovo); Anna Gorska (Varsavja, il-Polonja); Agim Hajdini (Londra); Josefa Martínez Estéve (Valencia, Spanja); Denis Vasile Miron (Bukarest, ir-Rumanija); James Nicholls (Swindon, ir-Renju Unit); Zornitsa Popova Glodzhani (Varna, il-Bulgarija); Andrei Mihai Popovici (Bukarest); u Amaia San José Ortiz (Llodio, Spanja) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea; Eulex Kosovo; u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet tar-rikorrenti

taqta’ u tiddeċiedi,

li id-deċiżjonijiet tas-27 ta’ Mejju u tat-2 ta’ Lulju 2013 li ma jiġġedditx il-kuntratt tar-rikorrenti, huma annullati;

il-konvenuta hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-persunal, peress li l-persunal ġie informat bil-konsegwenzi tad-deċiżjoni ta’ ristrutturar tal-missjoni Eulex Kosovo biss wara li d-deċiżjoni ttieħdet u peress li l-ġerarkija opponiet għal konsultazzjoni ma’ rappreżentant sindakali.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-protezzjoni tal-ħaddiema fil-kuntest ta’ tkeċċija kollettiva, sa fejn għandu jiġi applikat fir-rigward ta’ kull persuna mkeċċija d-dritt fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom liema fatt jimplika disparità kbira tar-regoli u tal-protezzjoni mogħtija.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq abbuż ta’ dritt fl-użu suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni bejn il-kategoriji ta’ ħaddiema “seconded” u “contracted”, sa fejn fir-realtà l-abolizzjoni ta’ pożizzjonijiet tikkonċerna esklużivament biss lil ħaddiema li jaqgħu taħt il-persunal “contracted”, peress li l-persunal “seconded” ġie offrut possibbiltajiet ta’ riallokazzjoni.

(5)

Il-ħames motiv, li jikkonċerna lil waħda mir-rikorrenti, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8 tal-Karta Soċjali Ewropea, peress li r-rikorrenti ġiet informata bid-deċiżjoni kkontestata waqt li kienet tqila u fuq leave tal-maternità.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/33


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2013 — Richter + Frenzel vs UASI — Richter (Richter+Frenzel)

(Kawża T-418/13)

2013/C 325/56

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Richter + Frenzel GmbH + Co. KG (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Altenburg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferdinand Richter GmbH (Pasching, l-Awstrija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Marzu 2013 (R 2001/2011-4);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Richter+Frenzel” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 6, 7, 8, 9, 11, 16, 17, 19, 20, 24, 25, 35, 37, 39, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 545 998

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ferdinand Richter GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “RICHTER”, it-trade mark figurattiva “RICHTER Edition” u t-trade mark “RICHTER”, użata fil-kummerċ fl-Awstrija u mhux irreġistrata

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/34


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2013 — Brouillard vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-420/13)

2013/C 325/57

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alain Laurent Brouillard (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J. M. Gouazé, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2013 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea — Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni — dwar il-kuntratt 2013/S 047-075037, li eliminat lil A. L. Brouillard mil-lott ta’ traduzzjoni lejn il-Franċiż;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni li tistieden lill-kandidat ikkunsidrat bħala offerent fl-ambitu ta’ proċedura nnegozjata ta’ sejħa għal offerti intiża għall-konklużjoni ta’ kuntratti qafas għat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi minn ċerti lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Franċiż (ĠU 2013/S 47-075037) sabiex jissottometti offerta li fiha huwa kkonfermat li r-rikorrent ma huwiex ser jiġi impjegat fl-għoti tas-servizzi kkonċernati, peress li r-rikorrent ma għandux it-taħriġ ġuridiku sħiħ rikjest.

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtorità li adottat l-att ikkontestat.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-Direttivi 2000/78/KE (1) u 2005/36/KE (2), kif ukoll tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni dwar il-kwalifiki universitarji u professjonali tar-rikorrent.


(1)  Direttiva 2000/78/KE tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).

(2)  Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22).


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/34


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awissu 2013 — CPME et vs Il-Kunsill

(Kawża T-422/13)

2013/C 325/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Committee of Polyethylene Terephthalate (PET) Manufacturers in Europe (CPME) (Brussell, il-Belġju); Artenius España, SL (El Prat del Llobregat, Spanja); Cepsa Quimica, SA (Madrid, Spanja); Equipolymers Srl (Milan, l-Italja); Indorama Ventures Poland sp. z o.o. (Włocławek, il-Polonja); Lotte Chemical UK Ltd (Newcastle upon Tyne, ir-Renju Unit); M&G Polimeri Italia SpA (Patrica, l-Italja); Novapet, SA (Zaragoza, Spanja); Ottana Polimeri Srl (Ottana, l-Italja); UAB Indorama Polymers Europe (Klaipėda, il-Litwanja); UAB Neo Group (Rimkai, il-Litwanja); u UAB Orion Global pet (Klaipėda) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/226/UE (1);

tikkundanna lill-konvenut sabiex jagħti kumpens lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku antidumping”) u l-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, sa fejn il-Kunsill naqas milli jikkomunika lil dawn tal-aħħar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u ma provdilhomx terminu raġonevoli sabiex jikkummentaw.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti u kiser l-Artikoli 11(2) u 21(1) tar-Regolament bażiku antidumping meta adotta d-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari meta kkonkluda, fil-premessi sbatax u tlieta u għoxrin tad-deċiżjoni kkontestata li huwa improbabbli li l-iskadenza tal-miżuri ġġib magħha r-rikorrenza ta’ dannu serju u li ma huwiex manifestament fl-interess tal-Unjoni li l-miżuri antidumping jiġu estiżi.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser b’mod manifest u gravi l-obbligi tiegħu ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba sa fejn huwa naqas milli jinnotifika lir-rikorrenti l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

(4)

Ir-raba’ motiv, imqajjem insostenn tat-talba għad-danni, ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill allegatament aġixxa b’mod illegali meta adotta d-deċiżjoni kkontestata u li b’dan il-mod ikkawża lir-rikorrenti danni li għalihom l-Unjoni Ewropea hija responsabbli bis-saħħa tal-Artikolu 340(2) TFUE.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2013, li jirrifjuta l-Proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment tar-reviżjoni ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indoneżja u l-Malasja, minħabba li l-proposta timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja (ĠU L 136, p. 12).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat- 30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/35


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2013 — Good Luck Shipping vs Il-Kunsill

(Kawża T-423/13)

2013/C 325/59

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Good Luck Shipping LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Lester, Barrister, u M. Taher, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013 L 156, p. 10) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplmenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013 L 156, p. 3), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kunsill naqas li jagħti motivazzjoni xierqa u suffiċjenti.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kunsill naqas li josserva l-kriterji applikabbli għall-istabbiliment tal-listi u/jew wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonstata li dawn il-kriterji ġew osservati fir-rigward tar-rikorrenti u/jew inkluda lir-rikorrenti mingħajr bażi legali xierqa sabiex jagħmel dan.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kunsill naqas milli jħares id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u d-dritt tagħha għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Kunsill, mingħajr ġustifikazzjoni u b’mod sproporzjonat, tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħha għall-protezzjoni tal-proprjetà tagħha, l-attività professjonali tagħha u r-reputazzjoni tagħha.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/36


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2013 — Jinan Meide Casting vs Il-Kunsill

(Kawża T-424/13)

2013/C 325/60

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jinan Meide Casting Co. Ltd (Jinan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti (ĠU 2013 L 129, p. 1); u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li n-nuqqas li jiġi pprovdut aċċess jew li tiġi żvelata lir-rikorrenti informazzjoni rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali jikser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u l-Artikoli 6(7), 20(2) u 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009 L 343, p. 51).

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li ċ-ċaħda ta’ ċerti aġġustamenti rikjesti mir-rikorrenti tikser l-Artikolu 2(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 2.4 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ 1994. Sussidjarjament, ir-rikorrenti tikkunsidra li l-Kunsill kiser l-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-determinazzjoni tal-valur normali tat-tipi ta’ prodotti li ma jikkorrispondux tikser l-Artikoli 2(7)(a), 2(10) u 2(10)(a) u l-Artikoli 2(11) flimkien mal-Artikoli 2(8), 2(9), 2(7)(a) u 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li n-nuqqas li jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq japplikawx għar-rikorrenti fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-investigazzjoni jikser l-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ data tal-importazzjoni żbaljata sabiex jiġi ddeterminat id-dannu jikser l-Artikoli 3(1), 3(2) u 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/36


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awissu 2013 — Giant (China) vs Il-Kunsill

(Kawża T-425/13)

2013/C 325/61

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giant (China) Co. Ltd (Kunshan, iċ-Ċina) (rappreżentant: P. De Baere, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 153, p. 17), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kunsill applika l-eżami legali żbaljat sabiex jiddetermina li Jinshan u Giant China kienu jifformaw entità ekonomika waħda u għalhekk kiser l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ir-Regolament bażiku).

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkluda li Giant China u l-grupp ta’ kumpanniji Jinshan huma relatati mill-qrib kummerċjalment u strutturalment.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kunsill kiser l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku meta talab il-produzzjoni ta’ informazzjoni li ma kinitx neċessarja u li Giant China ma setgħetx tkun raġonevolment mistennija li tipprovdi.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kunsill wettaq żball manfiest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra li Giant China ma kinitx sostniet li l-kisba tal-informazzjoni fir-rigward ta’ Jinshan kienet irraġonevolment oneruża.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra li l-provi ppreżentati mir-rikorrenti ma setgħux jiġu vverifikati.

(6)

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kummissjoni u l-Kunsill kisru d-drittijiet tad-difiża ta’ Giant China meta talbu informazzjoni li din ma setgħetx tipprovdi u meta ma kkunsidrawx il-provi alternattivi mressqa.

(7)

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra li l-impożizzjoni ta’ dazju individwali fuq Giant China kienet toħloq ir-riskju li l-għan mixtieq ma jintlaħaqx.

(8)

It-tmien motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kunsill, meta evalwa jekk kienx hemm riskju li ma jintlaħaqx l-għan mixtieq fil-każ tar-rikorrenti, applika kriterji differenti minn dawk applikati għal produtturi oħra u għalhekk kiser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/37


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2013 — Bayer CropScience vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/13)

2013/C 325/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayer CropScience AG (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Nordlander, avukat, u P. Harrison, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2013, tal-24 ta’ Mejju 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żerriegħa trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi (ĠU L 139, p. 12); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li billi adottat ir-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni marret lil hinn mis-setgħat mogħtija lilha mir-Regolament Nru 1107/2009 (1) (iktar ’il quddiem ir-“regolament ta’ awtorizzazzjoni” u fuq il-fatt li l-miżura kkontestata hija għaldaqstant nieqsa minn bażi legali adatta peress li:

il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 21 tar-regolament ta’ awtorizzazzjoni billi: (i) naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni data ta’ monitoraġġ li turi li s-sustanzi attivi inkwistjoni ma kinux jippreżentaw riskji inaċċettabbli għan-naħal; u (ii) ikkonkludiet, b’mod żbaljat, li kien hemm informazzjoni xjentifika ġdida u rilevanti li tagħti lill-Kummissjoni setgħa li taġixxi; u

il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 49 tar-regolament ta’ awtorizzazzjoni billi pprojbixxiet il-bejgħ ta’ żrieragħ ittrattati bis-sustanzi attivi inkwistjoni mingħajr ma stabbilixxiet l-eżistenza ta’ “tħassib sostanzjali” li ż-żrieragħ ittrattati “[jistgħu] jikkostitwixxu riskju serju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għall-ambjent” li “ma jistax jitrażżan b’mod sodisfaċenti” permezz ta’ miżuri oħra.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-miżura kkontestata kienet ġiet adottata b’mod li kien jikser l-Artikolu 12(2) u l-punt 3.8.3 tal-Anness II tar-regolament ta’ awtorizzazzjoni, u ċaħdet l-aspettativi leġittimi tar-rikorrenti, peress li:

ir-regolament ta’ awtorizzazzjoni kien jipprovdi li, u r-rikorrenti kellha aspettativi leġittimi li, gwida eżistenti u applikabbli kienet ser tintuża sabiex jitwettqu l-evalwazzjonijiet tar-riskju li taw lok għall-miżura kkontestata, iżda dik il-gwida eżistenti u applikabbli kienet ġiet injorata favur opinjoni xjentifika li ma kinitx tikkostitwixxi gwida u favur abbozz ta’ dokument ta’ gwida li la kien disponibbli u lanqas approvat.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-applikazzjoni li l-Kummissjoni għamlet tar-regolament ta’ awtorizzazzjoni meta adottat il-miżura kkontestata kienet tikkostitwixxi ksur tad-dritt fundamentali tar-rikorrenti għall-proprjetà u ksur tal-libertà tal-intrapriża, peress li:

id-deċiżjonijiet li jitneħħew (u li jiġu mmodifikati) l-approvazzjonijiet għall-prodotti tar-rikorrenti kienu bbażati fuq applikazzjoni illegali tar-regolament ta’ awtorizzazzjoni li naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni b’mod adegwat it-tradizzjoni twila ta’ użu mhux perikoluż tas-sustanzi attivi inkwistjoni jew il-valur u l-portata tal-proprjetà intelletwali u tal-investimenti għal żmien twil tar-rikorrenti f’dak li jikkonċerna dawn is-sustanzi attivi.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-miżura kkontestata kienet ġiet adottata wara proċedura li naqset milli tirrispetta d-dritt għal smigħ tar-rikorrenti, peress li:

it-twettiq tal-evalwazzjonijiet tar-riskju rilevanti abbażi ta’ opinjoni xjentifika u abbażi ta’ abbozz ta’ dokument ta’ gwida (minflok abbażi tal-gwida eżistenti u applikabbli) awtomatikament wasslet għall-identifikazzjoni ta’ “lakuni fid-data” li r-rikorrenti qatt ma kellha l-opportunità tindirizza.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-adozzjoni tal-miżura kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li:

f’numru ta’ oqsma (inkluż fir-restrizzjonijiet tagħha ta’ użu tal-prodotti tar-rikorrenti fuq weraq, minn persuni mhux professjonali u fuq ġewwa), il-miżura kkontestata tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha u tista’ anki tippreġudikahom, u l-Kummissjoni naqset milli tqis possibiltajiet ta’ regolamentazzjoni inqas restrittivi li hija kellha għad-dispożizzjoni tagħha.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-adozzjoni tal-miżura kkontestata tikser il-prinċipju ta’ prekawzjoni, peress li:

din l-adozzjoni, inter alia, kienet tinvolvi li l-Kummissjoni, bħala persuna responsabbli mill-ġestjoni tar-riskju, tadotta approċċ purament ipotetiku tar-riskju, li kien ibbażat fuq sempliċi konġettura u li ma kienx xjentifikament ivverifikat (l-evalwazzjonijiet tar-riskji ma jikkostitwixxux, fil-biċċa l-kbira, evalwazzjonijiet xjentifiċi kompluti) u kienet tinvolvi li l-Kummissjoni tirrifjuta li twettaq xi analiżi tal-benefiċċji potenzjali u tal-ispejjeż tal-azzjonijiet tagħha.


(1)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/38


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Awissu 2013 mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) mis-sentenza mogħtija fis-26 ta’ Ġunju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 21/12, Achab vs KESE

(Kawża T-430/13 P)

2013/C 325/63

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Arsène, aġent, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Appellat: Mohammed Achab (Brussell, il-Belġju)

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-21/12, safejn din tannulla d-deċiżjoni tal-KESE tad-9 ta’ Ġunju 2011 dwar l-irkupru tal-allowance tal-espatrijazzjoni mħallsa lil M. Achab mill-1 ta’ Lulju 2010 u tikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż tiegħu u għal nofs l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fl-ewwel istanza;

tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellant, jiġifieri tiċħad ir-rikors bħala infondat fl-intier tiegħu;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż ta’ din l-istanza u ta’ dik quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka ħames aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi inkwantu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkunsidra b’mod żbaljat li l-kundizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ammont li ma kinex dovut ma kinux sodisfatti.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu s-sentenza mogħtija tikkontribwixxi għall-arrikkiment indebitu tar-rikorrent fl-ewwel istanza.

(3)

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, inkwantu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkunsidra b’mod żbaljat li l-KESE qatt ma ikkomunika mal-persunal tiegħu sabiex jiġbed l-attenzjoni tagħhom fuq il-konsegwenzi ta’ naturalizzazzjoni.

(4)

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu t-Tribunal kiser il-prinċipju li permezz tiegħu d-dispożizzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu applikati b’mod strett u l-prinċipju skont liema d-dispożizzjonijiet ta’ eċċezzjoni għandhom jiġu interpretati b’mod limitat u ristrett.

(5)

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tat-tqassim tal-ispejjeż.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/39


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awissu 2013 — Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-441/13)

2013/C 325/64

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eyad Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, li tirrigwarda miżuri restrittivi kontra s-Sirja;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2011, C 282, p. 30.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/39


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2013 — Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-442/13)

2013/C 325/65

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Hafez Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċizjoni 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2011, C 282, p. 25.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/39


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2013 — Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-443/13)

2013/C 325/66

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohammad Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni 2013/255/PESC tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2001, C 282, p. 30.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/40


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2013 mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) mis-sentenza mogħtija fis-26 ta’ Ġunju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi magħquda F-135/11, F-51/12 u F-110/12, BU vs EMA

(Kawża T-444/13 P)

2013/C 325/67

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński u N. Rampal Olmedo, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Appellat: BU (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi F-135/11, F-51/12 u F-110/12 sa fejn din tannulla d-deċiżjoni tal-EMA li l-kuntratt tal-appellat ma jiġġeddidx, u tikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż ta’ BU fil-Kawżi F-135/11 u F-51/12;

tilqa’ t-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza mill-appellanti, jiġifieri tiċħad ir-rikors bħala infondat kollu kemm hu;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-istanza preżenti u ta’ dik quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur, mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-projbizzjoni li jiddeċiedi ultra vires sa fejn huwa ddeċieda li huwa għandu ġurisdizzjoni li jivverifika jekk ir-raġunijiet tal-amministrazzjoni sabiex tirrifjuta t-tiġdid ta’ kuntratt humiex ta’ natura li jmorru kontra l-kriterji u l-kundizzjonijiet bażiċi stabbiliti mil-leġiżlatur fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u intiżi li jiggarantixxu lill-persunal bil-kuntratt il-possibbiltà li eventwalment jibbenefika minn ċertu kontinwità tal-impjieg (fir-rigward tal-punti 57 sa 62 tas-sentenza appellata). L-EMA ssostni li l-ġurisdizzjoni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qiegħed jibbaża ruħu fuqha hija nieqsa minn kull bażi legali.

(2)

It-tieni aggravju bbażat fuq żbalji ta’ liġi mwettqa mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra (RAA), billi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies li hija l-awtorità kompetenti li debitament għandha tfittex jekk teżistix pożizzjoni li fiha, il-membru tal-persunal temporanju li l-kuntratt tiegħu wasal fi tmiemu, jista’ jiġi rreklutat jew irrilokat b’mod effettiv.

(3)

It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żnatura l-kunċett ta’ interess tas-servizz, sa fejn l-interpretazzjoni mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku toħloq preżunzjoni li tgħid li l-impjieg tal-persuna kkonċernata għandu jinżamm sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx tista’ tistabbilixxi li ma teżisti ebda pożizzjoni li fiha, il-membru tal-persunal temporanju li l-kuntratt tiegħu wasal fi tmiemu, jista’ jiġi rreklutat jew irrilokat b’mod effettiv.

(4)

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-kundanna tal-EMA għall-ispejjeż fil-Kawża F-51/12, miċħuda bħala inammissibbli.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/40


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awissu 2013 — Syngenta Crop Protection et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-451/13)

2013/C 325/68

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Syngenta Crop Protection AG (Basel, l-Isvizzera); Syngenta Crop Protection (Brussell, il-Belġju); Syngenta Bulgaria (Sofija, il-Bulgarija); Syngenta Czech s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka); Syngenta Crop Protection A/S (Kopenħagen; id-Danimarka); Syngenta France SAS (Saint-Sauveur, Franza); Syngenta Agro GmbH (Maintal, il-Ġermanja); Syngenta Hellas AEBE — Proïonta Fytoprostasias & Sporoi (Anthoussa Attica, il-Greċja); Syngenta Növényvédelmi kft (Budapest, l-Ungerija); Syngenta Crop Protection SpA (Milano, l-Italja); Syngenta Crop Protection BV (Roosendaal, il-Pajjiżi l-Baxxi); Syngenta Polska sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja); Syngenta Agro Srl (Bukarest, ir-Rumanija); Syngenta Slovakia s.r.o. (Bratislava, is-Slovakkja); Syngenta Agro, SA (Madrid, Spanja); Syngenta UK Ltd (Cambridge, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, D. Slater, Solicitor, u I. Antypas, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea, kif irrappreżentati mill-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla fl-intier tiegħu r-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 485/2013 (iktar ’il quddiem ir-“regolament ikkontestat”) jew, sussidjarjament, tannulla r-regolament ikkontestat safejn dan jimponi restrizzjonijiet fir-rigward tat-tijametossam (iktar ’il quddiem it-“TMS”), iż-żrieragħ ittrattati bit-TMS u l-prodotti li fihom it-TMS;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, kif irrappreżentata mill-Kummissjoni, għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni kollha subiti mir-rikorrenti minħabba l-ksur, mill-Kummissjoni, tal-obbligi legali tagħha, inklużi l-interessi;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti fil-kuntest tal-kawża odjerna.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv jallega li r-regolament ikkontestat impona, fir-rigward tat-TMS, restrizzjonijiet li ma għandhomx bażi xjentifika, fl-assenza ta’ smigħ xieraq, bi ksur tal-Artikoli 4, 12(2), 21 u 49 kif ukoll tal-Anness II tar-Regolament Nru 1107/2009 (1) u b’nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u tad-drittijiet tad-difiża. B’mod partikolari, l-eżami tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (iktar ’il quddiem l-“AESI”) u r-restrizzjonijiet imposti sussegwentement ma kienu bbażati fuq l-ebda prova xjentifika ġdida li tindika riskju; injoraw kwantitajiet sinifikattivi ta’ provi xjentifiċi, jinkludu żbalji materjali fir-rigward tal-parametri essenzjali, u ma huma msejsa fuq l-ebda metodoloġija approvata ta’ evalwazzjoni tar-riskju. Barra minn dan, l-AESI ma identifikat l-ebda riskju għas-sopravvivenza tal-kolonji tan-naħal jew ta’ effetti subletali u hija ma ppreżentat l-ebda konklużjoni negattiva bbażata fuq studji attwali fuq il-post. Il-proċess ta’ eżami u ta’ adozzjoni ta’ miżuri restrittivi sar bl-għaġġla peress li l-eżami xjentifiku ma setax isir b’mod approfondit u peress li l-partijiet interessati ma ngħataw l-ebda oppportunità adegwata sabiex jipparteċipaw.

(2)

It-tieni motiv jallega li r-regolament ikkontestat impona restrizzjonijiet sproporzjonati u diskriminatorji fuq it-TMS, abbażi ta’ riskju purament ipotetiku u fl-assenza ta’ evalwazzjoni xejntifika sħiħa u ta’ kwalunkwe studju fuq l-impatt, bi ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(3)

It-tielet motiv jallega li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-obbligu ta’ diliġenza, u dan b’riżultat ta’ mandat mhux raġonevoli konferit lill-AESI u ta’ proċedura mgħaġġla li ma ppermettietx lill-partijiet interessati li jipparteċipaw b’mod adegwat, li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-provi xjentifiċi rilevanti, u li saret fl-assenza ta’ kwalunkwe studju fuq l-impatt.


(1)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, p. 1).


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/41


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2013 — SNCM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-454/13)

2013/C 325/69

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) (Marseille, Franza) (rappreżentanti: A. Winckler, F.-C. Laprévote, J.-P. Mignard u S. Mabile, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1926, tat-2 ta’ Mejju 2013;

sussidjarjament, tannulla parzjalment id-deċiżjoni sa fejn din tqis li l-ammont tal-għajnuna jinkludi l-elementi ċċitati fil-punt 218 tad-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1926 finali, tat-2 ta’ Mejju 2013, li permezz tagħha l-Kummissjoni, l-ewwel nett, ikklassifikat bħala għajnuna mill-Istat il-kumpens finanzjarju mħallas lis-Société Nationale Corse Méditerranée (SNCM) u lill-Compagnie Méridionale de Navigation (CNM) għas-servizzi ta’ trasport marittimu pprovduti bejn Marseille u Korsika għas-snin 2007-2013 fil-kuntest ta’ ftehim għal servizzi pubbliċi. Sussegwentement, il-Kummissjoni ddikjarat bħala kompatibbli mas-suq intern il-kumpens imħallas lill-SNCM u lis-CNM għal servizzi ta’ trasport ipprovduti matul is-sena (iktar ’il quddiem is-“servizz imsejjaħ ‘bażiku’”), iżda iddikjarat bħala inkompatibbli mas-suq intern il-kumpens imħallas għas-servizzi pprovduti matul il-perijodi ta’ attività kbira li huma l-perijodi tal-Milied, ta’ Frar, rebbiegħa-ħarifa u/jew sajf (iktar ’il quddiem is-“servizz imsejjaħ ‘komplementari’”). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ordnat l-irkupru tal-għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern [Każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.22843 2012/C (ex 2012/NN)].

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni inkwantu l-Kummissjoni qieset, b’mod żbaljat, li s-servizzi “komplementari” ma kinux jikkostitwixxu servizz ekonomiku ta’ interess ġenerali. Ir-rikorrenti ssostni li b’hekk il-Kummissjoni:

wettqet żball ta’ liġi billi rrestrinġiet il-marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ rrikonoxxut mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea lill-Istati fid-definizzjoni tas-servizzi pubbliċi tagħhom;

applikat test żbaljat u mhux applikabbli f’dan il-każ ta’ “bżonn veru” ta’ servizz pubbliku;

wettqet żball ta’ liġi, żball ta’ fatt u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta analizzat separatament is-servizz “bażiku” u s-servizz “komplementari”;

wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni rigward in-nuqqas ta’ inizjattiva privata dwar is-servizz “komplementari”.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni inkwantu l-Kummissjoni qieset, b’mod żbaljat, li l-għoti tal-ftehim għal servizz pubbliku ma kienx jissodisfa r-raba’ kriterju stabbilit mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (C-280/00, Ġabra p. I-7747), minkejja li dan kien irriżulta minn sejħa għal offerti miftuħa u trasparenti.

(3)

It-tielet motiv ibbażat, b’mod sussidjarju u bil-preżunzjoni li l-kumpens tas-servizz “komplementari” jikkostitwixxi għajnuna (quod non), fuq ksur tal-Artikoli 106(2) TFUE u 107 TFUE, tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ projbizzjoni ta’ arrikkiment indebitu, kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni waqt il-valutazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li kellha tiġi rkuprata, sa fejn il-kalkolu tal-għajnuna li kellha tiġi rkuprata la kien jieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż addizzjonali realment imġarrba mill-SNCM għas-servizz “komplementari”, u lanqas is-sottokumpens relatat mas-servizz “bażiku”, u kien ibbażat, fi kwalunkwe każ, fuq evalwazzjoni żbaljata tal-parti tal-kumpens allokata lis-servizz “bażiku” u l-parti allokata lis-servizz “komplementari”.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, sa fejn il-Kummissjoni marret kontra l-prassi deċiżjonali tagħha u applikat il-Komunikazzjoni SIEG (1) li ma kinitx ġiet adottata fid-data li fiha ġie ffirmat il-ftehim għal servizz pubbliku. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li t-tul tal-proċedura kien tali li ħoloq aspettattivi leġittimi għaliha li jipprekludu lill-Kummissjoni milli tordna lill-awtoritajiet nazzjonali jirkupraw l-għajnuna.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi stabbilixxiet differenza fit-trattament, li ma hijiex iġġustifikata, bejn l-SNCM u kumpanniji marittimi oħrajn.


(1)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU 2012, C 8, p. 4).


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/42


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Awissu 2013 minn CC mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-11 ta Lulju 2013 fil-Kawża F-9/12, CC vs Il-Parlament

(Kawża T-457/13 P)

2013/C 325/70

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: CC (Bridel, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Maximini, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Lulju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-9/12, (CC vs Il-Parlament Ewropew);

għalhekk, tilqa’ t-talba tal-appellanti intiża għall-kumpens għad-dannu subit minħabba aġir ħażin;

tiddeċiedi b’mod konformi mat-talbiet imressqa mir-rikorrenti fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tmien aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju bbażat fuq il-fatt li t-TSP żbaljatament naqas milli jordna miżuri istruttorji neċessarji u minħabba f’hekk wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni dwar it-telf ta’ opportunità għall-appellanti li tiġi rreklutata fi ħdan il-Parlament minn Ġunju 2005.

(2)

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u sussidjarjament fuq żnaturament tal-fatti meta t-TSP ikkonkluda li l-Kunsill kien ġie informat bl-eżistenza tal-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien jidher isem l-appellanti.

(3)

It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq żnaturament tal-fatti, fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni u fuq nuqqas ta’ tweġiba għal motiv sa fejn it-TSP ma weġibx għall-motivi mqajma mill-appellanti li jirrigwardaw l-ostakolu magħmul mill-Parlament għar-reklutaġġ tagħha mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni, l-assenza ta’ informazzjoni dwar l-eżistenza tal-lista ta’ kandidati xierqa u l-fatt li l-EPSO kien irċieva l-awtorizzazzjoni sabiex iniżżel lill-appellanti fid-database tiegħu u sabiex jgħaddi din l-informazzjoni.

(4)

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żnaturament tal-fatti sa fejn it-TSP i) kkunsidra b’mod żbaljat li l-Parlament ma kellux l-obbligu legali li jxerred il-lista ta’ kandidati xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni, ii) ma silitx il-konsegwenzi tal-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali u iii) naqas milli jeżamina xi dokumenti.

(5)

Il-ħames aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni dwar l-informazzjoni fuq l-estenzjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa sa fejn it-TSP ikkonkluda li l-Kunsill u l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni kienu jafu dwar l-estenzjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa bejn Ġunju u Awwissu 2007.

(6)

Is-sitt aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq żnaturament tal-fatti u fuq ommissjoni ta’ eżami tal-fatti sa fejn it-TSP ikkonkluda li t-tul ta’ validità tal-lista ta’ kandidati xierqa estiża fir-rigward tal-kandidati l-oħra li għaddew mill-kompetizzjoni ma kienx jimplika inugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-appellanti.

(7)

Is-seba’ aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn it-TSP ma silitx il-konklużjonijiet neċessarji wara l-qerda mill-Parlament tad-dokumenti li jikkonċernaw is-sitwazzjoni tal-appellanti.

(8)

It-tmien aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u sussidjarjament fuq żnaturament tal-fatti, fuq ommissjoni li jittieħdu miżuri istruttorji u fuq assenza ta’ motivazzjoni sa fejn it-TSP ma kkunsidrax is-sitwazzjoni reali tal-appellanti u l-attitudni żbaljata tal-Parlament waqt l-analiżi tal-eżistenza ta’ telf ta’ opportunità ta’ reklutaġġ u waqt l-evalwazzjoni tad-dannu subit.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/43


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2013 — Ranbaxy Laboratories u Ranbaxy (UK) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-460/13)

2013/C 325/71

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ranbaxy Laboratories Ltd (Haryana, l-Indja) u Ranbaxy (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Vidal, A. Penny, solicitors, u B. Kennelly, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1(4) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ COMP/39.226 — Lundbeck (citalopram) dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ COMP/39.226 — Lundbeck (citalopram), sa fejn jimponi multa fuq ir-rikorrenti u, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-imsemmja multa; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-natura żbaljata tal-konkluzjoni misluta mill-konvenuta, li l-ftehim bonarju konkluż mir-rikorrenti kien jikkostitwixxi “ksur permezz tal-għan” tal-Artikolu 101(1) TFUE. Ir-rikorrenti jsostnu li, minħabba f’dan, il-konvenuta wettqet żball ta’ liġi u/jew ta’ evalwazzjoni tal-fatti.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq in-natura żbaljata tal-konstatazzjoni magħmula mill-konvenuta, li l-partijiet għall-ftehim bonarju kienu mill-inqas potenzjalment kompetituri. Ir-rikorrenti jsostnu li, minħabba f’dan, il-konvenuta wettqet żball ta’ liġi u/jew ta’ evalwazzjoni tal-fatti.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq in-natura żbaljata tal-interpretazzjoni min-naħa tal-konvenuta tal-ftehim bonarju, inkwantu hija kkonkludiet li dan kien joffri protezzjoni ikbar minn dik li kienet tinkiseb mill-azzjonijiet għall-osservanza tal-privattiva involuta. Ir-rikorrenti jsostnu li, minħabba f’dan, il-konvenuta wettqet żball ta’ liġi u/jew ta’ evalwazzjoni tal-fatti.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-natura żbaljata tal-kalkolu, min-naħa tal-konvenuta, tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti. Ir-rikorrenti jsostnu li, minħabba f’dan, l-imsemmija multa ma hijiex iġġustifikata u hija sproporzjonata.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/44


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2013 — Hermann Trollius vs ECHA

(Kawża T-466/13)

2013/C 325/72

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hermann Trollius GmbH (Lauterhofen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ahlhaus u J. Schrotz, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-ECHA Nru SME (2013) 0191, tal-31 ta’ Jannar 2013, kif ukoll il-fattura tal-ECHA Nru 10035033, tal-4 ta’ Frar 2013; u

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż kollha inkużi l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-konvenuta.

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma kellhiex il-kompetenza sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata SME (2013) 0191, għaliex la r-Regolament (KE) 1907/2006 (1) u lanqas ir-Regolament (KE) 340/2008 (2) ma jintitola lill-konvenuta sabiex tagħti deċiżjoni separata fir-rigward ta’ jekk reġistrant jikkonformax mal-kriterji tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 104(1) tar-Regolament Reach b’rabta mar-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 (3).

Ir-rikorrenti ssostni li fil-komunikazzjoni kollha tagħha mar-rikorrenti, il-konvenuta injorat l-obbligu tagħha li tindirizza persuna suġġetta għas-sovranità ta’ Stat Membru bil-lingwa uffiċjali ta’ dak l-Istat, u li dan il-ksur ta’ liġi pprekluda lir-rikorrenti milli tissodisfa r-rekwiżiti mitluba minnha fir-rigward tal-għoti ta’ prova tal-istatus tagħha bħala impriża żgħira.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrenti, fil-fatt, hija impriża żgħira skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (4), u għaldaqstant id-deċiżjonijiet huma żbaljati fir-rigward tal-mertu.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (Regolament Reach)

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008, tas-16 ta’ April 2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(3)  Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea

(4)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, tas-6 ta’ Mejju 2003, dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/45


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Generics (UK) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-469/13)

2013/C 325/73

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Generics (UK) (Potters Bar, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Vandenborre u T. Goetz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, parzjament jew kollha kemm hi, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ COMP/39.226, li tiddikjara li r-rikorrenti kisret, b’mod kontinwu, l-Artikolu 101 TFUE bejn l-24 ta’ Jannar 2002 u l-1 ta’ Novembru 2003 billi pparteċipat f’żewġ ftehim bonarji fil-qasam tal-privattivi;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas b’mod sostanzjali l-ammont tal-multi imposti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball imwettaq mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-kontenut, tal-għan imfittex u tal-kuntest tad-diversi ftehim bonarji:

Il-konklużjonijiet tad-deċiżjoni huma bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata u spekulattiva tad-diversi ftehim bonarji u fuq silta selettiva ħafna mill-arkivji. Id-deċiżjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni jew interpretat b’mod żbaljat il-provi li kienu juru ċarament li d-diversi ftehim bonarji kienu jibqgħu fl-ambitu ta’ privattivi maħruġa b’mod validu lil Lundbeck, u kienu konklużi fil-kuntest ta’ litigazzjoni ġenwina dwar il-privattiva.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni meta injorat l-eżistenza ta’ privattivi maħruġa b’mod validu u meta xebbħet id-diversi ftehim bonarji ma’ ftehim ta’ tqassim tas-suq:

Il-konklużjoni tad-deċiżjoni, li tipprovdi li d-diversi ftehim bonarji jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni permezz tal-għan tagħhom, tinjora l-eżistenza ta’ privattivi maħruġa b’mod validu li r-rikorrenti kellha tieħu inkunsiderazzjoni. Id-deċiżjoni hija żbaljata inkwantu tikkonkludi li l-privattivi għandhom biss setgħa ta’ esklużjoni meta huma jkunu ġew ikkonfermati f’kuntest ta’ litigazzjoni, li l-litigazzjoni dwar il-privattivi hija essenzjali għall-proċess tal-kompetizzjoni u li r-rikorrenti kellha l-obbligu li tibda azzjoni u li teżawrixxi l-possibbiltajiet kollha qabel ma tikkonkludi d-diversi ftehim bonarji.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni tal-fatti, mwettaq mill-Kummissjoni meta kkonkludiet li l-ħlas li sar fil-kuntest ta’ dawn id-diversi ftehim bonarji kien “deċiżiv” sabiex jiġi stabbilit ksur minħabba l-għan:

Il-konklużjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi li s-sempliċi fatt li ssemma’ ħlas lir-rikorrenti fil-ftehim bonarji kien biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur minħabba l-għan, ma għandha l-ebda bażi legali jew fattwali. Il-Kummissjoni naqset milli tissodisfa l-oneru tal-prova impost fuqha.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni tal-fatti inkwantu l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kuntest fattwali u legali li fih id-diversi ftehim bonarji ġew konklużi:

Il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni fatturi essenzjali bħalma huma d-dritt rilevanti fil-qasam tal-litigazzjoni dwar il-privattivi, l-arkivji relattivi għal-litigazzjoni dwar il-privattivi u r-riskji ta’ dannu lir-rikorrenti, u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-medja tad-dewmien tal-litigazzjoni dwar il-privattivi. Il-Kummissjoni naqset milli tissodisfa l-oneru tal-prova impost fuqha.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq żball imwettaq mill-Kummissjoni meta kkonkludiet li d-diversi ftehim bonarji ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ eżenzjoni taħt l-Artikolu 101(3) TFUE:

Il-Kummissjoni naqset milli tanalizza l-provi u l-argumenti rilevanti, ġenwini u kredibbli, ippreżentati mir-rikorrenti, li kienu juru li d-diversi ftehim bonarji ppermettew lir-rikorrenti twettaq it-tnehdija kważi tmintax-il sena qabel l-iskadenza tal-privattiva ewlenija ta’ Lundleck.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità:

Id-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi tikkundanna lid-diversi ftehim bonarji li jikkostitwixxu l-mezz li jpoġġi l-inqas piż fuq it-tfittxija ta’ għanijiet leġittimi.

(7)

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ma hijiex motivata b’mod suffiċjenti u dan bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE:

Id-deċiżjoni ma hijiex motivata b’mod suffiċjenti, u dan bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE, inkwantu tippreżumi l-eżistenza ta’ elementi li huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li tipprova.

(8)

It-tmien motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ forom proċedurali sostanzjali mid-deċiżjoni:

Id-deċiżjoni tikser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi introduċiet allegazzjonijiet u provi ġodda mingħajr ma r-rikorrenti ngħatat il-possibbiltà ta’ smigħ.

(9)

Id-disa’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni li turi li r-rikorrenti wettqet ksur b’mod intenzjonat jew b’negliġenza:

Il-fatti tal-każ ineżami jqajmu problemi ġodda u kumplessi li għalihom ma kien jeżisti ebda preċedent meta d-diversi ftehim bonarji ġew konklużi. Il-konklużjoni li tipprovdi li, dak li l-Kummissjoni tiddeskrivi bħala ksur, twettaq bi ksur b’mod intenzjonat jew b’negliġenza tal-liġi, ma hijiex fondata.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/46


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Merck vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-470/13)

2013/C 325/74

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Bär-Bouyssière, K. Lillerud, L. Voldstad, B. Marschall, P. Sabbadini, R. De Travieso, M. Holzhäuser, S. O, avukati, M. Marelus, solicitor, R. Kreisberger u L. Osepciu, barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1(1) u 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ COMP/39.226 — Lundbeck, u l-Artikoli 2(5), 3 u 4 sa fejn dawn huma indirizzati lil Merck;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fuq Merck; u

fi kwalunkwe każ, tirrimborsa lil Merch l-ispejjeż tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlettax-il motiv.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ restrizzjoni minħabba l-għan fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li t-teorija tad-dannu tal-Kummissjoni hija fundamentalment żbaljata.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-approċċ tal-Kummissjoni jmur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball meta naqset milli tikkunsidra jew tagħmel dan b’mod xieraq, il-kuntest fattwali, ekonomiku u legali, li kien juri li, fl-assenza tal-ftehim, GUK ma kinitx tniehdi s-citalopram b’mod iktar rapidu fir-Renju Unit jew fis-swieq l-oħrajn taż-ŻEE.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-portata tal-ftehim bejn Lundbeck u GUK.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt meta qieset li Lundbeck u GUK huma kompetituri potenzjali.

(7)

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li GUK kellu intenzjonijiet antikompetittivi meta kkonkkluda l-Ftehim Renju Unit u ŻEE.

(8)

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ fatt fil-konstatazzjonijiet tagħha rigward id-daqs u l-għan tat-trasferiment monitarju bejn Lundbeck u GUK.

(9)

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma evalwatx b’mod korrett l-argumenti mqajma mill-partijiet taħt l-Artikolu 101(3) TFUE.

(10)

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tieħu debitament inkunsiderazzjoni l-provi ta’ Merck li jikkonfutaw il-preżunzjoni tal-influwenza deċiżiva u, konsegwentement, wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt billi kkonstatat li din il-preżunzjoni ma kinitx ikkonfutata.

(11)

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi annullata fuq il-bażi tad-dewmien eċċessiv.

(12)

It-tnax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ tal-partijiet.

(13)

It-tlettax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tas-sanzjonijiet.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/47


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Xellia Pharmaceuticals u Zoetis Products vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-471/13)

2013/C 325/75

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xellia Pharmaceuticals ApS (Copenhagen, id-Danimarka) u Zoetis Products, LLC (New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Hull, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikoli 1(3), 2(3) u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali tad-19 ta’ Ġunju 2013 (Każ COMP/39.229 — Lundbeck) sa fejn dawn jikkonċernaw lill-applikanti; jew

alternattivament, tiddikjara l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni parzjalment null u invalidu, u tnaqqas l-ammont tal-multa imposta; u

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

(1)

L-ewwel motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddikjarat li r-restrizzjonijiet stabbiliti fit-tranżazzjoni kienu jeċċedu l-iskop tal-privattivi ta’ Lundbeck.

(2)

It-tieni motiv, li jallega żball ta’ liġi minħabba l-użu tal-kriterju legali żbaljat biex tiddetermina jekk Alpharma kinitx kompetitur potenzjali; u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddikjarat li Alpharma kienet kompetitur potenzjali.

(3)

It-tielet motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddikjarat li t-tranżazzjoni kienet tikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan”.

(4)

Ir-raba’ motiv, li jallega żball ta’ liġi meta ddikjarat li kien hemm restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 minkejja l-fatt li t-tranżazzjoni kienet tirrifletti biss l-iskop ta’ esklużjoni tal-privattivi ta’ Lundbeck, li, fil-fatt, għandu jkun hemm preżunzjoni li huwa validu.

(5)

Il-ħames motiv, li jallega ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi dawn ġew innotifikati tard dwar (i) l-eżistenza tal-investigazzjoni u (ii) l-oġġezzjonijiet speċifiċi tal-Kummissjoni.

(6)

Is-sitt motiv, li jallega ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni billi d-deċiżjoni ġiet indirizzata lil Zoetis.

(7)

Is-seba’ motiv, li jallega żball ta’ liġi fil-kalkolu tal-multa mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni s-serjetà limitata tal-ksur allegat u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ffissat il-multa proporzjonalment iktar mill-multa imposta fuq Lundbeck u meta naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-inċertezza fil-liġi, in-natura inqas serja tal-ksur, u l-iskop ġeografiku.

(8)

It-tmien motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni ta’ limitu massimu tal-multa ta’ 10 % lil A.L. Industrier abbażi tad-dħul mill-bejgħ tagħha tal-2011 minflok ma bbażat ruħha fuq id-dħul mill-bejgħ sinjifikattivament ogħla tal-2012, u b’hekk ġiegħelet lir-rikorrenti jħallsu sehem ikbar mill-multa.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/47


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — H. Lundbeck u Lundbeck vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-472/13)

2013/C 325/76

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: H. Lundbeck A/S (Valby, id-Danimarka) u Lundbeck Ltd (Milton Keynes, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Subiotto, QC, u T. Kuhn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3808 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, innotifikata lir-rikorrenti fil-21 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ COMP/39.226 — Lundbeck;

sussidjarjament, tannulla l-multi imposti fuq ir-rikorrenti skont din id-deċiżjoni;

b’mod iktar sussidjarju, tnaqqas sostanzjalment il-multi imposti fuq ir-rikorrenti skont din id-deċiżjoni;

fi kwalunkew każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ din il-kawża; u

tadotta kwalunkwe miżura oħra li hija tqis xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-konklużjoni żbaljata tal-konvenuta li Lundbeck u l-impiriżi l-oħra li pparteċipaw fil-ftehim kienu kompetituri reali jew potenzjali skont l-Artikolu 101(1) TFUE.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-evalwazzjoni żbaljata min-naħa tal-konvenuta tar-rilevanza, fid-dawl tal-Artikolu 101(1) TFUE, tat-trasferimenti tal-flus fil-kuntest tad-diversi ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja fil-qasam tal-privattivi.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konklużjoni tal-konvenuta li d-diversi ftehim bonarji fil-qasam tal-privattivi kienu jirrestrinġu, permezz tal-għan tagħhom, il-kompetizzjoni skont l-Artikolu 101(1) TFUE hija bbażata fuq applikazzjoni żbaljata tal-prinċipji stabbiliti dwar ir-restrizzjonijiet permezz tal-għan.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-konvenuta hija żbaljata u vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn tiċħad it-“test tal-portata tal-privattiva” bħala standard rilevanti għall-evalwazzjoni, fid-dawl tad-dritt tal-kompetizzjoni, tal-ftehim bonarji fil-qasam tal-privattivi skont l-Artikolu 101(1) TFUE.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-konvenuta tiżnatura l-preżentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ Lundbeck u ma tispjegax b’liema mod dawn l-azzjonijiet unilaterali huma rilevanti sabiex jiġi kkonstatat ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni, min-naħa tal-konvenuta, tal-fatti kollha relatati mad-diversi ftehim u fuq konklużjoni żbaljata li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom previst kien imur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet ta’ privattiva ta’ Lundbeck.

(7)

Is-seba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ eżami korrett tal-effiċjenzi li jirriżultaw mid-diversi ftehim skont l-Artikolu 101(3) TFUE.

(8)

It-tmien motiv ibbażat fuq il-ksur, mid-deċiżjoni tal-konvenuta, tad-drittijiet tad-difiża ta’ Lundbeck peress li emendat l-elementi li jikkostitwixxu l-allegat ksur bejn it-tfassil tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni, u dan mingħajr ma tat lil Lundbeck il-possibbiltà ta’ smigħ.

(9)

Id-disa’ motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq l-impożizzjoni żbaljata ta’ multa fuq Lundbeck minkejja n-novità tal-kwistjonijiet fattwali u legali mqajma f’din il-kawża, bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

(10)

L-għaxar motiv ibbażat, b’mod iktar sussidjarju, fuq kalkolu żbaljat min-naħa tal-konvenuta tal-multi imposti fuq Lundbeck.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/48


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 — Schmidt Spiele vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ logħba fuq bord)

(Kawża T-492/13)

2013/C 325/77

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schmidt Spiele GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Sommer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 1767/2012-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

tistabbilixxi data għas-seduta għas-sottomissjonijiet orali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi r-rappreżentazzjoni ta’ logħba fuq bord, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28 u 41 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 10 592 103

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/49


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 — Schmidt Spiele vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ logħba fuq bord)

(Kawża T-493/13)

2013/C 325/78

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schmidt Spiele GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Sommer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 1768/2012-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

tistabbilixxi data għas-seduta għas-sottomissjonijiet orali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi r-rappreżentazzjoni ta’ logħba fuq bord, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 592 095

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/49


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fit-12 ta’ Lulju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-32/12, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-503/13 P)

2013/C 325/79

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni d-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-12 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża F-32/12, Marcuccio vs Il-Kummissjoni;

tirrinvija l-kawża inkwistjoni quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 14 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, minħabba l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tawtoloġiċi u inkoerenti, iżda wkoll skorretti, żbaljati, fallaċi u irraġonevoli tal-imsemmi Artikolu 14, li twassal għall-ksur manifest tal-prinċipju tad-dritt għal smigħ minn qorti stabbilita minn qabel bil-liġi, kif previst, inter alia, mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, partikolarment minħabba l-assenza ta’ istruttorja, in-natura perentorja, tawtoloġika u arbitrarja tiegħu, żnaturament u rappreżentazzjoni ħażina tal-fatti, kif ukoll fuq żball ta’ liġi minħabba b’mod partikolari evalwazzjoni manifestatment żbaljata tal-fatti.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/50


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — SolarWorld et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-507/13)

2013/C 325/80

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); Global Sun Ltd (Sliema, Malta); Silicio Solar, SAU (Puertollano, Spanja); u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE, tat-2 ta’ Awwissu 2013, li taċċetta impenn offrut b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal smigħ xieraq, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u tal-Artikoli 8(4) u 19(2) tar-Regolament bażiku antidumping (1), inkwantu:

il-Kummissjoni kkonkludiet ftehim mal-Gvern Ċiniż u mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ makkinarju u prodotti elettroniċi, fejn din tal-aħħar taġixxi f’isem grupp kbir ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi, mingħajr ma żvelat, debitament, il-kundizzjonijiet essenzjali tal-impenn inkwistjoni

il-Kummissjoni ma tatx lill-partijiet ikkonċernati l-possibbiltà li jifformulaw osservazzjonijiet, b’mod effettiv u fil-ħin, dwar l-offerta ta’ impenn approvata mid-deċiżjoni kkontestata.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u l-ksur tal-Artikoli 6(1) u 8(1) tar-Regolament bażiku antidumping, inkwantu d-deċiżjoni kkontestata tinjora arbitrarjament il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni u tiffissa prezz minimu għall-importazzjoni li huwa manifestament mhux xieraq sabiex tiġi eliminata l-ħsara kkawżata lill-produtturi tal-UE.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE, inkwantu d-deċiżjoni kkontestata taċċetta u ssaħħaħ akkordju orizzontali fuq il-prezzijiet u, għaldaqstant, tmur kontra l-projbizzjoni ta’ kull distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern imposta mit-TFUE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat- 30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/51


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2013 — Marqués vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-158/12) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess EPSO/CAST/02/2010 - Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ - Esperjenza professjonali xierqa - Ċaħda tat-talba għar-reklutaġġ)

2013/C 325/81

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Éric Marques (Ennery, Franza) (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-reklutaġġ tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III li tressqet mill-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fil-Lussemburgu u talba għal kumpens għad-dannu materjali mġarrab

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-6 ta’ Marzu 2012, li tirrifjuta li tirrekluta lil É. Marques bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn É. Marques.


(1)  ĠU C 86, 23.03.2013, p. 30.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/51


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Settembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-99/11) (1)

(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Ħlas tal-arretrati fuq ir-remunerazzjoni - Interess ġuridiku - Rikors manifestament inammissibbli)

2013/C 325/82

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent għall-ħlas tal-arretrati fuq ir-remunerazzjoni dovuti għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Lulju 2010.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissbli.

(2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012, p. 67.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/51


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2013 — ZZ vs ESMA

(Kawża F-80/13)

2013/C 325/83

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: O. Kress u S. Bassis, avukati)

Konvenuta: Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li tipproroga l-perijodu ta’ prova tar-rikorrent u tad-deċiżjoni sussegwenti li jiġi mkeċċi u min-naħa l-oħra, it-talba għal kumpens għad-danni allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-estensjoni tal-perijodu ta’ prova;

tannulla d-deċiżjoni ta’ tkeċċija;

tikkundanna lill-ESMA sabiex tħallsu, bħala kumpens għad-danni subiti evalwati ex aequo et bono ta’ EUR 373 414 għad-dannu materjali u ta’ EUR 50 000 għad-dannu morali;

tikkundanna lil ESMA għall-ispejjeż.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/52


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-82/13)

2013/C 325/84

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika DĠI ġodda fuq l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara li l-Artikolu 9 tad-Disposizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali;

jannulla d-deċiżjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrent abbażi tal-parametri speċifikati fid-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/52


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-84/13)

2013/C 325/85

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tipproċedi għall-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-DĠE l-ġodda u li tirrigwarda t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent taħt l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠE l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali u għalhekk, mingħajr effett;

tannulla d-Deċiżjoni tas-26 ta’ Novembru 2012 — u dik tas-27 ta’ Ġunju 2013 li tikkonfermaha — li takkredita d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul fis-servizz tiegħu, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema tal-pensjoni tal-instituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


Rettifika

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/53


Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kawża T-309/13

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 226 tat-3 ta’ Awwissu 2013, p. 23 )

2013/C 325/86

L-avviż fil-ĠU tal-Kawża T-309/13, Enosi Mastichoparagogon vs UASI — Gaba International (ELMA) għandu jinqara kif ġej:

“Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Enosi Mastichoparagogon vs UASI — Gaba International (ELMA)

(Kawża T-309/13)

2013/C 325/86

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Enosi Mastichoparagogon Chiou (Chios, il-Greċja) (rappreżentant: A. Malamis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gaba International Holding AG (Therwil, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tas-26 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 1539/2012-4;

tordna lill-UASI u lill-parti l-oħra (opponenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u appellanti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI) ibatu l-ispejjeż tagħhom u jħallsu dawk tal-applikant tat-trade mark Komunitarja (rikorrenti).

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali ‘ELMA’ għal prodotti fil-klassi 5 — Reġistrazzjoni internazzjonali 900 845 li tirreferi għall-Komunità Ewropea

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja għat-trade mark verbali ‘ELMEX’ għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 21

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.”