ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.320.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 320

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
6 ta' Novembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 320/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 320/02

Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi ( 1 )

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 320/03

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7076 – Apax Partners/Rhiag) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

5

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-5 ta’ Novembru 2013

2013/C 320/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3494

JPY

Yen Ġappuniż

132,59

DKK

Krona Daniża

7,4583

GBP

Lira Sterlina

0,84030

SEK

Krona Żvediża

8,7940

CHF

Frank Żvizzeru

1,2297

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0520

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,833

HUF

Forint Ungeriż

297,00

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7025

PLN

Zloty Pollakk

4,1802

RON

Leu Rumen

4,4418

TRY

Lira Turka

2,7332

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4157

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4073

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4600

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6192

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6745

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 431,71

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,8124

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2281

HRK

Kuna Kroata

7,6223

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 321,19

MYR

Ringgit Malażjan

4,2819

PHP

Peso Filippin

58,374

RUB

Rouble Russu

43,6960

THB

Baht Tajlandiż

42,155

BRL

Real Brażiljan

3,0614

MXN

Peso Messikan

17,6326

INR

Rupi Indjan

83,4110


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

6.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/2


Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 320/02

Avviż tar-Renju Unit għat-28 ħruġ tal-liċenzji għat-tiftix taż-żejt u l-gass lil hinn mill-kosta

Id-dipartiment tal-enerġija u t-tibdil fil-klima

Il-“Petroleum Act” (L-Att dwar iż-Żejt mhux raffinat) tal-1998

Ħruġ ta' Liċenzji għat-Tiftix taż-Żejt lil hinn mill-kosta

1.

Is-Segretarju tal-Istat għall-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima jistieden lin-nies interessati biex japplikaw għal Liċenzji ta' Produzzjoni fil-Baħar għal ċertu ammont ta' art mill-Blata Kontinentali tar-Renju Unit.

2.

Id-dettalji kollha tal-offerta, inklużi listi u mapep tal-art li qed jiġu offruti u gwida dwar il-liċenzji, it-termini li se jinkludu dawk il-liċenzji, u kif wieħed għandu japplika, huma disponibbli mill-websajt gov.uk (ara hawn taħt).

3.

L-applikazzjonijiet kollha se jiġu ddeterminati skont it-termini tal-Hydrocarbons Licensing Directive Regulations tal-1995 (S.I. 1995 Nru 1434) u fl-isfond tal-ħtieġa kontinwa għal tiftix komprensiv, effiċjenti, sikur u bla telf ta’ żmien biex jiġu identifikati r-riżorsi taż-żejt u l-gass tar-Renju Unit filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-kunsiderazzjonijiet ambjentali.

Applikazzjonijiet għal Liċenzji Tradizzjonali u Liċenzji ‘Fruntiera’ (inkluż ir-Reġjun tal-Punent tal-Iskozja)

4.

Applikazzjonijiet għal Liċenzji Tradizzjonali u Liċenzji Fruntiera (kemm għar-reġjun tal-Punent tal-Iskozja kif ukoll għal bnadi oħra), se jkunu ddeterminati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant u l-kapaċità finanzjarja tiegħu li jwettaq l-attivitajiet li jkunu permessi skont il-liċenzja waqt il-perjodu inizjali inkluż il-programm ta’ ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona fil-blokk jew il-blokki li saret applikazzjoni għalihom;

(b)

il-kapaċità teknika tal-applikant li jwettaq attivitajiet li jkunu permessi skont il-liċenzja waqt il-perjodu inizjali, inkluża l-identifikazzjoni ta' prospetti ta' idrokarburi fil-blokk jew fil-blokki li saret applikazzjoni għalihom. Il-kapaċità teknika se tiġi valutata parzjalment fuq il-kwalità tal-analiżi relatata mal-blokk jew il-blokki li saret applikazzjoni għalihom u;

(c)

il-mod li bih l-applikant jipproponi li jwettaq l-attivitajiet li jkunu permessi skont il-liċenzja, inkluża l-kwalità tal-programm ta' ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona li saret applikazzjoni għaliha;

(d)

meta l-applikant huwa detentur jew kien detentur ta' liċenzja mogħtija skont jew ittrattata daqslikieku ngħatat skont il-Petroleum Act tal-1998, kwalunkwe nuqqas ta’ effiċjenza jew responsabbiltà murija mill-applikant f’operazzjonijiet skont dik il-liċenzja.

5.

L-operatur propost f'kull grupp ta' applikanti (inkluża kwalunkwe kumpanija li tapplika bħala applikant individwali) għandu jressaq dikjarazzjoni tal-politika ambjentali ġenerali tiegħu għat-twettiq ta' attivitajiet liċenzjati f'inħawi viċin il-baħar.

6.

Is-Segretarju tal-Istat mhuwiex se jagħti liċenzji għal applikazzjonijiet għal Liċenzji Tradizzjonali u dawk Fruntiera jekk fl-istess ħin mhux se jkun lest japprova l-għażla tal-operatur mill-applikant. Qabel ma japprova operatur, is-Segretarju tal-Istat għandu jkun sodisfatt li dak li ġie nnominat ikun kompetenti fl-ippjanar u fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet ta’ tħaffir, f’termini tal-għadd, tal-esperjenza u tat-taħriġ tal-personal tiegħu, fil-proċeduri u l-metodoloġiji proposti, fit-tfassil tal-istruttura tal-kmand tiegħu, fir-relazzjonijiet mal-kuntratturi u fl-istrateġija kumplessiva tal-kumpanija. Meta jkun qed jikkunsidra operatur propost, is-Segretarju tal-Istat se jqis kemm l-informazzjoni ġdida ppreżentata fl-applikazzjoni kif ukoll il-prestazzjoni tal-passat ta’ dak li ġie nnominat bħala operatur, kemm fir-Renju Unit kif ukoll f'pajjiżi oħra.

Applikazzjonijiet ta' Promozzjoni

7.

L-applikazzjonijiet se jiġu ddeterminati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant;

(b)

il-kapaċità teknika tal-applikant li jwettaq attivitajiet li jkunu permessi skont il-liċenjza matul l-ewwel sentejn tal-liċenzja inkluża l-identifikazzjoni ta' prospetti ta’ idrokarburi fil-blokk jew il-blokki li saret applikazzjoni għalihom. Il-kapaċità teknika se tiġi valutata parzjalment fuq il-kwalità tal-analiżi relatata mal-blokk jew il-blokki li saret applikazzjoni għalihom.

(c)

il-kwalità tal-approċċ tal-applikant biex jiżgura riżorsi finanzjarji u tekniċi addizzjonali li jkunu meħtieġa biex ikun komplut il-programm ta' ħidma sostantiv kontemplat fit-tieni sentejn tal-Perjodu Inizjali u;

(d)

fejn l-applikant huwa detentur jew kien detentur ta' liċenzja mogħtija skont jew ittrattata daqslikieku ngħatat skont il-Petroleum Act tal-1998, kwalunkwe nuqqas ta’ effiċjenza jew responsabbiltà murija mill-applikant f’operazzjonijiet skont dik il-liċenzja.

8.

Il-Liċenzji ta' Promozzjoni jiskadu wara sentejn jekk il-liċenżjat ma jkunx issodisfa lid-DECC bil-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex itemm il-Programm ta' Ħidma tal-Perjodu Inizjali li se jinkludi impenn qawwi f'dak il-mument għat-tħaffir ta' mill-inqas bir wieħed, jew biex iwettaq attività sostantiva ekwivalenti miftiehma. Il-Programm ta' Ħidma tal-Perjodu Inizjali għandu jitwettaq fi żmien erba' snin.

Gwida

9.

Aktar gwida tista’ tinkiseb mill-websajt gov.uk: https://www.gov.uk/oil-and-gas-licensing-rounds

Offerti għal Liċenzji

10.

Sakemm ma tkunx meħtieġa valutazzjoni ambjentali fir-rigward ta' Blokk partikolari (ara Para. 13 hawn taħt), kwalunkwe offerta mis-Segretarju tal-Istat ta' liċenzja skont din l-istedina, se ssir fi żmien tnax-il xahar mid-data ta' dan l-Avviż.

11.

Is-Segretarju tal-Istat ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe spejjeż imġarrba mill-applikant meta dan iqis l-applikazzjoni tiegħu jew meta japplika.

Valutazzjoni Ambjentali

12.

Is-Segretarju tal-Istat wettaq Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS) skont id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-Istima tal-Effetti ta’ Ċerti Pjanijiet u Programmi fuq l-Ambjent, taż-żoni kollha li se jkunu offruti f'dan il-Ħruġ. Ir-riżultati ta' dik il-VAS jistgħu jinstabu fil-websajt tad-DECC dwar il-VAS dwar l-enerġija lil hinn mill-kosta:

https://www.gov.uk/offshore-energy-strategic-environmental-assessment-sea-an-overview-of-the-sea-process

13.

Il-liċenzji skont din l-istedina ser ikunu offruti biss jekk, skont id-Direttivi dwar il-Ħabitats (Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa):

(a)

l-attivitajiet li għandhom jitwettqu skont il-liċenzja aktarx mhux se jkollhom effett sinifikanti fuq il-ġestjoni ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (ŻSK) jew Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) jew jekk

(b)

Valutazzjoni Xierqa tkun aċċertat li l-attivitajiet mhux se jkollhom effetti negattivi fuq dawn iż-ŻSK jew iż-ŻSP; jew

(c)

f’każ fejn l-attivitajiet jiġu vvalutati bħala li x’aktarx jikkawżaw effetti negattivi, soġġetti għal

(i)

li jkun hemm raġunijiet imperattivi ta' interess pubbliku prevalenti għall-ħruġ tal-liċenzja,

(ii)

it-teħid ta' miżuri ta' kumpens xierqa, u

(iii)

in-nuqqas ta' soluzzjonijiet alternattivi.

14.

Amministrazzjoni tal-Liċenzji: Energy Development Unit (EDU), Department for Energy and Climate Change, 3 Whitehall Place, London SW1A 2AW, United Kingdom (telefon: +44 03000686042, feks +44 003000685129).

Il-websajt gov.uk: https://www.gov.uk/oil-and-gas-licensing-rounds


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7076 – Apax Partners/Rhiag)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 320/03

1.

Fil-25 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Apax Partners LLP (“Apax Partners”, ir-Renju Unit) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Rhiag-Inter Auto Parts Italia SpA (“Rhiag”, l-Italja), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Apax Partners: attiva fil-ġestjoni tal-investiment ta' u servizzi konsultattivi ta' investiment lil fondi ta' ekwità privata li tinvesti primarjament fl-Ewropa f'firxa ta' setturi industrijali,

għal Rhiag: attiva fil-kummerċ bl-ingrossa ta' spare parts ta' vetturi bil-mutur, primarjament fis-suq ta' wara l-bejgħ, primarjament fl-Italja imma wkoll fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika Slovakka, fl-Ungerija, fir-Rumanija, fil-Bulgarija, fl-Isvizzera u l-Ukraina.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7076 – Apax Partners/Rhiag, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).